{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1925", "title": "Skemi ta\u010b-\u010bittadinanza b'investiment: Il-Kummissjoni Ewropea tifta\u0127 pro\u010beduri ta' ksur kontra \u010aipru u Malta talli \u201cjbig\u0127u\u201d \u010b-\u010bittadinanza tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC", "date": "Mon, 19 Oct 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi pro\u010beduri ta' ksur kontra \u010aipru u Malta billi \u0127ar\u0121et ittri ta' intimazzjoni dwar l-iskemi tag\u0127hom ta' \u010bittadinanza b'investiment, imsej\u0127a wkoll skemi tal-\u201cpassaporti tad-deheb\u201d.", "Il-Kummissjoni tqis li l-g\u0127oti, minn dawn l-Istati Membri, tan-nazzjonalit\u00e0 tag\u0127hom \u2013 u b'hekk ta\u010b-\u010bittadinanza tal-UE \u2013 bi skambju g\u0127al pagament jew investiment determinat minn qabel u ming\u0127ajr rabta \u0121enwina mal-Istati Membri kkon\u010bernati, mhuwiex kompatibbli mal-prin\u010bipju tal-kooperazzjoni leali minqux fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.", "Dan idg\u0127ajjef ukoll l-integrit\u00e0 tal-istatus ta\u010b-\u010bittadinanza tal-UE previst fl-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.", "Min\u0127abba n-natura ta\u010b-\u010bittadinanza tal-UE, skemi b\u0127al dawn g\u0127andhom implikazzjonijiet g\u0127all-Unjoni b'mod \u0121enerali.", "Meta Stat Membru jag\u0127ti \u010b-\u010bittadinanza, il-persuna kkon\u010bernata awtomatikament issir \u010bittadin tal-UE u tgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' dan l-istatus, b\u0127ad-dritt li ti\u010b\u010baqlaq, tg\u0127ix u ta\u0127dem liberament fl-UE, jew id-dritt li tivvota fl-elezzjonijiet muni\u010bipali kif ukoll fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Konsegwentement, l-effetti tal-iskemi ta' \u010bittadinanza b'investiment la huma limitati g\u0127all-Istati Membri li joperawhom, u lanqas ma huma newtrali fir-rigward ta' Stati Membri o\u0127ra u tal-UE kollha kemm hi.", "Il-Kummissjoni tqis li l-g\u0127oti ta\u010b-\u010bittadinanza tal-UE g\u0127al pagamenti jew investimenti determinati minn qabel ming\u0127ajr ebda rabta \u0121enwina mal-Istati Membri kkon\u010bernati, idg\u0127ajjef l-essenza ta\u010b-\u010bittadinanza tal-UE. .", "Il-passi li jmiss", "Il-Gvernijiet \u010aiprijotti u Maltin g\u0127andhom xahrejn biex iwie\u0121bu g\u0127all-ittri ta' intimazzjoni.", "Jekk it-twe\u0121ibiet ma jkunux sodisfa\u010benti, il-Kummissjoni tista' to\u0127ro\u0121 Opinjoni Motivata dwar din il-kwistjoni.", "Sfond", "L-iskemi ta\u010b-\u010bittadinanza b'investiment jippermettu lil persuna tikseb nazzjonalit\u00e0 \u0121dida abba\u017ci ta' pagament jew investiment biss.", "Dawn l-iskemi huma differenti mill-iskemi ta' residenza tal-investituri (jew il-\u201cvi\u017ci tad-deheb\u201d) li jippermettu li\u010b-\u010bittadini ta' pajji\u017ci terzi, so\u0121\u0121etti g\u0127al \u010berti kundizzjonijiet, jiksbu permess ta' residenza biex jg\u0127ixu f'pajji\u017c tal-UE.", "Il-kundizzjonijiet g\u0127all-kisba u g\u0127at-telf ta\u010b-\u010bittadinanza nazzjonali huma rregolati mid-dritt nazzjonali ta' kull Stat Membru, ming\u0127ajr pre\u0121udizzju g\u0127ar-rispett dovut lejn id-dritt tal-UE.", "Peress li n-nazzjonalit\u00e0 hija l-unika prekundizzjoni g\u0127a\u010b-\u010bittadinanza tal-UE u g\u0127all-a\u010b\u010bess g\u0127ad-drittijiet mog\u0127tija mit-Trattati, il-Kummissjoni kienet qed tissorvelja mill-qrib l-iskemi tal-investituri li jag\u0127tu n-nazzjonalit\u00e0 tal-Istati Membri.", "Il-Kummissjoni ta' spiss esprimiet it-t\u0127assib serju tag\u0127ha dwar skemi ta' \u010bittadinanza b'investiment u dwar \u010berti riskji li huma inerenti fi skemi b\u0127al dawn.", "Kif imsemmi fir-rapport tal-Kummissjoni ta' Jannar 2019, dawn ir-riskji huma relatati b'mod partikolari mas-sigurt\u00e0, il-\u0127asil tal-flus, l-eva\u017cjoni tat-taxxa u l-korruzzjoni, u l-Kummissjoni kienet qed tissorvelja kwistjonijiet aktar wesg\u0127in ta' konformit\u00e0 mad-dritt tal-UE li jin\u0127olqu minn skemi ta' \u010bittadinanza u ta' residenza b'investiment.", "F'April 2020, il-Kummissjoni kitbet lill-Istati Membri kkon\u010bernati fejn spjegat it-t\u0127assib tag\u0127ha u talbet aktar informazzjoni dwar l-iskemi.", "F'ri\u017coluzzjoni adottata fl-10 ta' Lulju 2020, il-Parlament Ewropew tenna t-talbiet pre\u010bedenti tieg\u0127u lill-Istati Membri biex kemm jista' jkun malajr jeliminaw gradwalment l-iskemi kollha e\u017cistenti ta' \u010bittadinanza b'investiment (CBI, citizenship by investment) jew residenza b'investiment (RBI, residency by investment).", "Kif iddikjarat mill-President von der Leyen fid-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tas-16 ta' Settembru 2020, il-valuri Ewropej mhumiex g\u0127all-bejg\u0127.", "Il-Kummissjoni qed ter\u0121a' tikteb ukoll lill-Bulgarija biex tenfasizza t-t\u0127assib tag\u0127ha rigward skema ta' \u010bittadinanza b'investiment im\u0127addma minn dan l-Istat Membru u qed titlob aktar dettalji.", "Il-Gvern Bulgaru g\u0127andu xahar biex iwie\u0121eb g\u0127all-ittra li titlob aktar informazzjoni, u wara dan il-Kummissjoni se tidde\u010biedi dwar il-passi li jmiss."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1904", "title": "Coronavirus: Il-gateway tal-interoperabbilt\u00e0 tal-UE bdiet topera: l-ewwel apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-kuntatti konnessi mas-sistema", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Sun, 18 Oct 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Sabiex ji\u0121i sfruttat il-potenzjal s\u0127i\u0127 tal-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-kuntatti biex tinkiser il-katina tal-infezzjonijiet tal-coronavirus bejn il-fruntieri u ji\u0121u salvati l-\u0127ajjiet, il-Kummissjoni, fuq stedina mill-Istati Membri tal-UE, waqqfet sistema mifruxa mal-UE kollha biex ti\u017cgura l-interoperabbilt\u00e0 \u2013 l-hekk imsej\u0127a \u201cgateway\u201d.", "Wara fa\u017ci pilota li twettqet b'su\u010b\u010bess, is-sistema se tibda topera llum u l-ewwel grupp ta' apps nazzjonali issa huma konnessi permezz ta' dan is-servizz: Il-Corona-Warn-App tal-\u0120ermanja, il-COVID tracker tal-Irlanda u l-immuni tal-Italja.", "Flimkien, dawn l-apps tni\u017c\u017clu minn madwar 30 miljun persuna, li jikkorrispondi g\u0127al \u017cew\u0121 terzi tad-downloads tal-apps kollha fl-UE.", "Thierry Breton, il-Kummissarju g\u0127as-Suq Uniku, qal: \u201cBosta Stati Membri niedu apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-kuntatti volontarji, u l-Kummissjoni appo\u0121\u0121athom billi g\u0127amlet mod li dawn l-apps jintera\u0121ixxu ma' xulxin.", "Il-moviment liberu huwa parti integrali tas-Suq Uniku \u2013 il-gateway qed tiffa\u010bilita dan il-moviment liberu filwaqt li tg\u0127inna nsalvaw il-\u0127ajjiet.\u201d", "Stella Kyriakides, il-Kummissarju g\u0127as-Sa\u0127\u0127a u s-Sikurezza Alimentari, \u017ciedet tg\u0127id: \u201cL-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-kuntatti g\u0127all-coronavirus jistg\u0127u jikkomplementaw b'mod effettiv mi\u017curi o\u0127rajn b\u0127al pere\u017cempju aktar ittestjar u tra\u010b\u010bar manwali tal-kuntatti.", "Hekk kif il-ka\u017cijiet re\u0121g\u0127u qed ji\u017cdiedu, jistg\u0127u jaqdu rwol importanti biex jg\u0127inuna niksru l-ktajjen ta' tra\u017cmissjoni.", "G\u0127all-persuni li ja\u0127dmu bejn il-fruntieri dawn l-apps huma g\u0127odod sa\u0127ansitra aktar b'sa\u0127\u0127ithom.", "Is-sistema tal-gateway tag\u0127na li se tibda topera llum hija pass importanti fil-\u0127idma tag\u0127na, u qed nistieden li\u010b-\u010bittadini biex ju\u017caw dawn l-apps, biex jg\u0127inu nipprote\u0121u lil xulxin.\u201d", "Jens Spahn, il-Ministru Federali tas-Sa\u0127\u0127a tal-\u0120ermanja, qal: \u201cL-infezzjonijiet qed jer\u0121g\u0127u ji\u017cdiedu kullimkien fl-Ewropa.", "B\u0127alissa, l-apps nazzjonali g\u0127at-twissija qed jag\u0127mlu differenza kbira.", "Min\u0127abba li kull katina tal-infezzjoni li tinkiser aktar malajr, bis-sa\u0127\u0127a ta' app, tg\u0127in biex titra\u017c\u017can il-pandemija.", "Bis-servizz il-\u0121did tal-gateway, qed nikkollegaw l-apps fl-Ewropa kollha.", "B'hekk, il-kuntatti jistg\u0127u wkoll jir\u010bievu twissija matul vja\u0121\u0121 barra minn pajji\u017chom jew wara dan il-vja\u0121\u0121.\u201d", "Fil-\u0121lieda kontra l-coronavirus, il-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-Istati Membri dde\u010bidew li jniedu app g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-kuntatti.", "Total ta' 20-il app li huma bba\u017cati fuq sistemi de\u010bentralizzati jistg\u0127u jkunu interoperabbli permezz tas-servizz tal-gateway.", "Jistg\u0127u ji\u0121u kkollegati mal-gateway wara li jsegwu protokoll li jipprevedi bosta testijiet u verifiki, u jrid jo\u0127ro\u0121 a\u0121\u0121ornament g\u0127al kull app.", "It-tieni grupp ta' apps se ji\u0121i konness il-\u0121img\u0127a d-die\u0127la.", "L-eRou\u0161ka ta\u010b-\u010aekja, is-smitte stop tad-Danimarka, l-Apturi COVID tal-Latvja u r-Radar Covid ta' Spanja huma mistennija jing\u0127aqdu, filwaqt li aktar apps se ji\u0121u konnessi mas-sistema f'Novembru.", "Il-\u0127arsa \u0121enerali ta' Stati Membri parte\u010bipanti hija disponibbli fuq pa\u0121na web iddedikata.", "Il-gateway ti\u017cgura li l-apps ja\u0127dmu bla xkiel bejn il-fruntieri.", "B'hekk, l-utenti se jkollhom b\u017conn jinstallaw app wa\u0127da biss u meta jivvja\u0121\u0121aw lejn pajji\u017c Ewropew parte\u010bipanti ie\u0127or xorta jibqg\u0127u jibbenefikaw mit-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti u jibqg\u0127u jir\u010bievu t-twissijiet, kemm jekk ikunu f'pajji\u017chom kif ukoll jekk ikunu barra minn pajji\u017chom.", "Is-server tal-gateway i\u017comm l-ammont ta' data skambjata g\u0127al minimu.", "Se jir\u010bievi u jg\u0127addi b'mod effi\u010bjenti identifikaturi arbitrarji bejn l-apps nazzjonali.", "L-ebda informazzjoni o\u0127ra g\u0127ajr il-kjavijiet arbitrarji, i\u0121\u0121enerati mill-apps nazzjonali, mhi se ti\u0121i ttrattata mill-gateway: l-informazzjoni hija psewdonimizzata, kriptata, kemm jista' jkun imminimizzata, u ma\u0127\u017cuna biss sakemm ji\u0121u tra\u010b\u010bati l-infezzjonijiet.", "Ma tippermettix l-identifikazzjoni tal-persuni individwali, u lanqas ma tippermetti li ji\u0121i tra\u010b\u010bat il-post jew il-moviment tal-apparati.", "Is-setup tal-gateway isegwi l-ftehim mill-Istati Membri dwar l-ispe\u010bifikazzjonijiet tekni\u010bi biex ji\u0121i \u017cgurat skambju sikur tal-informazzjoni bejn is-servers backend tal-apps nazzjonali g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-kuntatti bba\u017cati fuq arkitettura de\u010bentralizzata.", "Is-sistema \u0121iet \u017cviluppata u stabbilita f'inqas minn xahrejn minn T-Systems u SAP, u se ti\u0121i operata mi\u010b-\u010bentru tad-data tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu.", "Kuntest", "L-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti, jekk ikunu kompletament konformi mar-regoli tal-UE u kkoordinati sew, jistg\u0127u jaqdu rwol ewlieni fil-fa\u017cijiet kollha tal-\u0121estjoni tal-kri\u017cijiet.", "Jistg\u0127u jikkomplementaw it-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti manwali e\u017cistenti u jg\u0127inu biex ti\u0121i interrotta l-katina tat-tra\u017cmissjoni tal-virus.", "B'hekk, jistg\u0127u jikkontribwixxu sabiex jissalvaw il-\u0127ajjiet.", "Sa mit-tifqig\u0127a tal-pandemija tal-coronavirus, l-Istati Membri, bl-appo\u0121\u0121 tal-Kummissjoni, qed jivvalutaw l-aspetti tal-effettivit\u00e0, tas-sigurt\u00e0, tal-privatezza, u tal-aspetti ta' protezzjoni tad-data tas-soluzzjonijiet di\u0121itali proposti biex ti\u0121i indirizzata l-kri\u017ci.", "\u017bviluppaw sett ta' g\u0127odod tal-UE g\u0127all-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-kuntatti, li kien akkumpanjat minn gwida dwar il-protezzjoni tad-data.", "Dan kien parti minn appro\u010b\u010b koordinat komuni b'appo\u0121\u0121 g\u0127at-tne\u0127\u0127ija gradwali tal-mi\u017curi ta' konfinament, kif \u0121ie stabbilit f'Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.", "Sabiex ji\u0121i \u017cgurat li l-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-kuntatti ja\u0127dmu lil hinn mill-fruntieri, l-Istati Membri bl-appo\u0121\u0121 tal-Kummissjoni f'Mejju qablu dwar linji gwida tal-interoperabilit\u00e0, f'\u0120unju dwar sett ta' spe\u010bifikazzjonijiet tekni\u010bi u l-Kummissjoni adottat De\u010bi\u017cjoni ta' Implimentazzjoni biex tipprovdi ba\u017ci \u0121uridika g\u0127as-servizz tal-gateway.", "F'Settembru, is-sistema \u0121iet ittestjata f'fa\u017ci pilota.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Coronavirus: Il-gateway tal-interoperabbilt\u00e0 tal-UE g\u0127all-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-kuntatti \u2013 Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "Pa\u0121na web iddedikata dwar is-servizz tal-gateway tal-interoperabbilt\u00e0 tal-UE", "Filmat", "Skeda informattiva", "Infografika", "Dokumenti tan-Network tas-Sa\u0127\u0127a-e", "Gwida biex ti\u017cgura standards massimi ta' protezzjoni tad-data tal-apps li qed ji\u0121\u0121ieldu l-pandemija", "Gwida tal-ECDC dwar l-applikazzjonijiet mobbli b'sostenn g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti g\u0127all-COVID-19", "Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar sett tal-g\u0127odod komuni tal-Unjoni g\u0127all-u\u017cu tat-teknolo\u0121ija u tad-data biex ni\u0121\u0121ieldu u no\u0127or\u0121u mill-kri\u017ci tal-COVID-19"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_20_1905", "title": "Il-coronavirus: gateway tal-interoperabbilt\u00e0 tal-UE g\u0127all-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti u t-twissija \u2013 Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Sun, 18 Oct 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Indi\u010bi", "X'inhi app g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-coronavirus?", "Il-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-awtoritajiet tas-sa\u0127\u0127a pubblika fl-UE \u017cviluppaw apps li jappo\u0121\u0121aw it-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti u t-twissija fil-\u0121lieda kontra l-coronavirus.", "L-apps jinnotifikawk jekk kont f'riskju ta' esponiment g\u0127all-virus tul l-a\u0127\u0127ar 14-il jum, kemm jekk t\u0127oss xi sintomi kif ukoll jekk le.", "Imbag\u0127ad ting\u0127ata parir xieraq dwar is-sa\u0127\u0127a.", "Dawn jg\u0127inu biex inaqqsu kemm jista' jkun it-tixrid tal-virus u j\u0127affu r-ritorn g\u0127all-\u0127ajja normali fl-UE.", "Barra minn hekk, jekk tkun imwissi minn kmieni, inti tista' ti\u0121i ttestjat u tir\u010bievi l-kura me\u0127tie\u0121a minnufih u tnaqqas ir-riskju ta' konsegwenzi serji.", "L-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija huma parti minn pakkett ta' mi\u017curi g\u0127all-prevenzjoni tat-tixrid tal-virus, flimkien ma' mi\u017curi tal-i\u0121jene b\u0127all-\u0127asil tal-idejn, it-tbeg\u0127id so\u010bjali u l-u\u017cu tal-maskri tal-wi\u010b\u010b ta' kuljum.", "G\u0127alfejn wie\u0127ed ju\u017ca app g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-coronavirus?", "App g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tista' tg\u0127in biex tinkiser il-katina tal-infezzjonijiet tal-coronavirus, fil-livell nazzjonali u bejn il-fruntieri, u tg\u0127in biex ji\u0121u salvati l-\u0127ajjiet billi tikkumplementa t-tra\u010b\u010bar manwali.", "Aktar ma ji\u0121u infurmati malajr in-nies li \u0121ew dijanjostikati bil-COVID-19 u l-kuntatti tag\u0127hom, inqas malajr u mifrux ikun it-tixrid tal-virus.", "G\u0127alhekk l-app tg\u0127in biex tipprote\u0121i lilek innifsek, lill-familja tieg\u0127ek, lil s\u0127abek u lil persuni ta' madwarek.", "Inti tista' tafda l-apps uffi\u010bjali disponibbli f'pajji\u017cek u \u017cviluppati mal-awtoritajiet tas-sa\u0127\u0127a, u tista' tu\u017cahom ming\u0127ajr t\u0127assib.", "G\u0127al aktar informazzjoni \u017cur re-open EU.", "Kif ta\u0127dem app g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-coronavirus?", "App g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-coronavirus tinfurmak jekk g\u0127al xi perjodu kont qrib utent ie\u0127or tal-app li \u0121ie kkonfermat li huwa infettat bil-COVID-19.", "Dan il-kuntatt jitqies b\u0127ala esponiment b'riskju g\u0127oli.", "Tipikament, dan ifisser kuntatt g\u0127al aktar minn 15-il minuta bejn persuni f'inqas minn \u017cew\u0121 metri minn xulxin.", "Il-parametri e\u017catti huma stabbiliti mill-awtoritajiet tas-sa\u0127\u0127a nazzjonali.", "Meta tinstalla l-app, l-ismartphone tieg\u0127ek ji\u0121\u0121enera \u201ckjavi\u201d aleatorji diversi drabi kuljum.", "Dawn il-kjavi ji\u0121u skambjati permezz tal-Bluetooth bejn l-ismartphones li jkunu qrib xulxin u li jkunu qed ju\u017caw app g\u0127at-tra\u010b\u010bar, u jin\u0127a\u017cnu fuq l-apparat g\u0127al 14-il jum.", "Jekk inti ti\u0121i ttestjat po\u017cittiv g\u0127all-COVID-19, inti tista' taqsam din l-informazzjoni biex twissi lin-nies li kont qrib tag\u0127hom.", "Imbag\u0127ad, it-telefown tieg\u0127ek jaqsam il-kjavi \u0121\u0121enerati fl-a\u0127\u0127ar 14-il jum mas-server backend tal-app nazzjonali tieg\u0127ek.", "Abba\u017ci tal-kjavi ri\u010bevuti, kull app tikkalkula l-punte\u0121\u0121 tar-riskju ta' utent, li jista' jir\u010bievi twissija ta' esponiment jekk il-kriterji ji\u0121u ssodisfati.", "X'data se naqsam meta nu\u017ca dawn l-apps?", "L-apps ji\u0121\u0121eneraw identifikaturi arbitrarji, li huma settijiet aleatorji ta' numri u ittri.", "Dawn l-identifikaturi arbitrarji ma jippermettux l-identifikazzjoni tal-individwi.", "Dawn il-kjavi ji\u0121u skambjati bejn l-ismartphones f'distanza qasira permezz tal-Bluetooth.", "Ma tintu\u017ca l-ebda data dwar il-\u0121eolokazzjoni jew il-moviment.", "L-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar ju\u017caw \u0127afna data jew batterija?", "Ladarba tkun ni\u017c\u017cilt l-app, l-u\u017cu tad-data tag\u0127ha jkun minimu.", "La g\u0127andek tinnota xi differenza sinifikanti fil-\u0127ajja tal-batterija, u l-ismartphone tieg\u0127ek lanqas m'g\u0127andu jis\u0127on i\u017c\u017cejjed.", "L-app g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti u t-twissija tkun qed ta\u0127dem fl-isfond.", "Din tu\u017ca teknolo\u0121ija ta' Bluetooth b'Ener\u0121ija Baxxa, imfassla biex tkun partikolarment effi\u010bjenti fl-u\u017cu tal-ener\u0121ija.", "Nista' nu\u017ca l-app ming\u0127ajr konnessjoni tal-internet?", "G\u0127all-funzjonalit\u00e0 tat-tra\u010b\u010bar mhix me\u0127tie\u0121a konnessjoni tal-internet permanenti.", "Il-Bluetooth, li jintu\u017ca g\u0127ad-detezzjoni tal-qrubija ma' utenti o\u0127ra tal-app, ma je\u0127tie\u0121x l-internet.", "Ta\u0127dem ukoll fil-modalit\u00e0 tat-titjir jekk il-Bluetooth jinxteg\u0127el waqt it-titjira.", "Madankollu, l-app g\u0127andha b\u017conn taqbad mal-internet mill-inqas darba kuljum biex tni\u017c\u017cel l-informazzjoni me\u0127tie\u0121a biex ti\u010b\u010bekkja jekk kontx espost g\u0127al utenti o\u0127ra infettati.", "G\u0127alhekk, biex ti\u010b\u010bekkja l-ktajjen tal-infezzjonijiet, biex tir\u010bievi twissijiet, u g\u0127al funzjonalitajiet addizzjonali, l-app ikollha b\u017conn taqbad ma' internet mobbli jew mal-Wi-Fi.", "In-notifika ta' esponiment hi awtomatika?", "L-apps ja\u0127dmu fl-isfond tal-apparat ming\u0127ajr ma je\u0127tie\u0121u azzjoni ta' kuljum.", "In-notifiki ji\u0121u awtomatikament.", "M'g\u0127andekx g\u0127alfejn tattiva l-a\u0121\u0121ornamenti manwalment, i\u017cda trid tixg\u0127el il-funzjoni tan-notifika ta' esponiment.", "Nista' nu\u017ca bosta apps nazzjonali g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-coronavirus fl-istess \u0127in?", "Le.", "Ma tistax tu\u017ca \u017cew\u0121 apps jew aktar fl-istess \u0127in g\u0127ax l-interfa\u010b\u010ba tan-notifika ta' esponiment ta' Google/Apple tappo\u0121\u0121a biss app wa\u0127da g\u0127at-tra\u010b\u010bar fl-istess \u0127in.", "Bis-sa\u0127\u0127a tas-servizz tal-gateway tal-interoperabbilt\u00e0 tal-UE, i\u010b-\u010bittadini jistg\u0127u ju\u017caw app wa\u0127da anke meta jivvja\u0121\u0121aw bejn il-fruntieri, filwaqt li jkomplu jibbenefikaw mit-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti u jkunu jistg\u0127u jirrapportaw test po\u017cittiv jew jir\u010bievu twissija.", "X'g\u0127andi nag\u0127mel jekk nir\u010bievi twissija?", "Li tir\u010bievi twissija ta' kuntatt ma jfissirx bilfors li \u0121ejt infettat bil-COVID-19.", "Twissija hi mod sempli\u010bi kif issir taf li kont f'riskju ta' esponiment g\u0127all-coronavirus.", "L-app tiggwidak dwar x'g\u0127andek tag\u0127mel skont l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-sa\u0127\u0127a nazzjonali, b\u0127al pere\u017cempju tag\u0127tik pariri biex tag\u0127mel test jew biex ti\u017cola lilek innifsek, u dwar lil min g\u0127andek tikkuntattja.", "Liema kriterji jintu\u017caw biex ji\u0121u vvalutati l-livelli tar-riskju ta' esponiment?", "L-esponimenti potenzjali jse\u0127\u0127u meta persuna tiltaqa' ma' persuna o\u0127ra, g\u0127al \u010bertu ammont ta' \u0127in u f'\u010bertu distanza, li tkun irrappurtat li hija infettata bil-virus.", "It-teknolo\u0121ija Bluetooth tintu\u017ca biex ji\u0121i ddeterminat jekk il-\u0127in flimkien kienx twil bi\u017c\u017cejjed u jekk kinux qrib xulxin bi\u017c\u017cejjed biex ikun hemm esponiment potenzjali.", "Tipikament ikun hemm tliet livelli tar-riskju:", "L-app tista' twissini kif nevita kuntatt ma' persuni li ttestjaw po\u017cittivi?", "Le, l-app ma tistax tbassar kuntatti b\u0127al dawn jew tidentifika kuntatt riskju\u017c f'\u0127in reali.", "Biex ti\u0121i protetta l-privatezza tal-utenti, l-ebda utent tal-app ma jista' ji\u0121i identifikat jew lokalizzat bl-app, u l-ebda app ma tista' tidentifika jekk hemmx persuna infettata, pere\u017cempju f'xi supermarket.", "L-app mhix sostitut g\u0127all-prekawzjonijiet me\u0127tie\u0121a tas-soltu, b\u0127al li tilbes maskra.", "Kif ja\u0127dmu l-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-coronavirus bejn il-fruntieri?", "Il-coronavirus ma jieqafx fil-fruntieri.", "Din hi r-ra\u0121uni g\u0127alfejn l-Istati Membri, bl-g\u0127ajnuna tal-Kummissjoni, kienu qed ja\u0127dmu fuq soluzzjoni ta' interoperabbilt\u00e0 g\u0127all-apps nazzjonali g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti u t-twissija, \u0127alli i\u010b-\u010bittadini jkunu jistg\u0127u ju\u017caw app wa\u0127da meta jivvja\u0121\u0121aw barra minn pajji\u017chom fl-Ewropa, filwaqt li jkomplu jibbenefikaw mit-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti u jkunu jistg\u0127u jir\u010bievu twissija.", "Wara talba tal-Istati Membri, il-Kummissjoni stabbiliet servizz ta' gateway tal-interoperabbilt\u00e0, li huwa interfa\u010b\u010ba ma\u0127suba biex tir\u010bievi u tg\u0127addi b'mod effi\u010bjenti informazzjoni rilevanti mill-apps nazzjonali g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti.", "Dan se ji\u017cgura skambju transfruntier sigur u effi\u010bjenti bejn l-apps parte\u010bipanti u \u017c\u017comm l-u\u017cu tad-data mobbli f'livell minimu.", "Kif ja\u0127dem l-iskambju tad-data bejn l-apps?", "L-apps individwali g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-coronavirus jikkonnettaw biss mas-server backend nazzjonali tag\u0127hom stess.", "Is-servers backend nazzjonali ma jikkonnettawx direttament ma' xulxin.", "Dawn jiskambjaw l-informazzjoni permezz tas-servizz tal-gateway tal-interoperabbilt\u00e0 tal-UE, li jnaqqas il-konsum tad-data meta mqabbel mal-iskambji diretti bejn l-apps parte\u010bipanti.", "L-iskambju jikkonsisti f'\u017cew\u0121 partijiet ewlenin: Il-kjavi nazzjonali jittellg\u0127u fis-server tal-gateway jekk l-utenti jtellg\u0127u l-kjavi tag\u0127hom u jkunu qablu li jaqsmuhom ma' utenti tal-apps Ewropej o\u0127ra; il-kjavi je\u0127tie\u0121 jitni\u017c\u017clu fis-server backend nazzjonali biex il-kjavi jkunu jistg\u0127u jitqassmu lill-utenti tal-app nazzjonali individwali.", "X'inhu s-servizz tal-gateway tal-interoperabbilt\u00e0 tal-UE?", "Is-servizz tal-gateway tal-interoperabbilt\u00e0 (il-gateway) hu infrastruttura di\u0121itali li ti\u017cgura t-tra\u017cmissjoni sigura tal-kjavi \u0121\u0121enerati bejn is-servers backend tal-apps nazzjonali g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti u t-twissija parte\u010bipanti.", "Filwaqt li jag\u0127mel dan, il-gateway jaqsam l-informazzjoni minima me\u0127tie\u0121a biex persuna ti\u0121i mwissija jekk tkun \u0121iet esposta g\u0127al persuna infettata wkoll bl-u\u017cu ta' wa\u0127da mill-apps parte\u010bipanti.", "Id-data skambjata tin\u0127a\u017cen biss fil-gateway g\u0127al perjodu massimu ta' 14-il jum.", "L-ebda informazzjoni o\u0127ra g\u0127ajr il-kjavi \u0121\u0121enerati mill-apps nazzjonali, ma ti\u0121i ttrattata mill-gateway.", "It-tfassil tal-gateway hu msejjes fuq il-linji gwida g\u0127all-interoperabbilt\u00e0, is-sett ta' spe\u010bifikazzjonijiet tekni\u010bi miftiehma bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, il-prin\u010bipji stabbiliti fis-sett ta' g\u0127odod tal-UE u l-linji gwida tal-Kummissjoni u tal-Bord Ewropew g\u0127all-Protezzjoni tad-Data dwar il-protezzjoni tad-data g\u0127all-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti u t-twissija.", "Il-gateway \u0121ie \u017cviluppat u stabbilit mill-kumpaniji T-Systems u SAP u jit\u0127addem mi\u010b-\u010bentru tad-data tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu.", "L-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti huma kollha interoperabbli?", "Il-gateway ji\u017cgura skambju sikur tal-informazzjoni bejn l-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti abba\u017ci ta' arkitettura \u201cde\u010bentralizzata\u201d.", "Dan jikkon\u010berna l-ma\u0121\u0121oranza l-kbira tal-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar li di\u0121\u00e0 tnedew, jew waslu biex jitnedew, fl-UE.", "L-apps li huma interoperabbli jistg\u0127u jiskambjaw l-informazzjoni bejniethom u g\u0127alhekk, in-nies fl-UE je\u0127tie\u0121u biss jinstallaw app wa\u0127da \u2013 tipikament l-app ta' pajji\u017chom \u2013 u xorta jkunu jistg\u0127u jirrapportaw test po\u017cittiv jew jir\u010bievu twissija, ikunu fejn ikunu fl-UE.", "X'inhi d-differenza bejn apps \u201c\u010bentralizzati\u201d u apps \u201cde\u010bentralizzati\u201d?", "Ikkonfrontati bil-potenzjal \u0121did tal-ismartphones fil-\u0121lieda kontra l-pandemija tal-coronavirus, l-i\u017cviluppaturi ddiskutew prin\u010bipalment \u017cew\u0121 modi differenti kif jistabbilixxu apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti u t-twissija, tipikament imsej\u0127a arkitetturi \u201cde\u010bentralizzati\u201d u \u201c\u010bentralizzati\u201d.", "Fi\u017c-\u017cew\u0121 appro\u010b\u010bi, l-ismartphones jiskambjaw kjavi temporanji bil-Bluetooth u jikkomunikaw ma' server \u010bentrali.", "Id-differenza ewlenija hi fil-kalkolu tar-riskju tal-esponiment tal-utenti u fil-\u0127\u017cin tad-data.", "Irrispettivament mill-appro\u010b\u010b, l-ebda app ma ti\u0121bor data dwar il-lokazzjoni jew il-moviment tal-persuni.", "F'sistema \u010bentralizzata, server \u010bentrali jir\u010bievi l-kjavi tal-kuntatti mi\u0121bura mill-utenti kkonfermati bil-COVID-19, u s-server jara kienx hemm kuntatt biex iwissi lill-utenti f'riskju.", "F'appro\u010b\u010b de\u010bentralizzat, il-kjavi tal-kuntatti jibqg\u0127u fuq l-ismartphone.", "L-app tni\u017c\u017cel il-kjavi arbitrarji tal-utenti infettati bil-COVID-19 u tivverifika jekk kienx hemm kuntatt, direttament fuq l-apparat.", "L-appro\u010b\u010b de\u010bentralizzat ju\u017ca interfa\u010b\u010ba kon\u0121unta pprovduta minn Apple u Google (ara hawn ta\u0127t).", "Fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar, kwa\u017ci l-awtoritajiet tas-sa\u0127\u0127a nazzjonali kollha fl-UE g\u0127a\u017clu appde\u010bentralizzata, u dawn l-apps huma kollha potenzjalment interoperabbli.", "Liema apps nazzjonali huma jew se jkunu kkollegati mal-gateway?", "Madwar \u017cew\u0121 terzi tal-Istati Membri tal-UE \u017cviluppaw apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija li huma kompatibbli, u l-gateway hu miftu\u0127 g\u0127alihom kollha, meta jkunu lesti biex jikkonnettaw.", "Il-konnessjoni se ssir gradwalment tul Ottubru u Novembru, i\u017cda l-apps jistg\u0127u wkoll jikkonnettaw aktar tard jekk l-awtoritajiet nazzjonali jidde\u010biedu li jag\u0127mlu hekk.", "\u0120ie \u017cviluppat \u201cprotokoll ta' onboarding\u201d, li jistabbilixxi l-passi me\u0127tie\u0121a.", "Filwaqt li l-app tieg\u0127ek tista' tidentifika l-qrubija ma' apps parte\u010bipanti o\u0127ra kullimkien fid-dinja, anki waqt titjiriet fuq l-ajruplan, bla dubju hu importanti li anki n-nies madwarek ikollhom a\u010b\u010bess g\u0127al app parte\u010bipanti u ju\u017cawha.", "Il-\u0127arsa \u0121enerali tal-pajji\u017ci parte\u010bipanti ti\u0121i a\u0121\u0121ornata regolarment u tinsab hawn.", "X'ji\u0121ri jekk g\u0127amilt test f'pajji\u017c ie\u0127or tal-UE?", "Ri\u017cultat po\u017cittiv ta' test tal-coronavirus tista' dda\u0127\u0127lu biss fl-app tal-pajji\u017c fejn ikun sar it-test.", "I\u017cda meta dda\u0127\u0127al il-kodi\u010bi f'dik l-app, bis-sa\u0127\u0127a tal-interoperabbilt\u00e0, i\u010b-\u010bittadini tal-pajji\u017ci li \u017cort ikunu jistg\u0127u ji\u0121u notifikati li kienu f'kuntatt mill-qrib ma' ka\u017c infettat.", "Jien ma nivvja\u0121\u0121a mkien.", "Hemm g\u0127alfejn nie\u0127u sehem fl-interoperabbilt\u00e0?", "La hu obbligatorju li tni\u017c\u017cel u tu\u017ca app, u lanqas hu obbligatorju li tie\u0127u sehem fil-qafas tal-interoperabbilt\u00e0.", "Biex tag\u0127mel dan, trid taqbel li d-data tieg\u0127ek ti\u0121i ppro\u010bessata.", "Madankollu, anke jekk mhux be\u0127siebek tivvja\u0121\u0121a, nies o\u0127ra jistg\u0127u jag\u0127mlu dan, u inti tista' tinzerta qribhom bla ma tkun taf.", "G\u0127alhekk, l-interoperabbilt\u00e0 hi ta' benefi\u010b\u010bju wkoll g\u0127al dawk li jibqg\u0127u f'pajji\u017chom.", "Irrid inni\u017c\u017cel app \u0121dida biex nibbenefika mill-interoperabbilt\u00e0?", "Le.", "Tista' tkompli tu\u017ca l-app nazzjonali tieg\u0127ek.", "\u0126afna mill-Istati Membri tal-UE dde\u010bidew li jistabbilixxu app nazzjonali g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-coronavirus, u kwa\u017ci kollha g\u0127a\u017clu li j\u0127addmu sistema de\u010bentralizzata \u2013 dawn l-apps kollha huma potenzjalment interoperabbli u jistg\u0127u jikkonnettaw mal-gateway meta jkunu lesti.", "Ladarba l-app ti\u0121i konnessa mal-gateway, irid jo\u0127ro\u0121 a\u0121\u0121ornament fil-\u0127wienet tal-apps biex tkun tista' tintu\u017ca din il-funzjonalit\u00e0 addizzjonali.", "L-utenti jridu jinstallaw dak l-a\u0121\u0121ornament biex l-app tag\u0127hom ta\u0127dem bejn il-fruntieri.", "Kif nista' na\u0121\u0121orna l-app?", "Jekk l-ismartphone tieg\u0127ek hu ssettjat li ja\u0121\u0121orna awtomatikament, l-app g\u0127at-tra\u010b\u010bar tieg\u0127ek ti\u0121i a\u0121\u0121ornata awtomatikament fi \u017cmien ftit jiem minn meta jo\u0127ro\u0121 l-a\u0121\u0121ornament.", "Jekk tixtieq ta\u0121\u0121orna manwalment:", "L-awtoritajiet jistg\u0127u ju\u017caw l-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar biex jimmonitorjaw il-kwarantina?", "Le, dan hu teknikament impossibbli.", "L-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti u t-twissija ma ji\u0121bru l-ebda data dwar il-lokazzjoni jew il-moviment.", "Kif ti\u0121i protetta l-privatezza tieg\u0127i?", "Tul il-pro\u010bess kollu tat-tfassil u tal-i\u017cvilupp tal-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti u t-twissija, ing\u0127atat importanza ewlenija lir-rispett tal-privatezza:", "L-Istati Membri jaqsmu d-data personali bejniethom permezz tal-gateway?", "Il-Kummissjoni \u0127admet mal-Istati Membri u \u017cviluppat protokoll g\u0127all-interoperabbilt\u00e0 li j\u0127ares il-privatezza.", "Sabiex app ta' Stat Membru wie\u0127ed ta\u0127dem fi Stat Membru ie\u0127or, xi data kriptata trid tinqasam mas-server ta' dak l-Istat Membru l-ie\u0127or.", "Dawn is-servers backend huma kkontrollati mill-awtorit\u00e0 nazzjonali kompetenti.", "Kull app trid tkun konformi g\u0127alkollox mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, u trid timxi mal-gwida tal-Kummissjoni.", "Kif se nkunu nafu li l-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar qed ja\u0127dmu?", "L-Istati Membri qed jimmonitorjaw u jevalwaw l-apps u l-kontribut tag\u0127hom fil-\u0121lieda kontra l-pandemija.", "Il-Kummissjoni, flimkien ma\u010b-\u010aentru Ewropew g\u0127all-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, qed tassisti lill-Istati Membri biex jidentifikaw serje ta' kriterji tal-valutazzjoni biex jevalwaw l-effettivit\u00e0 tal-apps.", "U\u0127ud minn dawk il-kriterji jistg\u0127u jinkludu, pere\u017cempju, l-u\u017cu tal-app b\u0127ala persenta\u0121\u0121 tal-popolazzjoni u l-g\u0127add ta' utenti notifikati b'esponiment potenzjali.", "B\u0127alissa fost l-Istati Membri, ir-rati tat-tni\u017c\u017cil ivarjaw minn inqas minn 10 % g\u0127al aktar minn 40 %.", "I\u017cda anke b'rata baxxa ta' u\u017cu, l-apps jistg\u0127u jag\u0127mlu d-differenza, skont ir-ri\u010berkaturi \u2013 u kull notifika hi potenzjalment \u0127ajja salvata.", "X'inhuma r-rekwi\u017citi minimi tal-apparati?", "L-apps kollha g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-coronavirus g\u0127andhom ikunu a\u010b\u010bessibbli g\u0127al kul\u0127add.", "Dawn jistg\u0127u jintu\u017caw fuq il-ma\u0121\u0121oranza tal-apparati li g\u0127andhom sistemi operattivi u\u017cati b'mod komuni.", "Normalment, l-a\u0121\u0121ornament me\u0127tie\u0121 tas-sistema operattiva rilevanti (iOS, Android) isir b'mod awtomatiku fuq l-ismartphones.", "L-apps ja\u0127dmu fuq l-ismartphones iPhone 6s 'il fuq bl-u\u017cu tal-iOS 13.5, u fuq l-ismartphones tal-Android minn Android 6 'l fuq.", "Jekk ir-ri\u017cultat tat-test tal-COVID-19 tieg\u0127ek ji\u0121i vverifikat bil-kodi\u010bi QR, il-kamera fuq it-telefown tieg\u0127ek trid tkun ta\u0127dem.", "Xi rwol jaqdu Apple u Google?", "Kwa\u017ci kollha, ji\u0121ifieri 99 % tal-ismartphones fl-UE, ja\u0127dmu bis-sistemi operattivi mobbli iOS jew Android.", "Fil-kuntest tal-i\u017cvilupp tal-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti u t-twissija, Apple u Google ipprovdew standard uniformi g\u0127al kejl tad-distanza bil-Bluetooth.", "Dan kien importanti, \u0127alli l-apps li ja\u0127dmu b'wa\u0127da mi\u017c-\u017cew\u0121 sistemi operattivi ewlenin ikunu jistg\u0127u jirre\u0121istraw is-sinjal Bluetooth ta' xulxin.", "Barra minn hekk, il-kumpaniji kellhom ji\u017cguraw li s-sinjal Bluetooth ikompli jopera b'mod passiv fl-isfond b'modalit\u00e0 li tiffranka l-u\u017cu tal-batterija, anki jekk l-app ma tintu\u017cax b'mod attiv.", "L-apps nazzjonali bba\u017cati fuq arkitettura \u201cde\u010bentralizzata\u201d jiddependu fuq din il-funzjonalit\u00e0 ba\u017cika \u2013 dawn huma interoperabbli u jistg\u0127u ji\u0121u konnessi mal-gateway."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1940", "title": "Il-programm ta' \u0127idma tal-Kummissjoni g\u0127all-2021 \u2013 mill-istrate\u0121ija sat-twettiq", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=INTRELADM", "date": "Sun, 18 Oct 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum adottat il-Programm ta' \u0126idma tag\u0127ha g\u0127all-2021, imfassal biex jag\u0127mel lill-Ewropa aktar b'sa\u0127\u0127itha, aktar \u0121usta u aktar g\u0127anja, filwaqt li ta\u010b\u010bellera t-trasformazzjoni g\u0127at-tul tag\u0127ha f'Ewropa aktar ekolo\u0121ika, adatta g\u0127all-era di\u0121itali.", "Fih inizjattivi le\u0121i\u017clattivi \u0121odda g\u0127as-sitt ambizzjonijiet ewlenin tal-Linji Gwida Politi\u010bi tal-President von der Leyen u b\u0127ala segwitu g\u0127all-ewwel Diskors tag\u0127ha dwar l-Istat tal-Unjoni.", "Filwaqt li twettaq il-prijoritajiet stabbiliti f'dan il-programm ta' \u0127idma, il-Kummissjoni se tkompli tag\u0127mel l-isforzi kollha tag\u0127ha fil-\u0121estjoni tal-kri\u017ci, u biex l-ekonomiji u s-so\u010bjetajiet tal-Ewropa jsiru aktar re\u017ciljenti.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen qalet: \u201cL-akbar prijorit\u00e0 tag\u0127na se tibqa' dik li nsalvaw il-\u0127ajjiet u l-g\u0127ajxien mhedda mill-pandemija tal-coronavirus.", "Di\u0121\u00e0 ksibna \u0127afna.", "I\u017cda l-Ewropa g\u0127adha ma \u0127ar\u0121itx mill-inkwiet u t-tieni mew\u0121a qed tolqot bil-kbir madwar l-Ewropa.", "Irridu nibqg\u0127u vi\u0121ilanti u ninvolu ru\u0127na, ilkoll kemm a\u0127na.", "Il-Kummissjoni Ewropea se tkompli bl-isforzi tag\u0127ha biex tara li g\u0127all-quddiem ji\u0121i \u017cviluppat va\u010b\u010bin g\u0127all-Ewropej u biex tg\u0127in lill-ekonomiji tag\u0127na jirkupraw, permezz tat-tran\u017cizzjoni ekolo\u0121ika u di\u0121itali.\u201d", "Il-Vi\u010bi President Maro\u0161 \u0160ef\u010dovi\u010d responsabbli g\u0127ar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva qal: \u201cFilwaqt li ni\u017cguraw li l-Ewropa tkun tista' timmani\u0121\u0121ja l-pandemija u l-impatt devastanti tag\u0127ha, ser inkomplu wkoll nitg\u0127allmu mill-kri\u017ci.", "G\u0127alhekk, il-prijoritajiet ippre\u017centati f'dan il-programm ta' \u0127idma mhux biss jg\u0127inu biex jitwettaq l-irkupru tal-Ewropa i\u017cda wkoll ir-re\u017ciljenza fit-tul tag\u0127na \u2013 permezz ta' soluzzjonijiet validi g\u0127all-futur fl-oqsma kollha ta' politika.", "G\u0127al dan il-g\u0127an, ser nag\u0127mlu l-a\u0127jar u\u017cu mill-prospettiva strate\u0121ika kif ukoll mill-prin\u010bipji tag\u0127na tat-tfassil a\u0127jar tal-li\u0121ijiet \u2013 ibba\u017cati fuq l-evidenza u trasparenti, effi\u010bjenti u siewja g\u0127all-futur.\u201d", "It-twettiq tal-prijoritajiet tal-UE", "Il-programm ta' \u0126idma tal-Kummissjoni g\u0127all-2021 jipprevedi t-tran\u017cizzjoni mill-istrate\u0121ija lejn it-twettiq fis-sitt prijoritajiet politi\u010bi kollha.", "Jikkonferma d-determinazzjoni tal-Kummissjoni li tmexxi t-tran\u017cizzjonijiet tewmin ekolo\u0121i\u010bi u di\u0121itali \u2013 opportunit\u00e0 ming\u0127ajr paragun biex no\u0127or\u0121u mill-fra\u0121ilit\u00e0 tal-kri\u017ci u no\u0127olqu vitalit\u00e0 \u0121dida g\u0127all-Unjoni.", "Biex tinkiseb Ewropa newtrali g\u0127all-klima sal-2050, il-Kummissjoni se tressaq il-pakkett Fit for 55 g\u0127at-tnaqqis tal-emissjonijiet b'mill-inqas 55 % sal-2030.", "Dan se jkopri firxa wiesg\u0127a ta' oqsma ta' politika \u2013 minn sorsi rinnovabbli g\u0127al effi\u010bjenza ener\u0121etika l-ewwel, ir-rendiment tal-bini fl-u\u017cu tal-ener\u0121ija, kif ukoll l-u\u017cu tal-art, it-tassazzjoni tal-ener\u0121ija, il-kondivi\u017cjoni tal-isforzi u l-iskambju tal-emissjonijiet.", "Mekkani\u017cmu ta' A\u0121\u0121ustament tal-Karbonju fil-Fruntiera se jg\u0127in biex jitnaqqas ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u ji\u017cgura kundizzjonijiet ekwi billi j\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lis-s\u0127ab tal-UE iqawwu l-ambizzjoni klimatika tag\u0127hom.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tipproponi mi\u017curi biex timplimenta l-pjan ta' azzjoni g\u0127al ekonomija \u010birkolari tal-Ewropa, l-istrate\u0121ija tal-UE g\u0127all-bijodiversit\u00e0 u l-istrate\u0121ija mill-g\u0127alqa sal-platt .", "Biex dan id-de\u010bennju jsir id-de\u010bennju di\u0121itali tal-Ewropa, il-Kummissjoni se tressaq pjan direzzjonali ta' objettivi di\u0121itali definiti b'mod \u010bar g\u0127all-2030, relatati mal-konnettivit\u00e0, il-\u0127iliet u s-servizzi pubbli\u010bi di\u0121itali.", "L-enfasi se tkun fuq id-dritt g\u0127all-privatezza u l-konnettivit\u00e0, il-libert\u00e0 tal-espressjoni, il-fluss liberu tad-data u \u010b-\u010bibersigurt\u00e0.", "Il-Kummissjoni se tille\u0121i\u017cla f'oqsma li jkopru s-sikurezza, ir-responsabbilt\u00e0, id-drittijiet fundamentali u l-aspetti tal-intelli\u0121enza artifi\u010bjali fejn tid\u0127ol id-data.", "Fl-istess spirtu, se tipproponi sistema ta' e-ID Ewropea.", "L-inizjattivi se jinkludu wkoll a\u0121\u0121ornament tal-istrate\u0121ija industrijali \u0121dida g\u0127all-Ewropa, biex jitqies l-impatt tal-coronavirus, kif ukoll proposta le\u0121i\u017clattiva biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol tal-\u0127addiema tal-pjattaformi.", "Sabiex ji\u0121i \u017cgurat li l-kri\u017ci tas-sa\u0127\u0127a u dik ekonomika ma tinbidilx fi kri\u017ci so\u010bjali, il-Kummissjoni se tressaq pjan ta' azzjoni ambizzju\u017c biex timplimenta bis-s\u0127i\u0127 il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali, li ji\u017cgura li \u0127add ma jit\u0127alla lura meta l-Ewropa tirkupra.", "Il-Kummissjoni se tressaq ukoll garanzija g\u0127at-tfal Ewropea \u0121dida li tiggarantixxi a\u010b\u010bess g\u0127al servizzi ba\u017ci\u010bi b\u0127as-sa\u0127\u0127a u l-edukazzjoni g\u0127at-tfal kollha.", "Biex nappo\u0121\u0121aw l-ekonomiji tag\u0127na u nsa\u0127\u0127u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, se tag\u0127mel rie\u017cami tal-qafas g\u0127all-\u0121estjoni tal-fallimenti tal-banek tal-UE, se tie\u0127u mi\u017curi biex tag\u0127ti spinta lill-investiment transfruntier fl-UE, u se ssa\u0127\u0127a\u0127 il-\u0121lieda kontra l-\u0127asil tal-flus.", "Il-Kummissjoni se tara li l-Ewropa taqdi r-rwol vitali tag\u0127ha f'din id-dinja fra\u0121li, inklu\u017c billi tkun fuq quddiem tar-rispons globali biex ji\u0121i \u017cgurat li jkun hawn va\u010b\u010bin sikur u a\u010b\u010bessibbli g\u0127al kul\u0127add.", "Se tipproponi Komunikazzjoni Kon\u0121unta dwar it-tis\u0127i\u0127 tal-kontribut tal-UE g\u0127al multilaterali\u017cmu bba\u017cat fuq ir-regoli, s\u0127ubija m\u0121edda mal-vi\u010binat tag\u0127na tan-Nofsinhar, kif ukoll Komunikazzjoni dwar l-Artiku.", "Ser ji\u0121i ppre\u017centat ukoll appro\u010b\u010b strate\u0121iku \u0121did g\u0127all-appo\u0121\u0121 tad-di\u017carm, id-demobilizzazzjoni u r-reintegrazzjoni ta' dawk li kienu suldati.", "Komunikazzjoni dwar l-g\u0127ajnuna umanitarja tal-UE se tesplora modi \u0121odda ta' \u0127idma mas-s\u0127ab tag\u0127na u ma' donaturi o\u0127ra.", "Fid-dawl tal-COVID-19, il-Kummissjoni se tipproponi li tibni Unjoni Ewropea tas-Sa\u0127\u0127a aktar qawwija, b'mod partikolari billi ssa\u0127\u0127a\u0127 ir-rwol tal-a\u0121enziji e\u017cistenti u billi tistabbilixxi a\u0121enzija \u0121dida g\u0127ar-ri\u010berka u l-i\u017cvilupp avvanzati fil-bijomedi\u010bina.", "Sabiex ji\u0121i ppreservat u mtejjeb il-funzjonament tieg\u0127u, ser ti\u0121i ppre\u017centata strate\u0121ija \u0121dida g\u0127all-futur ta' Schengen.", "Il-patt il-\u0121did dwar il-migrazzjoni u l-a\u017cil se ji\u0121i segwit b'g\u0127add ta' mi\u017curi proposti dwar il-migrazzjoni legali, inklu\u017c pakkett ta' \u201ctalent u \u0127iliet\u201d.", "Elementi o\u0127ra jinkludu pjan ta' azzjoni kontra l-fa\u010bilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, kif ukoll strate\u0121ija sostenibbli ta' ritorn volontarju u riintegrazzjoni.", "Il-Kummissjoni se tkompli ssa\u0127\u0127a\u0127 l-Unjoni tas-Sigurt\u00e0, filwaqt li tindirizza t-terrori\u017cmu, il-kriminalit\u00e0 organizzata u t-theddid ibridu.", "Se tippre\u017centa wkoll strate\u0121ija komprensiva dwar il-\u0121lieda kontra l-antisemiti\u017cmu.", "Biex tinbena unjoni ta' ugwaljanza, il-Kummissjoni se tippre\u017centa strate\u0121iji \u0121odda dwar id-drittijiet tat-tfal u g\u0127all-persuni b'di\u017cabilit\u00e0, kif ukoll proposta biex ti\u0121i mi\u0121\u0121ielda l-vjolenza sessista.", "Se tipproponi wkoll li testendi l-lista ta' dawk l-atti li fl-Ewropa kollha jkunu meqjusa b\u0127ala reati, biex ji\u0121u inklu\u017ci l-forom kollha ta' reati ta' mibeg\u0127da u diskors ta' mibeg\u0127da.", "Il-Kummissjoni se tipproponi regoli aktar \u010bari dwar il-finanzjament tal-partiti politi\u010bi Ewropej u se tie\u0127u azzjoni biex tipprote\u0121i lill-\u0121urnalisti u lis-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili kontra litigazzjoni abbu\u017civa.", "Permezz ta' vi\u017cjoni fit-tul g\u0127a\u017c-\u017coni rurali se ji\u0121u proposti azzjonijiet biex ji\u0121i sfruttat il-potenzjal s\u0127i\u0127 ta' dawn ir-re\u0121juni.", "Min\u0127abba n-natura g\u0127at-tul u trasformattiva tal-inizjattivi ppjanati, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-le\u0121i\u017clazzjoni ssir bil-mod li j\u0127alli l-akbar impatt u b'\u0127arsa lejn il-futur.", "Il-Komunikazjoni dwar Regolamentazzjoni a\u0127jar se \u0121\u0121edded din l-enfasi.", "Din se tiffoka fuq is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-pi\u017cijiet, b'mod partikolari billi tintrodu\u010bi appro\u010b\u010b \u201cone-in-one-out\u201d.", "Il-pjattaforma Fit for Future se tappo\u0121\u0121a lill-Kummissjoni f'din l-ambizzjoni, partikolarment me\u0127tie\u0121a bl-effetti li huma konsegwenti g\u0127all-pandemija tal-COVID-19.", "Biex tag\u0127ti ri\u017cultati konkreti, il-Kummissjoni se \u017c\u017cid ukoll il-programm tag\u0127ha ta' sensibilizzazzjoni wiesg\u0127a, bil-Konferenza dwar il-\u0120ejjieni tal-Ewropa li jkollha rwol \u010bentrali.", "Il-lista s\u0127i\u0127a tal-44 objettiv ta' politika \u0121did ta\u0127t is-sitt ambizzjonijiet ewlenin tinsab fl-Anness 1 tal-Programm ta' \u0126idma g\u0127all-2021.", "Il-Passi li Jmiss", "Il-programm ta' \u0127idma tal-Kummissjoni g\u0127all-2021 huwa r-ri\u017cultat ta' kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-korpi konsultattivi tal-UE.", "Il-Kummissjoni issa se tibda diskussjonijiet mal-Parlament u mal-Kunsill biex tistabbilixxi lista ta' prijoritajiet kon\u0121unti li dwarhom il-kole\u0121i\u017claturi jaqblu li jie\u0127du azzjoni rapida.", "L-isfond", "Kull sena, il-Kummissjoni tadotta programm ta' \u0127idma li jistabbilixxi l-lista ta' azzjonijiet li se tie\u0127u fit-tnax-il xahar li jkunu \u0121ejjin.", "Il-programm ta' \u0127idma jinforma lill-pubbliku u lill-kole\u0121i\u017claturi bl-impenji politi\u010bi tag\u0127na fil-pre\u017centazzjoni ta' inizjattivi \u0121odda, inne\u0127\u0127u proposti pendenti u nirrie\u017caminaw le\u0121i\u017clazzjoni tal-UE e\u017cistenti.", "Dan ma jkoprix il-\u0127idma kontinwa tal-Kummissjoni biex timplimenta r-rwol tag\u0127ha b\u0127ala l-Gwardjan tat-Trattati u biex tinforza l-le\u0121i\u017clazzjoni e\u017cistenti jew l-inizjattivi regolari li l-Kummissjoni tadotta kull sena.", "Il-pjan ta' \u0127idma tal-2021 tal-Kummissjoni huwa marbut mill-qrib mal- pjan ta' rkupru g\u0127all-Ewropa, mal-istrument tal-irkupru NextGenerationEU kif ukoll mal-ba\u0121it tal-UE msa\u0127\u0127a\u0127 g\u0127all-2021-2027.", "Il-Fa\u010bilit\u00e0 g\u0127all-Irkupru u r-Re\u017ciljenza se tg\u0127addi ammont bla pre\u010bedenti ta' EUR 672.5 biljun b\u0127ala g\u0127otjiet u self fl-ewwel sena kru\u010bjali ta' rkupru.", "Sadanittant, l-Istati Membri qed ifasslu pjanijiet g\u0127all-irkupru u r-re\u017ciljenza li jistabbilixxu riformi u investimenti, allinjati mal-objettivi tal-politika ekolo\u0121ika u di\u0121itali tal-UE: b'minimu ta' 37% ta' nefqa g\u0127at-tran\u017cizzjoni ekolo\u0121ika, u minimu ta' 20% relatat mad-di\u0121itali.", "Biex t\u0127allas lura l-fondi mi\u0121bura ta\u0127t NextGenerationEU, il-Kummissjoni se tressaq proposti g\u0127al ri\u017corsi proprji \u0121odda billi tibda minn revi\u017cjoni tas-Sistema g\u0127all-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet, Mekkani\u017cmu ta' A\u0121\u0121ustament tal-Karbonju fil-Fruntiera kif ukoll imposta di\u0121itali.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Il-programm ta' \u0127idma tal-Kummissjoni g\u0127all-2021, l-annessi u l-iskedi informattivi", "Il-Programm ta' \u0126idma a\u0121\u0121ustat tal-Kummissjoni g\u0127all-2020", "Il-Pjan ta' rkupru g\u0127all-Ewropa", "Il-Patt Ekolo\u0121iku Ewropew", "It-tiswir tal-futur di\u0121itali tal-Ewropa"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1920", "title": "Rapport \u0121did dwar l-Istat tan-Natura jindika pressjonijiet persistenti fuq in-natura tal-Ewropa ", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENVIRO,PR-GREENDEAL", "date": "Sun, 18 Oct 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-a\u0127\u0127ar valutazzjoni tag\u0127ha tal-istat tan-natura fl-Unjoni Ewropea.", "Din tipprovdi \u0127arsa \u0121enerali komprensiva tas-sitwazzjoni tal-ispe\u010bijiet u l-\u0127abitats l-aktar vulnerabbli tal-Ewropa li huma protetti skont il-li\u0121ijiet tal-UE dwar in-natura.", "It-tnaqqis tal-\u0127abitats u tal-ispe\u010bijiet protetti g\u0127adu g\u0127addej, ikkaw\u017cat l-aktar minn agrikoltura intensiva, minn urbanizzazzjoni, minn attivitajiet tal-forestrija mhux sostenibbli u minn bidliet fil-\u0127abitats tal-ilma \u0127elu.", "It-tni\u0121\u0121is tal-arja, tal-ilma u tal-\u0127amrija g\u0127andu impatt ukoll fuq il-\u0127abitats, kif ukoll it-tibdil fil-klima, l-isfruttament \u017cejjed tal-annimali permezz tal-\u0127sad illegali u l-ka\u010b\u010ba u s-sajd insostenibbli.", "Jekk dan it-tnaqqis ma ji\u0121ix indirizzat, inevitabbilment dan se jirri\u017culta fl-ero\u017cjoni kontinwa tal-bijodiversit\u00e0 tag\u0127na u tas-servizzi vitali li tipprovdi, u b'hekk iqieg\u0127ed is-sa\u0127\u0127a tal-bniedem u l-prosperit\u00e0 f'riskju.", "Ir-rapport jenfasizza l-\u0127tie\u0121a \u010bara g\u0127al azzjoni jekk irridu li jkollna xi opportunit\u00e0 serja li npo\u0121\u0121u l-bijodiversit\u00e0 tal-Ewropa fit-triq lejn l-irkupru sal-2030, kif previst fl-Istrate\u0121ija l-\u0121dida g\u0127all-Bijodiversit\u00e0 tal-UE.", "F'dan ir-rigward, l-implimentazzjoni s\u0127i\u0127a tal-g\u0127anijiet u l-miri proposti fl-Istrate\u0121ija kif ukoll fl-Istrate\u0121ija Mill-G\u0127alqa sal-Platt se tkun essenzjali.", "Il-valutazzjoni \u2013 ibba\u017cata fuq rapport tekniku aktar dettaljat tal-A\u0121enzija Ewropea g\u0127all-Ambjent \u2013 turi li filwaqt li hemm spe\u010bijiet u \u0127abitats protetti li qed jirnexxilhom isalvaw minkejja li huma so\u0121\u0121etti g\u0127al pressjoni kbira, il-ma\u0121\u0121oranza jinsabu fi status fqir jew \u0127a\u017cin fil-livell tal-UE, b'xi w\u0127ud juru xejriet li qed ikomplu jiddeterjoraw.", "Fost l-ispe\u010bijiet, l-g\u0127asafar li huma asso\u010bjati mill-qrib mal-agrikoltura qed ikomplu jonqsu, filwaqt li l-\u0127ut tal-ilma \u0127elu g\u0127andu l-og\u0127la proporzjon ta' status \u0127a\u017cin ta' konservazzjoni (38%) primarjament min\u0127abba l-bidliet fil-korpi tal-ilma u fl-installazzjonijiet tal-fluss tal-ilma u tal-ener\u0121ija idroelettrika.", "Fost il-\u0127abitats,15% biss minnhom jinsabu f'kundizzjoni tajba.", "Ir-restawr tat-torbieri u ta' artijiet mistag\u0127dra o\u0127ra jista' jwassal g\u0127al benefi\u010b\u010bji lin-natura, i\u017cda jikkontribwixxi wkoll b'mod sinifikanti biex ji\u0121i inidirzzat it-tibdil fil-klima, filwaqt li jo\u0127loq opportunitajiet ta' impjiegi f'\u017coni rurali u periferi\u010bi.", "Ir-rapport juri wkoll li azzjonijiet spe\u010bifi\u010bi ta' konservazzjoni jwasslu biex jinkisbu xi ri\u017cultati.", "Il-lin\u010bi tal-Iberja, ir-renna tal-foresti u l-lontra, li kull wie\u0127ed minnhom kien il-mira ta' pro\u0121etti kbar ta' konservazzjoni, issa qed jirkupraw.", "L-inizjattivi ta\u0127t il-programm LIFE tal-UE, skemi agroambjentali spe\u010bifi\u010bi ta\u0127t il-politika agrikola komuni, u n-network Natura 2000 b'27,000 sit tieg\u0127u g\u0127adhom qed i\u0127allu impatt po\u017cittiv i\u017cda je\u0127tie\u0121 ji\u017cdiedu b'mod konsiderevoli.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Ambjent, l-O\u010beani u s-Sajd, Virginijus Sinkevi\u010dius, qal hekk: \u201cDin il-valutazzjoni dwar l-Istat tan-Natura hija l-aktar wa\u0127da komprensiva li qatt saret fl-UE dwar kemm hi f'sa\u0127\u0127itha n-natura.", "G\u0127al darb'o\u0127ra, din turi b'mod \u010bar \u0127afna li s-sistema tant vitali biex i\u017c\u017commna \u0127ajjin qed tiddg\u0127ajjef.", "Fl-UE, 81 % tal-\u0127abitats protetti jinsabu f'kundizzjoni \u0127a\u017cina.", "Je\u0127tie\u0121 b'mod ur\u0121enti li nwettqu l-impenji mni\u017c\u017cla fl-Istrate\u0121ija l-\u0121dida g\u0127all-Bijodiversit\u00e0 tal-UE biex inre\u0121\u0121g\u0127u lura dan it-tnaqqis g\u0127all-benefi\u010b\u010bju tan-natura, in-nies, il-klima u l-ekonomija.\u201d", "Hans Bruyninckx, id-Direttur E\u017cekuttiv tal-A\u0121enzija Ewropea g\u0127all-Ambjent, qal: \u201cIl-valutazzjoni tag\u0127na turi li s-salvagwardja tas-sa\u0127\u0127a u tar-re\u017ciljenza tan-natura tal-Ewropa, u tal-benesseri tan-nies, te\u0127tie\u0121 bidliet fundamentali fil-mod kif nipprodu\u010bu u nikkunsmaw l-ikel, nimmani\u0121\u0121jaw u nu\u017caw il-foresti, u nibnu l-ibliet.", "Dawn l-isforzi je\u0127tie\u0121 ikunu akkumpanjati minn implimentazzjoni u infurzar a\u0127jar tal-politiki ta' konservazzjoni, minn enfasi fuq ir-restawr tan-natura, kif ukoll minn azzjoni favur il-klima dejjem aktar ambizzju\u017ca, spe\u010bjalment fis-settur tat-trasport u l-ener\u0121ija.\u201d", "Sfond", "Kull sitt snin, l-Istati Membri tal-UE jirrapportaw dwar l-istatus u x-xejriet ta' konservazzjoni tal-ispe\u010bijiet u tat-tipi ta' \u0127abitats protetti skont id-Direttivi tal-UE.", "I\u010b-\u010biklu attwali ta' rappurtar huwa l-akbar u l-aktar e\u017cer\u010bizzju estensiv ta' \u0121bir ta' data li qatt sar dwar l-istat tan-natura tal-Ewropa.", "Ir-rapport jipprovdi anali\u017ci tad-data dwar l-istatus u x-xejriet relatati mal-ispe\u010bijiet kollha ta' g\u0127asafar selva\u0121\u0121i li jinsabu fl-UE (460 spe\u010bi), 233 tip ta' \u0127abitat u kwa\u017ci 1,400 pjanta u annimal selva\u0121\u0121 o\u0127ra ta' interess Ewropew.", "Dan l-g\u0127arfien se jiggwida l-azzjoni tal-UE dwar il-bijodiversit\u00e0 fis-snin li \u0121ejjin, filwaqt li jipprovdi linja ba\u017ci kru\u010bjali g\u0127all-monitora\u0121\u0121 tal-progress lejn il-kisba tal-miri tal-Istrate\u0121ija l-\u0121dida g\u0127all-Bijodiversit\u00e0 tal-UE sal-2030.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Rapport tal-Kummissjoni Ewropea", "Rapport tekniku dwar l-Istat tan-Natura ta\u017c-\u017bEE", "Strate\u0121ija dwar il-Bijodiversit\u00e0 tal-UE", "Rapport \u2013 Bringing nature back through LIFE", "Link g\u0127all-Fuljett"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/PRES_09_27", "title": "Sostituzzjoni tad-Deputat Rappre\u017centant Permanenti Portugi\u017c g\u0127all-Unjoni Ewropea", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Thu, 29 Jan 2009 23:00:00 GMT", "text": ["KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA", "MT", "Brussell, 30 ta' Jannar 2009", "5943/09 (Presse 27)", "(OR. en)", "Sostituzzjoni tad-Deputat Rappre\u017centant Permanenti Portugi\u017c g\u0127all-Unjoni Ewropea", "Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea \u0121ie infurmat bil-\u0127atra mill-Gvern Portugi\u017c tal-Ambaxxatur Ana Paula ZACARIAS b\u0127ala Deputat Rappre\u017centant Permanenti tal-Portugall g\u0127all-Unjoni Ewropea.", "L-Ambaxxatur ZACARIAS beda l-\u0127idmietu fis-7 ta' Jannar 2009.", "( Curriculum vitae mehmu\u017c).", "ANNEX", "CURRICULUM VITAE", "Ana Paula Zacarias", "Born in Lisbon, on the 5th of January, 1959", "Divorced.", "Two children.", "Law studies at the Catholic University of Lisbon.", "Degree in Cultural Anthropology by the New University of Lisbon (Universidade Nova de Lisboa)", "Professional Activities :", "- 1983 \u2013 1984 \u2013 Lecturer at the Faculty of Social Sciences, Universidade Nova de Lisboa", "- 1983 \u2013 Entered the Ministry of Foreign Affairs", "- 1983 \u2013 1986 \u2013 Secretary at the Ministry of Foreign Affairs, Protocol Service and Europe Department", "- 1986 \u2013 1988 \u2013 Counsellor for International Relations at the President's Office", "- 1988 \u2013 1993 \u2013 At the Embassy of Portugal in Washington, USA", "- 1993 \u2013 1996 \u2013 Consul of Portugal in Curitiba, Brazil.", "- 1996 \u2013 1998 \u2013 Director of the Press and Information Office at the Ministry of Foreign Affairs, Lisbon.", "Representative of the MFA to the World Exhibition of Lisbon (EXPO-98).", "- 1998 \u2013 2000 \u2013 Vice President of the Cultural Institute Cam\u00f5es, Lisbon", "- 2000 - 2005 \u2013 Deputy Permanent Representative of Portugal to UNESCO, in Paris.", "Permanent Representative to the Union Latine.", "President of the Executive Council of the Union Latine.", "President of the Assembly of State Parties to the 1970 UNESCO Convention on the Means of Prohibiting and Preventing the Illicit Import, Export and Transfer of Ownership of Cultural Property.", "Member of the Jury of the International Prize \u201cMasterpieces of the Oral and Intangible Heritage of Humanity\u201d", "2005 \u2013 2009 \u2013 Ambassador of Portugal to Estonia, Tallinn", "- January 2009 \u2013 Appointed Deputy Permanent Representative of Portugal to the European Union."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_882", "title": "Il-Kambodja: L-UE tniedi pro\u010bedura biex tissospendi temporanjament il-preferenzi kummer\u010bjali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL,EEAS", "date": "Sun, 10 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["L-UE llum beda l-pro\u010bess li jista' jwassal g\u0127as-sospensjoni temporanja tal-a\u010b\u010bess preferenzjali tal-Kambodja g\u0127as-suq tal-UE ta\u0127t l-iskema kummer\u010bjali Kollox \u0126lief Armi (EBA, Everything But Arms).", "Il-preferenzi EBA jistg\u0127u jitne\u0127\u0127ew jekk il-pajji\u017ci benefi\u010bjarji jonqsu milli jirrispettaw id-drittijiet ba\u017ci\u010bi tal-bniedem u tal-\u0127addiema.", "It-tnedija ta' pro\u010bedura ta' rtirar temporanju ma tinvolvix it-tne\u0127\u0127ija immedjata ta' preferenzi tariffarji, li tkun l-g\u0127a\u017cla tal-a\u0127\u0127ar istanza.", "Minflok, dan jibda perjodu ta' monitora\u0121\u0121 u impenn intensiv.", "L-g\u0127an tal-azzjoni tal-Kummissjoni jibqa' li ttejjeb is-sitwazzjoni g\u0127an-nies fuq il-post.", "Ir-Rappre\u017centant G\u0127oli tal-Unjoni g\u0127all-Affarijiet Barranin u l-Vi\u010bi President tal-Kummissjoni Ewropea, Federica Mogherini, qalet: Matul l-a\u0127\u0127ar tmintax-il xahar rajna li d-demokrazija, ir-rispett g\u0127ad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt qeg\u0127din imorru lura fil-Kambodja.", "Fi Frar 2018, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE g\u0127amlu \u010bar kemm l-UE t\u0127ares b'mod serju lejn dawn l-i\u017cviluppi.", "F'dawn l-a\u0127\u0127ar xhur, l-awtoritajiet tal-Kambodja \u0127adu g\u0127add ta' passi po\u017cittivi, inklu\u017c il-\u0127elsien ta' personalitajiet politi\u010bi, attivisti tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili u \u0121urnalisti u l-indirizzar ta' xi restrizzjonijiet fuq is-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili u l-attivitajiet tat-trejdjunjins.", "Madankollu, ming\u0127ajr azzjoni aktar konklu\u017civa mill-gvern, is-sitwazzjoni fil-prattika titlob il-parte\u010bipazzjoni tal-Kambodja fl-iskema EBA.", "B\u0127ala l-Unjoni Ewropea, a\u0127na nimpenjaw ru\u0127na li jkollna s\u0127ubija mal-Kambodja li twassal g\u0127ar-ri\u017cultati g\u0127all-Kambodjani.", "L-appo\u0121\u0121 tag\u0127na g\u0127ad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajji\u017c jinsab fil-qalba ta' din is-s\u0127ubija.\u201d", "Il-Kummissarju tal-UE g\u0127all-Kummer\u010b Cecilia Malmstr\u00f6m qalet: \u201cG\u0127andu jkun \u010bar li l-azzjoni tal-lum la hija de\u010bi\u017cjoni finali u lanqas l-a\u0127\u0127ar tal-pro\u010bess.", "I\u017cda l-\u0127in issa beda g\u0127addej b'mod uffi\u010bjali u je\u0127tie\u0121 li naraw azzjoni reali dalwaqt.", "Issa ninsabu fi pro\u010bess ta' monitora\u0121\u0121 u evalwazzjoni li fih a\u0127na lesti nimpenjaw ru\u0127na bis-s\u0127i\u0127 mal-awtoritajiet tal-Kambodja u na\u0127dmu mag\u0127hom biex inwittu t-triq 'il quddiem.", "Meta ng\u0127idu li l-politika kummer\u010bjali tal-UE hija bba\u017cata fuq il-valuri, dawn mhumiex biss kliem vojta.", "A\u0127na kburin li a\u0127na wie\u0127ed mill-aktar swieq miftu\u0127a fid-dinja g\u0127all-pajji\u017ci l-anqas \u017cviluppati u l-evidenza turi li l-esportazzjoni lejn is-Suq Uniku tal-UE tista' tag\u0127ti spinta kbira lill-ekonomiji tag\u0127hom.", "Madankollu, b\u0127ala kontraparti nitolbu li dawn il-pajji\u017ci jirrispettaw \u010berti prin\u010bipji ewlenin.", "L-involviment tag\u0127na fis-sitwazzjoni fil-Kambodja wassalna biex nikkonkludu li hemm nuqqasijiet serji f'dak li g\u0127andu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-\u0127addiema fil-Kambodja li l-gvern je\u0127tie\u0121 li jindirizza jekk irid i\u017comm l-a\u010b\u010bess privile\u0121\u0121at tieg\u0127u g\u0127as-suq tag\u0127na.\u201d", "Wara perjodu ta' involviment imsa\u0127\u0127a\u0127, inklu\u017ca missjoni ta' \u0121bir ta' informazzjoni fil-Kambodja fi Lulju 2018 u laqg\u0127at bilaterali sussegwenti fl-og\u0127la livell, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm evidenza ta' ksur serju u sistematiku tad-drittijiet ba\u017ci\u010bi tal-bniedem u tad-drittijiet tal-\u0127addiema fil-Kambodja, b'mod partikolari tad-drittijiet g\u0127all-parte\u010bipazzjoni politika kif ukoll tal-libertajiet ta' g\u0127aqda, espressjoni u asso\u010bjazzjoni.", "Dawn is-sejbiet i\u017cidu mat-t\u0127assib tal-UE li ilu je\u017cisti dwar in-nuqqas ta' drittijiet tal-\u0127addiema u tilwimiet marbuta ma' kon\u010bessjonijiet ekonomi\u010bi tal-art fil-pajji\u017c.", "Id-De\u010bi\u017cjoni tal-lum se ti\u0121i ppubblikata fil-\u0120urnal Uffi\u010bjali tal-UE fit-12 ta' Frar, li tibda pro\u010bess li g\u0127andu l-g\u0127an li jasal g\u0127al sitwazzjoni fejn il-Kambodja tkun konformi mal-obbligi tag\u0127ha skont il-Konvenzjonijiet ewlenin tan-NU u tal-ILO:", "- perjodu ta' sitt xhur ta' monitora\u0121\u0121 u impenn intensiv mal-awtoritajiet tal-Kambodja;", "- segwit minn perjodu ie\u0127or ta' tliet xhur g\u0127all-UE biex tipprodu\u010bi rapport ibba\u017cat fuq is-sejbiet;", "- wara tnax-il xahar, il-Kummissjoni se tikkonkludi l-pro\u010bedura b'de\u010bi\u017cjoni finali dwar jekk tirtirax jew le l-preferenzi tariffarji; huwa wkoll f'dan l-istadju li l-Kummissjoni se tidde\u010biedi dwar il-kamp ta' applikazzjoni u t-tul ta' \u017cmien tal-irtirar.", "Kull irtirar jid\u0127ol fis-se\u0127\u0127 wara perjodu ie\u0127or ta' sitt xhur.", "Ir-rappre\u017centant G\u0127oli / Vi\u010bi President Mogherini u l-Kummissarju Malmstr\u00f6m nedew il-pro\u010bess intern biex tinbeda din il-pro\u010bedura fil-4 ta' Ottubru 2018.", "L-Istati Membri taw l-approvazzjoni tag\u0127hom g\u0127all-proposta tal-Kummissjoni biex titnieda l-pro\u010bedura ta' rtirar fl-a\u0127\u0127ar ta' Jannar 2019.", "Sfond", "L-arran\u0121ament Kollox \u0126lief Armi hija ferg\u0127a wa\u0127da mill-Iskema ta' Preferenzi Tariffarji \u0120eneralizzati (S\u0120P) tal-UE, li tippermetti lill-pajji\u017ci vulnerabbli li qed ji\u017cviluppaw biex i\u0127allsu anqas dazji jew ebda dazji fuq l-esportazzjonijiet lejn l-UE, billi tag\u0127tihom a\u010b\u010bess vitali g\u0127as-suq tal-UE u tikkontribwixxu g\u0127at-tkabbir tag\u0127hom.", "L-iskema tal-EBA tag\u0127ti b'mod unilaterali a\u010b\u010bess ming\u0127ajr dazju u ming\u0127ajr kwoti g\u0127all-Unjoni Ewropea g\u0127all-prodotti kollha (\u0127lief armi u munizzjon) g\u0127all-Pajji\u017ci l-Anqas \u017bviluppati tad-Dinja, kif definit min-Nazzjonijiet Uniti.", "Ir-Regolament S\u0120P jistipula li l-preferenzi kummer\u010bjali jistg\u0127u ji\u0121u sospi\u017ci f'ka\u017c ta' \u201cksur serju u sistematiku tal-prin\u010bipji\u201d stabbiliti fil-Konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-\u0127addiema elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament.", "L-esportazzjonijiet tat-tessuti u \u017c-\u017craben, il-prodotti ppreparati tal-ikel u l-\u0127xejjex (ir-ross) u r-roti rrappre\u017centaw 97 % tal-esportazzjonijiet globali tal-Kambodja lejn l-UE fl-2018.", "Mit-total tal-esportazzjonijiet ta' EUR 4,9 biljun, 99 % (EUR 4,8 biljun) kienu eli\u0121ibbli g\u0127al dazji preferenzjali tal-ABE.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Il-MEMO: L-UE bdiet pro\u010bedura biex tissospendi temporanjament il-preferenzi kummer\u010bjali g\u0127all-Kambodja", "Relazzjonijiet kummer\u010bjali mal-Kambodja", "Skema \u0120eneralizzata ta' Preferenzi"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_19_802", "title": "Karatteristi\u010bi \u0121odda tas-sikurezza g\u0127all-medi\u010bini li jinbieg\u0127u fl-UE \u2014 Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Thu, 07 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Karatteristi\u010bi \u0121odda tas-sikurezza g\u0127all-medi\u010bini li jinbieg\u0127u fl-UE \u2014 Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "X'inhuma l-medi\u010bini ffalsifikati, u g\u0127ala huma problema fl-UE?", "Il-medi\u010bini ffalsifikati huma medi\u010bini foloz li jinbieg\u0127u taparsi huma medi\u010bini reali u awtorizzati.", "Il-medi\u010bini ffalsifikati jista' jkun fihom ingredjenti, inklu\u017c ingredjenti attivi, li jkunu ta' kwalit\u00e0 baxxa jew ta' do\u017ca \u017cbaljata \u2014 jew g\u0127olja wisq jew inkella baxxa wisq.", "Billi ma jkunux g\u0127addew mill-valutazzjoni me\u0127tie\u0121a tal-kwalit\u00e0, tas-sikurezza u tal-effika\u010bja kif mitlub mill-pro\u010bedura ta' awtorizzazzjoni tal-UE, jistg\u0127u jkunu theddida kbira g\u0127as-sa\u0127\u0127a.", "Nafu kemm hemm medi\u010bini ffalsifikati fis-suq tal-UE?", "Billi l-medi\u010bini ffalsifikati ma jistg\u0127ux ji\u0121u ttra\u010b\u010bati kompletament, diffi\u010bli jinkisbu \u010bifri pre\u010bi\u017ci.", "Skont stima tad-WHO, fil-pajji\u017ci bi d\u0127ul baxx u medju, wa\u0127da minn kull g\u0127axar medi\u010bini hija ffalsifikata[1].", "Huwa stmat li l-proporzjon \u0121enerali ta' medi\u010bini ffalsifikati fl-UE huwa \u0127afna iktar baxx.", "Il-Kummissjoni r\u010beviet 400 notifika dwar medi\u010bini ffalsifikati bejn l-2013 u l-2017.", "Dawn in-notifiki jkunu msejsa fuq st\u0127arri\u0121 imwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali.", "L-Interpol, il-Europol u l-a\u0121enziji nazzjonali dwar il-medi\u010bina jissekwestraw \u0127afna medi\u010bini ffalsifikati, u kull sena jag\u0127lqu mijiet ta' siti web illegali.", "Fl-2017, fil-fruntieri tal-UE \u0121ew sekwestrati medi\u010bini ffalsifikati b'valur ta' kwa\u017ci \u20ac7 miljun.", "X'sar fil-livell tal-UE biex il-medi\u010bini ffalsifikati ma jaslux f'idejn il-pazjenti?", "Fl-2011, l-UE adottat id-Direttiva dwar il-Medi\u010bini Falsifikati, li da\u0127\u0127let mi\u017curi armonizzati u pan-Ewropewj ta' sikurezza u kontroll, li jippermettu identifikazzjoni iktar fa\u010bli tal-medi\u010bini ffalsifikati, u jtejbu l-verifiki u l-kontrolli mal-fruntieri tal-UE u fi \u0127danha.", "Dawk il-mi\u017curi jinkludu: karatteristi\u010bi ta' sikurezza fuq il-medi\u010bini bir-ri\u010betta, logo tal-UE li jidentifika l-ispi\u017ceriji online legali, regoli aktar stretti dwar l-importazzjoni ta' ingredjenti attivi, u \u017camma ta' rekords iktar b'sa\u0127\u0127itha g\u0127all-bejjieg\u0127a bl-ingrossa.", "Mi\u017cura ewlenija tad-Direttiva hija l-introduzzjoni ta' karatteristi\u010bi obbligatorji ta' sikurezza fuq l-ippakkjar ta' barra tal-medi\u010bini bir-ri\u010betta, flimkien ma' sistema g\u0127all-awtentikazzjoni tal-medi\u010bini.", "X'inhuma l-\u201ckaratteristi\u010bi tas-sikurezza\u201d?", "Il-karatteristi\u010bi tas-sikurezza huma:", "- identifikatur uniku li jippermetti l-verifika tal-awtenti\u010bit\u00e0 ta' prodott medi\u010binali, u", "- apparat biex il-prodott ma jkunx jista' jinfeta\u0127 abbu\u017civament.", "Dawn se jkunu me\u0127tie\u0121a fuq il-ma\u0121\u0121oranza tal-medi\u010bini bir-ri\u010betta, kif ukoll fuq \u010berti medi\u010bini mhux bir-ri\u010betta.[2]", "Dawn il-karatteristi\u010bi \u0121odda tas-sikurezza g\u0127andhom jitqieg\u0127du fuq l-ippakkjar tal-medi\u010bini li jkunu se jinbieg\u0127u fis-suq tal-UE wara d-9 ta' Frar 2019.", "Kif ikunu dawn il-karatteristi\u010bi?", "Kif ta\u0127dem is-sistema tal-awtentikazzjoni tal-medi\u010bini tal-UE?", "Is-sistema ta' awtentikazzjoni tal-medi\u010bini dda\u0127\u0127al verifika, tul il-katina kollha, tal-medi\u010bini bir-ri\u010betta li jinbieg\u0127u fl-UE.", "L-ewwel pass huwa li l-manifatturi jtellg\u0127u l-informazzjoni inklu\u017ca fl-identifikatur uniku g\u0127al kull medi\u010bina individwali fir-repo\u017citorju \u010bentrali tal-UE, li tie\u0127u \u0127siebu l-Organizzazzjoni Ewropea g\u0127all-Verifika tal-Medi\u010bini, entit\u00e0 legali mhux bi skop ta' qlig\u0127, stabbilita mill-industrija farma\u010bewtika tal-UE.", "Skont is-sors tag\u0127hom, il-bejjieg\u0127a bl-ingrossa ser ikollhom ukoll jiskenjaw il-medi\u010bini f'punti differenti tal-katina ta' provvista sabiex jivverifikaw l-awtenti\u010bit\u00e0 tag\u0127hom.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, l-ispi\u017ceriji u l-isptarijiet se jiskenjaw kull medi\u010bina fi tmiem il-katina tal-provvista, kemm biex jivverifikaw li huma awtenti\u010bi, kif ukoll biex jirre\u0121istraw li \u0127ar\u0121u mir-repo\u017citorju qabel ma jing\u0127ataw lill-pazjenti.", "Pazjent ikun jista' jivverifika jekk medi\u010bina hijiex awtentika fuq l-internet jew permezz ta' applikazzjoni mobbli?", "Is-sistema te\u0127tie\u0121 li l-ispi\u017cjara \u2014 u l-isptarijiet \u2014 jivverifikaw li l-prodotti jkunu awtenti\u010bi qabel ma ji\u0121u fornuti lill-pazjenti.", "Billi s-sistema hija mag\u0127luqa, il-persuni awtorizzati biss ikunu jistg\u0127u ja\u010b\u010bessaw l-informazzjoni fir-repo\u017citorju.", "Biex jidentifikaw spi\u017cerija online legali, i\u010b-\u010bittadini jridu jag\u0127fsu fuq il-logo Ewropew fis-sit web tal-ispi\u017cerija biex ja\u010b\u010bertaw ru\u0127hom li din tinsab fil-lista ta' spi\u017ceriji online legali fl-Istat Membri rilevanti.[3] L-ispi\u017ceriji awtorizzati f'pajji\u017c tal-UE biss jistg\u0127u jbig\u0127u medi\u010bini lil pazjenti Ewropej online.", "Min se jibbenefika mill-karatteristi\u010bi l-\u0121odda tas-sikurezza?", "Il-karatteristi\u010bi tas-sikurezza jippermettu ttra\u010b\u010bar a\u0127jar tal-medi\u010bini bir-ri\u010betta li jinbieg\u0127u fl-ispi\u017ceriji, fl-ispi\u017ceriji tal-isptarijiet u fl-ispi\u017ceriji online legali.", "Qabelxejn, il-pazjenti se jibbenefikaw mill-verifiki addizzjonali, li se jippermettu li ji\u0121i \u017cgurat li l-medi\u010bini li jir\u010bievu jkunu awtenti\u010bi u sikuri.", "L-operaturi fis-settur farma\u010bewtiku se jibbenefikaw ukoll mill-possibbilt\u00e0 li jivverifikaw li l-medi\u010bini li jixtru u jbig\u0127u huma awtenti\u010bi u li ma jkunux infet\u0127u b'mod abbu\u017civ.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, l-awtoritajiet tal-Istati Membri se jkollhom g\u0127odda addizzjonali meta jist\u0127arr\u0121u in\u010bidenti potenzjali ta' falsifikazzjoni, u se jkunu jistg\u0127u jittra\u010b\u010baw il-prodotti medi\u010binali individwali fl-UE.", "Ir-regoli l-\u0121odda meta jid\u0127lu fis-se\u0127\u0127?", "Il-karatteristi\u010bi tas-sikurezza u l-awtentikazzjoni se jkunu me\u0127tie\u0121a g\u0127all-medi\u010bini li ji\u0121u prodotti mid-9 ta' Frar 2019 'il quddiem, g\u0127ajr fil-Gre\u010bja u fl-Italja[4].", "Il-bidliet mhux se jidhru mill-ewwel, peress illi l-kumpaniji jistg\u0127u jkomplu jbig\u0127u l-prodotti fl-istokk.", "Proprju g\u0127alhekk, g\u0127all-bidu, fl-ispi\u017ceriji se jibqg\u0127u disponibbli pakketti bil-barcode 2D u ming\u0127ajru.", "G\u0127al aktar tag\u0127rif:", "https://ec.europa.eu/health/human-use/falsified_medicines_mt", "[1] https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/substandard-and-falsified-medical-products", "[2] \u010aerti medi\u010bini bir-ri\u010betta, b\u0127all-gassijiet medi\u010binali, huma e\u017centati mill-karatteristi\u010bi tas-sikurezza min\u0127abba li r-riskju ta' falsifikazzjoni tag\u0127hom huwa baxx.", "Il-medi\u010bini li jinxtraw ming\u0127ajr ri\u010betta jistg\u0127u jkunu koperti mir-regoli l-\u0121odda jekk jinstab li hemm riskju g\u0127oli li ji\u0121u ffalsifikati, b\u0127al fil-ka\u017c tal-omeprazole.", "[3] https://ec.europa.eu/health/human-use/eu-logo_mt", "[4] Meta l-le\u0121i\u017clazzjoni \u0121iet addottata, dawn i\u017c-\u017cew\u0121 Stati Membri dde\u010bidew li jipposponu d-d\u0127ul fis-se\u0127\u0127 tar-regoli b'sitt snin o\u0127ra, g\u0127aliex di\u0121\u00e0 kellhom sistemi simili fis-se\u0127\u0127."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_872", "title": "Medi\u010bini ffalsifikati: regoli \u0121odda li jtejbu s-sikurezza tal-pazjenti", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Thu, 07 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Il-falsifikazzjoni tal-medi\u010bini baqg\u0127et theddida serja g\u0127as-sa\u0127\u0127a pubblika fl-UE g\u0127al \u017cmien twil wisq.", "Minn g\u0127ada, se japplikaw ir-regoli l-\u0121odda dwar il-karatteristiki ta' sikurezza g\u0127all-medi\u010bini li jinbieg\u0127u bir-ri\u010betta tat-tabib fl-UE.", "Minn issa 'l quddiem, l-industrija se jkollha twa\u0127\u0127al barcode 2-D u apparat kontra t-tbag\u0127bis fuq il-kaxxa tal-medi\u010bini li jinbieg\u0127u bir-ri\u010betta.", "L-ispi\u017ceriji, inklu\u017c l-ispi\u017ceriji online, u l-isptarijiet se jkollhom jikkontrollaw l-awtenti\u010bit\u00e0 tal-medi\u010bini qabel ma jag\u0127tuhom lill-pazjenti.", "Dan huwa l-a\u0127\u0127ar pass fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Medi\u010bini Ffalsifikati, adottata fl-2011, bl-g\u0127an li tiggarantixxi s-sikurezza u l-kwalit\u00e0 tal-medi\u010bini li jinbieg\u0127u fl-UE.", "\u201cFid-9 ta' Frar 2019, se nil\u0127qu stadju importanti ie\u0127or g\u0127as-sikurezza tal-pazjenti fl-UE kollha.", "Kwa\u017ci seba' snin wara l-adozzjoni tag\u0127ha, l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Medi\u010bini Ffalsifikati se titlesta bis-sa\u0127\u0127a tal-introduzzjoni ta' karatteristiki ta' verifika minn tarf sa tarf u ta' karatteristiki ta' sikurezza g\u0127all-medi\u010bini li jinbieg\u0127u bir-ri\u010betta.", "Fi kliem ie\u0127or, se jkun me\u0127tie\u0121 li l-ispi\u017ceriji jew l-isptarijiet kollha fl-UE jkollhom sistema li tiffa\u010bilita d-detezzjoni ta' medi\u010bini ffalsifikati u tag\u0127milha iktar effi\u010bjenti.", "Filwaqt li je\u0127tie\u0121 li jsir iktar xog\u0127ol wara t-tnedija tas-sistema biex ji\u0121i \u017cgurat li s-sistema l-\u0121dida tiffunzjona tajjeb fl-UE kollha, jiena \u010bert li qeg\u0127din nipprovdu livell ie\u0127or ta' sikurezza g\u0127a\u010b-\u010bittadini biex nipprote\u0121uhom mill-perikli ta' medi\u010bini mhux awtorizzati, mhux effettivi jew perikolu\u017ci\u201d, stqarr il-Kummissarju g\u0127as-Sa\u0127\u0127a u s-Sikurezza tal-Ikel, Vytenis Andriukaitis.", "\u201cMill-bidu tal-mandat tieg\u0127i 'l hawn, \u0127e\u0121\u0121i\u0121t lill-Ministri nazzjonali jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta' din is-sistema l-\u0121dida u jg\u0127inu lill-partijiet ikkon\u010bernati kollha j\u0127ejju g\u0127ar-regoli l-\u0121odda li jipprevjenu li l-medi\u010bini ffalsifikati jispi\u010b\u010baw f'idejn il-pazjenti.", "Fil-\u0121img\u0127at u fix-xhur li \u0121ejjin, is-sistema l-\u0121dida se ti\u0121i mmonitorjata biex ji\u0121i \u017cgurat li tiffunzjona tajjeb.", "Madankollu, qieg\u0127ed nistenna bil-\u0127erqa t-tnedija ta' g\u0127ada min\u0127abba li din hija e\u017cempju ie\u0127or ta' valur mi\u017cjud tal-kooperazzjoni tal-UE, lejlet l-elezzjonijiet Ewropej\u201d \u017cied jg\u0127id.", "Il-medi\u010bini prodotti qabel is-Sibt 9 ta' Frar 2019 ming\u0127ajr karatteristiki ta' sikurezza jistg\u0127u jibqg\u0127u fis-suq ukoll sad-data tal-iskadenza tag\u0127hom.", "I\u017cda s-sistema l-\u0121dida ta' verifika minn tarf sa tarf se tirrikjedi li l-persuni awtorizzati (u b'mod partikolari l-ispi\u017cjara u l-isptarijiet) jivverifikaw l-awtenti\u010bit\u00e0 tal-prodotti tul il-katina tal-provvista kollha.", "Is-sistema l-\u0121dida se tippermetti lill-Istati Membri jittra\u010b\u010baw a\u0127jar il-medi\u010bini individwali, b'mod partikolari jekk ikun hemm t\u0127assib dwar medi\u010bina spe\u010bifika.", "Iktar informazzjoni:", "Ara l-Mistoqsijiet u t-Twe\u0121ibiet dwar il-medi\u010bini ffalsifikati", "Segwina fuq Twitter: @V_Andriukaitis @EU_Health"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_850", "title": "Tbassir Ekonomiku g\u0127ax-Xitwa 2019: it-tkabbir jonqos fost in\u010bertezzi dinjin", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Wed, 06 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["L-ekonomija Ewropea hija mistennija li tikber g\u0127as-seba' sena konsekuttiva fl-2019, bi tkabbir imbassar f'kull Stat Membru.", "Il-pass tat-tkabbir b'mod \u0121enerali huwa previst li jonqos meta mqabbel mar-rati g\u0127olja tas-snin ri\u010benti u l-prospettiva hija so\u0121\u0121etta g\u0127al in\u010bertezza kbira.", "Valdis Dombrovskis, il-Vi\u010bi President g\u0127all-Euro u d-Djalogu So\u010bjali, responsabbli wkoll mill-Istabbilt\u00e0 Finanzjarja, mis-Servizzi Finanzjarji u mill-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: \u201cIl-pajji\u017ci kollha tal-UE huma mistennija li jkomplu jikbru fl-2019, li jfisser aktar impjiegi u prosperit\u00e0.", "Madankollu t-tbassir tag\u0127na huwa rivedut 'l isfel, b'mod partikolari g\u0127all-ikbar ekonomiji ta\u017c-\u017cona tal-euro.", "Dan jirrifletti fatturi esterni, b\u0127al tensjonijiet kummer\u010bjali u t-tnaqqis fi swieq emer\u0121enti, b'mod partikolari fi\u010b-\u010aina.", "F'xi pajji\u017ci ta\u017c-\u017cona tal-euro qed jer\u0121a' jitfa\u010b\u010ba t\u0127assib dwar rabtiet bejn il-banek u s-sovrani, u s-sostenibbilt\u00e0 tad-dejn.", "Il-possibbilt\u00e0 ta' Brexit problematiku jo\u0127loq in\u010bertezza addizzjonali.", "Li nsiru konxji minn dawn ir-riskji dejjem ji\u017cdiedu huwa nofs ix-xog\u0127ol.", "In-nofs l-ie\u0127or huwa li nag\u0127\u017clu t-ta\u0127lita t-tajba ta' politiki, b\u0127all-fa\u010bilitazzjoni tal-investiment, l-irduppjar tal-isforzi biex jitwettqu riformi strutturali u t-twettiq ta' politiki fiskali prudenti.\u201d", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju g\u0127all-Affarijiet Ekonomi\u010bi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: \u201cWara l-qu\u010b\u010bata tal-ekonomija tal-UE fl-2017, id-de\u010belerazzjoni tag\u0127ha mistennija li tkompli fl-2019, g\u0127al tkabbir ta' 1.5 %/ Din id-de\u010belerazzjoni mistennija li tkun iktar evidenti milli kien mistenni fil-\u0127arifa li g\u0127addiet spe\u010bjalment fi\u017c-\u017cona tal-euro, min\u0127abba in\u010bertezzi kummer\u010bjali globali u fatturi domesti\u010bi fl-akbar ekonomiji tag\u0127na.", "Is-sisien ekonomi\u010bi tal-Ewropa g\u0127adhom sodi u qed inkomplu nir\u010bievu a\u0127barijiet tajbin b'mod partikolari fuq il-front tal-impjiegi.", "It-tkabbir g\u0127andu jirkupra gradwalment fit-tieni nofs ta' din is-sena u fl-2020,\u201d", "Tkabbir ekonomiku", "L-attivit\u00e0 ekonomika naqset fit-tieni nofs tas-sena l-o\u0127ra hekk kif it-tkabbir tal-kummer\u010b globali naqas, l-in\u010bertezza \u0127asdet il-kunfidenza u l-produzzjoni f'xi Stati Membri ntlaqtet \u0127a\u017cin minn fatturi domesti\u010bi temporanji, b\u0127al taqlib fil-produzzjoni tal-karozzi, tensjonijiet so\u010bjali u in\u010bertezza fil-politika fiskali.", "B'ri\u017cultat, it-tkabbir tal-prodott domestiku gross (PDG) kemm fi\u017c-\u017cona tal-euro kif ukoll fl-UE naqas g\u0127al 1.9 % fl-2018, minn 2.4 % fl-2017 (Tbassir g\u0127all-\u0126arifa: 2.1 % g\u0127all-EU-28 u \u017c-\u017cona tal-euro).", "Il-momentum ekonomiku fil-bidu ta' din is-sena kien baxx, i\u017cda s-sisien g\u0127adhom sodi.", "It-tkabbir ekonomiku se jkompli, minkejja li iktar moderat.", "L-ekonomija Ewropea se tkompli tibbenefika minn kundizzjonijiet tas-suq tax-xog\u0127ol a\u0127jar, kundizzjonijiet ta' finanzjament favorevoli u po\u017cizzjoni fiskali xi ftit espansjonarja.", "Il-PDG ta\u017c-\u017cona tal-euro issa huwa mbassar li jikber b'1.3 % fl-2019 u b'1.6 % fl-2020 (Tbassir g\u0127all-\u0126arifa: 1.9% fl-2019; 1.7 % fl-2020).", "It-tbassir tat-tkabbir tal-PDG tal-UE \u0121ie rivedut 'l isfel ukoll, g\u0127al 1.5 % fl-2019 u g\u0127al 1.7 % fl-2020 (Tbassir g\u0127all-\u0126arifa: 1.9% fl-2019; 1.8 % fl-2020).", "Fost l-ikbar Stati Membri, revi\u017cjonijiet 'l isfel g\u0127at-tkabbir fl-2019 kienu mdaqqsa g\u0127all-\u0120ermanja, l-Italja, u n-Netherlands.", "\u0126afna Stati Membri qed ikomplu jibbenefikaw minn domanda domestika qawwija, appo\u0121\u0121ata wkoll minn fondi tal-UE.", "Inflazzjoni", "L-inflazzjoni tal-prezzijiet g\u0127all-konsumatur fi\u017c-\u017cona tal-euro waqg\u0127et lejn l-a\u0127\u0127ar tal-2018 min\u0127abba tnaqqis qawwi fil-prezzijiet tal-ener\u0121ija u inflazzjoni aktar baxxa fil-prezzijiet tal-ikel.", "L-inflazzjoni ba\u017ci, li teskludi l-prezzijiet tal-ener\u0121ija u tal-ikel mhux ippro\u010bessat, kienet baxxa matul is-sena, minkejja tkabbir aktar mg\u0127a\u0121\u0121el fil-pagi.", "L-inflazzjoni globali (HICP) kienet medja ta' 1.7 % fl-2018, minn 1.5 % fl-2017.", "Bil-previ\u017cjonijiet dwar il-prezzijiet ta\u017c-\u017cejt g\u0127al din is-sena u s-sena d-die\u0127la issa inqas milli kienu g\u0127all-\u0127arifa, l-inflazzjoni ta\u017c-\u017cona tal-euro hija mbassra li tonqos g\u0127al 1.4 % fl-2019 qabel ti\u017cdied ftit g\u0127al 1.5 % fl-2020.", "G\u0127all-UE, l-inflazzjoni hija mbassra li tkun medja ta' 1.6 % din is-sena u mbag\u0127ad titla' g\u0127al 1.8 % fl-2020.", "In\u010bertezzi", "Je\u017cisti livell g\u0127oli ta' in\u010bertezza fir-rigward tal-perspettiva ekonomika u l-previ\u017cjonijiet huma so\u0121\u0121etti g\u0127al riskji ta' telf ta' valur.", "Tensjonijiet kummer\u010bjali, li kienu qed ikunu inkwetanti g\u0127al xi \u017cmien, naqsu xi ftit i\u017cda g\u0127adhom ta' t\u0127assib.", "L-ekonomija ta\u010b-\u010aina jaf qed tnaqqas \u0127afna aktar milli mistenni u s-swieq finanzjarji dinjin u \u0127afna swieq emer\u0121enti huma vulnerabbli g\u0127al bidliet g\u0127al g\u0127arrieda fis-sentiment ta' riskju u fl-aspettattivi tat-tkabbir.", "G\u0127all-UE, il-pro\u010bess tal-\u201cBrexit\u201d jibqa' sors ta' in\u010bertezza.", "G\u0127ar-Renju Unit, suppo\u017cizzjoni purament teknika g\u0127all-2019", "Fid-dawl tal-pro\u010bess ta' \u0127ru\u0121 tar-Renju Unit mill-UE, il-previ\u017cjonijiet g\u0127all-2019 u l-2020 huma bba\u017cati fuq suppo\u017cizzjoni purament teknika ta' status quo f'dak li jirrigwarda x-xejriet kummer\u010bjali bejn l-EU27 u r-Renju Unit.", "Dan huwa biss g\u0127al finijiet ta' tbassir u ma g\u0127andu l-ebda effett fuq il-pro\u010bess li g\u0127addej fil-kuntest tal-Artikolu 50.", "Sfond", "Dan it-tbassir huwa bba\u017cat fuq sett ta' suppo\u017cizzjonijiet tekni\u010bi li jikkon\u010bernaw ir-rati tal-kambju, ir-rati ta' mg\u0127ax u l-prezzijiet tal-komoditajiet b'data ta' skadenza tal-25 ta' Jannar 2019.", "Rigward id-data l-o\u0127ra kollha li die\u0127la, dan it-tbassir iqis l-informazzjoni sal-31 ta' Jannar.", "Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika \u017cew\u0121 tbassiriet komprensivi (fir-rebbieg\u0127a u fil-\u0127arifa) u \u017cew\u0121 tbassiriet interim (fix-xitwa u fis-sajf) kull sena.", "It-tbassiriet interim ikopru l-PDG annwali u trimestrili u l-inflazzjoni g\u0127as-sena attwali u ta' wara g\u0127all-Istati Membri kollha u g\u0127a\u017c-\u017cona tal-euro, kif ukoll l-aggregati tal-UE.", "It-tbassir komprensiv li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea se jkun it-Tbassir Ekonomiku tar-Rebbieg\u0127a 2019 f'Mejju 2019.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Id-dokument s\u0127i\u0127: Tbassir Ekonomiku Interim g\u0127ax-Xitwa 2019", "Segwi lill-Vi\u010bi President Dombrovskis fuq Twitter: @VDombrovskis", "Segwi lill-Kummissarju Moscovici fuq Twitter: @pierremoscovici", "Segwi lil D\u0120 ECFIN fuq Twitter: @ecfin", "L-istqarrija g\u0127all-istampa pre\u010bedenti: Tbassir Ekonomiku tal-\u0126arifa 2018: stabbli i\u017cda inqas tkabbir dinamiku fost \u0127afna in\u010bertezza", "Tbassir Ekonomiku Pre\u010bedenti (dokument s\u0127i\u0127): Tbassir Ekonomiku tal-\u0126arifa 2018"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_19_873", "title": "Kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol trasparenti u prevedibbli: Il-Kummissjoni esprimiet is-sodisfazzjon tag\u0127ha g\u0127all-ftehim provi\u017corju li ntla\u0127aq illum", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI", "date": "Wed, 06 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill la\u0127qu ftehim provi\u017corju dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea g\u0127al Direttiva \u0121dida biex jin\u0127olqu kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol trasparenti u prevedibbli, b'mod partikolari g\u0127all-\u0127addiema f'forom mhux standard ta' impjieg.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Impjiegi, l-Affarijiet So\u010bjali, il-\u0126iliet u l-Mobbilt\u00e0 tal-\u0126addiema, Marianne Thyssen, laqg\u0127et il-ftehim bl-istqarrija li \u0121ejja:", "\u201cBis-sa\u0127\u0127a tal-inizjattiva tag\u0127na li niggarantixxu kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol trasparenti u prevedibbli, se nipprote\u0121u aktar \u0127addiema fl-Ewropa kollha.", "Spe\u010bjalment l-g\u0127add dejjem jikber ta' persuni li huma attivi f'forom \u0121odda ta' xog\u0127ol, b\u0127al pere\u017cempju il-\u201cflexijobs' u l-kuntratti on-demand kif ukoll il-\u0127addiema domesti\u010bi.", "Il-\u0127addiema kollha \u2013 irrispettivament minn kemm huwa twil il-kuntratt tag\u0127hom u minn kemm ja\u0127dmu sig\u0127at \u2013 se jkunu jafu x'inhuma d-drittijiet u l-obbligi tag\u0127hom malli jibdew ja\u0127dmu.", "Il-\u0127addiema se jkollhom id-dritt li jiftiehmu ma' min i\u0127addimhom fuq id-disponibbilt\u00e0 tag\u0127hom, u fuq kemm iridu ji\u0121u av\u017cati minn qabel.", "Il-\u0127addiema on-demand mhux se jkunu jistg\u0127u jitke\u010b\u010bew jekk jirrifjutaw li ja\u0127dmu meta ji\u0121u av\u017cati fl-a\u0127\u0127ar minuta.", "Impjegatur ma jistax jibqa' j\u017comm lill-\u0127addiema b'kuntratt ta' \u017cero sig\u0127at milli jkollhom impjieg ie\u0127or ma' impjegatur ie\u0127or.", "Nixtieq nirringrazzja lir-relatur Enrique Calvet Chambon u lill-kontrorelaturi li nnegozjaw f'isem il-Parlament Ewropew, kif ukoll lill-Presidenza Rumena tal-Kunsill.", "Dan il-ftehim issa g\u0127andu ji\u0121i kkonfermat malajr.", "Se jkollu effett konkret, tan\u0121ibbli u po\u017cittiv \u0127afna fuq madwar 200 miljun \u0127addiem fl-UE kollha.", "L-Ewropa g\u0127alhekk qieg\u0127da.\u201d", "Il-passi li jmiss", "Dan il-ftehim provi\u017corju issa jrid ji\u0121i adottat formalment kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-Kunsill.", "Kuntest", "Il-proposta tal-Kummissjoni g\u0127al Direttiva dwar kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol trasparenti u prevedibbli hija a\u0121\u0121ornament tal-hekk imsej\u0127a \u201cDirettiva dwar id-Dikjarazzjoni bil-Miktub\u201d.", "Din id-Direttiva tmur lura g\u0127all-1991, i\u017cda minn dak i\u017c-\u017cmien 'l hawn, id-dinja tax-xog\u0127ol evolviet b'mod sinifikanti.", "It-tibdil demografiku rri\u017culta f'popolazzjoni attiva aktar diversa, id-di\u0121italizzazzjoni iffa\u010bilitat il-\u0127olqien ta' forom \u0121odda ta' impjiegi u fe\u0121\u0121ew relazzjonijiet tax-xog\u0127ol \u0121odda u aktar flessibbli.", "Fis-snin re\u010benti, 25 % tal-kuntratti tax-xog\u0127ol kienu jirrigwardaw forom atipi\u010bi ta' impjieg, ji\u0121ifieri l-impjiegi kollha li mhumiex full-time u indefiniti, minn impjiegi part-time \u201ctradizzjonali\u201d sa impjiegi on-demand ming\u0127ajr garanzija tas-sig\u0127at ta' xog\u0127ol.", "Bi sforz biex tissa\u0127\u0127a\u0127 id-dimensjoni so\u010bjali tal-Ewropa, u b\u0127ala parti mit-tnedija tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali, f'Di\u010bembru 2017 il-Kummissjoni pproponiet l-inizjattiva dwar kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol trasparenti u prevedibbli.", "L-g\u0127an tag\u0127ha huwa li l-obbligi e\u017cistenti jitwessg\u0127u u ji\u0121u modernizzati sabiex kull \u0127addiem ji\u0121i infurmat dwar il-kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol tieg\u0127u.", "Il-proposta g\u0127andha wkoll l-intenzjoni li to\u0127loq standards minimi \u0121odda li ji\u017cguraw li l-\u0127addiema kollha, inklu\u017ci dawk b'kuntratti atipi\u010bi, jibbenefikaw minn aktar prevedibbilt\u00e0 u \u010barezza fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol tag\u0127hom.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Skeda informattiva: Lejn kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol trasparenti u prevedibbli", "Stqarrija g\u0127all-istampa: Il-Kummissjoni tipproponi li ttejjeb it-trasparenza u l-prevedibbilt\u00e0 tal-kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol", "Skeda informattiva: Il-Prijoritajiet So\u010bjali skont il-Kummissjoni Juncker"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5", "title": "L-Iskart tal-Plastik: strate\u0121ija Ewropea biex in\u0127arsu l-pjaneta, niddefendu \u010b-\u010bittadini tag\u0127na u nsa\u0127\u0127u l-industriji tag\u0127na", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW,JOBGIC,ENVIRO,GROWTH", "date": "Mon, 15 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["L-ewwel strate\u0121ija g\u0127all-Ewropa kollha dwar il-plastik, li \u0121iet adottata llum, hija parti mit-tran\u017cizzjoni lejn ekonomija aktar \u010birkolari.", "Se t\u0127ares l-ambjent mit-tni\u0121\u0121is tal-plastik filwaqt li trawwem it-tkabbir u l-innovazzjoni biex l-isfida tibdilha f'a\u0121enda po\u017cittiva g\u0127all-Futur tal-Ewropa.", "Je\u017cisti argument kummer\u010bjali b'sa\u0127\u0127tu biex inbiddlu l-mod li bih niddisinjaw, nipprodu\u010bu, nu\u017caw u nirri\u010biklaw il-prodotti fl-UE, u jekk nie\u0127du f'idejna r-riedni f'din it-tran\u017cizzjoni se no\u0127olqu opportunitajiet \u0121odda ta' investiment u impjiegi.", "Bil-pjanijiet il-\u0121odda, sal-2030, l-imballa\u0121\u0121 kollu tal-plastik fis-suq tal-UE se jkun ri\u010biklabbli, il-konsum ta' plastik li jintu\u017ca darba biss se jitnaqqas u l-u\u017cu intenzjonat tal-mikroplastiks se ji\u0121i ristrett.", "L-ewwel Vi\u010bi President Frans Timmermans, responsabbli g\u0127all-i\u017cvilupp sostenibbli, stqarr: \u201cJekk ma nibdlux il-mod li bih nipprodu\u010bu u nu\u017caw il-plastik, sal-2050 se nispi\u010b\u010baw b'aktar plastik milli \u0127ut fl-o\u010beani.", "Irridu nwaqqfu l-plastik milli jispi\u010b\u010ba fl-ilma u fl-ikel tag\u0127na, u sa\u0127ansitra milli jid\u0127ol f'\u0121isimna.", "L-unika soluzzjoni fit-tul hija li nnaqqsu l-iskart tal-plastik billi nirri\u010biklaw aktar u nu\u017caw mill-\u0121did aktar.", "Din hija sfida li \u010b-\u010bittadini, l-industrija u l-gvernijiet ikollhom jindirizzawha flimkien.", "Bl-Istrate\u0121ija tal-UE dwar il-Plastik qeg\u0127din nixprunaw ukoll mudell ta' negozju \u0121did u aktar \u010birkolari.", "Je\u0127tie\u0121 ninvestu f'teknolo\u0121iji \u0121odda u innovattivi li li\u010b-\u010bittadini u lill-ambjent tag\u0127na j\u017commuhom siguri filwaqt li j\u017commu l-industrija tag\u0127ha f'qag\u0127da kompetittiva.\"", "Il-Vi\u010bi-President Jyrki Katainen, responsabbli g\u0127all-impjiegi, it-tkabbir, l-investiment u l-kompetittivit\u00e0, qal: Bl-istrate\u0121ija tag\u0127na dwar il-plastik, qeg\u0127din inwittu t-triq g\u0127al ekonomija \u010birkolari \u0121dida tal-plastik, u qeg\u0127din immexxu l-investiment f'din id-direzzjoni.", "B'hekk, nikkontribwixxu g\u0127at-tnaqqis tal-iskart fuq l-arti, fl-arja u fil-ba\u0127ar filwaqt li no\u0127olqu wkoll opportunitajiet \u0121odda g\u0127all-innovazzjoni, il-kompetittivit\u00e0 u l-impjiegi ta' kwalit\u00e0 g\u0127olja.", "\u201cDin hija opportunit\u00e0 kbira biex l-industrija Ewropea ti\u017cviluppa po\u017cizzjoni ta' tmexxija fit-teknolo\u0121iji \u0121odda u l-materjali fid-dinja kollha.", "Il-konsumaturi se jing\u0127ataw is-setg\u0127a jag\u0127mlu g\u0127a\u017cliet konxji favur l-ambjent.", "Kul\u0127add jo\u0127ro\u0121 rebbie\u0127.\u201d", "Kull sena, i\u010b-\u010bittadini Ewropej ji\u0121\u0121eneraw 25 miljun tunnellata ta' skart tal-plastik, imma inqas minn 30% minnu jin\u0121abar g\u0127ar-ri\u010bikla\u0121\u0121.", "Madwar id-dinja, 85% tal-iskart fuq ix-xtut huwa tal-plastik.", "Il-plastik sa\u0127ansitra qed jispi\u010b\u010ba fil-pulmuni u fuq l-imwejjed tal-ikel ta\u010b-\u010bittadini, u dan meta l-mikroplastik fl-arja, fl-ilma u fl-ikel g\u0127adna ma nafux x'impatt g\u0127andu fuq is-sa\u0127\u0127a tal-bniedem.", "Hija u tibni fuq il-\u0127idma tal-Kummissjoni fl-img\u0127oddi, l-istrate\u0121ija l-\u0121dida dwar il-plastik madwar l-UE se tindirizza l-kwistjoni direttament.", "L-istrate\u0121ija dwar il-plastik tal-lum se tittrasforma l-mod li bih ji\u0121u ddisinnjati, immanifatturati, u\u017cati u rri\u010biklati l-prodotti fl-UE.", "Ta' spiss ji\u0121ri li l-mod li bih ji\u0121i prodott, u\u017cat u mormi l-plastik, jonqos milli jie\u0127u l-benefi\u010b\u010bji ekonomi\u010bi ta' appro\u010b\u010b aktar \u010birkolari.", "Dan huwa ta' \u0127sara g\u0127all-ambjent.", "L-g\u0127an huwa li l-ambjent ji\u0121i m\u0127ares filwaqt li fl-istess \u0127in titwitta t-triq g\u0127al ekonomija \u0121dida rigward il-plastik, fejn id-disinn u l-produzzjoni jirrispettaw bis-s\u0127i\u0127 il-\u0127ti\u0121ijiet tal-u\u017cu mill-\u0121did, tat-tiswija u tar-ri\u010bikla\u0121\u0121 u ji\u0121u \u017cviluppati materjali aktar sostenibbli.", "L-Ewropa qieg\u0127da fl-aqwa sitwazzjoni biex tmexxi din it-tran\u017cizzjoni.", "Dan l-appro\u010b\u010b se j\u0121ib mieg\u0127u opportunitajiet \u0121odda g\u0127all-innovazzjoni, g\u0127all-kompetittivit\u00e0 u g\u0127all-\u0127olqien tal-impjiegi.", "Bl-istrate\u0121ija dwar il-plastik, il-Kummissjoni adottat Qafas ta' Monitora\u0121\u0121, mag\u0127mul minn sett ta' g\u0127axar indikaturi ewlenin li jkopru kull fa\u017ci ta\u010b-\u010biklu, li se jkejlu l-progress lejn it-tran\u017cizzjoni g\u0127al ekonomija \u010birkolari fil-livell tal-UE u dak nazzjonali.", "Bl-istrate\u0121ija l-\u0121dida, l-Unjoni Ewropea sejra:", "Il-Passi li Jmiss", "Id-Direttiva l-\u0121dida dwar il-fa\u010bilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet li \u0121iet proposta llum issa se tg\u0127addi quddiem il-Parlament Ewropea u l-Kunsill g\u0127all-adozzjoni.", "So\u0121\u0121etta g\u0127ar-rekwi\u017citi tar-Regolamentazzjoni A\u0127jar, il-Kummissjoni se tippre\u017centa l-proposta dwar il-plastik li jintu\u017ca darba biss aktar tard fl-2018.", "Il-partijiet ikkon\u010bernati g\u0127andhom sat-12 ta' Frar 2018 biex jikkontribwixxu g\u0127all-konsultazzjoni pubblika li g\u0127addejja b\u0127alissa.", "Il-Kummissjoni se tvara l-\u0127idma dwar ir-revi\u017cjoni tad-Direttiva dwar l-Imballa\u0121\u0121 u l-Iskart mill-Imballa\u0121\u0121 u se t\u0127ejji linji gwida dwar il-\u0121bir separat u s-separazzjoni tal-iskart li g\u0127andhom jin\u0127ar\u0121u fl-2019.", "G\u0127al-lista s\u0127i\u0127a ta' mi\u017curi u l-iskeda ta' \u017cmien tag\u0127hom, ara l-Anness tal-Istrate\u0121ija dwar il-Plastik hawn.", "Kuntest", "Fil-passi tal-Pakkett tal-2015 dwar l-Ekonomija \u010airkolari, l-Istrate\u0121ija dwar il-Plastik t\u0127ejjiet minn tim fil-qalba tal-pro\u0121ett mag\u0127mul mill-Ewwel Vi\u010bi President Frans Timmermans, il-Vi\u010bi President Jyrki Katainen u l-Kummissarji Karmenu Vella u El\u017cbieta Bie\u0144kowska.", "Bosta Kummissarji o\u0127ra wkoll kienu involuti fit-t\u0127ejjija tag\u0127ha u g\u0127enu biex ji\u0121u identifikati l-aktar g\u0127odod effika\u010bi li jkopru firxa wiesg\u0127a ta' oqsma ta' politika.", "L-inizjattivi adottati mill-Kulle\u0121\u0121 illum jie\u0127du l-forma ta':", "Dawn huma appo\u0121\u0121ati mir-Rapport dwar il-Materja Prima Kritika u r-Rapport dwar l-Oxo-plastics", "Fit-2 ta' Di\u010bembru 2015, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Pakkett ambizzju\u017c tal-Ekonomija \u010airkolari, u l-mi\u017curi tal-lum huma parti minn dan il-Pakkett.", "L-Istrate\u0121ija dwar il-Plastik se tag\u0127mel ukoll kontribuzzjoni tan\u0121ibbli biex jintla\u0127qu l-Miri tal-I\u017cvilupp Sostenibbli g\u0127all-2030 u l-g\u0127anijiet tal-Ftehim ta' Pari\u0121i dwar it-tibdil fil-klima.", "L-UE di\u0121\u00e0 \u0127adet passi sinifikanti billi stabbiliet rekwi\u017citi \u0127alli l-Istati Membri jadottaw mi\u017curi biex inaqqsu l-konsum tal-basktijiet tal-plastik u biex jissorveljaw u jnaqqsu l-iskart fil-ba\u0127ar.", "Fil-\u0121ejjieni hemm ukoll prospetti sinifikanti biex ti\u0121i \u017cviluppata industrija \u010birkolari u innovattiva g\u0127all-plastik madwar id-dinja kollha.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Strate\u0121ija Ewropea dwar il-Plastik: Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "Skedi Informattivi", "Strate\u0121ija dwar il-Plastik", "Komunikazzjoni dwar l-Interfa\u010b\u010bja", "Qafas ta' Monitora\u0121\u0121", "Proposta dwar il-Fa\u010bilitajiet ta' Akkoljenza fil-Portijiet", "Rapport dwar il-Materja Prima", "Rapport dwar Oxo-plastics", "Ewrobarometru: L-SMEs u l-ekonomija \u010birkolari"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_101", "title": "Il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli tal-Ewropa: Il-Kummissjoni \u017c\u017cid il-finanzjament", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Thu, 11 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni se tag\u0127ti finanzjament addizzjonali ta' EUR 169 miljun biex tippromwovi l-prodotti agrikoli tal-UE madwar id-dinja - EUR 27 miljun aktar milli fl-2017.", "Il-Kummissjoni Ewropea llum nediet is-sej\u0127iet g\u0127all-proposti g\u0127al programmi li jippromwovu l-prodotti agrikoli Ewropej madwar id-dinja u fl-UE.", "Hemm disponibbli EUR 169 miljun g\u0127all-kofinanzjament tal-programmi.", "Din hija \u017cieda minn EUR 142 miljun fl-2017.", "Il-programmi jistg\u0127u ikopru firxa wiesg\u0127a ta' kwistjonijiet - minn kampanji \u0121enerali dwar drawwiet tal-ikel tajbin g\u0127as-sa\u0127\u0127a sa setturi spe\u010bifi\u010bi tas-suq.", "Phil Hogan, il-Kummissarju g\u0127all-Agrikoltura u l-I\u017cvilupp Rurali, qal: \u201cL-UE hija l-akbar kummer\u010bjant fid-dinja tal-prodotti agroalimentari u l-aqwa indirizz fid-dinja g\u0127all-ikel ta' kwalit\u00e0 tajba \u0127afna.", "Stajt nara b'g\u0127ajnejja l-interess li g\u0127andhom il-konsumaturi u n-negozji madwar id-dinja g\u0127all-prodotti agroalimentari tal-UE fid-diversi missjonijiet ta' negozju li saru barra.", "Nilqa' dawn il-programmi promozzjonali \u0121odda li fl-img\u0127oddi fet\u0127u l-bibien g\u0127al applikanti \u0121odda u servew ta' riklam g\u0127alina madwar id-dinja.", "Is-sena l-o\u0127ra, l-offerti g\u0127all-programmi promozzjonali g\u0127all-prodotti agroalimentari qab\u017cu l-ba\u0121it disponibbli kwa\u017ci b'g\u0127axar darbiet.", "Ji\u0121ifieri jekk l-organizzazzjoni tieg\u0127ek hija eli\u0121ibbli, issa huwa \u010b-\u010bans li tapplika.\u201d", "\u017bew\u0121 terzi tal-finanzjament disponibbli huwa ma\u0127sub g\u0127all-promozzjoni tal-prodotti tal-ikel tal-UE f'pajji\u017ci barra mill-UE, b'mod partikolari dawk bl-akbar potenzjal g\u0127al \u017cieda fl-esportazzjoni tal-prodotti agroalimentari tal-UE, b\u0127alma huma l-Kanada, il-\u0120appun, i\u010b-\u010aina, il-Messiku u l-Kolombja.", "G\u0127all-programmi \u0121ewwa l-UE, l-enfasi g\u0127andha tkun fuq l-infurmar tal-konsumaturi dwar id-diversi skemi u tikketti tal-kwalit\u00e0 tal-UE b\u0127alma huma l-indikazzjonijiet \u0121eografi\u010bi jew il-prodotti organi\u010bi.", "Il-finanzjament settorjali se jkun allokat g\u0127al programmi li jippromwovu t-trobbija sostenibbli - fost l-o\u0127rajn g\u0127an-nag\u0127a\u0121 u g\u0127all-mog\u0127o\u017c.", "\u0120ew allokati wkoll fondi g\u0127al kampanji ma\u0127suba biex jippromwovu dieta tajba g\u0127as-sa\u0127\u0127a u \u017cieda fil-konsum tal-frott u l-\u0127axix.", "Lista s\u0127i\u0127a tal-prijoritajiet tal-Kummissjoni u tal-finanzjament disponibbli, tinsab hawnhekk.", "Min jista' japplika?", "Firxa wiesg\u0127a ta' organizzazzjonijiet, b\u0127alma huma g\u0127aqdiet kummer\u010bjali, organizzazzjonijiet tal-produtturi u korpi agroalimentari responsabbli g\u0127all-attivitajiet ta' promozzjoni huma eli\u0121ibbli biex japplikaw g\u0127all-finanzjament permezz tas-sej\u0127a g\u0127all-proposti li tnediet illum.", "Jistg\u0127u jitressqu programmi hekk-imsej\u0127a \u201csempli\u010bi\u201d minn organizzazzjoni wa\u0127da jew aktar mill-istess pajji\u017c tal-UE; il-programmi \u201cmultipli\u201d jistg\u0127u jitressqu minn tal-inqas \u017cew\u0121 organizzazzjonijiet nazzjonali minn tal-inqas \u017cew\u0121 Stati Membri jew minn organizzazzjoni Ewropea wa\u0127da jew aktar.", "Il-kampanji li jirri\u017cultaw \u0121eneralment jitqassmu fuq tliet snin.", "Il-proposti g\u0127andhom jitressqu sat-12 ta' April 2018 permezz tal-portal apposta.", "Il-Kummissjoni se tevalwa l-proposti u fil-\u0127arifa t\u0127abbar il-benefi\u010bjarji.", "I\u010b-CHAFEA, l-A\u0121enzija E\u017cekuttiva g\u0127all-Konsumatur, is-Sa\u0127\u0127a, l-Agrikoltura u l-Ikel tal-UE, tipprovdi g\u0127add ta' g\u0127odod biex tg\u0127in lill-applikanti jressqu l-proposti tag\u0127hom kif me\u0127tie\u0121.", "Se tkun disponibbli aktar informazzjoni matul serje ta' \u201cjiem ta' informazzjoni\u201d li jse\u0127\u0127u madwar l-UE.", "L-ewwel jum tal-informazzjoni b\u0127al dan se jsir fi Brussell fil-31 ta' Jannar, miftu\u0127 g\u0127all-benefi\u010bjarji potenzjali, l-a\u0121enziji tar-riklamar u l-awtoritajiet nazzjonali kollha.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Aktar tag\u0127rif dwar il-politika tal-UE dwar il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli", "Programm ta' \u0127idma annwali 2018 dwar il-politika ta' promozzjoni", "Ri\u017cultati tas-sej\u0127a g\u0127all-proposti tal-2017 (programmi sempli\u010bi)"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_141", "title": "Servizzi ta' pagamenti: Il-Konsumaturi se jibbenifikaw minn pagamenti elettroni\u010bi or\u0127os, iktar sikuri u iktar innovattivi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Thu, 11 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-konsumaturi Ewropej se jkunu jistg\u0127u jgawdu l-benefi\u010b\u010bji kollha ta' \u0127las online g\u0127al o\u0121\u0121etti u servizzi permezz ta' regoli \u0121odda li se jag\u0127mluha iktar fa\u010bli, sikur u ir\u0127is biex wie\u0127ed ikun jista' jag\u0127mel pagamenti onlajn.", "Id-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi ta' \u0126las (PSD2), li se ssir applikabbli mit-13 ta' Jannar 2018, g\u0127andha l-g\u0127an li timmodernizza s-servizzi ta' pagamenti tal-Ewropa g\u0127all-benefi\u010b\u010bju kemm tal-konsumaturi kif ukoll tan-negozji sabiex i\u017c\u017comm il-pass ma' dan is-suq li qed jevolvi b'mod mg\u0127a\u0121\u0121el.", "Il-Vi\u010bi President Valdis Dombrovkis, responsabbli mill-Istabbilt\u00e0 Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, stqarr: \u201cDin il-le\u0121i\u017clazzjoni hija pass ie\u0127or lejn suq uniku di\u0121itali fl-UE.", "Se tippromwovi l-i\u017cvilupp ta' pagamenti innovattivi onlajn u bil-mowbajl li se jkunu ta' benefi\u010b\u010bju g\u0127all-ekonomija u t-tkabbir.", "Bid-d\u0127ul fis-se\u0127\u0127 ta' PSD2, se nkunu qed nipprojbixxu l-\u0127lasijiet addizzjonali g\u0127al pagamenti b'karti ta' debitu u ta' kreditu tal-konsumatur.", "Dan jista' jiffranka aktar minn \u20ac550 miljun kull sena g\u0127al konsumaturi tal-UE.", "Il-konsumaturi se jkunu wkoll protetti a\u0127jar meta jag\u0127mlu pagamenti.\"", "Ir-regoli l-\u0121odda ser:", "Jipprojbixxu l-ispejje\u017c addizzjonali, ji\u0121ifieri, spejje\u017c addizzjonali g\u0127al pagamenti b'karti tal-kreditu jew debitu, kemm fil-\u0127wienet kif ukoll onlajn;", "Jift\u0127u s-suq tal-pagamenti tal-UE g\u0127al kumpaniji li joffru servizzi ta' pagament, billi dawn jing\u0127ataw a\u010b\u010bess g\u0127all-informazzjoni dwar il-kont tal-pagament;", "Jintrodu\u010bu rekwi\u017citi stretti ta' sigurt\u00e0 g\u0127al pagamenti elettroni\u010bi u g\u0127all-protezzjoni tad-dejta finanzjarja tal-konsumaturi;", "I\u017cidu d-drittijiet tal-konsumaturi f'diversi oqsma.", "Dawn jinkludu t-tnaqqis tar-responsabbilt\u00e0 g\u0127al pagamenti mhux awtorizzati u l-introduzzjoni ta' dritt ta' rifu\u017cjoni bla kundizzjonijiet (\u201cebda mistoqsijiet\u201d) g\u0127al debiti diretti f'euro.", "Dawn ir-regoli se jkunu applikabbli mit-13 ta' Jannar 2018 permezz ta' dispo\u017cizzjonijiet li l-Istati Membri introdu\u010bew fil-li\u0121ijiet nazzjonali tag\u0127hom f'konformit\u00e0 mal-le\u0121i\u017clazzjoni tal-UE.", "Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri li g\u0127adhom ma ttrasponewx id-Direttiva biex jag\u0127mlu dan bi kwistjoni ta' ur\u0121enza.", "Kuntest", "Id-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi ta' \u0126las (PSD2), id-Direttiva 2015/2366/UE), proposta mill-Kummissjoni Ewropea f'Lulju 2013 u miftiehma mill-kole\u0121i\u017claturi fl-2015, hija l-iktar wa\u0127da ri\u010benti minn serje ta' li\u0121ijiet adottati mill-UE sabiex jipprovdu servizzi ta' pagament moderni, effi\u010bjenti u r\u0127as u sabiex i\u017c\u017cid il-protezzjoni g\u0127al konsumaturi u negozji Ewropej.", "Tinkorpora u t\u0127assar id-Direttiva 2007/64/KE (id-Direttiva dwar is-Servizzi ta' \u0126las, jew PSD1), li pprovdiet il-ba\u017ci \u0121uridika g\u0127all-\u0127olqien ta' suq uniku fl-UE kollha g\u0127al servizzi ta' pagament.", "Id-Direttiva riveduta tadatta r-regoli biex tkopri s-servizzi ta' pagament \u0121odda u innovattivi, fosthom l-pagamenti bl-internet u bil-mowbajl, filwaqt li fl-istess \u0127in, ti\u017cgura ambjenti iktar sikur g\u0127all-konsumaturi.", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "Aktar tag\u0127rif dwar il-PSD 2", "Mistoqsijiet frekwenti dwar il-PSD 2", "Mistoqsijiet frekwenti dwar l-RTS"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_18_5901", "title": "Il-Computing ta' Prestazzjoni G\u0127olja u l-Impri\u017ca Kon\u0121unta EuroHPC", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Thu, 27 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["X'inhu l-Computing ta' Prestazzjoni G\u0127olja, mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala supercomputing?", "Il-Computing ta' Prestazzjoni G\u0127olja (HPC) huwa ferg\u0127a tal-computing li jindirizza l-immudellar xjentifiku u tal-in\u0121inerija u l-kompiti ta' simulazzjoni, li tant huma intensivi li l-kalkoli ma jistg\u0127ux isiru b'computers g\u0127all-u\u017cu \u0121enerali.", "Il-magni li jintu\u017caw fl-HPC ta' spiss jissej\u0127u supercomputers.", "Il-pass li jmiss g\u0127as-supercomputing hu l-prestazzjoni fuq skala eksa (ji\u0121ifieri mill-inqas 1018 jew biljun biljun kalkolu kull sekonda), li hija mistennija tintla\u0127aq bejn l-2021 u l-2022.", "X'g\u0127amlu l-UE u l-Istati Membri s'issa?", "L-Istati Membri appo\u0121\u0121aw l-HPC b'politiki ta' ri\u010berka u innovazzjoni nazzjonali jesw re\u0121jonali, u b'akkwist pubbliku nazzjonali ta' sistemi HPC.", "Huma ikkoordinaw ukoll b'su\u010b\u010bess l-a\u010b\u010bess g\u0127ar-ri\u017corsi u s-servizzi nazzjonali tas-supercomputing u tal-\u0121estjoni tad-data fil-livell Ewropew.", "Dan iffa\u010bilita skoperti xjentifi\u010bi b'impatt qawwi u r-ri\u010berka u l-\u017cvilupp fil-qasam tal-in\u0121inerija, fil-kuntest tal-inizjattiva PRACE appo\u0121\u0121ata mill-UE (Partnership for Advanced Computing in Europe), u tal-programm GEANT (li jipprovdi komunikazzjoni ta' velo\u010bit\u00e0 g\u0127olja g\u0127an-netwerk pan-Ewropew tad-data g\u0127all-komunit\u00e0 tar-ri\u010berka u l-edukazzjoni).", "Fl-2013, il-Kummissjoni ffirmat s\u0127ubija pubblika-privata kuntrattwali mal-asso\u010bjazzjoni tal-industrija ETP4HPC, bl-objettiv li ja\u0127dmu flimkien fil-kuntest tal-Orizzont 2020 fuq pjan direzzjonali Ewropew g\u0127ar-Ri\u010berka u l-Innovazzjoni biex ti\u0121i \u017cviluppata l-\u0121enerazzjoni li jmiss tat-teknolo\u0121iji HPC.", "F'Marzu 2017, il-Kummissjoni Ewropea nediet id-dikjarazzjoni EuroHPC \u2014 ftehim li fih il-pajji\u017ci firmatarji jimpenjaw ru\u0127hom li ja\u0127dmu flimkien u mal-Kummissjoni Ewropea biex jakkwistaw, jibnu u jimplimentaw infrastruttura integrata ta' Computing ta' Prestazzjoni G\u0127olja ta' livell dinji li tikklassifika fost l-aqwa tlieta fid-dinja.", "Sal-lum, 22 pajji\u017c Ewropew iffirmaw id-dikjarazzjoni.", "G\u0127all-pass li jmiss, f'Jannar 2018 il-Kummissjoni pproponiet li flimkien ma' Stati Membri tinvesti biljun ewro f'supercomputers ta' livell dinji permezz ta' struttura \u0121dida legali u ta' finanzjament \u2013 l-Impri\u017ca Kon\u0121unta EuroHPC.", "Il-Kunsill approva l-proposta tal-Kummissjoni u l-Impri\u017ca Kon\u0121unta se tibda l-\u0127idma tag\u0127ha fil-\u0121img\u0127at li \u0121ejjin.", "S'issa 25 pajji\u017c Ewropew ikkonfermaw l-impenn tag\u0127hom g\u0127all-pro\u0121ett ambizzju\u017c.", "Is-supercomputing hu wkoll wie\u0127ed mill-\u0127ames oqsma di\u0121itali ewlenin fejn l-investiment tal-UE g\u0127andu ji\u017cdied b'mod sinifikanti: Skont il-ba\u0121it tal-UE li jmiss fuq terminu twil g\u0127all-perjodu 2021-2027 il-Kummissjoni tipproponi li fil-qafas tal-programm Ewropa Di\u0121itali tinvesti \u20ac2.7 biljun fi pro\u0121etti biex tibni u ssa\u0127\u0127a\u0127 is-supercomputing u l-ippro\u010bessar tad-data fl-Ewropa.", "G\u0127alfejn issa hemm b\u017conn Impri\u017ca Kon\u0121unta EuroHPC?", "Minkejja l-isforzi u l-investimenti li saru s'issa fil-livell nazzjonali u Ewropew, is-supercomputers bl-a\u0127jar prestazzjoni dinjija ma jinsabux fl-Ewropa, u dawk li jinsabu fl-Ewropa jiddependu fuq teknolo\u0121ija li mhix Ewropea.", "Il-katina tal-provvista Ewropea tat-teknolo\u0121ija HPC g\u0127adha dg\u0127ajfa u l-integrazzjoni tat-teknolo\u0121iji Ewropej f'magni operazzjonali tal-HPC g\u0127adha insinifikanti.", "Billi l-isfidi xjentifi\u010bi u industrijali qed jikbru fl-iskala u fil-kumplessit\u00e0, l-utenti tal-HPC qed ifittxu ener\u0121ija kompjutazzjonali akbar.", "Jekk ma jsirx disponibbli aktar \u0127in ta' kompjutazzjoni, ix-xjenzjati u l-industrija Ewropej se j\u017cidu l-ippro\u010bessar tad-data tag\u0127hom barra mill-UE, u b'hekk jimminaw b'mod serju l-prospetti ta' tkabbir tal-ekonomija di\u0121itali tal-Ewropa, stmata g\u0127al 4 % tal-PDG tal-UE.", "Huwa me\u0127tie\u0121 qafas legali u ta' finanzjament ambizzju\u017c fil-livell Ewropew li jsostni l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet HPC operazzjonali bba\u017cati fuq teknolo\u0121iji \u017cviluppati fl-Ewropa bi strumenti fuq in-na\u0127a tad-domanda b\u0127all-akkwist pubbliku.", "L-istrumenti l-o\u0127ra ta' finanzjament disponibbli g\u0127andhom limitazzjonijiet rigward kooperazzjoni fuq skala kbira li timplika l-finanzjament nazzjonali u tal-UE u din hija r-ra\u0121uni g\u0127aliex in\u0127olqot l-Impri\u017ca Kon\u0121unta EuroHPC.", "X'se tag\u0127mel l-Impri\u017ca Kon\u0121unta?", "Impri\u017ca Kon\u0121unta hija strument legali li jippermetti lill-UE, lill-Istati Membri u lill-pajji\u017ci asso\u010bjati u s-s\u0127ab privati jikkombinaw b'mod effi\u010bjenti l-akkwist kon\u0121unt u s-sjieda ta' supercomputers, kif ukoll jag\u0127mlu investimenti kon\u0121unti g\u0127all-i\u017cvilupp ta' teknolo\u0121ija, softwer u applikazzjonijiet ewlenin fl-Ewropa.", "L-impri\u017ca Kon\u0121unta se tiffoka fuq it-tliet oqsma li \u0121ejjin:", "l-akkwist u l-implimentazzjoni fl-Ewropa ta' infrastruttura HPC ta' livell dinji, u li din issir disponibbli g\u0127all-utenti pubbli\u010bi u privati;", "l-appo\u0121\u0121 g\u0127all-i\u017cvilupp fil-\u0127in tal-\u0121enerazzjoni li jmiss tat-teknolo\u0121iji HPC Ewropej u l-integrazzjoni tag\u0127hom fis-sistema fuq skala eksa fi skedi ta' \u017cmien kompetittivi meta mqabbla mal-kompetituri globali;", "it-tmexxija Ewropea f'applikazzjonijiet xjentifi\u010bi u industrijali.", "L-impri\u017ca Kon\u0121unta se tappo\u0121\u0121a l-akkwist u l-interkonnessjoni ta' supercomputers ta' livell dinji, inklu\u017ci \u017cew\u0121 sistemi fuq skala preeksa (b'kapa\u010bit\u00e0 ta' mitt miljun jew 1017 kalkolu kull sekonda) ikklassifikati fost l-aqwa \u0127amsa fil-livell globali u tal-inqas \u017cew\u0121 sistemi fuq skala peta (b'kapa\u010bit\u00e0 ta' miljun biljun jew 1015 kalkolu kull sekonda) li huma fost l-aqwa 25 fil-livell globali.", "B'kollaborazzjoni mill-qrib ma' PRACE u GEANT, l-Impri\u017ca Kon\u0121unta se tipprovdi a\u010b\u010bess g\u0127al din l-infrastruttura Ewropea l-\u0121dida tas-supercomputing lill-utenti mill-qasam akkademiku, tal-industrija u tal-impri\u017ci \u017cg\u0127ar u medji, kif ukoll tas-settur pubbliku, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-UE.", "L-impri\u017ca Kon\u0121unta se tappo\u0121\u0121a l-Inizjattiva Ewropea tal-Pro\u010bessur biex bl-u\u017cu ta' teknolo\u0121iji Ewropej, ti\u017cviluppa l-mikropro\u010bessuri b'ener\u0121ija baxxa me\u0127tie\u0121a biex i\u0127addmu s-supercomputers.", "Dan se jag\u0127mel lill-Ewropa inqas dipendenti fuq it-teknolo\u0121ija barranija f'qasam li huwa essenzjali g\u0127al \u0127afna oqsma tal-ekonomija di\u0121itali fil-computing ta' prestazzjoni g\u0127olja u lil hinn, b\u0127all-vetturi konnessi u awtonomi, u s-servers ta' Big Data.", "L-Impri\u017ca Kon\u0121unta se tappo\u0121\u0121a wkoll l-i\u017cvilupp ta' applikazzjonijiet xjentifi\u010bi, tas-settur pubbliku u industrijali ta' livell dinji, b'mod partikolari permezz ta' \u010aentri ta' E\u010b\u010bellenza f'applikazzjonijiet tal-HPC, f'\u0127afna oqsma, inklu\u017c il-medi\u010bina personalizzata, il-bijoin\u0121inerija, it-tbassir tat-temp u t-tibdil fil-klima, is-sejbien ta' materjali u medi\u010bini \u0121odda, l-esplorazzjoni ta\u017c-\u017cejt u l-gass, id-disinn ta' ajruplani u karozzi \u0121odda, u l-bliet intelli\u0121enti.", "Barra minn hekk, l-Impri\u017ca Kon\u0121unta se tappo\u0121\u0121a l-\u0127olqien u l-koordinazzjoni ta' \u010aentri Nazzjonali ta' Kompetenza tal-HPC fl-UE kollha.", "I\u010b-\u010bentri se jkunu involuti f'attivitajiet ta' ta\u0127ri\u0121 u ta' kuntatt g\u0127all-utenti mill-qasam akkademiku u tas-settur pubbliku biex jipperfezzjonaw il-\u0127iliet di\u0121itali e\u017cistenti jew jiksbu \u0127iliet di\u0121itali \u0121odda.", "I\u010b-\u010bentri se j\u017cidu wkoll l-g\u0127arfien dwar il-\u0121enerazzjoni li jmiss ta' teknolo\u0121iji di\u0121itali, u se jipprovdu a\u010b\u010bess a\u0127jar g\u0127all-g\u0127odod u s-servizzi tal-HPC.", "B'mod partikolari, i\u010b-\u010bentri se jimmiraw lejn impri\u017ci \u017cg\u0127ar u medji, billi jipprovdulhom a\u010b\u010bess g\u0127al applikazzjonijiet u servizzi \u0121odda, u billi j\u017cidu l-kapa\u010bit\u00e0 ta' innovazzjoni tag\u0127hom.", "Min se jkunu l-membri tal-Impri\u017ca Kon\u0121unta?", "L-Impri\u017ca Kon\u0121unta se tkun mag\u0127mula minn:", "membri pubbli\u010bi li jirrappre\u017centaw lill-Bord tat-Tmexxija, b'rappre\u017centanti mill-Kummissjoni u mill-25 pajji\u017c parte\u010bipant.", "membri privati li jirrappre\u017centaw lill-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku, b'rappre\u017centanti mi\u017c-\u017cew\u0121 s\u0127ab privati parte\u010bipanti, mill-Pjattaforma Ewropea tat-Teknolo\u0121ija g\u0127all-Computing ta' Prestazzjoni G\u0127olja (ETP4HPC) u mill-asso\u010bjazzjonijiet tal-Valur Big Data (BDVA ), u partijiet ikkon\u010bernati o\u0127ra (utenti, \u010bentri tas-supercomputing, u organizzazzjonijiet tar-ri\u010berka).", "X'se jkun il-ba\u0121it tal-Impri\u017ca Kon\u0121unta?", "L-impri\u017ca Kon\u0121unta EuroHPC se ti\u0121i ffinanzjata b'mod kon\u0121unt mill-membri pubbli\u010bi tag\u0127ha b'ba\u0121it ta' madwar \u20ac1 biljun.", "Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE hija ta' \u20ac486 miljun, filwaqt li l-pajji\u017ci parte\u010bipanti se jipprovdu ammont simili.", "Il-membri privati se jipprovdu wkoll kontribuzzjonijiet addizzjonali f'forma ta' ri\u017corsi g\u0127all-valur ta' aktar minn \u20ac400 miljun permezz tal-parte\u010bipazzjoni fl-attivitajiet tal-Impri\u017ca Kon\u0121unta.", "X'inhuma l-passi li jmiss?", "L-Impri\u017ca Kon\u0121unta EuroHPC tinsab il-Lussemburgu, u se ti\u0121i stabbilita f'Ottubru 2018 u tibqa' operattiva sa tmiem l-2026.", "Sa tmiem l-2018 jew fil-bidu tal-2019, il-Bord tat-Tmexxija tag\u0127ha, b'kooperazzjoni mal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku, se jiddefinixxi l-Programm ta' \u0126idma tag\u0127ha g\u0127all-2019-2020.", "Dan il-Programm ta' \u0126idma se ji\u0121i ppubblikat kmieni fl-2019 u se jkun il-ba\u017ci g\u0127at-tnedija ta' sej\u0127iet g\u0127al proposti g\u0127al azzjonijiet ta' ri\u010berka u ta' innovazzjoni, b'konformit\u00e0 mal-objettivi strate\u0121i\u010bi definiti fir-Regolament li jistabbilixxi l-Impri\u017ca Kon\u0121unta.", "Fil-bidu tal-2019, l-Impri\u017ca Kon\u0121unta se tniedi wkoll sej\u0127iet g\u0127al espressjonijiet ta' interess g\u0127all-entitajiet nazzjonali li se jospitaw is-supercomputers akkwistati mill-Impri\u017ca Kon\u0121unta.", "Fis-sentejn li \u0121ejjin se ji\u0121u akkwistati g\u0127all-inqas \u017cew\u0121 sistemi fuq skala preeksa u tal-inqas tnejn fuq skala peta.", "L-ewwel kuntratti se ji\u0121u ffirmati fit-tielet kwart tal-2019.", "X'inhuma l-pjanijiet fil-ba\u0121it tal-UE li jmiss?", "Il-Kummissjoni qed tipproponi li tkompli l-Impri\u017ca Kon\u0121unta fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) g\u0127all-2021-2027, b\u0127ala parti mill-programm Ewropa Di\u0121itali, li jinkludi \u20ac2.7 biljun addizzjonali ta' finanzjament g\u0127all-qasam tas-supercomputing.", "Il-programm qafas Orizzont Ewropa jinkludi wkoll appo\u0121\u0121 g\u0127all-attivitajiet ta' ri\u010berka u ta' innovazzjoni tal-Impri\u017ca Kon\u0121unta.", "B'dawn ir-ri\u017corsi addizzjonali, l-Impri\u017ca Kon\u0121unta timmira li sal-2023 tu\u017ca tal-anqas sistema wa\u0127da fuq skala eksa bba\u017cata fuq teknolo\u0121ija Ewropea u li tappo\u0121\u0121a l-implimentazzjoni ta' sistemi operazzjonali permezz tal-akkwist pubbliku ta' sistemi fuq skala eksa u ta' sistemi fuq skala posteksa, billi tintegra wkoll soluzzjonijiet minn inizjattivi o\u0127ra b\u0127all-Pro\u0121ett Ewlieni tal-FET fuq it-Teknolo\u0121iji Quantum.", "Liema sfidi tista' tindirizza l-HPC?", "Min\u0127abba n-natura interdixxiplinari tieg\u0127u u l-kapa\u010bit\u00e0 tieg\u0127u li jippro\u010bessa ammonti kbar ta' data u li jwettaq kompjutazzjonijiet kumplessi, l-HPC huwa essenzjali biex jindirizza bosta sfidi.", "Ix-xjenza tad-dinja u l-klima:", "l-HPC issa\u0127\u0127a\u0127 ix-xjenza klimatika billi tippermetti tbassir aktar pre\u010bi\u017c tat-temp, tipprevedi di\u017castri naturali fuq skala kbira, u tistudja l-im\u0121iba tal-o\u010beani.", "Bejn l-1970 u l-2012, il-maltemp kbir kien il-ka\u0121un tal-imwiet ta' 149,959 persuna u ta' danni ekonomi\u010bi li ammontaw g\u0127al \u20ac270 biljun fl-Ewropa.", "it-teknolo\u0121iji HPC jippermettu simulazzjonijiet ta' ri\u017coluzzjoni og\u0127la tat-tibdil fil-klima u monitora\u0121\u0121 aktar pre\u010bi\u017c tal-evoluzzjoni tar-ri\u017corsi tad-dinja.", "L-HPC itejjeb ukoll l-g\u0127arfien tag\u0127na dwar pro\u010bessi \u0121eofi\u017ci\u010bi u dwar l-istruttura interna tad-dinja.", "L-ener\u0121ija sikura, nadifa u effi\u010bjenti:", "l-HPC huwa g\u0127odda essenzjali g\u0127at-tfassil ta' parks tal-ener\u0121ija rinnovabbli jew ta' materjali fotovoltaj\u010bi ta' prestazzjoni g\u0127olja, g\u0127all-ittestjar ta' materjali \u0121odda g\u0127all-pannelli solari, u g\u0127all-ottimizzazzjoni tat-turbini g\u0127all-produzzjoni tal-elettriku.", "Is-sa\u0127\u0127a, il-bidla demografika u l-benesseri:", "l-HPC huwa forza ewlenija g\u0127all-i\u017cvilupp ta' forom \u0121odda ta' medi\u010bina.", "Il-medi\u010bina personalizzata u ta' pre\u010bi\u017cjoni tiddependi fuq l-HPC biex tippro\u010bessa informazzjoni dwar il-\u0121eni, il-proteini u l-ambjent ta' persuna biex ji\u0121i evitat, dijanjostikat u ttrattat il-mard.", "fir-ri\u010berka bijomolekulari, l-HPC jintu\u017ca wkoll g\u0127all-investigazzjoni tad-dinamika tal-bijomolekuli u l-proteini fi\u010b-\u010belloli tal-bniedem, li hija kru\u010bjali biex ji\u0121i ttrattat il-mard awtoimmunitarju i\u017cda wkoll il-kan\u010ber u d-dijabete.", "Fir-ri\u010berka dwar il-mo\u0127\u0127, l-HPC jintu\u017ca g\u0127as-simulazzjoni u l-immudellar multiskala u b'ri\u017coluzzjoni kbira tal-mo\u0127\u0127 tal-bniedem.", "l-ittestjar tal-molekuli ta' medi\u010bina \u0121dida jista' jsir ferm aktar malajr bl-u\u017cu tal-HPC.", "L-HPC jista' jg\u0127in ukoll biex il-medi\u010bini e\u017cistenti ji\u0121u adattati mill-\u0121did g\u0127al mard \u0121did.", "Is-sigurt\u00e0 tal-ikel, l-agrikoltura sostenibbli, ir-ri\u010berka tal-ba\u0127ar u l-bijoekonomija:", "l-HPC huwa essenzjali g\u0127all-i\u017cvilupp ta' agrikoltura aktar sostenibbli billi jottimizza l-produzzjoni tal-ikel, janalizza l-fatturi dwar is-sostenibbilt\u00e0 u jimmonitorja l-pesti, il-kontroll tal-mard u l-pesti\u010bidi.", "It-teknolo\u0121iji HPC jistg\u0127u jg\u0127inu wkoll fil-\u0121estjoni tal-ilma u tar-ri\u017corsi agrikoli b'mod aktar effi\u010bjenti u jassistu lill-komunitajiet vulnerabbli permezz ta' \u0121estjoni a\u0127jar tan-nixfiet.", "I\u010b-\u010bibersigurt\u00e0 u d-difi\u017ca:", "l-HPC huwa essenzjali wkoll g\u0127as-sigurt\u00e0 u d-difi\u017ca nazzjonali, pere\u017cempju g\u0127all-i\u017cvilupp ta' teknolo\u0121iji ta' kripta\u0121\u0121 kumpless, it-tra\u010b\u010bar u r-rispons g\u0127al attakki \u010biberneti\u010bi, l-u\u017cu ta' forensika effi\u010bjenti, u f'simulazzjonijiet nukleari.", "L-ippjanar urban intelli\u0121enti, ekolo\u0121iku u integrat:", "it-teknolo\u0121iji HPC jappo\u0121\u0121aw l-i\u017cvilupp ta' bliet aktar intelli\u0121enti, bis-sa\u0127\u0127a ta' kontroll aktar effi\u010bjenti ta' infrastruttura kbira tat-trasport li te\u0127tie\u0121 anali\u017ci fil-\u0127in reali ta' ammonti kbar ta' data.", "l-i\u017cvilupp ta' vetturi awtonomi se jiddependi fuq l-HPC, g\u0127aliex se jiskambjaw id-data b'mod kostanti mas-sistemi ta' \u0121estjoni u ta' supervi\u017cjoni u jissinkronizzaw mal-ba\u017cijiet tad-data kbar li kontinwament jag\u0127tuhom informazzjoni f'\u0127in reali.", "G\u0127aliex huwa rilevanti s-supercomputing g\u0127as-Suq Uniku Di\u0121itali?", "L-HPC g\u0127andu potenzjal kbir fil-\u0127olqien tal-impjiegi b\u0127ala parti mis-Suq Uniku Di\u0121itali.", "L-Impri\u017ca Kon\u0121unta se tipprovdi a\u010b\u010bess a\u0127jar lill-industrija Ewropea, u b'mod partikolari lill-impri\u017ci \u017cg\u0127ar u medji (SMEs) g\u0127as-supercomputers biex ji\u017cviluppaw prodotti innovattivi.", "Min\u0127abba l-kapa\u010bit\u00e0 tieg\u0127u li jittratta u jippro\u010bessa ammonti kbar ta' data fil-\u0127in reali, l-HPC huwa fundamentali g\u0127all-bini ta' ekonomija tad-data dinamika, u ta' ekosistema integrata tal-computing fuq skala eksa u tal-Big Data, li bis-sa\u0127\u0127a tag\u0127hom l-UE se tkun tista' tag\u0127mel l-a\u0127jar u\u017cu minnu, filwaqt li jkun \u017cgurat livell g\u0127oli ta' protezzjoni tad-data u ta' sigurt\u00e0 tad-data.", "L-infrastruttura tal-EuroHPC se tippermetti l-ippro\u010bessar ta' data sensittiva fl-Ewropa, filwaqt li tin\u017camm il-privatezza, is-sjieda u d-dritt g\u0127all-a\u010b\u010bess u g\u0127all-u\u017cu fl-Ewropa.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Stqarrija g\u0127all-istampa", "Skeda informattiva b'e\u017cempji ta' kif jintu\u017ca l-HPC u dokumenti rilevanti o\u0127rajn", "Skeda informattiva dwar il-programm Ewropa Di\u0121itali", "*A\u0121\u0121ornata \u2014 ippubblikata g\u0127all-ewwel darba fil-11 ta' Jannar 2018"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5902", "title": "L-Unjoni Ewropea u l-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Pa\u010bifiku jag\u0127tu bidu g\u0127al negozjati fuq Ftehim ta' S\u0127ubija \u0121did", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DEVEL", "date": "Thu, 27 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum l-UE u 79 pajji\u017c tal-Grupp ta' Stati tal-Afrika, il-Karibew u l-Pa\u010bifiku (AKP) se jibdew negozjati dwar il-futur tal-kooperazzjoni tag\u0127hom wara l-2020.", "L-ambizzjoni hi li l-is\u0127ubija tal-lum issir qafas politiku modern immirat lejn it-twettiq tal-G\u0127anijiet ta' \u017bvilupp Sostenibbli.", "Il-pajji\u017ci fl-UE u l-AKP jirrappre\u017centaw aktar minn nofs il-pajji\u017ci membri kollha tan-NU u ji\u0121bru flimkien aktar minn 1.5 biljun ru\u0127.", "Is-s\u0127ubija attwali, regolata mill-Ftehim ta' Cotonou, hija wa\u0127da mill-eqdem u l-aktar qafas komprensiv g\u0127all-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajji\u017ci fil-fa\u017ci tal-i\u017cvilupp.", "Il-ftehim attwalment fis-se\u0127\u0127 jiskadi fl-2020.", "Biex jifta\u0127 l-ewwel rawnd ta' negozjati politi\u010bi fi New York, fil-mar\u0121ini tal-Assemblea \u0120enerali tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kap Negozjatur tal-UE, il-Kummissarju g\u0127all-Kooperazzjoni u l-I\u017cvilupp Internazzjonali, Neven Mimica, qal: \u201cIs-s\u0127ubija bejn l-UE u l-pajji\u017ci tal-Afrika, il-Karibew u l-Pa\u010bifiku, hija assi g\u0127all-UE u g\u0127all-multilaterali\u017cmu in \u0121enerali.", "Ir-revi\u017cjoni tal-ftehim attwali hija opportunit\u00e0 kbira biex is-s\u0127ubija tmur aktar fil-fond u biex ti\u0121i mmodernizzata b'rispons g\u0127all-i\u017cviluppi dinjija b\u0127all-A\u0121enda 2030 tan-NU jew il-Ftehim ta' Pari\u0121i dwar it-tibdil fil-klima.\u201d", "Min-na\u0127a tieg\u0127u, il-Ministru g\u0127all-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni ta' Togo u l-Kap Negozjatur g\u0127all-Grupp ta' Stati AKP, il-Professur Robert Dussey, fakkar li: \u201cIr-rabta bejn il-Grupp AKP u l-UE twaqqfet fl-1975 fl-Ewwel Artikolu tal-Ftehim ta' Georgetown, l-Att Kostituttiv tal-Grupp AKP\u201d.", "Huwa enfasizza li: \u201cis-s\u0127ubija AKP-UE hija kisba prezzju\u017ca u unika li sa\u0127\u0127et ir-rabtiet bejn il-popli u l-pajji\u017ci tal-AKP u tal-UE matul dawn l-a\u0127\u0127ar 45 sena mit-twaqqif tag\u0127ha.", "Il-ftu\u0127 tan-negozjati llum i\u0127abbru l-kontinwazzjoni tal-fidu\u010bja tant apprezzata mill-partijiet g\u0127al din is-S\u0127ubija.\u201d", "Is-s\u0127ubija tixtieq tikseb kooperazzjoni politika aktar mill-qrib fuq livell dinji biex tindirizza l-isfidi globali ewlenin, biex tkun e\u017cempju perfett tal-multilaterali\u017cmu b\u0127ala l-pedament ta' ordni dinji bba\u017cat fuq ir-regoli.", "F'termini konkreti, b'mod partikolari dan ifisser \u0127idma kon\u0121unta lejn l-G\u0127anijiet ta' \u017bvilupp Sostenibbli.", "Hija se tiggwida l-isforzi kon\u0121unti tal-pajji\u017ci tas-s\u0127ubija biex jindirizzaw sfidi ur\u0121enti b\u0127at-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni u l-pa\u010bi u s-sigurt\u00e0.", "Biex ikollha l-impatt ma\u0127sub, is-s\u0127ubija futura se tadatta g\u0127ar-realtajiet \u0121odda fl-Unjoni Ewropea, fl-Afrika, il-Karibew u l-Pa\u010bifiku, u tie\u0127u kont tal-ispe\u010bifi\u010bitajiet \u0121eografi\u010bi.", "Is-s\u0127ubija futura g\u0127andha twassal g\u0127al bini ta' alleanzi b'sa\u0127\u0127ithom fil-fora dinjija u tindirizza kwistjonijiet ewlenin li minnhom jistg\u0127u jgawdu bl-istess mod il-\u0121enerazzjonijiet attwali u futuri.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "MEMO Mistoqsija u Twe\u0121iba dwar il-futur tas-s\u0127ubija UE-AKP", "Direttivi ta' negozjati"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5864", "title": "Il-Kunsill jappo\u0121\u0121a l-pjanijiet tal-Kummissjoni biex tinvesti \u20ac1 biljun f'superkompjuters Ewropej fost l-aqwa fid-dinja", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Thu, 27 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kunsill tal-Ministri appo\u0121\u0121a uffi\u010bjalment il-pjanijiet tal-Kummissjoni biex tinvesti flimkien mal-Istati Membri fil-bini ta' infrastruttura Ewropea ta' supercomputing fost l-aqwa fid-dinja.", "Je\u0127tie\u0121u superkompjuters g\u0127all-ippro\u010bessar ta' volumi tad-data dejjem akbar.", "Minnhom, is-so\u010bjet\u00e0 tikseb benefi\u010b\u010bji f'diversi oqsma, mill-kura tas-sa\u0127\u0127a u l-ener\u0121ija rinnovabbli sas-sikurezza tal-karozzi u \u010b-\u010bibersigurt\u00e0.", "Illum, il-Kunsill adotta legalment Regolament li jistabbilixxi l-Impri\u017ca Kon\u0121unta Ewropea g\u0127all-Computing ta' Prestazzjoni G\u0127olja (EuroHPC) \u2013 struttura legali u ta' finanzjament \u0121dida, li se ti\u0121bor ri\u017corsi minn 25 pajji\u017c Ewropew, tibni infrastruttura g\u0127as-supercomputing u g\u0127ad-data, u tappo\u0121\u0121a r-ri\u010berka u l-innovazzjoni fil-qasam bl-involviment tax-xjenzjati, tan-negozji u tal-industrija.", "Din l-istruttura se tag\u0127ti a\u010b\u010bess a\u0127jar g\u0127as-supercomputing lill-utenti pubbli\u010bi u privati Ewropej, a\u010b\u010bess li huwa essenzjali biex ji\u0121u appo\u0121\u0121ati l-kompetittivit\u00e0 u l-innovazzjoni.", "Andrus Ansip, il-Vi\u010bi President tal-Kummissjoni g\u0127as-Suq Uniku Di\u0121itali, qal: \u201cId-data hija l-materja prima tal-ekonomija di\u0121itali tag\u0127na.", "G\u0127andna b\u017conn is-superkompjuters biex nippro\u010bessawha, biex ni\u017cviluppaw l-intelli\u0121enza artifi\u010bjali u nsibu soluzzjonijiet g\u0127al mistoqsijiet kumplessi f'oqsma b\u0127as-sa\u0127\u0127a u s-sigurt\u00e0.", "Illum, il-ma\u0121\u0121oranza tar-ri\u010berkaturi u l-kumpaniji tag\u0127na jridu jo\u0127or\u0121u barra mill-Ewropa biex isibu l-kompjuters ta' kwalit\u00e0 g\u0127olja li jkollhom b\u017conn.", "L-UE ma tistax tibqa' lura.", "Bl-EuroHPC, se nkunu jistg\u0127u nibbenefikaw mill-innovazzjoni minn \u0121ewwa l-Ewropa.\u201d", "Mariya Gabriel, il-Kummissarju g\u0127all-Ekonomija u s-So\u010bjet\u00e0 Di\u0121itali, \u017ciedet:\u201cL-Impri\u017ca Kon\u0121unta EuroHPC se tistimola l-i\u017cvilupp fl-Ewropa ta' katina tal-provvista kompetittiva tas-supercomputing u tad-data permezz tal-akkwist pubbliku.", "Permezz ta\u010b-\u010bentri ta' kompetenza tag\u0127ha se tag\u0127ti aktar setg\u0127a lill-akkademja, lill-industrija, lill-intrapri\u017ci \u017cg\u0127ar u medji, u lis-servizzi pubbli\u010bi Ewropej u tipprovdilhom a\u010b\u010bess g\u0127al firxa wiesg\u0127a ta' ri\u017corsi, servizzi u g\u0127odod biex itejbu l-\u0127iliet di\u0121itali tag\u0127hom u biex ikunu innovattivi.\u201d", "L-Impri\u017ca Kon\u0121unta EuroHPC se ti\u0121i stabbilita f'Novembru 2018 u se tibqa' operattiva sa tmiem l-2026.", "Il-kooperazzjoni hija kru\u010bjali g\u0127all-kompetittivit\u00e0 u l-indipendenza tal-UE fl-ekonomija tad-data, g\u0127aliex b\u0127alissa l-industrija tal-UE tu\u017ca aktar minn 33 % tar-ri\u017corsi tas-supercomputing fid-dinja kollha, i\u017cda tipprovdi biss 5 % minnhom.", "L-Impri\u017ca Kon\u0121unta se jkollha ba\u0121it ta' \u20ac1 biljun, li nofshom ji\u0121u ffinanzjati mill-ba\u0121it tal-UE u n-nofs l-ie\u0127or mill-Istati Membri Ewropej parte\u010bipanti.", "Is-s\u0127ab privati se jipprovdu xi ri\u017corsi addizzjonali ta' valur ta' aktar minn \u20ac400 miljun.", "L-attivitajiet tag\u0127ha se jkunu ffokati fuq \u017cew\u0121 oqsma:", "Infrastruttura tas-supercomputing pan-Ewropea: biex jinxtraw u jintu\u017caw fl-UE \u017cew\u0121 superkompjuters fost l-aqwa \u0127amsa tad-dinja u mill-inqas tnejn o\u0127ra li llum jistg\u0127u ji\u0121u kklassifikati fost l-aqwa 25 fid-dinja.", "Dawn il-magni se jkunu interkonnessi ma' superkompjuters nazzjonali e\u017cistenti u jsiru disponibbli fl-Ewropa kollha g\u0127all-utenti pubbli\u010bi u privati, u jintu\u017caw f'aktar minn 800 qasam ta' applikazzjoni xjentifika u industrijali.", "Ir-ri\u010berka u l-innovazzjoni: biex ji\u0121i appo\u0121\u0121at l-i\u017cvilupp ta' ekosistema tas-supercomputing Ewropea, ti\u0121i stimolata industrija g\u0127all-provvista tat-teknolo\u0121ija, u biex ir-ri\u017corsi tas-supercomputing f'bosta oqsma ta' applikazzjoni jsiru disponibbli g\u0127al g\u0127add kbir ta' utenti pubbli\u010bi u privati, inklu\u017c l-intrapri\u017ci \u017cg\u0127ar u medji.", "Sal-lum, dawn il-pajji\u017ci Ewropej impenjaw ru\u0127hom biex jissie\u0127bu fl-Impri\u017ca Kon\u0121unta: L-Awstrija, il-Bel\u0121ju, il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-\u0120ermanja, il-Gre\u010bja, l-Irlanda, l-Italja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, in-Norve\u0121ja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Repubblika \u010aeka, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, Spanja u l-Ungerija.", "Il-passi li jmiss", "L-operazzjonijiet tal-Impri\u017ca Kon\u0121unta se jibdew fil-\u0121img\u0127at li \u0121ejjin wara li ji\u0121u nominati r-rappre\u017centanti tal-Kummissjoni, tal-pajji\u017ci Ewropej u tas-s\u0127ab privati, li se jifformaw il-Bord ta' Tmexxija u l-Bord ta' Konsulenza Xjentifika u Industrijali.", "Fit-tul, il-Kummissjoni pproponiet li tinvesti \u20ac2.7 biljun fl-Impri\u017ca Kon\u0121unta sabiex issa\u0127\u0127a\u0127 is-supercomputing u l-ippro\u010bessar tad-data fl-Ewropa b\u0127ala parti mill-Programm Ewropa Di\u0121itali g\u0127all-2021-2027 imressaq f'Mejju 2018.", "Dan il-finanzjament addizzjonali se ji\u017cgura d-disponibbilt\u00e0 ta' superkompjuters fost l-aqwa fid-dinja u l-u\u017cu usa' tag\u0127hom fis-settur pubbliku u dak privat, inklu\u017c l-intrapri\u017ci \u017cg\u0127ar u medji.", "Kuntest", "I\u010b-\u010bittadini Ewropej di\u0121\u00e0 qed jibbenefikaw minn bosta applikazzjonijiet tas-supercomputing fil-\u0127ajja tag\u0127hom ta' kuljum.", "Pere\u017cempju, l-i\u017cvilupp ta' terapiji medi\u010bi \u0121odda jiddependi \u0127afna fuq simulazzjonijiet bis-supercomputing biex wie\u0127ed jifhem in-natura tal-kan\u010ber, tal-mard tal-qalb, tal-Alzheimer's u ta' disturbi \u0121eneti\u010bi rari.", "Fi\u010b-\u010bibersigurt\u00e0 u fid-difi\u017ca, is-superkompjuters jintu\u017caw g\u0127all-i\u017cvilupp ta' teknolo\u0121iji ta' kripta\u0121\u0121 effi\u010bjenti, u flimkien mal-intelli\u0121enza artifi\u010bjali jintu\u017caw biex wie\u0127ed jifhem u jirrea\u0121ixxi g\u0127all-attakki \u010biberneti\u010bi.", "Jintu\u017caw ukoll fl-istudju tat-tibdil fil-klima u g\u0127at-tbassir tat-temp.", "G\u0127all-industriji u n-negozji, is-superkompjuters jistg\u0127u jnaqqsu b'mod sinifikanti \u010b-\u010bikli tad-disinn tal-prodotti u tal-produzzjoni, jg\u0127a\u0121\u0121lu d-disinjar ta' materjali \u0121odda, jimminimizzaw l-ispejje\u017c u j\u017cidu l-effi\u010bjenza fir-ri\u017corsi.", "Pere\u017cempju, i\u010b-\u010bikli tal-produzzjoni tal-karozzi jistg\u0127u jitnaqqsu minn 60 xahar g\u0127al 24 xahar filwaqt li jitjiebu s-sikurezza u l-kumdit\u00e0 tal-passi\u0121\u0121ieri.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Mistoqsijiet u twe\u0121ibiet", "Skeda informattiva b'e\u017cempji dwar l-u\u017cu tas-supercomputing", "Dikjarazzjoni kon\u0121unta mill-Vi\u010bi President Ansip u l-Kummissarju Gabriel dwar il-progress fil-bini tas-superkompjuters Ewropej (il-25 ta' \u0120unju 2018)", "The EuroHPC Joint Undertaking: looking ahead to 2019-2020 and beyond", "Filmat dwar is-superkompjuters Ewropej", "Skeda informattiva dwar il-Programm Ewropa Di\u0121itali g\u0127all-perjodu 2021-2027"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5906", "title": "L-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti jing\u0127aqdu biex itemmu l-femmini\u010bidju fl-Amerka Latina permezz tal-Inizjattiva Spotlight", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DEVEL", "date": "Wed, 26 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti qed i\u0127abbru kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 50 miljun biex itemmu l-femmini\u010bidju fl-Amerka Latina.", "Il-femmini\u010bidju jie\u0127du l-\u0127ajja ta' 12-il mara fl-Amerka Latina kuljum.", "Bl-investiment ta' EUR 50 miljun tal-lum, l-Inizjattiva Spotlight tal-UE u n-NU se tiffinanzja programmi \u0121odda u innovattivi fl-Ar\u0121entina, El Salvador, il-Gwatemala, il-Honduras, u l-Messiku, biex tg\u0127in lin-nisa u lill-bniet jg\u0127ixu \u0127ajja libera mill-vjolenza u teradika l-femmini\u010bidju mill-Amerka Latina.", "\"It-tmiem tal-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet qieg\u0127ed fil-qu\u010b\u010bata tal-a\u0121enda tag\u0127na.", "Bl-inizjattiva Spotlight, g\u0127andna koalizzjoni dinjija madwar dan l-g\u0127an u qed nimmobilizzaw l-isforzi u l-azzjonijiet kollha fl-edukazzjoni, is-sensibilizzazzjoni, il-prevenzjoni u l-\u0121ustizzja,\" qalet ir-Rappre\u017centant G\u0127oli / Vi\u010bi President Federica Mogherini.", "\"Irridu ni\u017cguraw li n-nisa u l-bniet qatt ma jkollhom jer\u0121g\u0127u jg\u0127ixu fil-bi\u017ca', la fl-Amerka Latina, la fl-Ewropa u lanqas imkien ie\u0127or fid-dinja.\"", "\"L-indirizzar tal-kwistjoni tal-femmini\u010bidju b'mod komprensiv minn kull wa\u0127da minn dawn l-angolaturi differenti huwa essenzjali g\u0127al ri\u017cultati dejjiema u li jirnexxu,\" qalet il-Vi\u010bi Segretarju \u0120enerali tan-NU Amina J. Mohammed.", "\"L-ebda mara ma g\u0127andha tmut g\u0127ax hi mara.\"", "\"Il-qtil ta' mara g\u0127ax mara huwa l-iktar delitt skabru\u017c li wie\u0127ed jista' jimma\u0121ina,\" qal il-Kummissarju g\u0127all-Kooperazzjoni u l-I\u017cvilupp Internazzjonali Neven Mimica.", "\"Se na\u0127dmu mal-gvernijiet u s\u0127ab o\u0127rajn biex nittrattaw l-g\u0127erq tal-kaw\u017ci tal-femmini\u010bidju, li spiss ikunu marbuta ma' orjentazzjonijiet patrijarkali, miso\u0121enija, sessi\u017cmu u o\u0121\u0121ettifikazzjoni tan-nisa.\"", "\"Il-vjolenza sessista taffettwa kull pajji\u017c, u lin-nisa u l-bniet kullimkien,\" qalet id-Direttur E\u017cekuttiv tan-Nisa ta-NU Phumzile Mlambo-Ngcuka.", "\"Bl-Inizjattiva Spotlight, l-UE u n-NU qed ja\u0127dmu biex jiggalvanizzaw kollaborazzjoni wiesg\u0127a b'intenzjoni ffukata, fost l-a\u0121enziji tan-NU, is-s\u0127ab tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili u l-gvernijiet, sabiex tintemm il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet darba g\u0127al dejjem.\"", "Il-programmi l-\u0121odda se jindirizzaw lakuni le\u0121i\u017clattivi u ta' politika, isa\u0127\u0127u l-istituzzjonijiet, jippromwovu orjentazzjonijiet lejn ekwit\u00e0 tal-\u0121eneru, u jipprovdu servizzi ta' kwalit\u00e0 g\u0127as-superstiti u riparazzjonijiet g\u0127all-vittmi tal-vjolenza u l-familji tag\u0127hom.", "L-Inizjattiva Spotlight se ta\u0127dem mill-qrib mas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili, l-a\u0121enziji tan-NU u l-gvernijiet tal-\u0127ames pajji\u017ci fil-programm biex tipprovdi interventi komprensivi u ta' kwalit\u00e0 g\u0127olja li jistg\u0127u jsalvaw \u0127ajjet in-nisa u l-bniet.", "Se jkun hemm enfasi spe\u010bjali biex jintla\u0127qu l-iktar nisa u bniet f'riskju ta' vjolenza u li ma jintla\u0127qux mill-programmi tradizzjonali, biex b'hekk \u0127add ma jibqa' l-art.", "L-Amerka Latina tinkludi 14 mill-25 pajji\u017c bl-og\u0127la rati ta' femmini\u010bidju fid-dinja.", "Fl-2016, fl-Ar\u0121entina nqatlu 254 mara u tifla, f'El Salvador 349, fil-Gwatemala 211, fil-Honduras 466 u fil-Messiku 2,813.", "Sfond", "L-Inizjattiva Spotlight hija s\u0127ubija globali, pluriennali bejn l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti biex telimina l-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet.", "L-inizjattiva, li tnediet b'impenn ta' finanzjament tal-bidu ta' EUR 500 miljun mill-Unjoni Ewropea, tirrappre\u017centa sforz dinji bla pre\u010bedent ta' investiment fl-ugwaljanza bejn is-sessi u l-awtonomizzazzjoni tan-nisa b\u0127ala prekundizzjoni u mutur g\u0127all-kisba tal-G\u0127anijiet ta' \u017bvilupp Sostenibbli.", "Fil-qafas tal-A\u0121enda 2030 g\u0127all-I\u017cvilupp Sostenibbli adottata fl-Assemblea \u0120enerali tan-Nazzjonijiet Uniti f'Settembru 2015, il-gvernijiet ta' madwar id-dinja impenjaw ru\u0127hom li jindirizzaw l-inugwaljanzi u l-forom ta' diskriminazzjoni kollha.", "L-A\u0121enda 2030 timpenja ru\u0127ha li \"ma t\u0127alli 'l \u0127add l-art\" - impenn li l-ebda g\u0127an ma jitqies li nkiseb sakemm ma jkunx laqat is-segmenti kollha tas-so\u010bjet\u00e0, g\u0127al kul\u0127add, kullimkien, inklu\u017c dawk li qeg\u0127din l-iktar lura.", "Sfortunatament dan jinkludi wkoll lil miljuni ta' nisa u bniet li g\u0127adhom ibatu fil-kwiet kuljum minn forom differenti ta' vjolenza u abbu\u017c.", "Vjolenza fuq in-nisa u l-bniet", "Il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet hija wa\u0127da mill-aktar konsegwenzi mifruxa tal-inugwaljanza.", "Hija g\u0127andha l-g\u0127eruq tag\u0127ha fir-relazzjonijiet ta' poter u ta' bejn is-sessi inugwali u hija forma mifruxa ta' diskriminazzjoni, li timmanifesta ru\u0127ha f'diversi forom kemm fl-isfera pubblika u kemm f'dik privata.", "In-nisa u l-bniet huma so\u0121\u0121etti b'mod sproporzjonat g\u0127all-vjolenza, inklu\u017c il-femmini\u010bidju, il-vjolenza sesswali, il-vjolenza mis-sie\u0127eb intimu, it-traffikar, u prattiki dannu\u017ci.", "Il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet hija ksur tad-drittijiet tal-bniedem li ti\u0121ri f'livelli allarmanti madwar il-pajji\u017ci u l-\u0121enerazzjonijiet kollha.", "G\u0127an-nisa u l-bniet li jiffa\u010b\u010baw forom multipli u interkonnessi ta' diskriminazzjoni, ir-riskji li jesperjenzaw il-vjolenza huma ter\u0121a' ikbar, filwaqt li r-reazzjonijiet u s-sistemi ta' appo\u0121\u0121 spiss ma jkunux disponibbli, a\u010b\u010bettabbli, a\u010b\u010bessibbli jew ta' standard ta' kwalit\u00e0.", "Pere\u017cempju, in-nisa u l-bniet f'\u010berti stadji tal-\u0127ajja (adolexxenti u f'etajiet iktar avvanzati) jista' jkun li ji\u0121u injorati fl-istatistika u fit-tfassil tal-li\u0121ijiet, tal-politiki u tal-programmi.", "Il-migranti u r-refu\u0121jati u l-persuni spostati f'pajji\u017chom jaf ma jkunux formalment rikonoxxuti mill-Istat.", "In-nisa indi\u0121eni u dawk minn minoranzi etni\u010bi, razzjali u sesswali spiss i\u0127abbtu wi\u010b\u010bhom ma' xi w\u0127ud mill-og\u0127la livelli ta' diskriminazzjoni fid-dimensjonijiet so\u010bjali, politi\u010bi u ekonomi\u010bi.", "In-nisa u l-bniet b'di\u017cabilit\u00e0, dawk li jg\u0127ixu f'\u017coni rurali, fost l-o\u0127rajn, jiffa\u010b\u010baw b'mod simili inugwaljanzi li jikkoin\u010bidu u sitwazzjonijiet ta' \u017cvanta\u0121\u0121 multiplu, li jispjega kif u g\u0127ala \u010berti gruppi jibqg\u0127u l-art b'mod sistematiku.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "L-Inizjattiva Spotlight tal-UE u n-NU", "MEMO Mistoqsija u Twe\u0121iba", "Strate\u0121ija Globali tal-Unjoni Ewropea g\u0127all-Politika Estera u ta' Sigurt\u00e0", "Il-Kunsens Ewropew il-\u0120did G\u0127all-I\u017cvilupp - \"Id-dinja tag\u0127na, id-dinjit\u00e0 tag\u0127na, il-futur tag\u0127na\"", "Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi II (2016\u20132020)"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5912", "title": "Ewropa li tipprote\u0121i: Fl-2017 l-awtoritajiet doganali tal-UE kkonfiskaw aktar minn 31 miljun o\u0121\u0121ett falz fil-fruntieri tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TAXCUAA", "date": "Wed, 26 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit ju\u017ca l-cookies biex joffrilek esperjenza a\u0127jar.", "Skopri aktar dwar, kif nu\u017caw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tieg\u0127ek.", "\u010aifri \u0121odda ppubblikati llum mill-Kummissjoni Ewropea juru li l-awtoritajiet doganali kkonfiskaw aktar minn 31 miljun prodott falz u kontrafatt fil-fruntieri esterni tal-UE, li l-valur tag\u0127hom fit-triq huwa ta' aktar minn EUR 580 miljun.", "G\u0127alkemm i\u010b-\u010bifri totali mill-2016 naqsu, o\u0121\u0121etti foloz potenzjalment perikolu\u017ci li jintu\u017caw kuljum, b\u0127al prodotti g\u0127all-kura tas-sa\u0127\u0127a, medi\u010bini, \u0121ugarelli u o\u0121\u0121etti elettri\u010bi, issa jirrappre\u017centaw proporzjon \u0127afna akbar mis-sekwestri kollha \u2013 43 % tal-o\u0121\u0121etti kollha kkonfiskati \u0121ew minn din il-kategorija.", "B'mod \u0121enerali, il-kategorija l-aktar sinifikanti ta' o\u0121\u0121etti foloz kienet dik alimentari, li tirrappre\u017centa 24 % tal-ammont totali tal-o\u0121\u0121etti kkonfiskati.", "Din kienet segwita mill-\u0121ugarelli (11 %), mis-sigaretti (9 %) u mill-\u0127wejje\u0121 (7 %).", "Il-Kummissarju g\u0127all-Affarijiet Ekonomi\u010bi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, Pierre Moscovici qal: \"L-Unjoni Doganali tal-UE hija min tal-ewwel meta ti\u0121i biex tipprote\u0121i li\u010b-\u010bittadini minn o\u0121\u0121etti foloz, o\u0121\u0121etti ffalsifikati u xi minn daqqiet perikolu\u017ci ferm.", "It-twaqqif tal-importazzjoni fl-UE ta' o\u0121\u0121etti ffalsifikati jappo\u0121\u0121a wkoll b'mod \u0121enerali l-impjiegi u l-ekonomija kollha kemm hi.", "L-Unjoni Ewropea tiddefendi l-proprjet\u00e0 intellettwali u se tkompli l-kampanja tag\u0127ha biex t\u0127ares is-sa\u0127\u0127a tal-konsumaturi kif ukoll tipprote\u0121i lin-negozji mill-ksur illegali tad-drittijiet tag\u0127hom.\u201d", "F'termini ta' modi ta' trasport, 65 % tal-o\u0121\u0121etti kkonfiskati da\u0127lu fl-UE permezz ta' rotta fuq il-ba\u0127ar, normalment f'kunsinni kbar.", "Dawn kienu segwiti mit-trasport bl-ajru, minn fejn \u0121ew ittrasportati 14 % tal-o\u0121\u0121etti foloz.", "It-tielet kien it-traffiku postali u bil-kurrier li f'daqqa ammonta g\u0127al 11 %, u kien prin\u010bipalment mag\u0127mul minn o\u0121\u0121etti tal-konsum ordnati online b\u0127al \u017craben, \u0127wejje\u0121, basktijiet u arlo\u0121\u0121i.", "I\u010b-\u010aina tibqa' l-pajji\u017c prin\u010bipali li minnu jori\u0121inaw l-o\u0121\u0121etti foloz li jid\u0127lu fl-UE.", "L-og\u0127la ammont ta' \u0127wejje\u0121 foloz ori\u0121inaw mit-Turkija filwaqt li l-bi\u010b\u010ba l-kbira ta' mowbajls u a\u010b\u010bessorji, cartridges tal-linka u toners, tas-CDs / DVDs u tikketti, tags u stickers li da\u0127lu fl-UE kien minn Hong Kong u \u010b-\u010aina.", "L-Indja kienet l-ikbar pajji\u017c li minnu ori\u0121inat medi\u010bina falza u potenzjalment perikolu\u017ca.", "F'90 % tal-o\u0121\u0121etti kkonfiskati l-o\u0121\u0121etti nqerdu jew inkella nfet\u0127et kaw\u017ca kontrihom il-qorti biex ji\u0121i ddeterminat il-ksur tal-li\u0121i, jew b\u0127ala parti minn pro\u010beduri kriminali.", "Il-Kuntest", "Matul dawn l-a\u0127\u0127ar 50 sena l-Unjoni Doganali \u017cviluppat b\u0127ala element fundamentali tas-Suq Uniku tag\u0127na, billi t\u0127ares il-fruntieri tal-UE u \u010b-\u010bittadini tag\u0127na minn o\u0121\u0121etti pprojbiti u perikolu\u017ci, b\u0127all-armi, d-droga u l-o\u0121\u0121etti ffalsifikati.", "Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet doganali biex ji\u0121u rrispettati d-drittijiet tal-proprjet\u00e0 intellettwali, li ilu jo\u0127ro\u0121 kull sena mis-sena 2000, huwa msejjes fuq id-data li l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri jibag\u0127tu lill-Kummissjoni.", "I\u010b-\u010bifri ta' din is-sena jenfasizzaw l-importanza tal-mi\u017curi ppre\u017centati s-sena li g\u0127addiet mill-Kummissjoni, sabiex ji\u0121i \u017cgurat li d-drittijiet tal-proprjet\u00e0 intellettwali jkunu protetti sew u biex il-kumpaniji Ewropej, b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji l-\u0121odda, jkunu m\u0127e\u0121\u0121a jinvestu fl-innovazzjoni u fil-kreattivit\u00e0.", "L-inizjattiva g\u0127andha l-g\u0127an li tag\u0127milha aktar fa\u010bli biex jittie\u0127du azzjonijiet effi\u010bjenti kontra l-ksur tal-IPR (id-dritt tal-proprjet\u00e0 intellettwali), biex ti\u0121i ffa\u010bilitata l-litigazzjoni transfruntiera u ti\u0121i mi\u0121\u0121ielda l-importazzjoni fl-UE ta' o\u0121\u0121etti ffalsifikati u kkupjati bla permess.", "Id-data tag\u0127ti informazzjoni siewja biex ji\u0121i analizzat il-ksur tad-drittijiet tal-proprjet\u00e0 intellettwali u tg\u0127in istituzzjonijiet o\u0127ra b\u0127alma huma l-Uffi\u010b\u010bju tal-Proprjet\u00e0 Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u l-OECD biex jimmappjaw id-data ekonomika u l-aktar rotot komuni tal-falsifikaturi.", "Links utli", "Ir-rapport s\u0127i\u0127 jinsab hawnhekk.", "SKEDA INFORMATTIVA: O\u0121\u0121etti foloz ikkunfiskati fil-fruntiera tal-UE", "Stqarrija g\u0127all-istampa: Ni\u010b\u010belebraw l-Unjoni Doganali: l-akbar blokk kummer\u010bjali fid-dinja jag\u0127laq 50 sena"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2817", "title": "DiscoverEU: 20,000 \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u \u017cag\u0127\u017cug\u0127a o\u0127ra se jkollhom l-opportunit\u00e0 li jesploraw l-Ewropa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Wed, 05 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Madwar 95,000 \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u \u017cag\u0127\u017cug\u0127a applikaw fit-tielet edizzjoni ta' din l-inizjattiva l-\u0121dida tal-UE g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127.", "Issa ntg\u0127a\u017clu madwar 20,000 \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u \u017cag\u0127\u017cug\u0127a Ewropej ta' 18-il sena biex jir\u010bievu pass tal-ivvja\u0121\u0121ar ta' DiscoverEU.", "Dawn se jkunu jistg\u0127u jivvja\u0121\u0121aw bejn l-1 ta' Awwissu 2019 u l-31 ta' Jannar 2020 g\u0127al massimu ta' 30 jum.", "It-tielet edizzjoni tal-inizjattiva DiscoverEU attirat l-applikazzjonijiet ta' kwa\u017ci 95,000 \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u \u017cag\u0127\u017cug\u0127a mill-Istati Membri kollha tal-UE matul perjodu ta' \u0121imag\u0127tejn li ntemm fis-16 ta' Mejju 2019.", "Intg\u0127a\u017clu madwar 20,000 \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u \u017cag\u0127\u017cug\u0127a abba\u017ci tal-kriterji tal-g\u0127oti u b'kunsiderazzjoni tal-kwota stabbilita g\u0127al kull Stat Membru tal-UE.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Edukazzjoni, il-Kultura, i\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 u l-Isport, Tibor Navracsics, stqarr: \u201cDan ix-xahar, DiscoverEU qed ti\u010b\u010belebra l-ewwel anniversarju tag\u0127ha.", "Fi \u017cmien sena, madwar 275,000 \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u \u017cag\u0127\u017cug\u0127a Ewropej applikaw biex isiru parti minn din l-esperjenza u madwar 50,000 ing\u0127ataw pass tal-ivvja\u0121\u0121ar.In\u0127ossni kburi li hemm aktar u aktar \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li qed jesploraw ir-rikkezza tal-istorja u tal-kultura tag\u0127na, jag\u0127mlu \u0127bieb \u0121odda lil hinn mill-fruntieri, isiru aktar indipendenti u awtonomi, jaqsmu l-esperjenzi u l-emozzjonijiet, u fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar, jiskopru lilhom infushom.\u201d", "Ir-rebbie\u0127a tat-tielet edizzjoni issa se ji\u0121u kkuntattjati sabiex ikunu jistg\u0127u j\u0127ejju l-vja\u0121\u0121i tag\u0127hom.", "Se jkunu jistg\u0127u jivvja\u0121\u0121aw, wa\u0127edhom jew fi gruppi b'massimu ta' \u0127ames persuni, bejn l-1 ta' Awwissu 2019 u l-31 ta' Jannar 2020 g\u0127al mhux aktar minn 30 jum.", "Il-ma\u0121\u0121oranza tag\u0127hom se jivvja\u0121\u0121aw bil-ferrovija, u f'ka\u017cijiet e\u010b\u010bezzjonali, b'mezzi tat-trasport alternattivi.", "Minbarra l-pass tal-ivvja\u0121\u0121ar, il-parte\u010bipanti se jir\u010bievu appo\u0121\u0121 tekniku u gwida dwar temi b\u0127all-ivvja\u0121\u0121ar sostenibbli u xi jfisser li tkun Ambaxxatur ta' DiscoverEU - se ji\u0121u mistiedna jirrapportaw dwar l-esperjenzi tag\u0127hom, pere\u017cempju permezz tal-g\u0127odod tal-midja so\u010bjali b\u0127al Instagram, Facebook u Twitter, jew billi jag\u0127tu pre\u017centazzjoni fl-iskola jew fil-komunit\u00e0 lokali tag\u0127hom.", "Se jkunu jistg\u0127u jikkuntattjaw lil s\u0127abhom il-vja\u0121\u0121aturi fuq il-midja so\u010bjali u jaqsmu l-esperjenzi tag\u0127hom.", "Il-parte\u010bipanti kollha se jkunu wkoll mistiedna jattendu l-ewwel laqg\u0127at ta' DiscoverEU li se jse\u0127\u0127u f'diversi postijiet madwar l-Ewropa, dwar temi spe\u010bifi\u010bi b\u0127as-sostenibbilit\u00e0 jew il-wirt kulturali.", "L-ewwel laqg\u0127a se ssir f'Nijmegen (in-Netherlands) fit-12 u fit-13 ta' Lulju b'enfasi fuq is-sostenibbilt\u00e0.", "Il-Kummissjoni qed tippjana li tniedi \u010b-\u010biklu ta' applikazzjonijiet li jmiss qabel tmiem is-sena, meta se jkunu disponibbli 20,000 pass tal-ivvja\u0121\u0121ar o\u0127ra.", "Sfond", "DiscoverEU hija esperjenza tal-ivvja\u0121\u0121ar a\u010b\u010bessibbli u sempli\u010bi, immirata lejn \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 individwali jew gruppi \u017cg\u0127ar, inklu\u017ci dawk li \u0121ejjin minn kuntesti \u017cvanta\u0121\u0121ati.", "Hija tag\u0127ti li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ta' 18-il sena l-opportunit\u00e0 li jitg\u0127allmu dwar il-wirt kulturali u d-diversit\u00e0 tal-Ewropa, li jistabbilixxu kuntatt ma' \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 o\u0127ra u li jesploraw l-identit\u00e0 Ewropea tag\u0127hom.", "L-inizjattiva tnediet f'\u0120unju 2018, wara proposta mill-Parlament Ewropew g\u0127al Azzjoni Preparatorja b'ba\u0121it ta' EUR 12-il miljun fl-2018.", "L-ewwel \u017cew\u0121 \u010bikli ta' applikazzjonijiet taw lil madwar 30,000 \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u \u017cag\u0127\u017cug\u0127a l-opportunit\u00e0 li jivvja\u0121\u0121aw madwar l-Ewropa.", "G\u0127all-2019, il-Parlament Ewropew approva EUR 16-il miljun g\u0127al DiscoverEU.", "Il-Kummissjoni qed tippjana li tniedi \u010b-\u010biklu ta' applikazzjonijiet li jmiss qabel tmiem l-2019.", "Id-dati spe\u010bifi\u010bi u aktar informazzjoni se jit\u0127abbru fi \u017cmien xieraq fuq il-Portal Ewropew ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127.", "Min\u0127abba l-interess li wrew il-vja\u0121\u0121aturi \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 f'DiscoverEU, il-Kummissjoni qed ta\u0127dem biex ittejjeb l-inizjattiva abba\u017ci tal-feedback kemm mill-vja\u0121\u0121aturi kif ukoll mill-partijiet ikkon\u010bernati ewlenin.", "S'issa, il-feedback li wasal ming\u0127and kwa\u017ci 5,500 parte\u010bipant mill-ewwel edizzjoni juri li dawn iqisu DiscoverEU b\u0127ala esperjenza ta' tag\u0127lim siewja u inklu\u017civa, li tikkontribwixxi g\u0127all-involviment \u010biviku, g\u0127at-tkabbir personali u g\u0127all-i\u017cvilupp tal-\u0127iliet.", "L-ivvja\u0121\u0121ar jag\u0127ti li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 l-opportunit\u00e0 li jiksbu fidu\u010bja fihom infushom u ji\u017cviluppaw kompetenzi ewlenin b\u0127all-g\u0127arfien ta' lingwi barranin u l-\u0127iliet interkulturali, l-adattabilit\u00e0, ir-re\u017ciljenza, il-\u0127iliet interpersonali, il-kapa\u010bit\u00e0 li jsolvu l-problemi jew il-\u0127iliet organizzattivi u ta' tiswir tat-timijiet.", "\u017bew\u0121 terzi minnhom qalu li ma kinux ikunu jistg\u0127u jiffinanzjaw il-pass tal-ivvja\u0121\u0121ar tag\u0127hom li kieku ma kienx g\u0127al DiscoverEU.", "G\u0127al xi w\u0127ud mill-parte\u010bipanti, l-u\u017cu tal-pass ta' DiscoverEU kien ifisser l-ewwel opportunit\u00e0 li jivvja\u0121\u0121aw wa\u0127edhom ming\u0127ajr il-\u0121enituri jew it-tuturi tag\u0127hom.", "F'Mejju 2018, il-Kummissjoni pproponiet EUR 700 miljun g\u0127al DiscoverEU b\u0127ala parti mill-programm Erasmus+ futur fl-ambitu tal-ba\u0121it fit-tul li jmiss tal-UE g\u0127all-2021-2027.", "Jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu dwar dan, 1.5 miljun \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u \u017cag\u0127\u017cug\u0127a o\u0127ra ta' 18-il sena se jkunu jistg\u0127u jivvja\u0121\u0121aw matul dawk is-seba' snin.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Mistoqsija u twe\u0121iba dwar DiscoverEU", "Skeda informattiva b'rendikont tal-applikanti u tal-parte\u010bipanti skont il-pajji\u017c", "Il-Portal Ewropew ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127", "Skeda informattiva dwar l-Investiment fi\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_19_324", "title": "DiscoverEU: Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Wed, 05 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["X'inhi DiscoverEU?", "DiscoverEU hija inizjattiva tal-UE li toffri li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ta' 18-il sena esperjenza tal-ivvja\u0121\u0121ar li tippermettilhom jie\u0127du vanta\u0121\u0121 mil-libert\u00e0 ta' moviment fl-Unjoni Ewropea, jiskopru d-diversit\u00e0 tar-re\u0121juni Ewropej, igawdu r-rikkezza kulturali tag\u0127ha, u jag\u0127mlu kuntatt ma' persuni mill-kontinent kollu.", "Fl-istess \u0127in, ikollhom l-opportunit\u00e0 li jitg\u0127allmu aktar dwarhom infushom, isiru aktar kunfidenti u jtejbu l-kompetenzi ewlenin b\u0127al pere\u017cempju kif isolvu l-problemi u l-\u0127iliet fil-lingwi barranin.", "G\u0127aliex l-inizjattiva hija a\u010b\u010bessibbli biss g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ta' 18-il sena?", "DiscoverEU hija inizjattiva bl-objettiv li tipprovdi opportunitajiet ta' vvja\u0121\u0121ar u ta' mobbilt\u00e0 g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li se jag\u0127lqu t-18-il sena.", "Il-programm jimmira spe\u010bifikament li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ta' 18-il sena, min\u0127abba li din l-et\u00e0 timmarka pass ewlieni lejn il-\u0127ajja adulta, pass li jrid ji\u0121i akkumpanjat minn fehim akbar dwar l-Ewropa fid-diversit\u00e0 kollha tag\u0127ha.", "G\u0127aliex ma toffrux din l-opportunit\u00e0 g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 kollha ta' 18-il sena?", "L-g\u0127an huwa li kemm jista' jkun \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jing\u0127ataw l-opportunit\u00e0 li jibbenefikaw minn DiscoverEU.", "Madankollu, b'ba\u0121it attwali ta' \u20ac16-il miljun, mhuwiex possibbli li jing\u0127ataw passes tal-ivvja\u0121\u0121ar g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 kollha ta' 18-il sena fl-Ewropa.", "Wara l-interess kbir li kien hemm s'issa u l-feedback tant po\u017cittiv mill-parte\u010bipanti, il-Kummissjoni trid ti\u017cviluppa DiscoverEU, billi testendi l-ambitu tag\u0127ha g\u0127all-gruppi \u017cvanta\u0121\u0121ati u ssa\u0127\u0127a\u0127 id-dimensjoni tal-apprendiment b'konformit\u00e0 mal-objettivi \u0121enerali tal-programm Erasmus futur.", "G\u0127alhekk, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li talloka \u20ac700 miljun g\u0127all-inizjattiva ta\u0127t il-programm futur tal-Erasmus (2021-2027).", "Jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu mal-proposta, bejn l-2021 u l-2027, se jkunu jistg\u0127u jivvja\u0121\u0121aw 1.5 miljun persuna o\u0127ra bl-et\u00e0 ta' 18-il sena.", "Hemm kwota g\u0127al kull pajji\u017c?", "Hemm kwota ta' passes tal-ivvja\u0121\u0121ar stabbilita g\u0127al kull Stat Membru abba\u017ci tas-sehem tal-popolazzjoni tieg\u0127u meta mqabbel mal-popolazzjoni \u0121enerali tal-Unjoni Ewropea.", "Jekk f'\u010berti pajji\u017ci jkun hemm inqas applikanti mill-kwoti fissi tag\u0127hom, il-bqija tal-passes tal-ivvja\u0121\u0121ar jitqassmu fost il-pajji\u017ci fejn ikun hemm aktar applikanti mill-kwoti tag\u0127hom.", "G\u0127al kemm-il \u0121urnata jistg\u0127u jivvja\u0121\u0121aw il-parte\u010bipanti?", "I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jistg\u0127u jivvja\u0121\u0121aw g\u0127al minimu ta' \u0121urnata u massimu ta' xahar.", "G\u0127andhom i\u017curu mill-inqas Stat Membru wie\u0127ed fl-Unjoni Ewropea li ma jkunx il-pajji\u017c tar-residenza tag\u0127hom.", "G\u0127al dan ir-round, il-vja\u0121\u0121i jridu jibdew bejn l-1 ta' Awwissu 2019 (l-ewwel data tat-tluq) u l-31 ta' Jannar 2020 (l-a\u0127\u0127ar data tar-ritorn).", "Liema mezzi ta' trasport jistg\u0127u jintu\u017caw?", "B\u0127ala regola ba\u017cika, il-parte\u010bipanti jivvja\u0121\u0121aw bil-ferrovija.", "Madankollu, sabiex ji\u0121i \u017cgurat l-akbar a\u010b\u010bess possibbli \u2014 pere\u017cempju g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 bi b\u017connijiet spe\u010bjali, jew g\u0127al dawk li jg\u0127ixu f'\u017coni remoti \u2014 jistg\u0127u ji\u0121u offruti modi alternattivi ta' trasport, b\u0127al pere\u017cempju x-xarabank jew il-lan\u010ba jew, e\u010b\u010bezzjonalment l-ajruplani, fejn ikun me\u0127tie\u0121, filwaqt li jitqiesu l-ambjent, il-vja\u0121\u0121 u d-distanza.", "Il-vja\u0121\u0121 isir fit-tieni klassi.", "Parte\u010bipant jista' jivvja\u0121\u0121a wa\u0127du jew fi grupp ta' \u0127bieb?", "Il-parte\u010bipanti jistg\u0127u jivvja\u0121\u0121aw wa\u0127edhom jew fi grupp ta' massimu 5 persuni.", "Fil-ka\u017c ta' grupp, irid jin\u0127atar kap tal-grupp f'isem il-grupp.", "Il-kap tal-grupp jimla l-formola tal-applikazzjoni, jie\u0127u sehem fil-kwi\u017c\u017c u jwie\u0121eb il-mistoqsija sussidjarja.", "Imbag\u0127ad jir\u010bievi kodi\u010bi fl-email ta' konferma meta jressaq l-applikazzjoni u g\u0127andu jikkomunika dan il-kodi\u010bi lill-membri tal-grupp sabiex ikunu jistg\u0127u jirre\u0121istraw.", "Abba\u017ci tal-kodi\u010bi pprovdut mill-kap tal-grupp, il-membri l-o\u0127ra tal-grupp ikunu jistg\u0127u jirre\u0121istraw online u jimlew id-data personali tag\u0127hom.", "Jekk applikazzjoni ta' grupp tkun ta' su\u010b\u010bess, il-membri kollha tal-grupp ikunu jistg\u0127u jipparte\u010bipaw?", "Iva, applikazzjoni ta' grupp ti\u0121i vvalutata b\u0127ala applikazzjoni wa\u0127da.", "Kif jintg\u0127a\u017clu \u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127?", "L-g\u0127a\u017cla tal-applikanti sse\u0127\u0127 permezz ta' g\u0127odda tal-applikazzjoni online disponibbli fuq il-Portal Ewropew ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127.", "L-applikanti l-ewwel iridu jg\u0127addu mill-verifika tal-kriterji ta' eli\u0121ibbilt\u00e0.", "Imbag\u0127ad, l-applikanti kollha jridu jag\u0127mlu kwi\u017c\u017c.", "Fit-tielet round tal-applikazzjoni, kellhom iwie\u0121bu 5 mistoqsijiet b'g\u0127a\u017cla multipla ta' g\u0127arfien \u0121enerali dwar l-Unjoni Ewropea, dwar inizjattivi o\u0127ra tal-Unjoni Ewropea g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u dwar l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se\u0127\u0127ew fl-a\u0127\u0127ar ta' Mejju.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, kellhom iwie\u0121bu mistoqsija addizzjonali relatata mar-round ta' applikazzjoni.", "It-twe\u0121ibiet korretti tal-kwi\u017c\u017c u ta' din il-mistoqsija finali ppermettew lill-Kummissjoni Ewropea tag\u0127\u017cel u tikklassifika l-applikanti.", "U g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 b'mobbilt\u00e0 mnaqqsa u/jew b\u017connijiet spe\u010bjali?", "I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 bi b\u017connijiet spe\u010bjali (b\u0127al pere\u017cempju mobbilt\u00e0 mnaqqsa, vista batuta) jistg\u0127u jkunu intitolati li jir\u010bievu appo\u0121\u0121 addizzjonali xieraq.", "Dawk l-ispejje\u017c ikunu vvalutati skont il-ka\u017c u skont l-b\u017connijiet tag\u0127hom u jkunu bba\u017cati fuq dokumenti xierqa, kif me\u0127tie\u0121 skont il-li\u0121i nazzjonali tal-Istati Membru tar-residenza.", "F'dan ir-rigward, l-ispejje\u017c g\u0127all-assistenza spe\u010bjali (pere\u017cempju persuna li takkumpanja, kelb g\u0127all-parte\u010bipanti b'vista batuta) jistg\u0127u jkunu koperti.", "\u0120eneralment il-Kummissjoni t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 bi b\u017connijiet spe\u010bjali biex japplikaw.", "Il-parte\u010bipanti mag\u0127\u017cula jridu jibbukkjaw il-passes tal-ivvja\u0121\u0121ar huma stess?", "Le.", "Il-parte\u010bipanti mag\u0127\u017cula m'g\u0127andhomx jibbukkjaw il-passes tal-ivvja\u0121\u0121ar huma stess, min\u0127abba li l-biljetti mixtrija separatament ma ji\u0121ux rimbor\u017cati.", "Il-passes tal-ivvja\u0121\u0121ar g\u0127all-parte\u010bipanti mag\u0127\u017cula ji\u0121u bbukjati, mixtrija u konsenjati esklussivament mill-kuntrattur estern ma\u0127tur mill-Kummissjoni Ewropea.", "Membru tal-familja jew \u0127abib li g\u0127andu aktar minn 18-il sena jista' jivvja\u0121\u0121a mal-parte\u010bipant?", "Iva, i\u017cda bla rimbor\u017c tal-ispejje\u017c.", "Iridu jibbukkjaw u j\u0127allsu g\u0127all-arran\u0121amenti tal-ivvja\u0121\u0121ar huma stess.", "Il-pass tal-ivvja\u0121\u0121ar jista' ji\u0121i trasferit lil persuna o\u0127ra?", "Le.", "Kull pass tal-ivvja\u0121\u0121ar ikun assenjat lil persuna spe\u010bifika u ma jistax ji\u0121i trasferit lil persuna o\u0127ra ta\u0127t kwalunkwe \u010birkostanza.", "L-isem fuq il-pass tal-ivvja\u0121\u0121ar ma jistax jinbidel.", "X'ji\u0121ri jekk il-parte\u010bipanti jkollhom jikkan\u010bellaw il-vja\u0121\u0121 tag\u0127hom jew ikollhom b\u017conn ibiddluh?", "Kull spi\u017ca ta' kan\u010bellazzjoni jew modifikazzjoni trid ti\u0121i koperta mill-parte\u010bipanti.", "M'hemmx ba\u0121it addizzjonali biex ti\u0121i koperta nefqa ta' dan it-tip, tkun xi tkun ir-ra\u0121uni.", "L-ispejje\u017c li \u0121ejjin: assigurazzjoni tal-ivvja\u0121\u0121ar, akkomodazzjoni, sussistenza jew xi spejje\u017c o\u0127ra relatati mal-vja\u0121\u0121 huma inklu\u017ci?", "Le.", "L-inizjattiva ma tinkludix l-assigurazzjoni tal-ivvja\u0121\u0121ar.", "Il-kopertura tal-assigurazzjoni hija r-responsabilit\u00e0 unika tal-parte\u010bipant.", "Barra minn hekk, l-akkomodazzjoni, is-sussistenza, is-supplimenti tal-ivvja\u0121\u0121ar li jridu jit\u0127allsu matul il-vja\u0121\u0121 jew kull spi\u017ca o\u0127ra relatata mal-vja\u0121\u0121 g\u0127andhom ikunu koperti mill-parte\u010bipant.", "Il-parte\u010bipant g\u0127andu jakkwista assigurazzjoni tas-sa\u0127\u0127a u tal-ivvja\u0121\u0121ar xierqa g\u0127at-tul kollu tal-vja\u0121\u0121.", "Il-kopertura tal-assigurazzjoni tas-sa\u0127\u0127a ba\u017cika normalment hija pprovduta mill-assigurazzjoni tas-sa\u0127\u0127a nazzjonali tal-parte\u010bipant matul is-so\u0121\u0121orn tieg\u0127u f'pajji\u017c ie\u0127or tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Sa\u0127\u0127a tal-Unjoni Ewropea.", "Madankollu, jista' jkun li l-kopertura tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Sa\u0127\u0127a tal-Unjoni Ewropea jew tal-assigurazzjoni tas-sa\u0127\u0127a privata ma tinkludix il-ka\u017cijiet kollha possibbli, spe\u010bjalment jekk tkun me\u0127tie\u0121a r-ripatrijazzjoni jew intervent mediku spe\u010bifiku.", "F'dak il-ka\u017c, huwa rrakkomandat li l-parte\u010bipant jakkwista assigurazzjoni privata komplementari.", "Il-Kummissjoni Ewropea tg\u0127in lill-parte\u010bipanti biex jibbukkjaw l-akkomodazzjoni?", "Le.", "L-ibbukkjar tal-akkomodazzjoni hija r-responsabilit\u00e0 unika tal-parte\u010bipant.", "Il-Kummissjoni Ewropea tag\u0127ti preferenza lil operaturi tat-trasport spe\u010bifi\u010bi?", "Le.", "Il-kuntrattur li jibbukkja l-vja\u0121\u0121i jista' jag\u0127\u017cel kwalunkwe mezz ta' trasport pubbliku u kwalunkwe operatur jew linja.", "Il-parte\u010bipanti kif jistg\u0127u j\u0127ejju l-vja\u0121\u0121i tag\u0127hom?", "Il-Portal Ewropew ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 g\u0127andu taqsima fis-sit web b'informazzjoni prattika dwar l-ivvja\u0121\u0121ar fl-Ewropa, fejn il-parte\u010bipanti jistg\u0127u jsibu pariri utli.", "Il-parte\u010bipanti jrid ikollhom dokument tal-ivvja\u0121\u0121ar validi matul il-vja\u0121\u0121 tag\u0127hom.", "Kwalunkwe \u0127a\u0121a relatata mat-tali dokument (pere\u017cempju l-validit\u00e0 tieg\u0127u) hija r-responsabbilt\u00e0 tal-parte\u010bipant.", "I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 g\u0127andu jkollhom passaport jew karta tal-identit\u00e0 validi wkoll meta jkunu qed jivvja\u0121\u0121aw fl-Unjoni Ewropea.", "Kwalunkwe \u0127a\u0121a relatata mat-tali dokument (il-validit\u00e0, e\u010b\u010b.) hija r-responsabbilt\u00e0 tal-parte\u010bipant.", "X'inhu mistenni mill-parte\u010bipanti mag\u0127\u017cula?", "Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tisma' ming\u0127and il-vja\u0121\u0121aturi \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u se t\u0127e\u0121\u0121i\u0121hom jaqsmu l-esperjenzi tag\u0127hom.", "Huwa g\u0127alhekk li, ladarba jintg\u0127a\u017clu, il-parte\u010bipanti jsiru ambaxxaturi tal-inizjattiva.", "Se ji\u0121u m\u0127e\u0121\u0121a jirrappurtaw dwar l-esperjenzi tal-ivvja\u0121\u0121ar tag\u0127hom, ng\u0127idu a\u0127na permezz tal-midja so\u010bjali b\u0127al Instagram, Facebook, jew Twitter, jew billi jag\u0127tu pre\u017centazzjoni fl-iskola jew fil-komunit\u00e0 lokali tag\u0127hom.", "Il-parte\u010bipanti huma mistiedna jing\u0127aqdu mal-Grupp ta' Facebook ma\u0127luq g\u0127al din l-inizjattiva.", "X'kien il-feedback mill-parte\u010bipanti fl-ewwel round?", "Il-feedback mill-parte\u010bipanti kien po\u017cittiv \u0127afna.", "G\u0127al \u0127afna minnhom, din kienet l-ewwel darba li siefru wa\u0127edhom ming\u0127ajr il-\u0121enituri tag\u0127hom jew ming\u0127ajr adulti mag\u0127hom, u l-bi\u010b\u010ba l-kbira minnhom qalu li b'hekk saru aktar indipendenti.", "Huma qalu wkoll li l-esperjenza DiscoverEU g\u0127enithom jifhmu aktar il-kulturi l-o\u0127rajn u l-istorja Ewropea.", "U j\u0127ossu li tejbet il-\u0127iliet tag\u0127hom fil-lingwi barranin.", "\u017bew\u0121 terzi minnhom qalu li ma kinux ikunu jistg\u0127u jiffinanzjaw il-pass tal-ivvja\u0121\u0121ar tag\u0127hom li kieku ma kienx g\u0127al DiscoverEU.", "In-nies fejn jistg\u0127u jsibu aktar informazzjoni dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni?", "Ir-regoli tal-kompetizzjoni huma ppubblikati fuq il-Portal Ewropew ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Stqarrija g\u0127all-istampa", "Il-Portal Ewropew ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_19_2772", "title": "Il-pakkett tal-pro\u010bedimenti ta' ksur g\u0127al \u0120unju: id-de\u010bi\u017cjonijiet ewlenin", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GENINFO", "date": "Wed, 05 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["\u0126arsa \u0121enerali skont il-qasam ta' politika", "Fil-pakkett tag\u0127ha ta' kull xahar tad-de\u010bi\u017cjonijiet dwar il-ksur, il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem \u201cil-Kummissjoni\u201d) qieg\u0127da tie\u0127u azzjoni legali kontra l-Istati Membri li ma qdewx l-obbligi tag\u0127hom skont id-dritt tal-UE.", "Dawn id-de\u010bi\u017cjonijiet, li jkopru diversi setturi u oqsma ta' politika tal-UE, g\u0127andhom l-g\u0127an li ji\u017cguraw l-applikazzjoni kif suppost tad-dritt tal-UE g\u0127all-benefi\u010b\u010bju ta\u010b-\u010bittadini u tan-negozji.", "Id-de\u010bi\u017cjonijiet ewlenin me\u0127uda mill-Kummissjoni qed ji\u0121u ppre\u017centati hawn ta\u0127t, skont il-qasam ta' politika.", "Il-Kummissjoni qed tag\u0127laq ukoll 97 ka\u017c fejn l-Istati Membri kkon\u010bernati solvew il-kwistjonijiet ming\u0127ajr ma l-Kummissjoni kellha g\u0127alfejn tkompli bil-pro\u010bediment.", "G\u0127al iktar informazzjoni dwar il-pro\u010bediment ta' ksur tal-UE, ara l-MEMO/12/12 s\u0127i\u0127a.", "G\u0127al iktar dettalji dwar id-de\u010bi\u017cjonijiet me\u0127uda, ikkonsulta r-re\u0121istru tad-de\u010bi\u017cjonijiet ta' ksur.", "1.", "Ambjent", "(G\u0127al iktar informazzjoni: Enrico Brivio \u2013 tel.: +32 229 56172, Ana Crespo Parrondo \u2013 tel.: +32 229 81325)", "Ittri ta' intimazzjoni:", "L-iskart: il-Kummissjoni t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lil 9 Stati Membri biex jikkonformaw kompletament mar-regoli tal-UE dwar ir-ri\u010bikla\u0121\u0121 tal-vapuri", "Illum, il-Kummissjoni dde\u010bidiet li tifta\u0127 pro\u010bedimenti ta' ksur tal-UE kontra l-Kroazja, \u010aipru, il-\u0120ermanja, il-Gre\u010bja, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u l-I\u017cvezja fuq l-obbligu tag\u0127hom li jimplimentaw bis-s\u0127i\u0127 il-le\u0121i\u017clazzjoni Ewropea dwar ir-ri\u010bikla\u0121\u0121 tal-bastimenti (ir-Regolament dwar ir-Ri\u010bikla\u0121\u0121 tal-Bastimenti, ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013).", "Ir-Regolament tal-UE g\u0127andu l-g\u0127an li jag\u0127mel ir-ri\u010bikla\u0121\u0121 tal-bastimenti aktar ekolo\u0121iku u sikur.", "L-g\u0127an ewlieni tar-Regolament huwa li ji\u017cgura li l-bastimenti ta\u0127t l-awtorit\u00e0 tal-UE (dawk li jba\u0127\u0127ru ta\u0127t il-bandiera ta' Stat Membru tal-UE) ji\u0121u ri\u010biklati b'mod sikur u sostenibbli.", "Huwa essenzjali li l-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi ewlenin relatati mad-de\u017cinjazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-amministrazzjonijiet u l-persuni ta' kuntatt u mal-istabbiliment ta' dispo\u017cizzjonijiet tal-li\u0121i nazzjonali relatati mal-infurzar ta' dawn ir-regoli tal-UE u l-penali applikabbli.", "Dawn l-obbligi kollha kellhom ji\u0121u ssodisfati sal-31 ta' Di\u010bembru 2018, u l-Istati Membri kellhom l-obbligu li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-de\u017cinjazzjonijiet u d-dispo\u017cizzjonijiet nazzjonali ta' infurzar rilevanti sal-istess data.", "Madankollu, sal-lum, dawn l-Istati Membri ma ssodisfawx, jew ma ssodisfawx kompletament, l-obbligi rilevanti tag\u0127hom.", "Il-Kummissjoni g\u0127alhekk qed tibg\u0127at ittri ta' intimazzjoni lil dawn l-Istati Membri kollha.", "L-Istati Membri kkon\u010bernati issa g\u0127andhom xahrejn biex iwie\u0121bu; inkella, il-Kummissjoni tista' tibg\u0127at opinjoni motivata.", "L-ambjent tal-ba\u0127ar: il-Kummissjoni tappella lill-PORTUGALL jipprote\u0121i l-ilmijiet tal-ba\u0127ar tieg\u0127u", "Il-Kummissjoni Ewropea t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-Portugall jikkonforma mal-obbligi ta' rappurtar dwar l-istatus ambjentali tal-ilmijiet tal-ba\u0127ar skont ir-regoli tal-UE li jistabbilixxu Qafas ta' Strate\u0121ija Marina (id-Direttiva 2008/56/KE).", "Din il-li\u0121i tal-UE tipprovdi qafas komprensiv g\u0127all-protezzjoni tal-ib\u0127ra u tal-o\u010beani tal-UE, u ti\u017cgura li r-ri\u017corsi tag\u0127hom ji\u0121u \u0121estiti b'mod sostenibbli.", "L-Istati Membri kellhom jirrie\u017caminaw u ja\u0121\u0121ornaw il-valutazzjoni tag\u0127hom tal-istatus ambjentali tal-ilmijiet ikkon\u010bernati, l-impatt ambjentali tal-attivitajiet tal-bniedem, id-determinazzjoni tag\u0127hom ta' status ambjentali tajjeb u l-miri ambjentali tag\u0127hom sal-15 ta' Ottubru 2018.", "Il-Portugall naqas milli jippre\u017centa rapporti lill-Kummissjoni sal-iskadenza mog\u0127tija.", "B'ri\u017cultat ta' dan, illum, il-Kummissjoni dde\u010bidiet li tibg\u0127at ittra ta' intimazzjoni lill-Portugall.", "Issa l-awtoritajiet Portugi\u017ci g\u0127andhom xahrejn biex iwie\u0121bu; inkella, il-Kummissjoni tista' tibg\u0127at opinjoni motivata.", "2.", "Is-Suq Intern, l-Industrija, l-Imprenditorija u l-SMEs", "(G\u0127al iktar informazzjoni: Lucia Caudet \u2013 tel.: +32 229 56182, Victoria von Hammerstein-Gesmold - tel.: +32 229 55040)", "Ittri ta' intimazzjoni:", "Is-Suq Uniku: il-Kummissjoni tappella lit-28 Stati Membri biex jikkonformaw mar-regoli tal-UE dwar is-servizzi", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea dde\u010bidiet li tibg\u0127at ittri ta' intimazzjoni lil kull wie\u0127ed mit-28 Stat Membru, fejn talbithom itejbu l-punti ta' kuntatt uniku (PSC) tag\u0127hom u jipprovdu punti uni\u010bi ta' servizz fa\u010bli g\u0127all-utent lill-fornituri ta' servizzi u lill-professjonisti.", "Il-punti ta' kuntatt uniku jikkontribwixxu g\u0127al Suq Uniku modern g\u0127an-negozji, li je\u0127tie\u0121 li jkollhom a\u010b\u010bess fa\u010bli g\u0127all-informazzjoni li jkollhom b\u017conn u je\u0127tie\u0121 li jkunu jistg\u0127u jikkompletaw il-pro\u010beduri amministrattivi online.", "F'konformit\u00e0 mad-Direttiva dwar is-Servizzi (id-Direttiva 2006/123/KE), l-Istati Membri jridu jistabbilixxu l-PSCs biex jg\u0127inu lill-fornituri tas-servizzi u lill-professjonisti jeg\u0127lbu l-ostakli amministrattivi fl-a\u010b\u010bess g\u0127all-attivit\u00e0 tas-servizzi.", "Dawn il-PSCs huma importanti \u0127afna g\u0127all-moviment liberu tas-servizzi fis-Suq Uniku.", "Fl-ittri ta' intimazzjoni, il-Kummissjoni tindika n-nuqqasijiet f'kif it-28 Stat Membru implimentaw ir-rekwi\u017citi g\u0127all-PDCs kif tistabbilixxi id-Direttiva dwar is-Servizzi u r-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali (id-Direttiva 2005/36/KE, kif emendata mid-Direttiva 2013/55/UE).", "L-ittri jindirizzaw kwistjonijiet dwar id-disponibbilt\u00e0 u l-kwalit\u00e0 online ta' informazzjoni dwar ir-rekwi\u017citi u l-pro\u010bedimenti rilevanti g\u0127all-fornituri ta' servizzi u l-professjonisti li jridu jag\u0127mlu u\u017cu mid-drittijiet tag\u0127hom tas-Suq Uniku.", "L-ittri jkopru wkoll t\u0127assib dwar l-a\u010b\u010bess g\u0127al u t-tlestija ta' pro\u010bedimenti online permezz tal-PSCs, inklu\u017c g\u0127all-utenti transfruntiera.", "Huwa g\u0127alhekk li l-konformit\u00e0 mar-Regolament tal-UE dwar l-identifikazzjoni elettronika (910/2014) hija importanti wkoll.", "L-Istati Membri g\u0127andhom xahrejn biex iwie\u0121bu g\u0127all-argumenti li qajmet il-Kummissjoni.", "Inkella, il-Kummissjoni tista' tidde\u010biedi li tibg\u0127at opinjoni motivata.", "Fatturazzjoni elettronika: Il-Kummissjoni tistieden lil 12-il Stat Membru jittrasponu regoli \u0121odda", "Fil-21 ta' Mejju 2019, il-Kummissjoni dde\u010bidiet li tibg\u0127at ittra ta' intimazzjoni lil 12-il Stat Membru (\u010aipru, il-Finlandja, Franza, il-Gre\u010bja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Lussemburgu, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja) li g\u0127adhom ma ttrasponewx ir-regoli tal-UE dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku (id-Direttiva 2014/55/UE) jew li g\u0127adhom ma implimentawx l-istandard Ewropew tal-Fatturazzjoni elettronika.", "Sas-17 ta' April 2019, l-awtoritajiet pubbli\u010bi involuti fl-akkwist pubbliku fl-UE kellhom jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-Fatturazzjoni elettronika u kellhom ikunu kapa\u010bi jir\u010bievu u jippro\u010bessaw fatturi elettroni\u010bi skont il-ka\u017c.", "L-istandard tal-UE jg\u0127in biex ji\u0121i \u017cgurat l-ippro\u010bessar f'waqtu u awtomatiku ta' fatturi elettroni\u010bi u pagamenti tal-kumpaniji, jag\u0127milha aktar fa\u010bli biex il-kumpaniji jimmani\u0121\u0121jaw il-kuntratti tag\u0127hom fi kwalunkwe Stat Membru, u jag\u0127mel l-akkwist pubbliku aktar attraenti g\u0127an-negozji.", "Biex tg\u0127in lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandard il-\u0121did, il-Kummissjoni investiet aktar minn EUR 33 miljun f'finanzjament ta' g\u0127otjiet biex tappo\u0121\u0121a l-u\u017cu ta' soluzzjonijiet innovattivi tal-Fatturazzjoni elettronika, b\u0127al awtomazzjoni minn tarf sa tarf, ir-robotika u l-u\u017cu ta' intelli\u0121enza artifi\u010bjali, inklu\u017c permezz tal-Fa\u010bilit\u00e0 Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) dwar il-Blokk ta' Tiswir tal-Fatturazzjoni Elettronika.", "It-12-il Stat Membru issa g\u0127andhom xahrejn biex jirrispondu g\u0127all-argumenti mressqa mill-Kummissjoni; inkella, il-Kummissjoni tista' tidde\u010biedi li tibag\u0127tilhom opinjoni motivata.", "Sadanittant, il-Kummissjoni tinsab lesta li tkompli tg\u0127in lill-Istati Membri f'dan il-pro\u010bess.", "G\u0127eluq", "L-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difi\u017ca: Il-Kummissjoni tag\u0127laq ka\u017c kontra l-ITALJA", "Illum, il-Kummissjoni dde\u010bidiet li tag\u0127laq il-ka\u017c ta' ksur kontra l-Italja rigward l-applikazzjoni tag\u0127ha tar-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difi\u017ca (id-Direttiva 2009/81/KE).", "Il-Kummissjoni fet\u0127et il-pro\u010bedimenti ta' ksur f'Jannar 2018 b'ittra ta' intimazzjoni.", "Fl-ittra, il-Kummissjoni esprimiet it-t\u0127assib tag\u0127ha dwar l-g\u0127oti dirett ta' g\u0127add ta' kuntratti tad-difi\u017ca, li l-Kummissjoni qieset li jikser ir-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku tad-difi\u017ca.", "Wara djalogu kostruttiv bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani, kif ukoll il-mi\u017curi me\u0127uda u l-kjarifiki pprovduti mill-Italja, il-Kummissjoni dde\u010bidiet li tag\u0127laq il-ka\u017c.", "3.", "It-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali", "(G\u0127al iktar informazzjoni: Vanessa Mock \u2013 tel.: +32 229 56194, Patrick Mc Cullough \u2013 tel.: +32 229 87183)", "Tressiq quddiem il-Qorti tal-\u0120ustizzja tal-Unjoni Ewropea", "Tassazzjoni: Il-Kummissjoni tressaq lill-AWSTRIJA quddiem il-Qorti min\u0127abba li naqset milli tallinja mar-regoli tal-UE dwar il-VAT g\u0127all-a\u0121enti tal-ivvja\u0121\u0121ar", "Illum il-Kummissjoni dde\u010bidiet li tressaq lill-Awstrija quddiem il-Qorti tal-\u0120ustizzja tal-UE talli ma applikatx b'mod korrett ir-regoli spe\u010bjali dwar il-VAT g\u0127all-a\u0121enti tal-ivvja\u0121\u0121ar.", "L-iskema spe\u010bjali tal-VAT g\u0127all-a\u0121enti tal-ivvja\u0121\u0121ar tfisser li l-VAT g\u0127andha ti\u0121i applikata biss fuq il-mar\u0121nijiet li jsiru mill-bejg\u0127 ta' servizzi tal-ivvja\u0121\u0121ar lill-konsumaturi.", "Madankollu, min-na\u0127a l-o\u0127ra, l-a\u0121enti tal-ivvja\u0121\u0121ar ma jistg\u0127ux inaqqsu l-VAT li j\u0127allsu filwaqt li jixtru servizzi ming\u0127and negozji o\u0127ra.", "L-Awstrija ma tapplikax din ir-regola b'mod korrett, g\u0127aliex attwalment teskludi s-servizzi tal-ivvja\u0121\u0121ar mibjug\u0127a lil negozji o\u0127ra mill-iskema.", "Tali esklu\u017cjoni mhijiex permessa skont ir-regoli attwali tal-UE, u tista' twassal g\u0127al distorsjoni tal-kompetizzjoni.", "L-Awstrija tikser ukoll din id-dispo\u017cizzjoni (id-Direttiva tal-VAT, id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE) billi tikkalkula l-VAT li trid tit\u0127allas minn a\u0121enti tal-ivvja\u0121\u0121ar fuq fatturat globali f'perjodu tat-taxxa.", "Il-ka\u017cistika tal-UE (Il-Kummissjoni vs Spanja, kaw\u017ca C-189/11) tiddikjara b'mod \u010bar li l-ammont taxxabbli jrid ji\u0121i definit g\u0127al kull bejg\u0127 individwali, u mhux ikkalkulat fuq il-ba\u017ci ta' grupp ta' bejg\u0127.", "G\u0127al iktar informazzjoni, jekk jog\u0127\u0121bok irreferi g\u0127all-ver\u017cjoni s\u0127i\u0127a tal-istqarrija g\u0127all-istampa.", "Tassazzjoni: Il-Kummissjoni tressaq lil SPANJA quddiem il-Qorti tal-\u0120ustizzja talli imponiet sanzjonijiet sproporzjonati g\u0127al nuqqas ta' rapportar ta' assi mi\u017cmuma barra mill-pajji\u017c", "Illum il-Kummissjoni dde\u010bidiet li tressaq lil Spanja quddiem il-Qorti tal-\u0120ustizzja tal-UE talli imponiet penali sproporzjonati fuq il-kontribwenti Spanjoli g\u0127an-nuqqas ta' rapportar ta' assi mi\u017cmuma fi Stati o\u0127ra tal-UE u ta\u017c-\u017bEE (\u201cModelo 720\u201d).", "Attwalment, Spanja tirrikjedi li l-kontribwenti residenti jissottomettu informazzjoni dwar l-assi li g\u0127andhom barra mill-pajji\u017c.", "Dawn jinkludu proprjetajiet, kontijiet bankarji u assi finanzjarji.", "In-nuqqas ta' sottomissjoni ta' din l-informazzjoni fil-\u0127in u bis-s\u0127i\u0127 huwa so\u0121\u0121ett g\u0127al sanzjonijiet li huma og\u0127la minn dawk g\u0127al ksur simili f'sitwazzjoni purament nazzjonali, u li sa\u0127ansitra jistg\u0127u jaqb\u017cu l-valur tal-assi mi\u017cmuma barra mill-pajji\u017c.", "Il-Kummissjoni tqis li tali sanzjonijiet g\u0127al konformit\u00e0 skorretta jew tardiva ma' dan l-obbligu ta' informazzjoni le\u0121ittima huma sproporzjonati u diskriminatorji.", "Jistg\u0127u jiskora\u0121\u0121ixxu lin-negozji u lill-individwi privati milli jinvestu jew ji\u010b\u010baqilqu b'mod transkonfinali fis-Suq Uniku.", "Tali dispo\u017cizzjonijiet huma konsegwentement f'kunflitt mal-libertajiet fundamentali fl-UE, b\u0127all-moviment liberu tal-persuni, il-moviment liberu tal-\u0127addiema, il-libert\u00e0 tal-istabbiliment, il-libert\u00e0 li ji\u0121u pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital.", "G\u0127al iktar informazzjoni, jekk jog\u0127\u0121bok irreferi g\u0127all-ver\u017cjoni s\u0127i\u0127a tal-istqarrija g\u0127all-istampa.", "Opinjonijiet motivati:", "Tassazzjoni: Il-Kummissjoni titlob lill-POLONJA tallinja mar-regoli tal-UE l-prattiki nazzjonali tag\u0127ha dwar l-e\u017cenzjonijiet g\u0127all-alko\u0127ol importat u\u017cat fil-produzzjoni tal-medi\u010bini", "Illum il-Kummissjoni dde\u010bidiet li tibg\u0127at opinjoni motivata lill-Polonja talli ma tippermettix lill-importaturi tal-alko\u0127ol li jintu\u017ca g\u0127all-medi\u010bini jag\u0127mlu u\u017cu minn e\u017cenzjoni obbligatorja mid-dazju tas-sisa, f'ka\u017c li ma jag\u0127\u017clux l-arran\u0121ament ta' sospensjoni tad-dazju.", "Ir-regoli Pollakki attwali ma jag\u0127tux lok g\u0127all-\u0127las lura tad-dazju tas-sisa m\u0127allas fuq l-importazzjoni ta' alko\u0127ol etiliku li jintu\u017ca g\u0127all-produzzjoni ta' medi\u010bini wara li jkun t\u0127allas id-dazju.", "Din il-prattika tmur kontra d-dispo\u017cizzjonijiet tal-li\u0121i tal-UE dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alko\u0127ol u x-xorb alko\u0127oliku u l-prin\u010bipju tal-proporzjonalit\u00e0 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE).", "Jekk il-Polonja ma ti\u0127ux azzjoni fix-xahrejn li \u0121ejjin, il-Kummissjoni tista' tidde\u010biedi li tressaq il-ka\u017c quddiem il-Qorti tal-\u0120ustizzja tal-UE.", "Tassazzjoni: il-Kummissjoni t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-UNGERIJA tallinja r-rati tat-taxxa fuq is-sigaretti mal-livell limitu minimu tal-UE", "Illum il-Kummissjoni Ewropea dde\u010bidiet li tibg\u0127at opinjoni motivata lill-Ungerija min\u0127abba li naqset milli til\u0127aq il-limitu minimu tal-UE g\u0127ad-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti stabbilit mir-regoli tal-UE dwar it-tabakk manifatturat (id-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE).", "Ir-regoli attwali, li g\u0127andhom l-g\u0127an li ji\u017cguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u livell g\u0127oli ta' protezzjoni g\u0127as-sa\u0127\u0127a tal-bniedem, jirrikjedu li l-Istati Membri jimponu dazju tas-sisa fuq sigaretti ta' mill-inqas 60 % tal-prezz medju ppe\u017cat tas-sigaretti bl-imnut applikabbli.", "L-Ungerija ng\u0127atat perjodu tran\u017citorju twil sal-31 ta' Di\u010bembru 2017 sabiex i\u017c\u017cid b'mod gradwali d-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti u til\u0127aq il-limitu minimu me\u0127tie\u0121.", "Sal-lum, id-dazju tas-sisa applikat mill-Ungerija g\u0127adu ta\u0127t dak il-livell limitu, li ji\u0121\u0121enera distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ma' Stati Membri o\u0127ra u jmur kontra l-politika tal-UE dwar il-protezzjoni tas-sa\u0127\u0127a.", "Jekk l-Ungerija ma ti\u0127ux azzjoni fix-xahrejn li \u0121ejjin, il-Kummissjoni tista' tidde\u010biedi li tressaq il-ka\u017c quddiem il-Qorti tal-\u0120ustizzja tal-UE.", "Ittri ta' intimazzjoni:", "Tassazzjoni: Il-Kummissjoni titlob lil \u010aIPRU biex jemenda r-regoli tieg\u0127u dwar il-karozzi importati", "Il-Kummissjoni dde\u010bidiet li tibg\u0127at ittra ta' intimazzjoni lil \u010aipru g\u0127all-immobilizzazzjoni tal-vetturi bil-mutur.", "Il-li\u0121i \u010aiprijotta tipprevedi immobilizzazzjoni fuq il-post ta' vetturi bil-mutur ming\u0127ajr ebda twissija minn qabel meta ma jkunx hemm konformit\u00e0 mar-regoli tal-importazzjoni u tar-re\u0121istrazzjoni temporanji.", "F'\u010berti ka\u017cijiet jistg\u0127u ji\u0121u imposti wkoll multi amministrattivi, li jistg\u0127u jaqb\u017cu l-valur tal-vettura nnifisha.", "L-Istati Membri huma me\u0127tie\u0121a jikkonformaw mal-li\u0121i tal-UE u l-prin\u010bipji \u0121enerali tag\u0127ha, inklu\u017c il-prin\u010bipju tal-proporzjonalit\u00e0, filwaqt li l-Qorti Ewropea tal-\u0120ustizzja tal-UE ripetutament idde\u010bidiet li mi\u017curi amministrattivi jew penali m'g\u0127andhomx imorru lil hinn minn dak li huwa strettament me\u0127tie\u0121 u jkunu konformi mal-libertajiet imnaqqxa fl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE).", "Jekk \u010aipru ma ji\u0127ux azzjoni fix-xahrejn li \u0121ejjin, il-Kummissjoni tista' tibg\u0127at opinjoni motivata lill-awtoritajiet \u010aiprijotti.", "It-tassazzjoni fuq il-karozzi: Il-Kummissjoni titlob lil MALTA biex tibdel il-le\u0121i\u017clazzjoni tag\u0127ha dwar it-taxxa ta\u010b-\u010birkolazzjoni annwali g\u0127all-karozzi", "Il-Kummissjoni dde\u010bidiet li tibg\u0127at ittra ta' intimazzjoni lil Malta fejn talbitha temenda r-regoli tag\u0127ha dwar it-tassazzjoni fuq il-karozzi.", "Skont il-le\u0121i\u017clazzjoni Maltija attwali, il-karozzi rre\u0121istrati f'Malta wara l-1 ta' Jannar 2009 u importati minn Stati Membri o\u0127ra huma intaxxati \u0127afna aktar minn karozzi simili rre\u0121istrati f'Malta qabel dik id-data, anki meta karozza importata tkun di\u0121\u00e0 \u0121iet irre\u0121istrata fi Stat Membru ie\u0127or.", "Il-Kummissjoni tqis li l-le\u0121i\u017clazzjoni Maltija mhijiex kompatibbli mal-li\u0121i tal-UE.", "Skont il-\u0121urisprudenza (l-Artikolu 110 tat-TFUE) tal-Qorti tal-\u0120ustizzja tal-UE, isir ksur tal-li\u0121i tal-UE meta t-taxxi tat-triq ji\u0121u kkalkulati skont kriterji differenti li jwasslu biex taxxi og\u0127la jkunu imposti fuq il-karozzi importati minn Stati Membri o\u0127ra meta mqabbla mal-vetturi mhux importati.", "Issa l-awtoritajiet Maltin g\u0127andhom xahrejn biex iwie\u0121bu; inkella, il-Kummissjoni tista' tibg\u0127at opinjoni motivata."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2891", "title": "L-Unjoni tas-Sigurt\u00e0: Il-Kummissjoni tir\u010bievi l-mandat biex tifta\u0127 in-negozjati g\u0127al regoli internazzjonali g\u0127all-ksib ta' evidenza elettronika", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF,JFRC", "date": "Wed, 05 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, l-Istati Membri tal-UE qablu li jag\u0127tu \u017cew\u0121 mandati lill-Kummissjoni biex jid\u0127lu f'negozjati internazzjonali biex itejbu l-a\u010b\u010bess transfruntiera g\u0127all-evidenza elettronika g\u0127all-investigazzjonijiet kriminali.Il-Kunsill qabel li jag\u0127ti l-mandati ta' negozjar lill-Kummissjoni g\u0127al negozjati mal-Istati Uniti u g\u0127at-Tieni Protokoll Addizzjonali g\u0127all-Konvenzjoni \u201cta' Budapest\u201d tal-Kunsill tal-Ewropa dwar i\u010b-\u010aiberkriminalit\u00e0.", "I\u017c-\u017cew\u0121 mandati jinkludu dispo\u017cizzjonijiet dwar salvagwardji b'sa\u0127\u0127ithom tad-drittijiet fundamentali dwar il-protezzjoni tad-data, il-privatezza u d-drittijiet pro\u010bedurali tal-individwi, li se jkollhom ikunu parti integrali minn kwalunkwe ftehim futur.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni, u \u010b-\u010aittadinanza Dimitris Avramopoulos qal: \u201cIl-kriminali joperaw b'mod transfruntiera u l-evidenza li g\u0127andna b\u017conn biex ninvestigaw ir-reati tag\u0127hom spiss tkun f'\u0121uri\u017cdizzjonijiet o\u0127rajn.", "L-awtoritajiet tal-infurzar tal-li\u0121i tag\u0127na je\u0127tie\u0121 li jkunu jistg\u0127u jiksbu a\u010b\u010bess malajr g\u0127al din l-evidenza.", "Mil-lum, nistg\u0127u nibdew na\u0127dmu biex ninnegozjaw dawn l-oqfsa mal-Istati Uniti u mal-Kunsill tal-Ewropa.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-\u0120ustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-\u0120eneri, V\u011bra Jourov\u00e1 qalet: \u201cNilqa' l-appo\u0121\u0121 qawwi mill-Istati Membri g\u0127all-appro\u010b\u010b tal-Kummissjoni g\u0127al ftehim tal-UE kollha mal-Istati Uniti.", "G\u0127all-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-investigazzjonijiet kriminali, illum huwa me\u0127tie\u0121 li tinkiseb evidenza online mill-fornituri tas-servizzi barra mill-pajji\u017c.", "G\u0127alhekk huwa kru\u010bjali li ji\u0121u indirizzati l-kunflitti tal-li\u0121ijiet u li ji\u0121u stabbiliti regoli komuni \u010bari.", "Kull ftehim ikollu ovvjament jiggarantixxi tal-anqas l-istess salvagwardji b'sa\u0127\u0127ithom tad-drittijiet fundamentali b\u0127al fl-UE. \"", "Il-Kummissarju g\u0127all-Unjoni tas-Sigurt\u00e0 Julian King qal: \u201cIl-kriminali u t-terroristi ilhom \u017cmien twil wisq jabbu\u017caw mit-teknolo\u0121ija moderna biex jikkommettu r-reati tag\u0127hom.", "Bl-iffissar ta' standards internazzjonali g\u0127all-ksib ta' a\u010b\u010bess g\u0127all- evidenza elettronika, qed nie\u0127du pass ulterjuri ie\u0127or biex nag\u0127lqu l-ispazju li joperaw fih billi ni\u017cguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-li\u0121i jkunu jistg\u0127u jinvestigawhom u j\u0127arrkuhom b'mod aktar effettiv, bir-rispett s\u0127i\u0127 tad-drittijiet fundamentali.\u201d", "Billi l-ma\u0121\u0121oranza tal-investigazzjonijiet kriminali jkunu je\u0127tie\u0121u a\u010b\u010bess g\u0127al evidenza bba\u017cata online u \u0127afna drabi barra mill-UE, huwa kru\u010bjali li ji\u0121u \u017cgurati kooperazzjoni effettiva u regoli kompatibbli fil-livell internazzjonali.", "Id-de\u010bi\u017cjonijiet adottati llum mill-Kunsill jipprovdu d-direttivi lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim mal-Istati Uniti u dwar it-Tieni Protokoll Addizzjonali g\u0127all-Konvenzjoni \u201cta' Budapest\u201d tal-Kunsill tal-Ewropa dwar i\u010b-\u010aiberkriminalit\u00e0, b'mod aktar spe\u010bifiku:", "Fi\u017c-\u017cew\u0121 ka\u017cijiet, il-mandati jirrikjedu salvagwardji b'sa\u0127\u0127ithom u spe\u010bifi\u010bi dwar il-protezzjoni tad-data, il-privatezza u d-drittijiet pro\u010bedurali tal-individwi bba\u017cati fuq id-drittijiet fundamentali, il-libertajiet u l-prin\u010bipji \u0121enerali tad-dritt tal-UE fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.", "Il-Passi li Jmiss", "Il-Kummissjoni be\u0127siebha tifta\u0127 in-negozjati mal-Istati Uniti qabel il-laqg\u0127a li jmiss bejn il-Ministri tal-\u0120ustizzja u l-Affarijiet Interni tal-UE u tal-Istati Uniti f'Bukarest fid-19 ta' \u0120unju.", "In-negozjati dwar it-Tieni Protokoll Addizzjonali g\u0127all-Konvenzjoni ta' Budapest ilhom g\u0127addejjin mill-2017, u minn issa 'l quddiem il-Kummissjoni se tinnegozja f'isem l-Unjoni Ewropea.", "Qabel ma jkun jista' ji\u0121i ffirmat u konklu\u017c ftehim, il-Kummissjoni se jkollha tikseb awtorizzazzjoni separata ming\u0127and l-Istati Membri.", "Il-Parlament Ewropew se jkun infurmat ukoll u se jkollu jag\u0127ti l-kunsens tieg\u0127u qabel ma jkun jista' ji\u0121i ffirmat u konklu\u017c ftehim.", "Barra minn hekk, l-g\u0127an tal-Kummissjoni jibqa' li, qabel ma ji\u0121u ffinalizzati l-ftehimiet internazzjonali, l-ewwel ji\u0121u ffinalizzati r-regoli interni tal-UE dwar l-a\u010b\u010bess transfruntiera g\u0127all-evidenza elettronika.", "Sfond", "F'madwar 85% tal-investigazzjonijiet kriminali jkun hemm b\u017conn ta' evidenza elettronika, u f'\u017cew\u0121 terzi ta' dawn l-investigazzjonijiet ikun hemm il-b\u017conn li tinkiseb evidenza ming\u0127and il-fornituri tas-servizzi online bba\u017cati f'pajji\u017c ie\u0127or.", "B\u0127alissa, l-akbar fornituri tas-servizzi g\u0127andhom il-kwartieri \u0121enerali tag\u0127hom fl-Istati Uniti.", "L-g\u0127add ta' talbiet lill-fornituri ewlenin ta' servizzi online g\u0127adu qieg\u0127ed jikber u \u017cdied b'84% fil-perjodu 2013-2018.", "F'\u0120unju 2017, il-Partijiet g\u0127all-Konvenzjoni ta' Budapest dwar i\u010b-\u010aiberkriminalit\u00e0 tal-Kunsill tal-Ewropa qablu di\u0121\u00e0 li jift\u0127u n-negozjati g\u0127at-Tieni Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni li jtejjeb il-kooperazzjoni internazzjonali dwar i\u010b-\u010biberkriminalit\u00e0 u l-evidenza elettronika.", "Fl-A\u0121enda Ewropea dwar is-Sigurt\u00e0 ta' April 2015, il-Kummissjoni impenjat ru\u0127ha li tag\u0127mel rie\u017cami tal-ostakli li jinsabu quddiem l-investigazzjonijiet kriminali.", "Wara l-avvenimenti tra\u0121i\u010bi fi Brussell fit-22 ta' Marzu 2016, il-Ministri tal-UE g\u0127all-\u0120ustizzja u l-Affarijiet Interni po\u0121\u0121ew prijorit\u00e0 fuq li jg\u0127addu mi\u017curi g\u0127as-sigurt\u00e0 u l-kisba ta' evidenza di\u0121itali b'mod aktar effi\u010bjenti u effettiv.", "Minn dak inhar, il-kwistjoni \u0121iet diskussa diversi drabi mill-Ministri tal-UE u f'April 2018, il-Kummissjoni pproponiet regoli \u0121odda g\u0127all-a\u010b\u010bess transfruntiera g\u0127all-evidenza elettronika.", "F'Ottubru 2018, il-Mexxejja Ewropej appellaw lill-Kummissjoni biex b'mod ur\u0121enti tippre\u017centa l-mandati ta' negozjar g\u0127all-ftehimiet internazzjonali dwar l-evidenza elettronika.", "Dan \u0121ie diskuss ukoll fil-kuntest tal-laqg\u0127at bejn il-Ministri tal-\u0120ustizzja u l-Affarijiet Interni tal-UE u tal-Istati Uniti.", "Il-Kummissjoni ppre\u017centat \u017cew\u0121 mandati ta' negozjar, wie\u0127ed g\u0127an-negozjati mal-Istati Uniti u wie\u0127ed dwar it-Tieni Protokoll Addizzjonali g\u0127all-Konvenzjoni ta' Budapest dwar i\u010b-\u010aiberkriminalit\u00e0 tal-Kunsill tal-Ewropa fi Frar 2019.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Stqarrija g\u0127all-Istampa \u2013 L-Unjoni tas-Sigurt\u00e0: Il-Kummissjoni tirrakkomanda li jsiru regoli internazzjonali ta' negozjar g\u0127all-kisba ta' evidenza elettronika"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2809", "title": "Il-Ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020: Il-Kummissjoni tiffoka l-proposta tag\u0127ha fuq l-impjiegi, it-tkabbir u s-sigurt\u00e0", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BUDFINPROG,BUDGET", "date": "Tue, 04 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum ipproponiet ba\u0121it tal-UE ta' EUR 168.3 biljun g\u0127all-2020 g\u0127al ekonomija Ewropea aktar kompetittiva, u g\u0127as-solidarjet\u00e0 u s-sigurt\u00e0 fl-UE u lil hinn minnha.", "Dan il-ba\u0121it huwa s-seba' u l-a\u0127\u0127ar wie\u0127ed ta\u0127t il-ba\u0121it attwali fit-tul tal-UE 2014-2020 u jopera fil-limitazzjonijiet stipulati fih.", "Huwa mfassal biex jag\u0127mel l-a\u0127jar u\u017cu mill-finanzjament g\u0127all-programmi e\u017cistenti kif ukoll l-inizjattivi l-\u0121odda u biex ting\u0127ata spinta lill-valur mi\u017cjud Ewropew f'konformit\u00e0 mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni Juncker.", "Il-Kummissarju Ewropew g\u0127all-Ba\u0121it u r-Ri\u017corsi Umani, G\u00fcnther H. Oettinger, qal: \u201cL-abbozz tal-ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020 huwa l-a\u0127\u0127ar proposta tal-ba\u0121it tal-Kummissjoni Juncker.", "Huwa jfittex li jkompli jappo\u0121\u0121a l-prijoritajiet tal-UE - l-impjiegi, it-tkabbir, i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127, it-tibdil fil-klima, is-sigurt\u00e0 u s-solidarjet\u00e0 - u li j\u0127ejji t-tran\u017cizzjoni g\u0127a\u010b-\u010biklu ba\u0121itarju li jmiss.", "Nistieden lill-Kunsill u lill-Parlament il-\u0121did biex jaslu g\u0127al ftehim f'waqtu li jipprovdi stabilit\u00e0 g\u0127all-futur tal-UE.\u201d", "Skont il-proposta tal-Kummissjoni, il-flus ta\u0127t il-ba\u0121it tal-2020 se jmorru g\u0127all-oqsma ta' prijorit\u00e0 li \u0121ejjin: l-ekonomija kompetittiva u \u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127; u t-tis\u0127i\u0127 tas-sigurt\u00e0 u s-solidarjet\u00e0 fl-UE, il-bidla fil-klima u lil hinn minnha.", "Wie\u0127ed u g\u0127oxrin fil-mija tal-ba\u0121it globali propost g\u0127all-2020 se jmur biex ji\u0121i indirizzat it-tibdil fil-klima.", "Dan jallinja mal-mira ambizzju\u017ca ta' nfiq ta' 20 % tal-ba\u0121it fit-tul attwali tal-UE fuq attivitajiet li jindirizzaw it-tibdil fil-klima.", "Investiment f'ekonomija kompetittiva u fi\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127", "Aktar minn EUR 83 biljun f'impenji se jag\u0127tu spinta lit-tkabbir ekonomiku, ir-re\u0121juni Ewropej u se jappo\u0121\u0121aw li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127.", "Minnhom:", "It-tis\u0127i\u0127 tas-sigurt\u00e0 u s-solidarjet\u00e0 fl-UE u lil hinn minnha.", "\u0126afna mill-isfidi tal-Ewropa ma jafux fruntieri.", "L-UE ripetutament u\u017cat il-flessibbilt\u00e0 kollha fil-ba\u0121it biex tirrispondi g\u0127ad-di\u017castri, tindirizza l-isfidi tal-migrazzjoni u ssa\u0127\u0127a\u0127 il-fruntieri esterni tal-UE.", "Billi jimmobilizza l-istrumenti varji tieg\u0127u, il-ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020 se jkompli jinvesti fis-solidarjet\u00e0 u s-sigurt\u00e0 fl-Ewropa u lil hinn minnha:", "Ba\u0121it li jippermetti r-ri\u017cultati", "L-i\u017cgurar li kull euro mill-ba\u0121it tal-UE jo\u0127loq valur mi\u017cjud g\u0127a\u010b-\u010bittadini tal-UE huwa prijorit\u00e0 ewlenija g\u0127all-Kummissjoni.", "Dan huwa wkoll g\u0127an ewlieni tal-proposta tal-Kummissjoni g\u0127all-ba\u0121it fit-tul li jmiss tal-UE g\u0127all-perjodu 2021\u20132027.", "Flimkien mal-abbozz tal-ba\u0121it, illum il-Kummissjoni ppubblikat \u0127arsa \u0121enerali tal-prestazzjoni g\u0127al kull programm iffinanzjat mill-ba\u0121it tal-UE.", "Dan juri li l-ba\u0121it tal-UE qed jag\u0127ti ri\u017cultati konkreti lin-nies fl-UE u lil hinn minnha.", "Informazzjoni \u0121enerali", "L-abbozz tal-ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020 jinkludi \u017cew\u0121 ammonti g\u0127al kull programm li g\u0127andu ji\u0121i ffinanzjat - l-impenji u l-pagamenti.", "\u201cL-impenji\u201d jirreferu g\u0127all-finanzjament li jista' jkun hemm qbil dwaru permezz ta' kuntratti f'sena spe\u010bifika; \"il-pagamenti\" jirreferu g\u0127all-flus li effettivament jit\u0127allsu.", "Il-ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020 propost jammonta g\u0127al EUR 168.3 biljun f'impenji (+1.3 % meta mqabbel mal-2019) u EUR 153.7 biljun f'pagamenti (+3.5 % meta mqabbel mal-2019).", "Il-ba\u0121it tal-UE huwa prin\u010bipalment ba\u0121it ta' investiment.", "Dan jammonta g\u0127al madwar 1% tad-DNG tal-UE u jirrappre\u017centa madwar 2% tan-nefqa pubblika kollha tal-UE, u g\u0127andu l-g\u0127an li jikkomplementa l-ba\u0121its nazzjonali u l-prijoritajiet tal-implimentazzjoni li l-membri kollha tal-UE jkunu qablu fuqhom.", "Il-ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020 huwa l-a\u0127\u0127ar ba\u0121it fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali tal-UE bejn l-2014 u l-2020.", "Il-proposta hija bba\u017cata fuq is-suppo\u017cizzjoni li r-Renju Unit se jipparte\u010bipa bis-s\u0127i\u0127 fl-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020 daqslikieku kien Stat Membru.", "Il-Kummissjoni ppubblikat il-proposti tag\u0127ha g\u0127all-ba\u0121it tal-UE fit-tul li jmiss - li jibda bejn l-2021 u l-2027 - fir-rebbieg\u0127a tal-2018.", "Il-ba\u0121it tal-2020 u l-ba\u0121it fit-tul se ji\u0121u nnegozjati b'mod parallel bejn l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew li g\u0127adu kif \u0121ie elett.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Abbozz tal-Ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020 \u2013 Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "- Dokumenti tal-abbozz tal-ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020", "- \u0126arsa \u0120enerali tal-Prestazzjoni tal-Programmi (2018)", "- Skeda informattiva \u2014 Abbozz tal-ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020", "Skeda informattiva \u2014 \u0126arsa \u0121enerali lejn il-Prestazzjoni tal-Programmi", "- Proposta tal-Kummissjoni dwar il-ba\u0121it fit-tul li jmiss tal-UE", "\u0126arsa \u0127afifa lejn il-ba\u0121it tal-UE"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2790", "title": "Ir-rapporti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, wara 10 snin", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HUMRIGHTS", "date": "Tue, 04 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tippubblika r-rapport annwali tag\u0127ha dwar kif l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri applikaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.", "Din is-sena nikkommemoraw l-10 anniversarju tal-Karta.", "F'din l-okka\u017cjoni, il-Kummissjoni qed tippubblika wkoll l-ist\u0127arri\u0121 tal-Ewrobarometru li jirrigwarda l-g\u0127arfien ta\u010b-\u010bittadini dwar il-Karta.", "Bis-sa\u0127\u0127a tal-Karta, f'dawn l-a\u0127\u0127ar g\u0127axar snin, \u017cviluppat kultura tad-drittijiet fundamentali fil-\u0127idma tal-istituzzjonijiet tal-UE.", "I\u017cda l-potenzjal kollu tal-Karta g\u0127adu mhux qed jintu\u017ca fil-katina ta' implimentazzjoni u l-g\u0127arfien g\u0127adu baxx.", "L-ewwel Vi\u010bi President Frans Timmermans qal: \u201cIl-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li ilha fis-se\u0127\u0127 g\u0127axar snin, qed twettaq li wieg\u0127det.", "Hija l-pilastru tal-Unjoni tal-valuri tag\u0127na u tistabbilixxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prin\u010bipji tag\u0127na.", "Biex il-Karta tkun l-aktar effettiva f'\u0127ajjet in-nies, dawn iridu jkunu jafu dwar id-drittijiet tag\u0127hom u fejn g\u0127andhom jirrikorru meta drittijiethom jinkisru.", "Din hija r-ra\u0121uni l-g\u0127aliex huwa importanti li tkompli tinxtered il-kelma dwar il-Karta u li n-nies ikunu jafu dwar id-drittijiet effettivi tag\u0127hom b\u0127ala Ewropej.\u201d", "V\u011bra Jourov\u00e1, il-Kummissarju g\u0127all-\u0120ustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-\u0120eneri, \u017ciedet tg\u0127id: \u201cIl-Karta qed ti\u0121i kkwotata mill-qrati, u f'inizjattivi re\u010benti tal-UE qed ti\u0121i applikata biex jit\u0127arsu d-drittijiet ta\u010b-\u010bittadini.", "Madankollu, Ewropew biss minn kull g\u0127axra jaf x'inhija l-Karta, u dan jag\u0127milha diffi\u010bli g\u0127an-nies biex ju\u017caw il-potenzjal kollu tag\u0127ha.", "Huwa g\u0127alhekk li nappella lill-gvernijiet nazzjonali u lis-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili u lid-difensuri tad-drittijiet kollha biex iqajmu kuxjenza u biex il-Karta tkun realt\u00e0 g\u0127a\u010b-\u010bittadini kollha.\u201d", "Ir-rapport juri li l-Ewropej li jfasslu l-politika huma dejjem aktar konxji mill-importanza li ji\u017cguraw li l-inizjattivi jikkonformaw mal-Karta, u l-UE adottat bosta inizjattivi li jipprote\u0121u d-drittijiet fundamentali tal-persuni, b\u0127ar-Regolament \u0120enerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.", "L-awtoritajiet nazzjonali, inklu\u017ci l-qrati, huma obbligati li japplikaw il-Karta meta jimplimentaw il-li\u0121i tal-UE.", "Ir-referenzi g\u0127all-Karta mill-Qorti tal-\u0120ustizzja Ewropea \u017cdiedu b'mod sostanzjali, minn 27 referenza fl-2010 g\u0127al 356 referenza fl-2018.", "Il-qrati nazzjonali qed jirreferu wkoll g\u0127all-Karta fid-de\u010bi\u017cjonijiet tag\u0127hom u qed jitolbu dejjem aktar gwida mill-Qorti tal-\u0120ustizzja Ewropea.", "Il-Karta madankollu g\u0127adha mhix qed tintu\u017ca bil-potenzjal kollu tag\u0127ha u l-g\u0127arfien g\u0127adu baxx, spe\u010bjalment fil-livell nazzjonali.", "L-A\u0121enzija tal-UE g\u0127ad-Drittijiet Fundamentali turi li hemm nuqqas ta' politiki nazzjonali li jippromwovu l-g\u0127arfien u l-implimentazzjoni tal-Karta.", "L-ist\u0127arri\u0121 tal-Ewrobarometru tal-lum juri li g\u0127alkemm is-sitwazzjoni sa mill-2012 kemxejn tjiebet, erbg\u0127a minn kull g\u0127axar \u010bittadini biss semg\u0127u bil-Karta u wie\u0127ed minn kull g\u0127axra biss jaf x'inhi.", "Sitta minn kull g\u0127axra jixtiequ aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tal-Karta u dwar fejn g\u0127andhom jirrikorru jekk drittijiethom jinkisru.", "Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Karta fl-2018, ir-rapport isemmi inizjattivi importanti tal-UE b\u0127alma huma:", "o id-d\u0127ul fis-se\u0127\u0127 ta' protezzjoni g\u0127all-whistleblowers fil-livell ta' UE (Standards minimi sabiex ji\u0121i ggarantit livell g\u0127oli ta' protezzjoni ),", "o il-promozzjoni tad-drittijiet elettorali (Mi\u017curi biex ji\u0121u promossi elezzjonijiet liberi u \u0121usti, Komunikazzjoni dwar id-di\u017cinformazzjoni u stedina lill-pjattaformi online u lill-industrija tar-riklamar biex jie\u0127du azzjoni kontra l-a\u0127barijiet foloz) u", "o il-\u0121lieda kontra d-diskors illegali ta' mibeg\u0127da online (Il-monitora\u0121\u0121 fuq l-impatt li g\u0127andu l-Kodi\u010bi ta' Kondotta biex ji\u0121i mi\u0121\u0121ieled id-diskors ta' mibeg\u0127da online).", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, ir-rapport juri li g\u0127ad hemm lok g\u0127al titjib, spe\u010bjalment fil-livell nazzjonali.", "In-nuqqas ta' rispett tal-istat tad-dritt u tal-le\u0121i\u017clazzjoni dwar l-a\u017cil kien u g\u0127adu problema f'parti mill-UE.", "Fit-12 ta' Novembru ta' din is-sena, f'g\u0127eluq l-10 anniversarju, il-Kummissjoni Ewropea, il-Presidenza Finlandi\u017ca tal-UE u l-A\u0121enzija tal-UE g\u0127ad-Drittijiet Fundamentali se jorganizzaw konferenza biex ji\u010b\u010belebraw il-Karta.", "Il-parte\u010bipanti se jirriflettu dwar kif jistg\u0127u fil-prattika jtejbu l-u\u017cu tal-Karta fl-Istati Membri.", "Il-kuntest", "Bid-d\u0127ul fis-se\u0127\u0127 tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Di\u010bembru 2009, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali saret legalment vinkolanti.", "Minn dakinhar, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-Karta.", "Ir-rapporti annwali j\u017commu ta\u0127t monitora\u0121\u0121 il-progress li sar fl-oqsma li jaqg\u0127u ta\u0127t il-kompetenza tal-UE, filwaqt li juru kif il-Karta ttie\u0127det inkonsiderazzjoni f'ka\u017cijiet reali, b'mod partikolari meta ti\u0121i proposta le\u0121i\u017clazzjoni \u0121dida tal-UE.", "Jispjegaw ir-rwol li g\u0127andhom l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri biex id-drittijiet fundamentali jsiru realt\u00e0 f'\u0127ajjet in-nies.", "Il-Kummissjoni ta\u0127dem mal-awtoritajiet rilevanti fil-livell nazzjonali u lokali, kif ukoll fil-livell tal-UE, biex tinforma a\u0127jar lin-nies dwar id-drittijiet fundamentali tag\u0127hom u dwar fejn jistg\u0127u jsibu g\u0127ajnuna jekk id-drittijiet tag\u0127hom jinkisru.", "Informazzjoni prattika hija disponibbli fuq il-portal tal-\u0120ustizzja Elettronika.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Ir-Rapport tal-2018 dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE", "L-Ewrobarometru u l-iskedi informattivi dwar l-G\u0127arfien tad-Drittijiet Fundamentali", "Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE fil-Qorti tal-\u0120ustizzja tal-UE", "Fl-2018, il-Qorti tal-\u0120ustizzja tal-UE rreferiet g\u0127all-Karta fi 356 ka\u017c, \u017cieda fuq is-27 tal-2010.", "Meta jtressqu l-mistoqsijiet lill-Qorti tal-\u0120ustizzja tal-UE (it-talbiet g\u0127al de\u010bi\u017cjonijiet preliminari), il-qrati nazzjonali qeg\u0127din dejjem aktar jag\u0127mlu referenza g\u0127all-Karta (84 darba fl-2018 apparagun ta' 19-il darba fl-2010).", "Ir-ri\u017cultati tal-Ewrobarometru: L-g\u0127arfien dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali", "L-Ewrobarometru, li jirrigwarda l-g\u0127arfien dwar il-Karta, juri li minkejja li s-sitwazzjoni kemxejn tjiebet mill-2012, 42 % biss ta' dawk li wie\u0121bu semg\u0127u bil-Karta, u 12 % biss jafu verament x'inhi.", "Ir-ri\u017cultati juru wkoll li sitta minn kull g\u0127axar persuni li wie\u0121bu jixtiequ li jkollhom aktar informazzjoni dwar il-Karta u dwar fejn g\u0127andhom jirrikorru meta jinkisru d-drittijiet tag\u0127hom skont il-Karta."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_34", "title": "Il-Kummissjoni Tipproponi A\u010b\u010bess Imtejjeb g\u0127as-Suq lis-Sri Lanka b\u0127ala In\u010bentiva g\u0127ar-Riforma", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Tue, 10 Jan 2017 23:00:00 GMT", "text": ["It-tne\u0127\u0127ija tat-tariffi doganali tkun akkumpanjata minn monitora\u0121\u0121 bir-reqqa u tkun bil-kundizzjoni li jkompli l-impenn favur l-i\u017cvilupp sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba.", "Il-Kummissjoni llum ipproponiet li parti sinifikanti mid-dazji tal-importazzjoni li fadal fuq il-prodotti Sri Lankani g\u0127andha titne\u0127\u0127a mill-Unjoni Ewropea biex min-na\u0127a tieg\u0127u il-pajji\u017c jimpenja ru\u0127u li jirratifika u jimplimenta b'mod effettiv 27 konvenzjoni internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol, il-\u0127arsien tal-ambjent u l-governanza tajba.", "Dawn il-preferenzi kummer\u010bjali unidirezzjonali jkunu jikkonsistu fit-tne\u0127\u0127ija tad-dazji kollha fuq 66 % tal-linji tariffarji, li tkopri firxa wiesg\u0127a ta' prodotti, fosthom it-tessuti u s-sajd.", "Dawn il-preferenzi ji\u0121u jaqg\u0127u ta\u0127t arran\u0121ament spe\u010bjali tal-Iskema \u0120eneralizzata ta' Preferenzi tal-UE, mag\u0127rufa b\u0127ala S\u0120P+.", "Dan l-arran\u0121ament huwa mfassal biex jappo\u0121\u0121a pajji\u017ci fil-fa\u017ci tal-i\u017cvilupp billi jrawwem l-i\u017cvilupp ekonomiku tag\u0127hom permezz ta' kummer\u010b ikbar mal-Ewropa u jipprovdi in\u010bentivi biex isiru mi\u017curi tan\u0121ibbli favur l-i\u017cvilupp sostenibbli.", "Issa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill g\u0127andhom sa erba' xhur biex jag\u0127mlu l-o\u0121\u0121ezzjonijiet li jista' jkun hemm qabel ma l-mi\u017curi jid\u0127lu fis-se\u0127\u0127.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Kummer\u010b, Cecilia Malmstr\u00f6m qalet: \u201cIl-preferenzi S\u0120P+ jistg\u0127u jag\u0127mlu kontribuzzjoni sinifikanti g\u0127all-i\u017cvilupp ekonomiku tas-Sri Lanka permezz ta' esportazzjonijiet mi\u017cjuda lejn is-suq tal-UE.", "I\u017cda dan jirrifletti wkoll il-mod li bih irridu nappo\u0121\u0121aw lis-Sri Lanka fl-implimentazzjoni tar-riformi fir-rigward id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba.", "Jiena kunfidenti li se naraw progress ming\u0127ajr dewmien u sostanzjali f'dawn l-oqsma, u l-aspetti tad-djalogu u l-monitora\u0121\u0121 tas-S\u0120P+ se jappo\u0121\u0121aw dan il-pro\u010bess ta' riforma.", "Dan g\u0127andu jinkludi li s-Sri Lanka ti\u017cgura li l-le\u0121i\u017clazzjoni tag\u0127ha kontra t-terrori\u017cmu tkun kompletament konformi mal-konvenzjonijiet internazzjonali g\u0127ad-drittijiet tal-bniedem.\u201d", "L-g\u0127oti tal-a\u010b\u010bess g\u0127all-iskema S\u0120P+ ma jfissirx li s-sitwazzjoni tal-pajji\u017c benefi\u010bjarju fir-rigward tas-27 konvenzjoni internazzjonali hija g\u0127alkollox sodisfa\u010benti.", "Minflok, hija toffri l-in\u010bentiva ta' a\u010b\u010bess mi\u017cjud g\u0127an-negozju bi skambju g\u0127al progress lejn l-implimentazzjoni s\u0127i\u0127a ta' dawk il-konvenzjonijiet, u tipprovdi pjattaforma g\u0127all-involviment ma' benefi\u010b\u010bjarji fuq l-oqsma problemati\u010bi kollha.", "Kif inhu l-ka\u017c g\u0127all-pajji\u017ci S\u0120P+ kollha, it-tne\u0127\u0127ija tad-dazji doganali g\u0127as-Sri Lanka jkunu akkumpanjati minn monitora\u0121\u0121 bir-reqqa tal-progress tal-pajji\u017c fl-oqsma tal-i\u017cvilupp sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba.", "Fl-img\u0127oddi, is-Sri Lanka di\u0121\u00e0 kienet gawdiet mis-S\u0120P+.", "Madankollu, fl-2010 l-UE dde\u010bidiet li twaqqaf it-trattament preferenzjali g\u0127all-importazzjonijiet mis-Sri Lanka min\u0127abba n-nuqqas li jkun indirizzat l-ksur irrapurtat tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajji\u017c.", "Fl-2015, il-gvern il-\u0121did tas-Sri Lanka \u0127abbar pjan ta' riformi ewlenin bl-g\u0127an li jiksbu r-rikon\u010biljazzjoni nazzjonali, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-prin\u010bipji tal-istat tad-dritt u tal-governanza tajba, kif ukoll l-i\u017cvilupp ekonomiku sostenibbli.", "Il-gvern Sri Lankan applika g\u0127as-S\u0120P+ f'Lulju 2016 u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni kkonkludiet li din issodisfat il-kriterji tad-d\u0127ul fis-S\u0120P+ stipulati fir-Regolament tal-UE.", "Sfond", "Is-Sri Lanka g\u0127amlet passi sinifikanti biex ittejjeb ir-rispett g\u0127ad-drittijiet tal-bniedem u biex testendi l-governanza tajba.", "\u017bvilupp sinifikanti huwa d-19-il emenda kostituzzjonali, li tistabbilixxi mill-\u0121did l-indipendenza ta' istituzzjonijiet ewlenin, b\u0127all-Kummissjoni Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.", "Is-Sri Lanka wettqet azzjonijiet konkreti biex, fost l-o\u0127rajn: ti\u017cgura li ka\u017cijiet ta' persuni li g\u0127ebu ji\u0121u e\u017caminati; ti\u0121i offerta protezzjoni a\u0127jar tax-xhieda u tal-vittmi; te\u0127les persuni mi\u017cmuma skont regolamenti kontroversjali kontra t-terrori\u017cmu; ti\u0121\u0121ieled it-t\u0127addim tat-tfal.", "Is-Sri Lanka qieg\u0127da tintera\u0121\u0121ixxi mill-\u0121did mas-sistema tan-NU, b'mod partikolari mal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, li fih impenjat ru\u0127ha li tippromwovi ir-rikon\u010biljazzjoni, l-obbligu ta' rendikont u d-drittijiet tal-bniedem.", "Barra minn hekk, is-Sri Lanka kisbet il-bi\u010b\u010ba l-kbira mill-G\u0127anijiet ta' \u017bvilupp tal-Millennju tag\u0127ha, spe\u010bjalment fis-sa\u0127\u0127a, fl-edukazzjoni, u fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-ir\u0121iel.", "Fl-istess waqt, fadal xi jsir biex ikun hemm titjib fi kwistjonijiet ta' t\u0127assib.", "Is-Sri Lanka trid ti\u017cgura li l-le\u0121i\u017clazzjoni tag\u0127ha kontra t-terrori\u017cmu tkun kompletament konformi mal-konvenzjonijiet internazzjonali g\u0127ad-drittijiet tal-bniedem.", "B\u0127ala kwistjoni ta' prijorit\u00e0, trid twaqqaf darba g\u0127al dejjem l-u\u017cu tat-tortura min-na\u0127a tal-forzi tas-sigurt\u00e0 tag\u0127ha u l-impunit\u00e0 relatata.", "Il-gvern irid jara li jg\u0127addu l-pro\u010bessi ta' politika u le\u0121i\u017clazzjoni biex jittejbu d-drittijiet tan-nisa u tat-tfal, pere\u017cempju f'dak li g\u0127andu x'jaqsam mad-diskriminazzjoni, il-vjolenza domestika, l-et\u00e0 minima g\u0127a\u017c-\u017cwie\u0121, l-isfruttament sesswali, kif ukoll l-intimidazzjoni fil-konfront tat-trade unions.", "Dawn il-kwistjonijiet kollha se jkunu so\u0121\u0121etti g\u0127all-monitora\u0121\u0121 S\u0120P+ biex ji\u0121i \u017cgurat li jkompli jkun hemm progress po\u017cittiv.", "L-UE hija l-ikbar suq ta' esportazzjoni g\u0127as-Sri Lanka, li jammonta g\u0127al madwar terz tal-esportazzjonijiet globali tas-Sri Lanka.", "Fl-2015, il-kummer\u010b bilaterali totali ammonta g\u0127al \u20ac4.7 biljun.", "L-importazzjonijiet tal-UE mis-Sri Lanka ammontaw g\u0127al \u20ac2.6 biljun u fil-bi\u010b\u010ba l-kbira tag\u0127hom kienu tessuti kif ukoll prodotti tal-lastiku u makkinarju.", "B\u0127alissa hemm tmien benefi\u010bjarji tas-S\u0120P+: L-Armenja, il-Bolivja, Cape Verde, il-Kirgi\u017cistan, il-Mongolja, il-Pakistan, il-Paragwaj u l-Filippini.", "Aktar informazzjoni"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_43", "title": "G\u0127ajnuna mill-Istat: Il-Kummissjoni tapprova s-sostenn g\u0127all-Pro\u0121ett tal-Ener\u0121ija tal-Elettriku u tal-Gass ta' Delimara f'Malta", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COMPETY,STATAID", "date": "Tue, 10 Jan 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea ikkonkludiet li l-pjani ta' Malta biex t\u0127allas lil Electrogas Malta, l-operatur tal-impjant ta' Delimara, g\u0127all-provvista tal-elettriku lill-kumpanija Maltija tal-elettriku l-Enemalta, huma konformi mar-regoli tal-UE dwar l-g\u0127ajnuna mill-istat.", "Il-mi\u017cura tikkumpensa lill-Electrogas g\u0127all-kost addizzjonali tat-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku.", "F'\u0120unju 2016, Malta ppre\u017centat notifika lill-Kummissjoni ta' pjani biex issostni l-Pro\u0121ett tal-Ener\u0121ija tal-Elettriku u tal-Gass ta' Delimara biex dawn ji\u0121u e\u017caminati skont ir-regoli tal-UE dwar l-g\u0127ajnuna mill-Istat.", "Il-pro\u0121ett jinkludi l-i\u017cvilupp ta' unit\u00e0 tal-\u0127a\u017cna tal-gass naturali likwidu f'wi\u010b\u010b l-ilma kif ukoll impjant tal-ener\u0121ija elettrika mill-gass b'\u010biklu kombinat.", "L-unit tal-\u0127a\u017cna se tissupplixxi l-gass lejn l-impjant il-\u0121did kif ukoll lejn impjant e\u017cistenti.", "Il-pro\u0121ett g\u0127andu l-g\u0127an li jnaqqas il-prezzijiet tal-elettriku, inaqqas il-\u0127sara ambjentali mill-produzzjoni tal-ener\u0121ija, u li j\u017cid is-sigurt\u00e0 tal-provvista billi jiddiversifika t-ta\u0127lita tal-ener\u0121ija.", "Il-pro\u0121ett ser jie\u0127u post, flimkien tal-interkonnettur tal-elettriku mal-Italja (Sqallija), l-infrastruttura e\u017cistenti tal-produzzjoni tal-elettriku f'Malta.", "Il-mi\u017cura se tkun ta' benefi\u010b\u010bju g\u0127all-i\u017cvilippatur u l-operatur tal-pro\u0121ett, Electrogas Malta Limited.", "Huwa intg\u0127a\u017cel abba\u017ci ta' pro\u010bedura ta' offerti kompetittiva mill-Enemalta, kumpanija pubblika b'li\u010benzja li ti\u0121\u0121enera, tqassam u tissupplixxi l-elettriku f'Malta.", "Electrogas Malta g\u0127andha obbligu ta' servizz pubbliku li tag\u0127mel disponibbli l-elettriku u l-gass lill-Enemalta, u li tissupplixxi l-ener\u0121ija elettrika u l-gass meta mibg\u0127uta mill-Enemalta.", "Dan il-kuntratt se jkun validu g\u0127al tmintax-il sena.", "Is-sostenn jie\u0127u l-forma ta' pagamenti mill-Enemalta, li jipprovdi vanta\u0121\u0121 ekonomiku favur il-kumpanija Electrogas peress li ti\u0121i \u017cgurata \u010berta rata ta' redditu u ta' d\u0127ul fiss die\u0127el.", "Ir-rata ta' redditu g\u0127al Electrogas Malta hija konformi ma' dik ta' pro\u0121etti simili.", "Abba\u017ci ta' dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kumpanija mhix se tkun ikkumpensata b'mod e\u010b\u010bessiv g\u0127as-servizzi li se tipprovdi.", "Ir-regoli tal-Kummissjoni tal-2011 dwar is-servizzi ta' interess ekonomiku \u0121enerali, jippermettu lill-Istati Membri, ta\u0127t \u010berti kundizzjonijiet, li jag\u0127tu kumpens lill-kumpaniji li jkunu \u0121ew afdati b'obbligi ta' servizz pubbliku g\u0127all-ispejje\u017c \u017cejda tal-forniment ta' dawn is-servizzi.", "Il-Kummissjoni vverifikat b'mod partikolari li s-suq tal-ener\u0121ija Malti ma jistax jasal g\u0127al-livell ne\u010bessarju ta' servizz min\u0127abba l-g\u0127amla partikolarment \u017cg\u0127ira u i\u017colata tieg\u0127u.", "L-isfond", "L-ispe\u010bifi\u010bitajiet tal-g\u017cira ta' Malta huma rikonoxxuti fil-li\u0121i tal-UE.", "B'mod partikolari, Malta g\u0127andha derogi awtomati\u010bi uni\u010bi mill-Artikoli 9 (is-separazzjoni bejn is-sistemi ta' tra\u017cmissjoni u l-operaturi ta' sistemi ta' tra\u017cmissjoni), 26 (is-separazzjoni tal-operaturi tas-sistema ta' distrubuzzjoni), 32 (a\u010b\u010bess g\u0127al partijiet terzi) u 33 (il-ftu\u0127 tas-suq u r-re\u010bipro\u010bit\u00e0) tad-Direttiva dwar l-Elettriku (id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni g\u0127as-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li t\u0127assar id-Direttiva 2003/54/KE).", "Aktar informazzjoni dwar id-de\u010bi\u017cjoni tal-lum se ssir disponibbli bin-numru tal-ka\u017c SA.45779 fir-Re\u0121istru tal-G\u0127ajnuna mill-Istat u fuq is-sit web tal-kompetizzjoni ladarba jkunu ri\u017colti xi kwistjonijiet ta' kunfidenzjalit\u00e0 li jista' jkun hemm.", "Pubblikazzjonijiet \u0121odda dwar id-de\u010bi\u017cjonijiet dwar l-g\u0127ajnuna mill-Istat fuq l-internet u fil-\u0120urnal Uffi\u010bjali huma elenkati fuq State Aid Weekly e-News."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_16", "title": "Il-Kummissjoni tipproponi livell g\u0127oli ta' regoli dwar il-privatezza g\u0127all-komunikazzjonijiet elettroni\u010bi kollha u ta\u0121\u0121orna r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta g\u0127all-istituzzjonijiet tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG,JFRC", "date": "Mon, 09 Jan 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni qed tipproponi le\u0121i\u017clazzjoni \u0121dida sabiex ti\u017cgura iktar privatezza fil-komunikazzjonijiet elettroni\u010bi, filwaqt li to\u0127loq opportunitajiet kummer\u010bjali \u0121odda.", "Il-mi\u017curi ppre\u017centati llum g\u0127andhom l-g\u0127an li ja\u0121\u0121ornaw ir-regoli attwali, u jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tag\u0127hom g\u0127all-fornituri kollha tal-komunikazzjonijiet elettroni\u010bi.", "Jimmiraw ukoll li jo\u0127olqu possibbiltajiet \u0121odda g\u0127all-ippro\u010bessar tad-dejta dwar il-komunikazzjoni u jirrinforzaw il-fidu\u010bja u s-sigurt\u00e0 fis-Suq Uniku Di\u0121itali b\u0127ala g\u0127an ewlieni tal-istrate\u0121ija tas-Suq Uniku Di\u0121itali.", "Fl-istess \u0127in, il-proposta tallinja r-regoli g\u0127all-komunikazzjonijiet elettroni\u010bi mal-istandards globali \u0121odda tal-UE tar-Regolament \u0120enerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.", "Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll regoli \u0121odda biex ti\u017cgura li meta d-dejta personali ti\u0121i \u0121estita minn istituzzjonijiet u korpi tal-UE, il-privatezza ti\u0121i protetta bl-istess mod li hija protetta fl-Istati Membri skont ir-Regolament \u0120enerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, kif ukoll tistabbilixxi appro\u010b\u010b strate\u0121iku g\u0127all-kwistjonijiet dwar it-trasferimenti internazzjonali tad-dejta personali.", "L-Ewwel Vi\u010bi President Timmermans qal: \u201cIl-proposti tag\u0127na se jikkompletaw il-qafas tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE.", "Se ji\u017cguraw li l-privatezza tal-komunikazzjonijiet elettroni\u010bi tkun protetta permezz ta' regoli a\u0121\u0121ornati u effettivi, u li l-istituzzjonijiet Ewropej se japplikaw l-istess standards g\u0127oljin li a\u0127na nippretendu mill-Istati Membri tag\u0127na.\u201d", "Andrus Ansip, il-Vi\u010bi President g\u0127as-Suq Uniku Di\u0121itali qal: \u201cIl-proposti tag\u0127na se jag\u0127tuna l-fidu\u010bja fis-Suq Uniku Di\u0121itali li n-nies jippretendu.", "Irrid ni\u017cgura l-kunfidenzjalit\u00e0 tal-komunikazzjonijiet elettroni\u010bi u l-privatezza.", "L-abbozz tag\u0127na tar-Regolament dwar il-privatezza elettronika jsib il-bilan\u010b mist\u0127oqq: Jipprovdi livell g\u0127oli ta' protezzjoni g\u0127all-konsumaturi, filwaqt li jippermetti lin-negozji jkunu innovattivi.\"", "V\u011bra Jourov\u00e1, il-Kummissarju g\u0127all-\u0120ustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi qalet: \"Il-le\u0121i\u017clazzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tad-dejta adottata s-sena l-o\u0127ra tistabbilixxi standards g\u0127oljin g\u0127all-benefi\u010b\u010bju kemm ta\u010b-\u010bittadini kif ukoll tal-kumpaniji tal-UE.", "Illum qed nistabbilixxu l-istrate\u0121ija tag\u0127na biex niffa\u010bilitaw l-iskambji tad-dejta internazzjonali fl-ekonomija di\u0121itali globali u nippromwovu standards g\u0127oljin tal-protezzjoni tad-dinja madwar id-dinja.\u201d", "Protezzjoni onlajn a\u0127jar u opportunitajiet kummer\u010bjali \u0121odda", "Il-proposta g\u0127al Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjonijiet Elettroni\u010bi se \u017c\u017cid il-protezzjoni tal-\u0127ajja privata tal-persuni u se to\u0127loq opportunitajiet kummer\u010bjali \u0121odda:", "Regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta g\u0127all-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE", "Ir-Regolament propost dwar il-protezzjoni tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej jimmira li jallinja r-regoli e\u017cistenti, li jmorru lura g\u0127all-2001, b'regoli \u0121odda u iktar stretti stabbiliti fir-Regolament \u0120enerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta tal-2016.", "Kwalunkwe persuna li d-dejta personali tag\u0127ha ti\u0121i \u0121estita mill-istituzzjonijiet jew l-a\u0121enziji Ewropej se tibbenefika minn standards og\u0127la ta' protezzjoni.", "Protezzjoni internazzjonali tad-dejta", "Il-Komunikazzjoni proposta tistabbilixxi appro\u010b\u010b strate\u0121iku dwar il-kwistjoni tat-trasferimenti internazzjonali tad-dejta personali, u se tiffa\u010bilita l-iskambji kummer\u010bjali u tippromwovi kooperazzjoni a\u0127jar tal-infurzar tal-li\u0121i, filwaqt li ti\u017cgura livell og\u0127la ta' protezzjoni tad-dejta.", "Il-Kummissjoni se ta\u0127dem b'mod proattiv fid-diskussjonijiet biex jittie\u0127du \u201cde\u010bi\u017cjonijiet dwar l-adegwatezza\u201d (li jippermettu l-fluss \u0127ieles tad-dejta personali lejn pajji\u017ci b'regoli ta' protezzjoni tad-dejta \u201cessenzjalment ekwivalenti\u201d ma' dawn tal-UE) ma' s\u0127ab kummer\u010bjali ewlenin fl-Asja tal-Lvant u fl-Asja tax-Xlokk, l-ewwel mal-\u0120appun u mal-Korea fl-2017, i\u017cda wkoll ma' pajji\u017ci interessati fl-Amerka Latina u mal-Vi\u010binat Ewropew.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni se t\u0127addem bis-s\u0127i\u0127 ukoll mekkani\u017cmi alternattivi o\u0127rajn previsti mir-regoli l-\u0121odda dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-UE \u2013 ir-Regolament \u0120enerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u d-Direttiva tal-Pulizija \u2013 biex tiffa\u010bilita l-iskambju tad-dejta personali ma' pajji\u017ci terzi li mag\u0127hom ma jistg\u0127ux jintla\u0127qu de\u010bi\u017cjonijiet dwar l-adegwatezza.", "Il-Komunikazzjoni tfakkar ukoll li l-Kummissjoni se tkompli tippromwovi l-i\u017cvilupp ta' standards internazzjonali g\u0127oljin tal-protezzjoni tad-dejta, kemm fil-livelli bilaterali kif ukoll multilaterali.", "Il-passi li jmiss", "Permezz tal-proposti ppre\u017centati llum, il-Kummissjoni qed tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex ja\u0127dmu fuqhom malajr u biex ji\u017cguraw l-adozzjoni tag\u0127hom ming\u0127ajr xkiel sal-25 ta' Mejju 2018, meta jid\u0127ol fis-se\u0127\u0127 ir-Regolament \u0120enerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.", "L-intenzjoni hija li sa din id-data, i\u010b-\u010bittadini u n-negozji jing\u0127ataw qafas legali \u017cviluppat sew u komplut g\u0127all-privatezza u g\u0127all-protezzjoni tad-dejta fl-Ewropa.", "Flimkien mal-proposti tal-lum il-Kummissjoni ppre\u017centat wkoll Komunikazzjoni biex tag\u0127ti spinta lill-ekonomija tad-dejta.", "Aktar informazzjoni tista' tinkiseb hawn.", "G\u0127al aktar informazzjoni"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_2", "title": "Il-Kummissjoni tniedi inizjattiva \u0121dida biex ittejjeb is-sa\u0127\u0127a u s-sikurezza tal-\u0127addiema", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI", "date": "Mon, 09 Jan 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea qed tie\u0127u azzjoni biex tippromwovi s-Sa\u0127\u0127a u s-Sikurezza Okkupazzjonali (OSH) tal-UE.", "L-investiment fis-sa\u0127\u0127a u s-sikurezza okkupazzjonali jtejjeb il-\u0127ajjiet tan-nies billi ji\u0121u evitati l-in\u010bidenti u l-mard relatat max-xog\u0127ol.", "Filwaqt li tibni fuq l-isforzi tal-passat, l-inizjattiva l-\u0121dida tal-Kummissjoni g\u0127andha l-g\u0127an li tipprote\u0121i aktar lill-\u0127addiema kontra l-kan\u010ber relatat max-xog\u0127ol, biex tg\u0127in lin-negozji, b'mod partikolari l-SMEs u l-mikrointrapri\u017ci, fl-isforzi tag\u0127hom biex jikkonformaw mal-qafas le\u0121i\u017clattiv e\u017cistenti, u biex ikun hemm enfasi akbar fuq ir-ri\u017cultati u inqas fuq il-burokrazija.", "Marianne Thyssen, il-Kummissarju Ewropew g\u0127all-Impjiegi, l-Affarijiet So\u010bjali, il-\u0126iliet u l-Mobilit\u00e0 tal-\u0126addiema, qalet: \"Illum qed nippre\u017centaw pjan ta' azzjoni \u010bar g\u0127as-sa\u0127\u0127a u s-sikurezza okkupazzjonali fis-sod fuq il-post tax-xog\u0127ol tas-seklu 21, b'regoli li huma \u010bari, a\u0121\u0121ornati u applikati b'mod effettiv fuq il-post.", "Inwasslu wkoll ri\u017cultati dwar l-impenn tag\u0127na fil-\u0121lieda kontra l-kan\u010ber relatat max-xog\u0127ol, billi nindirizzaw l-esponiment g\u0127al seba' sustanzi kimi\u010bi o\u0127ra li jikkaw\u017caw il-kan\u010ber u b'hekk se titjieb il-protezzjoni ta' madwar 4 miljun \u0127addiem fl-Ewropa.", "Se ng\u0127aqqdu l-isforzi tag\u0127na ma' dawk tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkon\u010bernati biex no\u0127olqu post tax-xog\u0127ol san u sikur g\u0127al kul\u0127add.\"", "Matul dawn l-a\u0127\u0127ar 25 sena, meta ntla\u0127aq qbil fuq l-ewwel Direttiva f'dan il-qasam fil-livell tal-UE, l-UE kienet minn ta' quddiem fl-istandards g\u0127oljin tal-protezzjoni tal-\u0127addiema kontra r-riskji g\u0127as-sa\u0127\u0127a u g\u0127as-sikurezza fuq ix-xog\u0127ol.", "Mill-2008 'l hawn, l-g\u0127add ta' \u0127addiema li mietu b'in\u010bident fuq ix-xog\u0127ol naqas bi kwa\u017ci 25 %, u l-per\u010bentwali ta' \u0127addiema tal-UE li rrappurtaw tal-inqas problema wa\u0127da tas-sa\u0127\u0127a kkaw\u017cata mix-xog\u0127ol jew li marret g\u0127all-ag\u0127ar min\u0127abba x-xog\u0127ol naqas bi kwazi 10 %.", "Madankollu, l-isfidi g\u0127adhom kbar: huwa stmat li kull sena madwar 160 000 Ewropew imutu b'mard relatat ma' xog\u0127olhom.", "Wa\u0127da mill-og\u0127la prijoritajiet hi li l-\u0127addiema jin\u017cammu sikuri u sani fuq il-post tax-xog\u0127ol bil-\u0127arsien u bl-a\u0121\u0121ornament tal-istandards Ewropej g\u0127oljin.", "B'segwitu g\u0127all-impenn tag\u0127ha biex tkompli ttejjeb is-sa\u0127\u0127a u s-sikurezza okkupazzjonali, il-Kummissjoni se twettaq l-azzjonijiet ewlenin li \u0121ejjin:", "Ir-rie\u017cami tal-le\u0121i\u017clazzjoni OSH tal-UE u t-tibdil fid-Direttiva dwar il-Kar\u010bino\u0121eni u l-Muta\u0121eni jid\u0127lu sew fil-\u0127idma tal-Kummissjoni li g\u0127addejja b\u0127alissa g\u0127all-istabbiliment tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali, li g\u0127andu l-g\u0127an li jadatta l-le\u0121i\u017clazzjoni tal-UE g\u0127at-tendenzi tax-xog\u0127ol u tas-so\u010bjet\u00e0 li qed jinbidlu.", "Il-konsultazzjonijiet u d-dibattiti dwar il-Pilastru kkonfermaw l-importanza tas-sa\u0127\u0127a u s-sikurezza okkupazzjonali fuq il-post tax-xog\u0127ol b\u0127ala s-sies tal-acquis tal-UE u po\u0121\u0121ew enfasi fuq il-prevenzjoni u l-infurzar.", "Il-Komunikazzjoni adottata llum issegwi wkoll fuq l-evalwazzjoni wiesg\u0127a tal-acquis e\u017cistenti b\u0127ala parti mill-e\u017cer\u010bizzju tal-Programm dwar l-Idoneit\u00e0 u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT), bl-g\u0127an li l-le\u0121i\u017clazzjoni tal-UE tkun issemplifikata u ssir aktar rilevanti u effettiva.", "Il-proposta u t-tibdil \u0121ew \u017cviluppati b'konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkon\u010bernati fil-livelli kollha, l-aktar is-s\u0127ab so\u010bjali.", "Kuntest", "Fl-2012 il-Kummissjoni bdiet evalwazzjoni komprensiva tal-le\u0121i\u017clazzjoni OSH tal-UE (id-Direttiva Qafas u 23 Direttiva relatati).", "Din l-evalwazzjoni kienet parti mill-Programm dwar l-Idoneit\u00e0 u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT), u kellha l-g\u0127an li l-le\u0121i\u017clazzjoni tal-UE tkun issemplifikata, aktar rilevanti u effettiva.", "Prijorit\u00e0 spe\u010bifika tal-Kummissjoni fil-qasam tal-OSH hija l-\u0121lieda kontra l-kan\u010ber, b\u0127ala l-ewwel kaw\u017ca ta' mwiet relatati max-xog\u0127ol fl-UE.", "Il-Kummissjoni dan qed tindirizzah b\u0127ala sfida prijoritarja: fit-13 ta' Mejju 2016 ipproponiet mi\u017curi biex jitnaqqas l-esponiment tal-\u0127addiema Ewropej g\u0127al 13-il sustanza kimika li jikkaw\u017caw il-kan\u010ber, billi pproponiet tibdil fid-Direttiva dwar il-Kar\u010bino\u0121eni u l-Muta\u0121eni (2004/37/KE).", "Illum il-Kummissjoni qed issegwi fuq l-impenn politiku tag\u0127ha bi proposta o\u0127ra biex tindirizza l-esponiment g\u0127al seba' sustanzi kimi\u010bi o\u0127ra ta' prijorit\u00e0.", "Il-Kummissjoni se tibqa' te\u017camina kar\u010bino\u0121eni o\u0127rajn biex tkompli tipprote\u0121i l-\u0127addiema u ttejjeb il-kundizzjonijiet tan-nego\u017cju fl-UE.", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "Mistoqsijiet frekwenti dwar il-protezzjoni tal-\u0127addiema mis-sustanzi kimi\u010bi li jikkaw\u017caw il-kan\u010ber", "Mistoqsijiet frekwenti dwar il-politika l-\u0121dida dwar is-sa\u0127\u0127a u s-sikurezza fuq ix-xog\u0127ol", "Dokument ta' \u0126idma tal-Persunal tal-Kummissjoni - Evalwazzjoni ex post tad-Direttiva dwar l-OSH", "Dokument ta' \u0126idma tal-Persunal tal-Kummissjoni - Gwida prattika g\u0127all-impjegaturi", "L-a\u0127bar fuq is-sit tad-D\u0120 Impjiegi", "Segwi lil Marianne Thyssen fuq Facebook u twitter", "Abbona g\u0127all-bulettin dwar l-impjiegi, l-affarijiet so\u010bjali u l-inklu\u017cjoni tal-Kummissjoni Ewropea mibg\u0127ut b'xejn bil-posta elettronika"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_5", "title": "Il-Kummissjoni tiddeskrivi l-passi li jmiss lejn ekonomija Ewropea tad-dejta", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Mon, 09 Jan 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit ju\u017ca l-cookies biex joffrilek esperjenza a\u0127jar.", "Skopri aktar dwar, kif nu\u017caw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tieg\u0127ek.", "Il-Kummissjoni Ewropea llum ipproponiet soluzzjonijiet politi\u010bi u legali biex titwettaq ekonomija tad-dejta fil-livell tal-UE, b\u0127ala parti mill-istrate\u0121ija g\u0127al Suq Uniku Di\u0121itali ppre\u017centata f'Mejju 2015.", "Il-Kummissjoni Ewropea llum ipproponiet soluzzjonijiet politi\u010bi u legali biex titwettaq ekonomija tad-dejta fil-livell tal-UE, b\u0127ala parti mill-istrate\u0121ija g\u0127al Suq Uniku Di\u0121itali ppre\u017centata f'Mejju 2015.", "Il-Kummissjoni qed tindirizza din il-kwistjoni, peress li l-UE b\u0127alissa mhix qed tag\u0127mel l-a\u0127jar u\u017cu mill-potenzjal tad-dejta tag\u0127ha.", "Biex dan jinbidel, huwa me\u0127tie\u0121 li ji\u0121u indirizzati r-restrizzjonijiet mhux \u0121ustifikati g\u0127all-moviment liberu tad-dejta bejn il-fruntieri kif ukoll bosta in\u010bertezzi legali.", "Il-Komunikazzjoni ppre\u017centata llum tiddeskrivi is-soluzzjonijiet politi\u010bi u legali biex titwettaq l-ekonomija Ewropea tad-dejta.", "Il-Kummissjoni nediet ukoll \u017cew\u0121 konsultazzjonijiet pubbli\u010bi u dibattitu mal-Istati Membri u l-partijiet interessati biex ji\u0121u definiti l-passi li jmiss.", "Andrus Ansip, il-Vi\u010bi President g\u0127as-Suq Uniku Di\u0121itali qal: \"Id-dejta g\u0127andha tkun tista' ti\u010b\u010birkola liberament kemm minn post g\u0127all-ie\u0127or kif ukoll bejn il-fruntieri u fi \u0127dan spazju uniku tad-dejta.", "Fl-Ewropa, il-fluss tad-dejta u l-a\u010b\u010bess g\u0127ad-dejta huma ta' spiss ristretti min\u0127abba r-regoli ta' lokalizzazzjoni jew ostakoli tekni\u010bi u regolatorji o\u0127ra.", "Jekk irridu li l-ekonomija bba\u017cata fuq id-dejta tipprodu\u010bi tkabbir u impjiegi, je\u0127tie\u0121 li d-dejta tintu\u017ca.", "I\u017cda biex tintu\u017ca, je\u0127tie\u0121 ukoll li tkun disponibbli u analizzata.", "Ne\u0127tie\u0121u appro\u010b\u010b koordinat u pan-Ewropew sabiex nag\u0127mlu l-a\u0127jar u\u017cu mill-opportunitajiet tad-dejta, filwaqt li nibnu fuq regoli tal-UE li jkunu b'sa\u0127\u0127ithom sabiex jit\u0127arsu d-dejta personali u l-privatezza\u201d.", "El\u017cbieta Bie\u0144kowska, il-Kummissarju responsabbli g\u0127as-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, qalet: \"Id-dejta hija l-fjuwil tal-ekonomija l-\u0121dida.", "Biex ni\u017cguraw li l-Ewropa tkun ta' su\u010b\u010bess fl-era l-\u0121dida tal-ekonomija industrijali, g\u0127andha b\u017conn qafas solidu u prevedibbli g\u0127all-fluss tad-dejta fi \u0127dan is-Suq Uniku.", "Regoli \u010bari dwar ir-responsabbilt\u00e0, is-sigurt\u00e0 u l-a\u010b\u010bess g\u0127ad-dejta huma essenzjali g\u0127all-kumpaniji Ewropej, l-SMEs u l-impri\u017ci \u0121odda biex iwettqu b'mod s\u0127i\u0127 il-potenzjal tat-tkabbir tal-Internet tal-O\u0121\u0121etti.", "Minflok ma nibnu l-fruntieri di\u0121itali g\u0127andna niffukaw fuq il-bini ta' ekonomija Ewropea tad-dejta li tkun kompletament integrata u kompetittiva fl-ekonomija globali tad-dejta.\u201d", "Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni pproponiet ukoll li l-Istati Membri interessati jinvolvu ru\u0127hom fi pro\u0121etti transfruntieri li jesploraw il-kwistjonijiet emer\u0121enti tad-dejta f'sitwazzjoni reali.", "F'xi Stati Membri di\u0121\u00e0 qed jitwettqu xi pro\u0121etti dwar il-mobilit\u00e0 konnessa u awtomatizzata (CAD) li jippermettu lill-vetturi jkunu konnessi ma' xulxin u mal-infrastruttura stradali.", "Il-Kummissjoni trid tibni fuq dawn il-pro\u0121etti u tittestja l-implikazzjonijiet regolatorji tal-a\u010b\u010bess u r-responsabbilt\u00e0 g\u0127ad-dejta.", "L-ekonomija tad-dejta fil-livell tal-UE kienet stmata g\u0127al EUR 272 biljun fl-2015 (tkabbir annwali ta' 5.6 %) u tista' jimpjega 7.4 miljun persuna sal-2020.", "Id-dejta tista' tintu\u017ca biex jittejjeb kwa\u017ci kull aspett tal-\u0127ajja ta' kuljum, mill-anali\u017ci tan-negozju sat-tbassir tat-temp, minn era \u0121dida fil-medi\u010bina li tippermetti il-kura personalizzata, sa toroq aktar sikuri u inqas kon\u0121estjonijiet tat-traffiku.", "Din hija r-ra\u0121uni g\u0127alfejn il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tenfasizza r-rwol tal-fluss \u0127ieles tad-dejta fl-UE.", "Barra minn hekk, l-istudji juru li hemm \u0127afna restrizzjonijiet legali jew amministrattivi, prin\u010bipalment fil-forma ta' rekwi\u017citi ta' lokalizzazzjoni tad-dejta nazzjonali li jirrestrin\u0121u s-suq kollu tal-UE fil-qasam tad-dejta.", "It-tne\u0127\u0127ija ta' dawn ir-restrizzjonijiet tista' ti\u0121\u0121enera sa EUR 8 biljun f'PDG fis-sena (studju).", "Dawn l-inizjattivi jissejsu fuq regoli b'sa\u0127\u0127ithom sabiex tit\u0127ares id-dejta personali (ir-Regolament \u0120enerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta adottat is-sena l-o\u0127ra) u biex ti\u0121i \u017cgurata l-kunfidenzjalit\u00e0 tal-komunikazzjoni elettronika (ara l-proposta tal-lum dwar il-privatezza elettronika), peress li l-fidu\u010bja hija l-pedament li fuqu tista' tinbena l-ekonomija tad-dejta.", "Ir-Regolament \u0120enerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (GDPR) jirregola kompletament l-ippro\u010bessar tad-dejta personali fl-UE, inklu\u017ca dejta industrijali jew dik i\u0121\u0121enerata awtomatikament li tidentifika persuna fi\u017cika jew li tag\u0127milha identifikabbli.", "L-istabbiliment ta' standards g\u0127oljin uniformi ta' protezzjoni tad-dejta ji\u017cgura l-fluss liberu tad-dejta personali fl-UE.", "Madankollu, il-GDPR ma jkoprix dejta mhux personali meta din tkun industrijali jew i\u0121\u0121enerata awtomatikament, jew ostakli g\u0127all-moviment tad-dejta personali abba\u017ci ta' ra\u0121unijiet o\u0127ra g\u0127ajr il-protezzjoni tad-dejta personali, e\u017c. skont il-li\u0121ijiet tat-tassazzjoni jew tal-kontabilit\u00e0.", "Sabiex isir l-a\u0127jar u\u017cu tad-dejta g\u0127all-ekonomija Ewropea, il-Kummissjoni se:", "Il-Kummissjoni \u0127arset ukoll lejn l-in\u010bertezzi legali ma\u0127luqin minn kwistjonijiet emer\u0121enti fl-ekonomija tad-dejta u qed tfittex fehmiet dwar il-possibbilt\u00e0 ta' reazzjonijiet politi\u010bi u legali dwar:", "Sfond", "Il-pjan ta' azzjoni tal-lum se jikkontribwixxi biex jitne\u0127\u0127ew l-ostakoli li fadal fis-Suq Uniku, kif mitlub mill-Kunsill Ewropew f'Di\u010bembru 2016 (konklu\u017cjonijiet).", "Bl-appo\u0121\u0121 tal-Parlament Ewropew u tal-Istati Membri, is-Suq Uniku Di\u0121itali g\u0127andu jitlesta malajr kemm jista' jkun.", "L-inizjattiva tal-lum se tg\u0127in biex tissawwar l-a\u0121enda ta' politika futura dwar l-ekonomija Ewropea tad-dejta.", "Il-konsultazzjoni dwar il-bini ta' Ekonomija Ewropea tad-Dejta se tibqa' g\u0127addejja sas-26 ta' April 2017 u se tikkontribwixxi g\u0127al inizjattiva futura possibbli tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ekonomija Ewropea tad-Dejta aktar tard fl-2017.", "Il-konsultazzjoni dwar l-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar ir-responsabbilt\u00e0 g\u0127all-prodotti difettu\u017ci se tibqa' g\u0127addejja sal-26 ta' April 2017.", "Dawk interessati huma l-produtturi, il-kolletturi, u l-utenti attwali u potenzjali ta' dejta mhux personali, spe\u010bjalment dejta mhux ippro\u010bessata \u0121\u0121enerata awtomatikament jew mis-sensuri.", "Huma inklu\u017ci n-negozji ta' kull daqs, il-manifatturi u l-utenti ta' apparati konnessi, l-operaturi u l-utenti ta' pjattaformi onlajn, is-sensara tad-dejta, kif ukoll l-awtoritajiet pubbli\u010bi, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, ir-ri\u010berkaturi u l-organizzazzjonijiet ta' ri\u010berka u l-konsumaturi.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Skeda informattiva: Il-bini ta' Ekonomija Ewropea tad-Dejta - Mistoqsijiet Frekwenti", "Komunikazzjoni \"Il-bini ta' Ekonomija Ewropea tad-Dejta\u201d", "Pa\u0121na tal-konsultazzjoni pubblika", "#dataeconomy"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_23", "title": "Ekonomija tas-servizzi effika\u010bi g\u0127all-Ewropej", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH", "date": "Mon, 09 Jan 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni qed tressaq pakkett ambizzju\u017c u bilan\u010bjat ta' mi\u017curi li se jag\u0127mluha aktar fa\u010bli g\u0127all-kumpaniji u g\u0127all-professjonisti biex jipprovdu servizzi lil ba\u017ci ta' konsumaturi potenzjali ta' 500 miljun ru\u0127 fl-UE.", "Din hu impetu \u0121did g\u0127as-settur tas-servizzi li g\u0127andu jkun ta' benefi\u010b\u010bju g\u0127all-konsumaturi, g\u0127an-nies li qed ifittxu x-xog\u0127ol kif ukoll g\u0127an-negozji, u li ji\u0121\u0121enera tkabbir ekonomiku fl-Ewropa.", "B\u0127ala parti mill-pjan direzzjonali stabbilit fl-Istrate\u0121ija tas-Suq Uniku, il-proposti tal-lum iwasslu r-ri\u017cultati mistennija mill-impenn politiku tal-President Juncker biex ji\u0121i mmassimizzat il-potenzjal s\u0127i\u0127 tas-Suq Uniku u jag\u0127mlu l-punt tat-tluq biex l-Ewropa tistag\u0127na fl-ekonomija globali.", "Din il-mira \u0121iet ikkonfermata mill-Kunsill Ewropew fil-konklu\u017cjonijiet tieg\u0127u ta' Di\u010bembru 2015, \u0120unju 2016 u Di\u010bembru 2016.", "Il-mi\u017curi proposti g\u0127andhom l-g\u0127an li jag\u0127mluha e\u0127fef g\u0127all-fornituri tas-servizzi biex iwettqu l-formalitajiet amministrattivi, u li jg\u0127inu lill-Istati Membri jidentifikaw ir-rekwi\u017citi antikwati u oneru\u017ci wisq fuq il-professjonisti li joperaw domestikament jew b'mod transkonfinali.", "Minflok ma temenda r-regoli e\u017cistenti tal-UE fil-qasam tas-servizzi, il-Kummissjoni qed tiffoka fuq l-i\u017cgurar li dawn ji\u0121u applikati a\u0127jar, peress li ntwera li l-implimentazzjoni s\u0127i\u0127a tal-potenzjal ta' dawn ir-regoli g\u0127andha tag\u0127ti spinta sinifikanti lill-ekonomija tal-UE.", "Il-Vi\u010bi-President Jyrki Katainen, responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittivit\u00e0, qal li: \u201cL-ostakli g\u0127all-kummer\u010b fis-servizzi huma ostakli wkoll g\u0127all-kompetittivit\u00e0.", "Jekk isir u\u017cu a\u0127jar tas-Suq Uniku g\u0127as-Servizzi, dan g\u0127andu jg\u0127in lin-negozji Ewropej fil-\u0127olqien tal-impjiegi u t-tkabbir transkonfinali tag\u0127hom, fejn joffru g\u0127a\u017cla usa' ta' servizzi bi prezzijiet a\u0127jar, filwaqt li j\u017commu standards g\u0127olja g\u0127all-konsumaturi u l-\u0127addiema.", "Illum qed nipproponu li l-pro\u010beduri g\u0127all-fornituri transkonfinali ji\u0121u ssimplifikati, kif ukoll mod \u0121did u modern kif l-Istati Membri jistg\u0127u ja\u0127dmu flimkien biex jirregolaw is-setturi tas-servizzi tag\u0127hom.\u201d", "Il-Kummissarju El\u017cbieta Bie\u0144kowska, responsabbli mis-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, qalet li: \"Is-servizzi jirrappre\u017centaw \u017cew\u0121 terzi tal-ekonomija tal-UE u ji\u0121\u0121eneraw 90% tal-impjiegi \u0121odda.", "I\u017cda s-Suq Uniku - dan il-\u0121ojjell li ta' spiss ji\u0121i injorat - mhux ja\u0127dem tajjeb g\u0127as-servizzi.", "B'ri\u017cultat ta' dan, mhux qed nisfruttaw potenzjal qawwi g\u0127at-tkabbir u l-impjiegi.", "Illum qed nag\u0127tu impetu \u0121did lis-settur tas-servizzi biex l-Ewropa ssir \u010bentru globali g\u0127all-forniment, ix-xiri u l-i\u017cvilupp ta' servizzi \u0121odda.\u201d", "L-erba' inizjattivi konkreti li \u0121ew adottati mill-Kummissjoni llum huma:", "Informazzjoni ta' sfond", "Filwaqt li s-servizzi jirrappre\u017centaw \u017cew\u0121 terzi tal-ekonomija tal-UE u jammontaw g\u0127al 90 % tal-\u0127olqien ta' impjiegi, is-settur tas-servizzi g\u0127andu prestazzjoni baxxa.", "It-tkabbir tal-produttivit\u00e0 f'dan is-settur huwa baxx u l-bqija tad-dinja qed tirkupra.", "L-ostakoli jwaqqfu lill-kumpaniji milli jistabbilixxu u jespandu, u jwasslu g\u0127al prezzijiet og\u0127la u g\u0127al inqas g\u0127a\u017cla g\u0127all-konsumaturi.", "Barra minn hekk, il-prestazzjoni tal-manifattura hija dejjem aktar marbuta mal-kompetittivit\u00e0 tas-servizzi.", "G\u0127alhekk, l-ostakli g\u0127all-kummer\u010b fis-servizzi fis-Suq Uniku huma ostakli wkoll g\u0127all-kompetittivit\u00e0 tas-settur tal-manifattura tal-UE.", "Biex ting\u0127eleb din ix-xejra u jin\u0127olqu aktar impjiegi u tkabbir, l-Istati Membri je\u0127ti\u0121ilhom jistimulaw l-i\u017cvilupp tal-ekonomija tas-servizzi u jag\u0127mlu u\u017cu a\u0127jar tal-potenzjal tas-Suq Uniku g\u0127as-Servizzi.", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "Mistoqsijiet Frekwenti \u2013 MEMO/17/11", "Proposta g\u0127al e-Card tas-Servizzi", "Proposta g\u0127al Pro\u010bedura ta' Notifika tas-Servizzi", "Proposta g\u0127al Test tal-Proporzjonalit\u00e0", "Gwida dwar rakkomandazzjonijiet ta' riforma g\u0127ar-regolamentazzjoni tas-servizzi professjonali", "Factsheet"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_2085", "title": "Il-Kummissjoni tvara konsultazzjoni pubblika dwar Is-Sa\u0127\u0127a u l-Kura fis-Suq Uniku Di\u0121itali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG,HEALTHPOL,RESINSC", "date": "Wed, 19 Jul 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea varat konsultazzjoni pubblika dwar kif l-Ewropa g\u0127andha tippromwovi l-innovazzjoni di\u0121itali fis-sa\u0127\u0127a u l-kura, g\u0127all-benefi\u010b\u010bju ta\u010b-\u010bittadini u s-sistemi tas-sa\u0127\u0127a fl-Ewropa.", "L-input se ji\u0121i inklu\u017c fil-Komunikazzjoni \u0121dida tal-politika li g\u0127andha ti\u0121i adottata sal-a\u0127\u0127ar tal-2017, kif t\u0127abbar fir-revi\u017cjoni ri\u010benti tal-istrate\u0121ija tas-Suq Uniku Di\u0121itali tal-Kummissjoni.", "Filwaqt li jilqg\u0127u l-inizjattiva l-Vi\u010bi President Andrus Ansip u l-Kummissarji Vytenis Andriukaitis, Mariya Gabriel u Carlos Moedas stqarrew:", "\u201cA\u0127na dedikati li ntejbu l-kwalit\u00e0 tal-\u0127ajja ta\u010b-\u010bittadini Ewropej billi ntejbu s-sistemi tas-sa\u0127\u0127a, tal-kura u tar-ri\u010berka Ewropej billi nag\u0127mlu u\u017cu s\u0127i\u0127 tal-potenzjal tat-teknolo\u0121iji di\u0121itali.", "Din il-konsultazzjoni se tg\u0127inna nidentifikaw il-mezzi biex noffru li\u010b-\u010bittadini, il-professjonisti medi\u010bi u r-ri\u010berkaturi a\u010b\u010bess a\u0127jar g\u0127ad-dejta tas-sa\u0127\u0127a, il-prevenzjoni, ir-reazzjoni rapida g\u0127at-theddid pandemiku, it-trattamenti u l-kura personalizzati.", "Qed nikkunsidraw inizjattivi di\u0121itali \u0121odda biex niksbu r-ri\u017cultati fil-qasam tal-moviment \u0127ieles tal-pazjenti u d-dejta, biex nappo\u0121\u0121aw il-modernizzazzjoni tas-sistemi tas-sa\u0127\u0127a nazzjonali, u biex ni\u0121bru flimkien l-evidenza u l-g\u0127arfien innovattiv mifruxa madwar l-Ewropa kollha.", "Fil-qalba tal-politiki tag\u0127na, i\u010b-\u010bittadini u l-benesseri tag\u0127hom huma l-ewwel prijorit\u00e0 tag\u0127na.\u201d", "Il-konsultazzjoni se ti\u0121bor l-informazzjoni minn tliet oqsma ewlenin:", "I\u010b-\u010bittadini, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, il-professjonisti tas-sa\u0127\u0127a u l-kura, l-awtoritajiet pubbli\u010bi, ir-ri\u010berkaturi, l-industriji, l-investituri, l-assiguraturi u l-utenti tal-g\u0127odod di\u0121itali tas-sa\u0127\u0127a huma mistiedna jikkondividu l-opinjonijiet tag\u0127hom permess tal-Ist\u0127arri\u0121 tal-UE sat-12 ta' Ottubru, 2017.", "Sfond", "It-tibdil demografiku, il-prevalenza dejjem tikber tal-mard kroniku, l-okkorrenza mill-\u0121did ta' mard infettiv u l-ispejje\u017c dejjem jikbru tal-kura tas-sa\u0127\u0127a, qed jo\u0127olqu sfidi kbar g\u0127all-forniment tal-kura tas-sa\u0127\u0127a fl-Ewropa.", "Il-Komunikazzjoni dwar sistemi tas-sa\u0127\u0127a effettivi, a\u010b\u010bessibbli u re\u017ciljenti kkonkludiet li l-kapa\u010bit\u00e0 fil-futur tal-Istati Membri li jipprovdu kura tas-sa\u0127\u0127a ta' kwalit\u00e0 g\u0127olja g\u0127a\u010b-\u010bittadini kollha se tiddependi mill-fatt li s-sistemi tas-sa\u0127\u0127a jsiru iktar re\u017ciljenti, filwaqt li jibqg\u0127u kosteffettivi u sostenibbli finanzjarjament.", "L-innovazzjoni di\u0121itali tista' toffri g\u0127odod kosteffettivi biex tappo\u0121\u0121a t-tran\u017cizzjoni minn mudell tal-kura tas-sa\u0127\u0127a bba\u017cat fuq l-isptar g\u0127al mudell li jiffoka fuq il-persuna u li huwa integrat, it-titjib tal-promozzjoni tas-sa\u0127\u0127a, il-prevenzjoni u l-a\u010b\u010bess g\u0127all-kura, u li jikkontribwixxi g\u0127as-sostenibbilt\u00e0 u r-re\u017ciljenza tas-sistemi tal-kura tas-sa\u0127\u0127a.", "Tista' tattwalizza d-dritt ta' a\u010b\u010bess ta\u010b-\u010bittadini g\u0127ad-dejta dwar is-sa\u0127\u0127a tag\u0127hom kullimkien fl-Ewropa.", "Tista' ttejjeb is-sorveljanza u d-detezzjoni bikrija tat-tifqig\u0127at infettivi.", "Tista' wkoll tavvanza drastikament id-dijanjo\u017ci u t-trattament tal-pazjenti.", "Pere\u017cempju, fil-qasam tal-mard rari, il-medja ta' \u017cmien attwali ta' 5.6 snin g\u0127al dijanjo\u017ci ta' marda rari mag\u0127rufa, tista' titqassar g\u0127al sena wa\u0127da min\u0127abba d-dijanjo\u017ci molekulari u t-telekonsultazzjonijiet mal-ispe\u010bjalisti.", "Barra minn hekk, it-trasformazzjoni di\u0121itali tas-sa\u0127\u0127a u l-kura tistimula l-awtonomizzazzjoni ta\u010b-\u010bittadini billi t\u0127allihom jamministraw sa\u0127\u0127ithom huma stess u jintera\u0121ixxu iktar fa\u010bilment mal-fornituri tas-sa\u0127\u0127a.", "Ir-Revi\u017cjoni ta' Nofs it-Term tas-Suq Uniku Di\u0121itali tindirizza dawn il-kwistjonijiet.", "Tipproponi li l-Kummissjoni tindirizza l-\u0127tie\u0121a u l-ambitu g\u0127al mi\u017curi dwar is-sa\u0127\u0127a u l-kura di\u0121itali, f'konformit\u00e0 mal-le\u0121i\u017clazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tal-pazjenti u l-identifikazzjoni elettronika.", "Il-\u0127idma tal-Kummissjoni f'dan il-qasam tibni fuq l-inizjattivi tas-sa\u0127\u0127a di\u0121itali di\u0121\u00e0 fis-se\u0127\u0127, b\u0127all-programmi ta' finanzjament g\u0127ar-ri\u010berka u l-innovazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tas-Sa\u0127\u0127a Elettronika, l-Orizzont 2020 u l-G\u0127ajxien Assistit Attiv, il-programm tal-Fa\u010bilit\u00e0 Nikkollegaw l-Ewropa, in-Networks Ewropej ta' Referenza g\u0127all-mard rari u kumpless, jew is-S\u0127ubija Ewropea g\u0127al Innovazzjoni dwar it-Tixji\u0127 Attiv u b'Sa\u0127\u0127tu.", "Aktar informazzjoni", "Ir-revi\u017cjoni ta' nofs it-terminu dwar is-Suq Uniku Di\u0121itali", "Ewrobarometru Spe\u010bjali 460.", "\u201cAttitudnijiet lejn l-impatt tad-di\u0121italizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni fuq il-\u0127ajja ta' kuljum", "Is-Sa\u0127\u0127a fis-Suq Uniku Di\u0121itali Politiki tas-Sa\u0127\u0127a Elettronika", "Komunikazzjoni dwar sistemi tas-sa\u0127\u0127a effettivi, a\u010b\u010bessibbli u re\u017ciljenti", "Ri\u010berka u innovazzjoni fis-sa\u0127\u0127a"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_2028", "title": "Akrilammid: vot favur il-proposta tal-Kummissjoni biex titnaqqas il-pre\u017cenza tieg\u0127u fl-ikel", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Tue, 18 Jul 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum ir-rappre\u017centanti tal-Istati Membri vvutaw favur il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex titnaqqas il-pre\u017cenza tal-akrilammid fl-ikel.", "Ladarba ji\u0121i implimentat, ir-regolament il-\u0121did se jitlob li l-operaturi tan-negozji tal-ikel (FBOs) japplikaw mi\u017curi obbligatorji biex titnaqqas il-pre\u017cenza tal-akrilammid, b'mod proporzjonat skont id-daqs u n-natura tal-istabbiliment tag\u0127hom.", "Il-Kummissarju g\u0127as-Sa\u0127\u0127a u s-Sikurezza Alimentari, Vytenis Andriukaitis wera s-sodisfazzjon tieg\u0127u g\u0127all-vot: \u201cIllum g\u0127amilna pass importanti g\u0127all-protezzjoni tas-sa\u0127\u0127a u tal-benessri ta\u010b-\u010bittadini.", "Ir-regolament il-\u0121did mhux biss se jg\u0127in biex titnaqqas il-pre\u017cenza ta' din is-sustanza kar\u010bino\u0121ena i\u017cda se j\u017cid ukoll is-sensibilizzazzjoni dwar kif jista' ji\u0121i evitat l-esponiment g\u0127aliha li ta' spiss ikun \u0121ej mit-tisjir fid-dar.\u201d", "It-test li kien hemm qbil dwaru llum issa se jintbag\u0127at lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.", "I\u017c-\u017cew\u0121 istituzzjonijiet se jkollhom tliet xhur biex je\u017caminawh qabel l-adozzjoni finali mill-Kummissjoni.", "Id-d\u0127ul fis-se\u0127\u0127 jista' ji\u0121i previst g\u0127ar-Rebbieg\u0127a 2018.", "Il-Kummissjoni qed tippjana wkoll li tibda diskussjonijiet dwar mi\u017curi addizzjonali, b\u0127alma hu l-iffissar ta' livelli massimi tal-akrilammid f'\u010berti o\u0121\u0121etti tal-ikel appena ji\u0121i adottat dan ir-Regolament.", "Sfond", "L-akrilammid [1] hija sustanza kar\u010bino\u0121enika li tifforma minn aspari\u0121ina \u0127ielsa pre\u017centi b'mod naturali (a\u010bidu amminiku) u zokkor, matul l-ippro\u010bessar b'temperatura g\u0127olja, b\u0127al pere\u017cempju l-qali, ix-xiwi u l-\u0127ami, b'mod partikolari fi prodotti b'ba\u017ci ta' patata u b'ba\u017ci ta' \u010bereali, kaf\u00e8 u sostituti tal-kaf\u00e8.", "Il-pre\u017cenza tal-akrilammid fl-ikel inizjalment kienet innutata fl-2002 u minn dak i\u017c-\u017cmien bdiet ri\u010berka biex tidentifika mi\u017curi biex titnaqqas il-pre\u017cenza tag\u0127ha fl-ikel.", "Fl-2015, l-Awtorit\u00e0 Ewropea dwar is-Sigurt\u00e0 fl-Ikel (EFSA) ikkonfermat li l-akrilammid hija sustanza kar\u010bino\u0121enika, u li l-livelli pre\u017centi ta' esponiment g\u0127all-akrilammid fid-dieta tag\u0127na jo\u0127olqu t\u0127assib fir-rigward tal-effetti kar\u010bino\u0121eni\u010bi.", "L-EFSA stqarret ukoll li f'dawn l-a\u0127\u0127ar snin, il-livelli tal-akrilammid ma tnaqqsux b'mod konsistenti.", "Barra minn hekk, l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri abba\u017ci tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni wrew li l-operaturi tan-negozji tal-ikel varjaw \u0127afna fil-mod kif implimentaw il-mi\u017curi ta' mitigazzjoni ma\u0127suba biex inaqqsu l-pre\u017cen\u017ca ta' din is-sustanza.", "Wara l-opinjoni tal-EFSA, il-Kummissjoni bdiet diskussjonijiet mal-awtoritajiet tal-Istati Membri biex tiddetermina mi\u017curi regolatorji xierqa biex titnaqqas il-pre\u017cenza tal-akrilammid fl-ikel.", "[1] https://ec.europa.eu/food/safety/chemical_safety/contaminants/catalogue/acrylamide_en", "Text of the draft proposal available here: http://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/initiatives/ares-2017-2895100_en"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1995", "title": "Il-Kummissjoni ta\u0121ixxi biex tibni ekonomiji re\u017ciljenti fl-era tal-globalizzazzjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JOBGIC,REGIONAL", "date": "Mon, 17 Jul 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni ta\u0121ixxi biex tibni ekonomiji re\u017ciljenti fl-era tal-globalizzazzjoni", "Il-globalizzazzjoni \u0121abet mag\u0127ha benefi\u010b\u010bji enormi g\u0127all-ekonomiji inqas \u017cviluppati tad-dinja u \u0127afna opportunitajiet g\u0127all-Ewropej; i\u017cda filwaqt li l-benefi\u010b\u010bji huma mifruxin b'mod wiesa', il-kostijiet ta' spiss ji\u0121\u0121arrbu b'mod mhux uniformi, kif enfasizza d-dokument ta' riflessjoni tal-Kummissjoni dwar l-immani\u0121\u0121ar tal-globalizzazzjoni.", "Sabiex tilqa' l-isfida tal-modernizzazzjoni ekonomika, je\u0127tie\u0121 li l-Ewropa tag\u0127ti s-setg\u0127a lir-re\u0121juni tag\u0127ha u tg\u0127inhom jo\u0127olqu valur.", "Dan ifisser li jit\u0127addnu l-innovazzjoni, id-di\u0121italizzazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni u l-i\u017cvilupp tal-\u0127iliet tan-nies.", "Illum, il-Kummissjoni qed tipproponi sett \u0121did ta' azzjonijiet biex tkompli tg\u0127in lir-re\u0121juni tal-Ewropa jinvestu fl-oqsma spe\u010bifi\u010bi tag\u0127hom ta' sa\u0127\u0127a kompetittiva (\u201cspe\u010bjalizzazzjoni intelli\u0121enti\u201d) u ti\u0121\u0121enera l-innovazzjoni, ir-re\u017ciljenza u t-tkabbir me\u0127tie\u0121.", "Il-Vi\u010bi President Jyrki Katainen, li huwa responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittivit\u00e0, qal: \"Sabiex ingwadu mill-benefi\u010b\u010bji tal-globalizzazzjoni je\u0127tie\u0121 li no\u0127olqu ambjenti favorevoli, fejn l-avvanzi min-negozji u mit-teknolo\u0121ija jistg\u0127u jimmaterjalizzaw ru\u0127hom.", "L-istrate\u0121iji ta' investiment u ta' innovazzjoni immexxija u pposseduti lokalment huma essenzjali biex tintlaqa' din l-isfida u ting\u0127ata s-setg\u0127a lir-re\u0121juni tag\u0127na.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-Politika Re\u0121jonali, Corina Cre\u021bu, qalet: \"D\u0127alna f'era \u2018glokali', kif qal il-President Juncker, li fiha l-impatt tal-isfidi globali jin\u0127ass l-ewwel fil-livell lokali.", "L-ekonomiji tag\u0127na g\u0127addejjin minn bidliet profondi; ma nistg\u0127ux inre\u0121\u0121g\u0127u lura dan il-pro\u010bess.", "I\u017cda nistg\u0127u ng\u0127inu lir-re\u0121juni tag\u0127na jattrezzaw lilhom infushom bl-g\u0127odod it-tajbin g\u0127al tkabbir robust u dejjiemi \u2013 din hija d-definizzjoni ta' spe\u010bjalizzazzjoni intelli\u0121enti.\u201d", "L-appo\u0121\u0121 tal-ispe\u010bjalizzazzjoni intelli\u0121enti, li \u0121ie introdott fl-2014 fil-programmi kollha ta' politika re\u0121jonali, ta prova li jwassal g\u0127al ri\u017cultati.", "Il-Kummissjoni be\u0127siebha tibni fuq din l-esperjenza po\u017cittiva b'\u017cew\u0121 pro\u0121etti pilota:", "B'mod parallel, il-Kummissjoni se \u017c\u017cid l-isforzi tag\u0127ha biex tg\u0127in lill-Istati Membri jindirizzaw l-effetti lembut li jifdal g\u0127at-tkabbir u jistabbilixxu ambjenti favur in-negozju.", "Se ting\u0127ata attenzjoni partikulari g\u0127all-kwalit\u00e0 u l-ftu\u0127 tar-ri\u010berka pubblika, il-kooperazzjoni bejn in-negozji u l-universitajiet u l-allinjament ta' ba\u017cijiet ta' \u0127iliet lokali b'domandi tas-suq, bil-g\u0127ajnuna tal-fa\u010bilitajiet tal-appo\u0121\u0121 tal-Kummissjoni.", "Il-Kummissjoni se t\u0127ares ukoll lejn modi biex tiffa\u010bilita aktar siner\u0121iji u ta\u0127lit bejn il-programmi u l-istrumenti differenti tal-UE dwar l-innovazzjoni, it-tkabbir u l-kompetittivit\u00e0 li je\u017cistu attwalment.", "Il-passi li jmiss", "Is-sej\u0127iet g\u0127al espressjonijiet ta' interess g\u0127all-azzjoni pilota dwar re\u0121juni fi tran\u017cizzjoni industrijali se jitnedew fil-\u0127arifa ta' din is-sena.", "Is-s\u0127ubiji interre\u0121jonali se jitwaqqfu matul l-2017 u jibqg\u0127u g\u0127addejjin matul l-2018.", "L-esperjenza miksuba sa issa permezz tal-programmi attwali ta' Politika ta' koe\u017cjoni, flimkien mal-azzjonijiet u s-soluzzjonijiet ta' politika ppre\u017centati f'din il-komunikazzjoni, se jag\u0127tu kontribut utli fit-tfassil tal-qafas ba\u0121itarju li jmiss, fil-kuntest tar-riflessjoni li g\u0127addejja dwar il-futur tal-finanzi tal-UE.", "Il-Kummissjoni se tqis konnessjonijiet aktar b'sa\u0127\u0127ithom bejn l-istrumenti e\u017cistenti tal-UE li g\u0127andhom l-objettiv komuni li jirrea\u0121ixxu g\u0127al sfidi industrijali \u0121odda.", "Tista' ti\u017cdied l-ispe\u010bjalizzazzjoni intelli\u0121enti biex issir g\u0127odda komprensiva li tg\u0127in lir-re\u0121juni kollha jie\u0127du vanta\u0121\u0121 mill-bidliet li \u0121\u0121ib mag\u0127ha l-globalizzazzjoni.", "Sfond", "Introdott b\u0127ala prerekwi\u017cit biex ji\u0121i \u017cgurat l-infiq effettiv tal-Politika ta' Koe\u017cjoni fir-ri\u010berka u l-innovazzjoni, l-ispe\u010bjalizzazzjoni intelli\u0121enti talbet lir-re\u0121juni kollha biex ifasslu strate\u0121iji ta' investiment ibba\u017cati fuq l-assi kompetittivi proprji \u2013 minn spe\u010bjalitajiet tal-ikel agrikolu u t-turi\u017cmu g\u0127an-nanoteknolo\u0121iji u l-ajruspazju.", "Skont dawn l-istrate\u0121iji, in-negozji lokali qed jir\u010bievu appo\u0121\u0121 finanzjarju biex ji\u017cviluppaw prodotti innovattivi u jespandu lil hinn mis-swieq lokali.", "Dawn l-istrate\u0121iji rri\u017cultaw ukoll kemm f'rabtiet a\u0127jar bejn ix-xjenza u n-negozju kif ukoll f'koordinazzjoni mtejba fil-livelli kollha ta' governanza lokali.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Communication \u2013 Strengthening Innovation in Europe's regions", "MEMO \u2013 L-isfidi fil-\u0121ejjien: xprunar tat-tkabbir immexxi mill-innovazzjoni fir-re\u0121juni tal-UE", "Skeda Informattiva \u2013 Azzjonijiet pilota dwar l-ispe\u010bjalizzazzjoni intelli\u0121enti", "Skeda Informattiva \u2013 x'inhi l-ispe\u010bjalizzazzjoni intelli\u0121enti?", "Skedi tal-Pajji\u017ci \u2013 l-ispe\u010bjalizzazzjoni intelli\u0121enti f'pajji\u017cek", "Segwi lill-Vi\u010bi President Katainen u lill-Kummissarju Cre\u021bu fuq Twitter"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1988", "title": "L-impjiegi u l-i\u017cviluppi so\u010bjali fl-Ewropa: ir-rie\u017cami tal-2017 juri li hemm xejriet po\u017cittivi i\u017cda jenfasizza li hemm pi\u017c kbir fuq i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI", "date": "Sun, 16 Jul 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni ppubblikat l-edizzjoni tal-2017 tar-rie\u017cami annwali tag\u0127ha tal-Impjiegi u l-I\u017cviluppi So\u010bjali fl-Ewropa (l-ESDE).", "L-edizzjoni ta' din is-sena tikkonferma xejriet so\u010bjali u fis-suq tax-xog\u0127ol li huma po\u017cittivi u tkabbir ekonomiku kontinwu.", "B'i\u017cjed minn 234 miljun persuna li g\u0127andhom xog\u0127ol, il-qasam tal-impjiegi qatt ma kien b'sa\u0127\u0127tu daqs illum fl-UE u l-qg\u0127ad la\u0127aq l-iktar livell baxx tieg\u0127u minn Di\u010bembru tal-2008 'l hawn.", "Mill-2013 'il hawn, in\u0127olqu 10 miljun impjieg fl-UE.", "I\u017cda jekk wie\u0127ed i\u0127ares lil hinn mill-progress so\u010bjali u ekonomiku \u0121enerali, l-evidenza turi li l-\u0121enerazzjonijiet ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 g\u0127andhom pi\u017c partikolarment kbir: hemm it-tendenza li dawn isibuha iktar diffi\u010bli li jsibu xog\u0127ol u \u0127afna drabi jkollhom forom mhux standard u prekarji ta' impjieg, inklu\u017ci kuntratti temporanji, li jaf ibaxxu l-kopertura tal-protezzjoni so\u010bjali tag\u0127hom.", "X'aktarx li huma jir\u010bievu wkoll pensjonijiet i\u017cjed baxxi meta mqabbla mal-pagi.Din hija r-ra\u0121uni g\u0127aliex ir-rie\u017cami tal-2017 dwar l-ESDE jiffoka fuq il-\u0121ustizzja inter\u0121enerazzjonali: irridu ni\u017cguraw li l-\u0121enerazzjonijiet kollha jibbenefikaw mix-xejriet ekonomi\u010bi po\u017cittivi attwali.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Impjiegi, l-Affarijiet So\u010bjali, il-\u0126iliet u l-Mobbilt\u00e0 tal-\u0126addiema, Marianne Thyssen, ikkummentat: \u201cMill-\u0121did, dan ir-rie\u017cami annwali juri li qbadna r-rotta lejn aktar impjiegi u tkabbir.", "Madankollu, i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tal-lum u uliedhom jaf jispi\u010b\u010baw f'qag\u0127da ag\u0127ar minn dik tal-\u0121enituri tag\u0127hom.", "Dan mhuwiex dak li rridu.", "Hemm b\u017conn li tittie\u0127ed azzjoni malajr.", "Permezz tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali rridu nikkonservaw u ntejbu l-istandards so\u010bjali u l-kundizzjonijiet tal-g\u0127ajxien tag\u0127na g\u0127all-\u0121enerazzjonijiet futuri. \u201d", "Ir-rapport juri li minkejja titjib kontinwu fl-istandards tal-g\u0127ajxien fl-UE, i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ma jibbenefikawx bl-istess mod minn din l-evoluzzjoni po\u017cittiva meta mqabbla mal-\u0121enerazzjonijiet imda\u0127\u0127lin iktar fi\u017c-\u017cmien.", "Barra minn hekk, is-sehem tad-d\u0127ul mix-xog\u0127ol ta' gruppi ta' et\u00e0 i\u017cg\u0127ar naqas ma\u017c-\u017cmien.", "Sfidi b\u0127al dawn qed jaffettwaw id-de\u010bi\u017cjonijiet familjari ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127, inklu\u017ci d-de\u010bi\u017cjonijiet tag\u0127hom dwar jekk ikollhomx tfal jew le u dwar jekk jixtrux dar jew le.", "Dan jaf ikollu konsegwenzi negattivi fuq ir-rata tal-fertilit\u00e0 u konsegwentement fuq is-sostenibbilt\u00e0 tas-sistemi tal-pensjonijiet u tat-tkabbir.", "Barra minn hekk, huwa mistenni li l-popolazzjoni fl-et\u00e0 tax-xog\u0127ol tonqos b'0,3 % kull sena sal-2060.", "Dan ifisser li forza tax-xog\u0127ol i\u017cg\u0127ar se jkollha ti\u017cgura li nibqg\u0127u fir-rotta attwali li qbadna lejn it-tkabbir.", "Fl-istess \u0127in, dan ifisser ukoll li g\u0127add i\u017cg\u0127ar ta' kontribwenti se jikkontribwixxu g\u0127as-sistemi tal-pensjonijiet \u2013 ta' sikwit b'kontribuzzjonijiet iktar baxxi u/jew irregolari peress li ma jkunux qed ja\u0127dmu full-time u/jew f'xog\u0127ol standard \u2013 filwaqt li i\u017cjed pensjonanti se jkunu qed jiddependu fuqhom.", "G\u0127alhekk, jidher li l-\u0127addiema \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tal-lum u l-\u0121enerazzjonijiet futuri qed jiffa\u010b\u010bjaw pi\u017c doppju li \u0121ej mit-tibdil demografiku u mill-\u0127tie\u0121a li ti\u0121i \u017cgurata s-sostenibbilt\u00e0 tas-sistemi tal-pensjonijiet.", "X'inhuma l-passi li jmiss?", "Dawk li jfasslu l-politika jistg\u0127u jilqg\u0127u minn qabel g\u0127al dawn l-evoluzzjonijiet u jtaffuhom b'diversi modi.", "L-ewwel nett, je\u0127tie\u0121 li nu\u017caw g\u0127alkollox il-potenzjal uman tag\u0127na fis-suq tax-xog\u0127ol billi nattivaw il-\u0121enerazzjonijiet kollha, billi ng\u0127ammruhom bil-\u0127iliet li jkollhom b\u017conn u billi ni\u017cguraw li jkun hemm rabta proporzjonata bejn it-tul tal-\u0127ajja tax-xog\u0127ol u l-istennija tal-g\u0127omor.", "L-isforzi ta' politika li jirri\u017cultaw f'rati og\u0127la ta' fertilit\u00e0 u f'\u0121estjoni effi\u010bjenti tal-migrazzjoni, l-appo\u0121\u0121 g\u0127all-innovazzjoni u \u017cieda fl-infiq effi\u010bjenti g\u0127all-investiment fil-\u0127iliet ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u tal-persuni mda\u0127\u0127lin fi\u017c-\u017cmien u fl-edukazzjoni tag\u0127hom ukoll jistg\u0127u jkunu ta' g\u0127ajnuna.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, l-imsie\u0127ba so\u010bjali jistg\u0127u jag\u0127tu kontribut kbir biex jitnaqqas id-distakk bejn il-\u0127addiema \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u dawk ta' et\u00e0 iktar avvanzata sabiex jippromwovu suq tax-xog\u0127ol i\u017cjed \u0121ust g\u0127at-tnejn li huma.", "Dan jinkludi l-promozzjoni tat-tag\u0127lim tul il-\u0127ajja, il-provvista ta' benefi\u010b\u010bji tal-protezzjoni so\u010bjali u l-g\u0127oti ta' kontribut fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-le\u0121i\u017clazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi u tal-politiki attivi tas-suq tax-xog\u0127ol.", "Sfond", "Ir-rie\u017cami annwali dwar l-Impjiegi u l-I\u017cviluppi So\u010bjali fl-Ewropa jirrapporta dwar l-a\u0127\u0127ar xejriet so\u010bjali u tal-impjiegi, u jirrifletti dwar l-isfidi tal-\u0121ejjieni u dwar it-twe\u0121ibiet possibbli ta' politika g\u0127alihom.", "Dan huwa r-rapport prin\u010bipali tal-Kummissjoni Ewropea li jipprovdi evidenza u anali\u017ci u li jirrie\u017camina x-xejriet u l-isfidi tal-\u0121ejjieni fis-suq tax-xog\u0127ol.", "Hemm bosta e\u017cempji konkreti ta' kif il-Kummissjoni be\u0127siebha tindirizza l-isfidi msemmija fir-rapporti annwali dwar l-ESDE.", "Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali, pere\u017cempju, iservi b\u0127ala boxxla biex nibqg\u0127u fir-rotta lejn swieq tax-xog\u0127ol \u0121usti u li ja\u0127dmu tajjeb.", "Dan g\u0127andu l-g\u0127an li ji\u017cgura li l-mudelli so\u010bjali tag\u0127na jkunu adattati g\u0127as-seklu 21, spe\u010bjalment fil-kuntest tas-so\u010bjetajiet li qed jixjie\u0127u u tad-di\u0121italizzazzjoni.", "L-inizjattivi li jakkumpanjawh, b\u0127all-konsultazzjonijiet mal-imsie\u0127ba so\u010bjali dwar l-immodernizzar tal-kuntratti tax-xog\u0127ol u l-a\u010b\u010bess g\u0127all-protezzjoni so\u010bjali, g\u0127andhom l-g\u0127an li ji\u017cguraw kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol \u010bari u protezzjoni so\u010bjali anke g\u0127al dawk li jkollhom tipi ta' impjiegi li ma jkunux standard.", "Fil-qalba tal-\u201cA\u0121enda l-\u0120dida g\u0127all-\u0126iliet g\u0127all-Ewropa\u201d hemm proprju l-investiment fin-nies u li dawn jing\u0127ataw is-setg\u0127a ja\u0127tfu l-opportunitajiet ta' impjieg ta' kwalit\u00e0.", "Din g\u0127andha l-g\u0127an li tappo\u0121\u0121a l-i\u017cvilupp tal-\u0127iliet ta\u010b-\u010bittadini biex ikunu ppreparati g\u0127ad-dinja tax-xog\u0127ol li qed tinbidel.", "L-isforzi tal-Kummissjoni biex jitnaqqas il-qg\u0127ad b'mod \u0121enerali u l-qg\u0127ad fost i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 b'mod partikolari qed iwasslu g\u0127ar-ri\u017cultati mixtieqa.", "Mill-eqqel tal-kri\u017ci fl-2013, hemm 1,8 miljun \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u \u017cag\u0127\u017cug\u0127a inqas li huma qieg\u0127da fl-UE u miljun \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u \u017cag\u0127\u017cug\u0127a inqas li huma barra mill-edukazzjoni, minn impjieg jew minn ta\u0127ri\u0121 (l-hekk imsej\u0127a NEETs).", "Bl-estensjoni tal-Garanzija g\u0127a\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127, bil-pagament finanzjarju supplimentari tal-Inizjattiva favur l-Impjieg ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 u bl-inizjattiva li \u0121iet ippre\u017centata dan l-a\u0127\u0127ar biex inkomplu Ninvestu fi\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 tal-Ewropa, il-Kummissjoni g\u0127andha l-g\u0127an li timmassimizza l-probabbilt\u00e0 li \u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jirnexxu fis-suq tax-xog\u0127ol.", "G\u0127al i\u017cjed tag\u0127rif", "MEMO: Ir-Rie\u017cami tal-2017 dwar l-Impjiegi u l-I\u017cviluppi So\u010bjali fl-Ewropa \u2013 Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "Skeda informattiva: Ir-Rie\u017cami tal-2017 dwar l-Impjiegi u l-I\u017cviluppi So\u010bjali fl-Ewropa \u2013 \u010aifri ewlenin", "Ir-rie\u017cami tal-2017 dwar l-Impjiegi u l-I\u017cviluppi So\u010bjali fl-Ewropa", "Id-dimensjoni so\u010bjali tal-Ewropa: \u0126arsa \u0121enerali lejn l-inizjattivi mill-bidu tal-Kummissjoni Juncker 'il hawn", "A\u0127bar fuq is-sit web tad-D\u0120 Impjiegi", "Impjiegi u anali\u017ci so\u010bjali", "Segwi lil Marianne Thyssen fuq Twitter u fuq Facebook", "#ESDE2017", "Abbona g\u0127all-bulettin dwar l-impjiegi, l-affarijiet so\u010bjali u l-inklu\u017cjoni tal-Kummissjoni Ewropea mibg\u0127ut b'xejn bil-posta elettronika"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_2029", "title": "DIbattitu dwar il-\u0120ejjieni tal-Ewropa: sa issa saru 1,750 avveniment b'potenzjal li jintla\u0127qu aktar minn 30 miljun Ewropew", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GENINFO,PRIO", "date": "Sun, 16 Jul 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Erba' xhur wara li l-Kummissjoni ppre\u017centat il-White Paper tag\u0127ha dwar il-\u0120ejjieni tal-Ewropa, id-dibattitu dwar il-\u0121ejjieni tal-Ewropa qed jirranka u sa issa potenzjalment intla\u0127qu aktar minn 30 miljun \u010bittadin.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal: \"Iqawwili qalbi \u0127afna li nara daqstant nies jimpenjaw ru\u0127hom fid-dibattitu dwar il-\u0121ejjieni tal-Unjoni Ewropea, li l-Kummissjoni nediet fl-1 ta' Marzu 2017 bil-White Paper tag\u0127na.", "Di\u0121\u00e0 g\u0127andna \u0127afna opinjonijiet differenti espressi u momentum po\u017cittiv qawwi li qed imexxina\u2018l quddiem.", "Se nispjega l-vi\u017cjoni tieg\u0127i f'Settembru i\u017cda fil-verit\u00e0 l-\u0121ejjieni tal-Ewropa se tfassluh intom.", "Intom qed tiktbu l-kotba tal-istorja ta' g\u0127ada.", "G\u0127aldaqstant komplu impenjaw ru\u0127kom u semmg\u0127u le\u0127inkom!\"", "Il-Kummissjoni offriet \u0127ames xenarji g\u0127al kif l-UE tista' ti\u017cviluppa fl-10 snin li \u0121ejjin.", "In\u017camm dibattitu wiesa', bl-appo\u0121\u0121 ta' istituzzjonijiet politi\u010bi u tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili b'mod \u0121enerali.", "Sa issa, aktar minn 270,000 \u010bittadin attendew aktar minn 1,750 avveniment organizzat jew appo\u0121\u0121at mill-Kummissjoni b'\u0127afna o\u0127rajn li pparte\u010bipaw onlajn (ara \u010b-\u010bifri hawnhekk).", "L-avvenimenti u d-dettalji se jkomplu ji\u0121u organizzati matul ix-xhur li \u0121ejjin u \u010b-\u010bittadini jistg\u0127u jikkontribwixxu direttament hawnhekk ukoll: https://ec.europa.eu/commission/give-your-comments_mt", "I\u010b-\u010bittadini huma mitluba jkomplu jesprimu l-opinjonijiet tag\u0127hom, spe\u010bjalment qabel id-diskors annwali dwar l-Istat tal-Unjoni fit-13 ta' Settembru 2017, meta l-President Juncker jispjega l-vi\u017cjoni tieg\u0127u g\u0127all-\u0121ejjieni tal-Ewropa.", "Sfond", "Fl-1 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni nediet dibattitu pan-Ewropew bil-White Paper dwar il-\u0120ejjieni tal-Ewropa, li se jippermetti li \u010b-\u010bittadini u l-mexxejja jsawru l-vi\u017cjoni tal-UE b'27 Stat Membru.", "Il-White Paper toffri \u0127ames xenarji g\u0127all-evoluzzjoni tal-Unjoni sal-2025:", "Ix-xenarji jkopru firxa ta' possibbiltajiet u l-e\u017citi jvarjaw skont il-qasam ta' politika li ji\u0121i indirizzat.", "Min-natura tag\u0127hom iservu ta' illustrazzjoni u la jeskludu lil xulxin u lanwas huma e\u017cawrjenti.", "Il-Kummissjoni ppre\u017centat ukoll sensiela ta' dokumenti ta' riflessjoni dwar kwistjonijiet ewlenin g\u0127all-Ewropa: (1) l-i\u017cviluppar tad-dimensjoni so\u010bjali tal-Ewropa; (2) l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja; (3) l-immani\u0121\u0121ar tal-globalizzazzjoni; (4) il-\u0121ejjieni tad-difi\u017ca tal-Ewropa u (5) il-futur tal-finanzi tal-UE.", "Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President Juncker f'Settembru tal-2017 se jag\u0127ti spinta lil dawn l-ideat qabel ma jkunu jistg\u0127u jinsiltu l-ewwel konklu\u017cjonijiet fil-Kunsill Ewropew ta' Di\u010bembru 2017.", "Dan se jg\u0127in biex tittie\u0127ed de\u010bi\u017cjoni dwar pjan ta' azzjoni li g\u0127andu ji\u0121i varat fil-\u0127in g\u0127all-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' \u0120unju 2019.", "G\u0127al Aktar informazzjoni", "Skeda informattiva: Id-Dibattitu dwar il-\u0120ejjieni tal-Ewropa", "Segwi d-diskors fuq il-midja so\u010bjali permezz tal-hashtag #SOTEU.", "Il-pa\u0121na web https://ec.europa.eu/commission/state-union-2016_mt", "White Paper dwar il-\u0120ejjieni tal-Ewropa", "Il-pro\u010bess tal-White Paper", "Id-Djalogi ta\u010b-\u010aittadini", "L-ist\u0127arri\u0121 tal-Ewrobarometru dwar il-\u0120ejjieni tal-Ewropa li sar f'Ottubru 2016 u f'April 2017", "L-Istorja Ewropea: 60 sena ta' progress flimkien", "Fold your own Origami EU60 Dove", "#EU60 #FutureOfEurope"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_2031", "title": "L-UE u l-Bra\u017cil jg\u0127aqqdu l-isforzi tag\u0127hom biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi fejn jid\u0127lu s-sussidji g\u0127all-azjendi agrikoli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL,TRADEPOL", "date": "Sun, 16 Jul 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Proposta kon\u0121unta tad-WTO tindirizza wkoll il-promozzjoni tas-sigurt\u00e0 tal-ikel b'mod li ma tikkaw\u017cax distorsjoni tas-suq.", "L-UE u l-Bra\u017cil - tnejn mill-akbar produtturi tad-dinja ta' prodotti agrikoli - illum ippre\u017centaw lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummer\u010b (WTO) proposta kon\u0121unta dwar appo\u0121\u0121 g\u0127all-produzzjoni agrikola u mi\u017curi dwar is-sigurta tal-ikel.", "L-objettiv huwa li ji\u0121u limitati d-distorsjonijiet tas-suq, sabiex ji\u0121u assigurati kundizzjonijiet ekwi g\u0127all-bdiewa filwaqt li jittie\u0127du f'kunsiderazzjoni l-\u0127ti\u0121ijiet partikolari tal-pajji\u017ci li qeg\u0127din ji\u017cviluppaw,", "Il-Kolumbja, il-Per\u00f9 u l-Urugwaj di\u0121\u00e0 esprimew l-appo\u0121\u0121 tag\u0127hom g\u0127all-inizjattiva u qeg\u0127din huma wkoll jisponsorjaw il-proposta tal-UE u l-Bra\u017cil.", "L-appo\u0121\u0121 domestiku g\u0127all-agrikoltura hija kwistjoni ta' importanza fin-negozjati li jwasslu g\u0127all-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO (MC11) li se ssir fi Buenos Aires f'Di\u010bembru 2017.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Kummer\u010b Cecilia Malmstr\u00f6m qalet: \u201cFlimkien mal-Bra\u017cil u ma' pajji\u017ci o\u0127ra qeg\u0127din nuru l-appo\u0121\u0121 qawwi tag\u0127na g\u0127al sistema globali ta' kummer\u010b ibba\u017cata fuq ir-regoli, f'mument ta' importanza g\u0127all-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummer\u010b.", "Il-proposta tag\u0127na hija fl-istess \u0127in ambizzju\u017ca u realistika.", "Hija se ti\u017cgura li jista' jkollna negozati li j\u0127arsu \u2018l quddiem u nittamaw ta' su\u010b\u010bess dwar din il-kwistjoni importanti fi Buenos Aires.", "Phil Hogan, il-Kummissarju responsabbli g\u0127all-Agrikoltura u l-I\u017cvilupp Rurali, qal: \u201cNinsab kuntant li l-UE u l-Bra\u017cil huma fil-po\u017cizzjoni li jkomplu jaqdu r-rwol ewlieni tag\u0127hom minn wara l-Konferenza Ministerjali ta' Nairobi tal-2015, fejn il-proposta kon\u0121unta tag\u0127na wasslet g\u0127al riforma storika tar-regoli globali dwar l-esportazzjoni fl-agrikoltura.", "Issa qeg\u0127din indawru l-attenzjoni tag\u0127na g\u0127as-sussidji domesti\u010bi lill-agrikultura.", "L-UE rriformat b'mod sostanzjali l-politika agrikola tag\u0127ha.", "Din il-proposta g\u0127andha twassal biex Membri o\u0127ra tad-WHO isegwu l-e\u017cempju tag\u0127na u b'hekk jaraw li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi g\u0127all-bdiewa kollha fis-swieq lokali, re\u0121jonali u globali.", "Il-propsta tissu\u0121\u0121erixxi li ji\u0121u stabbliti kundizzjonijiet ekwi bejn il-membri tad-WTO billi ji\u0121u limitati s-sussidji lill-irziezet li jikkaw\u017caw distorsjoni fis-suq fi proporzjon mad-daqs tas-settur agrikolu ta' kull pajji\u017c.", "L-inizjattiva tie\u0127u f'kunsiderazzjoni l-\u0127ti\u0121ijiet spe\u010bifi\u010bi tal-pajji\u017ci li qeg\u0127din ji\u017cviluppaw: il-pajji\u017ci li huma l-anqas \u017cviluppati jkunu e\u017centi minn kwalunkwe limitu fuq is-sussidju, sabiex is-settur tag\u0127hom tal-biedja jkun jista' ji\u017cviluppa.", "Pajji\u017ci o\u0127ra li qeg\u0127din ji\u017cviluppaw jistg\u0127u wkoll jag\u0127tu appo\u0121\u0121 lill-bdiewa tag\u0127hom b'mod aktar \u0121eneru\u017c u jie\u0127du aktar \u017cmien biex jadattaw.", "Meta titqies l-importanza tal-qoton g\u0127al \u0127afna pajji\u017ci li qeg\u0127din ji\u017cviluppaw, il-proposta tie\u0127u \u0127sieb ukoll is-sussidji li jo\u0127olqu distorsjoni fil-kummer\u010b g\u0127al dak is-settur b'manjiera immirata, tempestu\u017ca u ambizzju\u017ca.", "Fejn jid\u0127lu l-iskemi ta' \u017camma ta' stokks pubbli\u010bi g\u0127al skopijiet ta' sigurt\u00e0 alimentari, il-proposta timplimenta l-mandat mill-Konferenza Ministerjali tal-2013 ta' rikon\u010biljazzjoni bejn il-pratti\u010bi pubbli\u010bi e\u017cistenti u r-regoli ta' sussidju tad-WHO.", "Ir-regoli dwar tali skemi ta' \u017camma ta' stokks pubbli\u010bi ikunu msa\u0127\u0127a u akkumpanjati minn mi\u017curi sabiex ji\u0121u evitati effetti negattivi li jikkaw\u017caw distorsjoni fis-suq.", "Kwistjonijiet o\u0127ra, fejn l-UE qieg\u0127da wkoll tirsisti biex jinstabu soluzzjonijiet \u0121odda, u li g\u0127andhom ji\u0121u diskussi fil-Laqg\u0127a Ministerjali tad-WTO ta' Di\u010bembru huma s-sussidji fuq is-sajd, il-kummer\u010b elettroniku, ir-regolamentazzjoni domestika fis-servizzi, it-trasparenza g\u0127al kumpaniji i\u017cg\u0127ar, u l-fa\u010bilitazzjoni tal-investiment.", "Aktar informazzjoni", "Rapport tad-WHO jilqa' l-impenn tal-UE fid-WTO u l-appell qawwi tag\u0127ha ta' re\u017cistenza kontra l-protezzjoni\u017cmu", "L-A\u0121enda ta' Doha g\u0127all-I\u017cvilupp", "L-G\u0127axar Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummer\u010b (Nairobi, mill-15 sat-18 ta' Di\u010bembru 2015)", "L-UE tmexxi l-isforzi biex ti\u0121i indirizzata l-kompetizzjoni fl-esportazzjoni agrikola fl-G\u0127axar Konferenza Ministerjali tad-WTO"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_6837", "title": "Arja Iktar Nadifa fl-2020: Jid\u0127ol fis-se\u0127\u0127 limitu massimu ta' 0,5% kubrit g\u0127all-vapuri fid-dinja kollha", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENVIRO,MARAFFISH,TRANSPORT", "date": "Thu, 02 Jan 2020 23:00:00 GMT", "text": ["Mill-1 ta' Jannar 2020, il-kontenut massimu ta' kubrit fil-fjuwils tat-trasport fil-ba\u0127ar se jitnaqqas g\u0127al 0,5 % (jitnaqqas minn 3,5 %) fid-dinja kollha \u2013 u dan se jnaqqas it-tni\u0121\u0121is tal-arja u se jipprote\u0121i s-sa\u0127\u0127a u l-ambjent.", "L-emissjonijiet tal-ossidi tal-kubrit (SOx) mill-magni bil-kombustjoni tal-vapuri jikkaw\u017caw ix-xita a\u010bidu\u017ca u ji\u0121\u0121eneraw trab fin li jista' jwassal g\u0127al mard respiratorju u kardjovaskulari, kif ukoll g\u0127al stennija tal-g\u0127omor imnaqqsa.", "Il-Kummissarju g\u0127at-Trasport, Adina V\u0103lean, stqarret: \u201cIt-trasport marittimu huwa negozju globali, u huma me\u0127tie\u0121a soluzzjonijiet globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet prodotti minnu.", "Id-d\u0127ul fis-se\u0127\u0127 tal-limitu massimu ta' kubrit fid-dinja kollha huwa stadju importanti g\u0127as-settur marittimu kollu; se jag\u0127ti kontribut biex ikomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi ta' \u0127sara li jni\u0121\u0121su fl-arja, u b'hekk jibbenefikaw direttament il-bliet u l-komunitajiet madwar id-dinja, inklu\u017c dawk importanti fix-xtut tan-Nofsinhar tal-Ewropa.", "Juri wkoll li jekk l-UE u l-OMI ji\u0121bdu \u0127abel wie\u0127ed, u jkun hemm l-impenn qawwi mill-industrija, jistg\u0127u jinkisbu benefi\u010b\u010bji importanti g\u0127all-ambjent u g\u0127as-sa\u0127\u0127a ta\u010b-\u010bittadini tag\u0127na.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-Ambjent, l-O\u010beani u s-Sajd, Virginijus Sinkevi\u010dius, \u017cied jg\u0127id: \u201cPermezz tal-Patt Ekolo\u0121iku Ewropew se titwettaq l-ambizzjoni ta' \u017cero tni\u0121\u0121is kemm g\u0127an-newtralit\u00e0 klimatika kif ukoll g\u0127al ambjent \u0127ieles mill-emissjonijiet tossi\u010bi.", "Din l-ambizzjoni tal-UE tipprote\u0121i l-benesseri ta\u010b-\u010bittadini tag\u0127na, i\u017cda ti\u017cgura wkoll li jkollna ambjenti, ib\u0127ra u o\u010beani nodfa u f'sa\u0127\u0127ithom fil-qafas ta' ekonomija blu sostenibbli u \u0127ielsa mill-karbonju, bl-impenn tal-partijiet kollha b'mod kon\u0121unt, inklu\u017c it-trasport marittimu.", "Nilqg\u0127u l-istandards g\u0127al limitu massimu baxx ta' kubrit fid-dinja kollha u fi\u017c-\u017boni ta' Kontroll tal-Emissjonijiet, biex b'hekk iktar \u010bittadini tal-UE li jg\u0127ixu qrib il-kosta jkollhom arja nadifa.\u201d", "L-appro\u010b\u010b tal-UE g\u0127al limitu massimu baxx ta' kubrit b\u0127ala e\u017cempju internazzjonali", "Mill-2012 'l hawn, l-UE \u0127adet azzjoni de\u010bi\u017ca sabiex jitnaqqas il-kontenut tal-kubrit tal-fjuwils tat-trasport fil-ba\u0127ar permezz tad-Direttiva dwar il-Kubrit.", "Fl-2016, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) \u017cammet l-2020 b\u0127ala d-data tad-d\u0127ul fis-se\u0127\u0127 tal-limitu massimu ta' 0,5 % kubrit fid-dinja kollha.", "Barra minn hekk, f'xi ekosistemi fra\u0121li \u0127afna b\u0127all-Ba\u0127ar Baltiku u l-Ba\u0127ar tat-Tramuntana \u2013 de\u017cinjati \u201c\u017boni ta' Kontroll tal-Emissjonijiet tal-Ossidi tal-Kubrit\u201d (SECAs) \u2013 il-kontenut massimu tal-kubrit kien ilu mill-2015 imnaqqas g\u0127al 0,10 %.", "Permezz ta' dawn il-limiti massimi iktar stretti, il-kon\u010bentrazzjonijiet tad-diossidu tal-kubrit naqsu b'iktar min-nofs madwar is-SECAs, u dan kien ta' benefi\u010b\u010bju g\u0127as-sa\u0127\u0127a tan-nies fir-re\u0121juni kostali u fil-portijiet, filwaqt li l-impatti ekonomi\u010bi \u0121enerali fuq is-settur baqg\u0127u minimi.", "Il-passi li jmiss g\u0127as-sostenibbilt\u00e0 fit-trasport marittimu", "Abba\u017ci tas-su\u010b\u010bess fl-implimentazzjoni tal-limiti ta\u017c-\u017bona ta' Kontroll tal-Emissjonijiet (ECA), huwa mistenni li l-introduzzjoni tal-limitu massimu ta' kubrit fid-dinja kollha twassal ri\u017cultati simili.", "L-UE qed ta\u0127dem b'mod attiv ukoll fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta' Bar\u010bellona, g\u0127ad-de\u017cinjazzjoni futura possibbli ta' ECAs mill-OMI f'ilmijiet o\u0127ra tal-UE b\u0127all-Ba\u0127ar Mediterran.", "L-UE g\u0127amlet l-almu tag\u0127ha g\u0127al rwol attiv biex ji\u0121u indirizzati l-emissjonijiet marittimi b'mod iktar \u0121enerali, kemm fl-UE kif ukoll fid-dinja kollha.", "Fl-2018, l-OMI qablet li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu mit-trasport marittimu b'minn tal-inqas 50 % sal-2050.", "L-UE u l-Istati Membri tag\u0127ha kellhom rwol strumentali fin-negozjar u fil-ksib tal-patt g\u0127as-settur, li attwalment jirrappre\u017centa 2-3 % tal-emissjonijiet globali tas-CO2.", "Di\u0121\u00e0 qed isiru diskussjonijiet fl-OMI sabiex dan il-patt jissarraf f'mi\u017curi konkreti.", "Sabiex ji\u0121i indirizzat it-tni\u0121\u0121is mill-plastik fl-o\u010beani tag\u0127na, l-UE adottat regoli \u0121odda dwar il-fa\u010bilitajiet portwarji ta' akkoljenza g\u0127all-iskart, u \u017cgurat li l-iskart i\u0121\u0121enerat abbord il-vapuri jew mis-sajd fuq il-ba\u0127ar jin\u0121abar u ji\u0121i ttrattat fil-portijiet.", "L-UE qed ta\u0127dem ukoll mal-OMI sabiex ji\u0121i indirizzat it-t\u0127assib rigward l-iskariku tal-ilmijiet mis-sistemi ta' wara t-trattament li jintu\u017caw mill-vapuri.", "L-objettiv hu li ti\u0121i \u017cgurata s-sostenibbilt\u00e0 s\u0127i\u0127a ta' dawk is-sistemi, possibbilment billi ji\u0121u stabbiliti rekwi\u017citi le\u0121i\u017clattivi iktar stretti u uniformi.", "Barra minn hekk, il-Patt Ekolo\u0121iku Ewropew, ippre\u017centat mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen f'Di\u010bembru 2019, jistabbilixxi azzjoni ulterjuri biex it-trasport marittimu jkun iktar sostenibbli, pere\u017cempju l-estensjoni tal-iskambju Ewropew ta' kwoti tal-emissjonijiet g\u0127as-settur marittimu.", "Sfond", "It-trasport marittimu g\u0127andu impatt dirett fuq il-kwalit\u00e0 tal-arja f'\u0127afna bliet kostali Ewropej.", "Il-gassijiet tal-eg\u017cost mill-vapuri huma sors sinifikanti ta' tni\u0121\u0121is tal-arja, inklu\u017c permezz tal-emissjonijiet tal-ossidi tal-kubrit li jirri\u017cultaw mill-\u0127ruq ta\u017c-\u017cejt tal-fjuwil.", "L-ossidi tal-kubrit jag\u0127mlu \u0127sara lis-sistema respiratorja tal-bniedem u jag\u0127mluha diffi\u010bli li wie\u0127ed jie\u0127u n-nifs.", "Tradizzjonalment, il-vapuri ju\u017caw i\u017c-\u017cjut tal-fjuwil g\u0127all-propulsjoni, li jista' jkollhom kontenut tal-kubrit sa 3,50 %.", "B\u0127ala paragun, il-kontenut tal-kubrit tal-fjuwils fit-trakkijiet jew fil-karozzi tal-passi\u0121\u0121ieri ma jridux jaqb\u017cu \u017c-0,001 %.", "Id-Direttiva dwar il-Kubrit tal-2012, li \u0121iet reveduta fl-2016, naqset l-emissjonijiet tal-ossidi tal-kubrit billi stabbiliet livelli massimi ta' kontenut tal-kubrit g\u0127all-fjuwils tat-trasport fil-ba\u0127ar u inkorporat standards \u0121odda stabbiliti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fil-li\u0121i tal-UE, kemm fi\u017c-\u017coni protetti b'mod re\u0121jonali kif ukoll 'il barra minnhom.", "G\u0127al Iktar Informazzjoni", "Il-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekolo\u0121iku Ewropew", "L-emissjonijiet fl-arja mit-trasport marittimu", "Stqarrija g\u0127all-Istampa \u2013 id-D\u0120 g\u0127all-Ambjent", "Id-Direttiva dwar il-fa\u010bilitajiet portwarji ta' akkoljenza g\u0127all-iskart", "Filmati \u0121odda"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_3664", "title": "Pakkett tal-\u0126arifa tas-Semestru Ewropew: Na\u0127dmu g\u0127al irkupru ekonomiku aktar b'sa\u0127\u0127tu u aktar inklussiv", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF,ESAI,EURSO", "date": "Tue, 15 Nov 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tistabbilixxi prijoritajiet ekonomi\u010bi u so\u010bjali tal-UE g\u0127as-sena li jmiss, tikkonferma l-\u0127tie\u0121a biex ikun hemm \u010baqliq lejn po\u017cizzjoni fiskali aktar po\u017cittiva g\u0127a\u017c-\u017bona tal-Ewro, u tlesti l-valutazzjoni tal-Abbozz ta' Pjanijiet Ba\u0121itarji tal-Istati Membri fi\u017c-\u017bona tal-Ewro.", "Il-Kummissjoni llum tistabbilixxi l-fehmiet tag\u0127ha dwar il-prijoritajiet ekonomi\u010bi u so\u010bjali tal-UE g\u0127as-sena li jmiss, billi tibni fuq il-gwida mid-diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2016 u fuq l-a\u0127\u0127ar data ekonomika mit-Tbassir tal-\u0126arifa tal-Kummissjoni g\u0127all-2016.", "Il-pakkett tal-lum jag\u0127ti bidu g\u0127a\u010b-\u010biklu ta' governanza ekonomika g\u0127all-2017, l-hekk imsejja\u0127 Semestru Ewropew.", "Il-President Jean-Claude Juncker qal: \"Is-Semestru Ewropew tal-2017 li se nibdew illum se jkun de\u010bi\u017civ g\u0127all-Ewropa biex timmani\u0121\u0121ja l-perjodu ta' rotazzjoni ekonomiku u so\u010bjali tag\u0127ha.", "Jien nemmen li jirnexxielna.", "G\u0127alhekk, illum il-Kummissjoni qed tirrakkomanda po\u017cizzjoni fiskali po\u017cittiva li tappo\u0121\u0121ja l-irkupru u l-politika monetarja tal-Bank \u010aentrali Ewropew, li m'g\u0127andux i\u0121orr il-pi\u017c wa\u0127du.", "Kull Stat Membru g\u0127andu jag\u0127mel il-parti tieg\u0127u: dawk li jaffordjaw je\u0127tie\u0121 li jinvestu iktar, filwaqt li dawk li g\u0127andhom inqas spazju fiskali g\u0127andhom isegwu riformi u konsolidazzjoni fiskali li jiffavorixxu t-tkabbir.\"", "L-Ewropa qed tesperjenza rkupru fra\u0121ili imma relattivament re\u017ciljenti u intensiv fl-impjiegi.", "Il-PGD tag\u0127ha issa huwa og\u0127la meta mqabbel ma' qabel il-kri\u017ci.", "Il-qg\u0127ad qed jonqos u l-investiment qed jer\u0121a' jikber.", "Madankollu, ma hemm l-ebda lok g\u0127all-kompja\u010benza.", "U\u0127ud mill-ixprunar li appo\u0121\u0121aw l-irkupru sa issa qed jisparixxu.", "Dak li \u0127alliet warajha l-kri\u017ci, spe\u010bjalment l-impatt so\u010bjali, il-livelli g\u0127oljin tad-dejn pubbliku u privat, u s-sehem tas-self improduttiv, g\u0127adhom fi stat li jin\u0127assu fit-tul.", "Il-Kummissjoni g\u0127alhekk tappella lill-Istati Membri biex jirdoppjaw l-isforzi tag\u0127hom skont il-prin\u010bipji tat-\"triangolu virtwu\u017c\" g\u0127all-ixprunar tal-investiment, ji\u0121u segwiti riformi strutturali u ji\u0121u \u017cgurati politiki fiskali responsabbli, u b'dan, jitpo\u0121\u0121a l-iffokar fuq l-ugwaljanza so\u010bjali u jitwettaq tkabbir aktar inklussiv.", "Dan l-a\u0127\u0127ar il-Kummissjoni ppre\u017centat il-prijoritajiet tag\u0127ha g\u0127al azzjoni fil-livell tal-UE fil-Programm ta' \u0126idma g\u0127all-2017 tag\u0127ha, inklu\u017c it-tis\u0127i\u0127 tal-Pjan ta' Investiment g\u0127all-Ewropa.", "Il-pakkett tal-lum jipprovdi gwida g\u0127all-politiki ekonomi\u010bi u so\u010bjali tal-Istati Membri.", "Jekk in\u0127arsu lejn i\u017c-\u017bona tal-Ewro partikolarment, il-Kummissjoni qed tappella g\u0127al po\u017cizzjoni fiskali aktar po\u017cittiva sinifikantament g\u0127a\u017c-\u017cona tal-munit\u00e0 b'mod \u0121enerali biex jing\u0127eleb ir-riskju ta \"tkabbir baxx, inflazzjoni baxxa\", u biex jing\u0127ata appo\u0121\u0121 lill-politika monetarja tal-Bank \u010aentrali Ewropew.", "Il-gwida politika fl-Ist\u0127arri\u0121 Annwali dwar it-Tkabbir hija akkumpanjata minn Komunikazzjoni dwar il-po\u017cizzjoni fiskali ta\u017c-\u017bona tal-Ewro, rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika ta\u017c-\u017bona tal-Ewro, kif ukoll permezz anali\u017ci tal-kundizzjonijiet ekonomi\u010bi, tas-suq tax-xog\u0127ol u so\u010bjali.", "Il-Kummissjoni qed to\u0127ro\u0121 ukoll l-Opinjonijiet tag\u0127ha dwar l-Abbozz ta' Pjanijiet Ba\u0121itarji tal-Istati Membri fi\u017c-\u017bona tal-Ewro g\u0127all-2017.", "Po\u017cizzjoni fiskali po\u017cittiva g\u0127a\u017c-\u017bona tal-Ewro", "Fl-ittra ta' intenzjoni li takkumpanja d-diskors tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2016, il-President Juncker i\u0127abbar il-\u0127sieb tal-Kummissjoni biex t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 \"po\u017cizzjoni fiskali po\u017cittiva g\u0127a\u017c-\u017bona tal-Ewro, b'appo\u0121\u0121 tal-politika monetarja tal-Bank \u010aentrali Ewropew\".", "Id-diskussjoni dwar il-po\u017cizzjoni fiskali xierqa g\u0127a\u017c-\u017bona tal-Ewro hija aspett ewlieni tal-isforzi tal-Kummissjoni biex tlesti l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa, b\u0127ala parti mill-Ewwel Stadju tas-segwitu g\u0127ar-Rapport tal-\u0126ames Presidenti ta' \u0120unju 2015 (\"tis\u0127i\u0127 permezz ta' azzjoni\").", "Kemm il-politika monetarja u kemm il-politika fiskali g\u0127andhom rwol importanti fl-istabbilizzazzjoni makroekonomika.", "Fi\u017c-\u017cona tal-ewro, il-politika monetarja \u0121iet ma\u0121suba u mfassla b\u0127ala strument uniku.", "B'paragun, fin-nuqqas ta' ba\u0121it \u010bentralizzat jew funzjoni ta' stabbilizzazzjoni, il-politika fiskali ta\u017c-\u017bona tal-Ewro hija r-ri\u017cultat tal-aggregar ta' 19-il politika fiskali individwali.", "Fuq il-ba\u017ci tal-a\u0127\u0127ar data, u ming\u0127ajr ma tqieset il-flessibbilt\u00e0 prevista fir-regoli, twettiq s\u0127i\u0127 tar-rekwi\u017citi fiskali li jinsabu fir-Rakkomandazzjonijiet Spe\u010bifi\u010bi g\u0127all-Pajji\u017c (RSP) adottati mill-Kunsill f'Lulju 2016 jimplika, b'mod aggregat, po\u017cizzjoni fiskali restrittiva moderatament g\u0127a\u017c-\u017bona tal-Ewro b'mod \u0121enerali fl-2017 u fl-2018.", "Min\u0127abba l-\u0127tie\u0121a li jkun hemm appo\u0121\u0121 g\u0127all-irkupru u fid-dawl tal-in\u010bertezza usa' f'dan i\u017c-\u017cmien, din il-po\u017cizzjoni fiskali ma tidhirx xierqa.", "Fil-Komunikazzjoni tag\u0127ha, il-Kummissjoni tenfasizza l-\u0127tie\u0121a g\u0127al po\u017cizzjoni fiskali aktar po\u017cittiva u li issa hemm l-opportunit\u00e0 biex din tinkiseb.", "Po\u017cizzjoni fiskali po\u017cittiva tirreferi kemm g\u0127ad-direzzjoni ta' appo\u0121\u0121, ji\u0121ifieri espansjonarja, li l-politika fiskali te\u0127tie\u0121 li tie\u0127u b'mod \u0121enerali, u g\u0127all-kompo\u017cizzjoni tal-a\u0121\u0121ustament fiskali, f'termini tad-distribuzzjoni tal-isforzi madwar il-pajji\u017ci u tat-tipi ta' nfiq u / jew taxxi warajha.", "Biex titwettaq tali po\u017cizzjoni fiskali, i\u017c-\u017bona tal-Ewro trid tadatta appro\u010b\u010b aktar kollettiv li jqis id-differenzi fis-sitwazzjonijiet madwar il-pajji\u017ci: (i) g\u0127all-Istati Membri li qed jaqb\u017cu l-objettivi fiskali tag\u0127hom, dawn g\u0127andhom ju\u017caw l-ispazju fiskali tag\u0127hom biex jappo\u0121\u0121jaw id-domanda domestika u l-investimenti ta' kwalit\u00e0, inklu\u017c dawk transfruntiera, b\u0127ala parti mill-Pjan ta' Investiment g\u0127all-Ewropa; (ii) g\u0127all-Istati Membri li je\u0127tiepu iktar a\u0121\u0121ustamenti fiskali ta\u0127t il-parti preventiva tal-Patt, dawn g\u0127andhom ji\u017cguraw ru\u0127hom li jkunu konformi kemm jista' jkun mar-rekwi\u017citi tal-Patt ta' Stabbilt\u00e0 u Tkabbir; (iii) g\u0127al-Istati Membri ta\u0127t il-parti korrettiva, dawn g\u0127andhom ji\u017cguraw korrezzjoni f'waqtha tad-defi\u010bits e\u010b\u010bessivi tag\u0127hom, inklu\u017c il-forniment ta' bafers fiskali kontra \u010birkustanzi mhux previsti.", "Rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika fi\u017c-\u017bona tal-Ewro", "F'konformita mal-Komunikazzjoni dwar il-po\u017cizzjoni fiskali ta\u017c-\u017cona tal-ewro, il-Kummissjoni tirrakkomanda espansjoni fiskali ta' mhux aktar minn 0.5 % tal-PDG fl-2017 g\u0127a\u017c-\u017cona tal-ewro kollha kemm hi.", "Dan g\u0127andu jikkontribwixxi g\u0127al ta\u0127lita politika bbilan\u010bjata, g\u0127all-appo\u0121\u0121 tar-riformi u g\u0127at-tis\u0127i\u0127 tal-irkupru.", "Ir-rakkomandazzjoni tenfasizza wkoll il-\u0127tie\u0121a li jitwettqu riformi strutturali u tittejjeb il-kwalit\u00e0 tal-finanzi pubbli\u010bi.", "Sa mis-sena l-o\u0127ra l-Kummissjoni ppre\u017centat din ir-rakkomandazzjoni aktar kmieni fi\u010b-\u010biklu ta' kull sena, \u0127alli d-dimensjonijiet ta\u017c-\u017bona tal-Ewro u dawk nazzjonali jistg\u0127u ji\u0121u integrati a\u0127jar fit-tfassil tal-ba\u0121it nazzjonali u \u0127alli l-Istati Membri jkunu jistg\u0127u jqisu l-effetti konsegwenzjali potenzjali u r-responsabbiltajiet kon\u0121unti.", "Ir-rakkomandazzjoni tipprovdi gwida g\u0127a\u017c-\u017bona tal-Ewro b'mod \u0121enerali u g\u0127andha l-g\u0127an li t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 politiki li j\u017cidu l-\u0127olqien tax-xog\u0127ol, il-\u0121ustizzja so\u010bjali u l-konver\u0121enza kif ukoll tixpruna l-investiment g\u0127all-appo\u0121\u0121 tat-tkabbir.", "Ir-Rapport dwar il-Mekkani\u017cmu ta' Twissija (Alert Mechanism Report - AMR)", "L-AMR huwa strument integrali tas-Semestru Ewropew, li g\u0127andu l-g\u0127an li jipprevjeni jew jindirizza l-i\u017cbilan\u010bi li jfixklu t-t\u0127addim bla xkiel tal-ekonomiji tal-Istati Membri, ta\u017c-\u017bona tal-Ewro jew tal-UE \u0121enerali, u j\u0127e\u0121\u0121e\u0121 ir-reazzjonijiet politi\u010bi \u0121usti (l-hekk imsej\u0127a - Pro\u010bedura ta' \u017bbilan\u010bi Makroekonomi\u010bi (Macroeconomic Imbalances Procedure - MIP).", "L-AMR jidentifika l-Istati Membri li g\u0127alihom il-Kummissjoni te\u0127tie\u0121 li tag\u0127mel aktar rie\u017camijiet fid-dettall dwar jekk mhumiex jesperjenzaw \u017cbilan\u010bi.", "Dan ji\u0121i bba\u017cat fuq il-qari ekonomiku tat-tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi miftiehma.", "G\u0127all-2017, 13-il pajji\u017ci se ji\u0121u koperti minn Rie\u017cami fid-Dettall g\u0127ax \u0121ew identifikati \u017cbilan\u010bi fl-anali\u017ci li qed to\u0127ro\u0121 minn dan il-qari tat-tabella ta' calutazzjoni.", "Dawn huma l-istess 13-il pajji\u017c identifikati li g\u0127andhom \u017cbian\u010bi fis-sensiela ta' qabel ta' rie\u017camijiet fid-dettall (il-Bulgarija, il-Kroazja, \u010aipru, il-Finlandja, Franza, il-\u0120ermanja, l-Irlanda, l-Italja, in-Netherlands, il-Portugalj, is-Slovenja, Spanja u l-Isvezja).", "Il-Kummissjoni se tippre\u017centa l-konklu\u017cjonijiet tag\u0127ha dwar l-anali\u017cijiet fil-fond b\u0127ala parti mir-Rapporti tal-Pajji\u017ci annwali tag\u0127ha kmieni fl-2017.", "L-AMR ta' din is-sena jag\u0127mel rie\u017cami tal-progress bil-korrezzjoni ta' \u017cbilan\u010bi makroekonomi\u010bi, partikolarment fi\u017c-\u017bona tal-Ewro, fid-dawl tal-\u0127las tad-dejn li g\u0127addej b\u0127alissa tad-dejn domestiku u estern, \u010berti sfidi li jippersistu fis-settur bankarju, u d-dinami\u010bi fl-i\u017cviluppi tal-prezzijiet tad-djar u tas-suq tax-xog\u0127ol, filwaqt li jqis is-sitwazzjoni so\u010bjali.", "Fil-livell aggregat, i\u017c-\u017bona tal-Ewro qed tkompli jkollha l-akbar surplus fil-kont kurrenti.", "Din kibret aktar fl-2015 u hija mistennija li ter\u0121a' ti\u017cdied din id-sena.", "Is-surplus ta\u017c-\u017bona tal-Ewro huwa simtomatiku ta' dinami\u010bi tad-domanda domestika dg\u0127ajfa fil-ftit snin li g\u0127addew u ta' sforzi g\u0127at-tnaqqis tad-dejn fis-setturi u fl-Istati Membri.", "Abbozz tar-Rapport Kon\u0121unt dwar l-Impjiegi", "L-abbozz tar-rapport ta' din is-sena jipprovdi sommarju tar-rendiment tal-Istati Membri skont ir-rata tal-qg\u0127ad; ir-rata ta' qg\u0127ad fost i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127; l-g\u0127add tan-nies barra mill-edukazzjoni, impjieg jew ta\u0127ri\u0121; introjtu gross disponibbli tal-familja; ir-rata ta' dawk fir-riskju ta' faqar; u l-livell ta' inugwaljanza.", "Ir-rapport jikkonferma li l-irkupru huwa dejjem aktar intensiv fl-impjieg, bis-sa\u0127\u0127a wkoll tar-riformi strutturali ta' dan l-a\u0127\u0127ar f'g\u0127add ta' Stati Membri.", "Sa mill-2013 in\u0127olqu tmien miljun impjieg \u0121did, li minnhom kwa\u017ci \u0127ames miljuni \u0121ew wara l-bidu tal-mandat ta' din il-Kummissjoni.", "Ir-rata tal-qg\u0127ad tal-UE baqg\u0127et nie\u017cla u waqfet g\u0127al 8.5 % f'Settembru 2016 (10 % fi\u017c-\u017bona tal-Ewro), u b'hekk la\u0127qet l-aktar livell baxx tag\u0127ha sa mill-2009 (sa mill-2011 fi\u017c-\u017bona tal-Ewro).", "Fl-istess \u0127in, ir-rata ta' impjieg fil-grupp ta' et\u00e0 bejn l-20 u l-64 sena hija og\u0127la minn dik osservata fl-2008 g\u0127all-ewwel darba, b'71.1 % (fit-tieni kwart tal-2016).", "Dan ifisser li r-rata ta' impjieg ta' 75 %, il-mira stabbilita mill-istrate\u0121ija Ewropa 2020, tista' tintla\u0127aq jekk ix-xejriet ta' b\u0127alissa jkomplu.", "Minkejja l-ewwel sinjali ta' konver\u0121enza fost l-Istati Membri, ir-ri\u017cultati tal-impjieg u so\u010bjali jibqg\u0127u jvarjaw sinifikatament madwar il-pajji\u017ci.", "Il-livelli tal-qg\u0127ad kif ukoll il-faqar g\u0127adhom g\u0127oljin wisq f'\u0127afna re\u0121juni tal-Ewropa.", "Livelli g\u0127oljin ta' inugwaljanza jnaqqsu l-produzzjoni ekonomika u l-potenzjal g\u0127al tkabbir sostenibbli.", "Ir-rapport jenfasizza wkoll il-livell tar-riformi li twettqu fl-Istati Membri.", "Dan se ji\u0121i adottat b'mod kon\u0121unt mal-Kunsill.", "Valutazzjoni tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Ba\u0121itarji", "Il-Kummissjoni lestiet ukoll il-valutazzjoni tag\u0127ha dwar jekk l-Abbozz tal-Pjanijiet Ba\u0121itarji (APB) tal-Istati Membri fi\u017c-\u017bona tal-Ewro g\u0127all-2017 huwiex konformi mad-dispo\u017cizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbilt\u00e0 u Tkabbir.", "F'diversi ka\u017cijiet il-Kummissjoni ssib li l-a\u0121\u0121ustamenti fiskali ppjanati ma jissodisfawx, jew jirriskjaw li ma jissodisfawx, dak li hu me\u0127tie\u0121 mill-Patt ta' Stabbilt\u00e0 u Tkabbir.", "B'mod spe\u010bifiku:", "Dwar il-15-il pajji\u017c fil-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbilt\u00e0 u Tkabbir (PST):", "- g\u0127al \u0127ames pajji\u017ci (il-\u0120ermanja, l-Estonja, il-Lussemburgu, in-Netherlands u s-Slovakkja), l-APB instab li huwa konformi mar-rekwi\u017citi g\u0127all-2017 skont il-PST.", "- g\u0127al erba' pajji\u017ci (l-Irlanda, il-Latvja, Malta u l-Awstrija), l-APB tag\u0127hom nstabu li huma fil-bi\u010b\u010ba l-kbira konformi mar-rekwi\u017citi g\u0127all-2017 skont il-PST.", "G\u0127al dawn il-pajji\u017ci, il-pjanijiet jistg\u0127u jirri\u017cultaw f'xi devjazzjoni mill-perkorsi ta' a\u0121\u0121ustament lejn l-objettiv ba\u0121itarju fuq terminu medju ta' \u017cmien ta' kull pajji\u017c.", "- g\u0127al sitt pajji\u017ci (il-Bel\u0121ju, l-Italja, \u010aipru, il-Litwanja, is-Slovenja u l-Finalndja), l-APB tag\u0127hom jippre\u017centaw riskju ta' nuqqas ta' konformit\u00e0 mar-rekwi\u017citi g\u0127all-2017 skont il-PST.", "L-APB ta' dawn l-Istati Membri jistg\u0127u jirri\u017cultaw f'devjazzjoni sinifikanti mill-perkorsi ta' a\u0121\u0121ustament lejn l-objettiv rispettiv fuq terminu medju.", "Madankollu, il-Finlandja applikat biex tu\u017ca l-klaw\u017cola dwar ir-riforma strutturali u l-klaw\u017cola ta' investiment.", "Il-Kummissjoni se tqis l-in\u010bertezza fuq id-differenzi tal-istimi ta' produzzjoni meta tqis l-eli\u0121ibbilt\u00e0 tal-Finlandja g\u0127all-klaw\u017cola, li jista' jkun li jkollha impatt fuq il-valutazzjoni ta' konformit\u00e0.", "Fil-ka\u017c tal-Litwanja, l-APB ta' ebda bidla fil-politika inkluda applikazzjoni biex tintu\u017ca l-klaw\u017cola ta' riforma strutturali.", "Il-valutazzjoni s\u0127i\u0127a tal-eli\u0121ibbilt\u00e0 possibbli tal-Finlandja u tal-Litwanja g\u0127all-flessibbilt\u00e0 se ssir fi\u010b-\u010biklu normali tas-Semestru Ewropew fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-Programm ta' Stabbilt\u00e0 g\u0127all-2017.", "Rigward it-tliet pajji\u017ci li b\u0127alissa qeg\u0127din fil-parti korrettiva tal-PST (ji\u0121ifieri fi Pro\u010bedura ta' Defi\u010bit E\u010b\u010bessiv):", "- g\u0127al Franza, instab li l-APB huma konformi \u0127afna mar-rekwi\u017citi g\u0127all-2017 skont il-PST, billi l-previ\u017cjoni tal-\u0127arifa tal-2016 tal-Kummissjoni tipprevedi li d-defi\u010bit nominali se jkun kemxejn ta\u0127t il-valur referenzjarju tat-Trattat ta' 3 % tal-PDG fl-2017, g\u0127alkemm hemm nuqqas sinifikanti fl-isforz fiskali meta mqabbel mal-livell rakkomandat u l-korrezzjoni ma tkunx durabbli fl-2018 fuq il-ba\u017ci ta' politiki mhux mibdula.", "- g\u0127al Spanja, l-APB instab li huwa f'riskju ta' nuqqas ta' konformit\u00e0 mar-rekwi\u017citi g\u0127all-2017 skont il-PST.", "Filwaqt li ti\u0121i rikonoxxuta n-natura ta' ebda bidla fil-politika ta' dan it-tbassir, min\u0127abba dan it-tbassir il-Kummissjoni g\u0127all-2017 tbassar li la l-mira intermedja tad-defi\u010bit nominali, u lanqas l-isforz fiskali rakkomandat ma huma se jinkisbu.", "- g\u0127all-Portugall, l-APB instab li huwa ta' riskju ta' nuqqas ta' konformit\u00e0 mar-rekwi\u017citi g\u0127all-2017 ta\u0127t il-PST, g\u0127alkemm id-devjazzjoni prevista taqbe\u017c il-limitu g\u0127al devjazzjoni sinifikanti b'mar\u0121ini baxx \u0127afna.", "G\u0127alhekk jidher li r-riskji \u0121ew ikkontrollati bil-kundizzjoni li jitwettqu l-mi\u017curi fiskali me\u0127tie\u0121a.", "Il-Portugall, li b\u0127alissa qieg\u0127ed ta\u0127t il-parti korrettiva, huwa mbassar li se jirrispetta l-valur referenzjarju tat-Trattat ta' 3 % tal-PDG ta' din is-sena, kif rakkomandat.", "Dan jista' jkun so\u0121\u0121ett g\u0127all-parti preventiva mill-2017, jekk tinkiseb korrezzjoni f'waqtha u sostenibbli tad-defi\u010bit e\u010b\u010bessiv.", "Il-Portugall u Spanja ppre\u017centaw l-APB tag\u0127hom sa nofs Ottubru, kif ukoll rapporti dwar l-azzjoni li ttie\u0127det b'reazzjoni tad-de\u010bi\u017cjonijiet tal-Kunsill biex jing\u0127ata avvi\u017c, adottata fit-8 ta' Awwissu 2016 skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat.", "Sadanittant, il-Kummissjoni vvalutat dawn id-dokumenti u impenjat ru\u0127ha fi djalogu strutturat mal-Parlament Ewropew.", "Il-Kummissjoni waslet g\u0127all-konklu\u017cjoni li l-Pro\u010beduri ta' Defi\u010bit E\u010b\u010bessiv ta\u017c-\u017cew\u0121 Stati Membri jistg\u0127u jin\u017cammu sospi\u017ci.", "Skont dan, l-avveniment li jirrikjedi proposta mill-Kummissjoni g\u0127as-sospensjoni tal-partijiet tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment ma g\u0127adux pre\u017centi u mhux se jkun hemm tali proposta.", "Il-passi li jmiss", "Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill, spe\u010bjalment il-Grupp tal-Ewro, u l-Kunsill Ewropew biex jiddiskutu u japprovaw il-gwida ppre\u017centata hawn.", "Hija t\u0127ares 'il quddiem g\u0127al aktar diskussjoni mal-Parlament Ewropew dwar il-prijoritajiet g\u0127all-UE u g\u0127a\u017c-\u017bona tal-Ewro.", "Bi t\u0127ejjija g\u0127all-\u0127ru\u0121 tar-Rapporti tal-Pajji\u017c kmieni fl-2017, biex ji\u0121u r\u010bevuti l-programmi nazzjonali u biex ji\u0121u ppubblikati r-Rakkomandazzjonijiet Spe\u010bifi\u010bi g\u0127all-Pajji\u017c il-\u0126arifa li jmiss, il-Kummissjoni be\u0127siebha tintensifika d-djalogu mal-Istati Membri biex ti\u017cviluppa fehim komuni ta' prijoritajiet kondivi\u017ci u implimentazzjoni u sekwenzjar b'su\u010b\u010bess tar-riformi.", "Il-missjonijiet fil-livell politiku jse\u0127\u0127u ta\u0127t it-tmexxija tal-Vi\u010bi-President responsabbli.", "L-Istati Membri se jkollhom ukoll il-possibbilt\u00e0 li jipprovdu l-kummenti tag\u0127hom dwar l-anali\u017ci tal-Kummissjoni matul il-laqg\u0127at bilaterali.", "Il-Komunikazzjoni ssejja\u0127 ukoll g\u0127al involviment mill-qrib tal-Parlamenti nazzjonali, kif ukoll tal-imsie\u0127ba so\u010bjali, fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali.", "G\u0127al aktar informazzjoni:", "Bidu tas-Semestru Ewropew tal-2017: Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet tal-Pakkett tal-\u0126arifa", "Komunikazzjoni dwar il-Po\u017cizzjoni Fiskali", "St\u0127arri\u0121 dwar it-Tkabbir Annwali tal-2017", "Rapport dwar il-Mekkani\u017cmu ta' Twissija 2017", "Rakkomandazzjoni g\u0127a\u017c-\u017bona tal-Ewro tal-2017", "Abbozz tar-Rapport Kon\u0121unt dwar l-Impjiegi tal-2017", "Komunikazzjoni dwar l-Abbozz tal-Pjanijiet Ba\u0121itarji ta\u017c-\u017bona tal-Ewro", "Anness g\u0127all-Komunikazzjoni dwar l-Abbozz tal-Pjanijiet Ba\u0121itarji", "Abbozz tal-Pjanijiet Ba\u0121ittarji, l-Opinjonijiet tal-Kummissjoni u d-Dokumenti ta' \u0126idma tal-Persunal", "Valutazzjoni ta' azzjoni me\u0127uda mill-Portugall u minn Spanja"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_3674", "title": "Unjoni tas-Sigurt\u00e0: Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni g\u0127all-Ivvja\u0121\u0121ar", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF", "date": "Tue, 15 Nov 2016 23:00:00 GMT", "text": ["\u201cJe\u0127tie\u0121 li nkunu nafu min qed jaqsam il-fruntieri tag\u0127na.", "F'Novembru, se nipproponu sistema awtomatizzata li tiddetermina min se jkun permess li jivvja\u0121\u0121a lejn l-Ewropa.", "B'dan il-mod se nkunu min qed jivvja\u0121\u0121a lejn l-Ewropa qabel biss jaslu hawn.\" \u2013 Il-President Jean-Claude Juncker, id-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni fl-2016", "Illum il-Kummissjoni qed tipproponi li ti\u0121i stabbilita Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni g\u0127all-Ivvja\u0121\u0121ar (ETIAS - European Travel Information and Authorisation System) sabiex issa\u0127\u0127a\u0127 il-kontrolli tas-sigurt\u00e0 fuq vja\u0121\u0121aturi ming\u0127ajr \u0127tie\u0121a ta' vi\u017ca.", "Dan isegwi d-dikjarazzjoni f'Settembru mill-President Juncker fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni, u huwa l-ewwel ri\u017cultat li jista' jitwettaq mill-prijoritajiet g\u0127al azzjoni identifikati fil-Pjan Direzzjonali ta' Bratislava.", "L-ETIAS se ti\u0121bor informazzjoni dwar dawk kollha li qed jivvja\u0121\u0121aw ming\u0127ajr \u0127tie\u0121a ta' vi\u017ca lejn l-Unjoni Ewropea sabiex jippermettu kontrolli minn qabel tal-migrazzjoni irregolari u ta' sigurt\u00e0.", "Dan se jikkontribwixxi g\u0127al \u0121estjoni aktar effi\u010bjenti tal-fruntieri esterni tal-UE u jtejjeb is-sigurt\u00e0 interna, filwaqt li fl-istess \u0127in ji\u0121i ffa\u010bilitat l-ivvja\u0121\u0121ar legali fil-fruntieri ta' Schengen.", "L-Ewwel Vi\u010bi President Frans Timmermans qal: \"Is-sigurt\u00e0 tal-fruntieri u l-protezzjoni ta\u010b-\u010bittadini tag\u0127na hija l-ewwel prijorit\u00e0 tag\u0127na.", "L-ETIAS se tag\u0127laq lakuna ta' informazzjoni permezz li tikkontroverifika l-informazzjoni tal-applikanti e\u017centati mill-vi\u017ca fuq is-sistemi l-o\u0127ra kollha tag\u0127na.", "Fl-istess waqt, l-ETIAS tal-\u0121ejjieni se tkun fa\u010bli, rapida, ir\u0127isa u effettiva.\"", "Il-Kummissarju g\u0127all-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni Dimitris Avramopoulos qal: \"L-ETIAS hija l-\u0127olqa nieqsa fil-\u0121estjoni tal-fruntieri tag\u0127na, tag\u0127mel il-konnessjonijiet bejn il-politiki tal-migrazzjoni u tas-sigurt\u00e0 tag\u0127na u ssa\u0127\u0127a\u0127 id-d\u0127ul f'Schengen g\u0127al mill-inqas 95% tal-vja\u0121\u0121aturi ming\u0127ajr \u0127tie\u0121a ta' vi\u017ca.", "Il-fatt li l-Ewropa hija miftu\u0127a ma g\u0127andux jikkomprometti s-sigurt\u00e0 tag\u0127ha.\"", "Il-Kummissarju g\u0127all-Unjoni tas-Sigurt\u00e0 Julian King qal: \"It-terroristi u l-kriminali ma tantx jimpurtahom mill-fruntieri nazzjonali.", "L-uniku mod kif nirb\u0127ulhom huwa billi na\u0127dmu flimkien b'mod effettiv.", "L-ETIAS se tg\u0127in tag\u0127mel dan: billi tidentifika individwi problemati\u010bi u twaqqafhom milli ji\u0121u, a\u0127na se nsa\u0127\u0127u s-sigurt\u00e0 interna tal-Ewropa.\"", "L-awtorizzazzjoni tal-ETIAS mhix vi\u017ca; hija sistema e\u0127fef u aktar fa\u010bli g\u0127al vi\u017citaturi.", "\u010aittadini ta' pajji\u017ci ta' liberalizzazzjoni tal-vi\u017ca xorta se jkunu jistg\u0127u jivvja\u0121\u0121aw ming\u0127ajr vi\u017ca i\u017cda se jkollhom jiksbu awtorizzazzjoni tal-ivvja\u0121\u0121ar sempli\u010bi qabel ma jivvja\u0121\u0121aw lejn i\u017c-\u017bona Schengen.", "Dan se jg\u0127in biex ji\u0121u identifikati persuni li jistg\u0127u jkunu ta' riskju ta' immigrazzjoni irregolari jew ta' sigurt\u00e0 qabel ma jaslu fuq il-fruntiera u ttejjeb b'mod sinifikanti s-sigurt\u00e0 tal-fruntieri esterni.", "L-ETIAS se tag\u0127laq ukoll lakuna e\u017cistenti ta' tag\u0127rif dwar vja\u0121\u0121aturi ming\u0127ajr \u0127tie\u0121a ta' vi\u017ca billi ti\u0121bor informazzjoni li tista' tkun essenzjali g\u0127all-awtoritajiet tal-Istati Membri qabel ma jaslu fil-fruntiera ta' Schengen.", "G\u0127aldaqstant l-ETIAS hija pass importanti \u2018l quddiem lejn sistemi ta' informazzjoni aktar b'sa\u0127\u0127ithom u aktar intelli\u0121enti g\u0127all-fruntieri u s-sigurt\u00e0.", "L-ETIAS se tiffa\u010bilita l-qsim tal-fruntiera esterna minn \u010bittadini ta' pajji\u017ci terzi li huma e\u017centati mill-vi\u017ca.", "Il-vja\u0121\u0121aturi se jkollhom ukoll indikazzjoni bikrija u ta' min joqg\u0127od fuqha ta' d\u0127ul fi\u017c-\u017bona Schengen li g\u0127aldaqstant se tnaqqas b'mod sostanzjali l-g\u0127add ta' \u010ba\u0127diet g\u0127al d\u0127ul.", "Sabiex tidde\u010biedi jekk g\u0127andhiex to\u0127ro\u0121 jew ti\u010b\u0127ad talba g\u0127all-ivvja\u0121\u0121ar lejn l-UE, sistema awtomatizzata se twettaq verifiki minn qabel, b'rispett s\u0127i\u0127 g\u0127ad-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tad-data personali.", "G\u0127alkemm id-de\u010bi\u017cjoni finali li jag\u0127tu jew jirrifjutaw id-d\u0127ul dejjem se tittie\u0127ed mill-gwardji nazzjonali tal-fruntiera li jkunu qed jag\u0127mlu kontrolli fil-fruntieri skont il-Kodi\u010bi tal-Fruntieri ta' Schengen, verifiki minn qabel tal-vja\u0121\u0121aturi kollha se tiffa\u010bilita l-kontrolli tal-fruntieri u ti\u017cgura valutazzjoni koordinata u armonizzata ta' \u010bittadini ta' pajji\u017ci terzi li huma e\u017centati mill-vi\u017ca.", "L-ETIAS se tkun \u0121estita mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Europol.", "L-A\u0121enzija eu-LISA se ti\u017cviluppa u tipprovdi l-\u0121estjoni teknika ta' din is-sistema ta' informazzjoni.", "Il-funzjonijiet ewlenin tal-ETIAS se jkunu:", "Awtorizzazzjoni tista' tinkiseb permezz ta' pro\u010bedura sempli\u010bi, ir\u0127isa u rapida; fil-ma\u0121\u0121oranza tal-ka\u017ci, awtorizzazzjoni g\u0127andha ting\u0127ata fi kwistjoni ta' minuti.", "L-awtorizzazzjoni, li l-applikazzjoni g\u0127aliha ma g\u0127andhiex tie\u0127u iktar minn 10 minuti biex timtela u te\u0127tie\u0121 biss dokument tal-ivja\u0121\u0121ar validu b\u0127ala dokumentazzjoni, se tkun valida g\u0127al perjodu ta' \u0127ames snin u g\u0127al vja\u0121\u0121i multipli.", "Mi\u017cata ta' applikazzjoni ta' \u20ac5 biss se tapplika g\u0127all-applikanti kollha 'l fuq minn 18-il sena.", "Kuntest", "Is-sigurt\u00e0 kienet tema kostanti sa mill-bidu tal-mandat tal-Kummissjoni Juncker \u2013 mil-Linji Gwida Politi\u010bi tal-President Juncker ta' Lulju 2014, sal-a\u0127\u0127ar diskors dwar l-Istat tal-Unjoni f'Settembru 2016.", "Fid-diskors tieg\u0127u, il-President Juncker \u0127abbar li sa Novembru l-Kummissjoni se tipproponi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni g\u0127all-Ivvja\u0121\u0121ar (ETIAS) \u2013 sistema awtomatizzata li tiddeterminaw min se jkollu permess li jivvja\u0121\u0121a lejn i\u017c-\u017bona Schengen.", "It-twaqqif ta' din is-sistema \u0121ie iktar ipprijoritizzat fil-Pjan Direzzjonali ta' Bratislava ffirmat u miftiehem bejn is-27 mexxejja tal-UE, li jinkludi impenn li: \"ti\u0121i stabbilita Sistema ta' Informazzjoni u Awtorizzazzjoni tal-Ivvja\u0121\u0121ar (ETIAS) sabiex ikunu jistg\u0127u jsiru verifiki minn qabel u, jekk ikun hemm b\u017conn, ti\u0121i mi\u010b\u0127uda d-da\u0127la ta' vja\u0121\u0121aturi ming\u0127ajr vi\u017ca\".", "Il-Kummissjoni Ewropea adottat l-A\u0121enda Ewropea dwar is-Sigurt\u00e0 fit-28 ta' April 2015, li stabbilixxiet l-azzjonijiet ewlenin sabiex ti\u017cgura reazzjoni effettiva mill-UE g\u0127at-theddidiet tat-terrori\u017cmu u s-sigurt\u00e0 fl-Unjoni Ewropea matul il-perjodu 2015-2020.", "Sa mill-adozzjoni tal-A\u0121enda, sar progess sinifikanti fl-implimentazzjoni tag\u0127ha.", "F'Novembru 2015, il-Kummissjoni pproponiet ir-revi\u017cjoni tad-Direttiva tal-Armi tan-Nar segwita minn Pjan ta' Azzjoni dwar l-armi tan-nar u l-isplussivi f'Di\u010bembru 2015.", "Dwar it-terrori\u017cmu, Direttiva dwar il-\u0120lieda kontra t-Terrori\u017cmu \u0121dida \u0121iet adottata mill-Kummissjoni f'Di\u010bembru 2015 u Pjan ta' Azzjoni dwar il-finanzjament tat-terrori\u017cmu spe\u010bifiku fi Frar 2016.", "F'April, il-Kummissjoni pproponiet l-istabbiliment tas-Sistema tad-D\u0127ul u l-\u0126ru\u0121 (EES) u ppre\u017centat Komunikazzjoni li twitti t-triq lejn Unjoni tas-Sigurt\u00e0 effettiva u \u0121enwina.", "Barra minn hekk, \u010bertifikazzjoni wa\u0127da tal-UE g\u0127al tag\u0127mir ta' sigurt\u00e0 g\u0127all-avjazzjoni \u0121iet adottata f'Settembru.", "Dan l-a\u0127\u0127ar, fl-14 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni ppre\u017centat il-Komunikazzjoni tag\u0127ha \u201cIt-tis\u0127i\u0127 tas-sigurt\u00e0 f'dinja ta' mobilit\u00e0\u201d li kkonfermat il-\u0127tie\u0121a li jinstab il-bilan\u010b it-tajjeb bejn l-i\u017cgurar tal-mobilit\u00e0 u t-tis\u0127i\u0127 tas-sigurt\u00e0, filwaqt li ji\u0121i ffa\u010bilitat id-d\u0127ul legali fi\u017c-\u017bona Schengen ming\u0127ajr il-\u0127tie\u0121a ta' vi\u017ca.", "Barra minn hekk, fis-6 ta' Ottubru, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta saret operazzjonali, disa' xhur biss wara l-proposta tal-Kummissjoni f'Di\u010bembru, li juri impenn \u010bar li jissa\u0127\u0127u l-\u0121estjoni u s-sigurt\u00e0 tal-fruntieri esterni tal-UE.", "Il-\u0127olqien mill-President Juncker ta' portafoll spe\u010bifiku ta' Kummissarju g\u0127all-Unjoni tas-Sigurt\u00e0 f'Awwissu 2016 juri l-importanza li l-Kummissjoni qed tag\u0127ti lit-tis\u0127i\u0127 tar-reazzjoni tag\u0127ha kontra t-theddida tat-terroristi.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Proposta g\u0127al Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni g\u0127all-Ivvja\u0121\u0121ar", "Anness", "Studju ta' fattibbilt\u00e0 dwar Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni g\u0127all-Ivvja\u0121\u0121ar", "MEMO: Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni g\u0127all-Ivvja\u0121\u0121ar: Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "SKEDA INFORMATTIVA: Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni g\u0127all-Ivvja\u0121\u0121ar", "Stqarrija g\u0127all-istampa: A\u0121enda Ewropea dwar is-Sigurt\u00e0: It-tieni rapport dwar il-progress lejn Unjoni tas-Sigurt\u00e0 effettiva u sostenibbli", "A\u0121enda Ewropea dwar is-Sigurt\u00e0", "Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajji\u017ci terzi li \u010b-\u010bittadini tag\u0127hom g\u0127andu jkollhom vi\u017ca fil-pussess tag\u0127hom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk i\u010b-\u010bittadini li huma e\u017centati minn dik il-\u0127tie\u0121a"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_3681", "title": "L-A\u0121enda Ewropea dwar is-Sigurt\u00e0: It-tieni rapport dwar il-progress lejn Unjoni tas-Sigurt\u00e0 effettiva u sostenibbli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF", "date": "Tue, 15 Nov 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea ippre\u017centat it-tieni rapport tag\u0127ha ta' kull xahar dwar il-progress li sar lejn Unjoni tas-Sigurt\u00e0 effettiva u sostenibbli.", "F'konformit\u00e0 mat-talbiet li saru mill-pjan direzzjonali ta' Bratislava u l-konklu\u017cjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru, passi importanti \u2018l quddiem li saru fl-a\u0127\u0127ar xahar jinkludu t-tnedija ta' Gwardja tal-Kosta u tal-Fruntiera Ewropea fis-6 ta' Ottubru, diskussjonijiet dettaljati dwar l-azzjoni me\u0127uda permezz tan-Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 f'riskju ta' radikalizzazzjoni, kif ukoll il-proposta tal-lum g\u0127al Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni g\u0127all-Ivvja\u0121\u0121ar (European Travel Information and Authorisation System, ETIAS), wara li t\u0127abbret mill-President Juncker f'Settembru tal-2016 fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Unjoni tas-Sigurt\u00e0 Julian King qal: \"Ftit tal-jiem ilu, l-Ewropa fakkret l-ewwel anniversarju mill-attakki orribbli f'Pari\u0121i, fejn intu\u017caw armi tan-nar ta' assalt militari riattivati li kellhom effett devastanti.", "Wasal i\u017c-\u017cmien biex il-\u0127idma le\u0121i\u017clattiva dwar ir-revi\u017cjoni tad-Direttiva dwar l-Armi tan-Nar ti\u0121i ffinalizzata u l-armi tan-nar awtomati\u010bi militari tat-tip Kalashnikov jitne\u0127\u0127ew mi\u010b-\u010birkolazzjoni.", "Ir-rapport jappella wkoll lill-kole\u0121i\u017claturi biex jiffinalizzaw \u017cew\u0121 pakketti o\u0127ra qabel tmiem is-sena: id-Direttiva l-\u0121dida kontra t-terrori\u017cmu u r-revi\u017cjoni tal-Kodi\u010bi tal-Fruntieri ta' Schengen.", "Meta ji\u0121u kkunsidrati flimkien, dawn ir-regoli jistg\u0127u jag\u0127mlu differenza reali fil-post, anki biex ti\u0121i indirizzata t-theddida mag\u0127mula minn \u0121ellieda terroristi barranin li jirritornaw, u se tg\u0127in lill-awtoritajiet biex jipprote\u0121u li\u010b-\u010bittadini fl-Ewropa kollha b'mod aktar effettiv\u201d.", "B'\u0127arsa 'l quddiem, ir-rapport jenfasizza b'mod partikolari l-\u0127tie\u0121a ur\u0121enti biex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jwettqu l-impenji tag\u0127hom, l-aktar ri\u010benti fil-pjan direzzjonali ta' Bratislava u fil-Kunsill Ewropew ta' Ottubru, u jintla\u0127aq ftehim dwar il-proposti tal-Kummissjoni rigward ir-revi\u017cjoni tad-Direttiva dwar l-Armi tan-Nar, id-Direttiva dwar il-\u0120lieda kontra t-Terrori\u017cmu u dwar it-twaqqif ta' verifiki sistemati\u010bi tal-persuni kollha li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE.", "Il-punti ewlenin imsemmija huma:", "It-tis\u0127i\u0127 tal-\u0121lieda kontra t-terrori\u017cmu u l-kriminalit\u00e0 organizzata", "It-tis\u0127i\u0127 tad-difi\u017ci tag\u0127na u r-re\u017ciljenza", "Sfond", "Is-sigurt\u00e0 kienet tema kostanti sa mill-bidu tal-mandat tal-Kummissjoni Juncker \u2013 mil-Linji Gwida Politi\u010bi tal-President Juncker ta' Lulju 2014, sal-a\u0127\u0127ar Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni f'Settembru 2016.", "Il-Kummissjoni Ewropea adottat l-A\u0121enda Ewropea dwar is-Sigurt\u00e0 fit-28 ta' April 2015, filwaqt li stabbilixxiet l-azzjonijiet ewlenin biex ti\u017cgura risposta tal-UE effettiva g\u0127at-theddidiet tat-terrori\u017cmu u s-sigurt\u00e0 fl-Unjoni Ewropea matul il-perjodu 2015-2020.", "Mill-adozzjoni tal-A\u0121enda, sar progess sinifikanti fl-implimentazzjoni tag\u0127ha.", "F'Novembru 2015, il-Kummissjoni pproponiet ir-revi\u017cjoni tad-Direttiva tal-Armi tan-Nar segwita minn Pjan ta' Azzjoni dwar l-armi tan-nar u l-isplussivi f'Di\u010bembru 2015.", "Dwar it-terrori\u017cmu, Direttiva dwar il-\u0120lieda kontra t-Terrori\u017cmu \u0121dida \u0121iet adottata mill-Kummissjoni f'Di\u010bembru 2015 u Pjan ta' Azzjoni dwar il-finanzjament tat-terrori\u017cmu spe\u010bifiku fi Frar 2016.", "F'April, il-Kummissjoni pproponiet it-twaqqif tas-Sistema tad-D\u0127ul u l-\u0126ru\u0121 (EES) u ppre\u017centat Komunikazzjoni li twitti t-triq lejn Unjoni tas-Sigurt\u00e0 effettiva u \u0121enwina.", "Barra minn hekk, \u010bertifikazzjoni wa\u0127da tal-UE g\u0127al tag\u0127mir ta' sigurt\u00e0 g\u0127all-avjazzjoni \u0121iet adottata f'Settembru.", "Dan l-a\u0127\u0127ar, fl-14 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni ppre\u017centat il-Komunikazzjoni tag\u0127ha \u201cIt-tis\u0127i\u0127 tas-sigurt\u00e0 f'dinja ta' mobilit\u00e0\u201d li kkonfermat il-\u0127tie\u0121a li jinstab il-bilan\u010b it-tajjeb bejn l-i\u017cgurar tal-mobilit\u00e0 u t-tis\u0127i\u0127 tas-sigurt\u00e0, filwaqt li ji\u0121i ffa\u010bilitat id-d\u0127ul legali fi\u017c-\u017bona Schengen ming\u0127ajr il-\u0127tie\u0121a ta' vi\u017ca.", "Barra minn hekk, fis-6 ta' Ottubru, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bdiet topera, disa' xhur biss wara l-proposta tal-Kummissjoni f'Di\u010bembru, li juri impenn \u010bar biex jissa\u0127\u0127u l-\u0121estjoni u s-sigurt\u00e0 tal-fruntieri esterni tal-UE.", "Il-\u0127olqien mill-President Juncker ta' portafoll ta' Kummissarju spe\u010bifiku g\u0127all-Unjoni tas-Sigurt\u00e0 f'Awwissu 2016 juri l-importanza li l-Kummissjoni qed tag\u0127ti lit-tis\u0127i\u0127 tar-reazzjoni tag\u0127ha kontra t-theddida tat-terroristi.", "L-ewwel rapport ta' progress ta' kull xahar dwar l-Unjoni tas-Sigurt\u00e0 \u0121ie ppre\u017centat fit-12 ta' Ottubru u kopra l-perjodu minn April sa Ottubru 2016, filwaqt li t-tieni rapport tal-lum j\u0127ares lejn il-progress miksub minn dak i\u017c-\u017cmien u j\u0127ares 'il quddiem sa Di\u010bembru 2016.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "It-tieni rapport dwar il-progress lejn Unjoni tas-Sigurt\u00e0 effettiva u \u0121enwina", "Stqarrija g\u0127all-istampa: Il-Kummissjoni tipproponi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni g\u0127all-Ivvja\u0121\u0121ar", "Stqarrija g\u0127all-istampa: Insa\u0127\u0127u l-fruntieri esterni tal-Ewropa: It-tnedija tal-A\u0121enzija Ewropea g\u0127all-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta", "Kommunikazzjoni dwar il-progress lejn Unjoni tas-Sigurt\u00e0 effettiva u \u0121enwina", "Komunikazzjoni: Azzjoni fuq l-A\u0121enda Ewropea dwar is-Si\u0121urt\u00e0 biex ji\u0121i mi\u0121\u0121ieled it-terrori\u017cmu u titwitta t-triq lejn Unjoni ta' Sigurt\u00e0 effettiva u \u0121enwina", "A\u0121enda Ewropea dwar is-Sigurt\u00e0", "Skeda Informattiva: Unjoni tas-Sigurt\u00e0", "Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet: Inwittu t-triq g\u0127al Unjoni tas-Si\u0121urt\u00e0 \u0121enwina u effettiva", "Ittra ta' Missjoni lil Sir Julian King, il-Kummissarju g\u0127all-Unjoni tas-Sigurt\u00e0"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_3570", "title": "Approvazzjoni ta' tmien inizjattivi \u0121odda skont l-Istrument ta' S\u0127ubija tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HREXTRELS", "date": "Mon, 14 Nov 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea approvat tmien pro\u0121etti \u0121odda g\u0127al total ta' aktar minn EUR 32 miljun permezz tal-Istrument ta' S\u0127ubija (Partnership Instrument, PI) biex tag\u0127ti spinta lill-kooperazzjoni mal-pajji\u017ci s\u0127ab f'oqsma ta' prijorit\u00e0.", "Dawn il-mi\u017curi se jappo\u0121\u0121aw l-objettivi strate\u0121i\u010bi tal-Unjoni Ewropea fir-relazzjonijiet esterni billi jtejbu l-is\u0127ubiji ma' pajji\u017ci terzi mad-dinja kollha fuq kwistjonijiet importanti b\u0127at-tibdil fil-klima, is-sostenibbilt\u00e0, l-a\u0121enda di\u0121itali internazzjonali u l-avjazzjoni \u010bivili.", "Il-pakkett il-\u0121did ta' pro\u0121etti jinkludi programm pilota ambizzju\u017c li jaqa' fid-dimensjoni esterna tal-Istrate\u0121ija g\u0127al Suq Uniku Di\u0121itali tal-UE (\u20acEUR 8 miljun) bil-g\u0127an li jsa\u0127\u0127a\u0127 il-kooperazzjoni ma' msie\u0127ba ewlenin dwar il-protezzjoni tad-data personali, il-fidu\u010bja u s-sigurt\u00e0 fi\u010b-\u010biberspazju, l-a\u010b\u010bess transfruntier g\u0127all-provi elettroni\u010bi u l-istandardizzazzjoni tal-ICT.", "L-ekolo\u0121izzazzjoni tal-ekonomiji, il-prattiki ambjentali sostenibbli u l-\u0121lieda kontra t-tibdil fil-klima se ji\u0121u xprunati permezz ta' diversi inizjattivi apposta b\u0127at-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju l-iswed fl-Artiku (\u20acEUR 1.5 miljun), l-appo\u0121\u0121 g\u0127all-pajji\u017ci tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (\u20acEUR 3 miljun) biex jiddiversifikaw l-ekonomiji tag\u0127hom li huma kwa\u017ci esklussivament dipendenti mill-estrazzjoni tal-idrokarburi, it-tkomplija tat-teknolo\u0121ija g\u0127all-Qbid u \u0126\u017cin tal-Karbonju (\u20acEUR 1 miljun) fi\u010b-\u010aina b\u0127ala mezz biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2 mill-impjanti li ja\u0127dmu bil-karbonju.", "Dawn il-mi\u017curi se jikkontribwixxu g\u0127all-implimentazzjoni tal-ewwel ftehim universali u legalment vinkolanti dwar il-klima, iffirmat f'Pari\u0121i f'Di\u010bembru 2015, wara li da\u0127al fis-se\u0127\u0127 fl-4 ta' Novembru 2016 wara r-ratifika ri\u010benti mill-Unjoni Ewropea.", "Barra minn hekk, l-Istrument ta' S\u0127ubija se jsa\u0127\u0127a\u0127 il-kooperazzjoni tal-Unjoni Ewropea ma\u010b-\u010aina permezz ta' inizjattivi \u0121odda mfassla biex jippromwovu politiki u le\u0121i\u017clazzjoni aktar ekolo\u0121i\u010bi (\u20acEUR 3 miljun) skont l-a\u0127jar prattiki tal-UE u l-\u0121lieda kontra t-traffikar illegali ta' organi\u017cmi selva\u0121\u0121i.", "Fl-isforzi tieg\u0127u biex jippromwovi l-istandards Ewropej fl-avjazzjoni u biex inaqqas l-impatt fuq l-ambjent u l-bidla fil-klima kkaw\u017cat mit-trasport bl-ajru, il-PI se jkompli j\u0127e\u0121\u0121e\u0121 is-s\u0127ubijiet politi\u010bi, ekonomi\u010bi u ambjentali fil-qasam tal-avjazzjoni \u010bivili.", "B'aktar \u0127idma fuq il-kooperazzjoni li ilha g\u0127addejja ma\u010b-\u010aina u l-Indja fl-2014 u 2015 rispettivament, il-PI issa se jestendi l-\u0127idma tieg\u0127u fl-Amerika Latina ((\u20acEUR 7 miljun) u fix-Xlokk tal-Asja (\u20acEUR 7.5 miljun).", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, se ji\u0121u allokati \u20acEUR 1.2 miljun biex jissa\u0127\u0127u d-djalogi politi\u010bi mas-s\u0127ab strate\u0121i\u010bi tal-UE u lil hinn fuq firxa wiesa' ta' oqsma tal-politika, fosthom il-governanza demokratika, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-bidla fil-klima, il-protezzjoni tal-ambjent, it-tkabbir ekonomiku u s-sostenibbilt\u00e0.", "B'hekk toktor il-kapa\u010bit\u00e0 tag\u0127na li niddefinixxu u nimplimentaw appro\u010b\u010bi u rispons komuni g\u0127all-isfidi globali.", "Sfond", "L-Istrument ta' S\u0127ubija jiffinanzja pro\u0121etti li jippermettu lill-Unjoni Ewropea tie\u0127u sehem fit-tfassil tal-bidla globali u tippromwovi l-valuri fundamentali tag\u0127ha.", "Huwa wie\u0127ed minn diversi strumenti inklu\u017ci fil-ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2014-2020 allokati g\u0127all-finanzjament tal-Azzjoni Esterna tal-UE.", "Matul il-PI, l-UE tikkoopera mal-imsie\u0127ba tag\u0127ha madwar id-dinja biex tindirizza l-isfidi globali u ssib soluzzjonijiet kon\u0121unti g\u0127all-kwistjonijiet ta' interess re\u010biproku.", "Il-PI jiffinanzja attivitajiet li jmexxu l-quddiem il-prijoritajiet tal-UE, fejn ibiddel impenji politi\u010bi b'mi\u017curi konkreti.", "Dan il-programm ikompli jibni fuq il-pjanijiet ta' azzjoni annwali pre\u010bedenti adottati mill-Kummissjoni.", "Il-kontribut totali b'appo\u0121\u0121 tal-interessi strate\u0121i\u010bi tal-UE fl-a\u0127\u0127ar sentejn u nofs huwa ta' aktar minn \u20acEUR 315-il miljun.", "Il-pajji\u017ci s\u0127ab g\u0127all-pro\u0121etti ffinanzjati mill-PI b'enfasi fuq is-suq di\u0121itali jinkludu l-Bra\u017cil, i\u010b-\u010aina, l-Indja, il-\u0120appun, ir-Repubblika tal-Korea u l-Istati Uniti.", "Se jkun hemm aktar kooperazzjoni u inizjattivi fil-qasam tal-avjazzjoni \u010bivili fuq livell re\u0121jonali mal-Amerika t'Isfel u fix-Xlokk tal-Asja, kif ukoll b'mod bilaterali mal-Ar\u0121entina, il-Bra\u017cil, i\u010b-\u010aili, il-Kolombja u l-Messiku, il-Brunej, il-Kambodja, l-Indone\u017cja, il-Laos, il-Malasja, il-Myanmar, il-Filippini, Singapor, it-Tajlandja u l-Vjetnam."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_3672", "title": "Il-Kummissjoni tippre\u017centa studju dwar l-impatt ta' ftehimiet kummer\u010bjali futuri fuq is-settur agrikolu", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL,TRADEPOL,JOBGIC", "date": "Mon, 14 Nov 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Studju ekonomiku joffri informazzjoni importanti dwar l-effetti potenzjali tal-ftehimiet kummer\u010bjali futuri u jivvalida l-appro\u010b\u010b attwali tal-UE li tipprote\u0121i sistematikament lis-setturi sensittivi.", "Illum il-Kummissjoni Ewropea ppre\u017centat lill-Ministri tal-agrikoltura tal-UE l-konklu\u017cjonijiet ta' studju dwar l-effetti kumulattivi ta' 12-il ftehim kummer\u010bjali futuri g\u0127as-settur agroalimentari, inklu\u017ci ri\u017cultati spe\u010bifi\u010bi dwar il-prezzijiet tal-produtturi u dwar il-volumi tal-produzzjoni fuq firxa ta' prodotti li jikkostitwixxu 30 % tal-valur tal-esportazzjonijiet tal-UE f'dan is-settur.", "L-istudju juri l-potenzjal g\u0127al prodotti agrikoli Ewropej fis-suq dinji, filwaqt li fl-istess \u0127in juri wkoll is-sensittivit\u00e0 ta' \u010berti setturi agrikoli spe\u010bifi\u010bi.", "G\u0127arfien dettaljat dwar l-impatti potenzjali se jippermetti lill-Kummissjoni tag\u0127mel g\u0127a\u017cliet infurmati matul il-pro\u010bess tan-negozjati.", "Min\u0127abba l-limitazzjonijiet tal-metodolo\u0121iji disponibbli, il-firxa ta' prodotti agrikoli li dwarhom l-istudju jipprovdi anali\u017ci aktar dettaljata mhijiex e\u017cawrjenti.", "Il-gwadanni possibbli g\u0127al prodotti importanti li g\u0127andhom potenzjali sinifikanti g\u0127all-esportazzjoni - b\u0127al frott u \u0127xejjex, nbid, \u017cejt ta\u017c-\u017cebbu\u0121a u ikel ippro\u010bessat b'mod \u0121enerali (li jammontaw g\u0127al 70 % tal-valur tal-esportazzjoni agroalimentari tal-UE) - ma setg\u0127ux ji\u0121u kkwantifikati fid-dettall, kif ma setg\u0127ux ji\u0121u kkwantifikati wkoll il-gwadanni tal-protezzjoni mtejba g\u0127all-Indikazzjonijiet \u0120eografi\u010bi.", "Il-valutazzjoni tiffoka biss fuq l-effetti tal-liberalizzazzjoni re\u010biproka ta' tariffi ta' importazzjoni bejn l-UE u l-imsie\u0127ba kummer\u010bjali rilevanti, ming\u0127ajr ma jitqiesu dispo\u017cizzjonijiet o\u0127rajn b'impatt ekonomiku (e\u017c. it-tnaqqis ta' mi\u017curi mhux tariffarji, b'mod partikolari l-mi\u017curi sanitarji u fitosanitarji).", "L-impatt tal-mi\u017curi li l-UE tag\u0127mel u\u017cu minnhom biex is-setturi vulnerabbli jkunu protetti fil-kuntratti kummer\u010bjali, b\u0127al pere\u017cempju l-u\u017cu sistematiku ta' kwoti limitati tar-rata tariffarja (TRQ) huwa wkoll barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-valutazzjoni.", "L-istudju g\u0127alhekk mhuwiex tbassir jew previ\u017cjoni i\u017cda e\u017cer\u010bizzju teoretiku \u0127afna li jirrifletti l-e\u017citi potenzjali tal-konklu\u017cjoni b'su\u010b\u010bess tal-ftehimiet koperti.", "Dwar dan l-istudju, il-Vi\u010bi-President Jyrki Katainen qal: \"g\u0127all-esportazzjonijiet agrikoli Ewpropej b'valur g\u0127oli, il-perspettiva globali hija wa\u0127da po\u017cittiva.", "Dan l-istudju juri li hemm aspetti sensittivi, i\u017cda jiffoka fuq parti wa\u0127da biss tas-settur agrikolu u ma jivvalutax g\u0127add ta' prodotti agroalimentari li g\u0127andhom potenzjal sinifikanti ta' tkabbir fl-esportazzjoni.", "Dan il-bilan\u010b huwa rifless b'mod s\u0127i\u0127 fl-istrate\u0121ija tal-UE ta' negozjar kummer\u010bjali, li biha nfittxu li n\u0127arsu s-setturi vulnerabbli tag\u0127na bis-sa\u0127\u0127a ta' mi\u017curi b\u0127al kwoti tar-rata tariffarja, filwaqt li nimmassimizzaw l-interessi po\u017cittivi tag\u0127na kull meta dan ikun possibbli.", "It-tkabbir fil-qasam tal-ikel ippro\u010bessat, b'mod partikolari, i\u0127alli wkoll effetti indiretti g\u0127as-settur tal-produzzjoni primarja.", "L-esportazzjonijiet tal-UE tal-prodotti agrikoli li jappo\u0121\u0121aw 1.4 miljun impjieg u 650,000 impjieg ie\u0127or fis-settur tal-ikel ippro\u010bessat jiddependu wkoll fuq il-kapa\u010bit\u00e0 tag\u0127na li nesportaw .", "L-ekonomija tal-UE kollha kemm hi tibbenefika bil-kbir mill-kummer\u010b, kif muri bil-ftehim ta' kummer\u010b \u0127ieles li sar dan l-a\u0127\u0127ar mal-Korea t'Isfel.\u201d", "Il-Kummissarju Hogan qal li \"Xi Stati Membri u partijiet involuti esprimew it-t\u0127assib tag\u0127hom dwar l-effett kumulattiv tal-ftehimiet kummer\u010bjali bilaterali li l-UE wettqet u li qed tkompli twettaq.", "Dan l-istudju jwie\u0121eb g\u0127al dak it-t\u0127assib, u abba\u017ci tas-suppo\u017cizzjonijiet li saru, juri li l-effett tal-ftehimiet kummer\u010bjali internazzjonali dwar l-agrikoltura u s-settur agroalimentari Ewropew huwa \u0121eneralment po\u017cittiv.\u201d", "Il-Kummissarju Hogan \u017cied jenfasizza \u201cta' min wie\u0127ed jinnota li l-konklu\u017cjonijiet tal-istudju dwar l-impatt kumulattiv mhumiex previ\u017cjoni tal-konklu\u017cjoni b'su\u010b\u010bess ta' dawn it-12-il ftehim kummer\u010bjali, g\u0127aliex huma bba\u017cati fuq sett spe\u010bifiku \u0127afna ta' suppo\u017cizzjonijiet li jistg\u0127u jirriflettu jew le, b'mod parzjali jew bis-s\u0127i\u0127, il-po\u017cizzjoni ta' negozjar tal-UE g\u0127al dawk il-ftehimiet.", "Pere\u017cempju, l-istudju ma jinkludix it-tnaqqis possibbli ta' mi\u017curi mhux tariffarji, li g\u0127alihom b\u0127alissa m'hemm l-ebda stimi affidabbli.", "L-u\u017cu tal-kwoti tar-rata tariffarja g\u0127al prodotti sensittivi, kif wie\u0127ed normalment jasso\u010bja man-negozjati kummer\u010bjali, huwa importanti sabiex jin\u0127oloq bilan\u010b g\u0127all-agrikoltura tal-UE kif ukoll sabiex ikun hemm il-gwadanni fl-esportazzjonijiet permezz tal-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet \u0120eografi\u010bi tal-UE\u201d", "Huma mistennija gwadanni sinifikanti g\u0127all-UE fis-setturi tal-prodotti tal-\u0127alib u tal-la\u0127am tal-majjal, \u017cew\u0121 setturi li batew fis-snin re\u010benti u li issa qed juru sinjali ta' rkupru.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, l-istudju juri vulnerabbiltajiet g\u0127a\u010b-\u010banga u g\u0127ar-ross, kemm f'termini ta' effetti kummer\u010bjali kif ukoll f'termini ta' tnaqqis fil-prezzijiet tal-produtturi.", "Il-firxa tal-impatt g\u0127al dawn il-prodotti differenti tvarja skont jekk wie\u0127ed i\u0127ares lejn xenarji tal-istudju aktar \u201cambizzju\u017ci\u201d (liberalizzazzjoni s\u0127i\u0127a ta' 98.5 % tal-prodotti kollha, u tnaqqis parzjali ta' 50% fuq it-tariffa g\u0127all-bqija tal-prodotti) jew aktar \u201ckonservattivi\u201d (liberalizzazzjoni s\u0127i\u0127a ta' 97% u tnaqqis ta' 25% fuq it-tariffa g\u0127all-o\u0127rajn).", "Ir-ri\u017cultati tal-istudju jikkonfermaw ukoll li l-appro\u010b\u010b attwali tal-UE li tillimita l-liberalizzazzjoni ta' importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli sensittivi fin-negozjati kummer\u010bjali kollha huwa l-appro\u010b\u010b tajjeb.", "Fil-ka\u017c tal-ftehim li ntla\u0127aq mal-Kanada dan l-a\u0127\u0127ar (CETA), l-UE se telimina 92.2 % tat-tariffi agrikoli tag\u0127ha mad-d\u0127ul fis-se\u0127\u0127 tal-ftehim (li jitla' g\u0127al 93.8 % wara seba' snin).", "Il-kwoti tar-rata tariffarja g\u0127a\u010b-\u010banga fis-CETA jammontaw g\u0127al 45,838 tunnellata, li g\u0127andhom ji\u0121u mqassma fuq 5 snin u li jikkorrispondu g\u0127al madwar 0.6 % tal-konsum totali tal-UE.", "E\u017cempju ie\u0127or huwa r-ross: fil-ftehim kummer\u010bjali mal-Vjetnam, l-UE se tilliberalizza b'mod parzjali biss, l-importazzjonijiet tar-ross, billi l-kwoti tar-rata tariffarja g\u0127ar-ross jirrappre\u017centaw madwar 8 fil-mija tal-importazzjonijiet totali tal-UE, u li \u017cew\u0121 terzi minnhom se ji\u0121u allokati g\u0127al ross mhux prodott fl-UE jew g\u0127al ross li jrid jerga' ji\u0121i ppro\u010bessat mill-industrija tar-ross tal-UE.", "L-e\u017citu tal-istudju qed ji\u0121i ppre\u017centat illum lill-Ministri tal-UE u huwa mistenni li se ssir diskussjoni o\u0127ra fil-qafas tal-Kunsill Agrikoltura waqt il-Presidenza Maltija f'Jannar.", "L-istudju dwar l-effetti kumulattivi fuq l-agrikoltura ma jissostitwixxix il-valutazzjonijiet tal-impatt usa' u aktar dettaljati u l-valutazzjonijiet tal-impatt sostenibbli mwettqa g\u0127al kull negozjat kummer\u010bjali.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "http://ec.europa.eu/agriculture/trade-analysis/impact-assessment/index_en.htm"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_16_3673", "title": "Studju ekonomiku dwar l-effetti kumulattivi tal-ftehimiet kummer\u010bjali fuq is-settur agrikolu tal-UE - Mistoqsijiet Frekwenti", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL,TRADEPOL,JOBGIC", "date": "Mon, 14 Nov 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Studju ekonomiku jipprovdi l-informazzjoni importanti fuq l-effetti potenzjali ta' ftehimiet kummer\u010bjali fil-futur u jivvalida l-appro\u010b\u010b attwali tal-UE li b'mod sistematiku tipprote\u0121i s-setturi sensittivi.", "Fil-laqg\u0127a tal-Kunsill Agrikolu tal-15 ta' Novembru 2016, il-Vi\u010bi President Katainen u l-Kummissarju Hogan ippre\u017centaw ir-ri\u017cultati ta' studju dwar l-effetti ekonomi\u010bi kumulattivi tan-negozjati kummer\u010bjali li g\u0127addejjin b\u0127alissa u ta' dawk li \u0121ejjin, fuq is-settur agrikolu tal-UE.", "Dan l-istudju jinsab online fil-forma ta' stqarrija g\u0127all-istampa.", "L-istudju huwa e\u017cer\u010bizzju teoretiku ta' mudellar fuq l-effetti ekonomi\u010bi potenzjali fuq is-settur agroalimentari, li jinkludi ri\u017cultati spe\u010bifi\u010bi g\u0127al xi prodotti agrikoli wara li ji\u0121u konklu\u017ci 12-il ftehim kummer\u010bjali sal-2025.", "Hemm xi twiddib dwar il-mudelli li ntu\u017caw, u g\u0127andhom il-limitazzjonijiet tag\u0127hom, b'mod partikolari, il-fatt li l-anali\u017ci tqis it-tnaqqis fit-tariffi, u mhux il-kwoti tar-rati tariffarji g\u0127all-prodotti sensittivi, kif inhi l-prattika normali tal-UE meta tkun qieg\u0127da tinnegozja l-ftehimiet kummer\u010bjali.", "Min\u0127abba l-limitazzjonijiet tal-metodolo\u0121iji li jistg\u0127u jintu\u017caw, l-istudju j\u0127alli barra \u010berti prodotti agrikoli ewlenin mill-anali\u017ci aktar dettaljata.", "Ma setg\u0127ux jing\u0127addu fid-dettall il-vanta\u0121\u0121i possibbli g\u0127all-prodotti importanti b\u0127all-frott u l-\u0127xejjex, l-inbid, i\u017c-\u017cejt ta\u017c-\u017cebbu\u0121a u b'mod \u0121enerali, l-ikel ippro\u010bessat (li jag\u0127mlu 70% tal-valur tal-esportazzjoni tal-ikel agrikolu tal-UE), u bl-istess mod ma setg\u0127ux jing\u0127addu l-vanta\u0121\u0121i tal-protezzjoni mi\u017cjuda mill-Indikazzjonijiet \u0120eografi\u010bi fil-ftehimiet kummer\u010bjali.", "L-istudju minnu nnifsu mhuwiex previ\u017cjoni jew tbassir tar-ri\u017cultati probabbli tal-konklu\u017cjoni b'su\u010b\u010bess ta' dawk it-12-il ftehim li l-ma\u0121\u0121oranza tag\u0127hom g\u0127adhom qed ji\u0121u nnegozjati, jew li g\u0127adhom lanqas biss bdew in-negozjati dwarhom.", "I\u017cda jg\u0127in biex jag\u0127ti idea tajba tal-po\u017cizzjoni li g\u0127andha tie\u0127u fin-negozjati l-Kummissjoni, meta jasal i\u017c-\u017cmien.", "G\u0127alfejn sar studju dwar l-impatti kumulattivi tal-ftehimiet kummer\u010bjali fuq l-agrikultura?", "L-Unjoni Ewropea di\u0121\u00e0 kkonkludiet \u0127afna ftehimiet kummer\u010bali bilaterali u re\u0121jonali u fil-pre\u017cent qieg\u0127da tinnegozja g\u0127add kbir minn dawn ukoll.", "Huwa mistenni li jitnedew aktar negozjati fil-\u0121ejjieni qrib.", "Ladarba ji\u0121u implimentati dawn il-ftehimiet diversi, huma se jo\u0127olqu opportunitajiet \u0121odda g\u0127all-esportazzjoni ta' prodotti agroalimentari, i\u017cda se jippermettu wkoll li jkun hemm i\u017cjed importazzjonijiet u li l-kompetizzjoni fis-suq agroalimentari domestiku ti\u017cdied.", "G\u0127aldaqstant, l-g\u0127an ta' dan l-istudju huwa li jag\u0127ti idea aktar pre\u010bi\u017ca tal-impatt ekonomiku potenzjali ta' dawn il-\u0127afna ftehimiet fuq is-settur agrikolu tal-UE, b'\u0127arsa partikolari lejn l-o\u0121\u0121etti ewlenin.", "Liema huma l-ftehimiet li huma ttrattati fl-istudju?", "L-istudju jiffoka fuq 12-il ftehim kummer\u010bjali li g\u0127adhom iridu ji\u0121u implimentati u li jvarjaw minn ftehimiet li di\u0121\u00e0 \u0121ew innegozjati (mal-Kanada u mal-Vjetnam), g\u0127al dawk li b\u0127alissa qeg\u0127din fi stadji differenti tan-negozjati (mal-Istati Uniti, mas-Suq Komuni tan-Nofsinhar (Mercosur), mal-\u0120appun, mat-Tajlandja, mal-Indone\u017cja, mal-Filippini), u jinkludi wkoll \u017cew\u0121 ftehimiet li g\u0127ad iridu ji\u0121u nnegozjati (mal-Awstralja, man-New Zealand) u tnejn o\u0127rali jinvolvu l-a\u0121\u0121ornament ta' ftehimiet e\u017cistenti(mat-Turkija, mal-Messiku).", "U xi ng\u0127idu dwar il-ftehimiet kummer\u010bjali li di\u0121\u00e0 qeg\u0127din fis-se\u0127\u0127, e\u017c. mal-Korea t'Isfel u mal-Ukrajna?", "L-effetti tal-ftehimiet kummer\u010bjali li qeg\u0127din fis-se\u0127\u0127 jidhru di\u0121\u00e0 fil-kummer\u010b agroalimentari tal-UE.", "Dawn \u0121ew inklu\u017ci fix-xenarju ta' referenza (il-linja ba\u017ci) tal-anali\u017ci.", "L-istudju qed jiffoka fuq ftehimiet addizzjonali li g\u0127adhom ma \u0121ewx fis-se\u0127\u0127.", "Huwa jqabbel is-sitwazzjoni li se sse\u0127\u0127 meta dawn il-ftehimiet addizzjonali jin\u017ciedu max-xenarju ta' referenza (ji\u0121ifieri, is-sitwazzjoni kif inhi llum, ming\u0127ajrhom).", "X'inhija l-metodolo\u0121ija ta' dan l-istudju?", "Billi l-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-ftehimiet analizzati f'dan l-istudju g\u0127adhom qeg\u0127din ji\u0121u nnegozjati, l-istudju ma jistax jasal g\u0127al valutazzjoni konkreta u pre\u010bi\u017ca g\u0127al kull wie\u0127ed minnhom.", "G\u0127alhekk, l-istudju huwa bba\u017cat fuq simulazzjonijiet tax-xenarji li n\u0127admu fuq mudelli ekonomi\u010bi.", "Wie\u0127ed minnhom, filwaqt li jiffoka biss fuq g\u0127add ta' setturi ewlenin (il-la\u0127am, il-\u0127alib, i\u010b-\u010bereali, iz-zokkor, ir-ross u \u017c-\u017cjut ve\u0121etali), jag\u0127ti ri\u017cultati aktar dettaljati u ja\u0127dem fuq il-premessa li dawn l-o\u0121\u0121etti huma prodotti ba\u017ci\u010bi.", "Ma setg\u0127ux jing\u0127addu fid-dettall il-vanta\u0121\u0121i possibbli g\u0127all-prodotti importanti (li jag\u0127mlu 70% tal-valur tal-esportazzjoni tal-ikel agrikolu tal-UE), u bl-istess mod ma setg\u0127ux jing\u0127addu l-vanta\u0121\u0121i tal-protezzjoni mi\u017cjuda mill-Indikazzjonijiet \u0120eografi\u010bi.", "Il-valutazzjoni tiffoka biss fuq l-effetti tal-liberalizzazzjoni re\u010biproka tat-tariffi tal-importazzjoni bejn l-UE u s-s\u0127ab kummer\u010bjali rilevanti, u ma tikkunsidrax dispo\u017cizzjonijiet o\u0127ra li g\u0127andhom impatt ekonomiku (e\u017c. it-tnaqqis ta' mi\u017curi li m'g\u0127andhomx x'jaqsmu mat-tariffi, b'mod partikolari mi\u017curi sanitarji u fitosanitarji).", "L-impatt tal-mi\u017curi li t\u0127addem l-UE biex tipprote\u0121i s-setturi vulnerabbli, pere\u017cempju l-u\u017cu sistematiku tal-kwoti tar-rati tariffarji limitati wkoll ma jid\u0127olx fl-ambitu ta' din il-valutazzjoni.", "L-anqas ma tqies l-impatt tal-konsegwenzi tar-referendum tar-Renju Unit dwar is-s\u0127ubija fl-UE.", "G\u0127aldaqstant, il-konklu\u017cjonijiet tal-istudju jag\u0127tu indikazzjoni tad-direzzjoni potenzjali u l-kobor ta' \u010berti xenarji ta' liberalizzazzjoni, u mhuwiex tbassira tar-ri\u017cultati ta' ftehimiet futuri.", "Liema huma x-xenarji li \u0121ew analizzati?", "F'dan l-istudju ntu\u017caw \u017cew\u0121 xenarji kummer\u010bjali teoreti\u010bi, li ssemmew \u201cambizzju\u017c\u201d (b'ebda tariffi fuq 98.5% tal-prodotti kollha, anki l-prodotti industrijali, u tnaqqis parzjali ta' 50% tat-tariffi fuq il-prodotti l-o\u0127rajn kollha li jifdal) jew \u201ckonservattiv\u201d (b'ebda dazji g\u0127al 97% biss tal-prodotti kollha u tnaqqis parzjali ta' 25% tat-tariffi g\u0127all-prodotti l-o\u0127ra kollha li jifdal).", "Dawn huma sempli\u010biment e\u017cer\u010bizzji ta' mudellar, u dak li jkun bl-ebda mod ma g\u0127andu jarahom b\u0127ala previ\u017cjoni tar-ri\u017cultati potenzjali tan-negozjati li g\u0127addejjin.", "L-ebda wie\u0127ed minn dawn ix-xenarji ma jqis l-effett li jkun hemm meta ji\u0121u imposti kwoti tar-rati tariffarji limitati g\u0127all-prodotti sensittivi, li hija prattika komuni fil-ftehimiet kummer\u010bjali tal-UE, fejn il-kwoti tar-rati tariffarji limitati dejjem jidda\u0127\u0127lu g\u0127al g\u0127add ta' prodotti sensittivi.", "Dan l-aspett importanti t\u0127alla barra biex tkun tista' ssir is-simplifikazzjoni teoretika me\u0127tie\u0121a.", "L-istudju g\u0127aliex ma jag\u0127tix l-istess livell ta' ri\u017cultati dettaljati g\u0127all-prodotti agrikoli kollha?", "L-istudju huwa limitat bil-kopertura tal-prodotti u d-di\u017caggregazzjoni disponibbli fil-mudelli li ntu\u017caw fih.", "Il-mudell ta' bilan\u010b parzjali - li jag\u0127ti l-i\u017cjed ri\u017cultati dettaljati marbutin mal-prodotti - ma jittrattax is-setturi ewlenin li \u0121ejjin: il-frott u l-\u0127xejjex, l-inbid, i\u017c-\u017cejt ta\u017c-\u017cebbu\u0121a, l-g\u0127elejjel spe\u010bjalizzati, u x-xarbiet u l-prodotti agrikoli ppro\u010bessati l-o\u0127rajn kollha.", "Madankollu, il-mudell ta' bilan\u010b \u0121enerali jag\u0127ti wkoll l-impatti \u0121enerali kummer\u010bjali fuq il-frott u l-\u0127xejjex (b\u0127ala settur wie\u0127ed) u l-inbid u l-ispirti (fil-kategorija \u201cxorb u tabakk\u201d) - filwaqt li \u017c-\u017cejt ta\u017c-\u017cebbu\u0121a, l-etanol u prodotti o\u0127rajn qeg\u0127din inklu\u017ci f'kategoriji ikbar, b'ri\u017cultati spe\u010bifi\u010bi li hu diffi\u010bli li wie\u0127ed jifridhom.", "Dan l-istudju jipprovdi indikazzjonijiet operattivi g\u0127all-mod kif g\u0127andha timxi fil-ftehimiet kummer\u010bjali l-UE (e\u017c. dwar il-kobor possibbli tal-kon\u010bessjonijiet tal-kwoti tar-rati tariffarji)?", "Le.", "Ma je\u017cistix studju ekonomiku li jista' jag\u0127ti dawn l-indikazzjonijiet operattivi.", "L-g\u0127an ta' kull studju ekonomiku (u ta' dan ukoll) huwa li, so\u0121\u0121ett g\u0127as-suppo\u017cizzjonijiet dwar xenarji u g\u0127al-limitazzjonijiet tal-e\u017cer\u010bizzju, jag\u0127ti direzzjoni u idea \u0121enerali tal-kobor tal-impatti mistennija ta' ftehim kummer\u010bjali.", "Apparti dan, huwa \u010bar li r-ri\u017cultati jikkonfermaw li l-appro\u010b\u010b attwali tal-UE, li tillimita l-liberalizzazzjoni tal-importazzjoni ta' prodotti agrikoli sensittivi fin-negozjati kummer\u010bjali kollha, huwa tajjeb.", "Ix-xenarji tan-negozju fl-istudju g\u0127aliex mhumiex ibba\u017cati fuq il-volumi tal-hekk imsej\u0127a kwoti tar-rati tariffarji?", "Billi l-ma\u0121\u0121oranza tal-ftehimiet g\u0127adhom qed ji\u0121u nnegozjati u mhuwiex mag\u0127ruf ir-ri\u017cultat tag\u0127hom (jew g\u0127adhom iridu jitnedew), m'hemm l-ebda mod kif wie\u0127ed jista' jidentifika xenarju realistiku b'volumi pre\u010bi\u017ci tal-kwoti tar-rati tariffarji.", "L-uni\u010bi e\u010b\u010bezzjonijiet fl-istudju huma l-Kanada u l-Vjetnam.", "G\u0127al dawn il-pajji\u017ci, jitqiesu l-kwoti tar-rati tariffarji.", "It-tnaqqis parzjali tat-tariffi g\u0127all-prodotti sensittivi huwa appro\u010b\u010b aktar teoretiku, i\u017cda jippermetti appro\u010b\u010b konsistenti g\u0127all-ftehimiet kummer\u010bjali kollha, u li tin\u017camm simetrija bejn l-UE u s-s\u0127ab kummer\u010bjali.", "L-ewwel u qabel kollox, l-a\u0127jar li wie\u0127ed jista' jg\u0127id fuq il-paragun bejn i\u010b-\u010bifri tal-importazzjoni reali u l-volumi tal-kwoti tar-rati tariffarji huwa li hu impre\u010bi\u017c, billi dawn tal-a\u0127\u0127ar jindikaw opportunit\u00e0 ta' esportazzjoni li mhux bilfors tissarraf f'importazzjonijiet reali.", "Pere\u017cempju, il-Kanada ilha mill-2011 tgawdi kwota (48, 200 tunnellata fil-pi\u017c tal-prodott) fuq i\u010b-\u010banga ta' kwalit\u00e0 tajba \u0127afna ming\u0127ajr dazju, i\u017cda qatt ma rnexxielha tesporta kwantitajiet sinifikanti.", "Anki l-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti bl-istess kwoti tar-rati tariffarji qatt ma la\u0127qu l-kwantitajiet li kellhom il-possibbilt\u00e0 li jil\u0127qu (dejjem inqas minn 40% tal-kwantitajiet).", "U kif inhuma r-ri\u017cultati fil-livelli tal-Istati Membri jew tar-re\u0121juni?", "Min\u0127abba l-limitazzjonijiet tal-mudelli li ntu\u017caw, ir-ri\u017cultati disponibbli huma biss dawk tal-UE kollha f'daqqa.", "G\u0127aliex ma dda\u0127\u0127lux fil-mudell l-ostakoli sanitarji u fitosanitarji?", "Li kieku dawn idda\u0127\u0127lu fil-mudell, konna nistennew iktar vanta\u0121\u0121i g\u0127all-esportazzjonijiet tal-UE, jew aktar diffikultajiet g\u0127all-importazzjonijiet tal-UE?", "Fil-pre\u017cent m'g\u0127andniex metodolo\u0121ija robusta biex inqisu l-ostakoli sanitarji u fitosanitarji fil-mudelli ekonomi\u010bi kontemporanji.", "Il-fatt li huwa diffi\u010bli li wie\u0127ed jikkwantifika l-vanta\u0121\u0121i g\u0127all-UE li ji\u0121u minn kundizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji mtejbin innegozjati fil-ftehimiet kummer\u010bjali tag\u0127na ma g\u0127andux jimmina dawk il-miri tan-negozjar, peress li \u0127afna s\u0127ab kummer\u010bjali jisso\u0121\u0121ettu lill-esportaturi mill-UE g\u0127al g\u0127add ta' pro\u010beduri sanitarji u fitosanitarji kkumplikati u mhux \u0121ustifikati.", "Fil-ka\u017c tal-importazzjonijiet fl-UE, l-UE qatt, f'ebda ftehim kummer\u010bjali, ma kkompromettiet l-istandards g\u0127oljin tag\u0127ha ta' \u0127arsien tal-konsumaturi.", "Pere\u017cempju, hija qatt ma awtorizzat l-hekk imsej\u0127a promoturi tat-tkabbir, jew biddlet il-pro\u010bess tag\u0127ha, li g\u0127andu ba\u017ci xjentifika, g\u0127all-approvazzjoni tal-O\u0120M.", "Dawn ir-rekwi\u017citi legali g\u0127all-importazzjonijiet fl-UE g\u0127adhom ise\u0127\u0127u (e\u017c. is-CETA), anki meta jitnaqqsu jew jitne\u0127\u0127ew it-tariffi, u dan l-appro\u010b\u010b jag\u0127mel parti mill-po\u017cizzjoni ta' negozjar tal-UE fil-ftehimiet kollha.", "Kif jistg\u0127u l-ftehimiet kummer\u010bjali jg\u0127inu biex inaqqsu l-ostakoli sanitarji u fitosanitarji g\u0127all-kummer\u010b?", "Il-ftehimiet kummer\u010bjali bilaterali moderni jittrattaw b'mod effettiv l-ostakoli sanitarji u fitosanitarji, li \u0127afna drabi jkunu kumplessi teknikament, jiswew \u0127afna flus u ilhom je\u017cistu \u017cmien twil.", "Dan l-a\u0127\u0127ar kien hemm g\u0127add ta' su\u010b\u010bessi fit-tne\u0127\u0127ija ta' ostakoli sanitarji u fitosanitarji li ffa\u010bilitaw l-esportazzjonijiet mill-UE.", "L-UE g\u0127andha qafas sanitarju u fitosanitarju armonizzat, g\u0127all-kummer\u010b ta' bejn l-Istati Membri, li mhux dejjem ikun rikonoxxut mis-s\u0127ab kummer\u010bjali, billi dawn \u0127afna drabi j\u0127arsu lejn l-istatus tas-sa\u0127\u0127a tal-annimali u l-pjanti ta' kull Stat Membru individwali.", "Permezz tal-ftehimiet kummer\u010bjali tal-UE li \u0121ew konklu\u017ci jew li qed ji\u0121u nnegozjati, il-Kummissjoni tfittex ir-rikonoxximent tal-qafas sanitarju u fitosanitarju armonizzat tal-UE ming\u0127and il-pajji\u017ci terzi.", "Dan fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar g\u0127andu jwassal g\u0127al pro\u010beduri tal-approvazzjoni ssimplifikati u aktar rapidi g\u0127all-Istati Membri jew gruppi ta' Stati Membri interessati, u g\u0127andu jwassal ukoll biex ji\u0121u stabbiliti kundizzjonijiet g\u0127all-esportazzjoni komuni g\u0127all-Istati Membri kollha.", "X'jurina l-istudju dwar l-i\u017cvilupp tal-agrikultura tal-UE fil-\u0121ejjieni?", "L-istudju huwa g\u0127odda li l-g\u0127an tag\u0127ha huwa li tinforma l-istrate\u0121ija tan-negozjar fil-\u0121ejjieni billi tqis xenarji teoreti\u010bi li jinkludu tnaqqis ta' 50% u 25% fit-tariffi u fejn m'hemmx restrizzjonijiet kwantitattivi.", "Ix-xenarji li ntu\u017caw fl-istudju ma jipprevedux u ma jirriflettux ir-ri\u017cultati futuri ta' negozjati spe\u010bifi\u010bi li wisq probabbli jipprevedu kwoti tar-rati tariffarji fuq il-prodotti sensittivi.", "Madankollu, ir-ri\u017cultati tal-istudju jikkonfermaw l-appro\u010b\u010b li qed tie\u0127u l-Kummissjoni b\u0127alissa permezz tan-negozjaturi tal-UE g\u0127all-kapitoli agrikoli tan-negozjati kummer\u010bjali.", "Jidher li hemm opportunitajiet enormi ta' esportazzjoni fis-setturi tal-\u0127alib u tal-la\u0127am tal-majjal, u l-UE se tinnegozja b'determinazzjoni kbira biex jitne\u0127\u0127ew it-tariffi u l-ostakoli.", "L-agrikultura tal-UE g\u0127andha interess \u010bar li \u017c\u017comm ma' a\u0121enda kummer\u010bjali internazzjonali ambizzju\u017ca biex ma titlifx is-sehem attwali tag\u0127ha fis-suq g\u0127at-tgawdija tal-kompetituri kummer\u010bjali tag\u0127na.", "Huma mistennija vanta\u0121\u0121i addizzjonali kbar g\u0127all-esportazzjoni mill-UE mi\u017c-\u017cieda fl-opportunitajiet g\u0127all-esportazzjoni tal-ikel ippro\u010bessat, mill-protezzjoni mtejba tal-Indikazzjonijiet \u0120eografi\u010bi, u mill-immani\u0121\u0121ar tal-ostakoli sanitarji u fitosanitarji.", "L-istudju jikkonferma wkoll li l-appro\u010b\u010b tal-UE li \u017c\u017comm soda fuq l-a\u010b\u010bess limitat ta' prodotti sensittivi b\u0127alma huma \u010b-\u010banga u r-ross, huwa \u0121\u0121ustifikat.", "Je\u0127tie\u0121 li n-negozjaturi tal-UE jikkontrollaw l-aspettattivi tas-s\u0127ab tag\u0127hom fil-pajji\u017ci terzi u jkunu determinati li ji\u017cguraw il-protezzjoni xierqa g\u0127al dawk il-prodotti sensittivi li huma ta' valur ekonomiku u so\u010bjali qawwi g\u0127al diversi Stati Membri.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, l-istudju jipprovdi argument qawwi favur Politika Agrikola Komuni (PAK) tal-UE b'sa\u0127\u0127itha u b'\u0127afna ri\u017corsi fil-futur.", "PAK b'sa\u0127\u0127itha hija essenzjali g\u0127al min irid jesporta u g\u0127al min jipprodu\u010bi g\u0127as-swieq lokali.", "Din ti\u017cgura wkoll li l-produzzjoni tag\u0127na tkun sostenibbli u li ssir b'mod li t\u0127ares l-ambjent u tikkontribwixxi biex tikkumbatti l-isfida kbira tat-tibdil fil-klima."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_3658", "title": "It-Task Force dwar is-Swieq Agrikoli tippre\u017centa rakkomandazzjonijiet dwar il-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Sun, 13 Nov 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni se tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport kif ukoll soluzzjoni ta' politika xierqa biex tkompli ssostni l-appo\u0121\u0121 kontinwu tag\u0127ha g\u0127as-settur agrikolu.", "Illum it-Task Force dwar is-Swieq Agrikoli (AMTF), ippresedut minn dak li kien il-Ministru Netherlandi\u017c g\u0127all-Agrikoltura u Professur tal-Universit\u00e0, Cees Veerman, ippre\u017centat ir-rapport tag\u0127ha lill-Kummissarju tal-UE g\u0127all-Agrikoltura u l-I\u017cvilupp Rurali, Phil Hogan.", "It-Task Force, mag\u0127mula minn tnax-il espert indipendenti, twaqqfet min\u0127abba t-t\u0127assib li \u017cdied dwar l-i\u017cviluppi globali fil-katina tal-provvista tal-ikel u, b'mod partikolari, dwar il-po\u017cizzjoni tal-produttur f'dik il-katina.", "It-Task Force g\u0127alhekk intalbet tiddiskuti g\u0127add ta' kwistjonijiet rilevanti, kollha bil-\u0127sieb li jtejbu l-po\u017cizzjoni tal-bdiewa fil-katina alimentari.", "Ir-rapport, ri\u017cultat ta' g\u0127axar xhur \u0127idma, \u0121ie a\u010b\u010bettat mill-Kummissarju Hogan u qal hekk: \"Fid-dawl tad-diffikultajiet re\u010benti f'xi setturi spe\u010bifi\u010bi, identifikajna l-\u0127tie\u0121a li nsa\u0127\u0127u r-rwol tal-bidwi fil-katina alimentari bl-g\u0127an li ji\u0121i \u017cgurat li jikseb qlig\u0127 \u0121ust g\u0127all-prodotti tieg\u0127u.", "G\u0127alija t-tis\u0127i\u0127 tal-le\u0127en u tal-po\u017cizzjoni tal-bidwi hija prijorit\u00e0 ewlenija.", "Ir-rapport tat-Task Force dwar is-Swieq Agrikoli huwa element po\u017cittiv ie\u0127or fid-dibattitu dwar kif din il-prijorit\u00e0 tista' tintla\u0127aq.", "Issa se nag\u0127tu prijorit\u00e0 lill-anali\u017ci tag\u0127na tar-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tieg\u0127u bil-\u0127sieb li noffru soluzzjoni ta' politika xierqa.", "L-importanza ta' din il-kwistjoni di\u0121\u00e0 hija rikonoxxuta fil-Programm ta' \u0126idma tal-Kummissjoni g\u0127all-2017, u r-rapport tal-lum se jkollu rwol \u010bentrali fit-twettiq ta' dan l-impenn.\u201d", "Fil-kuntest tal-t\u0127assib dwar li l-bdiewa qed ikollhom i\u0121orru l-pi\u017c tal-volatilit\u00e0 tal-prezzijiet u ta' perjodi prolongati ta' prezzijiet baxxi, ir-rapport tat-Task Force jikkonkludi li l-qafas ta' politika li jirregola l-katina alimentari \"jista' u g\u0127andu jittejjeb aktar.\"", "Fost il-konklu\u017cjonijiet l-o\u0127ra, ir-rapport jappella g\u0127al regoli \u0121odda fil-livell tal-UE biex ikopru \u010berti Prattiki Kummer\u010bjali \u017bleali (UTPs) kif ukoll l-implimentazzjoni ta' metodi effettivi ta' infurzar fl-Istati Membri b\u0127al pere\u017cempju permezz tal-u\u017cu ta' \u0120udikant.", "Rakkomandazzjonijiet o\u0127ra jinkludu aktar trasparenza tas-suq, it-tis\u0127i\u0127 tal-kooperazzjoni bejn il-bdiewa, l-iffa\u010bilitar tal-a\u010b\u010bess tal-bdiewa g\u0127all-finanzjament u t-titjib fl-adozzjoni ta' strumenti g\u0127all-\u0121estjoni tar-riskju.", "Spe\u010bifikament, ir-rapport tat-Task Force rrakkomanda li:", "Stabbilita f'Jannar 2016, it-Task Force dwar is-Swieq Agrikoli (AMTF) \u0127arset ukoll lejn g\u0127add ta' kwistjonijiet li se jippromwovu d-dibattitu dwar il-Politika Agrikola Komuni (PAK) wara l-2020, b'enfasi fuq l-isfidi ma\u0127luqa mit-tibdil tal-klima kif ukoll l-iskarsezza tal-ilma u l-ener\u0121ija fossili.", "Ir-rapport jirreferi g\u0127al kemm hu importanti li l-bdiewa jit\u0127allsu g\u0127all-prodotti u s-servizzi pubbli\u010bi li jag\u0127tu.", "Ir-rapport jissu\u0121\u0121erixxi wkoll il-possibbilt\u00e0 li fil-livell tal-UE jidda\u0127\u0127lu elementi tal-politika ta' \u0121estjoni integrata tar-riskji.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, jissottolinja l-importanza tar-ri\u010berka u l-innovazzjoni \u2013 li nattiraw bdiewa \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 \u0121odda fis-settur \u2013 b\u0127ala twe\u0121iba g\u0127all-isfidi tal-\u0121ejjieni.", "G\u0127al aktar dettalji, ara hawn."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_09_255", "title": "Il-Fond ta' Solidarjet\u00e0 tal-Unjoni Ewropea (FSUE)", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Thu, 28 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["MEMO/09/255", "Brussell, id-29 ta' Mejju 2009", "Il-Fond ta' Solidarjet\u00e0 tal-Unjoni Ewropea (FSUE)", "Liema g\u0127ajnuna se ting\u0127ata lil Franza ?", "Il-Fond ta' Solidarjet\u00e0 tal-Unjoni Ewropea (FSUE) hu ffinanzjat barra l-ba\u0121it Komunitarju normali.", "Qabel ma tista' ti\u0121i m\u0127allsa l-g\u0127ajnuna, l-awtorit\u00e0 ba\u0121itarja (il-Kunsill u l-Parlament Ewropew) g\u0127andha g\u0127alhekk tadotta l-proposta ba\u0121itarja kkore\u0121uta li l-Kummissjoni se tippre\u017centalha.", "G\u0127alhekk, il-mezzi ba\u0121itarji probabbilment mhumiex se jkunu disponibbli qabel Ottubru.", "L-g\u0127ajnuna tista' tintu\u017ca b'mod retroattiv ( ara: IP/09/850 ).", "Liema se jkun il-pass li jmiss ?", "Sabiex ting\u0127ata l-g\u0127ajnuna tal-Fond ta' Solidarjet\u00e0 lil Franza, il-Kummissjoni se titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jikkostitwixxu l-awtorit\u00e0 ba\u0121itarja tal-Unjoni, sabiex jadottaw dak li nsej\u0127u ba\u0121it ikkore\u0121ut.", "Wara, il-Kummissjoni u Franza se jiffirmaw ftehim li jistipula t-termini u l-kundizzjonijiet g\u0127all-u\u017cu tal-g\u0127ajnuna.", "Qag\u0127da fi Franza", "Il-maltempata laqtet b'mod partikolari s-settur forestali (aktar minn 60 % tal-\u0127sarat) kif ukoll lill-impri\u017ci u r-residenzi privati (aktar minn 25 % tad-danni).", "Hi wasslet ukoll g\u0127al konsegwenzi fuq l-infrastrutturi (trasport, dawl ilma u telekomunikazzjonijiet) kif ukoll fuq is-settur agrikolu, li kien je\u0127tie\u0121 operazzjonijiet ta' tindif.", "Tnax-il persuna mietu f'din il-katastrofi u 400 sfaw imwe\u0121\u0121g\u0127a.", "Fl-a\u0127\u0127ar, g\u0127andhom ji\u0121u previsti konsegwenzi importanti g\u0127all-industriji tal-karti u tal-injam, li jirrappre\u017centaw parti kbira tal-ekonomija ta\u017c-\u017coni milquta.", "Il-Fond ta' Solidarjet\u00e0 jista' jintervjeni biss minn \u010bertu limitu, iffissat g\u0127al Franza g\u0127al EUR 3,4 biljun ta' \u0127sarat.", "Id-danni diretti kka\u0121unati mill-maltempata Klaus \u0121ew ivvalutati g\u0127al EUR 3,8 biljun, li jippermetti g\u0127alhekk li ti\u0121i attivata l-g\u0127ajnuna Ewropea.", "G\u0127aliex il-Kummissjoni \u0127adet aktar minn erba' xhur sabiex tirrea\u0121ixxi ?", "Il-Kummissjoni ma tistax tirrea\u0121ixxi minn jeddha, hi tiddependi minn talba formali mill-pajji\u017c ikkon\u010bernat.", "It-talba Fran\u010bi\u017ca ta' g\u0127ajnuna finanzjarja g\u0127all-FSUE \u0121iet ippre\u017centata lill-Kummissjoni fit-2 ta' April, b'rispett tad-dawma regolamentari ta' 10 \u0121img\u0127at wara l-katastrofi.", "Sadanittant, is-servizzi tal-Kummissjoni kienu f'kuntatt mill-qrib mal-awtoritajiet Fran\u010bi\u017ci sabiex jg\u0127inuhom i\u0127ejju din it-talba.", "Is-servizzi tal-Kummissjoni e\u017caminaw minnufih it-talba fuq il-ba\u017ci tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjet\u00e0.", "Huma kkonkludew li l-maltempata tissodisfa l-kriterji ta' katastrofi ma\u0121\u0121uri naturali li l-Fond ta' Solidarjet\u00e0 jista' ji\u0121i mobilizzat g\u0127aliha.", "It-talba Fran\u010bi\u017ca indikat l-akbar \u0127sarat.", "G\u0127aliex ma \u0121ewx ikkunsidrati bis-s\u0127i\u0127?", "\u0126sarat o\u0127ra indikati fit-talba ta' intervent Fran\u010bi\u017ca b\u0127al telf ta' d\u0127ul u ta' produzzjoni min\u0127abba l-waqfien tal-attivitajiet ekonomi\u010bi u l-\u0127sarat ipoteti\u010bi b\u0127all-valur stmat marbut mat-telf tal-effett ta' \u00abpompa bijolo\u0121ika tal-karbonju\u00bb tal-foresta meqruda ma tqisux fil-kalkolu tal-g\u0127ajnuna billi ma tqisux b\u0127ala \u0127sarat diretti.", "Kif ji\u0121i kkalkulat l-ammont tal-g\u0127ajnuna?", "Dan hu l-metodu ta' kalkolu tal-g\u0127ajnuna applikat g\u0127all-interventi kollha tal-FSUE : jing\u0127ata ammont ta\u2018 g\u0127ajnuna li jirrappre\u017centa 2,5 % tal-ammont totali tal-\u0127sarat diretti fi \u0127dan il-limitu tal-intervent tal-Fondi, kif ukoll ammont ta' g\u0127ajnuna ta' 6 % g\u0127all-parti tal-\u0127sarat li taqbe\u017c il-limitu.", "Min se jkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-g\u0127ajnuna ?", "Il-Kummissjoni se tikkonkludi ftehim g\u0127all-implimentazzjoni tal-g\u0127ajnuna ma' Franza li mbag\u0127ad se tkun responsabbli li tag\u0127\u017cel il-pro\u0121etti u li tikkontrollahom.", "Hi se jkollha sena mid-data tal-g\u0127oti tal-g\u0127ajnuna biex tonfoq il-flus.", "Sitt xhur wara, Franza se tippre\u017centa rapport dwar l-u\u017cu tal-g\u0127ajnuna g\u0127all-Kummissjoni.", "X'jista' ji\u0121i ffinanzjat mill-Fondi ?", "Il-\u0127lasijiet mill-Fondi huma llimitati g\u0127all-finanzjament tal-operazzjonijiet ta' emer\u0121enza mmexxija mill-awtoritajiet pubbli\u010bi li jie\u0127du f'idejhom il-\u0127sarat li ma jistg\u0127ux ji\u0121u assigurati (b\u0127as-servizzi ta' salvata\u0121\u0121, ir-restawr tal-infrastrutturi, l-akkomodazzjoni provvi\u017corja, it-tindif, e\u010b\u010b.).", "Il-\u0127sarat privati u t-telf tad-d\u0127ul, kif ukoll fl-agrikultura ma jistg\u0127ux jintraddu lura.", "L-g\u0127ajnuniet g\u0127andhom jinsabu permezz tal-programmi rigward l-i\u017cvilupp sostenibbli \u2013 b'mod partikolari l-Programm ta' \u017bvilupp Rurali g\u0127all-2007-2013 iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew g\u0127all-I\u017cvilupp Rurali (FAE\u017bR).", "Il-Kummissjoni sejra tapprova l-iskema ta' g\u0127ajnuna notifikata minn Franza wara l-maltempata Klaus?", "Il-Kummissjoni Ewropea qieg\u0127da tistudja skema ta' g\u0127ajnuna notifikata minn Franza wara l-maltempata Klaus.", "Se tittie\u0127ed de\u010bi\u017cjoni dalwaqt .", "Il-Fond ta' Solidarjet\u00e0 - Storja", "Il-Fond ta' Solidarjet\u00e0 tal-Unjoni Ewropea (FSUE) in\u0127oloq wara l-g\u0127arg\u0127ar li laqtu lill-Ewropa \u010bentrali tul is-sajf tal-2002.", "Huwa jag\u0127ti g\u0127ajnuniet finanzjarji g\u0127al mi\u017curi ta' ur\u0121enza lill-Istati Membri u lil pajji\u017ci li qeg\u0127din jinnegozjaw is-s\u0127ubija tag\u0127hom mal-UE, milquta minn katastrofu naturali ma\u0121\u0121uri.", "Fil-prin\u010bipju, l-interventi tal-Fondi huma limitati g\u0127all-finanzjament ta' operazzjonijiet ta' ur\u0121enza mmexxija mill-awtoritajiet pubbli\u010bi biex jindirizzaw il-\u0127sarat li ma jistg\u0127ux ji\u0121u assigurati. pere\u017cempju, restawr tal-infrastrutturi jew akkomodazzjoni provvi\u017corja.", "Il-\u0127sarat m\u0121arrba mill-persuni privati jew it-telf ta' d\u0127ul ma jistg\u0127ux jintroddu lura.", "Fis-6 ta' April 2005, il-Kummissjoni ppre\u017centat proposta ta' regolament rivedut li jistipula kriterji aktar sempli\u010bi u aktar \u010bari g\u0127al attivazzjoni f'waqtha tal-FSUE (li tippermetti li tag\u0127ti \u0127las bil-quddiem.)", "Din il-proposta ntlaqg\u0127et tajjeb \u0127afna mill-Parlament Ewropew i\u017cda, s'issa, ma kien hemm l-ebda progress fil-Kunsill, ji\u0121ifieri fuq livell tal-Istati Membri."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_851", "title": "It-tibdil fil-klima: Il-Kummissjoni tilqa' b'sodisfazzjon it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li kien hemm fl-2007 g\u0127at-tielet sena konsekuttiva", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Thu, 28 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["IP/09/851", "Brussell, 29 ta' Mejju 2009", "It-tibdil fil-klima: Il-Kummissjoni tilqa' b'sodisfazzjon it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li kien hemm fl-2007 g\u0127at-tielet sena konsekuttiva", "Illum il-Kummissarju g\u0127all-Ambjent Stavros Dimas laqa' l-a\u0127bar li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-UE naqsu g\u0127at-tielet sena konsekuttiva.", "L-inventarju tal-emissjonijiet mi\u0121bur mill-A\u0121enzija Ewropea g\u0127all-Ambjent g\u0127all-2007, l-aktar sena ri\u010benti li hemm id-dejta s\u0127i\u0127a disponibbli dwarha, juri li mill-2006 lil hawn l-emissjonijiet tal-grupp tal-UE-15 ni\u017clu b'1.6% filwaqt li l-ekonomija kibret bi 2.7%.", "Bis-sa\u0127\u0127a ta' dan it-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-grupp tal-UE-15, il-livelli tag\u0127hom jinsabu 5.0% ta\u0127t dawk tas-sena ba\u017ci (f'\u0127afna ka\u017cijiet din hija l-1990).", "Dan ifisser li l-grupp tal-UE-15 jinsab tabil\u0127aqq fit-triq it-tajba biex jil\u0127aq il-mira tieg\u0127u skont il-Protokoll ta' Kjoto, ji\u0121ifieri li bejn il-perjodu tal-2008 u l-2012 il-medja tal-emissjonijiet tin\u017camm 8% ta\u0127t il-livelli tas-sena ba\u017ci.", "L-emissjonijiet tal-UE-27 ni\u017clu b'1.2% matul is-sena u jinsabu 12.5% ta\u0127t il-livelli tas-sena ba\u017ci.", "Il-Kummissarju Dimas qal: \u201cIt-tnaqqis ri\u010benti tal-emissjonijiet fost il-grupp tal-UE-15 iqawwilna qalbna li se nil\u0127qu b'su\u010b\u010bess il-mira tag\u0127na ta' Kjoto.", "B'iktar minn nofs l-Istati Membri tal-UE-15 li g\u0127al darb'o\u0127ra rre\u0121istraw tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet fl-2007, it-t\u0127assib ewlieni tag\u0127na b\u0127alissa huwa li ni\u017cguraw li, fil-konferenza ta' Kopen\u0127agen li se ssir f'Di\u010bembru, jintla\u0127aq ftehim ambizzju\u017c dwar il-klima globali g\u0127all-perjodu ta' wara l-2012.", "Dan g\u0127andu jo\u0127loq qafas g\u0127at-tnaqqis tal-emissjonijiet madwar id-dinja g\u0127all-\u0121ejjieni.\"", "\u017bied jg\u0127id: \u201cG\u0127alkemm parti mit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-UE-15 fl-2007 kien ri\u017cultat tal-kundizzjonijiet tajbin tat-temp f'xi w\u0127ud mill-Istati Membri, ix-xejra 'l isfel tal-emissjonijiet li kien hemm f'dawn l-a\u0127\u0127ar tliet snin tindika li l-politiki u l-mi\u017curi proattivi dwar il-klima me\u0127udin fuq livell nazzjonali u tal-UE issa bdew jag\u0127tu r-ri\u017cultati.", "Il-pakkett dwar il-klima u l-ener\u0121ija li \u0121ie adottat ix-xahar li g\u0127adda ji\u017cgura li g\u0127andu jkun hemm iktar tnaqqis fis-snin li \u0121ejjin.", "It-tendenza li jonqsu l-emissjonijiet minkejja t-tkabbir ekonomiku", "It-tnaqqis ta' 1.6% tal-emissjonijiet tal- UE-15 bejn l-2006 u l-2007 jaqta' kuntrast ma\u017c-\u017cieda ta' 2.7% fil-PGD matul dak il-perjodu.", "Dan ifisser li l-UE rnexxielha tkompli tifred l-emissjonijiet mit-tkabbir ekonomiku.", "L-emissjonijiet kienu naqsu wkoll fis-sentejn ta' qabel, b'0.9% fl-2005 u b'0.6% fl-2006.", "Ir-ra\u0121unijiet ewlenin g\u0127alfejn naqsu l-emissjonijiet fl-2007 - li ammontaw g\u0127al 64 miljun tunnellata f'ekwivalenti ta' CO 2 \u2013 kienu ri\u017cultat tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mid-djar min\u0127abba li g\u0127amel temp iktar s\u0127un u mill-industrija tal-manifattura u mill-produzzjoni tal-\u0127adid u l-azzar.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, \u017cdiedu l-emissjonijiet li g\u0127andhom x'jaqsmu mat-tag\u0127mir ta' refri\u0121erazzjoni u tal-arja kondizzjonata.", "Il-ma\u0121\u0121oranza tas-setturi rre\u0121istraw tnaqqis fl-emissjonijiet bejn is-sena ba\u017ci u l-2007.", "L-emissjonijiet mill-pro\u010bessi industrijali naqsu b'14.1%, mis-settur tal-ener\u0121ija g\u0127ajr dak tat-trasport b'7.4%, mill-u\u017cu tas-solventi u prodotti o\u0127ra b'23.7%, mill-agrikoltura bi 11.3% u mill-iskart b'38.9%.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, b'mod \u0121enerali, l-emissjonijiet mit-trasport \u017cdiedu b'23.7% u b'24.7% mis-settur tat-trasport bl-art.", "F'sena, l-emissjonijiet tal- UE-27 naqsu b'1.2%.", "B'konsegwenza, il-livelli baqg\u0127u 12.5% ta\u0127t dawk tas-sena ba\u017ci, li g\u0127al u\u0127ud mill-Istati Membri dan il-valur huwa differenti minn dak li nkiseb fl-1990, u huwa 9.3% ta\u0127t il-livelli tal-1990 stess.", "It-tnaqqis tal-emissjonijiet g\u0127all-2006, li ammontaw g\u0127al 59.4 miljun tunnellata f'ekwivalenti ta' CO 2 , jista' jkun fil-bi\u010b\u010ba l-kbira dovut g\u0127all-istess ra\u0121unijiet fil-ka\u017c tal-UE-15.", "Kienu rre\u0121istrati \u017cidiet fl-emissjonijet mal-UE-27 fis-settur tat-trasport, fil-produzzjoni tas-siment u fil-produzzjoni tal-elettriku g\u0127all-pubbliku u s-s\u0127ana, kif ukoll fit-tag\u0127mir ta' refri\u0121erazzjoni u tal-arja kondizzjonata", "Ma hija ffissata l-ebda mira dwar l-emissjonijiet g\u0127all-UE-27 skont il-Protokoll ta' Kjoto min\u0127abba li dak i\u017c-\u017cmien, l-UE-12 kienu g\u0127adhom ma sarux Stati Membri.", "Madankollu, l-UE-12 kollha g\u0127andhom impenji individwali fil-qafas ta' Kjoto sabiex inaqqsu l-emissjonijiet g\u0127al 6% jew 8% ta\u0127t il-livelli tas-sena ba\u017ci, \u0127lief g\u0127al \u010aipru u Malta li ma g\u0127andhom l-ebda mira.", "L-A\u0121enzija Ewropea g\u0127all-Ambjent \u0121abret id-dejta, u ntbag\u0127tet lill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC).", "Iktar tag\u0127rif", "L-A\u0121enzija Ewropea g\u0127all-Ambjent", "www.eea.europa.eu", "Anness", "Emissjonijiet ta' gassijiet serra f'ekwivalenti tas-CO 2 (g\u0127ajr il-\u0127a\u017cniet tal-karbonju) imqabbla mal-miri tal-Protokoll ta' Kjoto g\u0127all-2008-12", "STAT MEMBRU", "1990", "Il-Protokoll ta' Kjoto sena ba\u017ci 1)", "2007", "Bidla 2006-2007", "Bidla 2006-2007", "Bidla 1990-2007", "Bidla sena ba\u017ci-2007", "Miri 2008-12 skont il-Protokoll ta' Kjoto u \u201cl-qsim tal-pi\u017c fl-UE\u201d", "(miljun tunnellata)", "(miljun tunnellata)", "(miljun tunnellata)", "(miljun tunnellata)", "(%)", "(%)", "(%)", "(%)", "L-Awstrija", "79,0", "79,0", "88,0", "-3,6", "-3,9%", "11,3%", "11,3%", "-13,0%", "Il-Bel\u0121ju", "143,2", "145,7", "131,3", "-5,3", "-3,9%", "-8,3%", "-9,9%", "-7,5%", "Id-Danimarka", "69,1", "69,3", "66,6", "-4,4", "-6,2%", "-3,5%", "-3,9%", "-21,0%", "Il-Finlandja", "70,9", "71,0", "78,3", "-1,6", "-2,0%", "10,6%", "10,3%", "0,0%", "Franza", "562,6", "563,9", "531,1", "-10,6", "-2,0%", "-5,6%", "-5,8%", "0,0%", "Il-\u0120ermanja", "1215,2", "1232,4", "956,1", "-23,9", "-2,4%", "-21,3%", "-22,4%", "-21,0%", "Il-Gre\u010bja", "105,6", "107,0", "131,9", "3,8", "2,9%", "24,9%", "23,2%", "25,0%", "L-Irlanda", "55,4", "55,6", "69,2", "-0,5", "-0,7%", "25,0%", "24,5%", "13,0%", "L-Italja", "516,3", "516,9", "552,8", "-10,2", "-1,8%", "7,1%", "6,9%", "-6,5%", "Il-Lussemburgu", "13,1", "13,2", "12,9", "-0,39", "-2,9%", "-1,6%", "-1,9%", "-28,0%", "L-Olanda", "212,0", "213,0", "207,5", "-1,0", "-0,5%", "-2,1%", "-2,6%", "-6,0%", "Il-Portugall", "59,3", "60,1", "81,8", "-2,9", "-3,4%", "38,1%", "36,1%", "27,0%", "Spanja", "288,1", "289,8", "442,3", "9,3", "2,1%", "53,5%", "52,6%", "15,0%", "L-I\u017cvezja", "71,9", "72,2", "65,4", "-1,5", "-2,2%", "-9,1%", "-9,3%", "4,0%", "Ir-Renju Unit", "771,1", "776,3", "636,7", "-11,2", "-1,7%", "-17,4%", "-18,0%", "-12,5%", "L-UE-15", "4232,9", "4265,5", "4052,0", "-64,0", "-1,6%", "-4,3%", "-5,0%", "-8,0%", "Il-Bulgarija", "117,7", "132,6", "75,5", "4,2", "5,9%", "-35,8%", "-43,0%", "-8,0%", "\u010aipru", "5,5", "5,5", "10,1", "0,2", "1,6%", "85,3%", "Mhux applikabbli", "Mhux applikabbli", "Ir-Repubblika \u010aeka", "194,7", "194,2", "150,8", "1,7", "1,2%", "-22,5%", "-22,4%", "-8,0%", "L-Estonja", "41,9", "42,6", "22,0", "2,8", "14,8%", "-47,5%", "-48,3%", "-8,0%", "L-Ungerija", "99,2", "115,4", "75,9", "-2,9", "-3,7%", "-23,5%", "-34,2%", "-6,0%", "Il-Latvja", "26,7", "25,9", "12,1", "0,4", "3,5%", "-54,7%", "-53,4%", "-8,0%", "Il-Litwanja", "49,1", "49,4", "24,7", "1,9", "8,1%", "-49,6%", "-49,9%", "-8,0%", "Malta", "2,0", "2,0", "3,0", "0,07", "2,3%", "45,7%", "Mhux applikabbli", "Mhux applikabbli", "Il-Polonja", "459,5", "563,4", "398,9", "-0,4", "-0,1%", "-13,2%", "-29,2%", "-6,0%", "Ir-Rumanija", "243,0", "278,2", "152,3", "-1,6", "-1,0%", "-37,3%", "-45,3%", "-8,0%", "Is-Slovakkja", "73,3", "72,1", "47,0", "-2,0", "-4,1%", "-35,9%", "-34,8%", "-8,0%", "Is-Slovenja", "18,6", "20,4", "20,7", "0,2", "0,7%", "11,6%", "1,8%", "-8,0%", "L-UE-27", "5564,0", "5759,8", "5045,1", "-59,4", "-1,2%", "-9,3%", "-12.5%", "Mhux applikabbli"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/PRES_09_160", "title": "Brussell, 29 ta' Mejju 2009 Sostituzzjoni tar-Rappre\u017centant Permanenti Grieg g\u0127all-Unjoni Ewropea", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Thu, 28 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit ju\u017ca l-cookies biex joffrilek esperjenza a\u0127jar.", "Skopri aktar dwar, kif nu\u017caw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tieg\u0127ek.", "KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA", "MT", "Brussell, 29 ta' Mejju 2009", "10502/09 (Presse 160)", "(OR. en)", "Sostituzzjoni tar-Rappre\u017centant Permanenti Grieg g\u0127all-Unjoni Ewropea", "Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea \u0121ie infurmat dwar l-appuntament mill-Gvern Grieg tal-Ambaxxatur Theodoros N. Sotiropoulos b\u0127ala Rappre\u017centant Permanenti tar-Repubblika tal-Gre\u010bja g\u0127all-Unjoni Ewropea.", "L-Ambaxxatur SOTIROPOULOS beda l-kariga tieg\u0127u fid-29 ta' Mejju 2009.", "(Il-curriculum vitae huwa mehmu\u017c).", "ANNESS", "CURRICULUM VITAE", "Theodoros N. Sotiropoulos", "1949", "Twieled f'Ateni", "Lawrea fil-Li\u0121i, Universit\u00e0 ta' Ateni", "1977", "Ministeru tal-Affarijiet Barranin", "1978 - 1980", "Kabinett tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin", "1980 - 1984", "Ambaxxata tal-Gre\u010bja, Sofia, Bulgarija", "1984 - 1989", "Ministeru tal-Affarijiet Barranin, L-Ewwel Divi\u017cjoni Politika / Taqsima tal-Balkani", "1989 - 1993", "Toronto, Kanada / Konsul \u0120enerali", "1993 - 1997", "Ambaxxata tal-Gre\u010bja, Bonn, \u0120ermanja", "1997 - 2003", "Ateni, Kap tal-Uffi\u010b\u010bju Diplomatiku tal-Prim Ministru", "2003 - 2007", "Vjenna, Ambaxxatur g\u0127all-Awstrija u Rappre\u017centant Permanenti g\u0127all-Organizzazzjonijiet Internazzjonali fi Vjenna", "2007 - 2009", "Ministeru tal-Affarijiet Barranin / Direttur \u0120enerali tal-Affarijiet dwar l-UE", "2009", "Rappre\u017centant Permanenti tal-Gre\u010bja g\u0127all-UE", "Mi\u017c\u017cewwe\u0121 lil Ekaterini Nassika, \u017cewgt ibniet", "Lingwi :", "Ingli\u017c, Fran\u010bi\u017c, \u0120ermani\u017c"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_845", "title": "Inwasslu benefi\u010b\u010bji veri g\u0127a\u010b-\u010bittadini madwar l-Ewropa: il-kisbiet tal-Kummissjoni 2004-2009", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 27 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["IP/09/845", "Brussell, i t-28 ta' Mejju 2009", "Inwasslu benefi\u010b\u010bji veri g\u0127a\u010b-\u010bittadini madwar l-Ewropa: il-kisbiet tal-Kummissjoni 2004-2009", "Il-Kummissjoni Ewropea llum ippre\u017centat sinte\u017ci tal-kisbiet tag\u0127ha hekk kif qed joqorbu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ew ropew.", "Il-Kummissjoni Ewropea wasslet biex l-Unjoni Ewropea mag\u0127quda mill-\u0121did ta\u0127dem g\u0127all-benefi\u010b\u010bju ta\u010b-\u010bittadini tag\u0127ha u \u0121abet stabbilt\u00e0 u prosperit\u00e0 akbar f'Unjoni ta' 27 Stat Membru.", "Irrea\u0121iet b'mod de\u010bi\u017civ g\u0127all-kri\u017ci finanzjarja u ekonomika.", "Implimentat appro\u010b\u010b integrat rigward il-\u0121lieda kontra t-tibdil fil-klima u l-i\u017cgurar tal-fornitura tal-ener\u0121ija.", "Il-Kummissjoni ppruvat tinfluwenza l-globalizzazzjoni b'mod li tkun inklussiva, demokratika, orjentata lejn l-estern kif ukoll aperta.", "Il-President tal-Kummissjoni Jos\u00e9 Manuel Barroso stqarr: \"Din il-Kummissjoni, l-ewwel wa\u0127da ta' Unjoni li kibret g\u0127al 27 Stat Membru, affa\u010b\u010bjat u\u0127ud mill-aktar \u017cmenijiet diffi\u010bli li l-Unjoni Ewropea qatt g\u0127addiet minnhom, fi \u017cmien ta' bidla ekonomika u so\u010bjali kbira.", "Il-kisbiet tag\u0127na juru li a\u0127na bqajna fidili lejn il-valuri u l-g\u0127anijiet ewlenin li wasslu sabiex l-Unjoni jkollha tant su\u010b\u010bes u li se n\u0127allu kontribut qawwi g\u0127all-i\u017cvilupp futur tal-pro\u0121ett Ewropew.", "Ninsab partikolarment kburi bir-reazzjoni tag\u0127na g\u0127all-kri\u017ci ekonomika u finanzjarja, l-a\u0121enda ambizzju\u017ca tag\u0127na fil-\u0121lieda kontra t-tibdil fil-klima u l-\u0127olqien ta' politika Ewropea vera tal-ener\u0121ija.", "Issa qeg\u0127din fuq quddiem fit-tiswir tal-globalizzazzjoni b'valuri Ewropej u fil-promozzjoni dinjija tal-interess Ewropew.", "Issa huwa \u017c-\u017cmien g\u0127a\u010b-\u010bittadini Ewropej biex jesprimu l-opinjonijiet tag\u0127hom dwar il-futur fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Nistieden li\u010b-\u010bittadini Ewropej biex ju\u017caw dan id-dritt demokratiku tag\u0127hom.\"", "Sinte\u017ci tal-kisbiet tal-Kummissjoni tinsab f'dokument komprensiv li \u0121ie ppubblikat illum u li hu disponibbli fil-lingwi uffi\u010bjali kollha tal-UE.", "Matul l-a\u0127\u0127ar \u0127ames snin, il-Kummissjoni Barroso bniet il-kredibbilt\u00e0 tag\u0127ha ma\u010b-\u010bittadini, l-operaturi ekonomi\u010bi, l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew.", "Uriet li tista' tipproponi inizjattivi ambizzju\u017ci i\u017cda realisti\u010bi u li ti\u017cgura li dawn jitwettqu.", "Dan g\u0127amlitu fi \u017cmenijiet ta' tibdil istituzzjonali u ta' kri\u017ci ekonomika.", "Kien hemm qbil dwar le\u0121i\u017clazzjoni importanti \u0121dida li po\u0121\u0121iet is-Suq Uniku de\u010bi\u017civament g\u0127as-servizz ta\u010b-\u010bittadini, pere\u017cempju, billi \u017ciedet id-drittijiet tal-passi\u0121\u0121ieri fil-ka\u017c tat-trasport, billi naqqset l-ispejje\u017c tat-telefoni \u010bellulari jew billi ffa\u010bilitat \u0127lasijiet transfruntiera.", "Fl-istess \u0127in, il-Kummissjoni ssimplifikat il-le\u0121i\u017clazzjoni tal-Unjoni Ewropea billi pproponiet li tit\u0127assar kwa\u017ci 10 fil-mija mil-le\u0121i\u017clazzjoni superfluwa u li jitnaqqsu l-pi\u017cijiet amministrattivi fuq in-negozju, b'mod partikolari fuq l-impri\u017ci \u017cg\u0127ar u ta' daqs medju.", "L-enfasi tal-Kummissjoni fuq it-tkabbir u l-impjiegi permezz tal-istrate\u0121ija m\u0121edda ta' Li\u017cbona u tal-Patt rivedut ta' Stabbilt\u00e0 u Tkabbir po\u0121\u0121iet lill-Ewropa f'po\u017cizzjoni a\u0127jar biex tirrea\u0121ixxi g\u0127all-kri\u017ci ekonomika, finanzjarja u fl-impjiegi li g\u0127addejja b\u0127alissa.", "Il-Kummissjoni kienet l-ewwel istituzzjoni internazzjonali li ppre\u017centat pjan ta' rkupru kredibbli u hija mexxiet ir-reazzjoni rigward assi mg\u0127arrqa, ir-rikapitalizzar, l-g\u0127ajnuna mill-Istat u l-mi\u017curi biex ikun hemm irkupru minflok salvata\u0121\u0121 f'setturi spe\u010bifi\u010bi, b\u0127al pere\u017cempju s-settur tal-karozzi.", "Il-Kummissjoni qieg\u0127da tmexxi l-\u0121lieda fil-livell tal-G-20 u fil-livell Ewropew permezz tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport de Larosi\u00e8re.", "Il-Kummissjoni Barroso mexxiet il-bidla kun\u010bettwali fl-appro\u010b\u010b tal-Ewropa lejn it-tibdil fil-klima u l-ener\u0121ija.", "Bil-pakkett ambizzju\u017c ta' mi\u017curi le\u0121i\u017clattivi m\u0127ejji mill-Kummissjoni Barroso, l-Ewropa \u017cvelat li hija lesta li tmexxi u li se tkompli tag\u0127mel dan fil-preparazzjoni g\u0127at-ta\u0127didiet ta' Kopen\u0127agen dwar it-tibdil fil-klima.", "Dan ji\u017cgura li l-mi\u017curi fuq medda qasira ta' \u017cmien, li huma reazzjoni g\u0127all-kri\u017ci ekonomika, jkunu g\u0127al kollox kompatibbli mal-g\u0127anijiet fit tul tag\u0127na.", "Il-Kummissjoni Ewropea stinkat biex tfassal l-ambjent globali li qed jinbidel b'tali mod li jindirizza l-faqar, kwistjonijiet globali rigward is-sa\u0127\u0127a, il-migrazzjoni u s-sigurt\u00e0.", "Uriet l-influwenza tag\u0127ha fil-ka\u017c ta' kri\u017cijiet fil-\u0120eor\u0121ja, il-Lvant Nofsani u l-Afrika.", "Fl-istess \u0127in, investiet fl-istabbilt\u00e0 re\u0121jonali tal-vi\u010binat tag\u0127ha u \u0127e\u0121\u0121et s\u0127ubijiet effettivi u ambizzju\u017ci mas-setg\u0127at globali biex ji\u0121u difi\u017ci l-interess Ewropew u l-valuri Ewropej.", "Tin\u0127tie\u0121 aktar \u0127idma.", "G\u0127ad trid ti\u0121i konklu\u017ca il-Konferenza ta' Doha dwar il-Kummer\u010b.", "Il-Kummissjoni ressqet diversi proposti g\u0127ar-riforma tas-swieq finanzjarji, biex ji\u017cdiedu l-impjiegi u biex ji\u0121u indirizzati sfidi ur\u0121enti o\u0127ra, i\u017cda dawn g\u0127adhom je\u0127tie\u0121u l-approvazzjoni finali mill-UE.", "Filwaqt li nkomplu naffrontaw l-effetti tal-kri\u017ci ekonomika ta' b\u0127alissa, je\u0127tie\u0121 li l-Kummissjoni tag\u0127mel l-almu tag\u0127ha biex ti\u017cgura to\u0127ro\u0121 Unjoni aktar b'sa\u0127\u0127itha minnha.", "\u0126a tibqa' iffukata fuq il-\u0127tie\u0121a tar-ratifika tat-Trattat ta' Li\u017cbona, li jag\u0127ti lill-Unjoni aktar \u0127ila biex ta\u0121ixxi.", "Il-Kummissjoni Barroso \u0127adet l-inizjattiva li tipproponi soluzzjonijiet g\u0127all-problemi tal-lum.", "Il-pjan ta' rkupru ekonomiku, il-\u0121lieda kontra t-tibdil fil-klima, is-sigurt\u00e0 fl-ener\u0121ija, il-Fond ta' A\u0121\u0121ustament g\u0127all-Globalizzazzjoni, il-biljun f'fa\u010bilit\u00e0 tal-ikel g\u0127all-i\u017cvilupp, l-Istitut Ewropew tat-Teknolo\u0121ija, il-5 biljuni g\u0127al pro\u0121etti tal-ener\u0121ija u tal-faxx wiesa' g\u0127al komunitajiet rurali u l-patt tal-migrazzjoni \u2013 kollha tnisslu mill-inizjattiva tal-Kummissjoni.", "Il-Kummissjoni wriet li l-UE tista' ta\u0127dem b'27 membru, li tista' tmexxi d-dibattitu u tag\u0127ti r-ri\u017cultati.", "Il-Kummissjoni kienet il-mutur li jmexxi l-a\u0121enda Ewropea 'l quddiem.", "Bniet fuq il-kunsens tas-27 Stat Membru kollha f'kull Kunsill Ewropew kemm fi\u017c-\u017cminijiet it-tajbin u dawk il-\u0127\u017ciena.", "Dan huwa l-wirt li se t\u0127alli din il-Kummissjoni.", "Sfond", "Il-Kummissjoni Barroso bdiet il-\u0127idma tag\u0127ha fit-22 ta' Novembru 2004.", "Il-mandat tag\u0127ha hu ppjanat li jasal fit-tmiem tieg\u0127u fil-31 ta' Ottubru 2009.", "Matul l-a\u0127\u0127ar erba' snin u nofs, il-Kummissjoni adottat proposti le\u0121i\u017clattivi ambizzju\u017ci.", "Sa mill-bidu tal-2005, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rnexxielhom jaslu g\u0127al ftehim dwar 470 proposta bil-pro\u010bedura ta' kode\u010bi\u017cjoni.", "Jista' jinkiseb aktar tag\u0127rif dwar il-kisbiet tal-Kummissjoni f'oqsma ta' politika spe\u010bifi\u010bi mill-uffi\u010b\u010bju ta' kull Kummissarju.", "Hemm kopja tad-dokument li jelenka l-kisbiet tal-Kummissjoni fuq:", "http://ec.europa.eu/commission_barroso/president/priorities/bilan/index_en.htm"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_842", "title": "Ikel u xorb: Il-Kummissjoni tipproponi azzjonijiet biex nie\u0127du kemm nistg\u0127u mill-iskemi tal-kummer\u010bjalizzazzjoni u tal-kwalit\u00e0", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 27 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["IP/09/842", "Brussell, it-28 ta' Mejju 2009", "Ikel u xorb: Il-Kummissjoni tipproponi azzjonijiet biex nie\u0127du kemm nistg\u0127u mill-iskemi tal-kummer\u010bjalizzazzjoni u tal-kwalit\u00e0", "Ne\u0127tie\u0121u azzjoni biex intejbu l-komunikazzjoni dwar il-kwalitajiet tal-prodotti agrikoli, sabiex ner\u0121g\u0127u ng\u0127aqqdu lill-bdiewa u lill-konsumaturi.", "L-iskemi tat-tikkettjar dwar il-kwalit\u00e0 wkoll g\u0127andhom ikunu e\u0127fef biex in-nies ju\u017cawhom u jifhmuhom u l-politika tal-UE trid tkun aktar koerenti.", "Dawn huma r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, dwar il-politika tal-kwalit\u00e0 tal-prodotti agrikoli,li \u0121iet adottata llum.", "Il-bdiewa tal-UE jissodisfaw xi w\u0127ud mill-aktar rekwi\u017citi agrikoli stretti fid-dinja fir-rigward tal-\u0127arsien ambjentali, il-benesseri tal-annimali u l-u\u017cu tal-pesti\u010bidi u l-medi\u010bini veterinarji.", "Barra minn hekk, ju\u017caw l-g\u0127arfien espert u l-\u0127ila tag\u0127hom biex jag\u0127tu kwalitajiet individwali lill-prodotti tag\u0127hom li j\u017cidulhom il-valur.", "I\u017cda l-bdiewa jaqilg\u0127u kemm jixirqilhom g\u0127all-isforzi tag\u0127hom?", "Il-konsumaturi jir\u010bievu informazzjoni pre\u010bi\u017ca dwar il-karatteristi\u010bi tal-prodotti u l-attributi tal-biedja?", "\u201cIs-settur tal-UE tal-agrikoltura u l-ikel g\u0127andu reputazzjoni ferm mist\u0127oqqa g\u0127all-kwalit\u00e0 tajba, bis-sa\u0127\u0127a ta' g\u0127exieren ta' snin, sa\u0127ansitra sekli, ta' impenn g\u0127all-e\u010b\u010bellenza,\" qalet Mariann Fischer Boel, il-Kummissarju g\u0127all-Agrikoltura u l-I\u017cvilupp Rurali.", "\u201cIl-bdiewa tag\u0127na g\u0127andhom jibnu fuq din ir-reputazzjoni biex isostnu l-kompetittivit\u00e0 tag\u0127hom.", "Je\u0127tie\u0121 li jikkomunikaw b'mod a\u0127jar mal-konsumaturi dwar il-kwalitajiet tal-prodotti tag\u0127hom.", "L-UE hija lesta li tg\u0127in f'dan l-isforz.", "G\u0127andna opportunit\u00e0 liema b\u0127alha biex in\u0121ibu aktar koerenza u sempli\u010bit\u00e0 fl-iskemi tag\u0127na ta' tikkettjar u \u010bertifikazzjoni.\u201d", "Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni b'mod partiko lari tipproni li:", "Ji\u0121i esti\u017c it-tikkettjar li jidentifika l-post li fih \u0121ie kkoltivat il-prodott agrikolu;", "Ti\u0121i e \u017caminata l-fattibbilt\u00e0 li ji\u0121u stabbiliti termini ri\u017cervati spe\u010bifi\u010bi fakultattivi g\u0127al \u2018prodott tal-biedja tal-muntanji' u \u2018prodott tradizzjonali'.", "Dan tal-a\u0127\u0127ar jista' jie\u0127u lok l-iskema attwali \u2018spe\u010bjalitajiet tradizzjonali garantiti'", "Jin\u0127oloq re\u0121istru uniku g\u0127all-indikazzjonijiet \u0121eografi\u010bi kollha (g\u0127all-inbejjed, xorb irqiq u prodotti agrikoli u o\u0121\u0121etti tal-ikel) filwaqt li ji\u0121u ppri\u017cervati l-punti spe\u010bifi\u010bi ta' kull sistema.", "Jittejjeb is-suq uniku g\u0127all-prodotti fl-iskemi tat-tikkettjar, partikolarment g\u0127all-prodotti organi\u010bi.", "Jittejjeb il-\u0127arsien internazzjonali tal-indikazzjonijiet \u0121eografi\u010bi u jsir kontribut g\u0127all-i\u017cvilupp tal-istandards internazzjonali g\u0127all-istandards tal-kummer\u010bjalizzazzjoni u tal-prodotti organi\u010bi.", "Ji\u0121u \u017cviluppati linji gwida ta' \u2018prattiki tajbin' g\u0127all-iskemi privati ta' \u010bertifikazzjoni sabiex jitnaqqas il-potenzjal li l-konsumaturi jitfixklu u titnaqqas il-burokrazij a g\u0127all-bdiewa.", "Sfond", "Il-Komunikazzjoni t\u0127ejjiet abba\u017ci ta' 560 kontribut li da\u0127lu b'risposta g\u0127all- Green Paper ta' Ottubru 2008 tal-Kummissjoni dwar il-kwalit\u00e0 tal-prodotti agrikoli, u kontributi mill-konferenza ta' Livell G\u0127oli organizzata mill-Presidenza \u010aeka f'Marzu 2009.", "L- istandards ta' kummer\u010bjalizzazzjoni agrikoli u d-direttivi huma l-qofol g\u0127all-kummer\u010b \u0121ust u essenzjali biex ji\u0121i evitat il-qerq bil-konsumaturi dwar il-kwalitajiet tal-prodotti.", "Ji\u017cguraw identitajiet ba\u017ci\u010bi tal-prodotti (x'jista' jissejja\u0127 \u2018butir'?); klassifikazzjonijiet tal-prodotti (x'inhu l-kontenut minimu ta' xa\u0127am tal-\u201c\u0127alib nofsu xkumat\u201d?)' u definizzjonijiet ta' termini \u2018ri\u017cervati' li j\u017cidu l-valur (x'jikkwalifika b\u0127ala \u017cejt ta\u017c-\u017cebbu\u0121a \u2018mag\u0127sur kiesa\u0127'?); u jistabbilixxu rekwi\u017citi g\u0127at-tikkettjar skont l-ori\u0121ini u l-post tal-biedja.", "L- iskemi tal-indikazzjonijiet \u0120eografi\u010bi i\u0127e\u0121\u0121u l-produzzjoni agrikola ta' kwalit\u00e0 g\u0127olja, i\u0127arsu l-ismijiet ta' prodotti ta' valur minn u\u017cijiet \u0127\u017ciena u imitazzjonijiet, u jg\u0127inu lill-konsumaturi billi jag\u0127tuhom informazzjoni dwar il-karattru spe\u010bifiku tal-prodotti.", "\u0120ew irre\u0121istrati madwar 3000 isem ta' inbejjed, xorb irqiq u prodotti agrikoli u o\u0121\u0121etti tal-ikel.", "STG (spe\u010bjalit\u00e0 tradizzjonali garantita) tenfasizza karattru tradizzjonali, fil-kompo\u017cizzjoni tal-prodott jew bil-mod li bih isir.", "Ta\u0127t l-iskema attwali \u0121ew irre\u0121istrati biss 20 isem.", "Biedja organika: Il-Kummissjoni trid li jintemm ix-xkiel g\u0127all-kummer\u010b fis-suq uniku minn standards nazzjonali diver\u0121enti.", "Il-logo il-\u0121did g\u0127all-prodotti organi\u010bi, li qieg\u0127ed ji\u0121i \u017cviluppat b\u0127alissa (ara IP/09/640 ), u li se japplika b'mod obbligatorju g\u0127all-prodotti tal-UE mill-1 ta' Lulju 2010, g\u0127andu jg\u0127in f'dan il-pro\u010bess.", "Skemi ta' \u010bertifikazzjoni: Skemi privati u nazzjonali ta' \u010bertifikazzjoni jag\u0127tu garanzija li \u010berti aspetti tal-prodott jew il-metodu tal-produzzjoni tieg\u0127u, kif stabbilit fl-ispe\u010bifikazzjoni tal-prodott, ikunu \u0121ew osservati.", "Minkejja xi problemi (e\u017c. theddidiet lis-suq uniku, konfu\u017cjoni potenzjali tal-konsumaturi u skemi duplikattivi), il-partijiet interessati qeg\u0127din jie\u0127du passi biex jindirizzawhom \u2013 u g\u0127alhekk il-Kummissjoni ma tarax il-\u0127tie\u0121a g\u0127al-le\u0121i\u017clazzjoni f'dan il-waqt.", "http://ec.europa.eu/agriculture/quality/policy/communication_en.htm"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_840", "title": "Il-programmi u l-films Ewropej jixxandru g\u0127al tliet kwarti tal-\u0127in fl-aktar \u0127inijiet popolari tax-xandir", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 27 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["IP/09/ 840", "Brussell, it-28 ta' Mejju 2009", "Il-programmi u l-films Ewropej jixxandru g\u0127al tliet kwarti tal-\u0127in fl-aktar \u0127inijiet popolari tax-xandir", "Il-films u l-programmi televi\u017civi \"made in Europe\" baqg\u0127u ji\u0121bdu t-telespettaturi Ewropej.", "Skont studju indipendenti, imqabbad mill-Kummissjoni Ewropea u ppubblikat illum, ix-xog\u0127lijiet Ewropej jirrappre\u017centaw madwar tliet kwarti tax-xandir fl-aktar \u0127inijiet popolari fuq l-istazzjonijiet televi\u017civi Ewropej.", "Il-pre\u017cenza ta' xog\u0127lijiet Ewropej fuq mezzi \u0121odda tax-xandir, b\u0127all-video on demand, hija inkora\u0121\u0121anti, imma l-konformit\u00e0 tag\u0127ha mar-regoli awdjovi\u017civi l-\u0121odda tal-Ewropa tesi\u0121i monitora\u0121\u0121 strett.", "Dawn ir-regoli, ma\u0127suba biex ji\u017cguraw ix-xandir ta' xog\u0127lijiet Ewropej, tlestew fl-2007 permezz ta' mi\u017curi spe\u010bifi\u010bi g\u0127all-mezzi l-\u0121odda tax-xandir, li g\u0127andhom ji\u0121u applikati mill-Istati Membri kollha qabel Di\u010bembru 2009 ( IP/08/2032 ).", "\"Ninsab kuntent bl-interess tat-telespettaturi fix-xog\u0127lijiet Ewropej.", "Dan juri li d-diversit\u00e0 Ewropea, imrawma permezz tal-politika awdjovi\u017civa tal-Unjoni Ewropea, hija valur komuni g\u0127all-ma\u0121\u0121oranza kbira \u0127afna ta\u010b-\u010bittadini Ewropej.\" qal Jacques Barrot, il-Vi\u010bi President tal-Kummissjoni Ewrop ea u attwalment ukoll il-Kummissarju inkarigat mis-so\u010bjet\u00e0 tal-informazzjoni u tal-midja.", "\"Imma jien konvint li nistg\u0127u mmorru a\u0127jar minn hekk u nkomplu n\u017cidu fix-xandir tax-xog\u0127lijiet tag\u0127na.", "B'mod partikolari g\u0127andna nutilizzaw il-potenzjal tas-servizzi biex nissodisfaw it-talba g\u0127all-promozzjoni tal-kontenut lokali u Ewropew fl-Ewropa kollha kemm hi, u b'hekk niffavorixxu d-diversit\u00e0 kulturali u l-produzzjoni indipendenti.\u201d", "L-istudju ppubblikat illum ikejjel g\u0127all-ewwel darba l-\u0127inijiet li jqattg\u0127u t-telespettaturi meta jsegwu l-programmi Ewropej.", "L-istudji pre\u010bedenti kejlu biss ir-rendiment g\u0127al partijiet mill-iskeda tal-programmi.", "Minn dan l-istudju jirri\u017culta li l-programmi u l-films Ewropej u dawk indipendenti huma popolari \u0127afna.", "Fl-2007, ix-xandiriet u l-films Ewropej irrappre\u017centaw 74% tal-\u0127in li fih jissegwa x-xandir , u 75.5% bejn is-18h u l-23h, 33.4% tal-\u0127in li fih l-Ewropej isegwu x-xandir kien allokat g\u0127al produzzjonijiet Ewropej indipendenti.", "Il-ma\u0121\u0121oranza tas-servizzi tal- video on demand tal-istazzjonijiet televi\u017civi joffru kontenut kwa\u017ci g\u0127al kollox Ewropew: aktar minn 90% tal-istazzjonijiet televi\u017civi li \u0127adu sehem fl-istudju indikaw li proporzjon ta' aktar minn 75% tal-katalgi tag\u0127hom g\u0127ad-domanda huwa Ewropew.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, is-servizzi tal-video on demand indipendenti jippromwovu ferm inqas il-produzzjonijiet Ewropej: fil-fatt 25% jiddikjaraw li joffru inqas minn 25% tal-\u0127in f'xandir Ewropew fil-katalgi tag\u0127hom.", "G\u0127alhekk huwa importanti li l-i\u017cvilupp tal-offerti tal-video on demand fl-UE ji\u0121i sorveljat, sabiex ti\u0121i appo\u0121\u0121ata l-promozzjoni ta' kontenut kulturalment varjat.", "L-istudju, li huwa bba\u017cat fuq kampjun rappre\u017centattiv tal-istazzjonijiet televi\u017civi u servizzi asso\u010bjati fl-Ewropa kollha, \u0121ie mqabbad mill-Kummissjoni Ewropea bil-g\u0127an li ti\u0121i analizzata l-promozzjoni tax-xog\u0127lijiet Ewropej mill-istazzjonijiet televi\u017civi u tas-servizzi on demand, fi 30 pajji\u017c, kif mitlub mir-regoli awdjovi\u017civi Ewropej ( MEMO/08/803 ).", "L-istudju jipproponi wkoll metodi ta' evalwazzjoni tal-pre\u017cenza tal-kontenut Ewropew u tal-investiment fih mis-servizzi tal-video on demand.", "Fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar, hija t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-Istati Membri u lill-fornituri tas-servizzi on demand biex jiddefinixxu linji gwida sabiex ti\u0121i mkejla l-importanza tal-kontenut \"made in Europe\" fl-ambjent tas-servizz on demand.", "Sfond", "Skont id-Direttiva \u201cTelevi\u017cjoni ming\u0127ajr fruntieri\u201d tal-1989, ix-xandara Ewropej huma obbligati jallokaw il-ma\u0121\u0121oranza tal-\u0127in tax-xandir tag\u0127hom g\u0127al xog\u0127lijiet Ewropej u g\u0127allinqas 10% minn dan il-\u0127in g\u0127andhom jallokawh g\u0127ax-xandir ta' produzzjonijiet Ewropej indipendenti.", "Fl-2007, l-ambitu ta' din id-Direttiva \u0121ie esti\u017c g\u0127as-servizzi on demand mid-Direttiva dwar is-\"Servizzi awdjovi\u017civi tal-midja\" F'konformit\u00e0 mad-Direttiva l-\u0121dida, l-Istati Membri g\u0127andhom ji\u017cguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjovi\u017civi on demand, jippromwovu, fejn huwa prattikabbli u b'mezzi xierqa, il-produzzjoni ta' xog\u0127lijiet Ewropej, kif ukoll l-a\u010b\u010bess g\u0127al dawn ix-xog\u0127lijiet.", "Diversi mezzi jistg\u0127u jikkontibwixxu g\u0127al dan l-g\u0127an, partikolarment investimenti fil-produzzjoni u l-akkwist tad-drittijiet g\u0127ax-xog\u0127lijiet Ewropej, inkella l-allokazzjoni ta' proporzjon adegwata jew importanti ta' xog\u0127lijiet b\u0127al dawn fil-katalgi tal-video on demand ( MEMO/08/803 ).", "L-istudju indipendenti, ippubblikat illum, i\u017cid dimensjoni esterna g\u0127ar-rapport bjennali stabbilit mill-Kummissjoni fuq ir-rispett ta' dawn l-obbligi mill-Istati Membri, abba\u017ci ta' tag\u0127rif ipprovdut minn dawn tal-a\u0127\u0127ar.", "L-istudju twettaq g\u0127all-Kummissjoni minn Attentional Limited, Oliver & Ohlbaum Associ\u00e9s, Ramboll Management u Headway International.", "L-a\u0127\u0127ar rapport mill-Kummissjoni, li jkopri l-perjodu 2005-2006, \u0121ie ppublikat f'Lulju 2008 ( IP/08/1207 ).", "Ir-rapport li jmiss, g\u0127all-2007-2008, se ji\u0121i ppubblikat fl-2010.", "L-istudju jinsab fuq:", "http://ec.europa.eu/avpolicy/info_centre/library/studies/index_en.htm#eurworks", "Annex:", "Extracts from the study published today 1", "full text:", "http://ec.europa.eu/avpolicy/info_centre/library/studies/index_en.htm#eurworks", "Channels still standing below the 50% European works requirement", "Sanctions in the Member States for non-compliance with 50% European works requirement", "Channel programme spend allocation (2007)", "Source of acquired programmes", "European formats broadcast in the United States", "Types of programming offered on the broadcasters' on-demand services (2007)", "Video on demand services across the EU Member States", "1 :", "The views expressed in the study are those of the authors.", "The report does not necessarily reflect the views of the European Commission, nor does the European Commission accept responsibility for the accuracy of the information contained herein."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ECA_09_25", "title": "Nota ta' informazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar\nir-Rapport Spe\u010bjali Nru\u00a03/2009 dwar l-effettivit\u00e0 tal-infiq\ntal-Mi\u017curi Strutturali fuq it-trattament tal-ilma mormi g\u0127all-perijodi\nta' programm 1994-1999 u\n2000-2006", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 27 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["ECA/09/25", "Il-Lussemburgu, 2009/05/28", "Nota ta' informazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar ir-Rapport Spe\u010bjali Nru 3/2009 dwar l-effettivit\u00e0 tal-infiq tal-Mi\u017curi Strutturali fuq it-trattament tal-ilma mormi g\u0127all-perijodi ta' programm 1994-1999 u 2000-2006[1]", "L-ilma mormi u l-\u0127ama tad-drena\u0121\u0121 mill-agglomerazzjonijiet urbani jistg\u0127u jeffettwaw il-kwalit\u00e0 tal-lagi, tax-xmajjar, tal-ib\u0127ra kostali, tal-\u0127amrija u tal-ilmijiet ta' ta\u0127t l-art tal-Ewropa.", "Ri\u017cultat ta' dan l-UE adottat serje ta' Direttivi u kkofinanzjat ukoll il-bini ta' impjanti ta' trattament tal-ilma urban mormi permezz tal-Fond ta' Koe\u017cjoni u l-FE\u017bR.", "Dan tejjeb b'mod sinifikanti r-rata ta' kopertura tal-popolazzjoni urbana moqdija mit-trattament tal-ilma mormi.", "Il-verifika tal-Qorti ffokat fuq l-impjanti ffinanzjati mill-Fond ta' Koe\u017cjoni u mill-FE\u017bR g\u0127all-perijodi ta' programm 1994-1999 u 2000-2006, fi Spanja, fil-Portugall, fil-Gre\u010bja u fl-Irlanda li kienu jirrappre\u017centaw il-parti l-kbira tal-infiq f'dan il-qasam.", "Il-konklu\u017cjonijiet tal-verifika ppre\u017centati f'dan ir-rapport huma bba\u017cati fuq e\u017cami tal-\u0121estjoni u s-sistemi ta' kontroll fil-Kummissjoni u fuq evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' 73 impjant ta' trattament.", "Barra dan, ir-rimi tal-\u0127ama tad-drena\u0121\u0121 li jin\u0127oloq konsegwenza tat-trattament tal-ilma mormi u l-irwol tal-Kummissjoni fil-qasam tal-ilma mormi \u0121ew analizzati ukoll.", "Il-Qorti kkonkludiet illi, b'mod \u0121enerali, il-Mi\u017curi Strutturali kkontribwew g\u0127al titjib fit-trattament tal-ilma mormi fl-erba' Stati Membri vverifikati.", "B'mod \u0121enerali, l-impjanti ta' trattament ikkofinanzjati mill-Mi\u017curi Strutturali kienu qeg\u0127din jag\u0127tu prestazzjoni xierqa.", "I\u017cda, instab li xi w\u0127ud bdew ja\u0127dmu ta\u0127t il-kapa\u010bit\u00e0 operattiva u f'minorit\u00e0 ta' ka\u017cijiet ir-rekwi\u017citi tal-UE ma \u0121ewx issodisfati fir-rigward tal-kwalit\u00e0 tal-effluwent.", "Il-Qorti sabet li kien me\u0127tie\u0121 li ting\u0127ata attenzjoni akbar biex ji\u0121i assigurat li l-impjanti ta' trattament huma marbuta b'mod xieraq man-netwerk tad-drena\u0121\u0121 u li l-ilma industrijali mormi r\u010bevut mill-impjanti \u0121ie pre-trattat kif me\u0127tie\u0121.", "Dwar il-\u0127ama tad-drena\u0121\u0121, il-Qorti kkonkludiet li l-ma\u0121\u0121oranza tal-impjanti ta' trattament ikkofinanzjati, fl-erba' Stati Membri vverifikati, jarmu l-\u0127ama skont il-metodi tal-u\u017cu mill-\u0121did m\u0127e\u0121\u0121in mill-UE; g\u0127alkemm minoranza kienet g\u0127a\u017clet metodi inqas sostenibbli li ma jag\u0127mlux u\u017cu mill-\u0121did.", "Barra dan il-Qorti identifikat xi aspetti fir-rigward tal-monitora\u0121\u0121 tar-rimi tal-\u0127ama li jistg\u0127u jittejbu.", "Id-Direttiva tal-\u0126ama tad-Drena\u0121\u0121 attwali ilha mill-1986 u g\u0127alhekk ma tinludix avvanzi li se\u0127\u0127ew minn dak i\u017c-\u017cmien 'il hawn fil-qasam.", "Kwalunkwe revi\u017cjoni tad-Direttiva g\u0127andha tikkunsidra l-ispejje\u017c u l-benefi\u010b\u010bji kollha tal-mi\u017curi l-\u0121odda proposti u l-impatt potenzjali fuq politika o\u0127ra tal-UE.", "Fir-rigward tal-irwol tal-Kummissjoni, il-Qorti hija tal-opinjoni illi jista' jkun hemm aktar konsistenza fir-revi\u017cjonijiet tag\u0127ha tal-applikazzjonijiet g\u0127all-g\u0127otjiet, li ji\u0121u ffa\u010bilitati permezz tal-i\u017cvilupp ta' linji gwida interni u listi ta' kontrolli sabiex jintu\u017caw waqt il-pro\u010bess ta' evalwazzjoni.", "Barra dan, il-Qorti nnutat li hemm b\u017conn monitora\u0121\u0121 a\u0127jar tal-e\u017citi mill-Kummissjoni meta te\u017camina r-rapporti finali qabel kwalunkwe pagament tal-bilan\u010b tal-finanzjament.", "G\u0127andhom jittie\u0127du azzjonijiet ta' segwitu xierqa fejn ma ting\u0127atax l-informazzjoni me\u0127tie\u0121a u fejn ma jinkisbux ir-ri\u017cultati mistennija.", "Fl-a\u0127\u0127ar, il-Qorti qieset li \u017c-\u017camma tal-istat ekolo\u0121iku tajjeb tal-korpi tal-ilma te\u0127tie\u0121 enfasi aktar b'sa\u0127\u0127itha fuq il-prin\u010bipji ambjentali tal-UE li \u201cmin ini\u0121\u0121es g\u0127andu j\u0127allas\u201d u dwar it-tnaqqis tat-tni\u0121\u0121is f'ras il-g\u0127ajn.", "Ir-Rapport Spe\u010bjali Nru 3/2009", "http://eca.europa.eu/products/SR09_03", "[1] L-g\u0127an wa\u0127dieni ta' din in-nota ta' informazzjoni huwa li jing\u0127ata sommarju.", "Ir-Rapport Spe\u010bjali adottat mill-Qorti tal-Awdituri huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Internet (http://www.eca.europa.eu) u se ji\u0121i ppubblikat fil-futur qarib."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_729", "title": "Il-coronavirus: Gwida tal-UE biex ner\u0121g\u0127u lura fuq il-post tax-xog\u0127ol b'mo\u0127\u0127na mistrie\u0127", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI,COVID-19", "date": "Thu, 23 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Kif se ni\u017cguraw is-sa\u0127\u0127a u s-sigurt\u00e0 tal-\u0127addiema meta jer\u0121g\u0127u lura fuq il-post tax-xog\u0127ol?", "Din il-mistoqsija importanti tinsab fuq mo\u0127\u0127 dawk kollha li j\u0127addmu, issa li l-pajji\u017ci tal-UE qed jippjanaw jew di\u0121\u00e0 bdew il-\u0127idma biex gradwalment kul\u0127add jer\u0121a' lura fuq il-post tax-xog\u0127ol wara l-coronavirus.", "B'rabta ma' dan, illum l-A\u0121enzija Ewropea g\u0127as-Sigurt\u00e0 u s-Sa\u0127\u0127a fuq il-Post tax-Xog\u0127ol (l-EU-OSHA) \u0127ar\u0121et gwida g\u0127al meta ner\u0121g\u0127u lura fuq il-post tax-xog\u0127ol.", "Il-Kummissarju Ewropew g\u0127all-Impjiegi u d-Drittijiet So\u010bjali, Nicolas Schmit, qal: \u201cIllum hu \u010bar aktar minn qatt qabel li l-protezzjoni u l-promozzjoni tas-sa\u0127\u0127a u tas-sigurt\u00e0 fuq il-post tax-xog\u0127ol huma importanti ferm g\u0127all-\u0127addiema, g\u0127all-kumpaniji, g\u0127as-sistemi tal-protezzjoni so\u010bjali u g\u0127as-so\u010bjet\u00e0 kollha kemm hi.", "Din il-gwida twie\u0121eb mistoqsijiet pratti\u010bi li jistaqsu dawk li j\u0127addmu, fosthom dwar kif inaqqsu kemm jista' jkun l-esponiment g\u0127all-coronavirus fuq il-post tax-xog\u0127ol, kif se ja\u0121\u0121ornaw il-valutazzjoni tar-riskji tag\u0127hom, u kif se jie\u0127du \u0127sieb lill-\u0127addiema li kienu ma jifil\u0127ux.", "Din se tg\u0127in lil min i\u0127addem u lin-negozji jittrattaw is-sitwazzjoni ta' meta l-\u0127addiema jkunu se jer\u0121g\u0127u lura fuq il-post tax-xog\u0127ol u tg\u0127inhom jag\u0127tu pariri pratti\u010bi lill-persunal tag\u0127hom.\u201d", "Hu importanti ferm g\u0127all-Kummissjoni li ni\u017cguraw li l-\u0127addiema jkunu jistg\u0127u jer\u0121g\u0127u lura fuq il-post tax-xog\u0127ol f'ambjent sikur u san.", "G\u0127alhekk, il-gwida ma\u0127ru\u0121a llum hi kontribut importanti tal-UE f'dan i\u017c-\u017cmien kru\u010bjali.", "Din tinkludi wkoll links g\u0127al informazzjoni nazzjonali dwar setturi u xog\u0127lijiet spe\u010bifi\u010bi.", "Fost l-oqsma li tkopri hemm:", "Il-gwida li \u0127ejjiet l-EU-OSHA b'koperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea tinkludi wkoll il-kontribut tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurt\u00e0 u s-Sa\u0127\u0127a fuq il-Post tax-Xog\u0127ol li hu mag\u0127mul minn tliet partijiet u tal-Kumitat tal-Ispetturi G\u0127olja tax-Xog\u0127ol.", "Din il-gwida se ti\u0121i a\u0121\u0121ornata b'mod regolari b'informazzjoni affidabbli hekk kif tevolvi s-sitwazzjoni.", "Kuntest", "It-tifqig\u0127a tal-coronavirus \u0127ar\u0121et fid-dieher l-importanza kritika ta' mi\u017curi u kundizzjonijiet tajbin g\u0127as-sa\u0127\u0127a u g\u0127as-sigurt\u00e0 fuq il-post tax-xog\u0127ol f'kull settur tal-attivit\u00e0.", "L-A\u0121enzija Ewropea g\u0127as-Sigurt\u00e0 u s-Sa\u0127\u0127a fuq il-Post tax-Xog\u0127ol (l-EU-OSHA) hi l-a\u0121enzija tal-informazzjoni tal-Unjoni Ewropea b'rabta mas-sa\u0127\u0127a u s-sigurt\u00e0 fuq il-post tax-xog\u0127ol.", "Fil-bidu tal-pandemija tal-coronavirus, l-EU-OSHA di\u0121\u00e0 kienet ippubblikat gwida g\u0127all-postijiet tax-xog\u0127ol.", "Din fiha l-aktar informazzjoni u pariri sinifikanti li kienu disponibbli b'rabta mat-tifqig\u0127a tal-coronavirus.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Il-Gwida tal-UE \u201cCOVID-19: Back to the workplace\u201d", "Fuq is-sit tal-A\u0121enzija Ewropea g\u0127as-Sigurt\u00e0 u s-Sa\u0127\u0127a fuq il-Post tax-Xog\u0127ol", "Segwi lill-Kummissarju Nicolas Schmit fuq Twitter", "Abbona g\u0127all-bullettin elettroniku u bla \u0127las tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impjiegi, l-affarijiet so\u010bjali u l-inklu\u017cjoni."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_710", "title": "Rispons Dinji g\u0127all-Coronavirus: L-UE tniedi inizjattiva ta' weg\u0127diet ta' donazzjonijiet", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COVID-19", "date": "Thu, 23 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["L-Unjoni Ewropea qed tg\u0127aqqad l-isforzi tag\u0127ha mal-imsie\u0127ba dinjija biex fl-4 ta' Mejju 2020 tag\u0127ti bidu g\u0127all-inizjattiva ta' weg\u0127diet ta' donazzjonijiet \u201cRispons Dinji g\u0127all-Coronavirus\u201d.", "L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a (World Health Organization, WHO) u l-organizzazzjonijiet dinjija tas-sa\u0127\u0127a nedew sej\u0127a g\u0127al azzjoni bi s\u0127ab biex ji\u0121i \u017cviluppat a\u010b\u010bess rapidu u ugwali g\u0127al dijanjosti\u010bi, terapiji u va\u010b\u010bini sikuri, ta' kwalit\u00e0, effettivi u affordabbli kontra l-coronavirus.", "Biex jin\u0121abru l-fondi b'appo\u0121\u0121 g\u0127al din l-inizjattiva, l-Unjoni Ewropea u l-imsie\u0127ba tag\u0127ha se jorganizzaw maratona dinjija b'appell g\u0127al weg\u0127diet ta' donazzjonijiet.", "Il-pajji\u017ci u l-organizzazzjonijiet madwar id-dinja huma mistiedna jwieg\u0127du donazzjonijiet biex tintla\u0127aq il-mira ta' finanzjament inizjali ta' EUR 7.5 biljun.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea von der Leyen qalet: \u201cA\u0127na rridu ng\u0127aqdu lid-dinja, il-mexxejja u n-nies tag\u0127ha flimkien fil-\u0121lieda kontra l-coronirus.", "F'g\u0127axart ijiem se nkunu qed nag\u0127tu bidu g\u0127al sforz dinji ta' weg\u0127diet ta' donazzjonijiet.", "Maratona ta' vera.", "G\u0127ax biex neg\u0127lbu l-coronavirus irridu rispons dinji u azzjonijiet sostnuti fuq bosta fronti.", "Irridu ni\u017cviluppaw va\u010b\u010bin, nipprodu\u010buh u nqassmuh f'kull rokna tad-dinja.", "U rridu nag\u0127mluh disponibbli bi prezzijiet affordabbli.\u201d", "Ir-ri\u010berkaturi u l-innovaturi madwar id-dinja qed ja\u0127dmu \u0127afna biex isibu soluzzjonijiet biex isalvaw il-\u0127ajjiet u jipprote\u0121u lil sa\u0127\u0127itna.", "Mill-4 ta' Mejju 'l hemm, il-Kummissjoni se tkun qed tirre\u0121istra l-weg\u0127diet ta' donazzjonijiet tal-pajji\u017ci u tal-fondazzjonijiet tan-negozju.", "Dakinhar il-Kummissjoni se t\u0127abbar ukoll l-istadji importanti li jmiss ta' kampanja dinjija, li biha d-donazzjonijiet g\u0127andhom jibqg\u0127u de\u0127lin kontinwament.", "Il-Kummissjoni qed tistieden ukoll lill-gvernijiet, il-mexxejja tan-negozji, personalitajiet pubbli\u010bi, filantropi, artisti u \u010bittadini biex i\u017cidu l-g\u0127arfien dwar dan l-isforz dinji ta' weg\u0127diet ta' donazzjonijiet.", "Il-fondi li jin\u0121abru se jinqasmu fi tliet objettivi: dijanjosti\u010bi, kura u va\u010b\u010bini.", "Mil-lum se jibda l-countdown g\u0127all-bidu tal-maratona, l-ewwel jum tal-\u0120img\u0127a Dinjija tal-Immunizzazzjoni 2020 organizzata min-Nazzjonijiet Uniti.", "It-tema din is-sena hija #Va\u010b\u010bini li Ja\u0127dmu g\u0127al Kul\u0127add (#VaccinesWork for All) u l-kampanja se tiffoka fuq kif il-va\u010b\u010bini, kif ukoll in-nies li ji\u017cviluppawhom, jipprovduhom u jir\u010bevuhom, se ja\u0127dmu jipprote\u0121u s-sa\u0127\u0127a ta' kul\u0127add, kullimkien.", "Sir af iktar dwar l-inizjattiva u kif tista' tinvolvi ru\u0127ek fuq is-sit web tar-Rispons Dinji g\u0127all-Coronavirus: europa.eu/global-response", "Kuntest", "Fis-26 ta' Marzu, f'laqg\u0127a straordinarja dwar it-tifqig\u0127a tal-coronavirus, il-G20 qablu li jistabbilixxu inizjattiva dinjija g\u0127at-t\u0127ejjija u g\u0127ar-rispons g\u0127all-pandemiji biex \u201ctkun pjattaforma ta' finanzjament u ta' koordinazzjoni universali, effi\u010bjenti u sostnuti biex jit\u0127affef l-i\u017cvilupp u l-kunsinna ta' va\u010b\u010bini, dijanjosti\u010bi u kura\u201d.", "Fl-24 ta' April il-WHO u grupp inizjali ta' atturi dinjija tas-sa\u0127\u0127a nedew kollaborazzjoni storika u dinjija biex it-teknolo\u0121iji tas-sa\u0127\u0127a essenzjali g\u0127all-\u0121lieda kontra l-COVID-19 ji\u0121u \u017cviluppati, prodotti u pprovduti b'\u0127effa u b'mod ugwali mad-dinja kollha.", "Il-grupp jinkludi l-Bill and Melinda Gates Foundation (BMGF), il-Coalition for Epidemic Preparedness Innovations (CEPI), GAVI - l-Alleanza tal-Va\u010b\u010bin - il-Global Fund, UNITAID, il-Wellcome Trust u l-Bank Dinji.", "Flimkien, l-atturi huma impenjati biex isegwu l-mira komuni li jkun hemm l-a\u010b\u010bess ugwali dinji g\u0127al kul\u0127add g\u0127al g\u0127odod innovattivi fil-\u0121lieda kontra l-virus COVID-19.", "Is-sej\u0127a komuni g\u0127al azzjoni ssibha hawnhekk.", "Biex tirrispondi g\u0127all-appell komuni g\u0127al azzjoni minn atturi tas-sa\u0127\u0127a, l-UE qed ting\u0127aqad ma' Franza, il-\u0120ermanja, ir-Renju Unit, in-Norve\u0121ja u l-Arabja Sawdija biex tospita konferenza tad-donaturi.", "Dan isegwi d-dikjarazzjoni tal-15 ta' April tal-President von der Leyen fejn \u0127abbret li l-Kummissjoni se torganizza avveniment online b'appell g\u0127al weg\u0127diet ta' donazzjonijiet biex ji\u0121i ffinanzjat l-i\u017cvilupp ta' va\u010b\u010bin kontra l-COVID-19.", "Fl-istess waqt il-Kummissjoni qed talloka wkoll mijiet ta' miljuni ta' ewro g\u0127al mi\u017curi ta' ri\u010berka u innovazzjoni biex ji\u0121u \u017cviluppati va\u010b\u010bini, kuri \u0121odda, testijiet dijanjosti\u010bi u sistemi medi\u010bi li jipprevjenu t-tixrid tal-coronavirus.", "G\u0127al iktar informazzjoni", "Is-sit web tar-Rispons Dinji g\u0127all-Coronavirus", "Mistoqsijiet u twe\u0121ibiet: ir-Rispons Dinji g\u0127all-Coronavirus", "Ir-rispons tal-Kummissjoni g\u0127all-coronavirus"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_20_731", "title": "Mistoqsijiet u twe\u0121ibiet: Ir-Rispons Globali g\u0127all-Coronavirus", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DEVEL,COVID-19", "date": "Thu, 23 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-pandemija tal-coronavirus taffettwa prattikament kull pajji\u017c fid-dinja.", "L-esperjenzi tal-passat urew li anke bid-disponibbilt\u00e0 ta' g\u0127odod effettivi g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tad-dinja, xi w\u0127ud huma protetti, filwaqt li o\u0127rajn mhumiex.", "Dan in-nuqqas ta' ugwaljanza mhux a\u010b\u010bettabbli \u2013 l-g\u0127odod kollha biex ti\u0121i indirizzata l-pandemija jridu jkunu disponibbli g\u0127al kul\u0127add.", "Fis-summit tag\u0127hom tas-26 ta' Marzu 2020 ta\u0127t il-presidenza tal-Arabja Sawdija, il-mexxejja tal-G20 appellaw g\u0127al rispons trasparenti, robust, ikkoordinat, fuq skala kbira u bba\u017cat fuq ix-xjenza fl-ispirtu ta' solidarjet\u00e0.", "Huma impenjaw ru\u0127hom li jippre\u017centaw front mag\u0127qud kontra t-theddida komuni tal-pandemija globali.", "B'kont me\u0127ud ta' dan, fl-24 ta' April, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a (id-WHO) u grupp inizjali ta' atturi fil-qasam tas-sa\u0127\u0127a nedew kollaborazzjoni dinjija g\u0127all-i\u017cvilupp a\u010b\u010bellerat, g\u0127all-produzzjoni u g\u0127all-A\u010b\u010bess ekwu globali g\u0127all-g\u0127odda tal-COVID-19 (Access to COVID-19 Tools - ACT) \u2013 l-A\u010b\u010belleratur ACT.", "L-organizzazzjonijiet s\u0127ab jinkludu l-Fundazzjoni ta' Bill u Melinda Gates (Bill and Melinda Gates Foundation - BMGF), il-Koalizzjoni g\u0127all-Innovazzjonijiet ta' T\u0127ejjija Epidemika (Coalition for Epidemic Preparedness Innovations -CEPI), il-Gavi, l-Alleanza g\u0127all-Va\u010b\u010bini, il-Fond Globali, l-UNITAID, il-Wellcome Trust u l-industrija farma\u010bewtika.", "Flimkien g\u0127amlu appell kon\u0121unt g\u0127all-azzjoni.", "X'inhu r-Rispons Globali g\u0127all-Coronavirus?", "Bi twe\u0121iba g\u0127al-appell tal-24 ta' April g\u0127all-azzjoni, il-Kummissjoni Ewropea \u0127abbret li kienet qed ting\u0127aqad ma' s\u0127ab globali biex jing\u0127ata bidu g\u0127al sforz ta' donazzjonijiet \u2013 ir-Rispons Globali g\u0127all-Coronavirus \u2013 li jibda fl-4 ta' Mejju 2020.", "L-g\u0127an hu li tin\u0121abar is-somma inizjali ta' EUR 7.5 biljun b\u0127ala parti mill-mobilizzazzjoni tar-ri\u017corsi li g\u0127addejja.", "Ir-Rispons Globali g\u0127all-Coronavirus g\u0127andu \u017cew\u0121 g\u0127anijiet:", "Il-va\u010b\u010bini, id-djanjosti\u010bi u t-trattamenti l-\u0121odda kollha \u017cviluppati g\u0127all-coronavirus jen\u0127tie\u0121 li jsiru disponibbli madwar id-dinja bi prezz affordabbli, irrispettivament minn fejn ikunu \u0121ew \u017cviluppati.", "Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit-elettroniku: europa.eu/global-response.", "Kif \u0121iet stabbilita l-mira tal-\u0121bir ta' fondi ta' EUR 7.5 biljun?", "I\u010b-\u010bifra ta' EUR 7.5 biljun (USD 8 biljun) hija bba\u017cata fuq kalkolu ta' dak li huwa me\u0127tie\u0121 inizjalment u bl-aktar mod ur\u0121enti, li sar f'Marzu 2020 mill-Bord ta' Monitora\u0121\u0121 dwar it-T\u0127ejjija Globali (GPMB).", "Il-GPMB, li huwa korp indipendenti ta' monitora\u0121\u0121 u responsabbilt\u00e0 g\u0127at-t\u0127ejjija u l-kapa\u010bit\u00e0 ta' rispons fil-ka\u017c ta' emer\u0121enzi dinjija li jolqtu s-sa\u0127\u0127a, imlaqqa' mid-WHO u mill-Bank Dinji, identifika nuqqas ta' finanzjament f'oqsma ewlenin g\u0127al \u0127ti\u0121ijiet ma\u0121\u0121uri fil-\u0121lieda kontra din il-pandemija.", "L-iskop huwa li ji\u0121u \u017cviluppati va\u010b\u010bini, testijiet u prodotti terapewti\u010bi bla periklu b'velo\u010bit\u00e0 u skala ming\u0127ajr pre\u010bedent u li dawn isiru a\u010b\u010bessibbli u bi prezz affordabbli b'mod ekwu g\u0127al kul\u0127add madwar id-dinja.", "Il-GPMG indika li l-iskala s\u0127i\u0127a tal-manifattura u tat-twassil se tiswa' \u0127afna aktar mill-mira attwali, li tkopri biss ir-ri\u017corsi inizjali li hemm b\u017conn bl-aktar mod ur\u0121enti.", "Il-EUR 7.5 biljun se jkunu g\u0127alhekk biss punt ta' tluq g\u0127all-maratona ta' weg\u0127di ta' donazzjonijiet li se tibda fl-4 ta' Mejju, u 'l quddiem se jkun hemm b\u017conn aktar.", "Il-mira finali e\u017catta se tiddependi fuq il-\u0127idma mwettqa mis-s\u0127ab globali, immonitorjati u ggwidati fi \u0127dan il-qafas ta' rispons kollaborattiv dinji tal-A\u010b\u010belleratur ACT.", "X'inhu l-qafas tar-rispons dinji globali tal-A\u010b\u010belleratur ACT?", "A\u010b\u010bess universali u affordabbli g\u0127all-Istrumenti tal-COVID-19 (ACT) kien l-objettiv ewlieni tal-appell g\u0127all-azzjoni tal-24 ta' April mis-s\u0127ab tas-sa\u0127\u0127a globali.", "Min\u0127abba f'hekk, huwa me\u0127tie\u0121 finanzjament sinifikanti kif ukoll qafas kollaborattiv, bi skop u struttura \u010bara, sabiex ji\u0121u allinjati l-isforzi madwar id-dinja u biex ji\u0121i \u017cgurat li l-flus mog\u0127tija mill-pajji\u017ci jintu\u017caw b'mod tajjeb.", "Abba\u017ci ta' diskussjonijiet ma' s\u0127ab governattivi u mhux governattivi, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi qafas kollaborattiv g\u0127ar-rispons dinji tal-A\u010b\u010belleratur ACT, b\u0127ala struttura ta' koordinazzjoni biex tidderie\u0121i u tissorvelja l-progress li jkun sar madwar id-dinja fl-a\u010b\u010belerazzjoni tal-\u0127idma fuq it-tliet prijoritajiet li \u0121ejjin: l-i\u017cvilupp ta' va\u010b\u010bini, a\u0121enti terapewti\u010bi u djanjostika b'a\u010b\u010bess universali, mirfuda mit-tis\u0127i\u0127 tas-sistemi tas-sa\u0127\u0127a, me\u0127tie\u0121a biex jitwettqu dawn il-prijoritajiet.", "It-tliet missjonijiet ewlenin tag\u0127ha jkunu:", "L-istruttura se tkun fis-se\u0127\u0127 g\u0127al sentejn (li ji\u0121\u0121eddu).", "Tkun qed tikkapitalizza fuq l-g\u0127arfien espert tal-istituzzjonijiet u s-s\u0127ab e\u017cistenti u mhi se tistabbilixxi l-ebda struttura jew istituzzjoni \u0121dida.", "Min se jie\u0127u sehem fil-qafas ta' rispons globali tal-A\u010b\u010belleratur ACT?", "Fil-qalba tal-qafas ikun hemm it-tliet s\u0127ubijiet ibba\u017cati fuq kull wa\u0127da mit-tliet prijoritajiet.", "Dawn ja\u0127dmu kemm jista' jkun b'mod awtonomu, bi fluss ta' \u0127idma trasversali fejn jid\u0127lu s-sistemi tas-sa\u0127\u0127a.", "Grupp ta' s\u0127ab governattivi u o\u0127rajn privati ming\u0127ajr skop ta' qlig\u0127 jiffa\u010bilitaw il-\u0127idma tas-s\u0127ubijiet fejn jid\u0127lu l-va\u010b\u010bin, l-a\u0121enti terapewti\u010bi u d-djanjostika.", "Il-Kummissjoni Ewropea se tikkomunika mal-gvernijiet li, b'kollaborazzjoni, laqqg\u0127u il-konferenza tad-donaturi tal-4 ta' Mejju.", "Is-s\u0127ab privati ming\u0127ajr skop ta' qlig\u0127 jistg\u0127u jkunu organizzazzjonijiet b'firxa globali u storja ta' \u0127idma po\u017cittiva fil-\u0127idma g\u0127al beni pubbli\u010bi dinjija, b\u0127all-Fondazzjoni ta' Bill & Melinda Gates, il-Wellcome Trust u l-Forum Ekonomiku Dinji.", "Il-Kummissjoni Ewropea hi tal-fehma li l-qafas tal-A\u010b\u010belleratur ACT jista' jirrapporta lejn xi entit\u00e0 dinjija b\u0127al ma hu l-G20, possibilment b'estensjoni lejn l-Unjoni Afrikana, lill-Kooperazzjoni Ekonomika Asja-Pa\u010bifiku, lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a u lill-Grupp tal-Bank Dinji dwar:", "Kif jiffunzjonaw it-tliet s\u0127ubijiet?", "Kull s\u0127ubija jkollha \u017cew\u0121 konvenjaturi kon\u0121unti mog\u0127nija bis-setg\u0127a u bir-ri\u017corsi biex janimaw s\u0127ubija mal-atturi rilevanti kollha (is-settur pubbliku, l-industrija, ir-ri\u010berka, il-finanzjaturi, ir-regolaturi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali).", "Kull wa\u0127da mit-tliet s\u0127ubijiet tallinja l-azzjonijiet tal-atturi involuti f'appro\u010b\u010b ta' katina tal-valur s\u0127i\u0127a (mir-ri\u010berka sat-twassil u l-a\u010b\u010bess universali).", "Flimkien, huma ji\u017cviluppaw l-a\u0121enda u jimplimentaw b'mod kon\u0121unt il-\u0127idma me\u0127tie\u0121a.", "L-appo\u0121\u0121 lis-sistemi tas-sa\u0127\u0127a sabiex ikunu jistg\u0127u jla\u0127\u0127qu mal-coronavirus jing\u0127ata permezz ta' fluss tax-xog\u0127ol tra\u017cversali, li fih id-WHO jkollha rwol prominenti.", "Min hu responsabbli g\u0127all-fondi mi\u0121bura?", "Il-Kummissjoni se tirre\u0121istra u \u017c\u017comm re\u0121istru tal-weg\u0127diet li jsiru minn pajji\u017ci, organizzazzjonijiet internazzjonali, istituzzjonijiet finanzjarji, mis-settur privat u l-fondazzjonijiet li jkunu diretti lejn il-\u0127ti\u0121ijiet fejn jid\u0127lu d-djanjostika, it-trattamenti u l-va\u010b\u010bini sa tmiem Mejju 2020.", "Il-Kummissjoni mhi se tir\u010bievi l-ebda pagament mill-finanzjament imwieg\u0127ed fil-kontijiet tag\u0127ha.", "Il-fondi jmorru direttament g\u0127and id-destinatarji.", "Madankollu, id-destinatarji ma jidde\u010bidux wa\u0127edhom dwar l-u\u017cu tad-donazzjoni, i\u017cda bi qbil mas-s\u0127ubija.", "L-impenn huwa li l-va\u010b\u010bini, id-djanjosti\u010bi u t-trattamenti l-\u0121odda kollha kontra l-coronavirus jsiru disponibbli madwar id-dinja bi prezz affordabbli, irrispettivament minn fejn ikunu \u0121ew \u017cviluppati.", "F'dan il-kuntest, kemm hija lesta l-Kummissjoni Ewropea li twieg\u0127ed flus f'dan il-kuntest?", "Biex tg\u0127in li jintla\u0127qu l-g\u0127anijiet tar-Rispons Globali g\u0127all-Coronavirus, il-Kummissjoni Ewropea qed twieg\u0127ed EUR 1 biljun mill-ba\u0121it tag\u0127ha f'g\u0127otjiet, ikkumplimentati minn EUR 400 miljun f'garanziji fuq self (A\u010b\u010bess g\u0127all-Finanzjament ta' Riskju g\u0127all-Fa\u010bilit\u00e0 Finanzjarja dwar il-Mard Infettiv ta' InnovFin, implimentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment).", "Il-flus ji\u0121u mir-riprijoritizzazzjoni ta' Orizzont 2020 (EUR 1 biljun), RescEU ( EUR 80 miljun), l-Istrument g\u0127all-Appo\u0121\u0121 ta' Emer\u0121enza (EUR 150 miljun) u minn strumenti esterni (EUR 170 miljun).", "EUR 100 miljun se jing\u0127ataw lis-CEPI u EUR 158 miljun lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a.", "Sej\u0127iet g\u0127al proposti u pro\u0121etti ffinanzjati mill-UE ta\u0127t l-Orizzont 2020 ser ji\u0121u allinjati mal-objettivi tat-tliet s\u0127ubiji u so\u0121\u0121etti g\u0127al a\u010b\u010bess miftu\u0127 g\u0127ad-data.", "Dawn se jkunu mmirati l-aktar lejn ir-ri\u010berka xjentifika u l-innovazzjoni rivoluzzjonarja permezz tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni.", "Il-finanzjament ta\u0127t RescEU se jmur g\u0127all-akkwist, il-bini ta' ri\u017cervi u d-distribuzzjoni ta' va\u010b\u010bini, a\u0121enti terapewti\u010bi u dijanjostika.", "Min jista' jwieg\u0127ed?", "G\u0127aliex l-individwi privati ma jistg\u0127ux jag\u0127mlu donazzjoni fil-kuntest tar-Rispons Globali g\u0127all-Coronavirus?", "Il-pajji\u017ci u l-entitajiet privati kollha jistg\u0127u jag\u0127mlu weg\u0127di, ji\u0121ifieri n-negozji, il-fondazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet filantropi\u010bi.", "L-individwi jistg\u0127u juru l-appo\u0121\u0121 tag\u0127hom g\u0127all-appell billi jintera\u0121ixxu online, ixerrdu l-g\u0127arfien dwar l-inizjattiva u j\u0127ajru lill-kumpaniji biex jie\u0127du sehem fiha.", "Il-Kummissjoni mhix qed titlob donazzjonijiet ming\u0127and individwi privati.", "Madankollu, i\u010b-\u010bittadini jistg\u0127u jag\u0127tu donazzjoni b\u0127ala appo\u0121\u0121 g\u0127all-Fond ta' Rispons COVID-19 tad-WHO jew lil organizzazzjonijiet s\u0127ab.", "Fejn se jmorru l-weg\u0127diet ta' donazzjonijiet?", "Il-konferenza tad-donaturi tal-4 ta' Mejju g\u0127andha l-g\u0127an li timmobilizza EUR 7.5 biljun ta' finanzjament \u0121did (sa mit-30 ta' Jannar).", "Is-EUR 7.5 biljun jitqassmu b'mod indikattiv g\u0127al kull s\u0127ubija (va\u010b\u010bini, trattamenti, djanjosti\u010bi), u fi \u0127dan kull s\u0127ubija g\u0127ar-ri\u010berka u l-i\u017cvilupp u g\u0127all-iskjerament.", "Hekk kif tintemm il-maratona ta' weg\u0127di inizjali ji\u0121u mmobilizzati ri\u017corsi addizzjonali abba\u017ci tal-\u0127ti\u0121ijiet identifikati u \u0121\u0121ustifikati mis-s\u0127ubiji.", "Id-donaturi jistg\u0127u jag\u0127tu donazzjonijiet lis-s\u0127ubijiet (permezz tal-konvenjatur kon\u0121unt) jew direttament lil s\u0127ab individwali li jiffurmaw parti mis-s\u0127ubija.", "Huma g\u0127andhom ukoll l-opzjoni li jag\u0127tu donazzjoni b'appo\u0121\u0121 g\u0127al sistemi tas-sa\u0127\u0127a f'pajji\u017ci fra\u0121li g\u0127al azzjonijiet marbuta mal-coronavirus li jsiru permezz tad-WHO.", "Il-flus jg\u0127addu direttament g\u0127as-s\u0127ubiji (il-konvenjatur kon\u0121unt) jew lil destinatarji o\u0127ra fil-mira.", "Il-weg\u0127diet tar-ri\u017corsi jistg\u0127u jie\u0127du l-forma ta':", "Kull s\u0127ubija ser tkun mistennija li tirrapporta d-donazzjonijiet kollha li jkunu waslulha b\u0127ala parti mill-qafas tal-A\u010b\u010belleratur ACT lill-grupp ta' fa\u010bilitazzjoni, li jissorvelja u jikkomunika rapporti ta' progress u jirrapporta lill-komunit\u00e0 dinjija u lill-pubbliku in\u0121enerali dwar ir-ri\u017corsi mwieg\u0127da, dawk li jkunu waslu, u dawk u\u017cati, kif ukoll dwar dawk li jkunu g\u0127adhom me\u0127tie\u0121a.", "Min jikseb il-finanzjament u kif jista' wie\u0127ed jara li ma jkunx hemm potenzjal ta' kunflitti ta' interess", "It-tliet s\u0127ubijiet (il-va\u010b\u010bini, it-trattamenti, id-dijanjostika) se jinkludu s\u0127ab li huma organizzazzjonijiet ewlenin fir-rispons globali g\u0127all-coronavirus b'mandat u interess fit-tis\u0127i\u0127 tas-sa\u0127\u0127a madwar id-dinja.", "Ir-ri\u010bevituri diretti ta' finanzjament se jkunu organizzazzjonijiet stabbiliti li jappo\u0121\u0121aw l-i\u017cvilupp u l-u\u017cu ta' testijiet, trattamenti u va\u010b\u010bini, skont pro\u010bessi u kriterji miftiehma u ppruvati.", "Destinatarju ma jidde\u010bidix wa\u0127du dwar l-u\u017cu tad-donazzjoni, i\u017cda bi qbil mas-s\u0127ubija.", "Min se jkollu s-sjieda tal-prodotti manifatturati b'finanzjament mill-inizjattiva?", "Fil-ka\u017c ta' ri\u010berka ffinanzjata minn fondi pubbli\u010bi, g\u0127andu jkun hemm a\u010b\u010bess miftu\u0127 g\u0127ar-ri\u017cultati, ji\u0121ifieri g\u0127ad-data, l-g\u0127arfien u l-proprjet\u00e0 intellettwali sa fejn me\u0127tie\u0121 biex ji\u0121u \u017cgurati l-iskjerament u l-a\u010b\u010bess globali.", "Il-finanzjament se jkun ta' benefi\u010b\u010bju g\u0127all-organizzazzjonijiet li jistinkaw biex ji\u017cguraw li l-prodotti jkunu disponibbli, a\u010b\u010bessibbli u affordabbli madwar id-dinja, spe\u010bjalment fl-aktar pajji\u017ci vulnerabbli.", "Fil-prin\u010bipju, is-s\u0127ab kummer\u010bjali mhux se jkunu obbligati li jirrinunzjaw g\u0127all-proprjet\u00e0 intellettwali tag\u0127hom, i\u017cda l-finanzjament imwieg\u0127ed se jkun akkumpanjat minn impenji minn donaturi b'appo\u0121\u0121 g\u0127all-a\u010b\u010bess globali u l-u\u017cu \u0121ust ta' djanjosti\u010bi, trattament u va\u010b\u010bini \u0121odda kontra l-coronavirus.", "Fejn huma l-\u0127ti\u0121ijiet ewlenin fl-oqsma ta' va\u010b\u010bini, terapiji u djanjosti\u010bi?", "F'dawn it-tliet oqsma, l-aktar ur\u0121enti huma r-ri\u010berka u l-i\u017cvilupp (il-validazzjoni tat-testijiet), i\u017cda je\u017cisti nuqqas ta' finanzjament primarjament fejn jid\u0127lu l-manifattura, l-akkwist u l-iskjerament.", "Is-sitwazzjoni attwali hi kif \u0121ej:", "X'inhi l-iskeda ta' \u017cmien stmata g\u0127at-twettiq tat-tliet oqsma?", "Min\u0127abba l-kri\u017ci attwali, mhemmx \u0127in x'nitilfu.", "Il-fondi se ji\u0121u allokati malajr kemm jista' jkun.", "Filwaqt li numru ta' soluzzjonijiet di\u0121\u00e0 qed ji\u0121u investigati, R&D, il-manifattura u l-iskjerament huma kollha passi li jie\u0127du \u0127afna \u0127in u li ju\u017caw \u0127afna ri\u017corsi.", "Din hija r-ra\u0121uni g\u0127aliex huwa kru\u010bjali li ji\u0121u kkoordinati l-isforzi fuq livell internazzjonali, biex ji\u0121u identifikati malajr kemm jista' jkun l-aktar soluzzjonijiet promettenti filwaqt li jit\u0127affef l-i\u017cvilupp tag\u0127hom.", "X'inhuma r-rabtiet mal-fondi di\u0121\u00e0 mi\u0121bura g\u0127ad-WHO?", "Il-finanzjament imwieg\u0127ed lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a (WHO) b'rabta mal-\u0121lieda kontra l-coronavirus mit-30 ta' Jannar 2020 \u2013 id-data li fiha hija ddikjarat il-coronavirus b\u0127ala emer\u0121enza tas-sa\u0127\u0127a dinjija \u2013 se jing\u0127add b\u0127ala parti mill-mira ta' finanzjament g\u0127ar-Rispons Globali.", "Dan jippermetti l-allinjar tar-ri\u017corsi li jkunu di\u0121\u00e0 mwieg\u0127da minn pajji\u017ci li jkunu bdew jirkupraw mit-tifqig\u0127a tal-emer\u0121enza dinjija.", "X'inhi r-rabta mar-riforniment ta' Gavi, l-Alleanza g\u0127all-Va\u010b\u010bini?", "Biex ti\u0121i ffa\u010b\u010bjata din il-kri\u017ci, il-pajji\u017ci li qed ji\u017cviluppaw je\u0127tie\u0121u difi\u017ci qawwija.", "L-iskjerament ta' va\u010b\u010bini kontra l-coronavirus se jkun prattikament impossibbli jekk jit\u0127allew jikkollassaw il-programmi tal-va\u010b\u010binazzjoni.", "Dawn is-sistemi tas-sa\u0127\u0127a jipprovdu l-infrastruttura \u010bentrali me\u0127tie\u0121a g\u0127ad-distribuzzjoni tag\u0127hom - l-ktajjen tal-provvista, it-tag\u0127mir tal-katina tal-kes\u0127a, il-\u0127addiema m\u0127arr\u0121a fil-kura tas-sa\u0127\u0127a, is-sorveljanza tal-mard u s-sensibilizzazzjoni tal-komunit\u00e0.", "L-appo\u0121\u0121 g\u0127al pajji\u017ci bi d\u0127ul aktar baxx, b\u0127ala parti mir-rispons dinji tag\u0127na, huwa essenzjali biex ti\u0121i \u017cgurata s-sigurt\u00e0 tas-sa\u0127\u0127a dinjija tag\u0127na u biex ji\u0121u evitati pandemiji fil-\u0121ejjieni.", "Min\u0127abba din il-\u0127tie\u0121a madwar id-dinja, jintlaqg\u0127u wkoll weg\u0127diet g\u0127ar-riforniment tal-Gavi, b\u0127ala kontribuzzjoni biex jin\u0121abru mill-inqas USD 7.4 biljun g\u0127all-perjodu ta' \u0127ames snin li jmiss tag\u0127ha.", "L-UE u l-koospitanti tal-inizjattiva tad-donaturi huma sostenituri qawwija ta' Gavi u tar-rwol tag\u0127ha fir-rispons kontra l-pandemija dinjija tal-coronavirus.", "Il-frott tal-inizjattiva se jibbenefika biss lil dawk il-pajji\u017ci li jipparte\u010bipaw?", "Le, l-g\u0127an ta' dan l-avveniment b'appell g\u0127al weg\u0127diet ta' donazzjonijiet huwa li jit\u0127affu l-innovazzjonijiet u li ji\u0121i \u017cgurat l-a\u010b\u010bess g\u0127al kul\u0127add, irrispettivament mill-ori\u0121ini \u0121eografika tal-fondi.", "Il-pandemiji jistg\u0127u ji\u0121u kkontrollati b'mod effettiv biss meta s-soluzzjonijiet jintu\u017caw globalment.", "L-inizjattiva g\u0127andha l-g\u0127an li ti\u0121bor kontribuzzjonijiet finanzjarji sinifikanti biex ti\u017cviluppa d-djanjosti\u010bi, it-trattamenti u l-va\u010b\u010bini u ti\u017cgura impenn politiku ta' livell g\u0127oli biex ji\u0121i \u017cgurat a\u010b\u010bess ekwu g\u0127ad-djanjosti\u010bi, g\u0127at-trattamenti u g\u0127all-va\u010b\u010bini biex ji\u0121i \u017cgurat li \u0127add ma jibqa' lura.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Is-sit web tar-Rispons Globali g\u0127all-Coronavirus"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_718", "title": "Ir-Regolament dwar l-apparati medi\u010bi: il-Kummissjoni tilqa' l-appo\u0121\u0121 tal-Kunsill biex ting\u0127ata prijorit\u00e0 lill-\u0121lieda kontra l-coronavirus", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL,COVID-19", "date": "Wed, 22 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' l-adozzjoni min-na\u0127a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-proposta biex id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-apparati medi\u010bi ti\u0121i posposta b'sena.", "Dan se jippermetti lil dawk kollha li g\u0127andhom rwol ewlieni fiha, ji\u0121ifieri lill-Istati Membri, lill-istituzzjonijiet tas-sa\u0127\u0127a u lill-operaturi ekonomi\u010bi, jag\u0127tu prijorit\u00e0 lill-\u0121lieda kontra l-pandemija tal-coronavirus li hawn b\u0127alissa, u l-g\u0127oti ta' prijorit\u00e0 lil din il-\u0121lieda huwa importanti ferm biex jing\u0127a\u017cel i\u017c-\u017cmien li fih g\u0127andhom jitne\u0127\u0127ew il-mi\u017curi ta' konfinament hekk kif l-Istati Membri jer\u0121g\u0127u jibdew jirkupraw.", "L-emenda li \u0121iet adottata tqis il-\u0127tie\u0121a li jkun hemm iktar apparat mediku ta' importanza vitali disponibbli fl-UE kollha u fl-istess \u0127in tkompli ti\u017cgura s-sa\u0127\u0127a u s-sikurezza tal-pazjenti sa ma tibda tapplika l-le\u0121i\u017clazzjoni l-\u0121dida.", "Il-Vi\u010bi President g\u0127all-Promozzjoni tal-Istil ta' \u0126ajja Ewropew Tag\u0127na, Margaritis Schinas, qal hekk: \u201cNilqa' l-adozzjoni fi \u017cmien rekord min-na\u0127a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-proposta biex id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-apparati medi\u010bi ti\u0121i posposta b'sena.", "A\u0127na determinati ni\u017cguraw li l-industriji tal-qasam mediku tag\u0127na jag\u0127mlu \u0127ilithom biex jag\u0127mlu dak li g\u0127andna b\u017connhom jag\u0127mlu \u2014 ji\u0121ifieri jg\u0127inu fil-\u0121lieda kontra din il-pandemija.", "L-Unjoni Ewropea se tag\u0127mel dak kollu li hemm b\u017conn biex tappo\u0121\u0121a s-sistemi tas-sa\u0127\u0127a tag\u0127na fil-mument li g\u0127andhom b\u017connu.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127as-Sa\u0127\u0127a u s-Sikurezza Alimentari, Stella Kyriakides, qalet hekk: \u201cL-adozzjoni tal-biera\u0127 se tippermettilna lkoll nibqg\u0127u niffukaw fuq l-iktar kwistjonijiet importanti f'dan i\u017c-\u017cmien ta' kri\u017ci, u se ti\u017cgura li l-apparat mediku ta' importanza vitali jibqa' jkun disponibbli.", "Din turi bi\u010b-\u010bar li a\u0127na determinati nindirizzaw din il-pandemija b'mod kontinwu bil-mezzi kollha possibbli, filwaqt li n\u017commu dejjem is-sikurezza tal-pazjenti b\u0127ala l-g\u0127an a\u0127\u0127ari tag\u0127na.", "Nirringrazzja lill-Parlament u lill-Kunsill talli ttrattaw din il-proposta ur\u0121enti b'mod effi\u010bjenti u talli kkooperaw mag\u0127na dwarha u approvawha fi \u017cmien rekord.\u201d", "Il-kri\u017ci tal-coronavirus i\u017c\u017cid id-domanda g\u0127al \u010bertu apparat mediku ta' importanza vitali.", "G\u0127alhekk huwa importanti li nevitaw iktar diffikultajiet marbutin mad-disponibbilt\u00e0 tat-tali apparat jew iktar riskji li jkun hemm nuqqas ta' dan l-apparat jew li jkun hemm dewmien fid-disponibbilt\u00e0 tieg\u0127u li jaf ikunu \u0121ejjin mill-kapa\u010bit\u00e0 limitata tal-awtoritajiet jew tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformit\u00e0 b'rabta mal-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-apparati medi\u010bi.", "G\u0127aldaqstant l-emenda li \u0121iet adottata tipposponi l-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-apparati medi\u010bi b'sena, e\u017cattament sas-26 ta' Mejju 2021.", "Ir-regoli li japplikaw b\u0127alissa se jkomplu jiggarantixxu sa\u0127\u0127et il-pazjenti u s-sikurezza tag\u0127hom.", "Kuntest", "L-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali, l-istituzzjonijiet tas-sa\u0127\u0127a u l-operaturi ekonomi\u010bi spi\u010b\u010baw ta\u0127t pressjoni qawwija min\u0127abba l-pandemija tal-coronavirus u l-kri\u017ci tas-sa\u0127\u0127a pubblika li din \u0127olqot.", "G\u0127al dawn i\u010b-\u010birkustanzi hemm b\u017conn ta' ri\u017corsi addizzjonali sostanzjali, u \u017cdiedet b'mod konsiderevoli l-\u0127tie\u0121a li jkun hemm iktar apparat mediku ta' importanza vitali disponibbli.", "Xejn minn dak li ssemma hawn fuq ma seta' ji\u0121i previst meta \u0121ie adottat ir-Regolament dwar l-apparati medi\u010bi.", "Din is-sitwazzjoni tolqot bil-kbir l-oqsma differenti li jkopri r-Regolament dwar l-apparati medi\u010bi.", "G\u0127alhekk wisq probabbli l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tas-sa\u0127\u0127a, l-operaturi ekonomi\u010bi u partijiet rilevanti o\u0127rajn ma kinux se jkunu jistg\u0127u jimplimentaw dak ir-Regolament u japplikawh mid-data li kienet prevista g\u0127all-applikazzjoni tieg\u0127u, ji\u0121ifieri mis-26 ta' Mejju 2020.", "Sabiex ji\u0121i \u017cgurat qafas regolatorju effettiv g\u0127all-apparat mediku, din l-emenda tipposponi wkoll id-data tat-t\u0127assir tad-Direttiva dwar il-mezzi medi\u010bi attivi li jidda\u0127\u0127lu f'xi parti tal-\u0121isem u tad-Direttiva dwar il-mezzi medi\u010bi b'sena.", "Din l-adozzjoni mhix se taffettwa d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-apparati medi\u010bi dijanjosti\u010bi in vitro, li se jibda japplika mis-26 ta' Mejju 2022 'il quddiem.", "L-emenda tar-Regolament dwar l-apparati medi\u010bi tikkumplimenta mi\u017curi importanti o\u0127rajn fil-qasam tal-apparat mediku li l-Kummissjoni qed tkompli tadotta fil-\u0121lieda tag\u0127ha kontra l-pandemija tal-coronavirus.", "Il-Kummissjoni adottat din il-proposta fit-3 ta' April, u l-Parlament Ewropew ta l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u g\u0127aliha fis-17 ta' April.", "B\u0127ala l-a\u0127\u0127ar pass, ilbiera\u0127 il-Kunsill ivvota favur l-adozzjoni tag\u0127ha, u issa din se tid\u0127ol fis-se\u0127\u0127 malli ti\u0121i ppubblikata f'Il-\u0120urnal Uffi\u010bjali tal-Unjoni Ewropea.", "\u0126oloq utli", "L-apparat mediku", "Il-pa\u0121na web spe\u010bifika tal-Kummissjoni dwar ir-rispons tal-UE g\u0127at-tifqig\u0127a tal-COVID-19"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_694", "title": "L-UE tniedi strument pilota \u0121did ta' \u20ac50 miljun biex ti\u017cviluppa l-\u0127iliet u l-edukazzjoni fl-Ewropa kollha", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI,RESINSC", "date": "Tue, 21 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) u l-Kummissjoni Ewropea qed iniedu strument ta' garanzija pilota \u0121did sabiex itejbu l-a\u010b\u010bess g\u0127all-finanzjament g\u0127all-individwi u g\u0127all-organizzazzjonijiet li jixtiequ jinvestu fil-\u0127iliet u fl-edukazzjoni.", "L-iskema pilota ta' \u20ac50 miljun se tappo\u0121\u0121a l-finanzjament g\u0127all-istudenti u g\u0127al min qed jitg\u0127allem, g\u0127all-intrapri\u017ci li qed jinvestu fit-titjib tal-\u0127iliet tal-impjegati tag\u0127hom u g\u0127all-organizzazzjonijiet li jipprovdu l-edukazzjoni u t-ta\u0127ri\u0121.", "L-Istrument ta' Garanzija Pilota g\u0127all-\u0126iliet u g\u0127all-Edukazzjoni (Skills & Education Guarantee Pilot \u2013 S&E Pilot) huwa inizjattiva \u0121dida g\u0127all-finanzjament tad-dejn ma\u0127suba biex tistimola l-investimenti fl-edukazzjoni, fit-ta\u0127ri\u0121 u fil-\u0127iliet \u2013 b\u0127ala parti mis-soluzzjoni biex aktar nies isibu impjieg u b\u0127ala rispons g\u0127all-\u0127ti\u0121ijiet dejjem jinbidlu tal-ekonomija Ewropea.", "Din l-inizjattiva hija partikolarment rilevanti fis-sitwazzjoni ekonomika diffi\u010bli li qed jiffa\u010b\u010bjaw i\u010b-\u010bittadini u l-intrapri\u017ci Ewropej b\u0127alissa min\u0127abba l-pandemija tal-coronavirus.", "Se tappo\u0121\u0121a lill-kumpaniji u lill-istudenti matul il-kri\u017ci u warajha, sabiex ti\u017cgura li l-Ewropa tista' ti\u017cviluppa u tibqa' tkun minn ta' quddiem fir-rigward tal-i\u017cviluppi teknolo\u0121i\u010bi globali, tmexxi l-ekonomija tal-g\u0127arfien tag\u0127ha 'l quddiem u ta\u010b\u010bellera l-irkupru ekonomiku tag\u0127ha.", "Il-Vi\u010bi President tal-Kummissjoni Ewropea g\u0127all-Promozzjoni tal-Istil ta' \u0126ajja Ewropew Tag\u0127na, Margaritis Schinas, qal: \u201cBil-potenzjal li ji\u0121u mmobilizzati \u20ac200 miljun f'investimenti g\u0127all-i\u017cvilupp tal-edukazzjoni u tal-\u0127iliet, l-Istrument ta' Garanzija Pilota g\u0127all-\u0126iliet u g\u0127all-Edukazzjoni huwa pass lejn so\u010bjetajiet u ekonomiji aktar re\u017ciljenti u inklu\u017civi sakemm l-UE tirkupra mill-pandemija tal-COVID-19.", "Jista' jipprovdi l-appo\u0121\u0121 me\u0127tie\u0121 g\u0127all-i\u017cvilupp ta' opportunitajiet ta' apprendiment u ta' \u0127iliet g\u0127al xi w\u0127ud mis-setturi l-aktar kriti\u010bi, b\u0127al pere\u017cempju s-sa\u0127\u0127a, l-edukazzjoni, is-sigurt\u00e0, u l-ekonomija di\u0121itali u ekolo\u0121ika.", "Il-ftu\u0127 tal-finanzjament lil min qed jitg\u0127allem, lin-negozji u lill-organizzazzjonijiet edukattivi se jippermetti li kemm jista' jkun nies u negozji jibbenefikaw minnu.\u201d", "Il-Kap E\u017cekuttiv tal-FEI, Alain Godard, qal: \u201cL-investimenti fil-\u0127iliet jikkontribwixxu g\u0127at-tkabbir, g\u0127all-kompetittivit\u00e0 u g\u0127all-konver\u0121enza so\u010bjali.", "L-Istrument ta' Garanzija Pilota l-\u0121did g\u0127all-\u0126iliet u g\u0127all-Edukazzjoni li tnieda llum joffri lill-istudenti u lin-negozji opzjonijiet \u0121odda biex isibu l-appo\u0121\u0121 li g\u0127andhom b\u017conn biex jikbru, filwaqt li jindirizza l-isfidi marbuta mat-trasformazzjonijiet di\u0121itali u mat-tran\u017cizzjoni lejn ekonomija \u0127ielsa mill-karbonju.\u00ad\u00ad Billi ntejbu l-a\u010b\u010bess g\u0127all-opportunitajiet ta' edukazzjoni u ta' ta\u0127ri\u0121, nistg\u0127u nappo\u0121\u0121aw forza tax-xog\u0127ol li tista' tadatta aktar g\u0127all-ambjenti li dejjem qed jinbidlu, u dan huwa ferm aktar kru\u010bjali f'dan il-mument ta' kri\u017ci.\u201d", "Fil-fa\u017ci pilota tieg\u0127u, l-S&E Pilot se jipprovdi garanzija tal-UE ta' massimu ta' \u20ac50 miljun appo\u0121\u0121ata mill-Fond Ewropew g\u0127all-Investimenti Strate\u0121i\u010bi (FEIS), u b'hekk jattiva l-finanzjament tad-dejn g\u0127all-pro\u0121etti tal-\u0127iliet u tal-edukazzjoni fl-Ewropa, bl-g\u0127an li jimmobilizza finanzjament totali ta' aktar minn \u20ac200 miljun.", "L-istituzzjonijiet finanzjarji jew il-fornituri tal-edukazzjoni u tat-ta\u0127ri\u0121 interessati jistg\u0127u japplikaw biex isiru intermedjarji finanzjarji u jipparte\u010bipaw fl-iskema billi jwie\u0121bu g\u0127as-Sej\u0127a g\u0127al Espressjonijiet ta' Interess miftu\u0127a ppubblikata mill-FEI.", "L-g\u0127a\u017cla tal-intermedjarji finanzjarji hija \u0121estita mill-FEI.", "L-FEI se jipprovdi garanzija limitata tal-ewwel telf (jew kontrogaranzija) bla \u0127las lill-intermedjarji finanzjarji mag\u0127\u017cula li jkunu qeg\u0127din jibnu portafolli \u0121odda ta' finanzjament tad-dejn g\u0127all-istudenti u g\u0127an-negozji.", "L-istudenti u n-negozji eli\u0121ibbli se jkollhom a\u010b\u010bess g\u0127al tipi differenti ta' finanzjament (e\u017c. self, pagamenti differiti, self marbut mal-introjtu, e\u010b\u010b.) permezz ta' intermedjarji finanzjarji dedikati, b\u0127al pere\u017cempju istituzzjonijiet finanzjarji, universitajiet u \u010bentri ta' ta\u0127ri\u0121 vokazzjonali, garantiti mill-UE.", "Fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar, bis-sa\u0127\u0127a tal-garanzija, il-benefi\u010bjarji finali se jkun jistg\u0127u ja\u010b\u010bessaw il-finanzjament aktar fa\u010bilment u b'kundizzjonijiet a\u0127jar.", "Il-fa\u017ci pilota tal-inizjattiva se titnieda fl-2020 bl-objettiv li ssir strument finanzjarju standard wara l-2020, fi \u0127dan il-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE li jmiss (2021 \u2013 2027).", "I\u010b-\u010aentru Ewropew ta' Konsulenza g\u0127all-Investimenti se jipprovdi wkoll appo\u0121\u0121 g\u0127all-bini ta' kapa\u010bit\u00e0 sabiex jg\u0127in fil-promozzjoni tal-Istrument Pilota.", "Informazzjoni \u0121enerali", "L-S&E Pilot g\u0127andu l-g\u0127an li jappo\u0121\u0121a lill-benefi\u010bjarji finali li \u0121ejjin:", "L-individwi (studenti u min qed jitg\u0127allem) li jridu jkomplu jistudjaw u jtejbu l-\u0127iliet tag\u0127hom permezz tal-akkademi\u010bi, tat-ta\u0127ri\u0121 vokazzjonali, tal-apprendiment tul il-\u0127ajja u forom o\u0127rajn ta' edukazzjoni, inklu\u017c permezz tal-mezzi di\u0121itali.", "L-S&E Pilot se jappo\u0121\u0121a wkoll il-mobbilt\u00e0 tal-istudenti u ta' min qed jitg\u0127allem li qed isegwu programmi edukattivi fi Stat Membru differenti minn dak tar-residenza tag\u0127hom.", "L-intrapri\u017ci Ewropej li jikkontribwixxu g\u0127al tali sforzi ta' trasformazzjoni tal-\u0127iliet u li jiffa\u010bilitawhom billi jinvestu fit-titjib tas-sett ta' \u0127iliet u tal-u\u017cu tal-\u0127iliet tal-forza tax-xog\u0127ol tag\u0127hom.", "Dan jg\u0127in biex ji\u017cdiedu l-kompetittivit\u00e0 u l-produttivit\u00e0 tal-kumpanija, filwaqt li jin\u017cammu l-impjiegi.", "L-organizzazzjonijiet Ewropej li huma attivi fil-qasam tal-i\u017cvilupp tal-\u0127iliet, tat-ta\u0127ri\u0121 u tal-edukazzjoni jew li ji\u017cviluppaw pro\u0121etti fil-qasam tal-edukazzjoni.", "L-objettiv tag\u0127hom huwa li jtejbu b'mod sinifikanti l-ekosistema tal-provvista tal-edukazzjoni, tat-ta\u0127ri\u0121 u tas-servizzi relatati mal-\u0127iliet, inklu\u017c permezz tal-mezzi di\u0121itali.", "Il-kindergartens, l-iskejjel preprimarji, is-servizzi tat-tfulija bikrija u organizzazzjonijiet simili huma inklu\u017ci f'din il-kategorija wkoll.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni:", "Sej\u0127a g\u0127al Espressjonijiet ta' Interess tal-FEI", "Sit web tal-FEIS", "Ir-rispons tal-UE g\u0127all-coronavirus", "\u010aentru Ewropew ta' Konsulenza g\u0127all-Investimenti"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_722", "title": "Il-Coronavirus: il-Kummissjoni t\u0127abbar mi\u017curi e\u010b\u010bezzjonali ta' appo\u0121\u0121 g\u0127as-settur agroalimentari", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL,COVID-19", "date": "Tue, 21 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni qed tie\u0127u azzjoni rapida u tipproponi mi\u017curi e\u010b\u010bezzjonali addizzjonali biex tkompli tappo\u0121\u0121a l-aktar swieq agrikoli u alimentari milquta.", "Is-settur agroalimentari tal-UE qed juri re\u017ciljenza f'dawn i\u017c-\u017cminijiet ming\u0127ajr pre\u010bedent min\u0127abba t-tifqig\u0127a tal-coronavirus.", "Madankollu, xi swieq intlaqtu \u0127a\u017cin mill-konsegwenzi ta' din il-kri\u017ci tas-sa\u0127\u0127a pubblika.", "Il-pakkett ippre\u017centat illum jinkludi mi\u017curi ta' g\u0127ajnuna g\u0127all-\u0127\u017cin privat (PSA) fis-setturi tal-\u0127alib u tal-la\u0127am, l-awtorizzazzjoni ta' mi\u017curi ta' awtoorganizzazzjoni tas-suq mill-operaturi fis-setturi milquta \u0127a\u017cin u l-flessibilit\u00e0 fil-programmi ta' appo\u0121\u0121 g\u0127as-suq tal-frott u l-\u0127axix, tal-inbid u ta' prodotti o\u0127ra.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Agrikoltura Janusz Wojciechowski qal: \u201cIl-konsegwenzi tal-kri\u017ci tal-coronavirus qed jin\u0127assu dejjem aktar fis-settur agroalimentari, g\u0127aldaqstant idde\u010bidejna li nie\u0127du azzjoni rapida, flimkien mal-mi\u017curi li di\u0121\u00e0 ttie\u0127du minn mindu faqqg\u0127et din il-kri\u017ci.", "Skont l-i\u017cviluppi tas-suq b\u0127alissa, il-mi\u017curi proposti huma ma\u0127suba biex jibag\u0127tu sinjal immirat biex jistabbilizza s-swieq.", "Dawn jitqiesu b\u0127ala l-aktar xierqa biex ji\u017cguraw l-istabbilt\u00e0 tal-prezzijiet u tal-produzzjoni futuri, u g\u0127alhekk ji\u017cguraw ukoll il-fornimenti u s-sigurt\u00e0 alimentari.", "Il-pakkett \u0121did u e\u010b\u010bezzjonali ta' mi\u017curi li qed in\u0127abbru llum g\u0127andu l-g\u0127an li jappo\u0121\u0121a l-aktar setturi agroalimentari affettwati billi jindirizza kemm it-tfixkil di\u0121\u00e0 osservat kif ukoll ir-riskji futuri.", "Konvint li dawn il-mi\u017curi se jnaqqsu l-pi\u017c minn fuq is-swieq u se jwasslu malajr g\u0127al ri\u017cultati konkreti.\u201d", "Il-mi\u017curi e\u010b\u010bezzjonali m\u0127abbra b\u0127ala rispons addizzjonali g\u0127all-kri\u017ci tal-coronavirus jinkludu:", "Il-Kummissjoni g\u0127andha l-g\u0127an li tadotta dawn il-mi\u017curi sa tmiem April.", "I\u017cda qabel iridu ji\u0121u kkonsultati l-Istati Membri u jivvutaw dwar dawn il-mi\u017curi, g\u0127alhekk jistg\u0127u jkunu so\u0121\u0121etti g\u0127al tibdil.", "Id-dettalji kollha ta' dawn il-proposti se ji\u0121u \u017cvelati waqt l-adozzjoni finali tag\u0127hom.", "Il-pakkett im\u0127abbar illum ikompli mal-pakkett komprensiv ta' mi\u017curi o\u0127ra adottati aktar kmieni mill-Kummissjoni biex jing\u0127ata appo\u0121\u0121 lis-settur agroalimentari fil-kri\u017ci attwali, b\u0127a\u017c-\u017cieda fl-ammonti tal-g\u0127ajnuna mill-Istat, i\u017c-\u017cieda fil-pagamenti bil-quddiem, u l-iskadenzi esti\u017ci g\u0127all-pre\u017centazzjoni tat-talbiet g\u0127all-pagament.", "I\u017c-\u017cieda fil-flessibilit\u00e0 fir-rigward tar-regoli dwar il-Politika Agrikola Komuni g\u0127andhom l-g\u0127an li jnaqqsu l-pi\u017c amministrattiv minn fuq il-bdiewa u l-amministrazzjonijiet nazzjonali.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "L-appo\u0121\u0121 g\u0127as-settur agroalimentari g\u0127all-coronavirus", "Ir-rispons tal-UE g\u0127all-coronavirus", "Il-mi\u017curi tas-suq tal-Politika Agrikola Komuni"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_468", "title": "COVID-19: Il-Kummissjoni tippre\u017centa linji gwida dwar mi\u017curi fil-fruntieri li jipprote\u0121u s-sa\u0127\u0127a u ji\u017cguraw id-disponibbilt\u00e0 ta' prodotti u servizzi essenzjali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL,MIGR,COVID-19", "date": "Sun, 15 Mar 2020 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni ppre\u017centat linji gwida lill-Istati Membri dwar mi\u017curi g\u0127all-\u0121estjoni tal-fruntieri relatati mas-sa\u0127\u0127a fil-kuntest tal-emer\u0121enza tal-COVID-19.", "L-g\u0127an a\u0127\u0127ari huwa l-\u0127arsien tas-sa\u0127\u0127a ta\u010b-\u010bittadini u li ji\u0121i \u017cgurat l-a\u0127jar trattament tal-persuni li jkollhom jivvja\u0121\u0121aw, u li l-prodotti u s-servizzi essenzjali jibqg\u0127u disponibbli.", "Il-Kummissarji Kyriakides u Johansson ippre\u017centaw il-linji gwida lill-Ministri tal-UE responsabbli mis-Sa\u0127\u0127a u mill-Affarijiet Interni fl-ewwel laqg\u0127a kon\u0121unta bil-vidjo li bdiet dalg\u0127odu fil-11am.", "Il-President von der Leyen qalet: \u201cIl-mi\u017curi tag\u0127na biex inra\u017c\u017cnu t-tifqig\u0127a tal-Coronavirus se jkunu effettivi biss jekk nikkoordinaw bejnietna fil-livell Ewropew.", "Je\u0127tie\u0121 li nie\u0127du mi\u017curi e\u010b\u010bezzjonali biex nipprote\u0121u s-sa\u0127\u0127a ta\u010b-\u010bittadini tag\u0127na.", "I\u017cda ejjew ni\u017cguraw li l-prodotti u s-servizzi essenzjali jibqg\u0127u ji\u010b\u010birkolaw fis-suq intern tag\u0127na.", "Dan huwa l-uniku mod kif nistg\u0127u nipprevjenu nuqqasijiet ta' tag\u0127mir mediku jew ikel.", "Din mhijiex biss kwistjoni ekonomika: is-suq intern tag\u0127na huwa g\u0127odda fundamentali tas-solidarjet\u00e0 Ewropea.", "Ninsab f'ta\u0127ditiet mal-Istati Membri kollha biex niffa\u010b\u010bjaw din l-isfida flimkien, b\u0127ala Unjoni.\u201d", "Il-linja gwida jistabbilixxu l-prin\u010bipji g\u0127al appro\u010b\u010b integrat g\u0127al \u0121estjoni effettiva tal-fruntieri biex nipprote\u0121u s-sa\u0127\u0127a filwaqt li n\u0127arsu l-integrit\u00e0 tas-suq intern.", "Il-protezzjoni tas-sa\u0127\u0127a tan-nies", "Dawk il-persuni li jkunu identifikati b\u0127ala f'riskju li jxerrdu l-COVID-19 g\u0127andu jkollhom a\u010b\u010bess g\u0127al kura tas-sa\u0127\u0127a xierqa, jew fil-pajji\u017c fejn jaslu jew fil-pajji\u017c minn fejn jitilqu, u dan g\u0127andu ji\u0121i kkoordinat bejniethom.", "Huwa possibbli li kull min jid\u0127ol fit-territorju nazzjonali jsirulu kontrolli tas-sa\u0127\u0127a ming\u0127ajr ma' jidda\u0127\u0127lu kontrolli formali fil-fruntieri interni.", "Id-differenza bejn il-kontrolli tas-sa\u0127\u0127a normali u l-kontrolli fuq il-fruntiera hija l-possibbilt\u00e0 li persuni individwali ma jit\u0127allewx jid\u0127lu.", "Il-persuni li jkunu morda m'g\u0127andhomx ji\u0121u m\u010ba\u0127\u0127da d-d\u0127ul i\u017cda g\u0127andhom jing\u0127ataw a\u010b\u010bess g\u0127all-kura tas-sa\u0127\u0127a.", "L-Istati Membri jistg\u0127u jer\u0121g\u0127u jintrodu\u010bu kontrolli fil-fruntieri interni g\u0127al ra\u0121unijiet ta' ordni pubbliku li, f'sitwazzjonijiet kriti\u010bi estremi, jistg\u0127u jinkludu s-sa\u0127\u0127a pubblika.", "Dawn il-kontrolli fuq il-fruntiera g\u0127andhom ji\u0121u organizzati biex ji\u0121i evitat li jiffurmaw \u0121emg\u0127at kbar ta' nies (pere\u017c. kjuwijiet), li j\u017cidu r-riskju li jinfirex il-virus.", "L-Istati Membri g\u0127andhom jikkoordinaw bejniethom biex jag\u0127mlu kontrolli tas-sa\u0127\u0127a fuq na\u0127a wa\u0127da biss tal-fruntiera.", "Il-kontrolli fuq il-fruntiera g\u0127andhom ji\u0121u applikati b'mod proporzjonat u b'kunsiderazzjoni g\u0127as-sa\u0127\u0127a tan-nies.", "L-Istati Membri g\u0127andhom i\u0127allu li\u010b-\u010bittadini u lir-residenti tag\u0127hom jid\u0127lu dejjem, u g\u0127adhom jiffa\u010bilitaw it-tran\u017citu ta\u010b-\u010bittadini u tar-residenti tal-UE li jkunu qeg\u0127din jirritornaw lejn djarhom.", "Madankollu, jistg\u0127u jie\u0127du mi\u017curi b\u0127all-obbligu ta' perjodu ta' awtoi\u017colament, jekk ikunu qed jimponu l-istess obbligu fuq i\u010b-\u010bittadini tag\u0127hom stess.", "L-Istati Membri g\u0127andhom jiffa\u010bilitaw il-qsim ta' \u0127addiema fruntaliera, i\u017cda mhux biss dawk li ja\u0127dmu fil-kura tas-sa\u0127\u0127a u fis-settur tal-ikel, u servizzi essenzjali o\u0127ra (pere\u017c. l-indukrar tat-tfal u tal-anzjani, il-persunal kritiku g\u0127all-utilitajiet).", "L-i\u017cgurar ta\u010b-\u010birkolazzjoni ta' prodotti u servizzi essenzjali", "I\u010b-\u010birkolazzjoni libera tal-prodotti hija kru\u010bjali biex il-prodotti jibqg\u0127u disponibbli.", "Dan huwa kru\u010bjali b'mod partikolari g\u0127all-prodotti essenzjali b\u0127all-provvisti tal-ikel fosthom tal-bhejjem, it-tag\u0127mir u l-provvisti medi\u010bi u protettivi vitali.", "B'mod \u0121enerali, il-mi\u017curi ta' kontroll ma g\u0127andhomx jo\u0127olqu tfixkil g\u0127all-ktajjen tal-provvista, g\u0127as-servizzi ta' interess \u0121enerali essenzjali u g\u0127all-ekonomiji nazzjonali u l-ekonomija tal-UE kollha kemm hi.", "L-Istati Membri g\u0127andhom jag\u0127\u017clu korsiji ta' prijorit\u00e0 g\u0127at-trasport tal-merkanzija (pere\u017c. permezz tal-\u201ckorsiji ekolo\u0121i\u010bi\u201d).", "Bl-istess mod, il-moviment sikur tal-\u0127addiema fis-settur tat-trasport, fosthom is-sewwieqa tat-trakkijiet u tal-ferroviji, il-piloti u l-ekwipa\u0121\u0121i tal-ajru huwa fattur ewlieni biex ji\u0121i \u017cgurat il-moviment xieraq tal-prodotti u tal-persunal essenzjali.", "Ma g\u0127andha ti\u0121i imposta l-ebda \u010bertifikazzjoni addizzjonali fuq il-prodotti li ji\u010b\u010birkolaw legalment fis-suq uniku tal-UE.", "Skont l-Awtorit\u00e0 Ewropea dwar is-Sigurt\u00e0 fl-Ikel, ma hemm l-ebda evidenza li l-ikel huwa sors tal-COVID-19, jew sors li jittra\u017cmetti l-COVID-19.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Il-Linji gwida g\u0127al mi\u017curi ta' \u0121estjoni tal-fruntieri biex ti\u0121i protetta s-sa\u0127\u0127a u ti\u0121i \u017cgurata d-disponibbilt\u00e0 tal-o\u0121\u0121etti u tas-servizzi essenzjali", "#coronavirus"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_474", "title": "Il-Coronavirus: Il-Kummissjoni toffri finanzjament lill-kumpanija tat-tilqim innovattiv CureVac", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RESINSC,COVID-19", "date": "Sun, 15 Mar 2020 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni offriet appo\u0121\u0121 finanzjarju sa \u20ac80 miljun lil CureVac, \u017cviluppatur ta' tilqim innovattiv \u0127afna minn T\u00fcbingen, il-\u0120ermanja, sabiex i\u017cid l-i\u017cvilupp u l-produzzjoni ta' tilqima kontra l-Coronavirus fl-Ewropa.", "Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen u l-Kummissarju g\u0127all-Innovazzjoni, ir-Ri\u010berka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u \u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127, Mariya Gabriel, iddiskutew mal-mani\u0121ment ta' CureVac permezz ta' vidjokonferenza.", "Il-Vi\u010bi President tal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI), Ambroise Fayolle, \u0127a sehem ukoll.", "L-appo\u0121\u0121 se jie\u0127u l-forma ta' garanzija tal-UE ta' self tal-BEI, li attwalment qed ji\u0121i vvalutat, tal-istess ammont, fil-qafas tal-Fa\u010bilit\u00e0 g\u0127all-Finanzjament tal-Mard Infettiv InnovFin tal-programm Orizzont 2020.", "Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen qalet: \u201cF'din il-kri\u017ci tas-sa\u0127\u0127a pubblika, huwa importanti ferm li nappo\u0121\u0121aw lir-ri\u010berkaturi u lill-kumpaniji ewlenin tag\u0127na.", "Determinati li nipprovdu l-finanzjament li CureVac te\u0127tie\u0121 biex t\u0127affef l-i\u017cvilupp u l-produzzjoni ta' tilqima kontra l-Coronavirus.", "Kburija li fl-UE g\u0127andna kumpaniji pijunieri b\u0127al CureVac.", "Darhom hawn.", "Per\u00f2 kul\u0127add, fl-Ewropa u lil hinn, se jibbenefika mit-tilqim tag\u0127hom.\u201d", "Mariya Gabriel, il-Kummissarju g\u0127all-Innovazzjoni, ir-Ri\u010berka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u \u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127, qalet: \u201cL-appo\u0121\u0121 g\u0127al ri\u010berka u innovazzjoni e\u010b\u010bellenti tal-UE hu parti essenzjali mir-rispons koordinat tag\u0127na kontra t-tixrid tal-Coronavirus.", "Fl-2014, CureVac reb\u0127et l-ewwel premju tal-UE ta' in\u010bentiv g\u0127all-innovazzjoni.", "A\u0127na impenjati li f'dawn i\u017c-\u017cminijiet kriti\u010bi n\u017cidu l-appo\u0121\u0121 tag\u0127na g\u0127ar-ri\u010berka u l-innovazzjoni tag\u0127ha bba\u017cati fl-UE.", "Ix-xjenza u l-innovazzjoni fl-Ewropa jinsabu fil-qalba tal-politiki tag\u0127na li j\u0127arsu s-sa\u0127\u0127a tal-poplu.\u201d", "Ambroise Fayolle, il-Vi\u010bi President g\u0127all-Innovazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment, qal: \u201cIl-BEI huwa u jibqa' l-Bank tal-UE g\u0127all-innovazzjoni, issa aktar minn qatt qabel fil-kri\u017ci attwali tas-sa\u0127\u0127a.", "Bis-s\u0127ubija soda u produttiva li bnejna mal-Kummissjoni g\u0127al \u0127afna snin, fil-qasam tal-istrumenti finanzjarji tar-ri\u010berka u tal-innovazzjoni (InnovFin), a\u0127na determinati li nag\u0127mlu l-almu tag\u0127na biex nappo\u0121\u0121aw lil CureVac sabiex i\u017c\u017cid il-\u0127ti\u0121ijiet tal-i\u017cvilupp tag\u0127ha, g\u0127all-\u0121id ta\u010b-\u010bittadini tal-UE u lil hinn.\u201d", "Imwaqqfa fis-sena 2000, CureVac hija kumpanija bijofarma\u010bewtika \u0120ermani\u017ca li \u017cviluppat teknolo\u0121ija \u0121dida biex teg\u0127leb wa\u0127da mill-akbar xkilijiet g\u0127all-u\u017cu tat-tilqim: il-\u0127tie\u0121a li jin\u017cammu stabbli ming\u0127ajr tkessi\u0127.", "It-teknolo\u0121ija tat-tilqim tag\u0127ha tissejjes fuq il-molekoli RNA messa\u0121\u0121iera (mRNA) li jistimulaw is-sistema immunitarja.", "L-istudji preliminari juru li t-teknolo\u0121ija hija promettenti g\u0127al rispons mg\u0127a\u0121\u0121el g\u0127all-COVID-19.", "Jekk ikun pruvat li din ta\u0127dem, miljuni ta' do\u017ci ta' tilqim jistg\u0127u potenzjalment ji\u0121u prodotti bl-ir\u0127is fil-fa\u010bilitajiet ta' produzzjoni e\u017cistenti ta' CureVac.", "CureVac di\u0121\u00e0 bdiet il-programm tag\u0127ha g\u0127all-i\u017cvilupp tal-tilqima kontra l-COVID-19 u tistima li sa \u0120unju 2020 tkun nediet it-testijiet klini\u010bi.", "Il-Kummissjoni di\u0121\u00e0 g\u0127arfet il-potenzjal li CureVac toffri tilqima li ssalva \u0127ajjet in-nies madwar id-dinja b'mod sikur u affordabbli, meta fl-2014 CureVac kienet reb\u0127et l-ewwel premju tal-UE ta' in\u010bentiv g\u0127all-innovazzjoni ta' valur ta' \u20ac2 miljun, iffinanzjat mill-programm g\u0127ar-ri\u010berka u l-innovazzjoni tal-UE, l-FP7.", "Il-premju kien ma\u0127sub biex jappo\u0121\u0121a l-i\u017cvilupp ulterjuri ta' dik l-idea rivoluzzjonarja.", "Issa l-Kummissjoni u l-BEI flimkien qed isa\u0127\u0127u l-isforzi tag\u0127hom biex jipprovdu l-mezzi me\u0127tie\u0121a lil CureVac, filwaqt li jie\u0127du vanta\u0121\u0121 mill-kooperazzjoni twila u produttiva tag\u0127hom fi strumenti finanzjarji ma\u0127suba apposta biex jappo\u0121\u0121aw ir-ri\u010berka u l-innovazzjoni b\u0127all-InnovFin tal-programm Orizzont 2020 u b'mod partikolari l-Fa\u010bilit\u00e0 ta' Finanzjament tal-Mard Infettiv tag\u0127ha.", "Kuntest", "L-appo\u0121\u0121 lil CureVac huwa parti mir-rispons koordinat tal-UE g\u0127at-theddida tal-COVID-19 g\u0127as-sa\u0127\u0127a pubblika.", "B'\u0127idma mill-qrib mal-industrija, il-Kummissjoni mmobilizzat sa \u20ac140 miljun f'finanzjament pubbliku u privat biex tappo\u0121\u0121a r-ri\u010berka me\u0127tie\u0121a b'mod ur\u0121enti.", "Fis-6 ta' Marzu, il-Kummissjoni \u0127abbret l-g\u0127a\u017cla ta' 17-il pro\u0121ett li jinvolvu 136 tim ta' ri\u010berka li se jir\u010bievu finanzjament totali ta' \u20ac47.5 miljun mill-programm tag\u0127ha ta' ri\u010berka u ta' innovazzjoni, tal-Orizzont 2020.", "It-timijiet se ja\u0127dmu fuq l-i\u017cvilupp ta' tilqim, ta' trattamenti \u0121odda, ta' testijiet ta' dijanjo\u017ci u ta' sistemi medi\u010bi bl-g\u0127an li jipprevjenu t-tixrid tal-Coronavirus.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni impenjat sa \u20ac45 miljun g\u0127al ri\u010berka fit-tilqim u t-trattamenti permezz ta' sej\u0127a ppubblikata fit-3 ta' Marzu mill-Inizjattiva dwar Medi\u010bini Innovattivi (IMI), u li mag\u0127hom g\u0127andha ti\u017cdied l-istess kontribuzzjoni mill-industrija tal-farma\u010bewtika, ji\u0121ifieri ammont totali sa \u20ac90 miljun.", "F'dawn l-a\u0127\u0127ar snin, il-Kummissjoni Ewropea investiet \u0127afna fir-ri\u010berka biex t\u0127ejji ru\u0127ha sewwa sew g\u0127al dan it-tip ta' emer\u0121enza g\u0127as-sa\u0127\u0127a pubblika.", "Diversi pro\u0121etti ffinanzjati mill-UE qed jikkontribwixxu g\u0127all-attivitajiet Ewropej u globali ta' t\u0127ejjija u ta' rispons."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_469", "title": "Il-Kummissjoni tie\u0127u passi biex ti\u017cgura l-provvista ta' tag\u0127mir ta' protezzjoni personali fl-Unjoni Ewropea", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL,COVID-19", "date": "Sat, 14 Mar 2020 23:00:00 GMT", "text": ["Fl-isforzi kontinwi tag\u0127ha biex tipprote\u0121i li\u010b-\u010bittadini u tikkoordina r-rispons g\u0127al COVID-19, il-Kummissjoni \u0127adet passi immedjati biex tipprote\u0121i d-disponibbilt\u00e0 tal-provvisti ta' tag\u0127mir ta' protezzjoni personali (personal protective equipment, PPE), billi tirrikjedi li l-esportazzjonijiet ta' tali tag\u0127mir barra mill-Unjoni Ewropea jkunu so\u0121\u0121etti g\u0127al awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni mill-Istati Membri.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Kummer\u010b, Phil Hogan, qal: \u201cL-isfidi ppre\u017centati mit-tixrid ta' COVID-19 ji\u0121\u0121ustifikaw l-ur\u0121enza ta' din l-azzjoni.", "Il-Kummissjoni qed tag\u0127mel kull sforz possibbli biex toffri g\u0127ajnuna konkreta li\u010b-\u010bittadini tag\u0127na u lil dawk kollha li jie\u0127du \u0127siebhom.\u201d", "Tag\u0127mir Protettiv Personali ikopri tag\u0127mir b\u0127al maskri, nu\u010b\u010balijiet protettivi u vi\u017cieri, tarki tal-wi\u010b\u010b, protezzjoni tal-\u0127alq u l-imnie\u0127er, u \u0127wejje\u0121 protettivi.", "Je\u017cistu \u0127ti\u0121ijiet vitali g\u0127al tag\u0127mir protettiv fl-Unjoni fir-rigward ta' sptarijiet, pazjenti, \u0127addiema fil-qasam, awtoritajiet tal-protezzjoni \u010bivili.", "Dan l-att ta' implimentazzjoni, adottat bi pro\u010bedura ta' ur\u0121enza u ppubblikat illum, jipprovdi g\u0127al awtorizzazzjonijiet g\u0127al esportazzjonijiet lil pajji\u017ci terzi.", "Se jkun validu g\u0127al perjodu ta' sitt \u0121img\u0127at, li matulu l-Istati Membri se ji\u0121u kkonsultati dwar l-adattamenti potenzjali u l-ambitu tal-mi\u017cura attwali u l-passi futuri.", "Rispons Ewropew unifikat jevita sitwazzjoni fejn l-Istati Membri jie\u0127du appro\u010b\u010bi individwali li jaffettwaw i\u010b-\u010birkolazzjoni ta' tag\u0127mir b\u0127al dan fis-suq uniku kif ukoll g\u0127al pajji\u017ci terzi, u jsa\u0127\u0127a\u0127 is-solidarjet\u00e0 Ewropea.", "Xi Stati Membri innovaturi di\u0121\u00e0 indikaw li ja\u010b\u010bettaw it-talbiet tal-Kummissjoni li jemendaw il-mi\u017curi nazzjonali tag\u0127hom biex ji\u017cguraw li t-tag\u0127mir vitali jkun disponibbli g\u0127al dawk li l-aktar je\u0127ti\u0121uhom, fl-UE.", "Il-Kummissjoni se tassisti lill-Istati Membri fl-istabbiliment ta' mekkani\u017cmi rilevanti biex ti\u0121i \u017cgurata implimentazzjoni bla xkiel u kkoordinata tar-regolament, b'fatturi meqjusa b\u0127al impenji internazzjonali, l-evoluzzjoni ta' \u0127ti\u0121ijiet ur\u0121enti fl-UE u barra minnha, u l-integrazzjoni ta' katini ta' produzzjoni u provvista ma' pajji\u017ci terzi."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_459", "title": "COVID-19: Il-Kummissjoni tistabbilixxi rispons koordinat Ewropew kontra l-impatt ekonomiku tal-Koronavajrus*", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PR-ECOM,COVID-19", "date": "Thu, 12 Mar 2020 23:00:00 GMT", "text": ["Il-COVID-19 hija emer\u0121enza serja tas-sa\u0127\u0127a pubblika g\u0127a\u010b-\u010bittadini, is-so\u010bjetajiet u l-ekonomiji tag\u0127na b'infezzjonijiet fl-Istati Membri kollha.", "Hija wkoll xokk ekonomiku kbir g\u0127all-UE.", "G\u0127alhekk illum il-Kummissjoni tippre\u017centa rispons immedjat biex jittaffa l-impatt so\u010bjoekonomiku tat-tifqig\u0127a ta' COVID-19, i\u010b\u010bentrata fuq rispons koordinat Ewropew.", "Il-Kummissjoni se tu\u017ca l-istrumenti kollha g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tag\u0127ha biex ittaffi l-konsegwenzi tal-pandemija, b'mod partikolari:", "- Biex ni\u017cguraw il-provvisti me\u0127tie\u0121a g\u0127as-sistemi tas-sa\u0127\u0127a tag\u0127na billi nippriservaw l-integrit\u00e0 tas-Suq Uniku u l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ktajjen tal-valur;", "- Biex ji\u0121u appo\u0121\u0121ati l-persuni b'tali mod li d-d\u0127ul u l-impjiegi ma ji\u0121ux affettwati b'mod sproporzjonat u biex ji\u0121i evitat l-effett permanenti ta' din il-kri\u017ci;", "- Biex jappo\u0121\u0121jaw lill-kumpaniji u ji\u017cguraw li l-likwidit\u00e0 tas-settur finanzjarju tag\u0127na tkun tista' tkompli tappo\u0121\u0121a l-ekonomija", "- U biex l-Istati Membri jkunu jistg\u0127u ja\u0121ixxu b'mod de\u010bi\u017civ b'mod koordinat, permezz ta' flessibbilt\u00e0 s\u0127i\u0127a tal-Oqfsa tal-Patt ta' G\u0127ajnuna mill-Istat u Tkabbir u Tkabbir.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, qalet: \u201cIl-pandemija tal-Koronavajrus hija test g\u0127alina lkoll.", "Din mhix biss sfida bla pre\u010bedent g\u0127as-sistemi ta' kura tas-sa\u0127\u0127a tag\u0127na, i\u017cda wkoll xokk qawwi g\u0127all-ekonomiji tag\u0127na.", "Il-pakkett ekonomiku importanti m\u0127abbar illum jittratta mas-sitwazzjoni ta' llum.", "A\u0127na ninsabu lesti li nag\u0127mlu hekk kif is-sitwazzjoni tkompli tevolvi.", "Se nag\u0127mlu dak kollu li hu me\u0127tie\u0121 biex nappo\u0121\u0121aw l-Ewropej u l-ekonomija Ewropea.", "G\u0127ajnuna mill-Istat g\u0127all-Flessibbilt\u00e0", "Ir-rispons fiskali prin\u010bipali g\u0127all-Koronavajrus se ji\u0121i mill-ba\u0121its nazzjonali tal-Istati Membri.", "Ir-regoli tal-UE dwar l-g\u0127ajnuna mill-Istat jippermettu lill-Istati Membri jie\u0127du azzjoni rapida u effettiva biex jappo\u0121\u0121aw li\u010b-\u010bittadini u lill-kumpaniji, b'mod partikolari lill-SMEs, li qed jiffa\u010b\u010bjaw diffikultajiet ekonomi\u010bi min\u0127abba t-tifqig\u0127a COVID-19.", "L-Istati Membri jistg\u0127u jfasslu mi\u017curi ta' appo\u0121\u0121 wiesa' f'konformit\u00e0 mar-regoli e\u017cistenti tal-UE.", "L-ewwel nett, jistg\u0127u jidde\u010biedu li jie\u0127du mi\u017curi, b\u0127al sussidji ta' pagi, sospensjoni ta' pagamenti ta' taxxi korporattivi u ta' valur mi\u017cjud jew kontribuzzjonijiet so\u010bjali.", "Barra minn hekk, l-Istati Membri jistg\u0127u jag\u0127tu appo\u0121\u0121 finanzjarju direttament lill-konsumaturi, pere\u017cempju g\u0127al servizzi ikkan\u010bellati jew biljetti li ma ji\u0121ux rimbor\u017cati mill-operaturi kkon\u010bernati.", "Barra minn hekk, ir-regoli tal-UE dwar l-g\u0127ajnuna mill-Istat jippermettu lill-Istati Membri jg\u0127inu lill-kumpaniji j\u0127abbtu wi\u010b\u010bhom ma' nuqqas ta' likwidit\u00e0 u li je\u0127tie\u0121u g\u0127ajnuna ur\u0121enti ta' salvata\u0121\u0121.", "L-Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE jippermetti lill-Istati Membri jikkumpensaw lill-kumpaniji g\u0127all-\u0127sara kkaw\u017cata direttament minn okkorrenzi e\u010b\u010bezzjonali, inklu\u017ci mi\u017curi f'setturi b\u0127all-avjazzjoni u t-turi\u017cmu.", "B\u0127alissa, l-impatt tat-tifqig\u0127a ta' COVID-19 fl-Italja huwa ta' natura u skala li jippermetti l-u\u017cu tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE.", "Dan jippermetti lill-Kummissjoni tapprova mi\u017curi ta' appo\u0121\u0121 nazzjonali addizzjonali biex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta' Stat Membru.", "Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni g\u0127all-u\u017cu tal-Artikolu 107(3)b g\u0127al Stati Membri o\u0127ra se tie\u0127u appro\u010b\u010b simili.", "Il-Kummissjoni qed t\u0127ejji qafas legali spe\u010bjali skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE biex tadotta f'ka\u017c ta' b\u017conn.", "Il-Kummissjoni tinsab lesta biex ta\u0127dem mal-Istati Membri kollha biex ti\u017cgura li jkunu jistg\u0127u ji\u0121u stabbiliti b'mod f'waqtu mi\u017curi nazzjonali possibbli ta' appo\u0121\u0121 biex ti\u0121i indirizzata t-tifqig\u0127a tal-virus COVID-19.", "Il-qafas Fiskali Ewropew ta' Flessibbilt\u00e0", "Il-Kummissjoni se tipproponi lill-Kunsill biex tapplika l-flessibbilt\u00e0 s\u0127i\u0127a prevista fil-qafas fiskali tal-UE sabiex ikunu jistg\u0127u jimplimentaw il-mi\u017curi me\u0127tie\u0121a biex titra\u017c\u017can it-tifqig\u0127a tal-koronavajrus u jitnaqqsu l-effetti so\u010bjoekonomi\u010bi negattivi tag\u0127ha.", "L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li l-pandemija tas-COVID-19 tikkwalifika b\u0127ala \u201cavvenimenti mhux tas-soltu barra mill-kontroll tal-gvern\u201d.", "Dan jippermetti li l-infiq e\u010b\u010bezzjonali ji\u0121i akkomodat biex titra\u017c\u017can it-tifqig\u0127a COVID-19 b\u0127al nefqa fuq il-kura tas-sa\u0127\u0127a u mi\u017curi ta' salvata\u0121\u0121 immirati g\u0127all-kumpaniji u l-\u0127addiema.", "It-tieni, il-Kummissjoni se tirrakkomanda li ji\u0121u a\u0121\u0121ustati l-isforzi fiskali me\u0127tie\u0121a mill-Istati Membri f'ka\u017c ta' tkabbir negattiv jew ta' tnaqqis kbir fl-attivit\u00e0.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, il-Kummissjoni hija lesta li tipproponi lill-Kunsill biex jattiva l-klaw\u017cola \u0121enerali ta' salvagwardja biex jakkomoda appo\u0121\u0121 aktar \u0121enerali tal-politika fiskali.", "Din il-klaw\u017cola tkun \u2013 f'kooperazzjoni mal-Kunsill \u2013 tissospendi l-a\u0121\u0121ustament fiskali rrakkomandat mill-Kunsill f'ka\u017c ta' tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku fi\u017c-\u017cona tal-euro jew fl-UE kollha kemm hi.", "Ni\u017cguraw solidarjet\u00e0 fis-Suq Uniku", "Hija biss b'solidarjet\u00e0 u b'soluzzjoni koordinata madwar l-Ewropa kollha, li se nkunu nistg\u0127u nimmani\u0121\u0121jaw b'mod effettiv din l-emer\u0121enza tas-sa\u0127\u0127a pubblika.", "Is-solidarjet\u00e0 hija kru\u010bjali f'din il-kri\u017ci, b'mod partikolari biex ji\u0121i \u017cgurat li l-prodotti essenzjali, me\u0127tie\u0121a biex ji\u0121u mmitigati r-riskji tas-sa\u0127\u0127a ta' din it-tifqig\u0127a, jistg\u0127u jil\u0127qu lil dawk kollha fil-b\u017conn.", "Huwa essenzjali li na\u0121ixxu flimkien biex ni\u017cguraw il-produzzjoni, l-istokkjar, id-disponibbilt\u00e0 u l-u\u017cu razzjonali ta' tag\u0127mir mediku protettiv u medi\u010bini fl-UE, b'mod trasparenti u trasparenti, aktar milli jittie\u0127du mi\u017curi unilaterali li jirrestrin\u0121u l-moviment liberu ta' o\u0121\u0121etti essenzjali g\u0127all-kura tas-sa\u0127\u0127a.", "Il-Kummissjoni, g\u0127alhekk, qed tie\u0127u l-passi kollha me\u0127tie\u0121a g\u0127al dak il-g\u0127an inklu\u017c billi tipprovdi gwida g\u0127all-Istati Membri dwar kif jistabbilixxu mekkani\u017cmi ta' kontroll adegwati biex ji\u017cguraw is-sigurt\u00e0 tal-provvista, u billi tniedi pro\u010bedura ta' akkwist kon\u0121unt a\u010b\u010bellerata g\u0127al dawn il-prodotti u to\u0127ro\u0121 rakkomandazzjoni dwar tag\u0127mir ta' protezzjoni mhux bil-marka CE.", "It-tifqig\u0127a COVID-19 qed ikollha impatt kbir fuq is-sistemi tat-trasport tag\u0127na, min\u0127abba r-rabta mill-qrib tal-ktajjen tal-provvista Ewropej, appo\u0121\u0121jata minn netwerk estensiv ta' servizzi tal-merkanzija fuq l-art, fuq il-ba\u0127ar, u fl-ajru.", "Il-Kummissjoni qed ta\u0127dem mal-Istati Membri biex ti\u017cgura l-fluss ta' o\u0121\u0121etti essenzjali lil hinn mill-fruntieri tal-art.", "L-industrija tal-avjazzjoni internazzjonali u Ewropea ntlaqtet b'mod partikolari.", "Kif im\u0127abbar mill-President von der Leyen fl-10 ta' Marzu, biex tg\u0127in ittaffi l-impatt ekonomiku u ekolo\u0121iku ta' din it-tifqig\u0127a, il-Kummissjoni llum qed tipproponi le\u0121i\u017clazzjoni mmirata biex tnaqqas b'mod temporanju l-linji tal-ajru mir-regola \u201cuse-it-or-lose-it\u201d \u2014 fejn it-trasportaturi tal-ajru jridu ju\u017caw mill-inqas 80 % tas-slots tal-ajruporti tag\u0127hom fi \u017cmien perjodu spe\u010bifiku sabiex jin\u017cammu fil-perjodu korrispondenti tas-sena d-die\u0127la.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett il-Kummissjoni qed tikkoordina mal-Istati Membri, l-awtoritajiet internazzjonali u l-asso\u010bjazzjonijiet professjonali ewlenin tal-UE biex timmonitorja l-impatt tal-kri\u017ci fuq is-settur tat-turi\u017cmu u tikkoordina l-mi\u017curi ta' appo\u0121\u0121.", "Il-mobilizzazzjoni tal-ba\u0121it tal-UE", "Biex ikun hemm e\u017cenzjoni immedjata g\u0127all-SMEs milquta b'mod qawwi, il-ba\u0121it tal-UE se jiskjera l-istrumenti e\u017cistenti tieg\u0127u biex jappo\u0121\u0121ja lil dawn il-kumpaniji b'likwidit\u00e0, filwaqt li jikkumplimenta l-mi\u017curi me\u0127uda fil-livell nazzjonali.", "Fil-\u0121img\u0127at li \u0121ejjin, EUR 1 biljun se ji\u0121u diretti mill-\u0121did mill-ba\u0121it tal-UE b\u0127ala garanzija g\u0127all-Fond Ewropew tal-Investiment biex jin\u010bentivaw lill-banek biex jipprovdu likwidit\u00e0 lill-SMEs u lil kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja.", "Dan se jg\u0127in mill-inqas 100,000 SME u kumpanija \u017cg\u0127ira b'kapitalizzazzjoni medja Ewropej b'madwar EUR 8 biljun f'finanzjament.", "Se nipprovdu vaganzi ta' kredtu lid-debituri e\u017cistenti li huma affettwati \u0127a\u017cin.", "Intaffu l-impatt fuq l-impjiegi", "Irridu nipprote\u0121u lill-\u0127addiema mill-qg\u0127ad u t-telf ta' d\u0127ul biex nevitaw l-effett permanenti.", "Il-Kummissjoni tinsab lesta biex tappo\u0121\u0121a lill-Istati Membri f'dan, filwaqt li tippromwovi, b'mod partikolari skemi ta' xog\u0127ol b'\u0127inijiet iqsar, programmi ta' titjib tal-\u0127iliet u ta\u0127ri\u0121 mill-\u0121did li wrew li kienu effettivi fil-passat.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni se t\u0127affef it-t\u0127ejjija tal-proposta le\u0121i\u017clattiva g\u0127al Skema Ewropea ta' Riassigurazzjoni tal-Qg\u0127ad li g\u0127andha l-g\u0127an li tappo\u0121\u0121a l-politiki tal-Istati Membri li jippreservaw l-impjiegi u l-\u0127iliet.", "Barra minn hekk, l-Inizjattiva ta' Investiment ta' Reazzjoni g\u0127all-Koronavajrus se tiffa\u010bilita l-u\u017cu tal-Fond So\u010bjali Ewropew \u2013 fond immirat lejn l-appo\u0121\u0121 tal-\u0127addiema u l-kura tas-sa\u0127\u0127a.", "Il-Fond Ewropew ta' A\u0121\u0121ustament g\u0127all-Globalizzazzjoni jista' ji\u0121i mobilizzat ukoll biex jappo\u0121\u0121ja lill-\u0127addiema li ng\u0127ataw is-sensja u lil dawk li ja\u0127dmu g\u0127al rashom skont il-kundizzjonijiet tar-Regolament attwali u futur.", "Sa EUR 179 miljun huma disponibbli fl-2020.", "Inizjattiva ta' Investiment g\u0127al Reazzjoni g\u0127all-Koronavajrus", "Ta\u0127t din l-inizjattiva l-\u0121dida, il-Kummissjoni tipproponi li ji\u0121u diretti EUR 37 biljun ta\u0127t il-Politika ta' Koe\u017cjoni g\u0127all-\u0121lieda kontra l-kri\u017ci tal-Koronavajrus.", "G\u0127al dan il-g\u0127an, il-Kummissjoni tipproponi li \u010b\u010bedi din is-sena l-obbligu tag\u0127ha li titlob lill-Istati Membri biex jirrifondu l-prefinanzjament mhux minfuq g\u0127all-fondi strutturali.", "Dan jammonta g\u0127al madwar EUR 8 biljun mill-ba\u0121it tal-UE, li l-Istati Membri se jkunu jistg\u0127u ju\u017caw biex jissupplimentaw EUR 29 biljun ta' finanzjament strutturali madwar l-UE.", "Dan se j\u017cid b'mod effettiv l-ammont ta' investiment fl-2020 u se jg\u0127in biex ikun hemm tag\u0127bija fuq quddiem tal-u\u017cu tal-finanzjament tal-politika ta' koe\u017cjoni ta' EUR 28 biljun li g\u0127adu ma \u0121iex allokat fi \u0127dan il-programmi tal-politika ta' koe\u017cjoni 2014-2020.", "Il-Kummissjoni tappella lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex japprovaw malajr din il-proposta, sabiex tkun tista' ti\u0121i adottata fi \u017cmien \u0121imag\u0127tejn.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tipproponi li testendi l-ambitu tal-Fond ta' Solidarjet\u00e0 tal-UE billi tinkludi wkoll kri\u017ci tas-sa\u0127\u0127a pubblika fil-kamp ta' applikazzjoni tag\u0127ha, bil-\u0127sieb li ji\u0121i mmobilizzat jekk ikun me\u0127tie\u0121 l-aktar g\u0127all-Istati Membri.", "Sa EUR 800 miljun huma disponibbli fl-2020.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Il-MEMO: Rispons Koordinat Ewropew dwar il-Koronavajrus \u2013 Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "Skeda informattiva: Rispons tal-UE g\u0127all-Koronavajrus", "Komunikazzjoni dwar l-aspetti ekonomi\u010bi tal-kri\u017ci COVID-19", "Anness g\u0127all-Komunikazzjoni dwar l-aspetti ekonomi\u010bi tal-kri\u017ci COVID-19", "Proposta g\u0127al Regolament dwar l-Inizjattiva ta' Investiment b'Reazzjoni g\u0127all-COVID-19", "Proposta g\u0127al Regolament dwar slots fl-ajruporti", "Proposta g\u0127al Regolament biex ti\u0121i pprovduta g\u0127ajnuna finanzjarja lill-Istati Membri u l-pajji\u017ci li qed jinnegozjaw l-a\u010b\u010bessjoni g\u0127all-Unjoni li huma affettwati b'mod minn emer\u0121enza ma\u0121\u0121ura tas-sa\u0127\u0127a pubblika", "Sit web dwar il-Koronavajrus", "*A\u0121\u0121ornata 13-03-2020, 17:22"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_445", "title": "Il-coronavirus: Mi\u017curi introdotti g\u0127all-persunal tal-Kummissjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=INTRELADM,BUDGET,COVID-19", "date": "Wed, 11 Mar 2020 23:00:00 GMT", "text": ["Sa mill-bidu nett tal-kri\u017ci, il-Kummissjoni Ewropea fasslet u implimentat sett ta' mi\u017curi biex tipprote\u0121i l-persunal tag\u0127ha fid-dawl tal-i\u017cviluppi li qed jevolvu fit-tixrid tal-coronavirus (COVID-19).", "L-appro\u010b\u010b tal-Kummissjoni fil-\u0121estjoni ta' din il-kri\u017ci kien li jittie\u0127du l-mi\u017curi kollha ta' prekawzjoni possibbli abba\u017ci ta' fatti u evidenza xjentifika, f'konsultazzjoni ma\u010b-\u010aentru Ewropew g\u0127all-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), f'konformit\u00e0 mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a (WHO) u f'koordinazzjoni mal-gwida u r-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-sa\u0127\u0127a nazzjonali fil-pajji\u017ci ospitanti rispettivi.", "Dawn il-mi\u017curi ta' prekawzjoni l-ewwel u qabel kollox g\u0127andhom l-g\u0127an li jra\u017c\u017cnu t-tixrid tal-virus u li jnaqqsu r-riskju ta' infezzjoni tal-persunal tag\u0127na filwaqt li ji\u017cguraw il-kontinwit\u00e0 tan-negozju.", "Il-mi\u017curi attwalment applikati jqisu l-a\u0127\u0127ar de\u010bi\u017cjonijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri.", "Il-mi\u017curi li \u0121ejjin b\u0127alissa qed ji\u0121u implimentati u qed ji\u0121u riveduti b'mod kostanti:", "Il-persunal qed ji\u0121i infurmat kuljum permezz ta' emails u pa\u0121na elettronika ddedikata li ti\u0121i a\u0121\u0121ornata regolarment.", "Il-persunal qed ji\u0121i offrut ukoll il-possibbilt\u00e0 li jag\u0127mel mistoqsijiet bl-email jew bit-telefon lill-helpdesk apposta 24/7.", "Il-Kummissjoni g\u0127andha gwida \u010bara u fluss ta' xog\u0127ol fis-se\u0127\u0127 biex tindirizza kwalunkwe ka\u017c ikkonfermat ta' COVID-19 fost il-persunal tag\u0127ha jew fil-bini tag\u0127ha.", "Il-Kummissjoni qed tissorvelja s-sitwazzjoni mill-qrib u tinsab lesta li tirrevedi jew tintrodu\u010bi aktar mi\u017curi jekk ikun hemm b\u017conn."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4381", "title": "Il-Kummissjoni tappo\u0121\u0121ja n-normalizzazzjonni fil-Gre\u010bja permezz tal-attivazzjoni ta' qafas ta' wara l-programm", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Tue, 10 Jul 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni adottat de\u010bi\u017cjoni biex tattiva l-qafas ta' sorveljanza msa\u0127\u0127a g\u0127all-Gre\u010bja biex tappo\u0121\u0121a l-implimentazzjoni tar-riformi maqbula wara l-konklu\u017cjoni b'su\u010b\u010bess tal-programm ta' appo\u0121\u0121 g\u0127all-istabbilit\u00e0 tal-Mekkani\u017cmu Ewropew ta' Stabbilt\u00e0 (MES).", "Fit-20 ta' Awwissu, il-Gre\u010bja ser tikkonkludi b'su\u010b\u010bess programm ta' appo\u0121\u0121 g\u0127all-istabbilt\u00e0 tal-Mekkani\u017cmu Ewropew ta' Stabbilt\u00e0 (MES) biex b'hekk t\u0127ares postha fil-qalba ta\u017c-\u017cona tal-euro u tal-Unjoni Ewropea.", "Din il-kisba ma\u0121\u0121uri hija r-ri\u017cultat tas-sagrifi\u010b\u010bji tal-poplu Grieg, tal-impenn tal-Gre\u010bja lejn ir-riformi, u tas-solidarjet\u00e0 tas-s\u0127ab Ewropej tag\u0127ha.", "Id-de\u010bi\u017cjoni tal-lum tal-Kummissjoni li tattiva l-qafas ta' sorveljanza msa\u0127\u0127a, kif ipprovdut fir-Regolament (UE) Nru 472/2013 (parti mill-hekk imsejja\u0127 \u201ctwo-pack\"), tiffa\u010bilita n-normalizzazzjoni tal-Gre\u010bja, u tavvanza l-progress li sar.", "Hija se tg\u0127in fit-tlestija, it-twettiq u l-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni tar-riformi li dwarhom sar qbil ta\u0127t il-programm, f'konformit\u00e0 mal-impenji li saru mill-awtoritajiet Griegi.", "Dan huwa kru\u010bjali fil-bini tal-fidu\u010bja fis-suq u g\u0127aldaqstant biex jissa\u0127\u0127a\u0127 l-irkupu ekonomiku tal-Gre\u010bja, b'mod partikolari fil-perjodu li ji\u0121i immedjatament wara l-programm.", "Vladis Dombrovskis, il-Vi\u010bi President g\u0127all-Euro u g\u0127ad-Djalogu So\u010bjali, li huwa wkoll inkarigat mill-Istabbilt\u00e0 Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: \u201cL-20 ta' Awwissu se jkun ifisser bidu \u0121did g\u0127all-Gre\u010bja.", "Huwa importanti li dan il-pajji\u017c ikompli b'politiki prudenti fiskali u makroekonomi\u010bi, kif ukoll li jlesti r-riformi maqbula.", "Is-sorveljanza msa\u0127\u0127a qieg\u0127da hemm biex tg\u0127in lill-Gre\u010bja ssawwar il-fidu\u010bja mas-swieq, l-investituri u l-kumpaniji: dawn kollha jridu l-istabbilt\u00e0 u l-previdibbilt\u00e0.", "Dan hu l-mod li bih jista' jin\u0121ibed aktar investiment u ji\u0121i \u017cgurat it-tkabbir, li j\u0121ib impjiegi \u0121odda u jwassal g\u0127al kundizzjonijiet ta' \u0127ajja u so\u010bjali a\u0127jar g\u0127all-poplu Grieg.\u201d", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju g\u0127all-Affarijiet Ekonomi\u010bi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: \u201cIl-Gre\u010bja issa tista' tieqaf fuq saqajha; imma dan ma jfissirx li jkollha tibqa' wa\u0127edha.", "L-Ewropa se tibqa' impenjata u involuta biex tappo\u0121\u0121ja lill-pajji\u017c, u hekk se tag\u0127mel ukoll il-Kummissjoni Ewropea.", "Id-de\u010bi\u017cjoni tal-lum hija \u010b\u010bentrata proprju fuq hekk.", "Is-sorveljanza msa\u0127\u0127a mhix ir-raba' programm: hija ma tinvolvi l-ebda impenji jew kundizzjonijiet \u0121odda.", "Hija qafas biex tappo\u0121\u0121ja t-tlestija u t-twettiq tar-riformi li g\u0127addejjin.", "G\u0127aliex dan hu daqstant importanti?", "G\u0127aliex l-irkupru tal-Gre\u010bja mhux avveniment: huwa pro\u010bess.\u201d", "Id-de\u010bi\u017cjoni ttie\u0127det wara l-ftehim li ntla\u0127aq fil-Grupp tal-Euro tat-22 ta' \u0120unju, li kkonferma li l-Gre\u010bja implimentat l-azzjonijiet pre\u010bedenti kollha ta\u0127t ir-raba' u l-a\u0127\u0127ar rie\u017cami tal-programm u dde\u010bidiet dwar pakkett qawwi ta' mi\u017curi dwar id-dejn li se jippermettu lill-Gre\u010bja li g\u0127al darba o\u0127ra tieqaf fuq saqajha ming\u0127ajr g\u0127ajnuna finanzjarja minn s\u0127abha.", "B\u0127ala parti mill-ftehim komprensiv mil\u0127uq fil-Grupp tal-Euro, l-awtoritajiet Griegi impenjaw ru\u0127hom li jlestu l-implimentazzjoni ta' riformi kru\u010bjali miftiehma ta\u0127t il-programm pre\u017centi.", "G\u0127amlu wkoll impenji ta' politika spe\u010bifi\u010bi biex ji\u0121u ffinalizzati g\u0127add ta' riformi strutturali kru\u010bjali li di\u0121\u00e0 \u0121ew inizjalati u ftehmu dwar l-attivazzjoni tal-qafas imtejjeb ta' sorveljanza.", "Is-sorveljanza msa\u0127\u0127a huwa qafas ta' sorveljanza robust ta' wara l-programm, li se jippermetti li jkun hemm monitora\u0121\u0121 mill-qrib tas-sitwazjoni ekonomika, fiskali u finanzjarja u tal-evoluzzjoni tag\u0127ha fil-Gre\u010bja.", "L-attivazzjoni tag\u0127ha tqieset xierqa min\u0127abba n-natura fit-tul tal-kri\u017ci li g\u0127addiet minnha l-Gre\u010bja, il-po\u017cizzjoni tal-pajjiz fejn jid\u0127ol id-dejn, il-\u0127tie\u0121a ta' implimentazzjoni kontinwa tar-riforma strutturari biex ji\u0121i xprunat irkupru ekonomiku sostenibbli, kif ukoll min\u0127abba l-vulnerabbiltajiet li g\u0127ad hemm.", "Is-sorveljanza mtejba se tiffa\u010bilita r-ritorn tal-Gre\u010bja lejn sitwazzjoni normali li fiha hija tistabbilixxi l-objettivi ta' politika tag\u0127ha stess, filwaqt li fl-istess \u0127in tippermetti li jkun hemm perkors prudenti ta' politika ferm lil hinn mill-orizzont tal-programm.", "Skont il-ftehim fi \u0127dan il-Grupp tal-Euro, dan il-perkors ta' politika g\u0127andu j\u0127ares l-objettivi tar-riformi \u010bentrali li saru ta\u0127t il-programm tal-MES.", "Ma jimplika l-ebda elementi jew impenji \u0121odda ta' riforma, u g\u0127alhekk jimmarka b'mod \u010bar it-tmiem tas-snin ta' programmi ta' assistenza finanzjarja.", "Dan il-qafas jipprovdi g\u0127al missjonijiet ta' rie\u017cami kull kwart, sabiex minn kmieni ji\u0121u identifikati riskji, li jippermetti li jittie\u0127du passi biex dawn ir-riskji ji\u0121u indirizzati fi stadju bikri.", "Il-Kummissjoni se tibg\u0127at rapporti kull kwart bil-kostatazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Parlament Elleniku u lill-Grupp ta' \u0126idma/il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Grupp tal-Euro, kif stabbilit fir-Regolament.", "L-attivazzjoni tal-mi\u017curi dwar id-dejn, kontin\u0121enti g\u0127all-politika, maqbula fil-laqg\u0127a tal-Grupp tal-Euro tat-22 ta' \u0120unju, se tkun ibba\u017cata fuq rapporti po\u017cittivi li jsiru ta\u0127t il-qafas tas-sorveljanza mtejba.", "Id-de\u010bi\u017cjoni tal-lum tipprovdi wkoll li l-Kummissjoni se tag\u0127mel is-sorveljanza msa\u0127\u0127a f'kooperazzjoni mal-B\u010aE u, fejn ikun xieraq, il-Fond Monetarju Internazzjonali.", "Il-MES se jipparte\u010bipa wkoll.", "Fl-istess \u0127in, sa mit-tmiem tal-programm ta' appo\u0121\u0121 g\u0127all-istabbilt\u00e0 tag\u0127ha fl-20 ta' Awwissu, il-Gre\u010bja se tkun integrata bis-s\u0127i\u0127 fil-qafas tas-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u so\u010bjali.", "Is-siner\u0121iji bejn il-pro\u010bessi ta' sorveljanza msa\u0127\u0127a u s-Semestru Ewropew se ji\u0121u mmassimizzati sabiex ji\u0121u evitati pi\u017cijiet bla b\u017conn fuq l-amministrazzjoni u sabiex ti\u0121i ggarantita l-koerenza.", "Kuntest", "F'Awwissu 2015, wara talba mill-awtoritajiet Griegi, ing\u0127atat assistenza finanzjarja lill-pajji\u017c mill-MES fil-forma ta' programm ta' appo\u0121\u0121 g\u0127all-istabbilt\u00e0 ta' tliet snin.", "Dan il-programm se jasal fi tmiemu fl-20 ta' Awwissu 2018.", "Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 (parti mill-hekk imsejja\u0127 \u201ctwo-pack\u201d) jipprovdi l-ba\u017ci legali g\u0127all-qafas ta' sorveljanza msa\u0127\u0127a.", "G\u0127al iktar informazzjoni:", "Memo dwar is-sorveljanza msa\u0127\u0127a fil-Gre\u010bja (bl-Ingli\u017c)", "Skedi informattivi - Kapitolu \u0121did g\u0127all-Gre\u010bja", "Assistenza finanzjarja tal-UE g\u0127all-Gre\u010bja", "Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tat-22 ta' \u0120unju 2018", "De\u010bi\u017cjoni ta' attivazzjoni tal-qafas ta' sorveljanza msa\u0127\u0127a", "Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 dwar it-tis\u0127i\u0127 tas-sorveljanza ekonomika u ba\u0121itarja tal-Istati Membri fi\u017c-\u017cona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbilt\u00e0 finanzjarja tag\u0127hom"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4393", "title": "Sussidjarjet\u00e0 u Proporzjonalit\u00e0: It-Task Force tippre\u017centa rakkomandazzjonijiet fuq mod \u0121did ta' \u0127idma lill-President Juncker", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW", "date": "Mon, 09 Jul 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum it-Task Force dwar is-Sussidjarjet\u00e0, il-Proporzjonalit\u00e0 u \u201cNag\u0127mlu anqas b'Aktar effi\u010bjenza\u201d, preseduta mill-Ewwel Vi\u010bi President Timmermans, ippre\u017centat ir-rapport finali tag\u0127ha lill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker.", "Ir-rapport iwie\u0121eb g\u0127al tliet mistoqsijiet mag\u0127mula mill-President meta \u0127oloq it-Task Force f'Novembru 2017: kif napplikaw a\u0127jar il-prin\u010bipji ta' sussidjaret\u00e0 u proporzjonalit\u00e0 fl-istituzzjonijiet tal-UE; kif ninvolvu a\u0127jar awtoritajiet re\u0121jonali u lokali u parlamenti nazzjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki tal-UE; u jekk hemmx oqsma ta' politika fejn is-setg\u0127at jistg\u0127u ji\u0121u rritornati lill-Istati Membri ma\u017c-\u017cmien.", "Il-President Juncker illum qal: \u201cIrrid li l-Unjoni tag\u0127na tiffoka aktar fuq l-affarijiet li huma importanti g\u0127a\u010b-\u010bittadini tag\u0127na.", "Huwa g\u0127alhekk li l-Kummissjoni tfittex li tkun b'sa\u0127\u0127itha fuq il-kwistjonijiet l-aktar importanti u inqas fuq l-affarijiet i\u017c-\u017cg\u0127ar.", "U huwa g\u0127al din ir-ra\u0121uni li waqqaft it-Task Force dwar is-Sussidjarjet\u00e0, il-Proporzjonalit\u00e0 u \u201cNag\u0127mlu anqas b'Aktar effi\u010bjenza\u201d, biex ti\u017cgura li a\u0127na na\u0121ixxu fejn l-UE tag\u0127ti valur mi\u017cjud.", "Nixtieq nirringrazzja lil Frans Timmermans u lill-membri l-o\u0127ra tat-Task Force mill-Parlamenti nazzjonali u mill-Kumitat Ewropew tar-Re\u0121juni g\u0127al dan ir-Rapport tant importanti.", "L-Unjoni tag\u0127na ma tistax tinbena ming\u0127ajr il-parte\u010bipazzjoni attiva u ndaqs tal-awtoritajiet lokali. tal-istituzzjonijiet tal-UE u kull livell ta' gvern bejniethom.", "Jien se ni\u0121bor il-konklu\u017cjonijiet fid-diskors tieg\u0127i dwar l-Istat tal-Unjoni f'Settembru.", "Nittama li l-mexxejja tal-istituzzjonijiet l-o\u0127ra u tal-awtoritajiet nazzjonali jing\u0127aqdu mieg\u0127i sabiex dawn ir-riflessjonijiet ikunu fil-qalba tal-\u0127idma futura tal-Unjoni tag\u0127na\u201d.", "Il-membri tat-Task Force stqarrew: \"A\u0127na nsej\u0127u g\u0127al mod \u0121did ta' \u0127idma li jag\u0127ti le\u0127en aktar b'sa\u0127\u0127tu lill-awtoritajiet lokali, re\u0121jonali u nazzjonali fit-tfassil tal-politika tal-UE biex itejjeb il-kwalit\u00e0 u l-effettivit\u00e0 tal-le\u0121i\u017clazzjoni.", "Dan ifisser li jirrispetta bis-s\u0127i\u0127 ir-rwoli tad-diversi istituzzjonijiet tal-UE, tal-awtoritajiet nazzjonali, re\u0121jonali u lokali u tal-parlamenti nazzjonali.", "A\u0127na nipproponu appro\u010b\u010b \u0121did ta' \u201csussidjarjet\u00e0 attiva\u201d li se ji\u017cgura l-valur mi\u017cjud tal-le\u0121i\u017clazzjoni, il-benefi\u010b\u010bji g\u0127a\u010b-\u010bittadini, u se jwassal g\u0127al sjieda akbar tad-de\u010bi\u017cjonijiet tal-Unjoni fl-Istati Membri.", "A\u0127na pre\u017centajna r-rappport tag\u0127na lill-President Juncker li assigurana li huwa se ja\u0127dem mal-istituzzjonijiet l-o\u0127ra biex imexxi 'l quddiem ir-rakkomandazzjonijiet tag\u0127na\u201d.", "It-Task force kkonkludiet li mod \u0121did ta' \u0127idma fuq is-sussidjarjet\u00e0 u l-proporzjonalit\u00e0 huwa me\u0127tie\u0121 biex jippermetti lill-awtoritajiet lokali u re\u0121jonali u lill-parlamenti nazzjonali jag\u0127mlu kontribut effettiv g\u0127at-tfassil tal-politika tal-UE u fit-tfassil ta' le\u0121islazzjoni \u0121dida.", "L-appro\u010b\u010b il-\u0121did propost se jwassal biex is-sussidjarjet\u00e0 u l-proporzjonalit\u00e0 ji\u0121u vvalutati b'mod aktar konsistenti mil-livelli kollha ta' gvern, fuq il-ba\u017ci ta' \u201cmudell ta' grilja\u201d - kumparabbli ma' lista ta' kontroll dwar is-sussidjarjet\u00e0 u l-proporzjonalit\u00e0.", "It-Task Force tirrakkomanda wkoll li l-iskadenza ta' tmien \u0121img\u0127at biex il-Parlamenti nazzjonali jressqu l-opinjonijiet tag\u0127hom fuq abbozzi ta' le\u0121i\u017clazzjoni tal-UE ti\u0121i applikata b'mod flessibbli, u tqajjem il-possibilit\u00e0 ta' \u017cieda futura ta\u017c-\u017cmien disponibbli g\u0127al 12-il \u0121img\u0127a biex ti\u0121i ippre\u017centata opinjoni.", "Finalment, it-Task Force tirrakkomanda li t-tliet istituzzjonijiet jaqblu dwar programm pluriennali ffokat li jippromwovi l-ibbilan\u010bjar mill-\u0121did tal-\u0127idma tal-UE f'xi oqsma ta' politika lejn implimentazzjoni aktar effettiva tal-le\u0121i\u017clazzjoni e\u017cistenti, minflok ma tinbeda le\u0121i\u017clazzjoni \u0121dida.", "Dan jibni fuq l-introduzzjoni, mill-Kummissjoni Juncker, ta' Programmi ta' \u0126idma tal-Kummissjoni wisq aktar immirati u Dikjarazzjonijiet Kon\u0121unti annwali maqbula bejn it-tliet istituzzjonijiet dwar il-fajls prijoritarji li g\u0127andhom ikunu maqbula matul dik is-sena.", "It-Task Force temmen li l-appro\u010b\u010b il-\u0121did jen\u0127tie\u0121 li jkunu applikat g\u0127all-korp e\u017cistenti tal-le\u0121i\u017clazzjoni tal-Unjoni Ewropea u g\u0127all-inizjattivi politiki \u0121odda kollha.", "Partijiet ikkon\u010bernati g\u0127amlu g\u0127add ta' su\u0121\u0121erimenti lit-Task Force dwar il-le\u0121i\u017clazzjoni u l-politiki tal-UE fejn rie\u017cami tal-kriterji tas-sussidjarjet\u00e0 u tal-proporzjonalit\u00e0 jista' jkun varat.", "Il-Kummissjoni se tikkunsidra dawn is-su\u0121\u0121erimenti fil-\u0127idma futura tag\u0127ha.", "Kuntest", "It-Task Force dwar is-Sussidjarjet\u00e0, il-Proporzjonalit\u00e0 u \u201cNag\u0127mlu anqas b'Aktar effi\u010bjenza\u201d kienet stabbilita mill-President Juncker f'Novembru 2017.", "Huwa talab lit-Task Force biex t\u0127ares lejn tliet kwistjonijiet: (1) ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u re\u0121jonali fit-tfassil tal-politika u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea; (2) ir-rwol tas-sussidjarjet\u00e0 u l-proporzjonalit\u00e0 fil-\u0127idma tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni; (3) jekk ir-responsabbilt\u00e0 g\u0127al oqsma ta' politika partikolari g\u0127andhiex ting\u0127ata lura lill-Istati Membri.", "It-Task Force ltaqg\u0127et seba' darbiet biex tiddiskuti dawn it-tliet mistoqsijiet.", "Abba\u017ci ta' dawn id-diskussjonijiet, seduta pubblika u input minn g\u0127add ta' partijiet ikkon\u010bernati, ir-rapport tat-Task Force jippre\u017centa disa' rakkomandazzjonijiet flimkien ma' mi\u017curi konkreti ta' implimentazzjoni.", "Ir-rakkomandazzjonijiet huma indirizzati lill-Parlamenti nazzjonali, lill-awtoritajiet nazzjonali, re\u0121jonali u lokali, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ewropew tar-Re\u0121juni u lill-Kummissjoni Ewropea.", "Preseduta mill-ewwel Vi\u010bi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans, it-Task Force tinkludi tliet membri mill-Kumitat tar-Re\u0121juni - il-President Karl-Heinz Lambertz (il-Bel\u0121ju), Michael Schneider (il-\u0120ermanja) u Fran\u00e7ois Decoster (Franza) - u tliet membri mill-Parlamenti Nazzjonali - Toomas Vitsus (l-Estonja), Kristian Vigenin (il-Bulgarija) u Reinhold Lopatka (l-Awstrija).", "Il-Presidenza Awstrijaka tal-UE se torganizza konferenza dwar is-sussidjarjet\u00e0 f'Bregenz f'Novembru, li se tipprovdi opportunit\u00e0 biex ikun diskuss ulterjorment ir-rapport tat-Task Force u jkun kkunsidrat kif jistg\u0127u jkunu attwati r-rakkomandazzjonijiet tieg\u0127u, fid-dawl tad-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tat-12 ta' Settembru 2018.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Skeda informattiva", "Rapport Finali tat-Task Force;", "Stqarrija g\u0127all-istampa: Il-President Juncker jo\u0127loq Task Force biex \u201cNag\u0127mlu anqas b'Aktar effi\u010bjenza\u201d", "Il-pa\u0121na web tat-Task Force", "Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2017", "White Paper dwar il-\u0120ejjieni tal-Ewropa"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4390", "title": "Summit bejn l-UE u l-Ukrajna: L-impenn kontinwu tal-Ukrajna g\u0127ar-riformi appo\u0121\u0121ati mill-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HREXTRELS", "date": "Sun, 08 Jul 2018 22:00:00 GMT", "text": ["L-g\u0127oxrin Summit bejn l-UE u l-Ukrajna sar illum fi Brussell.", "Is-Summit ikkunsidra l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Asso\u010bjazzjoni UE-Ukrajna, il-progress fir-riformi u l-ewwel sena ta' e\u017cenzjoni mill-vi\u017ca, bil-messa\u0121\u0121 tal-UE jkun li aktar riformi huma me\u0127tie\u0121a g\u0127al aktar appo\u0121\u0121.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, u l-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, irrapre\u017centaw lill-Unjoni Ewropea.", "L-Ukrajna kienet irrappre\u017centata mill-President tag\u0127ha, Petro Poroshenko.", "Ir-rappre\u017centant G\u0127oli tal-UE g\u0127all-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurt\u00e0 u Vi\u010bi President tal-Kummissjoni Federica Mogherini, il-Vi\u010bi President Maro\u0161 \u0160ef\u010dovi\u010d, il-Vi\u010bi President Valdis Dombrovskis, u l-Kummissarju Cecilia Malmstr\u00f6m, ipparte\u010bipaw ukoll f'isem l-Unjoni Ewropea.", "\u201cF'dawn l-a\u0127\u0127ar erba' snin g\u0127amilna aktar flimkien milli g\u0127amilna f'dawn l-a\u0127\u0127ar 20 sena.", "Dan huwa xhieda tal-isforzi tal-poplu Ukren u tal-President Poroshenko.", "U dan juri li l-Unjoni Ewropea se tibqa' tappo\u0121\u0121akom u vi\u010bin tag\u0127kom\u201d, qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker.", "\u201cSa mis-sena li g\u0127addiet, aktar minn nofs miljun \u010bittadin Ukren sfrutta l-ivvja\u0121\u0121ar ming\u0127ajr vi\u017ca lejn l-Unjoni Ewropea, u l -kummer\u010b bilaterali tag\u0127na \u017cdied bi kwa\u017ci 25 %.", "L-g\u0127add ta' kumpaniji Ukreni li jesportaw lejn l-UE \u017cdied b'aktar minn 40 % sa mill-2014.", "Dan juri x'jista' jinkiseb meta na\u0127dmu flimkien b'fidu\u010bja u b'kunfidenza s\u0127i\u0127a.", "Dan huwa l-mod kif irridu nippro\u010bedu.", "Intom tirriformaw u a\u0127na nag\u0127tu l-appo\u0121\u0121 tag\u0127na.\u201d", "Il-kummenti kollha tal-President Juncker waqt il-konferenza stampa kon\u0121unta ta' wara s-Summit huma disponibbli online.", "L-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna \u0127ar\u0121u Dikjarazzjoni tas-Summit Kon\u0121unta li turi n-natura komprensiva tas-s\u0127ubija u li sservi b\u0127ala element kostitwenti g\u0127al kooperazzjoni aktar b'sa\u0127\u0127itha biex isir progress.", "L-UE u l-Ukrajna: nimxu 'l quddiem flimkien", "I\u010b-\u010bittadini Ukreni b'konsistenza e\u017ci\u0121ew riformi g\u0127al pajji\u017chom li j\u0121ibu \u0121ejjieni a\u0127jar u aktar prosperu\u017c g\u0127alihom u g\u0127all-\u0121enerazzjonijiet ta' warajhom.", "Il-Ftehim ta' Asso\u010bjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna, inklu\u017c i\u017c-\u017bona ta' Kummer\u010b \u0126ieles Approfondita u Komprensiva tieg\u0127u, ilu fis-se\u0127\u0127 mill-1 ta' Settembru 2017 u jwie\u0121eb g\u0127al dawn l-e\u017ci\u0121enzi.", "G\u0127alkemm trid tibqa' g\u0127addejja l-\u0127idma biex il-klima kummer\u010bjali fl-Ukrajna tkompli titjieb billi titra\u017c\u017can il-korruzzjoni u billi ji\u0121u eliminati l-mi\u017curi protezzjonisti, l-implimentazzjoni s\u0127i\u0127a tal-Ftehim flimkien mal-progress kontinwu tal-Ukrajna fl-implimentazzjoni tal-a\u0121enda ta' riforma relatata tag\u0127ha, di\u0121\u00e0 \u0121abu benefi\u010b\u010bji sinifikanti g\u0127all-poplu tal-Ukrajna kif ukoll g\u0127a\u010b-\u010bittadini tal-UE:", "Mill-pakkett ta' appo\u0121\u0121 inizjali tal-Unjoni Ewropea ta' EUR 12.8 biljun ing\u0127ataw aktar minn EUR 11-il biljun g\u0127all-isforzi ta' riforma tal-Ukrajna.", "Is-Summit tal-lum kien opportunit\u00e0 g\u0127all-Mexxejja tal-UE biex ikomplu juru l-appo\u0121\u0121 bla pre\u010bedent tag\u0127hom g\u0127all-a\u0121enda ta' riforma tal-Ukrajna.", "Il-mexxejja \u0127abbru t-t\u0127ejjija ta' programmi ta' prijorit\u00e0 g\u0127al 2018, li jiswew EUR 200 miljun.", "Dawn il-programmi se jkollhom l-g\u0127an li:", "Barra minn hekk, permezz tal-Pjan ta' Investiment Estern l-UE bi\u0127siebha ssa\u0127\u0127a\u0127 l-appo\u0121\u0121 relatat mal-investiment, inklu\u017c il-Kuntratt ta' Riforma g\u0127all-Investiment, li jattiva finanzjament permezz ta' kisbiet konkreti ta' riforma.", "Il-mexxejja laqg\u0127u d-de\u010bi\u017cjoni ri\u010benti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex l-Ukrajna ti\u0121i pprovduta b'aktar Assistenza Makrofinanzjarja sa l-aktar EUR 1 biljun, sabiex ikomplu ji\u0121u appo\u0121\u0121ati l-istabbilt\u00e0 ekonomika u r-riformi strutturali.", "Il-Mexxejja tal-UE enfasizzaw li l-programm il-\u0121did se jkun jiddependi fuq il-progress kontinwu fir-riformi, b'mod partikolari fil-qasam tal-\u0121lieda kontra l-korruzzjoni, li jibqa' qasam prin\u010bipali g\u0127all-Ukrajna.", "Il-Mexxejja tal-UE enfasizzaw l-importanza li ji\u017cdiedu l-isforzi ta' kontra l-korruzzjoni, b'mod partikolari biex titlesta l-fa\u017ci tran\u017citorja li tistabbilixxi l-Qorti Superjuri Kontra l-Korruzzjoni, b'mod partikolari billi l-qorti ti\u0121i awtorizzata biex titratta wkoll il-ka\u017cijiet e\u017cistenti.", "L-indipendenza u l-effika\u010bja tal-istituzzjonijiet ta' kontra l-korruzzjoni jen\u0127tie\u0121 li jkomplu jissa\u0127\u0127ew, filwaqt li hemm b\u017conn li l-frodi bankarja tal-PrivatBank ti\u0121i investigata bir-reqqa u li l-assi ji\u0121u rkuprati.", "Kien enfasizzat ukoll il-b\u017conn li ji\u0121i stabbilit mekkani\u017cmu g\u0127ad-dikjarazzjonijiet elettroni\u010bi tal-assi, u li ji\u0121i revokat l-obbligu tad-dikjarazzjoni elettroni\u010bi tal-assi mill-attivisti \u010bivi\u010bi.", "Filwaqt li ttie\u0127du passi biex ti\u0121i mi\u0121\u0121ielda l-korruzzjoni fl-Ukrajna, oqsma o\u0127ra tal-a\u0121enda ta' riforma, appo\u0121\u0121ati mill-Unjoni Ewropea, sar wkoll progress fihom impressjonanti mill-a\u0127\u0127ar Summit bejn l-UE u l-Ukrajna fl-2017.", "Dawn jinkludu:", "Il-mexxejja tal-UE kkonfermaw mill-\u0121did ir-rwol tal-Ukrajna b\u0127ala pajji\u017c ta' tran\u017citu strate\u0121iku g\u0127all-gass.", "Huma qablu dwar il-\u0127tie\u0121a ta' riformi kontinwi fis-settur tal-ener\u0121ija, b'mod partikolari biex titlesta r-riforma tas-suq tal-gass u tal-elettriku, li \u0121\u0121ib benefi\u010b\u010bji fit-tul.", "L-UE laqg\u0127et l-adozzjoni mill-Ukrajna ta' pjan direzzjonali dwar l-integrazzjoni tag\u0127ha fi\u017c-\u017bona Ewropea tar-Ri\u010berka.", "Fil-mar\u0121ini tas-Summit, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iffirma ftehim ta' self ta' EUR 75 miljun mal-Ministeru tal-Infrastruttura tal-Ukrajna biex jappo\u0121\u0121a l-investimenti ewlenin g\u0127as-sikurezza fit-toroq urbani f'\u0127amest ibliet tal-Ukrajna: Dnipro, Kharkiv, Kyiv, Lviv u Odessa.", "L-Unjoni Ewropea tenniet l-appo\u0121\u0121 s\u0127i\u0127 u kontinwu tag\u0127ha g\u0127all-indipendenza, is-sovrenit\u00e0 u l-integrit\u00e0 territorjali tal-Ukrajna.", "L-Unjoni Ewropea tikkundanna u ma tirrikonoxxix l-annessjoni illegali tal-Krimea u ta' Sevastopol mill-Federazzjoni Russa.", "Il-mexxejja sa\u0127qu li l-implimentazzjoni s\u0127i\u0127a tal-Ftehimiet ta' Minsk hija l-ba\u017ci g\u0127al soluzzjoni sostenibbli u pa\u010bifika g\u0127all-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna.", "B\u0127ala e\u017cempju konkret ta' appo\u0121\u0121 tal-UE g\u0127all-Ukrajna biex ji\u0121i indirizzat l-impatt tal-kunflitt li g\u0127adu g\u0127addej, il-mexxejja tal-UE \u0127abbru l-ammont ta' EUR 4 miljun l-aktar sabiex tissa\u0127\u0127a\u0127 ir-re\u017ciljenza tal-komunit\u00e0 u r-riintegrazzjoni tal-veterani.", "L-UE dan l-a\u0127\u0127ar \u0127abbret ukoll, f'Marzu, EUR 16-il miljun f'finanzjament addizzjonali g\u0127all-Missjoni Spe\u010bjali ta' Monitora\u0121\u0121 tal-OSKE, u wasslet il-kontribuzzjoni prin\u010bipali tag\u0127ha g\u0127al EUR 49 miljun b'kollox.", "Il-mexxejja ddiskutew ukoll dwar id-deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'\u010berti \u017coni tar-re\u0121juni ta' Donetsk u ta' Luhansk, li b\u0127alissa mhumiex ta\u0127t il-kontroll tal-gvern, kif ukoll fil-Krimea u f'Sevastopol.", "L-Unjoni Ewropea tistenna li l-Federazzjoni Russa te\u0127les immedjatament li\u010b-\u010bittadini Ukreni kollha mi\u017cmuma illegalment fil-peni\u017cola tal-Krimea u fir-Russja.", "Il-Mexxejja fl-a\u0127\u0127ar nett indirizzaw il-kooperazzjoni fil-qasam tal-Politika ta' Sigurt\u00e0 u ta' Difi\u017ca Komuni, fejn l-UE tibqa' impenjata favur ir-riforma tas-settur tas-sigurt\u00e0 \u010bivili permezz tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-UE fl-Ukrajna, kif ukoll tkompli bil-kooperazzjoni kontra t-theddid ibridu.", "Il-Mexxejja tal-UE komplew ukoll i\u0127e\u0121\u0121u r-rwol attiv kontinwu tal-Ukrajna biex tkompli titmexxa 'l quddiem is-S\u0127ubija tal-Lvant, b'mod partikolari l-implimentazzjoni ta' 20 Objettiv g\u0127all-2020.", "G\u0127al Aktar informazzjoni", "Is-sit web tas-Summit UE-Ukrajna", "Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukrajna", "Is-sit web tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea g\u0127all-Ukrajna", "Il-Grupp ta' Appo\u0121\u0121 tal-Kummissjoni Ewropea g\u0127all-Ukrajna", "Ir-relazzjonijiet kummer\u010bjali bejn l-UE u l-Ukrajna"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1762", "title": "Ir-Re\u017cistenza g\u0127all-Antimikrobi\u010bi: Il-Kummissjoni ssa\u0127\u0127a\u0127 il-\u0121lieda permezz tal-Pjan ta' Azzjoni \u0121did", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Wed, 28 Jun 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni adottat Pjan ta' Azzjoni \u0121did biex tindirizza r-Re\u017cistenza g\u0127all-Antimikrobi\u010bi, theddida li dejjem qed tikber u li hija responsabbli g\u0127all-mewt ta' 25,000 persuna u g\u0127al telf ta' EUR 1.5 biljun fl-UE kull sena.", "Il-Pjan ta' Azzjoni jissejjes fuq l-appro\u010b\u010b ta' Sa\u0127\u0127a Wa\u0127da li jindirizza r-re\u017cistenza kemm fil-bnedmin kif ukoll fl-annimali.", "B'mod parallel, il-Kummissjoni adottat l-ewwel ri\u017cultat tal-pjan: Il-Linji gwida tal-UE dwar l-u\u017cu prudenti tal-antimikrobi\u010bi fis-sa\u0127\u0127a tal-bniedem.", "Il-Kummissarju g\u0127as-Sa\u0127\u0127a u s-Sikurezza Alimentari, Vytenis Andriukaitis qal: \u201cIr-re\u017cistenza antimikrobika hija theddida globali li kulma jmur dejjem qed tikber, u jekk ma nintensifikawx l-azzjoni u l-impenn tag\u0127na issa, sal-2050 din tista' tikkaw\u017ca aktar imwiet mill-kan\u010ber.", "L-a\u0121enda ambizzju\u017ca li qed nippre\u017centa llum tiffoka l-azzjonijiet fuq l-oqsma ewlenin bl-og\u0127la valur mi\u017cjud g\u0127all-pajji\u017ci tal-UE.", "Billi jitrawwem l-u\u017cu prudenti tal-antimikrobi\u010bi fil-bnedmin u fl-annimali, filwaqt li ti\u0121i kkonsolidata s-sorveljanza, jitjieb il-\u0121bir tad-dejta u tissa\u0127\u0127a\u0127 ir-ri\u010berka, l-UE mistennija ssir re\u0121jun bl-a\u0127jar prattika li kapa\u010bi jfassal l-a\u0121enda globali dwar ir-re\u017cistenza g\u0127all-antimikrobi\u010bi f'dinja li qed issir dejjem aktar interkonnessa\u201d.", "Carlos Moedas, il-Kummissarju g\u0127ar-Ri\u010berka, ix-Xjenza u l-Innovazzjoni, \u017cied jg\u0127id: \u201cIr-Re\u017cistenza Antimikrobika di\u0121\u00e0 toqtol l-eluf u hija pi\u017c sinifikanti g\u0127as-so\u010bjet\u00e0 u g\u0127all-ekonomija.", "Hija theddida li l-ebda pajji\u017c ma jista' jindirizza wa\u0127du.", "G\u0127andna b\u017conn sforz ta' ri\u010berka tassew Ewropew sabiex insalvaw \u0127ajjet il-bnedmin, l-annimali u l-ambjent.", "G\u0127alhekk il-Pjan ta' Azzjoni dwar Sa\u0127\u0127a Wa\u0127da huwa daqshekk importanti; se jfisser koordinazzjoni u kollaborazzjoni a\u0127jar fil-qasam tar-ri\u010berka bejn l-UE u l-Istati Membri, kif ukoll bejn is-settur pubbliku u dak privat mal-Ewropa kollha u lil hinn minnha\u201d.", "Il-pjan jinkludi linji gwida biex jippromwovu l-u\u017cu prudenti tal-antimikrobi\u010bi fil-bnedmin.", "Il-linji gwida huma mmirati lejn l-atturi kollha, fosthom it-tobba, l-infermiera, l-ispi\u017cjara, l-amministraturi tal-isptarijiet u o\u0127rajn li huma involuti fl-u\u017cu tal-antimikrobi\u010bi.", "Dawn jikkumplimentaw il-linji gwida dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet li jistg\u0127u je\u017cistu fil-livell nazzjonali.", "Barra minn hekk, il-pjan jipprevedi aktar minn 75 azzjoni mibnija fuq tliet pilastri ewlenin:", "L-ewwel pilastru: It-tiswir tal-UE b\u0127ala re\u0121jun bl-a\u0127jar prattika", "Sabiex l-UE ssir re\u0121jun bl-a\u0127jar prattika jen\u0127tie\u0121 titjib fl-evidenza, fil-koordinazzjoni, fis-sorveljanza kif ukoll fil-mi\u017curi ta' kontroll.", "Dan se jappo\u0121\u0121a lill-Istati Membri biex jistabbilixxu, jimplimentaw u jimmonitorjaw il-Pjanijiet ta' Azzjoni nazzjonali dwar Sa\u0127\u0127a Wa\u0127da g\u0127all-\u0121lieda kontra r-re\u017cistenza g\u0127all-antimikrobi\u010bi, skont l-impenn li huma \u0127adu waqt l-Assemblea Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a tal-2015.", "E\u017cempji tal-appo\u0121\u0121 mill-Kummissjoni jinkludu l-g\u0127oti ta' evidenza bba\u017cata fuq id-dejta bl-appo\u0121\u0121 tal-a\u0121enziji tag\u0127na, l-a\u0121\u0121ornament tal-le\u0121i\u017clazzjoni ta' implimentazzjoni tal-UE dwar il-monitora\u0121\u0121 u r-rappurtar tar-re\u017cistenza g\u0127all-antimikrobi\u010bi fl-annimali, fl-ikel u fil-bnedmin, il-possibbilt\u00e0 ta' tag\u0127lim re\u010biproku, ta' skambju ta' ideat innovattivi u ta' \u0127olqien ta' kunsens, u l-kofinanzjament ta' attivitajiet fl-Istati Membri biex ti\u0121i indirizzata r-re\u017cistenza g\u0127all-antimikrobi\u010bi.", "Il-pjan ta' azzjoni se ji\u0121i esti\u017c biex jinkludi l-aspetti ambjentali b\u0127ala wie\u0127ed mill-kontributuri ewlenin tal-i\u017cvilupp u tat-tixrid tar-re\u017cistenza g\u0127all-antimikrobi\u010bi.", "It-tieni pilastru: It-tis\u0127i\u0127 tar-ri\u010berka, tal-i\u017cvilupp u tal-innovazzjoni", "L-g\u0127an tal-azzjonijiet ta\u0127t dan il-pilastru huwa li jistimolaw ir-ri\u010berka u jipprovdu aktar in\u010bentivi favur l-innovazzjoni, jikkontribwixxu b'mod siewi g\u0127all-politiki u g\u0127all-mi\u017curi legali msejsa fuq ix-xjenza fil-\u0121lieda kontra r-re\u017cistenza g\u0127all-antimikrobi\u010bi u jindirizzaw il-lakuni fejn g\u0127andu x'jaqsam l-g\u0127arfien, pere\u017cempju r-rwol tar-re\u017cistenza g\u0127all-antimikrobi\u010bi fl-ambjent.", "Il-Kummissjoni se ta\u0127dem fi s\u0127ubija mal-Istati Membri u mal-industrija, inklu\u017ci intrapri\u017ci \u017cg\u0127ar u ta' daqs medju, biex tindirizza r-re\u017cistenza g\u0127all-antimikrobi\u010bi fil-batterji, fil-fungi u fil-parassiti.", "Se ting\u0127ata attenzjoni spe\u010bjali lil-lista prijoritarja ta' pato\u0121eni stabbilita mid-WHO kif ukoll lit-tuberkulo\u017ci, lill-HIV/AIDS, lill-malarja u lil mard infettiv li s'issa \u0121ie injorat.", "Il-finanzjament u l-programmi ta' s\u0127ubija se jiffokaw fuq it-titjib tal-g\u0127arfien dwar is-sorveljanza u l-kontroll effettivi tal-infezzjonijiet, inklu\u017ci dijanjostika \u0121dida, u fuq l-i\u017cvilupp ta' va\u010b\u010bini preventivi u terapewti\u010bi \u0121odda.", "L-azzjonijiet f'dawn l-oqsma prijoritarji se jg\u0127inu biex itejbu s-sa\u0127\u0127a pubblika u biex jo\u0127olqu benefi\u010b\u010bji ekonomi\u010bi u so\u010bjetali fl-Ewropa kollha u lil hinn minnha.", "It-tielet pilastru: It-tfassil tal-a\u0121enda globali", "Filwaqt li l-oqsma ta' azzjoni \u0121ew miftiehma fil-livell internazzjonali, l-UE se ta\u0127dem biex issa\u0127\u0127a\u0127 l-involviment u l-kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet multilaterali, u biex tintensifika l-kooperazzjoni mal-pajji\u017ci fil-fa\u017ci tal-i\u017cvilupp li huma l-aktar milquta.", "B\u0127ala wie\u0127ed mill-akbar swieq g\u0127all-prodotti agrikoli, l-UE jista' jkollha rwol ewlieni billi tippromwovi l-istandards u l-mi\u017curi tag\u0127ha g\u0127all-indirizzar tar-re\u017cistenza g\u0127all-antimikrobi\u010bi mas-s\u0127ab kummer\u010bjali tag\u0127ha.", "Fil-qasam tar-ri\u010berka, l-UE se tibni fuq l-inizjattivi internazzjonali fuq skala kbira u ta' su\u010b\u010bess tag\u0127ha, b\u0127alma huma s-S\u0127ubija g\u0127all-Provi Klini\u010bi bejn Pajji\u017ci Ewropej u Pajji\u017ci li qed Ji\u017cviluppaw, u l-Inizjattiva ta' Programm Kon\u0121unt, u se tkompli ti\u017cviluppa ambjent ta' ri\u010berka aktar b'sa\u0127\u0127tu u interkonness dwar ir-re\u017cistenza g\u0127all-antimikrobi\u010bi b'firxa globali.", "Sfond", "Il-pjan ta' azzjoni \u0121did jibni fuq l-ewwel Pjan ta' Azzjoni dwar ir-re\u017cistenza g\u0127all-antimikrobi\u010bi li dam g\u0127addej mill-2011 sal-2016.", "Il-pjan il-\u0121did huwa bba\u017cat fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta' evalwazzjoni esterna indipendenti u fuq il-fehmiet tal-partijiet ikkon\u010bernati li n\u0121abru permezz ta' konsultazzjoni pubblika.", "Dawk li pparte\u010bipaw fil-konsultazzjoni kienu \u0121eneralment po\u017cittivi dwar ir-rwol tal-Kummissjoni li jikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri, b'79 % fosthom iqisu l-azzjonijiet tal-Kummissjoni b\u0127ala utli.", "G\u0127al iktar informazzjoni:", "Skeda informattiva", "Aktar informazzjoni dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar Sa\u0127\u0127a Wa\u0127da kontra r-Re\u017cistenza g\u0127all-Antimikrobi\u010bi", "Aktar informazzjoni fuq Ir-Re\u017cistenza g\u0127all-Antimikrobi\u010bi", "Ir-ri\u010berka dwar Ir-Re\u017cistenza g\u0127all-Antimikrobi\u010bi", "Segwina fuq Twitter: @V_Andriukaitis @EU_Health; @EUScienceInnov"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1788", "title": "L-Unjoni tas-Sigurt\u00e0: il-Kummissjoni twettaq l-impenji tag\u0127ha dwar l-interoperabbilt\u00e0 tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF,JFRC,SECUUNION", "date": "Wed, 28 Jun 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni qed twettaq l-impenji tag\u0127ha biex ti\u017cgura l-interoperabbilt\u00e0 u tindirizza n-nuqqasijiet e\u017cistenti tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE g\u0127as-sigurt\u00e0 u g\u0127all-\u0121estjoni tal-fruntieri, kif stabbilixxiet il-Kummissjoni fis-seba' Rapport dwar l-Unjoni tas-Sigurt\u00e0 tag\u0127ha fis-16 ta' Mejju u approva l-Kunsill Ewropew tat-22-23 ta' \u0120unju.", "B\u0127ala l-ewwel pass, il-Kummissjoni qed tipproponi li ssa\u0127\u0127a\u0127 il-mandat tal-A\u0121enzija tal-UE g\u0127at-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira (eu-LISA), u tippermetti li ti\u017cviluppa u tniedi s-soluzzjonijiet tekni\u010bi biex is-sistemi tal-informazzjoni tal-UE jsiru aktar interoperabbli.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll aktar titjib fis-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' rekords penali (ECRIS) biex tippermetti li l-Istati Membri jiskambjaw rekords penali ta' \u010bittadini ta' pajji\u017ci terzi b'mod aktar effi\u010bjenti.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni, u \u010b-\u010aittadinanza, Dimitris Avramopoulos, qal: \"Je\u0127tie\u0121 li l-uffi\u010bjali tal-fruntiera, l-uffi\u010bjali tal-e\u017cekuzzjoni tal-li\u0121i u l-uffi\u010bjali tal-immigrazzjoni tag\u0127na jkollhom a\u010b\u010bess g\u0127all-informazzjoni tajba biex jag\u0127mlu xog\u0127olhom.", "Is-sigurt\u00e0 ta\u010b-\u010bittadini tag\u0127na tiddependi fuq il-kwalit\u00e0 u d-disponibbilt\u00e0 ta' din l-informazzjoni.", "Bil-mandat aktar b'sa\u0127\u0127tu li qed nipproponu llum, eu-LISA se ssir i\u010b-\u010bentru ta' e\u010b\u010bellenza di\u0121itali tal-UE, biex il-vi\u017cjoni tag\u0127na g\u0127all-interoperabbilt\u00e0 tas-sistemi tal-informazzjoni tag\u0127na ssir realt\u00e0.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-Unjoni tas-Sigurt\u00e0, Julian King, qal: \"G\u0127andna firxa ta' ba\u017cijiet tad-dejta li jg\u0127inuna ni\u0121\u0121ieldu t-terrori\u017cmu u nimmani\u0121\u0121jaw il-fruntieri tag\u0127na i\u017cda s-sistemi tag\u0127na jistg\u0127u jkunu b'sa\u0127\u0127ithom u effettivi biss daqs id-dejta li jkun fihom.", "Bil-proposti tal-lum, qed nindirizzaw il-limiti attwali g\u0127all-mod kif is-sistemi tag\u0127na jipprovdu informazzjoni, u b'hekk inwettqu l-impenn tag\u0127na li ni\u017cguraw sistemi b'sa\u0127\u0127ithom u intelli\u0121enti g\u0127all-fruntieri u s-sigurt\u00e0.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-\u0120ustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-\u0120eneri, V\u011bra Jourov\u00e1, qalet: \u201cLi n\u0121ibu l-immani\u0121\u0121jar operazzjonali tas-sistemi tal-informazzjoni tal-UE ta\u0127t saqaf wie\u0127ed u ni\u010b\u010bentralizzaw l-iskambju tal-informazzjoni tar-rekords penali ta' \u010bittadini ta' pajji\u017ci terzi huwa pass importanti \u2018l quddiem.", "Bil-proposti tal-lum qed nag\u0127tu g\u0127odod aktar b'sa\u0127\u0127ithom lill-pulizija, lill-prosekuturi u lill-im\u0127allfin kontra l-kriminalit\u00e0 transfruntiera u t-terrori\u017cmu.\u201d", "Ni\u017cguraw l-interoperabbilt\u00e0: Mandat aktar b'sa\u0127\u0127tu g\u0127all-eu-LISA", "Sabiex nindirizzaw il-limiti attwali tas-sistemi tal-informazzjoni tal-UE, neliminaw il-lakuni fl-informazzjoni u nippermettu li l-informazzjoni ti\u0121i skambjata bejn is-sistemi, illum il-Kummissjoni qed tipproponi li ssa\u0127\u0127a\u0127 il-mandat tal-eu-LISA.", "Ir-riforma tal-lum se tag\u0127ti mandat lill-A\u0121enzija biex ti\u017cviluppa s-soluzzjonijiet tekni\u010bi me\u0127tie\u0121a biex tinkiseb l-interoperabbilt\u00e0.", "Issa, l-A\u0121enzija se tkun responsabbli wkoll biex ti\u017cviluppa u tmexxi sistemi tal-informazzjoni tal-UE fuq skala kbira futuri.", "L-A\u0121enzija eu-LISA rriformata se:", "Skambju tar-rekords penali ta' \u010bittadini ta' pajji\u017ci terzi: a\u0121\u0121ornament tas-Sistema \u201cECRIS\u201d", "Wara li pproponiet li tirriforma s-sistema attwali f'Jannar 2016 biex tinkludi marki tas-swaba' ta' \u010bittadini ta' pajji\u017ci terzi, illum il-Kummissjoni qed tippre\u017centa proposta supplimentari biex:", "Sfond", "Id-diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni f'Settembru 2016 u l-konklu\u017cjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Di\u010bembru 2016 enfasizzaw l-importanza li jing\u0127elbu n-nuqqasijiet attwali fil-\u0121estjoni tad-dejta u li tittejjeb l-interoperabbilt\u00e0 tas-sistemi ta' informazzjoni e\u017cistenti.", "L-attakki terroristi\u010bi li se\u0127\u0127ew dan l-a\u0127\u0127ar po\u0121\u0121ew dan f'dawl aktar qawwi, filwaqt li enfasizzaw il-\u0127tie\u0121a ur\u0121enti li s-sistemi ta' informazzjoni jkunu interoperabbli, u li ji\u0121u eliminati l-punti mhux vi\u017cibbli attwali fejn suspettati terroristi\u010bi jistg\u0127u ji\u0121u rre\u0121istrati f'ba\u017cijiet tad-dejta differenti u mhumiex konnessi ma xulxin, ta\u0127t psewdonimi differenti.", "F'April 2016, il-Kummissjoni ppre\u017centat Komunikazzjoni dwar sistemi ta' informazzjoni aktar b'sa\u0127\u0127ithom u aktar intelli\u0121enti g\u0127all-fruntieri u s-sigurt\u00e0, li fet\u0127et diskussjoni dwar kif is-sistemi ta' informazzjoni fl-UE jistg\u0127u jtejbu aktar il-\u0121estjoni tal-fruntieri u s-sigurt\u00e0 interna.", "F'\u0120unju 2016, il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta' Esperti ta' Livell G\u0127oli dwar Sistemi ta' Informazzjoni u Interoperabbilt\u00e0 biex imexxu 'l quddiem din il-\u0127idma u biex jindirizzaw l-isfidi legali, tekni\u010bi u operazzjonali biex tinkiseb l-interoperabbilt\u00e0.", "Il-Grupp ta' Esperti ta' Livell G\u0127oli kellu l-a\u0127\u0127ar laqg\u0127a tieg\u0127u fil-25 ta' April 2017 u ppre\u017centa r-rapport finali fil-11 ta' Mejju 2017.", "Is-sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' rekords penali (ECRIS), stabbilita fl-2012, tippermetti li l-awtoritajiet \u0121udizzjarji nazzjonali jir\u010bievu informazzjoni dwar kundanni penali pre\u010bedenti fi Stati Membri o\u0127rajn.", "Attwalment, l-Istati Membri jibag\u0127tu madwar 288,000 talba g\u0127al informazzjoni kull sena permezz tal-ECRIS dwar kundanni penali pre\u010bedenti madwar l-UE.", "L-a\u0121\u0121ornament tal-ECRIS huwa prijorit\u00e0 ewlenija tal-A\u0121enda Ewropea dwar is-Sigurt\u00e0 tal-Kummissjoni, u dan jitlob li \u010b-\u010bittadini ta' pajji\u017ci terzi ji\u0121u inklu\u017ci fl-ECRIS biex tittejjeb il-\u0121lieda kontra l-kriminalit\u00e0 transfruntiera u t-terrori\u017cmu.", "Fid-19 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni \u0127adet l-ewwel pass le\u0121i\u017clattiv biex ittejjeb l-iskambju tal-informazzjoni dwar \u010bittadini ta' pajji\u017ci terzi permezz tas-sistema ECRIS, billi s-sistema attwalment fis-se\u0127\u0127 hija tqila u ineffi\u010bjenti.", "Illum, il-Kummissjoni tipproponi li tkompli ta\u0121\u0121orna din l-g\u0127odda.", "L-A\u0121enzija tal-UE g\u0127at-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, eu-LISA, bdiet topera b'su\u010b\u010bess fl-1 ta' Di\u010bembru, 2012.", "Hija tissodisfa l-kompiti g\u0127at-tmexxija operattiva g\u0127as-SIS II, VIS u EURODAC.", "Il-kompitu operattiv prin\u010bipali tag\u0127ha hu li ti\u017cgura li dawn is-sistemi jin\u017cammu fi stat funzjonali 24 sieg\u0127a kuljum, sebat ijiem fil-\u0121img\u0127a.", "Ir-responsabbilitajiet l-o\u0127ra tag\u0127ha jinkludu l-adozzjoni tal-mi\u017curi ta' sigurt\u00e0 me\u0127tie\u0121a u l-i\u017cgurar tas-sigurt\u00e0 u l-integrit\u00e0 tad-dejta kif ukoll il-konformit\u00e0 mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta.", "G\u0127al Iktar Informazzjoni", "Skeda informattiva: Ewropa li tipprote\u0121i", "Skeda informattiva: Unjoni tas-Sigurt\u00e0: Interoperabbilt\u00e0", "Skeda informattiva: Is-Sistemi ta' Informazzjoni E\u017cistenti tal-UE", "Grupp ta' esperti ta' livell g\u0127oli dwar sistemi ta' informazzjoni u interoperabbilt\u00e0 \u2014 Rapport finali", "Komunikazzjoni: Sistemi ta' informazzjoni aktar b'sa\u0127\u0127ithom u aktar intelli\u0121enti g\u0127all-fruntieri u g\u0127as-sigurt\u00e0", "eu-LISA", "Proposta g\u0127al Regolament dwar l-A\u0121enzija Ewropea g\u0127at-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libert\u00e0, sigurt\u00e0 u \u0121ustizzja", "Rapport dwar il-funzjonament tal-A\u0121enzija Ewropea g\u0127at-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libert\u00e0, sigurt\u00e0 u \u0121ustizzja (eu-LISA).", "Dokument ta' \u0126idma tal-Persunal tal-Kummissjoni - evalwazzjoni tal-eu-LISA: Sommarju e\u017cekuttiv", "Dokument ta' \u0126idma tal-Persunal tal-Kummissjoni - evalwazzjoni tal-eu-LISA: Rapport s\u0127i\u0127", "Sistema Ewropea ta' Informazzjoni tar-rekords penali", "Proposta g\u0127al Regolament dwar l-ECRIS g\u0127al \u010bittadini ta' pajji\u017ci terzi", "Unjoni tas-Sigurt\u00e0", "Stqarrija g\u0127all-istampa: Unjoni tas-Sigurt\u00e0: il-Kummissjoni ta\u010b\u010bellera l-mi\u017curi biex tipprevjeni r-radikalizzazzjoni u t-theddid \u010bibernetiku", "Komunikazzjoni: it-Tmien Rapport ta' Progress lejn Unjoni ta' Sigurt\u00e0 effettiva u \u0121enwina", "Skeda informattiva: Unjoni ta' Sigurt\u00e0"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1789", "title": "L-Unjoni tas-Sigurt\u00e0: Il-Kummissjoni ta\u010b\u010bellera l-mi\u017curi biex tipprevjeni r-radikalizzazzjoni u t-theddid \u010bibernetiku", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF,SECUUNION", "date": "Wed, 28 Jun 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum qed tippre\u017centa t-tmien rapport dwar il-progress li sar lejn Unjoni tas-Sigurt\u00e0 effettiva u \u0121enwina fejn g\u0127amlet appell biex tit\u0127affef il-\u0127idma li g\u0127addejja biex ti\u017cdied is-sigurt\u00e0 ta\u010b-\u010bittadini.", "Kif stipulat fil-Konklu\u017cjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 u tat-23 ta' \u0120unju, l-attakki li se\u0127\u0127ew dan l-a\u0127\u0127ar g\u0127al darb'o\u0127ra enfasizzaw il-\u0127tie\u0121a li ji\u0121u intensifikati l-isforzi kon\u0121unti fil-livell tal-UE sabiex it-terrori\u017cmu, il-mibeg\u0127da u l-estremi\u017cmu vjolenti ji\u0121u mi\u0121\u0121ielda b'mod effettiv.", "F'dan l-isfond, il-Kummissjoni llum qed tallinja l-mi\u017curi me\u0127uda fil-livell tal-UE fil-\u0121lieda kontra r-radikalizzazzjoni, it-terrori\u017cmu u l-kriminalit\u00e0 u l-finanzjament tag\u0127hom u qed titratta t-theddida \u010bibernetika kif ukoll tirraporta dwar il-passi li jmiss fir-rigward tal-interoperabbilt\u00e0 tas-sistemi ta' informazzjoni.", "L-ewwel Vi\u010bi President Frans Timmermans qal: \u201cL-Ewropa g\u0127andha taffa\u010b\u010ba l-isfidi tas-sigurt\u00e0 u t-theddid terroristiku flimkien permezz ta' azzjoni \u0121dida fil-livell tal-UE u permezz ta' a\u010b\u010bellerazzjoni fil-\u0127idma attwali tag\u0127na biex nipprote\u0121u li\u010b-\u010bittadini tag\u0127na.", "Bl-appo\u0121\u0121 tal-mexxejja nazzjonali, il-Kummissjoni llum irrevediet dak li sar sa issa, l-iktar fir-rigward tar-radikalizzazzjoni u l-finanzjament tat-terrori\u017cmu.", "Qed nipproponu wkoll mi\u017curi addizzjonali biex l-Ewropa tibqa' sigura, pere\u017cempju, billi ni\u017cguraw li l-ba\u017cijiet tad-dejta tag\u0127na tas-sigurt\u00e0 tal-UE jistg\u0127u ja\u0127dmu a\u0127jar flimkien u billi ntejbu r-rispons tag\u0127na g\u0127all-attakki \u010biberneti\u010bi.", "Il-\u0121lieda kontra r-radikalizzazzjoni \u2014 onlajn u offlajn", "Sena wara li ppre\u017centat sett ta' mi\u017curi konkreti biex tappo\u0121\u0121a lill-Istati Membri fil-\u0121lieda kontra r-radikalizzazzjoni \u2014 li l-ma\u0121\u0121oranza tag\u0127hom qed ji\u0121u implimentati \u2014 il-Kummissjoni llum qed tis\u0127aq fuq g\u0127add ta' inizjattivi addizzjonali li jindirizzaw b'mod partikolari, l-u\u017cu tal-komunikazzjoni di\u0121itali u r-ritorn ta' \u0121ellieda terroristi barranin.", "Barra minn hekk, b\u0127ala parti mill-mi\u017curi fuq terminu twil ta' \u017cmien kontra r-radikalizzazzjoni, il-Kummissjoni se tkompli tappo\u0121\u0121a l-inklu\u017cjoni so\u010bjali u l-integrazzjoni permezz ta' inizjattivi b\u0127all-Erasmus+, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali u se ta\u0127dem ma' pajji\u017ci s\u0127ab permezz ta' ta\u0127ri\u0121 immirat u appo\u0121\u0121 finanzjarju.", "It-tis\u0127i\u0127 tar-re\u017ciljenza \u010bibernetika u ta\u010b-\u010bibersigurt\u00e0", "Kif im\u0127abbar fir-rie\u017cami ta' nofs it-terminu tas-Suq Uniku Di\u0121itali, il-Kummissjoni qieg\u0127da ta\u010b\u010bellera l-\u0127idma tag\u0127ha biex tag\u0127laq il-lakuni fil-qafas attwali ta\u010b-\u010bibersigurt\u00e0.", "G\u0127add ta' azzjonijiet operazzjonali u fuq terminu qasir ta' \u017cmien jin\u0127tie\u0121 li jittie\u0127du biex isa\u0127\u0127u r-re\u017ciljenza tag\u0127na kontra t-theddid \u010bibernetiku li kulma jmur qed ji\u017cdied, b\u0127ala parti minn anali\u017ci usa' tal-Istrate\u0121ija dwar i\u010b-\u010aibersigurt\u00e0 tal-2013 li se ssegwi f'Settembru.", "Interoperabbilt\u00e0 u l-finanzjament tat-terrori\u017cmu", "Il-Kummissjoni llum \u0127adet aktar azzjoni biex tavvanza l-appro\u010b\u010b il-\u0121did tag\u0127ha lejn l-interoperabbilt\u00e0 tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE billi ppre\u017centat \u017cew\u0121 proposti le\u0121i\u017clattivi dwar l-A\u0121enzija EU-LISA u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS-TCN) (l-istqarrija g\u0127all-istampa hija disponibbli hawnhekk).", "Barra minn dan, ir-rapport iqis il-\u0127idma implimentata permezz tal-Pjan ta' Azzjoni tal-2016 dwar il-Finanzjament tat-Terrori\u017cmu.", "Sfond", "Is-sigurt\u00e0 kienet prijorit\u00e0 politika sa mill-bidu tal-mandat tal-Kummissjoni Juncker \u2013 mil-Linji Gwida Politi\u010bi tal-President Juncker ta' Lulju 2014, sal-a\u0127\u0127ar Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni fl-14 ta' Settembru 2016.", "L-A\u0121enda Ewropea dwar is-Sigurt\u00e0 tiggwida x-xog\u0127ol li tag\u0127mel il-Kummissjoni f'dan il-qasam, billi tistabbilixxi l-azzjonijiet ewlenin biex ikun \u017cgurat rispons effettiv tal-UE g\u0127at-theddidiet mit-terrori\u017cmu u g\u0127as-sigurt\u00e0, fosthom il-\u0121lieda kontra r-radikalizzazzjoni, it-tis\u0127i\u0127 ta\u010b-\u010bibersigurt\u00e0, it-twaqqif tal-finanzjament tat-terrori\u017cmu, kif ukoll it-titjib fl-iskambju tal-informazzjoni.", "Sa mill-adozzjoni tal-A\u0121enda, sar progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tag\u0127ha, li jwitti t-triq lejn Unjoni tas-Sigurt\u00e0 effettiva u \u0121enwina.", "Il-progress huwa rifless fir-rapporti tal-Kummissjoni, ippubblikati fuq ba\u017ci regolari.", "Fir-rigward tal-\u0121lieda kontra r-radikalizzazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea ilha tappo\u0121\u0121a l-\u0127idma tal-Istati Membri g\u0127al xi \u017cmien permezz ta' inizjattivi u pjattaformi b\u0127an-Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN) u l-Forum tal-UE dwar l-Internet.", "F'\u0120unju tas-sena l-o\u0127ra, il-Kummissjoni ppre\u017centat Komunikazzjoni li tistabbilixxi azzjonijiet konkreti biex tappo\u0121\u0121a lill-Istati Membri fil-prevenzjoni u fil-\u0121lieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti li twassal g\u0127at-terrori\u017cmu.", "Il-konklu\u017cjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22-23 ta' \u0120unju 2017 komplew itennu d-determinazzjoni tal-UE biex tikkoopera fil-livell Ewropew biex ti\u0121\u0121ieled it-terrori\u017cmu u biex issa\u0127\u0127a\u0127 is-sigurt\u00e0 tal-UE.", "G\u0127al Iktar Informazzjoni", "Komunikazzjoni: It-tmienRapport ta' Progress dwar l-Unjoni tas-Sigurt\u00e0", "Anness 1: Is-sitwazzjoni attwali dwar l-implimentazzjoni tal-punti ta' azzjoni stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni tal-14 ta' \u0120unju 2016", "Anness 2: Is-sitwazzjoni attwali dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni biex tissa\u0127\u0127a\u0127 il-\u0121lieda kontra l-finanzjament tat-terrori\u017cmu tat-2 ta' Frar 2016", "Komunikazzjoni: Azzjoni fuq l-A\u0121enda Ewropea dwar is-Si\u0121urt\u00e0 biex ji\u0121i mi\u0121\u0121ieled it-terrori\u017cmu u titwitta t-triq lejn Unjoni tas-Sigurt\u00e0 effettiva u \u0121enwina", "Komunikazzjoni: A\u0121enda Ewropea dwar is-Sigurt\u00e0", "Skeda informattiva: Is-Sistemi ta' Informazzjoni tal-UE", "Skeda informattiva: L-Unjoni tas-Sigurt\u00e0", "Skeda informattiva: Ewropa li tipprote\u0121i"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1800", "title": "Il-Kummissjoni tniedi tikketta pan-Ewropea \u0121dida tal-pensjonijiet personali b\u0127ala g\u0127ajnuna g\u0127all-konsumaturi biex ifaddlu g\u0127al meta jirtiraw", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Wed, 28 Jun 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Il-konsumaturi Ewropej dalwaqt se jibbenefikaw minn aktar g\u0127a\u017cla meta jkunu qeg\u0127din ifaddlu g\u0127all-irtirar, bis-sa\u0127\u0127a tal-pjani tal-Kummissjoni li to\u0127loq klassi \u0121dida ta' prodotti tal-pensjoni.", "Il-proposta tal-lum se tipprovdi lill-fornituri tal-pensjonijiet bl-istrumenti biex ikunu jistg\u0127u joffru prodott tal-pensjoni personali \u0121did pan-Ewropew (PEPP) li jkun sempli\u010bi u innovattiv.", "Dan it-tip \u0121did ta' pensjoni personali volontarja huwa mfassal sabiex dawk li jfaddlu jkollhom g\u0127a\u017cla akbar meta jkunu qeg\u0127din iwarrbu l-flus g\u0127al meta jkunu anzjani u jipprovdilhom aktar prodotti kompetittivi.", "Il-PEPPs se jkollhom l-istess karatteristi\u010bi standard kull fejn ikunu qeg\u0127din jinbieg\u0127u fl-UE u jkunu jistg\u0127u ji\u0121u offruti minn firxa wiesg\u0127a ta' fornituri, b\u0127al ma huma kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-banek, il-fondi ta' pensjoni okkupazzjonali, id-ditti tal-investiment u l-mani\u0121ers tal-assi.", "Huma se jikkumplimentaw il-pensjonijiet personali bba\u017cati fuq l-istat, dawk okkupazzjonali u nazzjonali, i\u017cda ma je\u0127dux post jew jarmonizzaw is-sistemi nazzjonali tal-pensjoni personali.", "Il-Kummissjoni llum qieg\u0127da wkoll to\u0127ro\u0121 rakkomandazzjoni li l-Istati Membri jag\u0127tu l-istess trattament lil dan il-prodott, fejn tid\u0127ol it-taxxa, b\u0127al dak li jag\u0127tu lill-prodotti nazzjonali e\u017cistenti sabiex ji\u0121i \u017cgurat li l-PEPP jibdew mal-ewwel fuq it-triq it-tajba.", "Il-prodotti l-\u0121odda fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar se jixprunaw ukoll il-pjan tal-Kummissjoni biex ikun hemm Unjoni tas-Swieq Kapitali billi ting\u0127ata imbuttatura \u0127alli aktar flus imfaddla ji\u0121u indirizzati lejn investiment g\u0127at-tul fl-UE.", "Valdis Dombrovskis, Vi\u010bi President tal-Kummissjoni, responsabbli mill-Istabbilt\u00e0 Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: Il-prodott tal-pensjoni personali pan-Ewropew huwa punt importanti fil-mixja lejn it-tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.", "Huwa g\u0127andu potenzjal enormi peress li se joffri lil dawk li jfaddlu madwar l-UE g\u0127a\u017cla akbar meta jkunu qeg\u0127din iwarrbu l-flus g\u0127al meta jirtiraw.", "Huwa se jservi ta' xprun g\u0127all-kompetizzjoni billi jippermetti lill-fornituri joffru dan il-prodott \u2018il barra mis-swieq nazzjonali tag\u0127hom.", "Se ja\u0127dem b\u0127ala tiketta tal-kwalit\u00e0 u jiena fidu\u010bju\u017c li l-PEPP jaf ikattar l-investiment g\u0127at-tul fis-swieq kapitali.\u201d", "Il-Vi\u010bi President Jyrki Katainen, responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittivit\u00e0, qal: \u201cIl-proposta tal-lum hija e\u017cempju ie\u0127or tal-benefi\u010b\u010bji li jistg\u0127u jinkisbu bit-twettiq tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, u t-tlestija tas-suq uniku g\u0127all-kapital fl-UE.", "Il-prodotti tal-pensjoni personali pan-Ewropej se jservu biex jimbuttaw \u2018il quddiem il-kompetizzjoni fost il-fornituri tal-pensjoni, u jag\u0127tu lill-konsumaturi g\u0127a\u017cla akbar ta' fejn iqieg\u0127du t-tifdil tag\u0127hom.", "It-tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali hija wkoll element importanti tal-Pjan ta' Investiment g\u0127all-Ewropa.", "Nie\u0127u pja\u010bir li din il-proposta se sservi wkoll biex it-tifdil ji\u0121i indirizzat lejn investimenti g\u0127at-tul, biex ting\u0127ata g\u0127ajnuna g\u0127all-kisba tal-objettivi tal-Pjan ta' Investiment li tittejjeb l-infrastruttura, u ting\u0127ata spinta lit-tkabbir u lill-impjiegi.\u201d", "Il-benefi\u010b\u010bji prin\u010bipali", "B\u0127alissa, is-suq Ewropew tal-pensjonijiet privati huwa fframmentat u mhux ekwu.", "L-offerti huma kkon\u010bentrati fi ftit Stati Membri filwaqt li f'xi w\u0127ud o\u0127rajn kwa\u017ci ma je\u017cistux.", "Din il-varjazzjoni fil-provvista hija marbuta ma' ta\u0127lita ta' regoli fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, li jtellfu l-i\u017cvilupp ta' suq kbir u kompetittiv tal-pensjonijiet privati, fil-livell tal-UE.", "Il-PEPP se jippermetti lill-konsumaturi jikkumplimentaw b'mod volontarju t-tifdil tag\u0127hom g\u0127al meta jirtiraw, filwaqt li jibbenefika minn protezzjoni qawwija tal-konsumatur:", "Dawk li jfaddlu bil-PEPP se jkollhom aktar g\u0127a\u017cla minn firxa kbira ta' fornituri tal-PEPP u jibbenefikaw minn kompetizzjoni akbar.", "Il-konsumaturi se jibbenefikaw minn rekwi\u017citi qawwija ta' informazzjoni u ta' distribuzzjoni, anki fuq l-internet.", "Il-fornituri se jkollhom b\u017conn li jing\u0127ataw awtorizzazzjoni mill-Awtorit\u00e0 Ewropea tal-Assikurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xog\u0127ol (EIOPA) biex ikunu jistg\u0127u jipprovdu l-PEPP.", "Il-PEPP se jag\u0127ti lil dawk li jfaddlu livell g\u0127oli ta' protezzjoni tal-konsumatur permezz ta' opzjoni ta' investiment standard sempli\u010bi.", "Dawk li jfaddlu se jkollhom id-dritt li kull \u0127ames snin jibdlu l-fornituri \u2013 kemm fl-istess Stat Membru kif ukoll fi Stat Membru ie\u0127or \u2013. billi je\u0127lu spi\u017ca li jkollha limiti massimu", "Il-PEPP se jkun jista' jin\u0121arr minn Stat Membru g\u0127all-ie\u0127or, ji\u0121ifieri dawk li jfaddlu permezz ta' PEPP se jkunu jistg\u0127u jibqg\u0127u jikkontribwixxu g\u0127all-PEPP tag\u0127hom meta jmorru jg\u0127ixu fi Stat Membru ie\u0127or.", "Il-qafas regolatorju li l-Kummissjoni qieg\u0127da tipproponi llum se jo\u0127loq opportunitajiet g\u0127al firxa wiesg\u0127a ta' fornituri biex ikunu attivi fis-suq tal-pensjoni personali:", "Il-fornituri se jkunu jistg\u0127u ji\u017cviluppaw PEPPs madwar diversi Stati Membri, ji\u0121bru flimkien l-assi tag\u0127hom b'mod aktar effettiv u sabiex jaslu g\u0127al ekonomiji ta' skala.", "Il-fornituri ta' PEPPs se jkunu jistg\u0127u jil\u0127qu lill-konsumaturi madwar l-UE kollha permezz ta' kanali elettroni\u010bi ta' distribuzzjoni.", "Il-fornituri tal-PEPPs, kif ukoll dawk li jfaddlu, se jkollhom g\u0127a\u017cliet differenti g\u0127all-pagamenti, fi tmiem \u0127ajjet il-prodott.", "Il-fornituri tal-PEPPs se jibbenefikaw minn passaport tal-UE biex ti\u0121i ffa\u010bilitata d-distribuzzjoni transfruntiera.", "Il-proposta g\u0127al Regolament dwar il-PEPP hija akkumpanjata minn Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-trattament tat-taxxa tal-prodotti tal-pensjoni personali, inklu\u017c il-PEPP.", "Il-Kummissjoni t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-Istati Membri biex jag\u0127tu l-istess trattament lill-PEPPs, fejn tid\u0127ol it-taxxa, b\u0127al ma jag\u0127tu b\u0127alissa lil prodotti nazzjonali e\u017cistenti simili, anki jekk il-PEPP ma jissodisfax g\u0127al kollox il-kriterji nazzjonali g\u0127all-\u0127elsien mit-taxxa.", "L-Istati Membri qeg\u0127din ji\u0121u wkoll mistiedna biex jiskambjaw l-a\u0127jar pratti\u010bi li g\u0127andhom b\u0127alissa dwar it-tassazzjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali, li g\u0127andhom imexxu \u2018il quddiem il-konver\u0121enza tas-sistemi tat-taxxa.", "L-isfond", "Il-PEPP hija wa\u0127da mill-mi\u017curi \u010bentrali m\u0127abbra fl-Anali\u017ci ta' nofs il-perjodu, li \u0127ar\u0121et ix-xahar li g\u0127adda, tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-pro\u0121ett tal-Kummissjoni li jin\u0127oloq suq uniku g\u0127all-kapital fl-UE.", "Il-PEPP tappo\u0121\u0121ja l-g\u0127an tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, li huwa dak li jin\u0127olqu l-kundizzjonijiet it-tajba biex ji\u0121i sfruttat il-finanzjament sabiex ikun jista' jg\u0127addi minn g\u0127and dawk li fl-Ewropa jfaddu lejn dawk li fl-Ewropa jag\u0127mlu n-negozju.", "B\u0127alissa huma biss 27% tal-Ewropej bejn l-et\u00e0 ta' 25 u 59 li g\u0127andhom xi prodott tal-pensjoni.", "Il-PEPP tkun ta' kontribut biex dan il-potenzjal enormi ji\u0121i sfruttat u biex fl-ekonomija tag\u0127na ji\u0121i xprunat l-investiment.", "Ir-Regolament propost illum ikompli jibni fuq kwa\u017ci 600 kontribut li da\u0127al fl-amitu tal-konsultazzjoni pubblika tal-Kummisjoni fuq il-pensjonijiet personali li saret f'Ottubru 2016.", "\u0126afna minn fost dawk li wie\u0121bu qalu li l-provvista ta' b\u0127alissa ta' prodotti tal-pensjoni personali fl-UE mhix suffi\u010bjenti.", "\u0126a ukoll f'kunsiderazjoni \u017cew\u0121 rapporti mill-EIOPA fl-2014 u l-2016 kif ukoll studju estern minn kuntrattur estern.", "Il-proposta tal-PEPP issa se ti\u0121i diskussa mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.", "Hekk kif ji\u0121i adottat, ir-Regolament jid\u0127ol fis-se\u0127\u0127 20 jum wara l-pubblikazzjoni tieg\u0127u fil-\u0120urnal Uffi\u010bjali tal-Unjoni Ewropea.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "MEMO", "Skeda informattiva", "Sit web ta' DG FISMA dwar il-Prodotti tal-Pensjoni Personali", "L-Anali\u017ci ta' nofs it-terminu tal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali", "Id-dokument tal-EPSC dwar il-Prodott tal-Pensjoni pan-Ewropew."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_17_1723", "title": "Il-Pjan ta' Azzjoni l-\u0121did tal-UE dwar l-AMR \u2013 Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Wed, 28 Jun 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Pjan ta' Azzjoni l-\u0121did tal-UE dwar l-AMR \u2013 Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "Ara wkoll din l-istqarrija g\u0127all-istampa", "X'qed jikkaw\u017ca \u017c-\u017cieda tar-re\u017cistenza antimikrobika fl-UE?", "Ir-re\u017cistenza antimikrobika qed ti\u017cdied min\u0127abba bosta fatturi, fosthom l-u\u017cu \u017cejjed u \u0127a\u017cin tal-antibijoti\u010bi fil-bniedem, l-u\u017cu veterinarju \u017cejjed fit-trobbija tal-bhejjem, u l-kundizzjonijiet \u0127\u017ciena tal-i\u0121jene fl-ambjenti tal-kura tas-sa\u0127\u0127a jew fil-katina tal-ikel.", "Fattur importanti ie\u0127or jibqa' n-nuqqas ta' g\u0127arfien: 57 % tal-Ewropej ma jafux li l-antibijoti\u010bi ma ja\u0127dmux kontra l-viruses, filwaqt li 44 % mhumiex konxji li l-antibijoti\u010bi ma ja\u0127dmux kontra l-irji\u0127at u l-influwenza (Sors: l-Ewrobarometru, \u0120unju 2016).", "Kemm hi kbira l-isfida tar-re\u017cistenza antimikrobika fl-UE u madwar id-dinja?", "Fl-UE, biss biss hu stmat li r-re\u017cistenza antimikrobika hi responsabbli g\u0127al madwar 25,000 mewta u g\u0127al \u20ac1.5 biljun aktar spejje\u017c fil-kura tas-sa\u0127\u0127a kull sena.", "Fl-a\u0127\u0127ar snin, fl-Ewropa \u017cdiedu \u0121mielhom l-infezzjonijiet li jirre\u017cistu g\u0127at-terapiji b'\u0127afna medi\u010bini u g\u0127at-trattamenti tal-a\u0127\u0127ar rikors[1].", "Minbarra dan, madwar id-dinja hu stmat li madwar 700,000 persuna jmutu kull sena min\u0127abba infezzjonijiet re\u017cistenti g\u0127all-antibijoti\u010bi, u l-Bank Dinji qed iwissi li sal-2050, l-infezzjonijiet li jirre\u017cistu g\u0127all-medi\u010bina jistg\u0127u jag\u0127mlu \u0127sara ekonomika dinjija daqs il-kri\u017ci finanzjarja tal-2008.", "Hu mbassar li n-nuqqas ta' azzjoni se jikkaw\u017ca miljuni ta' mwiet kull sena fid-dinja u li sal-2050 ir-re\u017cistenza antimikrobika g\u0127andha l-potenzjal li ssir kaw\u017ca tal-mewt aktar komuni mill-kan\u010ber.", "X'kiseb l-ewwel Pjan ta' Azzjoni (2011-2016)?", "L-ewwel Pjan ta' Azzjoni kien simbolu ta' impenn politiku u xpruna bosta azzjonijiet fil-pajji\u017ci tal-UE.", "Ng\u0127idu a\u0127na, \u0127afna pajji\u017ci adottaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u g\u0127amlu attivitajiet relatati mal-u\u017cu prudenti tal-a\u0121enti antimikrobi\u010bi, mas-sorveljanza tar-re\u017cistenza antimikrobika u mas-sorveljanza tal-u\u017cu tal-antimikrobi\u010bi.", "Fejn jid\u0127lu l-annimali, fl-2015 il-Kummissjoni adottat proposti le\u0121i\u017clattivi dwar il-medi\u010bini veterinarji u l-g\u0127alf immedikat, li huma tant importanti biex ti\u0121i indirizzata r-re\u017cistenza antimikrobika.", "B\u0127alissa l-Parlament Ewropew u l-Kunsill qed jiddiskutu dwar dan, bil-\u0127sieb li fl-2018 ji\u0121u adottati Regolamenti tal-UE li jkunu jorbtu.", "Mill-1999, l-UE nefqet aktar minn \u20ac1.3 biljun fir-ri\u010berka transnazzjonali kollaborattiva dwar ir-re\u017cistenza antimikrobika biex ti\u017cgura l-u\u017cu xieraq tal-antimikrobi\u010bi.", "Ir-ri\u010berka u l-pro\u0121etti li tiffinanzja l-UE jistudjaw kif ti\u0121i \u017cviluppata u tra\u017cmessa r-re\u017cistenza antimikrobika, u jappo\u0121\u0121aw l-i\u017cvilupp ta' testijiet dijanjosti\u010bi rapidi, terapiji u alternattivi antimikrobi\u010bi \u0121odda b\u0127all-va\u010b\u010bini, u strate\u0121iji g\u0127all-u\u017cu responsabbli tal-antibijoti\u010bi f'kull qasam.", "Mal-\u0127a\u0121ra t-tajn, malli \u0121ie ppubblikat l-ewwel Pjan ta' Azzjoni, f'Mejju 2012 tnieda l-akbar programm ta' s\u0127ubija pubblika privata fid-dinja msejja\u0127 \u201cNew Drugs for Bad Bugs (ND4BB)\u201d[2] permezz tal-Inizjattiva dwar Medi\u010bini Innovattivi (l-IMI).", "B'dan il-programm ing\u0127aqdu flimkien bosta akkademi\u010bi, s\u0127ab pubbli\u010bi u kumpaniji tal-farma\u010bewtika o\u0127ra b'ba\u0121it totali ta' madwar \u20ac700 miljun biex javvanzaw l-i\u017cvilupp ta' antibijoti\u010bi \u0121odda.", "Twaqqfet ukoll l-Inizjattiva tal-Programmazzjoni Kon\u0121unta dwar ir-Re\u017cistenza Antimikrobika (JPIAMR)[3] biex tg\u0127aqqad l-isforzi tar-ri\u010berka bejn il-fruntieri nazzjonali permezz ta' finanzjamenti ta' allinjament u tar-ri\u010berka, u biex tin\u0127oloq a\u0121enda komuni tar-ri\u010berka.", "Illum il-Programmazzjoni Kon\u0121unta dwar ir-Re\u017cistenza Antimikrobika tinvolvi 23 pajji\u017c.", "X'hemm \u0121did fil-Pjan ta' Azzjoni li g\u0127adu kemm \u0121ie adottat illum?", "Il-Pjan ta' Azzjoni l-\u0121did jistabbilixxi qafas komprensiv biex tittie\u0127ed aktar azzjoni estensiva \u0127alli jonqsu l-\u0127ru\u0121 u t-tixrid tar-re\u017cistenza antimikrobika u ji\u017cdiedu l-i\u017cvilupp u d-disponibbilt\u00e0 ta' antimikrobi\u010bi effettivi \u0121odda fl-UE u madwar id-dinja.", "Dan jiffoka fuq attivitajiet b'valur mi\u017cjud \u010bar tal-UE u, meta possibbli, fuq kisbiet konkreti u li jistg\u0127u jitkejlu.", "Il-Pjan ta' Azzjoni l-\u0121did ji\u017cgura l-kontinwit\u00e0 tal-azzjonijiet tal-UE li g\u0127adhom me\u0127tie\u0121a, i\u017cda fl-istess waqt se j\u017cid l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u biex jg\u0127in lill-pajji\u017ci tal-UE jipprovdu rispons innovattiv, effettiv u sostenibbli g\u0127ar-re\u017cistenza antimikrobika.", "Ng\u0127idu a\u0127na, dan g\u0127andu l-g\u0127an li jsa\u0127\u0127a\u0127 l-isforzi tal-kollaborazzjoni u tas-sorveljanza biex jixxejnu n-nuqqasijiet fid-dejta u biex ji\u017cdiedu s-siner\u0121iji u l-koerenza bejn il-politiki differenti skont l-appro\u010b\u010b \u201cSa\u0127\u0127a Wa\u0127da\u201d.", "Bil-Pjan ta' Azzjoni l-\u0121did, l-UE kif se tibda t\u0127addem l-aqwa prattika?", "Fost il-pajji\u017ci tal-UE je\u017cistu bosta differenzi fejn jid\u0127ol l-u\u017cu tal-antimikrobi\u010bi, l-okkorrenza tar-re\u017cistenza, u dwar sa kemm twettqu l-politiki nazzjonali effettivi li jittrattaw ir-re\u017cistenza antimikrobika.", "Bil-Pjan ta' Azzjoni l-\u0121did, il-Kummissjoni g\u0127andha l-g\u0127an li tnaqqas dawn id-differenzi u \u017c\u017cid il-livell tal-Istati Membri kollha tal-UE g\u0127al-livell tal-pajji\u017c bl-aqwa prestazzjoni.", "G\u0127aldaqstant, fil-limiti tal-kompetenzi tal-UE, l-azzjonijiet se jiffukaw fuq l-oqsma bl-akbar valur mi\u017cjud g\u0127al Stati Membri spe\u010bifi\u010bi, fosthom azzjonijiet li j\u0127e\u0121\u0121u l-u\u017cu prudenti tal-antimikrobi\u010bi, li jsa\u0127\u0127u l-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tar-regoli e\u017cistenti tal-UE, li jtejbu l-prevenzjoni tal-infezzjoni u li j\u017cidu s-sorveljanza tar-re\u017cistenza antimikrobika u tal-konsum tal-antimikrobi\u010bi.", "Fuq xiex se jiffoka l-pilastru tar-ri\u010berka tal-Pjan?", "L-azzjonijiet tal-pilastru tar-ri\u010berka g\u0127andhom l-g\u0127an li jixprunaw ir-ri\u010berka u jkomplu jin\u010bentivaw l-innovazzjoni, jipprovdu kontribut siewi g\u0127al politiki u mi\u017curi legali bba\u017cati fuq ix-xjenza \u0127alli ti\u0121i mi\u0121\u0121ielda r-re\u017cistenza antimikrobika, u jindirizzaw id-distakki fl-g\u0127arfien b\u0127al dwar x'inhu r-rwol tar-re\u017cistenza antimikrobika fl-ambjent.", "Il-Kummissjoni se tu\u017ca bosta strumenti ta' finanzjament u s\u0127ubiji permezz tal-programmi qafas attwali u futuri tag\u0127ha g\u0127ar-ri\u010berka u l-innovazzjoni biex ti\u017cgura li l-inizjattivi stabbiliti b\u0127all-ND4BB u l-JPIAMR jil\u0127qu l-potenzjal kollu tag\u0127hom, u biex tappo\u0121\u0121a azzjonijiet fl-oqsma tad-detezzjoni, il-kontroll u s-sorveljanza tal-infezzjonijiet, terapiji \u0121odda u alternattivi, il-va\u010b\u010bini, id-dijanjo\u017ci, mudelli ekonomi\u010bi \u0121odda u in\u010bentivi, u kif ukoll l-ambjent u l-prevenzjoni tat-tra\u017cmissjoni.", "G\u0127alfejn l-UE g\u0127andha l-\u0127ila ssawwar l-a\u0121enda dinjija?", "Qabelxejn, fil-livell internazzjonali, l-appro\u010b\u010b tal-UE \u201cSa\u0127\u0127a Wa\u0127da\u201d di\u0121\u00e0 jitqies b\u0127ala prattika mill-aqwa, u \u0127afna mill-politiki domesti\u010bi tal-UE dwar ir-re\u017cistenza antimikrobika, b\u0127al pere\u017cempju l-projbizzjoni tal-u\u017cu tal-antimikrobi\u010bi b\u0127ala promoturi tat-tkabbir fl-g\u0127alf tal-annimali li jipprodu\u010bu l-ikel, di\u0121\u00e0 qed jikkontribwixxu biex jintla\u0127qu l-miri internazzjonali.", "It-tieni nett, b\u0127ala wie\u0127ed mill-akbar swieq tal-prodotti agrikoli, l-UE tista' taqdi rwol ewlieni fejn tid\u0127ol il-promozzjoni tal-istandards tag\u0127ha relatati mar-re\u017cistenza antimikrobika, tal-mi\u017curi tag\u0127ha fil-produzzjoni tal-ikel, u tal-istandards tag\u0127ha dwar il-benessri tal-annimali, spe\u010bjalment bil-Ftehimiet ta' Kummer\u010b \u0126ieles (FTAs) bilaterali tag\u0127ha.", "Saret prattika normali li f'kull FTA \u0121did, il-Kummissjoni tinkludi dispo\u017cizzjonijiet relatati mar-re\u017cistenza antimikrobika.", "It-tielet nett, in\u0127olqu bosta inizjattivi kbar tar-ri\u010berka li rnexxew, b\u0127al pere\u017cempju s-S\u0127ubija g\u0127all-Provi Klini\u010bi bejn Pajji\u017ci Ewropej u Pajji\u017ci li qed Ji\u017cviluppaw (l-EDCTP)[4] u l-JPIAMR li jag\u0127tu kontribut lil hinn mill-Ewropa.", "B'hekk l-UE tista' tippromwovi aktar l-allinjament u l-kollaborazzjoni tal-isforzi tar-ri\u010berka u tal-inizjattivi b'rabta mar-re\u017cistenza antimikrobika.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, meta possibbli, l-UE tista' tkompli tg\u0127in biex jixtered l-g\u0127arfien u jitwie\u017cen it-tiswir tal-kapa\u010bitajiet u tal-politiki li ji\u0121\u0121ieldu r-re\u017cistenza antimikrobika fil-pajji\u017ci anqas \u017cviluppati, fejn it-theddida tar-re\u017cistenza antimikrobika g\u0127as-sa\u0127\u0127a pubblika u g\u0127all-ekonomija hija ferm akbar.", "Min \u0121ie kkonsultat waqt l-i\u017cvilupp tal-Pjan ta' Azzjoni l-\u0121did?", "B\u0127ala l-ewwel pass, mill-24 ta' Ottubru 2016 sat-28 ta' Marzu 2017, il-partijiet kon\u010bernati setg\u0127u juru fehmiethom fuq il-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta' Azzjoni \u201cSa\u0127\u0127a Wa\u0127da\u201d kontra r-re\u017cistenza antimikrobika.", "Imbag\u0127ad, bejn is-27 ta' Jannar u t-28 ta' April 2017, il-Kummissjoni g\u0127amlet konsultazzjoni pubblika estensiva dwar l-attivitajiet li jistg\u0127u jidda\u0127\u0127lu fil-Pjan ta' Azzjoni.", "Il-konsultazzjoni kienet ma\u0127suba g\u0127a\u010b-\u010bittadini u l-partijiet kon\u010bernati li g\u0127andhom interess fil-politika dwar is-sa\u0127\u0127a tal-annimali u tal-bniedem, fis-sa\u0127\u0127a tal-annimali, fis-sa\u0127\u0127a pubblika, fil-kura tas-sa\u0127\u0127a u/jew fl-ambjent fl-Ewropa.", "F'din il-konsultazzjoni \u0127adu sehem 421 \u010bittadin minn 22 pajji\u017c tal-UE u minn xi pajji\u017ci terzi, flimkien ma' 163 parti kon\u010bernata li jirrappre\u017centaw amministrazzjonijiet pubbli\u010bi jew privati, NGOs, l-industrija farma\u010bewtika u fornituri tal-kura tas-sa\u0127\u0127a tal-bniedem.", "Il-Kummissjoni kif se tkejjel is-su\u010b\u010bess?", "Wa\u0127da mill-azzjonijiet trid to\u0127ro\u0121 b'g\u0127add limitat ta' indikaturi ewlenin tal-e\u017citu, abba\u017ci ta' dejta di\u0121\u00e0 mi\u0121bura, \u0127alli s-sistemi tal-UE jkunu jistg\u0127u jkejlu l-progress tal-UE u tal-Istati Membri.", "Dawn l-indikaturi se ji\u0121u \u017cviluppati bl-appo\u0121\u0121 tal-a\u0121enziji xjentifi\u010bi tal-UE.", "B'hekk, l-Istati Membri jkunu jistg\u0127u jivvalutaw il-progress fejn tid\u0127ol l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tag\u0127hom \u201cSa\u0127\u0127a Wa\u0127da\u201d, u jg\u0127inuhom jo\u0127olqu miri li jistg\u0127u jitkejlu biex tonqos ir-re\u017cistenza antimikrobika fil-bnedmin u fl-annimali li jipprodu\u010bu l-ikel, u biex jitjieb l-u\u017cu xieraq tal-antimikrobi\u010bi fi\u017c-\u017cew\u0121 setturi.", "Dan il-progress se ji\u0121i diskuss f'intervalli regolari fin-netwerk ta' \u201cSa\u0127\u0127a Wa\u0127da\u201d dwar ir-re\u017cistenza antimikrobika, biex iservi ta' gwida g\u0127all-Istati Membri individwali u biex jing\u0127araf jekk ikunx hemm b\u017conn jittie\u0127du azzjonijiet \u0121odda fil-livell tal-UE.", "G\u0127al aktar informazzjoni:", "Ir-Re\u017cistenza Antimikrobika", "Ri\u010berka dwar ir-Re\u017cistenza Antimikrobika", "[1] Pere\u017cempju r-re\u017cistenza g\u0127all-karpabenemi \u2013 antibijoti\u010bi li jintu\u017caw meta jkun falla kull tentattiv ie\u0127or biex ti\u0121i trattata l-pulmonite \u2013 \u017cdiedet minn 6.2 % fl-2012 g\u0127al 8.1 % fl-2015 (Sors: l-ECDC).", "[2] http://www.imi.europa.eu/content/nd4bb", "[3] http://www.jpiamr.eu/", "[4] http://www.edctp.org/"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1784", "title": "L-Antitrust: Il-Kummissjoni timmulta lil Google \u20ac2.42 biljun talli abbu\u017cat mill-po\u017cizzjoni dominanti tag\u0127ha b\u0127ala magna tat-tiftix billi tat vanta\u0121\u0121 illegali lis-servizz tat-tqabbil tax-xiri tag\u0127ha stess", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COMPETY,ANTITRUST", "date": "Mon, 26 Jun 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea mmultat lil Google \u20ac2.42 biljun talli kisret ir-regoli tal-antitrust tal-UE.", "Google abbu\u017cat mill-po\u017cizzjoni dominanti tag\u0127ha fis-suq b\u0127ala magna tat-tiftix billi tat vanta\u0121\u0121 illegali lil prodott ie\u0127or tal-Google, is-servizz tat-tqabbil tax-xiri tag\u0127ha.", "Issa l-kumpanija g\u0127andha ttemm l-im\u0121iba tag\u0127ha fi \u017cmien 90 jum jew inkella taffa\u010b\u010bja pagamenti penali ta' massimu ta' 5% tal-medja tal-fatturat globali ta' kuljum ta' Alphabet, il-kumpanija omm ta' Google.", "Il-Kummissarju Margrethe Vestager, inkarigata mill-politika tal-kompetizzjoni, stqarret: \u201cGoogle \u0127ar\u0121et b'\u0127afna prodotti u servizzi innovattivi li g\u0127amlu differenza f'\u0127ajjitna.", "Din hija \u0127a\u0121a tajba.", "Imma l-istrate\u0121ija ta' Google fis-servizz tag\u0127ha ta' tqabbil tax-xiri ma kinitx tiffoka biss fuq kif se tattira lill-konsumaturi permezz tat-titjib tal-prodott tag\u0127ha meta mqabbel mal-prodotti tar-rivali tag\u0127ha.", "Minflok, Google abbu\u017cat mill-po\u017cizzjoni dominanti tag\u0127ha fis-suq b\u0127ala magna tat-tiftix billi ppromoviet is-servizz tag\u0127ha stess ta' tqabbil tax-xiri fir-ri\u017cultati tat-tiftix tag\u0127ha u billi rrelegat 'l isfel ir-ri\u017cultati tal-kompetituri.", "Dak li g\u0127amlet Google huwa illegali skont ir-regoli tal-antitrust tal-UE.", "Hija \u010ba\u0127det lill-kumpaniji l-o\u0127ra mill-opportunit\u00e0 li jikkompetu abba\u017ci tal-merti u li jinnovaw.", "U l-iktar \u0127a\u0121a importanti, Google \u010ba\u0127det lill-konsumaturi Ewropej minn g\u0127a\u017cla \u0121enwina ta' servizzi u mill-benefi\u010b\u010bji s\u0127a\u0127 tal-innovazzjoni.\u201d", "L-istrate\u0121ija ta' Google g\u0127as-servizz tag\u0127ha ta' tqabbil tax-xiri", "Il-prodott ewlieni ta' Google huwa l-magna tat-tiftix ta' Google, li tipprovdi ri\u017cultati ta' tiftix lill-konsumaturi li j\u0127allsu g\u0127as-servizz permezz tad-dejta tag\u0127hom.", "Kwa\u017ci 90% tad-d\u0127ul ta' Google jori\u0121ina mir-riklami, b\u0127al dawk li turi lill-konsumaturi b\u0127ala reazzjoni g\u0127al rikjesta ta' tiftix.", "Fl-2004, Google da\u0127let fis-suq separat ta' servizzi ta' tqabbil tax-xiri fl-Ewropa permezz ta' prodott li inizjalment kien jismu \u201cFroogle\u201d, li imbag\u0127ad, fl-2008, ing\u0127ata l-isem \u201cGoogle Product Search\u201d u mill-2013 sar jissejja\u0127 \u201cGoogle Shopping\u201d.", "Is-servizz jippermetti lill-konsumaturi biex jikkumparaw il-prodotti u l-prezzijiet onlajn u biex isibu negozji ta' kull tip minn bejjieg\u0127a onlajn, inklu\u017c minn \u0127wienet onlajn ta' manifatturi, minn pjattaformi onlajn (b\u0127al Amazon u eBay), u minn bejjieg\u0127a li jbieg\u0127u mill-\u0121did.", "Meta Google da\u0127let fis-swieq tat-tqabbil tax-xiri permezz ta' Froogle, di\u0121\u00e0 kien hemm g\u0127add ta' parte\u010bipanti stabbiliti.", "Evidenza kontemporanja minn Google turi li l-kumpanija kienet konxja li l-prestazzjoni tas-suq ta' Froogle kienet pjuttost dg\u0127ajfa (dokument intern wie\u0127ed minn 2006 stqarr \"Froogle simply doesn't work\" / \u201cBa\u017cikament, Froogle ma ja\u0127dimx\u201d).", "Is-servizzi ta' tqabbil tax-xiri jiddependu, fil-bi\u010b\u010ba l-kbira, fuq it-traffiku sabiex ikunu kompetittivi.", "Iktar traffiku jwassal g\u0127al iktar klikkjaturi u ji\u0121\u0121enera iktar d\u0127ul.", "Barra minn hekk, iktar traffiku jattira wkoll iktar bejjieg\u0127a li jridu jni\u017c\u017clu l-prodotti tag\u0127hom b'servizz ta' tqabbil tax-xiri.", "Min\u0127abba l-po\u017cizzjoni dominanti ta' Google fit-tiftix \u0121enerali bl-internet, il-magna tat-tiftix tag\u0127ha hija sors importanti ta' traffiku g\u0127al servizzi ta' tqabbil tax-xiri.", "Mill-2008, Google bdiet timplimenta bidla fundamentali fl-istrate\u0121ija tag\u0127ha biex tpo\u0121\u0121i fuq quddiem is-servizz ta' tqabbil tax-xiri tag\u0127ha fis-swieq Ewropej.", "Din l-istrate\u0121ija kienet tiddependi fuq id-dominanza ta' Google fit-tiftix \u0121enerali bl-internet minflok fuq il-kompetizzjoni abba\u017ci ta' merti fis-swieq ta' tqabbil tax-xiri:", "B'ri\u017cultat ta' dan, is-servizz ta' tqabbil tax-xiri ta' Google huwa \u0127afna iktar vi\u017cibbli g\u0127all-konsumaturi fir-ri\u017cultati ta' tiftix ta' Google, filwaqt li s-servizzi ta' tqabbil tax-xiri tar-rivali huma \u0127afna inqas vi\u017cibbli.", "L-evidenza turi li l-konsumaturi jikklikkjaw \u0127afna iktar ta' spiss fuq ri\u017cultati li huma iktar vi\u017cibbli, ji\u0121ifieri, fuq ir-ri\u017cultati li huma kklassifikati f'po\u017cizzjoni og\u0127la fir-ri\u017cultati ta' tiftix ta' Google.", "Anke fuq desktop, l-g\u0127axar ri\u017cultati ta' tiftix \u0121eneri\u010bi kklassifikati fl-og\u0127la post fuq l-ewwel pa\u0121na, flimkien \u0121eneralment jir\u010bievu madwar 95% tal-klikkjaturi kollha fir-ri\u017cultati ta' tiftix \u0121eneri\u010bi (bl-og\u0127la ri\u017cultat jir\u010bievi madwar 35% tal-klikkjaturi kollha).", "L-ewwel ri\u017cultat fuq it-tieni pa\u0121na tar-ri\u017cultati ta' tiftix \u0121eneri\u010bi ta' Google jir\u010bievi madwar 1% biss tal-klikkjaturi kollha.", "Dan ma jistax ji\u0121i spjegat biss mill-fatt li l-ewwel ri\u017cultat huwa iktar rilevanti g\u0127ax l-evidenza turi wkoll li \u010b-\u010baqliq tal-ewwel ri\u017cultat g\u0127at-tielet klassifikazzjoni jwassal g\u0127al tnaqqis fin-numru ta' klikkjaturi b'madwar 50%.", "L-effetti fuq il-mowbajls huma \u0127afna iktar enfassizzati min\u0127abba d-daqs tabil\u0127aqq i\u017cg\u0127ar tal-iskrijn.", "Dan ifisser li meta tat spazju prominenti lis-servizz ta' tqabbil tax-xiri tag\u0127ha biss u permezz tar-relegazzjoni tal-kompetituri tag\u0127ha, Google tat vanta\u0121\u0121 sinifikanti lis-servizz ta' tqabbil tax-xiri tag\u0127ha stess meta mqabbel ma' dawk tar-rivali.", "Ksur tar-regoli tal-antitrust tal-UE", "Il-prattiki ta' Google jammontaw g\u0127al abbu\u017c tal-po\u017cizzjoni dominanti ta' Google fir-rigward tat-tiftix \u0121enerali bl-internet billi jo\u0127onqu l-kompetizzjoni fis-swieq tat-tqabbil tax-xiri.", "B\u0127ala tali, id-dominanza fis-suq mhix illegali skont ir-regoli tal-antitrust tal-UE.", "Madankollu, il-kumpaniji dominanti g\u0127andhom responsabbilt\u00e0 spe\u010bjali biex ma jabbu\u017cawx mill-po\u017cizzjoni b'sa\u0127\u0127itha tag\u0127hom fis-suq billi jirrestrin\u0121u l-kompetizzjoni, la fis-suq fejn jiddominaw u lanqas fi swieq separati.", "Google introdu\u010biet din il-prattika fit-13-il pajji\u017c kollha ta\u017c-\u017bEE fejn Google implimentat is-servizz ta' tqabbil ta' xiri tag\u0127ha, fejn bdiet fl-2008 fil-\u0120ermanja u fir-Renju Unit.", "Sussegwentament, hija estendiet il-prattika fi Franza f'Ottubru 2010, fl-Italja, fin-Netherlands, u fi Spanja f'Mejju 2011, fir-Repubblika \u010aeka fi Frar 2013 u fl-Awstrija, fil-Bel\u0121ju, fid-Danimarka, fin-Norve\u0121ja, fil-Polonja u fl-I\u017cvezzja f'Novembru 2013.", "L-effett tal-prattiki illegali ta' Google", "Il-prattiki illegali ta' Google kellhom impatt sinifikanti fuq il-kompetizzjoni bejn is-servizz ta' tqabbil ta' xiri ta' Google u s-servizzi rivali.", "Huma ppermettew li s-servizz tat-tqabbil ta' xiri ta' Google jag\u0127mlu gwadanni sinifikanti fit-traffiku g\u0127as-spejje\u017c tar-rivali tag\u0127ha u g\u0127ad-detriment tal-konsumaturi Ewropej.", "Min\u0127abba l-po\u017cizzjoni dominanti ta' Google fit-tiftix \u0121enerali bl-internet, il-magna tat-tiftix tag\u0127ha hija sors importanti ta' traffiku.", "B'ri\u017cultat tal-prattiki illegali ta' Google, it-traffiku g\u0127as-servizz tat-tqabbil ta' xiri ta' Google \u017cdied, filwaqt li r-rivali \u0121arrbu telf sinifikanti \u0127afna ta' traffiku fuq ba\u017ci dewwiema.", "Flimkien mas-sejbiet l-o\u0127ra tal-Kummissjoni, dan juri li l-prattiki ta' Google \u0127onqu l-kompetizzjoni abba\u017ci tal-merti fis-swieq ta' tqabbil ta' xiri u li g\u0127alhekk \u010ba\u0127du lill-konsumaturi Ewropej minn g\u0127a\u017cla u innovazzjoni \u0121enwini.", "Evidenza mi\u0121bura", "Fit-te\u0127id tad-De\u010bi\u017cjoni tag\u0127ha, il-Kummissjoni \u0121abret u analizzat b'mod komprensiv xelta wiesg\u0127a ta' evidenza, inklu\u017ci:", "1) dokumenti kontemporanji kemm ming\u0127and Google kif ukoll ming\u0127and parte\u010bipanti o\u0127ra fis-suq;", "2) kwantitajiet sinifikanti \u0127afna ta' dejta mid-dinja f'\u0127in reali, inklu\u017c 5.2 Terabytes ta' ri\u017cultati ta' tiftix attwali minn Google (madwar 1.7 biljun talba ta' tiftix);", "3) esperimenti u st\u0127arri\u0121 li janalizzaw, b'mod partikolari, l-impatt tal-vi\u017cibbilt\u00e0 fir-ri\u017cultati tat-tiftix dwar l-im\u0121iba tal-konsumaturi u r-rati \u201cclick-through\u201d;", "4) dejta finanzjarja u dejta dwar it-traffiku li jispjegaw l-importanza kummer\u010bjali tal-vi\u017cibbilt\u00e0 fir-ri\u017cultati tat-tiftix ta' Google u l-impatt tar-relegazzjoni; u", "5) investigazzjoni estensiva tas-suq ta' klijenti u konsumaturi fis-swieq ikkon\u010bernati (il-Kummissjoni bag\u0127tet kwestjonarji lil bosta mijiet ta' kumpaniji).", "Konsegwenzi tad-De\u010bi\u017cjoni", "Il-multa tal-Kummissjoni ta' \u20ac2 424 495 000 tqis it-tul u l-gravit\u00e0 tal-ksur.", "Skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni tal-2006 dwar il-multi (ara l-istqarrija g\u0127all-istampa u l-MEMO), il-multa \u0121iet ikkalkolata abba\u017ci tal-valur tad-d\u0127ul ta' Google mis-servizz ta' tqabbil tax-xiri fit-13-il pajji\u017c ta\u017c-\u017bEE ikkon\u010bernati.", "Id-De\u010bi\u017cjoni tal-Kummissjoni tirrikjedi li Google twaqqaf l-im\u0121iba illegali tag\u0127ha fi \u017cmien 90 jum mit-te\u0127id tad-De\u010bi\u017cjoni u li toqg\u0127od lura minn kwalunkwe mi\u017cura li g\u0127andha mira jew effett li huma l-istess jew ekwivalenti.", "B'mod partikolari, id-De\u010bi\u017cjoni tordna lil Google biex tikkonforma mal-prin\u010bipju sempli\u010bi fejn g\u0127andha tag\u0127ti trattament ugwali lis-servizzi rivali ta' tqabbil tax-xiri u lis-servizz tag\u0127ha:", "Google g\u0127andha tapplika l-istess pro\u010bessi u metodi biex tippo\u017cizzjona u turi s-servizzi tat-tqabbil ta' tiftix tar-rivali fil-pa\u0121ni tat-tiftix tal-Google li tu\u017ca hi g\u0127as-servizz ta' tqabbil tax-xiri tag\u0127ha stess.", "Hija r-responsabbilt\u00e0 unika ta' Google li ti\u017cgura l-konformit\u00e0 u hija Google li trid tispjega kif be\u0127siebha tag\u0127mel dan.", "Tkun xi tkun l-g\u0127a\u017cla ta' Google, il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib il-konformit\u00e0 ta' Google u Google hija ta\u0127t l-obbligu li dejjem tg\u0127arraf lill-Kummissjoni bl-azzjonijiet tag\u0127ha (inizjalment fi \u017cmien 60 jum mid-De\u010bi\u017cjoni, segwit minn rapporti perjodi\u010bi).", "Jekk Google tonqos milli tikkonforma mad-De\u010bi\u017cjoni tal-Kummissjoni, hija tin\u017camm responsabbli g\u0127al pagamenti ta' nuqqas ta' konformit\u00e0 sa 5% tal-fatturat medju globali ta' kuljum ta' Alphabel, il-kumpanija omm ta' Google.", "Il-Kummissjoni jkollha tiddetermina tali nuqqas fil-konformit\u00e0 f'de\u010bi\u017cjoni separata, bi kwalunkwe pagament retroattiv g\u0127al meta beda n-nuqqas ta' konformit\u00e0.", "Finalment, Google hija responsabbli li taffa\u010b\u010bja azzjonijiet \u010bivili g\u0127al danni li jistg\u0127u jer\u0121g\u0127u jitressqu quddiem il-qrati tal-Istati Membri minn kwalunkwe persuna jew negozju affettwati mill-im\u0121iba antikompetittiva tag\u0127ha.", "Id-Direttiva l-\u0121dida tal-UE dwar id-Danni fi kwistjonijiet relatati mal-antitrust tag\u0127milha iktar fa\u010bli g\u0127all-vittmi ta' prattiki antikompetittivi biex jakkwistaw danni.", "Ka\u017cijiet o\u0127ra ta' Google", "Il-Kummissjoni di\u0121\u00e0 waslet g\u0127all-konklu\u017cjoni preliminari li Google abbu\u017cat minn po\u017cizzjoni dominanti f'\u017cew\u0121 ka\u017cijiet o\u0127ra li g\u0127adhom qed ji\u0121u investigati.", "Dawn jikkon\u010bernaw:", "1) is-sistema operattiva Android, fejn il-Kummissjoni hija kkon\u010bernata li Google \u0127onqot l-g\u0127a\u017cla u l-innovazzjoni f'xelta ta' applikazzjonijiet tal-mowbajl u servizzi billi applikat strate\u0121ija globali fuq apparat mobbli biex tipprote\u0121i u tkabbar il-po\u017cizzjoni dominanti tag\u0127ha fit-tiftix \u0121enerali bl-internet; u", "2) AdSense, fejn il-Kummissjoni hija kkon\u010bernata li Google naqqset l-g\u0127a\u017cla billi \u017cammet lill-websajts ta' terzi partijiet milli jag\u0127mlu riklami fit-tiftix g\u0127all-kompetituri tal-Google.", "Il-Kummissjoni qed tkompli te\u017camina wkoll it-trattament ta' Google fir-ri\u017cultati ta' tiftix ta' servizzi spe\u010bjalizzati o\u0127rajn tat-tiftix ta' Google.", "Id-De\u010bi\u017cjoni tal-lum hija pre\u010bedent li tistabbilixxi l-qafas g\u0127all-valutazzjoni tal-legalit\u00e0 ta' dan it-tip ta' im\u0121iba.", "Fl-istess waqt, ma tissostitwix il-\u0127tie\u0121a g\u0127al anali\u017ci spe\u010bifika g\u0127all-ka\u017c biex ji\u0121u kkunsidrati l-karatteristi\u010bi spe\u010bifi\u010bi ta' kull suq.", "Sfond", "Ara wkoll l-Iskeda informattiva.", "Id-De\u010bi\u017cjoni tal-lum hija indirizzata lil Google Inc. U lil Alphabet Inc., il-kumpanija omm ta' Google.", "L-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 54 tal-Ftehim \u017bEE jipprojbixxu l-abbu\u017c ta' po\u017cizzjoni dominanti.", "Id-De\u010bi\u017cjoni tal-lum ssegwi \u017cew\u0121 Dikjarazzjonijiet ta' O\u0121\u0121ezzjonijiet li ntbag\u0127tu lil Google f'April 2015 u f'Lulju 2016.", "Tista' ssib aktar informazzjoni fis-sit web tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni, fir-re\u0121istru tal-ka\u017ci pubbli\u010bi bin-numru tal-ka\u017c 39740."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_18_5641", "title": "L-Istat tal-Unjoni Ewropea 2018: Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex jintemmu l-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PRESIDENCY,TRANSPORT", "date": "Tue, 11 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex jintemmu l-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121", "G\u0127aliex il-\u0127in tas-sajf/tax-xitwa huwa armonizzat fil-livell tal-UE?", "\u0126afna mill-Istati Membri tal-UE g\u0127andhom tradizzjoni twila tal-arran\u0121amenti tal-\u0127in tas-sajf, li bosta minnhom imorru lura g\u0127all-Ewwel u t-Tieni Gwerra Dinjija jew g\u0127all-kri\u017ci ta\u017c-\u017cejt fis-sebg\u0127inijiet.", "Storikament, l-Istati Membri introdu\u010bew il-bidliet fl-arlo\u0121\u0121 biex jiffrankaw l-ener\u0121ija (l-aktar fa\u0127am g\u0127all-produzzjoni tal-elettriku) u biex ji\u0121u jaqblu mal-pajji\u017ci \u0121irien tag\u0127hom.", "Madankollu, id-data li fiha kienu jinbidlu l-arlo\u0121\u0121i kienet tkun differenti f'pajji\u017ci differenti.", "Dan kien sors ta' problemi fis-suq intern, b'mod partikolari g\u0127as-setturi tat-trasport u tal-ener\u0121ija, li kienu jirri\u017cultaw minn applikazzjoni mhux ikkoordinata ta' bidliet fl-arlo\u0121\u0121 (jiem diver\u0121enti) matul is-sena.", "Il-mi\u017curi Ewropej \u0121ew introdotti gradwalment biex jarmonizzaw id-data tal-bidla, sakemm wasslu g\u0127ad-Direttiva 2000/84/KE, attwalment fis-se\u0127\u0127.", "X'inhi s-sitwazzjoni fil-bqija tad-dinja?", "Madwar id-dinja, l-arran\u0121amenti g\u0127all-\u0127in tas-sajf huma osservati f'madwar 60 pajji\u017c, l-aktar fl-Amerka ta' Fuq u fl-O\u010beanja.", "G\u0127add li qed ji\u017cdied ta' \u0121irien jew ta' s\u0127ab kummer\u010bjali tal-UE g\u0127a\u017clu jew li ma japplikawx l-arran\u0121amenti g\u0127all-\u0127in tas-sajf jew li jabolixxuhom: Dawn l-e\u017cempji jinkludu l-I\u017clanda, i\u010b-\u010aina (1991-), ir-Russja (2011-), il-Belarussja (2011-) u l-aktar re\u010benti t-Turkija (2016-).", "G\u0127alfejn il-Kummissjoni qieg\u0127da tippre\u017centa din il-proposta?", "Il-Kummissjoni po\u0121\u0121iet l-arran\u0121amenti dwar il-\u0127in tas-sajf fuq l-a\u0121enda politika g\u0127aliex il-Kummissjoni Juncker weg\u0127det li tie\u0127u azzjoni kbira fuq il-kwistjonijiet il-kbar, filwaqt li t\u0127alli f'idejn l-Istati Membri li jie\u0127du d-de\u010bi\u017cjonijiet fejn jinsabu fl-a\u0127jar po\u017cizzjoni biex je\u0127duhom.", "Wara valutazzjoni tal-arran\u0121ament attwali dwar il-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121, fejn ir-regolament tal-UE jimponi l-bidliet fl-arlo\u0121\u0121 kull sitt xhur, il-Kummissjoni kkonkludiet li, filwaqt li ti\u0121i evitata l-frammentazzjoni, l-Istati Membri huma fl-a\u0127jar po\u017cizzjoni biex jidde\u010biedu jekk iridux i\u017commu l-\u0127in permanenti tas-sajf jew tax-xitwa.", "Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni qieset g\u0127add ta' elementi, b\u0127al pere\u017cempju, il-vot mill-Parlament Ewropew ta' ri\u017coluzzjoni dwar dan is-su\u0121\u0121ett fi Frar 2018, it-talbiet minn \u010berti Stati Membri tal-UE, anali\u017ci tal-evidenza disponibbli kif ukoll konsultazzjoni pubblika li saret mill-Kummissjoni bejn l-4 ta' Lulju u s-16 ta' Awwissu 2018.", "Din il-konsultazzjoni r\u010beviet 4.6 miljun twe\u0121iba mit-28 Stat Membru kollha, l-akbar g\u0127add ta' twe\u0121ibiet li qatt ir\u010beviet il-Kummissjoni fi kwalunkwe konsultazzjoni pubblika.", "Skont ir-ri\u017cultati finali, 84 % ta' dawk li wie\u0121bu kienu favur li jitne\u0127\u0127ew il-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121.", "Dawn l-elementi kollha wasslu lill-Kummissjoni biex illum tipproponi li l-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121 ma jibqg\u0127ux isiru, filwaqt li jin\u017camm appro\u010b\u010b ikkoordinat sabiex ji\u0121i ssalvagwardjat il-funzjonament tas-Suq Intern.", "X'qieg\u0127da tipproponi l-Kummissjoni?", "Il-Kummissjoni qieg\u0127da tipproponi li jintemmu l-bidliet tal-arlo\u0121\u0121 ta' darbtejn fis-sena fl-UE fl-2019.", "Dan i\u0121ib fit-tmiem il-prattika tal-bdil tal-arlo\u0121\u0121 b'sieg\u0127a 'l quddiem f'Marzu u b'sieg\u0127a lura f'Ottubru.", "Sabiex ti\u0121i evitata kwalunkwe frammentazzjoni fis-suq intern, l-Istati Membri se jkollhom jidde\u010biedu jekk iridux i\u017commu l-\u0127in permanenti tas-sajf jew tax-xitwa.", "Huma se jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea bid-de\u010bi\u017cjoni tag\u0127hom.", "Wara dan, mhux ser ikunu jistg\u0127u japplikaw il-bidliet sta\u0121onali fl-arlo\u0121\u0121.", "L-Istati Membri se jibqg\u0127u \u0127ielsa li jidde\u010biedu liema \u017cona tal-\u0127in g\u0127andha tapplika fit-territorji tag\u0127hom.", "Il-Kummissjoni qieg\u0127da tipproponi \u0127in permanenti tas-sajf/tax-xitwa fl-Unjoni Ewropea kollha?", "Le.", "Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija li jintemmu l-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121 b'mod ikkordinat.", "Id-de\u010bi\u017cjoni li ji\u0121i applikat il-\u0127in permanenti tas-sajf jew tax-xitwa se tittie\u0127ed minn kull Stat Membru.", "Hemm xewqa li l-Istati Membri jie\u0127du d-de\u010bi\u017cjonijiet tag\u0127hom dwar il-\u0127in standard li kull wie\u0127ed minnhom se japplika mill-2019 'il quddiem b'mod ikkoordinat.", "G\u0127aliex xi Stati Membri ma jistg\u0127ux jibqg\u0127u japplikaw il-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121 jekk jixtiequ jag\u0127mlu dan?", "Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija li jintemmu b'mod ikkoordinat il-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121 fl-Unjoni Ewropea kollha.", "Fi kliem ie\u0127or, l-Istati Membri mhux se j\u017commu l-arran\u0121amenti nazzjonali tal-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121.", "L-g\u0127an huwa li ji\u0121i ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u ji\u0121u evitati interruzzjonijiet b'xi azzjoni mhux ikkoordinata.", "Dan jinkludi interruzzjoni potenzjali fl-iskedar tal-operazzjonijiet tat-trasport u l-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, spejje\u017c og\u0127la g\u0127all-kummer\u010b transfruntier, jew produttivit\u00e0 aktar baxxa g\u0127all-o\u0121\u0121etti u s-servizzi.", "Re\u0121im armonizzat kontinwu \u2014 fejn l-Istati Membri kollha j\u0121ibu fit-tmiem il-bidliet tal-arlo\u0121\u0121 ta' darbtejn fis-sena \u2014 huwa g\u0127alhekk essenzjali.", "Kif u meta se ti\u0121i implimentata l-bidla proposta?", "Biex ikun hemm tran\u017cizzjoni bla xkiel, skont il-proposta tal-Kummissjoni kull Stat Membru se jinnotifika sa April 2019 jekk g\u0127andux il-\u0127sieb li japplika l-\u0127in permanenti tas-sajf jew tax-xitwa.", "Dan g\u0127andu ji\u0121i bba\u017cat fuq koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, fuq konsultazzjonijiet u valutazzjonijiet possibbli fil-livell nazzjonali u Ewropew.", "L-a\u0127\u0127ar bidla obbligatorja g\u0127all-\u0127in tas-sajf se ssir nhar il-\u0126add, il-31 ta' Marzu 2019.", "Wara dan, l-Istati Membri li jixtiequ jer\u0121g\u0127u lura b'mod permanenti g\u0127all-\u0127in tax-xitwa xorta jkunu jistg\u0127u jag\u0127mlu l-a\u0127\u0127ar bidla sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121 nhar il-\u0126add, is-27 ta' Ottubru 2019.", "Wara dik id-data, il-bidliet sta\u0121onali mhux se jibqg\u0127u possibbli.", "Din il-kronolo\u0121ija hija bil-kundizzjoni li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw il-proposta tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn Marzu 2019.", "X'se jkunu l-benefi\u010b\u010bji meta jintemmu l-arran\u0121amenti attwali g\u0127all-bdil tal-arlo\u0121\u0121i?", "I\u010b-\u010bittadini mhux se jkollhom g\u0127alfejn i\u0127abblu rashom aktar dwar l-a\u0121\u0121ustament tal-arlo\u0121\u0121i tag\u0127hom.", "Il-bidliet kienu sors ta' konfu\u017cjoni, peress li mhux minnu nnifsu evidenti meta u f'liema direzzjoni l-arlo\u0121\u0121i g\u0127andhom jinbidlu.", "Dawk li wie\u0121bu g\u0127all-konsultazzjoni pubblika indikaw ukoll impatti negattivi fuq is-sa\u0127\u0127a, aktar in\u010bidenti fit-toroq u nuqqas ta' ffrankar tal-ener\u0121ija b\u0127ala motivazzjonijiet biex jintemm il-bdil tal-arlo\u0121\u0121.", "Meta tintemm din is-sistema, il-\u0121isem tal-bniedem ukoll ma jibqax ikollu jadatta g\u0127at-tibdil fil-\u0127in.", "Dan ser ikun ta' benefi\u010b\u010bju g\u0127an-negozji peress li ma jkollhomx b\u017conn ja\u0121\u0121ustaw ru\u0127hom g\u0127all-bidliet fl-arlo\u0121\u0121.", "L-arran\u0121amenti l-\u0121odda se jiffa\u010bilitaw l-ippjanar fis-setturi tal-ener\u0121ija u t-trasport (pere\u017cempju, g\u0127all-ferroviji ta' matul il-lejl) u jissimplifikaw l-applikazzjonijiet ibba\u017cati fuq il-\u0127in.", "Minkejja li l-iffrankar \u0121enerali tal-ener\u0121ija kien wie\u0127ed mill-motivazzjonijiet ewlenin tal-arran\u0121amenti attwali, l-evidenza tissu\u0121\u0121erixxi li llum l-iffrankar tal-ener\u0121ija mit-tibdil tal-arlo\u0121\u0121i huwa limitat.", "Liema \u017coni tal-\u0127in se japplikaw fl-UE?", "B\u0127alissa hemm tliet \u017coni tal-\u0127in standard fl-UE: Il-\u0126in tal-Ewropa tal-Punent (l-Irlanda, il-Portugall, ir-Renju Unit), il-\u0126in tal-Ewropa \u010aentrali (17-il Stat Membru) u l-\u0126in tal-Ewropa tal-Lvant (il-Bulgarija, \u010aipru, l-Estonja, il-Finlandja, il-Gre\u010bja, il-Latvja, il-Litwanja u r-Rumanija).", "L-Istati Membri li jag\u0127\u017clu li j\u017commu l-\u0127in permanenti tas-sajf awtomatikament se ji\u010b\u010baqalqu g\u0127a\u017c-\u017cona tal-\u0127in li jmiss (il-\u0127in standard + sieg\u0127a).", "Barra minn hekk, l-Istati Membri se jibqg\u0127u liberi li jag\u0127mlu bidliet fil-\u0127in standard tag\u0127hom li ma jkunux marbuta ma' bidliet sta\u0121onali.", "Il-proposta tipprevedi li l-Kummissjoni ti\u0121i nnotifikata bi kwalunkwe bidla li ssir fi\u017c-\u017cona tal-\u0127in 6-il xahar bil-quddiem \u2014 biex tippermetti li jsir kwalunkwe a\u0121\u0121ustament g\u0127al sistemi bba\u017cati fuq il-\u0127in.", "Dwar xiex kienet il-konsultazzjoni pubblika?", "Il-parte\u010bipanti \u0121ew mistiedna jaqsmu l-esperjenzi \u0121enerali tag\u0127hom tal-bdil tal-arlo\u0121\u0121, il-preferenza tag\u0127hom bejn i\u017c-\u017cew\u0121 alternattivi (is-sistema tibqa' kif inhi jew titne\u0127\u0127a g\u0127all-UE kollha), u l-fehma tag\u0127hom dwar jekk il-bdil attwali g\u0127andux jitne\u0127\u0127a g\u0127alkollox, u jekk jippreferux li j\u017commu l-\u0127in tas-sajf jew inkella l-\u0127in tax-xitwa.", "I\u010b-\u010bittadini Ewropej u l-partijiet ikkon\u010bernati \u0121ew mistiedna jaqsmu l-fehmiet tag\u0127hom billi jimlew dan il-kwestjonarju online (disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE) bejn l-4 ta' Lulju u s-16 ta' Awwissu.", "Fejn nista' nikkonsulta r-ri\u017cultati finali tal-konsultazzjoni?", "Din il-konsultazzjoni online r\u010beviet 4.6 miljun twe\u0121iba mit-28 Stat Membru kollha, l-akbar g\u0127add ta' twe\u0121ibiet li qatt ir\u010beviet il-Kummissjoni fi kwalunkwe konsultazzjoni pubblika.", "84 % ta' dawk li wie\u0121bu qalu li huma favur li tintemm il-bidla tal-arlo\u0121\u0121 ta' darbtejn fis-sena.", "Sar rapport fil-qosor aktar dettaljat u \u0121ie tradott fil-lingwi kollha tal-UE.", "Huwa disponibbli hawnhekk.", "Aktar informazzjoni", "Is-sit web dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea 2018 https://ec.europa.eu/commission/priorities/state-union-speeches/state-union-2018_mt", "Is-subpa\u0121na dwar il-Bidliet Sta\u0121onali tal-Arlo\u0121\u0121 https://ec.europa.eu/commission/priorities/state-union-speeches/state-union-2018/state-union-2018-changes-summertime_mt", "Stqarrija g\u0127all-istampa: L-Istat tal-Unjoni 2018: Il-Kummissjoni tipproponi li jintemmu l-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121", "Ir-rapport finali tal-konsultazzjoni pubblika"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5702", "title": "L-Istat tal-Unjoni 2018: Lejn \"Alleanza \u0121dida bejn l-Afrika u l-Ewropa\" biex tapprofondixxi r-relazzjonijiet ekonomi\u010bi u tag\u0127ti spinta lill-investiment u l-impjiegi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DEVEL,HREXTRELS", "date": "Tue, 11 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum qed tipproponi \u201cAlleanza \u0121dida Afrika - Ewropa g\u0127al investiment sostenibbli u impjiegi\u201d.", "Fit-12 ta' Settembru, fl-okka\u017cjoni tad-diskors tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President Jean-Claude Juncker qal: \u201cL-Afrika ma g\u0127andhiex b\u017conn ta' karit\u00e0, hija te\u0127tie\u0121 s\u0127ubija veritiera u \u0121usta.", "U a\u0127na, l-Ewropej ne\u0127tie\u0121u din is-s\u0127ubija daqstant.", "Illum, qed nipproponu Alleanza \u0121dida g\u0127al investiment sostenibbli u impjiegi bejn l-Ewropa u l-Afrika.", "Din l-Alleanza, kif qed narawha a\u0127na, g\u0127andha tg\u0127in biex jin\u0127olqu sa 10 miljun impjieg fl-Afrika, biss biss fil-5 snin li \u0121ejjin.", "Nemmen li g\u0127andna ni\u017cviluppaw l-g\u0127add numeru\u017c ta' ftehimiet kummer\u010bjali bejn l-UE u l-Afrika g\u0127al ftehim ta' kummer\u010b \u0127ieles minn kontinent g\u0127all-ie\u0127or, b\u0127ala s\u0127ubija ekonomika bejn l-ugwali.\u201d", "Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi \u201cAlleanza \u0121dida Afrika-Ewropa g\u0127al Investiment Sostenibbli u Impjiegi\u201d sabiex i\u017c\u017cid b'mod sostanzjali l-investiment fl-Afrika, issa\u0127\u0127a\u0127 il-kummer\u010b, to\u0127loq l-impjiegi, u tinvesti fl-edukazzjoni u l-\u0127iliet.", "Il-pakkett tal-lum jibni fuq l-impenji me\u0127uda matul is-Summit bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea li sar f'Novembru tas-sena li g\u0127addiet f'Abidjan, fejn i\u017c-\u017cew\u0121 kontinenti qablu li jsa\u0127\u0127u s-s\u0127ubija tag\u0127hom.", "Huwa jistabbilixxi elementi ewlenin ta' azzjoni g\u0127al a\u0121enda ekonomika aktar b'sa\u0127\u0127itha g\u0127all-UE u g\u0127as-s\u0127ab Afrikani tag\u0127ha.", "Ir-Rappre\u017cenant G\u0127oli/Vi\u010bi President Federica Mogherini qalet: \u201cL-Ewropa u l-Afrika jikkondividu \u0127afna mill-istess interessi: it-tnejn li a\u0127na rridu Afrika aktar b'sa\u0127\u0127itha \u2014 b'impjiegi ta' kwalit\u00e0 g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127, titjib tal-klima tan-negozju, u pa\u010bi u sigurt\u00e0 g\u0127al kul\u0127add.", "F'dawn is-snin di\u0121\u00e0 bdejna nibnu s\u0127ubija reali bejn partijiet ugwali mal-Afrika.", "A\u0127na di\u0121\u00e0 s\u0127ab politi\u010bi b'sa\u0127\u0127ithom, il-pass li jmiss huwa li nkunu msie\u0127ba ekonomi\u010bi u li napprofondixxu r-relazzjonijiet kummer\u010bjali u ta' investiment tag\u0127na.", "Irridu nag\u0127tu li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 opportunitajiet biex jil\u0127qu l-aspirazzjonijiet tag\u0127hom.", "It-tis\u0127i\u0127 tal-investiment responsabbli fl-Afrika huwa xi \u0127a\u0121a li minnha jirba\u0127 kul\u0127add.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-Kooperazzjoni u l-I\u017cvilupp Internazzjonali, Neven Mimica, qal: \u201cDin l-Alleanza hija dwar l-i\u017cblukkar tal-investiment privat u l-esplorazzjoni tal-opportunitajiet enormi li jistg\u0127u jipprodu\u010bu benefi\u010b\u010bji g\u0127al ekonomiji Afrikani u Ewropej.", "Hija dwar it-tis\u0127i\u0127 tas-s\u0127ubija tag\u0127na u l-appo\u0121\u0121 tag\u0127na g\u0127all-inizjattivi Afrikani b\u0127a\u017c-\u017bona ta' Kummer\u010b \u0126ieles Kontinentali.\u201d", "Il-proposta tal-lum turi impenn biex tissa\u0127\u0127a\u0127 is-S\u0127ubija Afrika-UE u tiddeskrivi serje ta' azzjonijiet ewlenin li jinkludu:", "Ri\u017cultati mistennija", "L-Alleanza se twassal g\u0127al ri\u017cultati konkreti b\u0127al pere\u017cempju l-\u0127olqien ta' massimu ta' 10 miljun impjieg fil-5 snin li \u0121ejjin.", "Bl-appo\u0121\u0121 finanzjarju tal-UE mobilizzat sal-2020:", "Konsultazzjoni u djalogu mal-imsie\u0127ba Afrikani se ji\u0121u organizzati fix-xhur li \u0121ejjin biex jiddefinixxu flimkien il-prijoritajiet u jie\u0127du azzjoni ulterjuri.", "L-Alleanza se tqis id-diversit\u00e0 madwar il-kontinent Afrikan u l-ispe\u010bifi\u010bitajiet ta' kull pajji\u017c, inklu\u017ci r-relazzjonijiet kuntrattwali tal-pajji\u017ci tal-Afrika ta' Fuq permezz tal-Ftehimiet ta' Asso\u010bjazzjoni tag\u0127hom u tal-esperjenza tag\u0127hom ta' kooperazzjoni mal-UE permezz tal-Politika Ewropea tal-Vi\u010binat.", "Sfond", "Il-proposta tal-Kummissjoni g\u0127al \u201cAlleanza Afrika-Ewropa g\u0127al Investiment Sostenibbli u Impjiegi\u201d hija parti minn pakkett li jinkludi wkoll proposta dwar arkitettura finanzjarja aktar effi\u010bjenti g\u0127al investiment barra mill-Unjoni Ewropea, li se tappo\u0121\u0121a wkoll l-investiment fl-Afrika.", "Ta\u0127t it-tmexxija tal-President Juncker, l-UE qieg\u0127da ssa\u0127\u0127a\u0127 is-s\u0127ubija tag\u0127ha mal-Afrika, anki, b'g\u0127odod innovattivi \u0121odda, flimkien mal-istrumenti ta' kooperazzjoni tradizzjonali, notevolment il-Pjan ta' Investiment Estern li huwa verament ambizzju\u017c.", "L-UE hija l-eqreb \u0121ar tal-Afrika u l-akbar investitur, is-sie\u0127eb prin\u010bipali g\u0127all-kummer\u010b u l-i\u017cvilupp u fornitur ewlieni tas-sigurt\u00e0.", "L-UE qed tipprovdi EUR 31 biljun f'G\u0127ajnuna Uffi\u010bjali g\u0127all-I\u017cvilupp lill-Afrika bejn l-2014 u l-2020 biex tag\u0127ti spinta lill-ekonomija tal-Afrika sabiex i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fil-kontinent ikollhom opportunit\u00e0 jibnu futur, ti\u0121i \u017cgurata s-sigurt\u00e0 tal-ikel u l-a\u010b\u010bess g\u0127all-ener\u0121ija, u sabiex ji\u0121u ankrati l-governanza tajba u r-rispett g\u0127ad-drittijiet tal-bniedem.", "L-Istati Membri tal-UE kellhom stokk ta' investiment ta' EUR 291 biljun fl-2016, li jag\u0127mel lill-UE l-akbar investitur fl-Afrika.", "Barra minn hekk, l-UE toffri a\u010b\u010bess \u0127ieles g\u0127as-suq tal-UE permezz tal-Ftehim ta' S\u0127ubija Ekonomika, inklu\u017ci Ftehimiet ta' Kummer\u010b \u0126ieles inklu\u017c \u017boni ta' Kummer\u010b \u0127ieles approfonditi u komprensivi mal-pajji\u017ci tal-Afrika ta' Fuq u l-iskema Kollox \u0126lief Armi mal-pajji\u017ci Afrikani.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5709", "title": "L-Istat tal-Unjoni 2018: Il-Kummissjoni tipproponi li jintemmu l-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PRESIDENCY,TRANSPORT", "date": "Tue, 11 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tipproponi li jintemmu l-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121.", "Fit-12 ta' Settembru 2018, fl-okka\u017cjoni tad-Diskors tieg\u0127u tal-Istat tal-Unjoni, il-President Jean-Claude Juncker qal: \u201cA\u0127na kollna kemm a\u0127na ng\u0127idu fid-diskorsi sbie\u0127 tag\u0127na li rridu nkunu b'sa\u0127\u0127itna fi kwistjonijiet kbar u inqas b'sa\u0127\u0127itha fuq kwistjonijiet \u017cg\u0127ar.", "I\u017cda \u0127add ma j\u010bap\u010bap meta l-li\u0121i tal-UE tiddetta li l-Ewropej jridu jmexxu l-arlo\u0121\u0121 darbtejn f'sena.", "Illum il-Kummissjoni qed tipproponi li dan jinbidel.", "Il-bidliet tal-arlo\u0121\u0121 iridu jieqfu.", "Huma l-Istati Membri li jridu jidde\u010biedu jekk i\u010b-\u010bittadini g\u0127andhomx jg\u0127ixu bil-\u0127in tas-sajf jew tax-xitwa.", "Hija kwistjoni ta' sussidjarjet\u00e0.", "Jien qed nistenna li l-Parlament u l-Kunsill se jaqsmu din l-opinjoni u jsibu soluzzjonijiet li jiffunzjonaw g\u0127as-suq intern tag\u0127na.", "M'g\u0127andiex aktar \u017cmien.\u201d", "Illum il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li fl-2019 jintemmu l-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121 fl-Ewropa, u li l-Istati Membri jing\u0127ataw il-libert\u00e0 jidde\u010biedu darba g\u0127al dejjem jekk iridux japplikaw b'mod permanenti il-\u0127in tas-sajf jew tax-xitwa.", "Il-proposta le\u0121i\u017clattiva g\u0127andha l-g\u0127an li ti\u017cgura li kwalunkwe bidla ssir b'mod ikkoordinat bejn il-pajji\u017ci \u0121irien sabiex ji\u0121i ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u ti\u0121i evitata l-frammentazzjoni, li jista' jkun hemm jekk xi Stati Membri j\u017commu l-arran\u0121amenti ta' bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121 filwaqt li o\u0127rajn ikomplu g\u0127addejjin ming\u0127ajrhom.", "Il-Kummissarju tal-UE g\u0127at-Trasport, Violeta Bulc qalet: \u201cQed niipproponu li mis-sena li jmiss jintemmu l-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121.", "Din l-iskeda ambizzju\u017ca \u0127afna se tippermetti li\u010b-\u010bittadini li jie\u0127du l-benefi\u010b\u010bji ming\u0127ajr dewmien.", "Issa qeg\u0127din nistiednu lill-Istati Membri u lin-negozji biex jag\u0127mlu t-t\u0127ejjijiet me\u0127tie\u0121a biex ji\u017cguraw appro\u010b\u010b koordinat fl-UE kollha.\u201d", "Il-proposta tal-Kummissjoni:", "Il-proposta tal-lum hija e\u017cempju ie\u0127or tal-Kummissjoni Juncker li tkun b'sa\u0127\u0127itha fi kwistjonijiet kbar, u li t\u0127alli f'idejn l-Istati Membri sabiex jie\u0127du de\u010bi\u017cjonijiet fejn dawn jinsabu fl-a\u0127jar po\u017cizzjoni biex jag\u0127mlu dan.", "Kif u meta dawn il-bidliet se jsiru effettivi?", "Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea issa se tg\u0127addi g\u0127and il-Parlament Ewropew u l-Kunsill g\u0127all-qbil tag\u0127hom.", "Biex ikun hemm tran\u017cizzjoni bla xkiel, skont il-proposta tal-Kummissjoni sa April 2019 kull Stat Membru g\u0127andu jinnotifika jekk ikollu l-\u0127sieb li japplika l-\u0127in tas-sajf jew tax-xitwa permanenti.", "L-a\u0127\u0127ar bidla obbligatorja g\u0127all-\u0127in tas-sajf se ssir nhar il-\u0126add, il-31 ta' Marzu 2019.", "Wara dan, l-Istati Membri li jixtiequ jer\u0121g\u0127u lura g\u0127all-\u0127in tax-xitwa b'mod permanenti xorta jkunu jistg\u0127u jag\u0127mlu l-a\u0127\u0127ar bidla sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121 nhar il-\u0126add, is-27 ta' Ottubru 2019.", "Wara dik id-data, il-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121 ma jkunux iktar possibbli.", "Din il-kronolo\u0121ija hija bil-kundizzjoni li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw il-proposta tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn Marzu 2019.", "G\u0127aliex il-Kummissjoni qed tipproponi din il-bidla?", "Fis-seklu li g\u0127adda, il-pajji\u017ci Ewropej introdu\u010bew arran\u0121amenti tal-\u0127in tas-sajf biex jiffrankaw l-ener\u0121ija, partikolarment fi\u017c-\u017cminijiet ta' gwerra jew waqt il-kri\u017ci ta\u017c-\u017cejt tas-sebg\u0127inijiet.", "Fl-1980, l-Unjoni Ewropea bdiet gradwalment tadotta le\u0121i\u017clazzjoni li temmet l-iskedi diver\u0121enti tal-bidliet tal-arlo\u0121\u0121 nazzjonali.", "Madankollu, fl-2018, l-g\u0127an tal-bidliet tal-arlo\u0121\u0121 sar inqas rilevanti, bi studji li jissu\u0121\u0121erixxu li l-iffrankar tal-ener\u0121ija issa huwa mar\u0121inali u li kulma jmur i\u010b-\u010bittadini qed jilmentaw aktar dwar impatti negattivi fuq is-sa\u0127\u0127a.", "Fil-verit\u00e0, il-bidliet tal-arlo\u0121\u0121 kienu qed ji\u0121u ddubitati dejjem iktar mi\u010b-\u010bittadini, mill-Parlament Ewropew u minn numru ta' Stati Membri li kulma jmur qed ji\u017cdied.", "Wara talba li saret mill-Parlament Ewropew, u b\u0127ala parti minn valutazzjoni tal-arran\u0121amenti attwali, fis-sajf tal-2018 il-Kummissjoni g\u0127amlet konsultazzjoni pubblika li r\u010beviet 4.6 miljun twe\u0121ibiet, l-og\u0127la numru li qatt r\u010beviet kwalunkwe konsultazzjoni pubblika organizzata mill-Kummissjoni Ewropea.", "84 % ta' dawk li wie\u0121bu kienu favur li jintemmu l-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121.", "Fid-dawl ta' dawn il-punti, il-Kummissjoni Ewropea kkonkludiet li ma hemm ebda ra\u0121uni biex Brussell jibqa' jirregola l-bidliet sta\u0121onali tal-\u0127in u li l-Istati Membri g\u0127andhom ikunu liberi li jidde\u010biedu jekk iridux jibqg\u0127u fil-\u0127in tas-sajf inkella tax-xitwa u li jittrattaw il-kwistjoni fil-livell nazzjonali, skont il-prin\u010bipju tas-sussidjarjet\u00e0.", "Aktar informazzjoni", "Is-sit web tal-Istat tal-Unjoni Ewropea 2018", "Is-subpa\u0121na dwar il-Bidliet Sta\u0121jonali tal-Arlo\u0121\u0121", "Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex jintemmu l-bidliet sta\u0121onali tal-arlo\u0121\u0121", "Rapport finali tal-konsultazzjoni pubblika"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5682", "title": "L-Istat tal-Unjoni 2018: Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew imsa\u0127\u0127a\u0127 fil-\u0121lieda kontra t-terrori\u017cmu transfruntier", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,PRJUST,SECUUNION", "date": "Tue, 11 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew imsa\u0127\u0127a\u0127 fil-\u0121lieda kontra t-terrori\u017cmu transfruntier.", "Fit-12 ta' Settembru 2018, fl-okka\u017cjoni tad-Diskors tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President Jean-Claude Juncker qal: \u201cL-Ewropej bir-ra\u0121un jistennew li l-Unjoni tag\u0127hom i\u017c\u017commhom sikuri.", "Din hija r-ra\u0121uni l-g\u0127aliex illum il-Kummissjoni qed tipproponi regoli \u0121odda biex il-kontenut terroristiku jitne\u0127\u0127a minn fuq l-internet fi \u017cmien sieg\u0127a \u2014 il-perjodu kritiku li fih ssir l-akbar \u0127sara.", "Jen\u0127tie\u0121 li fl-Unjoni tag\u0127na nkunu nistg\u0127u nressqu quddiem il-\u0121ustizzja lit-terroristi b'mod aktar ikkoordinat.\u201d", "It-terroristi ma jafux fruntieri.", "A\u0127na m'g\u0127andniex insiru kompli\u010bi ming\u0127ajr ma nintebhu min\u0127abba n-nuqqas tag\u0127na sabiex nikkooperaw.\u201d", "B'segwitu tal-idea ppre\u017centata g\u0127all-ewwel darba mill-President Juncker fid-diskors tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni tas-sena l-o\u0127ra, illum il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li ssa\u0127\u0127a\u0127 l-Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew billi tag\u0127tih is-setg\u0127a ji\u0121\u0121ieled t-terrori\u017cmu transfruntier.", "G\u00fcnther H. Oettinger, il-Kummissarju g\u0127all-Ba\u0121it u r-Ri\u017corsi Umani, qal: \u201cIl-protezzjoni ta\u010b-\u010bittadini Ewropej mit-terrori\u017cmu hija l-objettiv primarju ta' Unjoni tas-Sigurt\u00e0 reali.", "L-Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, mg\u0127ammar bil-kompetenza biex ji\u0121\u0121ieled kontra r-reati terroristi\u010bi transfruntiera, se jippermetti lill-Istati Membri jikkoordinaw a\u0127jar il-\u0127idma tag\u0127hom f'dak li g\u0127andu x'jaqsam mal-investigazzjoni u mal-prosekuzzjoni ta' dawn ir-reati.", "Dan se jrendi lill-UE aktar effettiva fl-isforzi tag\u0127ha fil-\u0121lieda kontra t-terrori\u017cmu u se jwassal biex tissa\u0127\u0127a s-sigurt\u00e0 ta\u010b-\u010bittadini tag\u0127na kollha.\u201d", "V\u011bra Jourov\u00e1, il-Kummissarju g\u0127all-\u0120ustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-\u0120eneri, \u017ciedet tg\u0127id: \u201cIl-Programm il-\u0121did tal-Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, ladarba jkunu qed jit\u0127addem, se j\u0121ib bidla radikali fil-\u0121lieda kontra r-reati finanzjarji relatati ma' frodi fil-ba\u0121it tal-UE u fil-VAT.", "Qed na\u0127dem bla heda biex jitwaqqaf u jibda ja\u0127dem sa tmiem l-2020 u nistieden lill-Istati Membri kollha biex jissie\u0127bu.", "Illum, a\u0127na qed nissu\u0121\u0121erixxu li nsa\u0127\u0127u l-Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekuturi Pubbli\u010bi Ewropew li jista' wkoll isir g\u0127odda b'sa\u0127\u0127itha fil-\u0121lieda kontra t-terrori\u017cmu fl-UE.\u201d", "Reazzjoni Ewropea biex ti\u0121\u0121ieled a\u0127jar it-theddid terroristiku transfruntier", "L-Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew imsa\u0127\u0127a\u0127 se jtejjeb il-\u0121lieda kontra t-terrori\u017cmu billi jimla l-lakuni e\u017cistenti:", "Il-passi li jmiss", "Fid-dawl tas-Samit ta' Sibiu f'Mejju 2019, il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill Ewropew biex flimkien mal-Parlament Ewropew imexxi 'l quddiem din l-inizjattiva u jidde\u010biedi dwar l-estensjoni tal-kompetenzi tal-Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew g\u0127al reati terroristi\u010bi li jaffettwaw aktar minn Stat Membru wie\u0127ed.", "Ladarba l-Kunsill Ewropew ikun idde\u010bieda b'mod unanimu li jestendi l-kompetenzi tieg\u0127u, il-Kummissjoni tkun tista' tkompli bil-pro\u010bess billi tipproponi emenda fir-Regolament li jistabbilixxi l-Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.", "Kuntest", "L-Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se jkun uffi\u010b\u010bju ta' prosekuzzjoni indipendenti mill-Unjoni Ewropea bil-kompetenza li jinvestiga, iwettaq prosekuzzjonijiet u jressaq quddiem il-\u0121ustizzja reati kontra l-ba\u0121it tal-UE, b\u0127al frodi, korruzzjoni jew frodi transfruntiera serja fil-VAT.", "L-Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ser isir operazzjonali bis-s\u0127i\u0127 sa tmiem l-2020.", "Din l-inizjattiva mhux se jkollha impatt fuq it-twaqqif tal-Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew attwali.", "Attwalment, 22 Stat Membru tal-UE jipparte\u010bipaw fl-Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew: l-Awstrija, il-Bel\u0121ju, il-Bulgarija, il-Kroazja, \u010aipru, ir-Repubblika \u010aeka, l-Estonja, il-\u0120ermanja, il-Gre\u010bja, Spanja, il-Finlandja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja.", "L-Artikolu 86(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi l-possibbilt\u00e0 li l-kompetenzi tal-Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ji\u0121u esti\u017ci permezz ta' emenda tal-Artikolu 86 tat-TFUE biex is-setg\u0127at tieg\u0127u ji\u0121u esti\u017ci biex jinkludu reati serji li jaffettwaw aktar minn Stat Membru wie\u0127ed.", "Din id-de\u010bi\u017cjoni tittie\u0127ed unanimament mill-Istati Membri kollha li qed jipparte\u010bipaw fl-Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, kif ukoll mill-o\u0127rajn, wara li jinkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew u wara li ti\u0121i kkonsulta l-Kummissjoni Ewropea.", "Il-Komunikazzjoni tal-lum hija akkumpanjata minn Anness b'inizjattiva g\u0127all-possibilit\u00e0 ta' adozzjoni ta' de\u010bi\u017cjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 86 tat-TFUE.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Is-Sit web dwar l-Istat tal-Unjoni 2018", "Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni \u2014 Ewropa li tipprote\u0121i: inizjattiva biex ji\u0121u esti\u017ci l-kompetenzi tal-Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew g\u0127ar-reati terroristi\u010bi transfruntiera.", "Skeda informattiva: Intejbu l-\u0121lieda kontra t-terrori\u017cmu permezz ta' Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew imsa\u0127\u0127a\u0127", "L-att li jwaqqaf l-Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew: Ir-Regolament 2017/1939", "L-istruttura tal-Uffi\u010b\u010bju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5703", "title": "Stat tal-Unjoni 2018: Il-Kummissjoni ti\u017cvela pjan g\u0127al arkitettura finanzjarja iktar effi\u010bjenti biex tappo\u0121\u0121a l-investiment barra mill-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JOBGIC", "date": "Tue, 11 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni qed tippre\u017centa azzjonijiet g\u0127al mudell ta' governanza iktar effika\u010bi u iktar kollaborazzjoni bejn l-atturi g\u0127all-i\u017cvilupp multilaterali u nazzjonali.", "Fit-12 ta' Settembru, fl-okka\u017cjoni tad-diskors annwali tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President Jean-Claude Juncker ippropona Alleanza \u0121dida bejn l-Afrika u l-Ewropa g\u0127al Investiment Sostenibbli u Impjiegi sabiex l-investimenti ji\u0121u ffukkati fejn huma l-iktar importanti: fil-\u0127olqien tal-\u0127iliet u l-impjiegi.", "Sabiex dan jintla\u0127aq, hemm b\u017conn ta' mudell ta' governanza iktar effika\u010bi u iktar kollaborazzjoni bejn l-atturi g\u0127all-i\u017cvilupp multilaterali u nazzjonali fl-Ewropa.", "G\u0127aldaqstant, illum il-Kummissjoni Ewropea qed tistabbilixxi g\u0127add ta' possibbiltajiet kif jistg\u0127u ji\u0121u indirizzati l-isfidi g\u0127all-investiment u l-opportunitajiet fl-Afrika, fil-Vi\u010binat tal-UE u fid-dinja kollha.", "Dawn jinkludu sej\u0127iet g\u0127al inizjattivi kon\u0121unti bejn l-atturi g\u0127all-i\u017cvilupp multilaterali u nazzjonali u arkitettura finanzjarja Ewropea msa\u0127\u0127a li jkunu kapa\u010bi jissodisfaw l-ambizzjoni tal-Istrument ta' Vi\u010binat, ta' Kooperazzjoni g\u0127all-I\u017cvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali \u0121did propost.", "Il-President Jean-Claude Juncker qal: \u201cL-Unjoni Ewropea g\u0127andha rekord impressjonanti fir-rigward tal-appo\u0121\u0121 tal-investiment barra mill-UE.", "I\u017cda nistg\u0127u niksbu \u0127afna iktar jekk na\u0127dmu b'mod iktar effi\u010bjenti u eqreb lejn xulxin.", "Ma g\u0127andniex b\u017conn ta' istituzzjonijiet o\u0127ra jew gruppi ta' g\u0127orrief biex nil\u0127qu l-g\u0127anijiet tag\u0127na: g\u0127andna b\u017conn de\u010bi\u017cjonijiet g\u0127arfa, li jittie\u0127du malajr billi niddependu fuq l-istrutturi u s-s\u0127ab e\u017cistenti tag\u0127na.", "Il-Kummissjoni lesta li tag\u0127mel il-parti tag\u0127ha biex tipprovdi l-gwida t-tajba.", "Il-\u0127afna sfidi u opportunitajiet g\u0127all-investiment fl-Afrika, fil-Vi\u010binat tal-UE u fid-dinja ma jistg\u0127ux jistennew.\u201d", "Il-Vi\u010bi President Jyrki Katainen, responsabbli g\u0127all-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittivit\u00e0, qal: \u201cG\u0127andna b\u017conn insa\u0127\u0127u l-qawwa finanzjarja tal-azzjoni esterna tal-UE.", "Il-prin\u010bipju huwa sempli\u010bi.", "Permezz tal-mudell innovattiv tal-Pjan ta' Investiment g\u0127all-Ewropa, se nimmultiplikaw il-fondi disponibbli billi ni\u0121bru flimkien il-ba\u0121it tal-UE u l-fondi mill-BEI, mill-BER\u017b, mill-banek tal-i\u017cvilupp tal-Istati Membri u mis-settur pubbliku.", "Dan se jippermettilna ninvestu aktar fi programmi li japo\u0121\u0121aw it-tkabbir, l-impjiegi u l-i\u017cvilupp, u jg\u0127inna nindirizzaw l-g\u0127eruq tal-kaw\u017ci tal-migrazzjoni fil-vi\u010binat tag\u0127na, fl-Afrika u lil hinn.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-Kooperazzjoni u l-I\u017cvilupp Internazzjonali, Neven Mimica, qal: \u201cL-iffa\u010bilitar tal-investiment pubbliku u privat fl-Afrika, fil-Vi\u010binat u fi s\u0127ab o\u0127ra madwar id-dinja, huwa essenzjali biex ji\u0121i \u017cgurat l-i\u017cvilupp sostenibbli, ti\u0121i promossa l-istabbilt\u00e0 u jing\u0127elbu l-isfidi globali f'kuntest ta' fra\u0121ilit\u00e0 ekonomika u politika.", "Il-Kummissjoni, permezz tal-Istrument ta' Vi\u010binat, ta' Kooperazzjoni g\u0127all-I\u017cvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali propost re\u010bentement, trid tkun ambizzju\u017ca ferm f'dan il-qasam.", "Ninsab konvint li l-arkitettura li qed nipproponu llum hija l-a\u0127jar u l-iktar mod effi\u010bjenti fit-terminu qasir biex nimplimentaw il-proposti ambizzju\u017ci tag\u0127na.\u201d", "Nevitaw id-duplikazzjoni permezz ta' aktar kollaborazzjoni", "Il-Kummissjoni identifikat lok g\u0127al kollaborazzjoni eqreb bejn il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) b\u0127ala l-Bank tal-UE, il-Bank Ewropew g\u0127ar-Rikostruzzjoni u l-I\u017cvilupp (BER\u017b), u l-atturi g\u0127all-i\u017cvilupp nazzjonali u re\u0121jonali, sabiex tibbenefika mill-esperjenza u l-g\u0127arfien espert rispettiv tag\u0127hom, filwaqt li tin\u017camm id-diversit\u00e0 fis-suq.", "E\u017cempju ta' su\u010b\u010bess huwa l-koordinazzjoni di\u0121\u00e0 fis-se\u0127\u0127 fil-Qafas ta' Investiment g\u0127all-Balkani tal-Punent li fih il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew g\u0127ar-Rikostruzzjoni u l-I\u017cvilupp huma s\u0127ab kon\u0121unti fih, flimkien mal-Kummissjoni, l-Bank ta' \u017bvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa u diversi donaturi bilaterali.", "Dan il-mudell jista' ji\u0121i replikat f'oqsma o\u0127ra.", "Jen\u0127tie\u0121 li jintu\u017caw l-istrutturi e\u017cistenti di\u0121\u00e0 fis-se\u0127\u0127 iktar milli jin\u0127olqu o\u0127rajn \u0121odda, u l-enfasi g\u0127andha tkun fuq is-siner\u0121iji u l-\u0127idma flimkien b'mod iktar effi\u010bjenti.", "Dan jista' jsir pere\u017cempju permezz tal-ispe\u010bjalizzazzjoni re\u0121jonali u tematika rilevanti tal-istituzzjonijiet finanzjarji s\u0127ab individwali u e\u017cistenti, jew ta' inizjattivi kon\u0121unti.", "Iktar effi\u010bjenza permezz ta' arkitettura finanzjarja Ewropea msa\u0127\u0127a", "Sabiex ji\u0121i \u017cgurat li l-UE til\u0127aq l-g\u0127anijiet tal-politika esterna tag\u0127ha u li flus il-kontribwenti jintefqu b'mod effi\u010bjenti, il-Kummissjoni lesta li tipprovdi gwida politika u sorveljanza iktar b'sa\u0127\u0127ithom meta jasal il-mument biex tittie\u0127ed de\u010bi\u017cjoni dwar l-u\u017cu tal-garanzija tal-ba\u0121it tal-UE g\u0127all-investiment estern \u2013 ming\u0127ajr ma tassumi l-kompiti tal-bank tal-i\u017cvilupp.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipproponi li tikkoordina iktar mal-Istati Membri minn qabel sabiex ikun hemm le\u0127en wie\u0127ed fl-istrutturi ta' governanza tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u jintla\u0127qu a\u0127jar l-objettivi finanzjarji ta' \u017cvilupp tal-UE.", "Fit-terminu twil, dan jista' jwitti t-triq g\u0127al vot kon\u0121unt fil-Bord tal-Bank Ewropew g\u0127ar-Rikostruzzjoni u l-I\u017cvilupp f'isem l-Istati Membri tal-UE kollha.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, l-UE g\u0127andha twaqqaf pjattaforma g\u0127all-investiment estern skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), li ti\u0121bor flimkien il-programmi u l-istrumenti kollha e\u017cistenti tal-ba\u0121it tal-UE g\u0127all-investiment estern ta\u0127t pjattaforma unika.", "Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistabbilixxu prijoritajiet settorjali u \u0121eografi\u010bi, b'esperti indipendenti li jwettqu l-valutazzjoni tar-riskju ta' programmi u portafolli ta' pro\u0121etti.", "Il-Bank Ewropew tal-Investiment \u2013 is-sie\u0127eb tal-UE fl-investiment \u2013 u istituzzjonijiet finanzjarji ta' \u017cvilupp o\u0127rajn, abba\u017ci tal-g\u0127arfien espert rispettiv tag\u0127hom, ikollhom a\u010b\u010bess dirett g\u0127all-garanzija tal-UE sabiex jiksbu l-og\u0127la valur mi\u017cjud fil-prattika.", "Il-Kummissjoni tkun responsabbli mill-verifika tal-konformit\u00e0 mal-politika tal-pro\u0121etti ppjanati u mill-\u0121estjoni globali tal-u\u017cu tal-garanzija tal-UE, madankollu ming\u0127ajr ma twettaq ebda operazzjoni bankarja.", "Il-passi li jmiss", "F'Ottubru 2018, il-Kummissjoni se ssejja\u0127 flimkien lill-atturi rilevanti kollha, inklu\u017c l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-i\u017cvilupp u partijiet ikkon\u010bernati o\u0127ra, sabiex l-azzjonijiet ippre\u017centati llum jit\u0127addmu malajr kemm jista' jkun.", "Dan se jsir ming\u0127ajr pre\u0121udizzju g\u0127an-negozjati li g\u0127addejjin dwar l-Istrument ta' Vi\u010binat, ta' Kooperazzjoni g\u0127all-I\u017cvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali tal-\u0121ejjieni li l-Kummissjoni pproponiet f'\u0120unju 2018 b'EUR 89.2 biljun mill-ba\u0121it tal-UE.", "Permezz tat-tliet flussi tieg\u0127u \u2013 \u0121eografiku, tematiku u reazzjoni rapida \u2013 l-Istrument se jindirizza sfidi globali b\u0127ad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni u l-prevenzjoni ta' kunflitti.", "Il-proposta tag\u0127ti \u0127arsa lejn l-g\u0127odod finanzjarji l-aktar xierqa g\u0127all-kuntest partikolari, b\u0127al g\u0127otjiet, strumenti finanzjarji u garanziji, jew ta\u0127lita ta' dawn.", "Tintegra l-mudell tal-Pjan ta' Investiment Estern u tespandi l-Fond Ewropew g\u0127all-I\u017cvilupp Sostenibbli billi tag\u0127ti Garanzija ta' Azzjoni Esterna sa EUR 60 biljun.", "Il-proposta qed ti\u0121i nnegozjata b\u0127alissa mill-Parlament Ewropew u l-Istati Membri fil-Kunsill.", "Kuntest", "Sabiex tindirizza l-isfidi li kulma jmur qed ikunu dejjem iktar kumplessi fid-dinja ta' madwarna, mill-kunflitti u l-migrazzjoni g\u0127at-tibdil fil-klima u l-isfidi demografi\u010bi, il-finanzjament tal-i\u017cvilupp je\u0127tie\u0121 li ju\u017ca ta\u0127lita ta' sorsi ta' finanzjament, kemm pubbli\u010bi kif ukoll privati.", "L-UE trid tadatta l-mudelli attwali tag\u0127ha sabiex timmassimizza l-effika\u010bja tag\u0127ha fid-dinja li qed ti\u017cviluppa.", "Il-Pjan ta' Investiment Estern Ewropew tnieda fl-2016 biex jag\u0127ti spinta lill-investiment f'pajji\u017ci s\u0127ab fl-Afrika u fil-Vi\u010binat Ewropew.", "L-g\u0127an tieg\u0127u hu li jikseb l-g\u0127anijiet ta' \u017cvilupp sostenibbli tan-NU (SDG) u li jimmobilizza l-investiment sostenibbli pubbliku u privat u l-ingrana\u0121\u0121 tieg\u0127u sabiex jitjieb l-i\u017cvilupp ekonomiku u so\u010bjali u jin\u0127olqu l-impjiegi.", "Il-finanzjatur tieg\u0127u, il-Fond Ewropew g\u0127all-I\u017cvilupp Sostenibbli, jibni fuq l-esperjenza ta' su\u010b\u010bess tal-Fond Ewropew g\u0127all-Investimenti Strate\u0121i\u010bi tal-Pjan Juncker billi ju\u017ca l-garanzija tal-ba\u0121it tal-UE ta' EUR 4.1 biljun biex jattira investituri privati g\u0127al pro\u0121etti fl-og\u0127la na\u0127a tal-innovazzjoni u r-riskju.", "B'garanzija ta' EUR 75 miljun, programm ta' investiment uniku fil-qafas tal-Pjan ta' Investiment Estern jista' ji\u0121\u0121enera 800,000 impjieg.", "Il-Pjan ta' Investiment Estern di\u0121\u00e0 qed jie\u0127u l-ewwel frott tax-xog\u0127ol tieg\u0127u.", "Fl-10 ta' Lulju 2018, l-UE approvat il-pakkett ta' programmi ta' garanziji finanzjarji ta' EUR 800 miljun.", "Dan se jg\u0127in l-ingrana\u0121\u0121 ta' madwar EUR 8-9 biljun stmat f'investiment pubbliku u privat fl-Afrika u fil-Vi\u010binat, b'mira ta' EUR 44 biljun sal-2020.", "B'kontribuzzjonijiet korrispondenti minn Stati Membri u sorsi o\u0127ra, il-Pjan jista' jirdoppja \u010b-\u010bifra ta' dan l-investment g\u0127al EUR 88 biljun.", "G\u0127all-ba\u0121it tal-UE fit-terminu twil li jmiss g\u0127all-perjodu 2021\u20132027, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi \u017cieda fil-ba\u0121it tal-azzjoni esterna g\u0127al EUR 123 biljun, biex tissimplifika b'mod sinifikanti l-istruttura tieg\u0127u, u tag\u0127mlu ferm iktar flessibbli u effika\u010bi biex ji\u0121u indirizzati l-isfidi globali tal-lum.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Memo: Stat tal-Unjoni 2018: Pjan g\u0127al arkitettura finanzjarja iktar effi\u010bjenti biex tappo\u0121\u0121a l-investiment barra mill-UE: Mistoqsijiet Frekwenti", "Komunikazzjoni: \"Lejn arkitettura finanzjarja iktar effi\u010bjenti g\u0127all-investiment barra mill-Unjoni Ewropea\u201d", "Komunikazzjoni: \"Alleanza \u0121dida Afrika-Ewropa g\u0127al Investiment u Impjiegi Sostenibbli\"", "Is-sit web tal-Pjan ta' Investiment Estern", "Stqarrija g\u0127all-Istampa, 11 ta' Lulju 2018: The EU's External Investment Plan: first projects in Africa and the Neighbourhood", "Stqarrija g\u0127all-Istampa, 14 ta' \u0120unju 2018: Il-Ba\u0121it tal-UE: Nag\u0127mlu l-UE xierqa g\u0127ar-rwol tag\u0127ha b\u0127ala attur globali b'sa\u0127\u0127tu", "Id-diskors tal-2018 tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5712", "title": "Stat tal-Unjoni 2018 - Il-Kummissjoni tipproponi l-a\u0127\u0127ar elementi me\u0127tie\u0121a biex jintla\u0127aq kompromess dwar ir-riforma tal-migrazzjoni u l-fruntieri", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF", "date": "Tue, 11 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tipproponi l-a\u0127\u0127ar elementi me\u0127tie\u0121a biex jintla\u0127aq kompromess dwar ir-riforma tal-migrazzjoni u l-fruntieri.", "Fit-12 ta' Settembru tal-2018, fl-okka\u017cjoni tad-Diskors tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President Jean-Claude Juncker qal: \u201cMa nistg\u0127ux nibqg\u0127u nikkustinjaw biex insibu soluzzjoni skont il-ka\u017c kull darba li jasal bastiment \u0121did.", "Is-solidarjet\u00e0 temporanja mhijiex tajba bi\u017c\u017cejjed.", "Ne\u0127tie\u0121u solidarjet\u00e0 dejjiema - illum u g\u0127al dejjem.\u201d", "Fid-Diskors tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2018, il-President Jean-Claude Juncker ippre\u017centa tliet proposti \u0121odda u ambizzju\u017ci biex ti\u0121i \u017cgurata s-soldarjet\u00e0 s\u0127i\u0127a tal-UE dwar il-migrazzjoni u g\u0127all-protezzjoni a\u0127jar tal-fruntieri esterni tal-Ewropa.", "Dawn l-inizjattivi l-\u0121odda qed ji\u0121u ppre\u017centati \u0121img\u0127a qabel il-Laqg\u0127a Informali f'Salzburg u jikkostitwixxu kontribuzzjoni konkreta g\u0127ad-diskussjonijiet li l-Mexxejja tal-UE mistennija li jkollhom dwar il-migrazzjoni.", "Huma inti\u017ci li jiffa\u010bilitaw kompromess \u0121enerali dwar ir-riforma li tinsab g\u0127addejja tas-sistema tal-a\u017cil tal-UE.", "Il-proposti tal-lum jistabbilixxu livell \u0121did ta' ambizzjoni g\u0127all-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u g\u0127all-A\u0121enzija tal-UE g\u0127all-A\u017cil, li ser jissa\u0127\u0127u t-tnejn li huma biex ji\u0121i \u017cgurat li l-Istati Membri jkunu jistg\u0127u jiddependu fuq appo\u0121\u0121 operazzjonali s\u0127i\u0127 min-na\u0127a tal-UE f'kull \u0127in.", "Illum il-Kummissjoni qieg\u0127da tipproponi wkoll li ttejjeb l-effettivit\u00e0 tal-pro\u010beduri ta' ritorn, bl-a\u0121\u0121ornament tar-regoli e\u017cistenti tal-UE dwar ir-ritorn u t-tfassil tal-passi li jmiss dwar il-migrazzjoni legali, li huwa komponent essenzjali g\u0127al politika dwar il-migrazzjoni bbilan\u010bjata.", "L-Ewwel Vi\u010bi President, Frans Timmermans, qal: \u201cIl-ferg\u0127a operattiva \u0121dida tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, mag\u0127mula minn 10,000 membru tal-persunal tal-UE u A\u0121enzija tal-UE g\u0127all-A\u017cil imsa\u0127\u0127a ser ji\u017cguraw li s-solidarjet\u00e0 tal-UE ting\u0127ata b'mod effettiv fil-prattika - kull meta u kull fejn tkun me\u0127tie\u0121a.", "Qeg\u0127din nipprovdu lill-Istati Membri bl-g\u0127odod me\u0127tie\u0121a biex jiftiehmu dwar ir-riforma \u0121enerali tas-sistema tal-a\u017cil tal-UE u jintla\u0127aq l-a\u0127jar bilan\u010b bejn is-solidarjet\u00e0 u r-responsabbilt\u00e0.", "Wasal il-waqt li nwettqu dan l-impenn.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni, u \u010b-\u010aittadinanza Dimitris Avramopoulos qal: \u201cIllum qeg\u0127din noffru aktar azzjoni tal-Ewropa fejn l-Ewropa hija me\u0127tie\u0121a billi nimmassimizzaw l-appo\u0121\u0121 tal-UE g\u0127all-\u0121estjoni tal-fruntieri u tal-migrazzjoni.", "Mil-lum 'il quddiem, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-A\u0121enzija tal-UE g\u0127all-A\u017cil tal-\u0121ejjieni se jkunu jistg\u0127u ji\u017cguraw is-solidarjet\u00e0 fil-prattika f'kull \u0127in, fis-sitwazzjonijiet kollha, fir-rispett s\u0127i\u0127 tal-kompetenzi tal-Istati Membri.", "Qeg\u0127din inda\u0127\u0127lu fis-se\u0127\u0127 ukoll regoli aktar b'sa\u0127\u0127ithom biex ni\u017cguraw sistema ta' ritorn aktar armonizzata u effettiva madwar l-UE.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, nappellaw lill-Istati Membri sabiex iwettqu \u0127idma kredibbli u ambizzju\u017ca fuq ir-rotot legali, kemm dawk g\u0127al skopijiet umanitarji kif ukoll dawk ekonomi\u010bi.\u201d", "Di\u0121\u00e0 sar progress enormi fuq il-\u0127idma \u0121enerali tar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-A\u017cil tal-Unjoni.", "L-isforzi bla hedu ta' dawn l-a\u0127\u0127ar sentejn sarrfu fil-fatt li \u0127amsa mis-seba' proposti li ressqet il-Kummissjoni fl-2016 dalwaqt ji\u0121u finalizzati.", "L-elementi addizzjonali tal-lum huma ma\u0127suba li jg\u0127inu biex jintla\u0127aq kompromess fuq il-proposti kollha me\u0127uda flimkien.", "Illum il-Kummissjoni qieg\u0127da twie\u0121eb is-sej\u0127a li g\u0127amlu l-Mexxejja fil-Kunsill Ewropew ta' \u0120unju 2018 kif ukoll t\u0127ejji t-triq g\u0127al progress rapidu fuq ir-riformi kollha marbutin mal-a\u017cil.", "Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta mg\u0127ammra bis-s\u0127i\u0127", "Il-Kummissjoni qieg\u0127da tibni fuq sentejn \u0127idma u qieg\u0127da tipproponi li l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta tissa\u0127\u0127a\u0127 aktar u ting\u0127ata l-livell ta' ambizzjoni xieraq, li jikkorrispondi g\u0127all-isfidi li qieg\u0127da t\u0127abbat wi\u010b\u010bha mag\u0127hom l-Ewropa b'rabta mal-\u0121estjoni tal-migrazzjoni u l-fruntieri.", "Filwaqt li l-mandat tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta qieg\u0127ed jikber, din qieg\u0127da hemm biex tappo\u0121\u0121a lill-Istati Membri u ma tissostitwixxix ir-responsabbiltajiet tag\u0127hom fil-\u0121estjoni tal-fruntieri esterni u tar-ritorn.", "Il-proposta tal-lum tinkludi:", "A\u0121enzija g\u0127all-A\u017cil imsa\u0127\u0127a", "Il-proposta tal-lum se tkompli tipprovdi lill-A\u0121enzija tal-UE g\u0127all-A\u017cil bil-mandat, l-g\u0127odda u l-mezzi finanzjarji me\u0127tie\u0121a sabiex tag\u0127ti servizz rapidu u s\u0127i\u0127 lill-Istati Membri matul il-pro\u010bedura kollha tal-a\u017cil.", "Il-proposta tal-lum tinkludi:", "Politika Ewropea ta' ritorn aktar b'sa\u0127\u0127itha u aktar effettiva", "Anali\u017ci mmirata tad-Direttiva dwar ir-Ritorn se tikkontribwixxi sabiex il-pro\u010beduri ta' ritorn ji\u0121u mg\u0127a\u0121\u0121la, ji\u0121u prevenutib'mod a\u0127jar il-\u0127arba ta' persuni u l-movimenti irregolari sekondarji u ti\u017cdied l-effettivit\u00e0 tar-ritorn b'rispett s\u0127i\u0127 g\u0127ad-drittijiet fundamentali.", "It-tis\u0127i\u0127 tar-rotot legali lejn l-Ewropa", "L-i\u017cvilupp ta' rotot legali ordnati g\u0127al persuni fil-b\u017conn ta' protezzjoni kif ukoll il-\u0127olqien ta' rotot attraenti g\u0127all-migrazzjoni tal-\u0127addiema bba\u017cata fuq il-b\u017connijiet hija element indispensabbli g\u0127al politika dwar il-migrazzjoni bilan\u010bjata u komprensiva.", "Il-Kummissjoni di\u0121\u00e0 ressqet g\u0127add ta' inizjattivi u proposti sabiex issa\u0127\u0127a\u0127 il-migrazzjoni sikura u legali li issa jen\u0127tie\u0121 li ti\u0121i implimentata malajr mill-Istati Membri:", "Kuntest", "Mill-Linji Gwida Politi\u010bi ta' Lulju 2014 tal-President Juncker sal-a\u0127\u0127ar Diskors tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni fit-12 ta' Settembru 2018, il-\u0121estjoni tal-fruntieri u l-migrazzjoni ilhom jing\u0127ataw prijorit\u00e0 politika sa mill-bidu nett tal-mandat tal-Kummissjoni ta' Juncker.", "Inkiseb progress konsiderevoli fir-rigward tal-A\u0121enda Ewropea dwar il-Migrazzjoni tal-2015 biex l-UE ting\u0127ata l-g\u0127odod g\u0127all-\u0121estjoni a\u0127jar tal-migrazzjoni f'perjodu medju u fit-tul, fl-oqsma tal-migrazzjoni irregoli, il-fruntieri, l-a\u017cil u l-migrazzjoni legali.", "Illum il-Kummissjoni qieg\u0127da tiffinalizza l-\u0127idma tag\u0127ha fuq l-A\u0121enda dwar il-Migrazzjoni bi tliet proposti \u0121odda biex ti\u017cgura appro\u010b\u010b Ewropew s\u0127i\u0127 g\u0127all-\u0121estjoni tal-migrazzjoni fl-ispirtu ta' solidarjet\u00e0 u r-responsabbilt\u00e0 u b\u0127ala segwitu tal-Konklu\u017cjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' \u0120unju.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Sit web tal-Istat tal-Unjoni 2018", "Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta mg\u0127ammra bis-s\u0127i\u0127 \u2013 Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "A\u0121enzija g\u0127all-A\u017cil imsa\u0127\u0127a \u2013 Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "Regoli tal-UE aktar b'sa\u0127\u0127ithom dwar ir-ritorn \u2014 Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "Skedi informattivi, dokumenti legali u dokumenti utli o\u0127ra, kif elenkat hawn ta\u0127t - huma kollha disponibbli hawnhekk", "Skedi informattivi Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta msa\u0127\u0127a u mg\u0127ammra bis-s\u0127i\u0127 A\u0121enzija tal-Unjoni Ewropea g\u0127all-A\u017cil imsa\u0127\u0127a Politika Ewropea ta' ritorn aktar b'sa\u0127\u0127itha u akar effettiva It-tis\u0127i\u0127 ta' rotot legali u sikuri g\u0127all-Ewropa", "Dokumenti legali Regolament: Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta - Annessi - Rapport dwar il-valutazzjoni tas-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri", "Regolament: A\u0121enzija tal-Unjoni Ewropea g\u0127all-A\u017cil (proposta emendata) Direttiva: Standards u pro\u010beduri komuni g\u0127ar-ritorn ta' \u010bittadini ta' pajji\u017ci terzi li jkunu qeg\u0127din fil-pajji\u017c illegalment (tfassil mill-\u0121did) - Annessi Komunikazzjoni: It-tis\u0127i\u0127 tar-rotot legali lejn l-Ewropa", "* A\u0121\u0121ornata fl-12/09/2018 fis-10:31"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5724", "title": "Stat tal-Unjoni 2018 - Supervi\u017cjoni aktar b'sa\u0127\u0127itha kontra l-\u0127asil tal-flus u settur bankjaru u finanzjarju stabbli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,FINSTAB", "date": "Tue, 11 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Fit-12 ta' Settembru 2018, fl-okka\u017cjoni tad-diskors tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President Jean-Claude Juncker qal: \u201cL-Ewropej jistennew Unjoni li t\u0127arishom.", "Illum, qed nipproponu mi\u017curi li jippermettulna ni\u0121\u0121ieldu kontra l-\u0127asil tal-flus b'mod aktar effettiv bejn il-fruntieri.\u201d", "Il-Kummissjoni Ewropea llum qed tipproponi li tkompli tissa\u0127\u0127a\u0127 is-supervi\u017cjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE biex ji\u0121i indirizzat a\u0127jar il-\u0127asil tal-flus u t-theddid tal-finanzjament tat-terrori\u017cmu.", "Filwaqt li l-UE g\u0127andha regoli fis-se\u0127\u0127 sodi kontra l-\u0127asil tal-flus, ka\u017cijiet ri\u010benti li jinvolvu l-\u0127asil tal-flus f'xi banek tal-UE qajmu t\u0127assib li dawk ir-regoli mhumiex dejjem ta\u0127t supervi\u017cjoni u infurzati b'mod effettiv madwar l-UE.", "Dan mhux biss jo\u0127loq riskji g\u0127all-integrit\u00e0 u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju Ewropew, i\u017cda jista' jkollu wkoll implikazzjonijiet fuq l-istabbilt\u00e0 finanzjarja ta' banek spe\u010bifi\u010bi.", "B\u0127ala parti minn sforzi usa' biex titlesta l-Unjoni Bankarja u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-Kummissjoni Ewropea g\u0127alhekk qed tipproponi llum li ji\u0121i emendat ir-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorit\u00e0 Bankarja Ewropea (ABE) sabiex jisa\u0127\u0127a\u0127 ir-rwol tal-ABE fis-supervi\u017cjoni tal-\u0121lieda kontra l-\u0127asil tal-flus fis-settur finanzjarju.", "Dan huwa parti minn strate\u0121ija \u0121enerali biex jissa\u0127\u0127a\u0127 il-qafas tal-UE g\u0127al supervi\u017cjoni prudenzjali u kontra l-\u0127asil tal-flus g\u0127al istituzzjonijiet finanzjarji, li l-Kummissjoni qed tippre\u017centa f'Komunikazzjoni.", "Dawn il-mi\u017curi se jikkontribwixxu biex jippromwovu l-integrit\u00e0 tas-sistema finanzjarja tal-UE, filwaqt li se ji\u017cguraw l-istabbilt\u00e0 finanzjarja u l-protezzjoni minn reati finanzjarji.", "Il-Vi\u010bi-President tal-Kummissjoni Valdis Dombrovskis, responsabbli g\u0127all-Istabbilt\u00e0 Finanzjarja, is-Servizzi Finanazjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: \u201cL-Unjoni Bankarja tal-Ewropa trid tkun mibnija fuq l-og\u0127la standards ta' integrit\u00e0.", "Is-supervi\u017cjoni kontra l-\u0127asil tal-flus falliet wisq ta' spiss fl-UE.", "Illum qed nag\u0127tu s-setg\u0127a lill-Awtorit\u00e0 Bankarja Ewropea biex ti\u017cgura li supervi\u017curi differenti jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni u li r-regoli kontra l-\u0127asil tal-flus ji\u0121u infurzati b'mod effettiv madwar il-pajji\u017ci kollha tal-UE.", "L-ABE se tkun ukoll intitolata li titlob investigazzjoni dwar allegat ksur tar-regoli u se ssir numru tat-telefown ta' referenza tal-Ewropa g\u0127all-kooperazzjoni ma' s\u0127ab internazzjonali dwar kwistjonijiet relatati mal-\u0121lieda kontra l-\u0127asil tal-flus fis-settur finanzjarju.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-\u0120ustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-\u0120eneri, V\u011bra Jourov\u00e1, qalet: \u201cL-Ewropa g\u0127andha r-regoli l-iktar b'sa\u0127\u0127ithom fid-dinja kontra l-\u0127asil tal-flus.", "I\u017cda ka\u017cijiet ri\u010benti fis-settur bankarju wrew li mhux dejjem ikunu ta\u0127t supervi\u017cjoni u infurzati bl-istess standards g\u0127oljin kullimkien madwar l-UE.", "Is-sistema tag\u0127na hija b'sa\u0127\u0127itha daqs l-iktar \u0127olqa dg\u0127ajfa tag\u0127na.", "Fi \u017cminijiet fejn il-flus ji\u010b\u010baqlqu bejn il-fruntieri b'tag\u0127fisa ta' buttuna tal-maws, irridu ni\u017cguraw supervi\u017cjoni li tkun proattiva u velo\u010bi.", "Il-bidliet tal-lum se ji\u017cguraw li r-regoli ji\u0121u infurzati b'mod aktar uniformi madwar l-UE.\u201d", "Titjib tar-rwol tal-Awtorit\u00e0 Bankarja Ewropea", "Il-Kummissjoni qed tipproponi li tikkon\u010bentra s-setg\u0127at ta' kontra l-\u0127asil tal-flus fir-rigward tas-settur finanzjarju fi \u0127dan l-Awtorit\u00e0 Bankarja Ewropea u ssa\u0127\u0127a\u0127 il-mandat tag\u0127ha biex ti\u017cgura li r-riskji ta' \u0127asil tal-flus ikunu ta\u0127t supervi\u017cjoni b'mod effettiv u konsistenti mill-awtoritajiet rilevanti kollha u li l-awtoritajiet rilevanti jikkooperaw u jaqsmu l-informazzjoni.", "Ir-Regolament emendat se:", "ji\u017cgura li l-ksur tar-regoli kontra l-\u0127asil tal-flus ikun investigat b'mod konsistenti: l-ABE se tkun tista' titlob lis-supervi\u017curi nazzjonali ta' kontra l-\u0127asil tal-flus biex jinvestigaw ksur materjali potenzjali u biex titlobhom jikkunsidraw azzjonijiet immirati - b\u0127al sanzjonijiet;", "ji\u017cgura l-konformit\u00e0 tas-supervi\u017curi nazzjonali ta' kontra l-\u0127asil tal-flus mar-regoli tal-UE u kooperazzjoni xierqa ma' supervi\u017curi prudenzjali.", "Is-setg\u0127at e\u017cistenti tal-ABE se jissa\u0127\u0127u sabiex, b\u0127ala l-a\u0127\u0127ar tentattiv jekk l-awtoritajiet nazzjonali ma ja\u0121ixxux, l-ABE tkun tista' tindirizza de\u010bi\u017cjonijiet direttament lil operaturi individwali tas-settur finanzjarju.", "itejjeb il-kwalit\u00e0 tas-supervi\u017cjoni permezz ta' standards komuni, rie\u017camijiet perjodi\u010bi tal-awtoritajiet supervi\u017corji nazzjonali u valutazzjonijiet tar-riskju;", "jippermetti li jkun jista' jsir \u0121bir ta' informazzjoni dwar ir-riskji u x-xejriet ta' kontra l-\u0127asil tal-flus u trawwem l-iskambju ta' tali informazzjoni bejn l-awtoritajiet supervi\u017corji nazzjonali (hekk imsej\u0127a \u010bentri tad-data);", "jiffa\u010bilita l-kooperazzjoni ma' pajji\u017ci li mhumiex fl-UE dwar ka\u017cijiet transfruntiera;", "jistabbilixxi kumitat permanenti \u0121did li jlaqqa' flimkien l-awtoritajiet supervi\u017corji nazzjonali ta' kontra l-\u0127asil tal-flus;", "Isir u\u017cu s\u0127i\u0127 tal-g\u0127odod supervi\u017corji e\u017cistenti", "Il-Kummissjoni qieg\u0127da wkoll tippre\u017centa strate\u0121ija biex jitjieb l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet prudenzjali u dawk ta' kontra l-\u0127asil tal-flus.", "Hija titlob lill-Awtoritajiet Supervi\u017corji Ewropej, u, b'mod partikolari, lill-ABE, biex tadotta gwida li tg\u0127in lis-supervi\u017curi prudenzjali fl-integrazzjoni tal-aspetti ta' kontra l-\u0127asil tal-flus fl-g\u0127odod varji tag\u0127hom u biex ti\u0121i \u017cgurata konver\u0121enza supervi\u017corja.", "Il-Kummissjoni t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 ukoll lill-Bank \u010aentrali Ewropew biex jikkonkludi mas-supervi\u017curi ta' kontra l-\u0127asil tal-flus memorandum ta' ftehim multilaterali dwar l-iskambju ta' informazzjoni sal-10 ta' Jannar 2019 - b\u0127alma titlob il-\u0127ames Direttiva Kontra l-\u0126asil tal-Flus.", "Il-passi li jmiss", "Il-proposta tal-lum biex jissa\u0127\u0127a\u0127 ir-rwol tal-Awtorit\u00e0 Bankarja Ewropea issa se ti\u0121i diskussa mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.", "Dawn l-emendi mmirati se ji\u0121u inklu\u017ci fid-diskussjonijiet li g\u0127addejjin tal-proposta tal-Kummissjoni g\u0127al rie\u017cami tar-Regolamenti tal-Awtoritajiet Supervi\u017corji Ewropej (ASE), adottati mill-Kummissjoni f'Settembru 2017, bil-\u0127sieb li tissa\u0127\u0127a\u0127 il-kapa\u010bit\u00e0 tal-ASE biex ti\u0121i \u017cgurata supervi\u017cjoni finanzjarja konver\u0121enti u effettiva.", "Il-Kummissjoni t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jil\u0127qu ftehim dwar dawn il-proposti malajr.", "Sfond", "Il-\u0121lieda kontra l-\u0127asil tal-flus u l-finanzjament tat-terrori\u017cmu hija prijorit\u00e0 tal-Kummissjoni Juncker, u hija parti integrali tal-a\u0121enda tat-tnaqqis tar-riskju segwita mill-Unjoni Bankarja u mill-Unjoni tas-Swieq Kapitali.", "L-adozzjoni tar-raba' - fis-se\u0127\u0127 minn \u0120unju 2017 - u tal-\u0127ames Direttiva Kontra l-\u0126asil tal-Flus - fis-se\u0127\u0127 mid-9 ta' Lulju 2018 u li se ti\u0121i trasposta sa Jannar 2020 - sa\u0127\u0127et konsiderevolment il-qafas regolatorju tal-UE, inklu\u017ci r-regoli dwar il-kooperazzjoni bejn il-\u0121lieda kontra l-\u0127asil tal-flus u s-supervi\u017curi prudenzjali.", "Il-Kummissjoni qed issegwi mill-qrib l-implimentazzjoni korretta tar-4 Direttiva Kontra l-\u0126asil tal-Flus, inklu\u017c permezz ta' pro\u010beduri ta' ksur fejn me\u0127tie\u0121.", "Minkejja dan il-qafas le\u0121i\u017clattiv imsa\u0127\u0127a\u0127, xi ka\u017cijiet ri\u010benti ta' \u0127asil tal-flus f'banek Ewropej taw lok g\u0127al t\u0127assib dwar l-artikolazzjoni bejn ir-regoli prudenzjali u r-regoli kontra l-\u0127asil tal-flus g\u0127all-istituzzjonijiet finanzjarji.", "Dan it-t\u0127assib \u0121ie mtenni mill-Kunsill, mill-Ministri tal-Finanzi, l-aktar ri\u010bentement mill-President tal-Grupp tal-Euro, Centeno, fl-ittra tieg\u0127u tal-25 ta' \u0120unju 2018 lill-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk.", "Id-dikjarazzjoni u l-pjan direzzjonali Franko-\u0120ermani\u017c Meseberg li n\u0127ar\u0121u fid-19 ta' \u0120unju 2018 jenfasizzaw ukoll din il-kwistjoni.", "F'Mejju 2018, il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet grupp ta' \u0127idma li jlaqqa' flimkien l-Awtoritajiet Supervi\u017corji Ewropej, il-Bank \u010aentrali Ewropew u l-President tal-Kumitat ta' Kontra l-\u0126asil tal-Flus, biex jirriflettu dwar azzjonijiet possibbli biex ji\u017cguraw kooperazzjoni bla skossi bejn is-supervi\u017curi tal-\u0121lieda kontra l-\u0127asil tal-flus u s-supervi\u017curi prudenzjali fl-Unjoni Ewropea.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "MEMORANDUM", "L-Istat tal-Unjoni 2018", "Subpa\u0121na relatata mal-ekonomija"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_61", "title": "Il-Kummissjoni tirrevoka \u201cl-karta s-safra\u201d lit-Tajlandja b'rikonoxximent tal-azzjonijiet tag\u0127ha kontra s-sajd illegali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=MARAFFISH", "date": "Mon, 07 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea \u0127assret lit-Tajlandja mil-lista tal-\u201cpajji\u017ci mwissija\u201d b'rikonoxximent tal-progress tag\u0127ha fil-\u0121lieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.", "Illum il-Kummissjoni rrikonoxxiet li t-Tajlandja rnexxielha tindirizza n-nuqqasijiet fis-sistemi legali u amministrattivi tas-sajd tag\u0127ha.", "G\u0127alhekk, il-Kummissjoni qed tirrevoka l-hekk imsej\u0127a \u201ckarta safra\u201d, li ilha fis-se\u0127\u0127 minn April tal-2015, u li dak i\u017c-\u017cmien kienet twissija mill-UE li l-pajji\u017c ma kienx qed jindirizza bi\u017c\u017cejjed is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat.", "Id-De\u010bi\u017cjoni tal-lum tre\u0121\u0121a' lura l-ewwel pass ta' pro\u010bess li seta' wassal g\u0127al projbizzjoni s\u0127i\u0127a fuq l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd tal-ba\u0127ar fl-UE mit-Tajlandja.", "Il-Kummissarju Ewropew g\u0127all-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Karmenu Vella, qal: \u201cIs-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat jag\u0127mel il-\u0127sara lill-istokkijiet tal-\u0127ut madwar id-dinja, i\u017cda barra minn hekk jolqot fil-la\u0127am il-\u0127aj lil min jaqla' l-g\u0127ajxien tieg\u0127u mill-ba\u0127ar, spe\u010bjalment lil dawk li di\u0121\u00e0 qeg\u0127din fuq x-xifer tal-faqar.", "G\u0127alhekk il-\u0121lieda kontra s-sajd illegali hija prijorit\u00e0 g\u0127all-UE.", "Illum ninsab fer\u0127an \u0127afna li g\u0127andna sie\u0127eb \u0121did impenjat f'din il-\u0121lieda.\u201d", "Minn mindu ng\u0127atat il-karta s-safra, il-Kummissjoni u t-Tajlandja \u0127adu sehem fi pro\u010bess kostruttiv ta' kooperazzjoni u djalogu.", "Dan wassal g\u0127al titjib kbir fil-governanza Tajlandi\u017ca tas-sajd bi qbil mal-impenji internazzjonali tal-pajji\u017c.", "It-Tajlandja emendat il-qafas legali tas-sajd tag\u0127ha biex tikkonforma mal-istrumenti tal-li\u0121i internazzjonali dwar il-ba\u0127ar.", "Sa\u0127\u0127et il-konformit\u00e0 mal-obbligi tag\u0127ha b\u0127ala Stat kostali, Stat tal-bandiera, tal-port, u tas-suq, fosthom billi da\u0127\u0127let definizzjonijiet \u010bari fil-le\u0121i\u017clazzjoni tag\u0127ha u waqqfet sistema ta' sanzjonijiet deterrenti.", "Barra minn hekk, sa\u0127\u0127et il-mekkani\u017cmi tal-kontroll tal-flotta tas-sajd nazzjonali u tejbet is-sistemi ta' monitora\u0121\u0121, kontroll u sorveljanza.", "Dan jinkludi l-monitora\u0121\u0121 mill-bog\u0127od tal-attivitajiet tas-sajd u skema robusta ta' spezzjonijiet fil-port.", "B'dawn il-mi\u017curi, l-awtoritajiet Tajlandi\u017ci issa g\u0127andhom fis-se\u0127\u0127 il-politiki kollha me\u0127tie\u0121a biex jipprevenu, jiskora\u0121\u0121ixxu u jeliminaw is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat.", "It-Tajlandja g\u0127andha rwol \u010bentrali fil-katina internazzjonali tal-provvista tal-prodotti tas-sajd.", "L-industrija Tajlandi\u017ca tal-ippro\u010bessar hi \u017cviluppata \u0127afna u tiddependi fuq materja prima mill-O\u010bean Indjan u mill-O\u010bean Pa\u010bifiku.", "B\u0127ala parti fil-Ftehim dwar il-Mi\u017curi tal-Istati tal-Port tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, it-Tajlandja sa\u0127\u0127et il-kontrolli fuq il-\u0127att l-art minn bastimenti tas-sajd barranin fil-portijiet Tajlandi\u017ci u \u017ciedet il-kooperazzjoni mal-Istati tal-bandiera fl-O\u010bean Indjan u fl-O\u010bean Pa\u010bifiku.", "G\u0127alhekk, it-tis\u0127i\u0127 tas-sistemi legali u amministrattivi tas-sajd fit-Tajlandja jista' jo\u0127loq effett multiplikatur fuq is-sostenibbilt\u00e0 globali tar-ri\u017corsi tas-sajd.", "Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll l-isforzi li g\u0127amlet it-Tajlandja biex ti\u0121\u0121ieled it-traffikar tal-bnedmin u biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol fis-settur tas-sajd.", "Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew g\u0127all-Azzjoni Esterna, flimkien mal-awtoritajiet Tajlandi\u017ci, indirizzaw l-abbu\u017ci serji tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xog\u0127ol sfurzat fl-industrija tas-sajd, i\u017cda dawn mhumiex parti mid-djalogu bilaterali dwar is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat.", "Dan l-a\u0127\u0127ar it-Tajlandja \u0127abbret ir-ratifika tal-Konvenzjoni Nru 188 dwar ix-Xog\u0127ol fis-Sajd (C188) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xog\u0127ol, u kienet l-ewwel pajji\u017c fl-Asja li \u0127adet dan il-pass.", "Il-Kummissjoni tifra\u0127 lill-Gvern Tajlandi\u017c g\u0127all-impenn tieg\u0127u u lesta biex tkompli tappo\u0121\u0121a lit-Tajlandja fl-ambizzjoni ddikjarata tag\u0127ha li tkun ta' e\u017cempju g\u0127ar-re\u0121jun kollu, anki permezz tad-Djalogu UE-Tajlandja dwar ix-xog\u0127ol.", "Il-Kummissjoni se tkompli ta\u0127dem mill-qrib mat-Tajlandja fil-\u0121lieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat, u biex tippromwovi kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol di\u010benti fl-industrija tas-sajd.", "Kuntest", "Il-valur globali tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat (IUU) huwa stmat g\u0127al bejn 10 u 20 biljun ewro fis-sena.", "Kull sena jinqabdu bejn 11 u 26 miljun tunnellata \u0127ut b'mod illegali, dan ifisser mill-inqas 15 % tal-qabdiet madwar id-dinja.", "L-UE hija l-akbar importatur tal-prodotti tas-sajd fid-dinja.", "Il-\u0121lieda kontra s-sajd illegali hija parti mill-impenn tal-UE biex ti\u017cgura l-u\u017cu sostenibbli tal-ba\u0127ar u tar-ri\u017corsi tieg\u0127u, skont il-politika komuni tas-sajd.", "Apparti minn hekk, hija pilastru importanti tal-istrate\u0121ija tal-UE dwar il-governanza tal-o\u010beani, u l-mira hi li titjieb il-governanza internazzjonali tal-o\u010beani.", "Id-De\u010bi\u017cjoni tal-Kummissjoni hija bba\u017cata fuq ir-Regolament tal-UE dwar \u201cis-Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Regolat\u201d, li da\u0127al fis-se\u0127\u0127 fl-2010[1].", "Dan l-istrument ji\u017cgura li fis-suq tal-UE jid\u0127lu biss prodotti tas-sajd li jkunu \u0121ew i\u010b\u010bertifikati b\u0127ala legali.", "L-g\u0127an ewlieni tal-pro\u010bess tal-UE kontra s-sajd IUU, ji\u0121ifieri s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat hu li jsir djalogu ma' pajji\u017ci terzi u li dawn jing\u0127ataw l-appo\u0121\u0121.", "Dawn id-djalogi \u0127afna drabi jwasslu biex l-UE jkollha s\u0127ab \u0121odda impenjati fil-\u0121lieda kontra s-sajd IUU.", "F'Novembru tal-2012, il-Kummissjoni bdiet djalogi formali ma' 25 pajji\u017c terz (b'identifikazzjoni minn qabel jew bil-\u201ckarta s-safra\u201d), li kienu ng\u0127ataw twissija li je\u0127tie\u0121 jie\u0127du azzjoni effettiva biex ji\u0121\u0121ieldu s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat.", "Meta ji\u0121i nnutat li jkun sar progress sinifikanti, il-Kummissjoni ttemm id-djalogu (tne\u0127\u0127ilhom l-istatus ta' identifikazzjoni minn qabel jew tag\u0127tihom \u201cil-karta l-\u0127adra\u201d).", "S'issa ftit huma l-pajji\u017ci li ma wrewx bi\u017c\u017cejjed impenn g\u0127ar-riformi.", "Min\u0127abba f'hekk, il-prodotti tas-sajd li jinqabdu minn bastimenti ta' dawn il-pajji\u017ci ma jistg\u0127ux ji\u0121u importati fl-UE (identifikazzjoni u elenkar jew \u201cil-karta l-\u0127amra\u201d).", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Memo dwar is-Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Regolat b'mod \u0121enerali u fit-Tajlandja", "\u0126arsa \u0121enerali lejn il-pro\u010beduri tas-Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Regolat ma' pajji\u017ci terzi", "[1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskora\u0121\u0121ixxi u telimina s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux Regolat."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_161", "title": "L-Istati Uniti huma l-fornitur prin\u010bipali tal-fa\u017cola tas-sojja fl-Ewropa, b'importazzjonijiet li \u017cdiedu b' 112 %", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL,PRESIDENCY", "date": "Sun, 06 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["L-importazzjonijiet ta' fa\u017cola tas-sojja tal-Istati Uniti mill-Unjoni Ewropea \u017cdiedu b'112 % matul is-sena tas-suq attwali (Lulju-Di\u010bembru 2018), meta mqabbel mal-istess perjodu fis-sena ta' qabel.", "B'sehem ta' 75 % tal-importazzjonijiet ta' fa\u017cola tas-sojja fl-UE, l-Istati Uniti g\u0127adhom il-fornitur numru wie\u0127ed tal-Ewropa.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, l-Ewropa g\u0127adha d-destinazzjoni ewlenija tal-esportazzjonijiet ta' fa\u017cola tas-sojja tal-Istati Uniti (28 %), segwita mill-Ar\u0121entina (10 %) u mill-Messiku (9 %).", "Din hija parti mill-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Kon\u0121unta maqbula bejn il-Presidenti Juncker u Trump f'Lulju 2018.", "Fid-Dikjarazzjoni Kon\u0121unta, i\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at qablu li j\u017cidu l-kummer\u010b f'diversi oqsma u prodotti, b'mod partikolari l-fa\u017cola tas-sojja.", "B'ri\u017cultat ta' dan, issa l-Kummissjoni Ewropea qieg\u0127da tippubblika regolarment i\u010b-\u010bifri dwar l-importazzjonijiet tal-UE.", "Dawn l-a\u0127\u0127ar \u017cviluppi sinifikanti fit-tieni nofs tal-2018 jikkontribwixxu g\u0127all-konsolidazzjoni tal-po\u017cizzjoni mexxejja tal-Istati Uniti fil-forniment ta' fa\u017cola tas-sojja g\u0127all-UE g\u0127as-sena kalendarja kollha, ferm quddiem il-Bra\u017cil, il-fornitur prin\u010bipali tradizzjonali tal-Ewropa.", "Fl-2018 (minn Jannar sa Di\u010bembru), 50 % tal-importazzjonijiet tal-Ewropa ori\u0121inaw mill-Istati Uniti u 36 % mill-Bra\u017cil (37 % fl-2017).", "Huwa mistenni li l-importazzjonijiet Ewropej ta' fa\u017cola tas-sojja tal-Istati Uniti se jkomplu ji\u017cdiedu iktar wara d-de\u010bi\u017cjoni li \u0127adet il-Kummissjoni Ewropea biex tniedi l-pro\u010bess g\u0127all-awtorizzazzjoni tal-u\u017cu tal-fa\u017cola tas-sojja tal-Istati Uniti g\u0127all-bijofjuwils.", "Ir-rapport tal-lum juri li:", "F'Di\u010bembru 2018, il-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni pubblika dwar id-de\u010bi\u017cjoni li ji\u0121i awtorizzat l-u\u017cu tal-fa\u017cola tas-sojja tal-Istati Uniti g\u0127all-bijofjuwils fl-Ewropa.", "Skont il-valutazzjoni tal-Kummissjoni, \u201cil- Protokoll ta' Garanzija tas-Sostenibbilt\u00e0 tal-Fa\u017cola tas-Sojja tal-Istati Uniti\u201d ippre\u017centata mill-esportaturi tal-Istati Uniti tissodisfa r-rekwi\u017citi obbligatorji ta' sostenibbilt\u00e0 tal-le\u0121i\u017clazzjoni tal-UE biex il-fa\u017cola tas-sojja tintu\u017ca fil-bijofjuwils.", "L-abbozz tad-de\u010bi\u017cjoni ta' implimentazzjoni \u0121ie ppubblikat biex jing\u0127ata feedback dwaru sas-16 ta' Jannar fuq is-sit web dwar Regolamentazzjoni A\u0127jar u g\u0127andu ji\u0121i adottat fil-\u0121img\u0127at li \u0121ejjin, biex b'hekk l-esportaturi tal-Istati Uniti jkunu jistg\u0127u jkomplu jiddiversifikaw is-swieq Ewropej tag\u0127hom filwaqt li jikkontribwixxu biex jintla\u0127qu l-objettivi tal-UE fil-qasam tal-ener\u0121ija rinnovabbli.", "Sfond", "L-UE timporta madwar 14-il miljun tunnellata ta' fa\u017cola tas-sojja fis-sena b\u0127ala sors ta' proteina biex jing\u0127alfu l-annimali tag\u0127na, fosthom it-ti\u0121ie\u0121, il-\u0127nie\u017cer u l-bhejjem tal-ifrat, kif ukoll g\u0127all-produzzjoni tal-\u0127alib.", "Inzerta li l-fa\u017cola tas-sojja mill-Istati Uniti hija alternattiva ta' g\u0127alf attraenti \u0127afna g\u0127all-importaturi u g\u0127all-utenti Ewropej min\u0127abba l-prezzijiet kompetittivi tag\u0127ha.", "Id-data inklu\u017ca fir-rapport ippubblikat illum dwar il-fa\u017cola tas-sojja \u0121ejja mill-Osservatorju tas-Suq tal-G\u0127elejjel li l-Kummissjoni Ewropea varat f'Lulju 2017 biex tikkondividi d-data dwar is-suq u l-anali\u017ci fuq medda qasira ta' \u017cmien sabiex ti\u017cgura iktar trasparenza.", "G\u0127al iktar informazzjoni", "Anness"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_924", "title": "Il-Mediterran tal-Punent: azzjonijiet favur l-i\u017cvilupp sostenibbli tal-ekonomija l-blu", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=MARAFFISH", "date": "Tue, 18 Apr 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi inizjattiva \u0121dida g\u0127all-i\u017cvilupp sostenibbli tal-ekonomija l-blu fir-re\u0121jun tal-Mediterran tal-Punent.", "Dan ir-re\u0121jun ikopri \u010bentri ekonomi\u010bi ewlenin b\u0127all-bliet ta' Bar\u010bellona, Marsilja, Napli u Tune\u017c.", "Huwa jinkludi wkoll postijiet turisti\u010bi b\u0127all-G\u017cejjer Baleari\u010bi, Sqallija u Korsika.", "F'dan ir-re\u0121jun hemm pressjoni kbira fuq il-bijodiversit\u00e0 tal-ba\u0127ar u rapport li \u0127ar\u0121u dan l-a\u0127\u0127ar ix-xjenzati ta\u010b-\u010aentru Kon\u0121unt tar-Ri\u010berka wera li fl-a\u0127\u0127ar \u0127amsin sena nofs il-bijodiversit\u00e0 li kien hemm fih intilfet.", "Barra minn hekk, dan l-a\u0127\u0127ar kien hemm ukoll t\u0127assib marbut mas-sigurt\u00e0 u mas-sikurezza f'dan ir-re\u0121jun min\u0127abba \u017c-\u017cieda fil-migrazzjoni min-Nofsinhar g\u0127at-Tramuntana.", "Din l-inizjattiva se tippermetti lill-pajji\u017ci tal-UE u lill-\u0121irien tag\u0127hom ja\u0127dmu flimkien biex i\u017cidu s-sigurt\u00e0 u s-sikurezza fil-qasam marittimu, biex jippromwovu tkabbir blu u impjiegi sostenibbli u biex jippreservaw l-ekosistemi u l-bijodiversit\u00e0.", "Karmenu Vella, il-Kummissarju g\u0127all-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, qal: \u201cG\u0127al miljuni ta' turisti, il-Mediterran tal-Punent i\u0121ibilhom memorji sbie\u0127.", "B\u0127all-miljuni l-o\u0127ra li jg\u0127ixu f'dan ir-re\u0121jun, huma jifhmu r-rabta fra\u0121li li hemm bejn il-konservazzjoni tal-\u0127abitats u tat-tradizzjonijiet nazzjonali u l-i\u017cgurar tal-vijabbilt\u00e0 ekonomika.", "L-ekonomija l-blu hija importanti g\u0127al kull wie\u0127ed mill-pajji\u017ci involuti, u dawn irrikonoxxew is-sa\u0127\u0127a li hemm fil-\u0127idma flimkien\u201d.", "Johannes Hahn, il-Kummissarju g\u0127all-Politika Ewropea tal-Vi\u010binat u n-Negozjati g\u0127at-Tkabbir, qal: \u201cDin l-inizjattiva re\u0121jonali l-\u0121dida tirrikonoxxi u tisfrutta l-potenzjal ekonomiku tal-Ba\u0127ar Mediterran u ta' xtutu sabiex tkompli tg\u0127in it-tkabbir ekonomiku u tikkontribwixxi g\u0127all-\u0127olqien tal-impjiegi u eventwalment g\u0127all-istabbilizzazzjoni tar-re\u0121jun.", "Dan huwa pass importanti lejn koordinazzjoni u kooperazzjoni aktar mill-qrib fost il-pajji\u017ci parte\u010bipanti.\u201d", "L-inizjattiva hija r-ri\u017cultat ta' snin ta' djalogu bejn g\u0127axar pajji\u017ci mir-re\u0121jun tal-Mediterran tal-Punent li huma lesti ja\u0127dmu flimkien fuq dawn l-interessi komuni g\u0127ar-re\u0121jun.", "Dawn il-pajji\u017ci huma \u0127ames Stati Membri tal-UE (Franza, l-Italja, il-Portugall, Spanja u Malta) u \u0127ames pajji\u017ci s\u0127ab tan-Nofsinhar (l-Al\u0121erija, il-Libja, il-Mawritanja, il-Marokk u t-Tune\u017cija).", "L-g\u0127anijiet tal-inizjattiva", "Bit-trawwim tal-kooperazzjoni bejn l-g\u0127axar pajji\u017ci kkon\u010bernati, l-inizjattiva g\u0127andha tliet g\u0127anijiet ewlenin:", "\u0120ew identifikati n-nuqqasijiet u l-isfidi u \u0121ew stabbiliti g\u0127add ta' prijoritajiet u azzjonijiet immirati g\u0127al kull g\u0127an.", "Il-prijoritajiet g\u0127all-G\u0127an Nru 1 jinkludu l-kooperazzjoni bejn il-gwardji kostali nazzjonali u r-rispons g\u0127all-in\u010bidenti u g\u0127at-tixrid ta\u017c-\u017cejt.", "L-azzjonijiet spe\u010bifi\u010bi se jiffukaw fuq l-immodernizzar tal-infrastruttura g\u0127all-monitora\u0121\u0121 tat-traffiku, il-kondivi\u017cjoni tad-dejta u l-bini tal-kapa\u010bit\u00e0.", "Il-prijoritajiet g\u0127all-G\u0127an Nru 2 jinkludu s-sejbien ta' sorsi \u0121odda tad-dejta, il-bijoteknolo\u0121ija u t-turi\u017cmu kostali.", "G\u0127all-G\u0127an Nru 3, il-prijorit\u00e0 ting\u0127ata lill-ippjanar spazjali, l-g\u0127arfien dwar il-ba\u0127ar, il-konservazzjoni tal-\u0127abitats u s-sajd sostenibbli.", "L-inizjattiva se ti\u0121i ffinanzjata mill-fondi u mill-istrumenti finanzjarji e\u017cistenti re\u0121jonali, nazzjonali, tal-UE u internazzjonali, li se ji\u0121u kkoordinati ma' xulxin u jkunu jikkumplimentaw lil xulxin.", "Dan se jag\u0127tiha \u010bertu sa\u0127\u0127a u jg\u0127inha tattira fondi minn investituri pubbli\u010bi u privati o\u0127rajn.", "Din l-inizjattiva g\u0127all-i\u017cvilupp sostenibbli tal-Mediterran tal-Punent hija e\u017cempju ie\u0127or tas-su\u010b\u010bess tal-Politika Ewropea tal-Vi\u010binat.", "Bilkemm g\u0127addew tliet \u0121img\u0127at minn meta l-UE \u017cgurat impenn ta' g\u0127axar snin biex ji\u0121u salvati l-istokkijiet tal-\u0127ut fil-Mediterran.", "Tmien Stati Membri (Spanja, Franza, l-Italja, Malta, is-Slovenja, il-Kroazja, il-Gre\u010bja u \u010aipru) u seba' pajji\u017ci terzi (il-Marokk, l-Al\u0121erija, it-Tune\u017cija, l-E\u0121ittu, it-Turkija, l-Albanija u l-Montenegro) huma involuti fid-Dikjarazzjoni MedFish4Ever, li \u0121iet iffirmata fit-30 ta' Marzu minn rappre\u017centanti ministerjali tal-Mediterran kemm mill-kosti tat-Tramuntana kif ukoll tan-Nofsinhar.", "Dawn i\u017c-\u017cew\u0121 pro\u0121etti se jg\u0127inu lil xulxin fil-\u0127arsien tal-\u0121id ekolo\u0121iku u ekonomiku tar-re\u0121jun.", "Sfond", "L-inizjattiva hija bba\u017cata fuq l-esperjenza twila tal-Kummissjoni b'rabta mal-istrate\u0121iji dwar il-ba\u010biri tal-ba\u0127ar u mal-istrate\u0121iji makrore\u0121jonali (b\u0127all-Istrate\u0121ija Ewropea g\u0127all-Atlantiku, l-Istrate\u0121ija tal-UE g\u0127ar-Re\u0121jun tal-Ba\u0127ar Baltiku u l-Istrate\u0121ija tal-UE g\u0127ar-Re\u0121jun Adrijatiku u Joniku).", "Hija bba\u017cata wkoll fuq aktar minn g\u0127oxrin sena ta' \u0127idma fi \u0127dan id-Djalogu 5+5, li \u0127oloq rabtiet b'sa\u0127\u0127ithom bejn il-pajji\u017ci parte\u010bipanti.", "Barra minn hekk, l-inizjattiva tibni wkoll fuq politiki o\u0127rajn tal-UE marbutin ma' dan ir-re\u0121jun, b\u0127all-prijoritajiet tar-Revi\u017cjoni tal-Politika Ewropea tal-Vi\u010binat u l-Komunikazzjoni ta' dan l-a\u0127\u0127ar dwar il-Governanza Internazzjonali tal-O\u010beani.", "L-inizjattiva qed ti\u0121i ppre\u017centata f'\u017cew\u0121 dokumenti.", "Dawn huma Komunikazzjoni li tiddeskrivi l-isfidi ewlenin, in-nuqqasijiet u s-soluzzjonijiet possibbli u Qafas ta' Azzjoni li jippre\u017centa l-prijoritajiet, l-azzjonijiet u l-pro\u0121etti identifikati fid-dettall, b'miri kwantitattivi u skadenzi biex ji\u0121i mmonitorjat il-progress ma\u017c-\u017cmien.", "Xi azzjonijiet jafu jestendu lil hinn sew mill-pajji\u017ci kkon\u010bernati u anki lil hinn mis-sottoba\u010bir.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Il-Komunikazzjoni", "Il-Qafas ta' Azzjoni", "MEMO/17/1001", "Id-Dikjarazzjoni MedFish4Ever", "Il-governanza tal-o\u010beani", "It-tkabbir blu"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_17_1001", "title": "Il-Mediterran tal-Punent: azzjonijiet favur l-i\u017cvilupp sostenibbli tal-ekonomija l-blu", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=MARAFFISH", "date": "Tue, 18 Apr 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Mistoqsijiet u twe\u0121ibiet dwar l-inizjattiva tal-UE g\u0127all-i\u017cvilupp sostenibbli tal-ekonomija l-blu fil-Mediterran tal-Punent.", "G\u0127alfejn g\u0127andna b\u017conn inizjattiva g\u0127all-i\u017cvilupp sostenibbli tal-ekonomija l-blu fil-Mediterran tal-Punent?", "Il-Ba\u0127ar tal-Mediterran tal-Punent huwa g\u0127ani \u0127afna f'termini tar-ri\u017corsi naturali, tal-assi kulturali u tad-diversit\u00e0 tal-popli u tal-postijiet li fih.", "Hemm potenzjal enormi biex ji\u0121u \u017cviluppati d-diversi oqsma tal-ekonomija marittima.", "I\u017cda minkejja dawn il-vanta\u0121\u0121i kbar, ir-re\u0121jun qed jiffa\u010b\u010bja g\u0127add ta' sfidi li jwasslu g\u0127al nuqqas ta' stabbilt\u00e0 \u0121eopolitika fih.", "Dawn jinkludu kri\u017ci ekonomika u finanzjarja li ilha g\u0127addejja \u0127afna, b'rata g\u0127olja ta' qg\u0127ad fost i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 f'diversi pajji\u017ci, urbanizzazzjoni kostali dejjem tikber, l-isfruttament \u017cejjed tal-istokkijiet tal-\u0127ut, it-tni\u0121\u0121is tal-ba\u0127ar u wkoll il-kri\u017ci tar-refu\u0121jati.", "Barra minn hekk, it-tibdil fil-klima lil dan ir-re\u0121jun jaffettwah \u0127afna, u \u017c-\u017cieda fil-livell tal-ba\u0127ar hija theddida serja g\u0127all-ekosistemi u g\u0127all-ekonomiji kostali.", "Fatturi o\u0127rajn b\u0127at-tkabbir u t-tixji\u0127 tal-popolazzjoni, il-migrazzjoni u globalizzazzjoni dejjem akbar \u017cgur li se jkomplu j\u017cidu dawn il-pressjonijiet.", "Kif in\u0127olqot l-inizjattiva g\u0127all-Mediterran tal-Punent?", "Din l-inizjattiva g\u0127all-Mediterran tal-Punent issegwi d-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-Ekonomija l-Blu li l-Unjoni g\u0127all-Mediterran approvat fis-17 ta' Novembru 2015, u li stiednet lill-pajji\u017ci parte\u010bipanti jesploraw il-valur mi\u017cjud u l-fattibbilt\u00e0 ta' strate\u0121iji marittimi xierqa fil-livell sottore\u0121jonali, u jibnu fuq l-esperjenza li nkisbet fi \u0127dan id-Djalogu 5+5.", "F'Ottubru tal-2016, flimkien mas-Segretarjat tal-Unjoni g\u0127all-Mediterran, il-Ministri g\u0127all-Affarijiet Barranin tal-Al\u0121erija, ta' Franza, tal-Italja, tal-Libja, ta' Malta, tal-Mawritanja, tal-Marokk, tal-Portugall, ta' Spanja u tat-Tune\u017cija \u0127e\u0121\u0121ew li titwettaq aktar \u0127idma fuq inizjattiva g\u0127all-i\u017cvilupp sostenibbli tal-ekonomija l-blu.", "L-inizjattiva hija r-ri\u017cultat ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-gvernijiet nazzjonali, is-Segretarjat tal-Unjoni g\u0127all-Mediterran, il-partijiet ikkon\u010bernati tar-re\u0121jun u organizzazzjonijiet re\u0121jonali b\u0127al, pere\u017cempju, il-Kummissjoni \u0120enerali g\u0127as-Sajd fil-Mediterran, il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti g\u0127all-Ambjent, il-Pjan ta' Azzjoni g\u0127all-Mediterran u l-Konferenza tar-Re\u0121juni Periferi\u010bi Marittimi tal-Ewropa.", "Il-pro\u010bess beda fi Frar tal-2016 u la\u0127aq il-qofol tieg\u0127u sena wara permezz ta' Konferenza tal-Partijiet Ikkon\u010bernati li saret f'Bar\u010bellona.", "Liema pajji\u017ci huma involuti f'din l-inizjattiva?", "L-ambitu \u0121eografiku ta' din l-istrate\u0121ija jissejjes fuq is-sottoba\u010bir tal-Mediterran tal-Punent u jolqot lil g\u0127axar pajji\u017ci, li nofshom huma Stati Membri tal-UE (Franza, l-Italja, il-Portugall, Spanja u Malta) u nofshom mhumiex (l-Al\u0121erija, il-Libja, il-Mawritanja, il-Marokk u t-Tune\u017cija).", "Min\u0127abba li l-inizjattiva tolqot kemm lil pajji\u017ci tal-UE u kemm lil pajji\u017ci li huma s\u0127ab tag\u0127ha, trid ti\u0121i approvata politikament kemm mill-UE u kemm mill-Unjoni g\u0127all-Mediterran.", "L-inizjattiva se tkun miftu\u0127a g\u0127al pajji\u017ci o\u0127ra?", "L-ambitu tal-azzjonijiet ta' din l-inizjattiva u l-benefi\u010b\u010bji potenzjali tag\u0127ha jafu jestendu fa\u010bilment lil hinn mis-sottoba\u010bir tal-Mediterran tal-Punent.", "I\u017c-\u017coni tal-ba\u0127ar u \u017c-\u017coni kostali huma sistemi interkonnessi u g\u0127alhekk, skont il-\u0127ti\u0121ijiet li jkunu jridu ji\u0121u indirizzati, l-azzjonijiet jistg\u0127u jinvolvu s\u0127ab fil-Mediterran \u010aentrali u fl-Atlantiku tal-Grigal u se jibqg\u0127u miftu\u0127in g\u0127al s\u0127ab o\u0127rajn ukoll.", "X'inhuma l-g\u0127anijiet u l-miri ewlenin ta' din l-inizjattiva?", "Billi trawwem il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-g\u0127axar pajji\u017ci, l-inizjattiva g\u0127andha l-g\u0127an li \u017c\u017cid is-sigurt\u00e0 u s-sikurezza, li tippromwovi t-tkabbir blu u l-impjiegi sostenibbli u li tippreserva l-ekosistemi u l-bijodiversit\u00e0 fir-re\u0121jun tal-Mediterran tal-Punent.", "G\u0127alhekk hija tiffoka fuq tliet g\u0127anijiet ewlenin (spazju marittimu b'aktar sigurt\u00e0 u sikurezza, ekonomija blu intelli\u0121enti u re\u017ciljenti, u governanza a\u0127jar tal-ba\u0127ar) u tipproponi g\u0127add ta' azzjonijiet prijoritarji biex jintla\u0127qu dawk l-g\u0127anijiet.", "Qafas ta' Azzjoni jidentifika n-nuqqasijiet li jridu ji\u0121u indirizzati u l-valur mi\u017cjud potenzjali tal-azzjonijiet proposti.", "Din l-inizjattiva kif inhi marbuta mal-politiki tal-UE?", "X'oqsma se tkopri?", "Minflok ma to\u0127loq le\u0121i\u017clazzjoni \u0121dida, l-g\u0127an ta' din l-inizjattiva huwa li til\u0127aq il-prijoritajiet tal-Kummissjoni (\u201cSpinta \u0121dida g\u0127all-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment\u201d, \u201cUnjoni tal-Ener\u0121ija Re\u017ciljenti li jkollha Politika dwar it-Tibdil tal-Klima li T\u0127ares lejn il-Futur\u201d, \u201cLejn Politika \u0120dida dwar il-Migrazzjoni\u201d u \u201cAttur Globali Aktar b'Sa\u0127\u0127tu\u201d) billi ssa\u0127\u0127a\u0127 il-kooperazzjoni transfruntiera fir-re\u0121jun u trawwem il-konformit\u00e0 mal-li\u0121ijiet tal-UE.", "Qed ting\u0127ata attenzjoni spe\u010bjali biex ikun hemm aktar siner\u0121ija fost il-fondi e\u017cistenti u biex ikun hemm appro\u010b\u010b integrat li ji\u0121bor flimkien il-linji politi\u010bi differenti u li jg\u0127aqqad sew bejniethom lill-politiki u lill-inizjattivi tal-UE.", "L-inizjattiva tikkumplimenta d-Dikjarazzjoni MedFish4Ever (li \u0121iet iffirmata f'Malta fit-30 ta' Marzu 2017), li tistabbilixxi programm ta' \u0127idma ddettaljat g\u0127all-g\u0127axar snin li \u0121ejjin sabiex ji\u0121u salvati l-istokkijiet tal-\u0127ut tal-Mediterran u jit\u0127ares il-\u0121id ekolo\u0121iku u ekonomiku tar-re\u0121jun.", "Min se jibbenefika minn din l-inizjattiva?", "Il-partijiet ikkon\u010bernati kollha tar-re\u0121jun se jibbenefikaw minn din l-inizjattiva, fosthom l-amministrazzjonijiet lokali, re\u0121jonali u nazzjonali, l-universitajiet, ir-raggruppamenti marittimi, l-istituzzjonijiet tat-ta\u0127ri\u0121, in-negozji, l-intrapri\u017ci \u017c-\u017cg\u0127ar u ta' daqs medju, is-sajjieda, l-organizzazzjonijiet tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili u l-investituri u wkoll in-nies li jg\u0127ixu f'dan ir-re\u0121jun.", "Kif se ti\u0121i ffinanzjata din l-inizjattiva?", "L-inizjattiva se ti\u0121i ffinanzjata mill-fondi u mill-istrumenti finanzjarji e\u017cistenti re\u0121jonali, nazzjonali, tal-UE u internazzjonali.", "Skont stima konservattiva, hemm mill-inqas 4 biljun ewro disponibbli biex ti\u0121i implimentata din l-inizjattiva.", "Barra minn hekk, l-UE qed tipprevedi li to\u0127loq mekkani\u017cmu ta' assistenza spe\u010bifiku g\u0127all-Mediterran tal-Punent u li tniedi sej\u0127iet immirati biex tippromwovi r-raggruppamenti marittimi, l-Ippjanar Spazjali Marittimu u l-kooperazzjoni bejn l-istituti tat-ta\u0127ri\u0121 marittimu u bejn il-komunitajiet kostali b'rabta mas-sajd fuq skala \u017cg\u0127ira fir-re\u0121jun, u li talloka madwar 10 miljun ewro g\u0127al dan.", "X'inhuma l-passi li jmiss?", "Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill japprovaw din il-Komunikazzjoni.", "Il-Kummissjoni tistieden ukoll lill-Kumitat tar-Re\u0121juni u lill-Kumitat Ekonomiku u So\u010bjali Ewropew jipprovdu l-Opinjoni tag\u0127hom dwar din l-inizjattiva.", "Il-pajji\u017ci parte\u010bipanti wkoll se jkollhom jag\u0127mlu l-parti tag\u0127hom u jiddefinixxu struttura ta' governanza biex tmexxi 'l din l-inizjattiva u timplimentaha.", "Abba\u017ci tar-rapporti ta' dawn il-pajji\u017ci, il-Kummissjoni mbag\u0127ad, sal-2022, se tibg\u0127at rapport dwar l-implimentazzjoni tal-inizjattiva lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_963", "title": "L-importazzjonijiet tal-prodotti organi\u010bi so\u0121\u0121etti g\u0127al sistema \u0121dida tal-UE g\u0127a\u010b-\u010bertifikazzjoni elettronika", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Mon, 17 Apr 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Minn g\u0127ada, tibda tapplika sistema \u0121dida ta' \u010bertifikazzjoni elettronika sabiex ji\u0121u mmonitorjati a\u0127jar l-importazzjonijiet tal-prodotti organi\u010bi.", "B'hekk, l-UE se ssir mexxejja globali fit-tra\u010b\u010babbilt\u00e0 u fil-\u0121bir ta' dejta affidabbli dwar il-kummer\u010b f'dawn il-prodotti.", "Din is-sistema ta' \u010bertifikazzjoni elettronika hija pijuniera fil-qasam tag\u0127ha u se tikkontribwixxi g\u0127at-titjib tad-dispo\u017cizzjonijiet dwar is-sikurezza tal-ikel u g\u0127at-tnaqqis tal-frodi potenzjali.", "Se tnaqqas ukoll il-pi\u017c amministrattiv g\u0127all-operaturi u l-awtoritajiet, u tipprovdi dejta statistika wisq aktar komprensiva dwar l-importazzjonijiet organi\u010bi.", "Sew il-karti sew i\u010b-\u010bertifikazzjoni elettronika se jintu\u017caw g\u0127al perjodu ta' tran\u017cizzjoni ta' 6 xhur.", "Mid-19 ta' Ottubru 2017, l-importazzjonijiet organi\u010bi se jkunu koperti biss mi\u010b-\u010bertifikazzjoni elettronika.", "Il-Kummissarju tal-UE g\u0127all-Agrikoltura u l-I\u017cvilupp Rurali, Phil Hogan qal: \u201cL-impenn tag\u0127na lejn \u010bertifikazzjoni u mi\u017curi ta' spezzjoni stretti huwa komponent importanti tal-istandards tal-UE g\u0127as-sikurezza tal-ikel.", "Dawn l-istandards g\u0127oljin g\u0127amluna l-a\u0127jar indirizz fid-dinja g\u0127all-ikel, i\u017cda rridu nkomplu nistinkaw biex insibu modi \u0121odda u a\u0127jar biex nag\u0127mlu dejjem aktar.", "Dawn ir-regoli l-\u0121odda se jtejbu t-tra\u010b\u010babbilt\u00e0 tal-prodotti organi\u010bi, li huwa suq importanti li qed jikber kulma jmur.\u201d", "F'termini pratti\u010bi, il-bidliet se je\u0127tie\u0121u \u017c-\u017cieda ta' dawn i\u010b-\u010bertifikati ta' importazzjoni fis-sistema TRACES li hija s-sistema elettronika e\u017cistenti tal-UE g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-movimenti tal-prodotti tal-ikel madwar l-Unjoni.", "Is-sistema hija a\u010b\u010bessibbli 24/7 u hija mag\u0127rufa li tiffa\u010bilita l-kummer\u010b billi tg\u0127in lis-s\u0127ab kummer\u010bjali u lill-awtoritajiet kompetenti jiksbu fa\u010bilment l-informazzjoni dwar il-movimenti tal-kunsinni tag\u0127hom, kif ukoll billi t\u0127affef il-pro\u010beduri amministrattivi.", "Wriet ukoll li hija g\u0127odda indispensabbli li tiffa\u010bilita r-reazzjoni rapida g\u0127at-theddidiet g\u0127as-sa\u0127\u0127a billi tittra\u010b\u010ba l-movimenti tal-kunsinni u tiffa\u010bilita l-\u0121estjoni tar-riskju tal-kunsinni rrifjutati.", "Sfond", "Wara rakkomandazzjonijiet mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u talba mill-Istati Membri biex ji\u0121i indirizzat it-t\u0127assib dwar il-monitora\u0121\u0121 tal-movimenti tal-prodotti organi\u010bi u l-konsistenza tal-verifiki tal-importazzjoni, ir-regoli l-\u0121odda g\u0127andhom l-g\u0127an li jtejbu t-tra\u010b\u010babbilt\u00e0 tal-prodotti organi\u010bi u li jnaqqsu l-frodi potenzjali.", "Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1842 \u0121ie ppubblikat fl-14 ta' Ottubru 2016, u emenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fir-rigward ta\u010b-\u010bertifikat elettroniku ta' spezzjoni g\u0127all-prodotti organi\u010bi importati u \u010bertu elementi o\u0127ra, u r-Regolament (KE) Nru 889/2008 fir-rigward tar-rekwi\u017citi g\u0127all-prodotti organi\u010bi preservati jew pro\u010bessati u t-tra\u017cmissjoni tal-informazzjoni.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Aktar dwar il-biedja organika fl-UE"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_1903", "title": "Id-dominju tal-internet \u201c.eu\u201d issa huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 09 Dec 2009 23:00:00 GMT", "text": ["IP/09/1903", "Brussell, l-10 ta' Di\u010bembru 2009", "Id-dominju tal-internet \u201c.eu\u201d issa huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE", "Mil-lum 'il quddiem, i\u010b-\u010bittadini, in-negozji u l-organizzazzjonijiet Ewropej jistg\u0127u jirre\u0121istraw ismijiet tas-siti elettroni\u010bi .eu billi ju\u017caw karattri mit-23 lingwa uffi\u010bjali tal-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li r-re\u0121istranti jistg\u0127u ju\u017caw ismijiet Griegi jew \u010airilli\u010bi b\u0127alma huma www. \u03b4\u03b9\u03b1\u03b4\u03af\u03ba\u03c4\u03c5\u03bf .eu jew www.\u0440\u043e\u0443\u043c\u0438\u043d\u0433.eu .", "Dan sar possibbli bis-sa\u0127\u0127a ta' regoli \u0121odda tal-UE adottati mill-Kummissjoni f'\u0120unju 2009 ( IP/09/1044 ).", "\u201cIsmijiet Internazzjonalizzati tad-Dominji tad-'.eu', id-Dominju Ewropew tal-Og\u0127la Livell, huma pass kbir lejn internet tassew globali, u fl-istess \u0127in lokali.", "\u0126afna utenti tal-internet \u0121ejjin minn pajji\u017ci li fihom il-lingwi ma humiex ibba\u017cati fuq l-alfabett Latin, mill-\u2018a saz-z' , u naturalment ikunu jridu ju\u017caw l-alfabetti tag\u0127hom,\u201d qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE g\u0127as-So\u010bjet\u00e0 tal-Informazzjoni.", "\u201cIt-tnedija ta' ismijiet internazzjonali tad-dominji ta\u0127t id-.eu tkompli taqdi dejjem aktar il-\u0127ti\u0121ijiet ta' Ewropa multilingwi u multikulturali.\u201d", "L-Ismijiet Internazzjonalizzati tad-Dominji (IID) huma ismijiet ta' dominji li fihom karattri o\u0127ra flimkien mas-26 karattru tal-alfabett Latin \u201ca\u201d saz-\u201cz\u201d, in-numri \u201c0\u201d sad-\u201c9\u201d u s-\u201c-\u201d.", "Sal-lum, dawk li jirre\u0121istraw ismijiet ta' dominji ta\u0127t id-\u201c.eu\u201d setg\u0127u jag\u0127mlu dan biss permezz ta' sett limitat ta' karattri, i\u017cda issa hemm firxa wiesg\u0127a ta' karattri differenti u\u017cati fid-diversi lingwi uffi\u010bjali tal-UE li jistg\u0127u ji\u0121u rre\u0121istrati.", "Il-Kummissjoni dde\u010bidiet li d-dominju Ewropea tal-og\u0127la livell .eu g\u0127andu joffri l-karattri mil-lingwi uffi\u010bjali kollha tal-UE ( IP/09/1044 ).", "L-IIDs huma mod biex dan jit\u0127alla jsir.", "Issa se jkun possibbli li ji\u0121u rre\u0121istrati ta\u0127t id-\u201c.eu\u201d ismijiet li fihom ikun hemm karattri b\u0127all-\u201c\u00e0\u201d, \u201c\u0105\u201d, \u201c\u00e4\u201d, \u201c\u03c8\u201d jew \u201c\u0434\u201d.", "I\u010b-\u010bittadini, in-negozji u l-organizzazzjonijiet Ewropej se jkunu jistg\u0127u jirre\u0121istraw ismijiet tad-dominju bl-ittri li ma jinstabux fl-alfabett Latin, li hi \u0127a\u0121a essenzjali g\u0127al lingwi b\u0127all-Grieg u l-Bulgaru.", "Apparti minn hekk, dawk li jitkellmu bl-Ispanjol u bil-Bask jistg\u0127u jirre\u0121istraw ismijiet bl-\"\u00f1\", filwaqt li dawk li jitkellmu bil-Fran\u010bi\u017c, bil-Portugi\u017c u bil-Katalan jistg\u0127u ju\u017caw l-ittra \"\u00e7\".", "Il-multilingwi\u017cmu ilu aspett importanti \u0127afna tad-\u201c.eu\u201d minn meta fet\u0127u r-re\u0121istrazzjonijiet fl-2006.", "Il-qafas legali jipprevedi, pere\u017cempju, li r-re\u0121istrazzjoni tal-ismijiet tad-dominji .eu u l-komunikazzjoni tad-de\u010bi\u017cjonijiet rigward ir-re\u0121istrazzjoni g\u0127andhom ikunu possibbli fil-lingwi uffi\u010bjali kollha tal-Komunit\u00e0.", "Tipprovdi wkoll g\u0127ar-re\u0121istrazzjoni tal-ismijiet tad-dominji fil-karattri alfabeti\u010bi kollha tal-lingwi uffi\u010bjali.", "Il-passi li jmiss", "Mil-lum 'il quddiem, ismijiet ta\u0127t id-Dominju tal-Og\u0127la Livell .eu se jibbenefikaw minn Isem Internazzjonalizzat tad-Dominju.", "Pere\u017cempju fl-europa.eu, \u201c.eu\u201d huwa d-dominju tal-og\u0127la livell filwaqt li \u201ceuropa\u201d huwa l-isem irre\u0121istrat ta\u0127t dan id-Dominju tal-Og\u0127la Livell.", "Il-Kummissjoni qieg\u0127da ta\u0127dem ukoll biex ji\u0121u introdotti varjanti internazzjonalizzati tal-ismijiet tad-dominji fuq l-og\u0127la livell g\u0127ad-.eu (e\u017c. \u201ceu\u201d bil-karattri Griegi jew \u010airilli\u010bi) malajr kemm jista' jkun.", "Il-Kummissarju Reding infurmat lis-CEO tal- ICANN (il-Korporazzjoni tal-Internet g\u0127al Ismijiet u Numri Assenjati), Rod Beckstrom dwar il-pjanijiet tal-Kummissjoni fil-Forum dwar il-Governanza tal-Internet f'Novembru ( IP/09/1717 ).", "Meta l-ICANN tapprova ismijiet internazzjonali tad-dominji fuq l-Og\u0127la Livell g\u0127ad-.eu, ir-re\u0121istranti tal-UE se jkunu jistg\u0127u jirre\u0121istraw indirizz s\u0127i\u0127 tal-internet bil-karattri tag\u0127hom (e\u017c. kemm \u201ceuropa\u201d kif ukoll \u201c.eu\u201d).", "L-isfond", ".eu huwa d-dominju tal-og\u0127la livell tal-Europa, stabbilit mill-UE imma operat mill-organizzazzjoni privata li ma toperax bi skopijiet ta' qlig\u0127, il- EURid .", "Dan il-konsorzju ta' re\u0121istri Bel\u0121jani, \u010aeki, Taljani, \u017bvedi\u017ci u Sloveni beda l-operazzjonijiet .eu fl-2005.", "Sal-lum, je\u017cistu aktar minn 3 miljun isem ta' dominji .eu ( IP/09/536 )", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "MEMO/08/218", "Annex", "Ten largest top level domains by number of registered domain names (as of 30 September 2009)", "TLD", "Number of registered domains", ".com", "82 467 859", ".de", "13 077 091", ".cn", "12 545 589", ".net", "12 477 730", ".org", "7 840 201", ".uk", "7 826 095", ".info", "5 282 857", ".nl", "3 523 290", ".eu (*)", "2 991 205", ".biz", "2 370 874", "Source: EURid", "Number of .eu domains by country (as of 30 September 2009)", "Country", "Number of .eu domains", "Austria", "76 846", "Belgium", "91 334", "Bulgaria", "10 420", "Cyprus", "52 795", "Czech Republic", "87 382", "Denmark", "38 166", "Estonia", "8 146", "Finland", "15 389", "France", "267 678", "Germany", "922 344", "Greece", "26 231", "Hungary", "29 822", "Ireland", "50 311", "Italy", "164 049", "Latvia", "5 599", "Lithuania", "9 499", "Luxembourg", "26 929", "Malta", "3 759", "Netherlands", "417 892", "Poland", "163 465", "Portugal", "11 986", "Romania", "20 003", "Slovakia", "19 849", "Slovenia", "6 605", "Spain", "71 529", "Sweden", "75 452", "United Kingdom", "309 766", "Source: EURid", "Growth of .eu domains 2007-2009 by country of residence of registrants", "Country", "Growth of .eu domains 2007-2009*", "Austria", "+ 17 %", "Belgium", "+ 9 %", "Bulgaria", "+ 87 %", "Cyprus", "- 42 %", "Czech Republic", "+ 49 %", "Denmark", "- 8 %", "Estonia", "+ 35 %", "Finland", "+ 20 %", "France", "+ 39 %", "Germany", "+ 7 %", "Greece", "+ 28 %", "Hungary", "+ 36 %", "Ireland", "+ 82 %", "Italy", "+ 20 %", "Latvia", "- 23 %", "Lithuania", "+ 73 %", "Luxembourg", "+ 87 %", "Malta", "- 81 %", "Netherlands", "+ 15 %", "Poland", "+ 60 %", "Portugal", "+ 9 %", "Romania", "+ 41%", "Slovakia", "+ 56 %", "Slovenia", "+ 44 %", "Spain", "+ 17 %", "Sweden", "- 21 %", "United Kingdom", "- 18 %", "EU", "+ 10 %", "*from 31.12.2007 to 30.09.2009.", "Source: EURid"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_594", "title": "Il-Konsumaturi: Ir-Rapport Annwali\nRAPEX tal-2008 juri \u017cieda fin-numru ta' prodotti perikolu\u017ci li\nqed jinstabu", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Sun, 19 Apr 2009 22:00:00 GMT", "text": ["IP/09/594", "Brussell, 20 ta' April 2009", "Il-Kummissarju g\u0127all-Affarijiet tal-Konsumatur Meglena Kuneva qalet: \"Dan ir-rapport jibg\u0127at messa\u0121\u0121 \u010bar \u0127afna li ma hemmx lok g\u0127al kompja\u010benza fejn tid\u0127ol is-sikurezza.", "L-akbar sfida g\u0127all-2009 hija li ni\u017cguraw li s-sikurezza tal-prodott ma tkunx imwarrba f'dan il-perjodu ta' kri\u017ci finanzjarja, li n-negozji jibqg\u0127u jirrispettaw l-obbligi tag\u0127hom lejn il-konsumaturi u li l-Istati Membri jallokaw ri\u017corsi bi\u017c\u017cejjed g\u0127all-infurzar.", "Is-sikurezza mhijiex lussu.", "Dan ir-rapport jistabbilixxi b'mod \u010bar l-isfidi sinifikanti li qed in\u0127abbtu wi\u010b\u010bna mag\u0127hom u jibg\u0127at sinjal \u010bar li ma hemm l-ebda lok g\u0127al tnaqqis fl-ispejje\u017c jew qtug\u0127 g\u0127ad-dritt fejn tid\u0127ol is-sikurezza.", "G\u0127all-kuntrarju, fi \u017cminijiet ta' kri\u017ci ekonomika meta l-prezz isir fattur importanti fin-nefqa tal-konsumatur, ne\u0127tie\u0121u li n\u017cidu l-isforzi tag\u0127na u n\u017commu l-vi\u0121ilanza g\u0127olja.\"", "In-numru ta' prodotti perikolu\u017ci nnotifikati g\u0127adu qed jikber", "In-numru totali ta' notifiki mqassma permezz tas-sistema tar-RAPEX tela' gradwalment mill-2004 (meta d-Direttiva \u0120enerali dwar is-Sikurezza tal-Prodott, li hija ba\u017ci legali g\u0127ar-RAPEX, \u0121iet trasposta f'li\u0121ijiet nazzjonali mill-Istati Membri).", "F'din il-\u0127ames sena, in-numru ta' notifiki kkwadruplika minn 468 (fl-2004) g\u0127al 1 866 (fl-2008).", "Fl-2008, in-numru ta' notifiki telg\u0127a b'16 % meta mqabbel mal-2007.", "I\u017c-\u017cieda fin-notifiki tar-RAPEX tista' ti\u0121i attribwita g\u0127al infurzar aktar effettiv tas-sikurezza tal-prodott mill-awtoritajiet nazzjonali, g\u0127arfien a\u0127jar fost in-negozji dwar l-obbligi tag\u0127hom, kooperazzjoni msa\u0127\u0127a ma' pajji\u017ci terzi, u azzjonijiet ta' \u0127olqien ta' netwerks fost l-Istati Membri kkoordinati mill-Kummissjoni Ewropea.", "Il-pajji\u017ci kollha jikkontribwixxu g\u0127ar-RAPEX", "Il-pajji\u017ci kollha tal-UE ipparte\u010bipaw fis-sistema tar-RAPEX billi sabu u nnotifikaw prodotti \u0121odda li huma perikolu\u017ci u \u017cguraw ru\u0127hom li kien hemm azzjonijiet ta' segwitu xierqa g\u0127all-informazzjoni miksuba.", "Tnax minnhom \u017ciedu aktar l-attivitajiet tag\u0127hom fis-sistema u nnotifikaw aktar prodotti perikolu\u017ci mill-2007.", "Il-pajji\u017ci li g\u0127amlu l-aktar notifiki kienu l-\u0120ermanja (205 notifiki), Spanja (163 notifika), is-Slovakkja (140 notifika), il-Gre\u010bja (132 notifika) u l-Ungerija (129 notifika).", "Notifiki mibg\u0127uta minn dawn il-pajji\u017ci jirrappre\u017centaw 50 % tan-notifiki kollha mibg\u0127uta permezz tas-sistema dwar prodotti li huma ta' riskju serju.", "\u0120ugarelli, tag\u0127mir elettriku tad-dar u vetturi bil-mutur jinsabu fil-qu\u010b\u010bata tal-lista", "Fl-2008, \u0121ugarelli (498 notifika), tag\u0127mir tal-elettriku tad-dar (169 notifika) u vetturi bil-mutur (160 notifika) wa\u0127idhom ammontaw g\u0127al 53 % tan-notifiki fuq prodotti li huma ta' riskju serju.", "Dawn ir-ri\u017cultati huma skont ir-ri\u017cultati tar-RAPEX mill-2007.", "Fl-2008 prodotti tat-tessuti inklu\u017ci \u0127wejje\u0121 (b'140 notifika) saru r-raba' kategorija ta' prodotti li huma l-aktar innotifikati b'mod frekwenti \u2013 permezz tar-RAPEX.", "\u017bieda fin-numru ta' notifiki dwar prodotti ta' ori\u0121ini \u010aini\u017ca", "B'kollox, fl-2008, 909 notifiki dwar prodotti li huma ta' riskju serju mibg\u0127uta permezz tas-sistema tar-RAPEX kienu jikkon\u010bernaw prodotti mmanifatturati fi\u010b-\u010aina.", "In-numru ta' prodotti ta' ori\u0121ini \u010aini\u017ca nnotifikati permezz tar-RAPEX \u017cdied fl-2008 g\u0127al 59 % minn 52 % fl-2007.", "It-tendenza li dejjem tikber g\u0127andha titqies fil-kuntest ta' numru ta' fatturi, b\u0127al: \u017cieda fl-importazzjonijiet ta' o\u0121\u0121etti mi\u010b-\u010aina lejn l-UE, l-iffokar ta' azzjonijiet ta' infurzar fuq prodotti ta' ori\u0121ini \u010aini\u017ca me\u0127uda f'livell nazzjonali, kooperazzjoni aktar effettiva bejn l-UE u \u010b-\u010aina.", "Ir-rapport juri li l-awtoritajiet \u010aini\u017ci qed jadottaw dejjem aktar mi\u017curi restrittivi fuq is-suq tag\u0127hom, abba\u017ci tal-informazzjoni tar-RAPEX ippovduta permezz tal-applikazzjoni \"RAPEX-CHINA\" (stabbilita f'Settembru 2006).", "Il-mi\u017curi korrettivi me\u0127uda mill-awtoritajiet \u010aini\u017ci huma kkomunikati lill-Kummissjoni fuq ba\u017ci ta' sistema ta' rapport kull tliet xhur introdotta fl-2007.", "Minn mindu \u0121iet stabbilita l-applikazzjoni, AQSIQ investigat 669 notifika tar-RAPEX.", "Fi 352 ka\u017c (53 %) investigazzjonijiet irri\u017cultaw f'mi\u017curi preventivi jew restrittivi (e\u017c. projbizzjoni/waqfien tal-esportazzjoni, tis\u0127i\u0127 fis-supervi\u017cjoni fuq il-manifattur/esportatur \u010aini\u017c) li \u0121ew adottati jew mill-AQSIQ jew volontarjament mill-manifattur/esportatur \u010aini\u017c.", "G\u0127al aktar informazzjoni, ara: MEMO/09/167", "U http://ec.europa.eu/consumers/safety/rapex/index_en.htm"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_15_5156", "title": "Il-Kummissjoni tniedi konsultazzjoni pubblika dwar it-trasparenza tat-taxxa fuq il-kumpaniji", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB,TAXCUAA", "date": "Tue, 16 Jun 2015 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi konsultazzjoni pubblika dwar it-trasparenza tat-taxxa fuq il-kumpaniji, b\u0127ala parti minn e\u017cami usa\u2019 tal-prattiki tat-taxxa fuq il-kumpaniji fl-UE.", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi konsultazzjoni pubblika dwar it-trasparenza tat-taxxa fuq il-kumpaniji fl-UE.", "Din il-konsultazzjoni g\u0127andha l-g\u0127an li tiskopri jekk il-fatt li l-kumpaniji ji\u0121u obbligati ji\u017cvelaw aktar informazzjoni dwar it-taxxi li j\u0127allsu jistax jg\u0127in biex ji\u0121u indirizzati l-evitar tat-taxxa u l-prattiki fiskali aggressivi fl-UE.", "Pere\u017cempju, il-kumpaniji jistg\u0127u ji\u0121u obbligati ji\u017cvelaw l-g\u0127add ta\u2019 taxxi li j\u0127allsu f\u2019kull pajji\u017c fejn joperaw.", "Il-\u0121lieda kontra l-evitar tat-taxxa min-na\u0127a tal-kumpaniji hija prijorit\u00e0 ewlenija ta\u2019 din il-Kummissjoni.", "Il-konsultazzjoni hija parti mill-Pjan ta\u2019 Azzjoni usa\u2019 dwar Tassazzjoni \u0120usta u Effi\u010bjenti tal-Kumpaniji li wkoll qed ji\u0121i ppre\u017centat illum.", "Din il-\u0127idma tal-Kummissjoni tkompli l-impenji li \u0127adu l-mexxejja tal-G20, li weg\u0127du li ji\u017cguraw li l-awtoritajiet tat-taxxa jiskambjaw b\u2019mod liberu l-informazzjoni dwar il-kumpaniji multinazzjonali l-kbar, inklu\u017c ir-rappurtar pajji\u017c pajji\u017c tag\u0127hom.", "Xi kumpaniji b\u0127alissa ji\u0121\u0121eneraw profitti kbar fis-Suq Uniku, i\u017cda ftit li xejn i\u0127allsu taxxa fl-UE, jew ma j\u0127allsu xejn fiha.", "Xi kumpaniji multinazzjonali huma kapa\u010bi ju\u017caw ippjanar aggressiv tat-taxxa, diskrepanzi nazzjonali u lakuni legali min\u0127abba l-pre\u017cenza tag\u0127hom f\u2019diversi \u0121uri\u017cdizzjonijiet.", "L-u\u017cu ta\u2019 strutturi korporattivi kumplessi tag\u0127hom ta\u2019 sikwit ipo\u0121\u0121i lill-intrapri\u017ci \u017c-\u017cg\u0127ar u ta\u2019 daqs medju (l-SMEs) fi \u017cvanta\u0121\u0121.", "Dan jista\u2019 jfixkel ukoll il-kompetizzjoni, ipo\u0121\u0121i lir-rivali tag\u0127hom li jkunu i\u017cg\u0127ar minnhom fi \u017cvanta\u0121\u0121 u jitfa\u2019 lill-kumpaniji tal-UE u dawk li mhumiex tal-UE f\u2019kompetizzjoni ma\u2019 xulxin fis-Suq Uniku.", "B\u0127alissa je\u017cistu rekwi\u017citi tat-trasparenza g\u0127all-banek skont ir-Raba\u2019 Direttiva dwar ir-Rekwi\u017citi ta\u2019 Kapital (DRK IV) (IP/14/1229) u g\u0127all-industriji estrattivi u tal-qtug\u0127 tas-si\u0121ar il-kbar skont id-Direttiva dwar il-Kontabilit\u00e0(IP/11/1238, MEMO/13/540), fil-forma ta\u2019 rappurtar pajji\u017c pajji\u017c.", "Il-konsultazzjoni tal-lum g\u0127andha l-g\u0127an li tivvaluta jekk l-estensjoni ta\u2019 obbligi tal-i\u017cvelar pubbliku ta\u2019 dan it-tip g\u0127al kumpaniji multinazzjonali f\u2019setturi o\u0127ra tistax tg\u0127in biex ji\u0121i indirizzat l-evitar tat-taxxa.", "Il-fatt li wie\u0127ed jobbliga lil xi kumpanija ti\u017cvela aktar informazzjoni dwar l-affarijiet fiskali tag\u0127ha \u2014 jew lill-awtoritajiet tat-taxxa jew lill-pubbliku permezz tar-rapporti annwali tag\u0127ha - se jg\u0127in biex jinxte\u0127et dawl fuq prattiki dannu\u017ci marbutin mat-taxxa.", "Il-fatt li jkun hemm iktar trasparenza probabbli jservi ta\u2019 in\u010bentiv ukoll biex il-kumpaniji j\u0127allsu s-sehem \u0121ust tag\u0127hom tat-taxxa fil-pajji\u017c fejn jag\u0127mlu l-profitti.", "Barra minn hekk, trasparenza akbar tista\u2019 t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-Istati Membri jie\u0127du mi\u017curi li jikkontribwixxu g\u0127al kompetizzjoni iktar effi\u010bjenti u \u0121usta b\u2019rabta mat-taxxa.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, ir-rekwi\u017citi g\u0127al iktar trasparenza ming\u0127ajr bi\u017c\u017cejjed salvagwardji jistg\u0127u jwasslu biex ti\u0121i ppubblikata \u010berta informazzjoni kummer\u010bjali li hija sensittiva.", "Dan jista\u2019 jkun ta\u2019 detriment g\u0127all-kumpaniji, spe\u010bjalment jekk il-kompetituri tag\u0127hom li jinsabu barra l-UE ma jkunux qed jag\u0127mlu l-istess.", "Wie\u0127ed irid iqis sew dawn il-fatturi kollha, flimkien ma\u2019 fatturi o\u0127rajn, meta jikkunsidra jekk hemmx b\u017conn jittie\u0127du iktar passi jew le.", "SFOND", "Il-Pjan ta\u2019 Azzjoni tal-Kummissjoni dwar Sistema iktar \u0120usta tat-Taxxa fuq il-Kumpaniji li \u0121ie \u017cvelat illum g\u0127andu l-g\u0127an li jirriforma t-tassazzjoni tal-kumpaniji fl-UE.", "Dan il-pjan jistabbilixxi sensiela ta\u2019 inizjattivi biex ji\u0121i indirizzat l-evitar tat-taxxa, biex ji\u0121i \u017cgurat d\u0127ul sostenibbli u biex jitrawwem ambjent tan-negozju a\u0127jar fis-Suq Uniku.", "Me\u0127udin flimkien, dawn il-mi\u017curi se jtejbu b\u2019mod sinifikanti l-ambjent tat-taxxa fuq il-kumpaniji fl-UE, u se jag\u0127mluh iktar \u0121ust, iktar effi\u010bjenti u iktar tajjeb g\u0127at-tkabbir ekonomiku.", "F\u2019Settembru tal-2013, il-G20 approva wkoll pjan ta\u2019 azzjoni biex ikun \u017cgurat li l-profitti ji\u0121u intaxxati fil-post fejn ji\u0121u \u0121\u0121enerati.", "L-Organizzazzjoni g\u0127all-Kooperazzjoni u l-I\u017cvilupp Ekonomi\u010bi (l-OECD) qieg\u0127da tikkoordina wkoll \u0127idma biex ji\u0121u indirizzati l-Ero\u017cjoni tal-Ba\u017ci tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (il-BEPS).", "L-inizjattiva marbuta mal-BEPS, li mhix vinkolanti g\u0127all-Istati Membri, tinkludi rakkomandazzjonijiet imfasslin biex i\u017cidu t-trasparenza, inklu\u017c ir-rekwi\u017cit g\u0127all-intrapri\u017ci multinazzjonali li jirrappurtaw lill-awtoritajiet tat-taxxa abba\u017ci tar-rappurtar pajji\u017c pajji\u017c.", "STADJI EWLENIN", "Tnedija tal-konsultazzjoni pubblika", "is-17 ta\u2019 \u0120unju 2015", "G\u0127eluq tal-konsultazzjoni pubblika", "id-9 ta\u2019 Settembru 2015", "Wie\u0127ed jista\u2019 jsib it-test tal-konsultazzjoni pubblika hawn."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_785", "title": "Jid\u0127ol fis-se\u0127\u0127 il-ftehim kummer\u010bjali bejn l-UE u l-\u0120appun", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PRESIDENCY,TRADEPOL", "date": "Wed, 30 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit ju\u017ca l-cookies biex joffrilek esperjenza a\u0127jar.", "Skopri aktar dwar, kif nu\u017caw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tieg\u0127ek.", "Il-Ftehim ta' S\u0127ubija Ekonomika (FSE) bejn l-UE u l-\u0120appun jid\u0127ol fis-se\u0127\u0127 fl-1 ta' Frar 2019.", "Issa, in-negozji u l-konsumaturi madwar l-Ewropa u fil-\u0120appun jistg\u0127u jie\u0127du vanta\u0121\u0121 mill-akbar \u017cona ta' kummer\u010b miftu\u0127 fid-dinja.", "@ add copyrigth here 2019", "Cecilia Malmstr\u00f6m, il-Kummissarju g\u0127all-Kummer\u010b, qalet: \u201cDan il-ftehim g\u0127andu kollox: jelimina t-tariffi u jikkontribwixxi g\u0127ar-regoli globali, filwaqt li fl-istess \u0127in juri lid-dinja li a\u0127na t-tnejn konvinti mill-benefi\u010b\u010bji ta' kummer\u010b miftu\u0127.", "Mill-1 ta' Frar, il-kumpaniji Ewropej se jibbenefikaw mit-tne\u0127\u0127ija tat-tariffi u pro\u010beduri doganali simplifikati.", "Il-manifatturi tag\u0127na, il-fornituri tas-servizzi tag\u0127na, in-negozji teknolo\u0121i\u010bi \u0121odda tag\u0127na u l-bdiewa tag\u0127na kollha g\u0127andhom x'ji\u010b\u010belebraw.", "Jien kburija wkoll li g\u0127all-ewwel darba da\u0127\u0127alna l-impenji tag\u0127na tal-ftehim ta' Pari\u0121i dwar il-klima fi ftehim kummer\u010bjali, kif ukoll stabbilejna standards g\u0127oljin g\u0127ad-drittijiet tal-\u0127addiema u g\u0127all-protezzjoni tal-konsumaturi.", "Wittejna t-triq g\u0127al spinta sinifikanti fil-kummer\u010b bejnietna, li min-na\u0127a l-o\u0127ra to\u0127loq l-impjiegi u tbaxxi l-prezzijiet.", "Issa f'idejn in-negozji u l-individwi biex jibbenefikaw bl-a\u0127jar mod li jistg\u0127u mill-opportunitajiet kummer\u010bjali l-\u0121odda.", "Nafdaw ukoll fl-Istati Membri kollha tal-UE biex ixerrdu kemm jifil\u0127u dan il-messa\u0121\u0121.\u201d", "Il-Ftehim ta' S\u0127ubija Ekonomika jne\u0127\u0127i l-ma\u0121\u0121oranza vasta tal-\u20ac1 biljun ta' dazji m\u0127allsa kull sena mill-kumpaniji tal-UE li jesportaw lejn il-\u0120appun.", "Ladarba l-ftehim ji\u0121i implimentat bis-s\u0127i\u0127, il-\u0120appun tkun ne\u0127\u0127iet id-dazji doganali fuq 97% tal-prodotti impurtati mill-UE.", "Il-ftehim ine\u0127\u0127i wkoll g\u0127add ta' ostakli mhux tariffarji li ilhom hemm, pere\u017cempju billi japprova standards internazzjonali fuq il-karozzi.", "Se jne\u0127\u0127i wkoll ostakli g\u0127all-esportaturi ewlenin tal-UE g\u0127all-ikel u x-xorb g\u0127al 127 miljun konsumatur \u0120appuni\u017c u se j\u017cid l-opportunitajiet tal-esportazzjoni f'firxa ta' setturi o\u0127rajn.", "Il-kummer\u010b annwali bejn l-UE u l-\u0120appun jista' ji\u017cdied bi kwa\u017ci \u20ac36 biljun ladarba l-ftehim ji\u0121i implimentat bis-s\u0127i\u0127.", "L-UE u l-\u0120appun qablu li jistabbilixxu standards ambizzju\u017ci dwar l-i\u017cvilupp sostenibbli, u g\u0127all-ewwel darba t-test jinkludi impenn spe\u010bifiku g\u0127all-ftehim ta' Pari\u0121i dwar il-klima.", "Il-partijiet ewlenin tal-Ftehim ta' S\u0127ubija Ekonomika", "Fir-rigward tal-esportazzjonijiet agrikoli mill-UE, il-ftehim, b'mod partikolari:", "Il-ftehim ji\u017cgura wkoll il-ftu\u0127 tas-swieq tas-servizzi, b'mod partikolari s-servizzi finanzjarji, il-kummer\u010b elettroniku, it-telekomunikazzjoni u t-trasport.", "Barra minn hekk, huwa:", "Il-ftehim jinkludi wkoll kapitolu komprensiv dwar il-kummer\u010b u l-i\u017cvilupp sostenibbli; jinkludi elementi spe\u010bifi\u010bi ta' simplifikazzjoni g\u0127an-negozji \u017cg\u0127ar u medji; jistabbilixxi standards g\u0127oljin \u0127afna tax-xog\u0127ol, tas-sigurt\u00e0, tal-protezzjoni ambjentali u tal-konsumatur; isa\u0127\u0127a\u0127 l-impenji tal-\u0120appun u tal-UE dwar l-i\u017cvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima u jissalvagwardja bis-s\u0127i\u0127 is-servizzi pubbli\u010bi.", "Rigward il-protezzjoni tad-data, fit-23 ta' Jannar ta' din is-sena l-UE u l-\u0120appun adottaw de\u010bi\u017cjonijiet biex jippermettu li d-data personali tg\u0127addi b'mod liberu u sigur bejn i\u017c-\u017cew\u0121t is\u0127ab.", "Huma qablu li jirrikonoxxu s-sistemi ta' protezzjoni tad-data ta' xulxin b\u0127ala \u201cekwivalenti\u201d, b'hekk tin\u0127oloq l-akbar \u017cona dinjija ta' fluss sikur tad-data.", "Mill-1 ta' Frar, parti kbira minn ftehim ie\u0127or \u2013 il-Ftehim ta' S\u0127ubija Strate\u0121ika bejn l-Unjoni Ewropea u l-\u0120appun \u2013 jibda japplika wkoll fuq ba\u017ci provvi\u017corja.", "Dan il-Ftehim, li \u0121ie ffirmat f'Lulju tas-sena l-o\u0127ra flimkien mal-Ftehim ta' S\u0127ubija Ekonomika, huwa l-ewwel ftehim qafas bilaterali li qatt sar bejn l-UE u l-\u0120appun u jsa\u0127\u0127a\u0127 is-s\u0127ubija \u0121enerali billi jipprovdi qafas \u0121enerali g\u0127al kooperazzjoni politika u settorjali u azzjonijiet kon\u0121unti mtejba dwar kwistjonijiet ta' interess komuni, inklu\u017c dwar sfidi re\u0121jonali u globali.", "Il-Ftehim se jid\u0127ol fis-se\u0127\u0127 ladarba ji\u0121i ratifikat mill-istati Membri kollha tal-UE.", "Il-passi li jmiss", "Il-Ftehim ta' S\u0127ubija Ekonomika issa da\u0127al fis-se\u0127\u0127.", "Biex tqis l-ewwel xhur ta' implimentazzjoni, l-ewwel laqg\u0127a tal-kumitat bejn l-UE u l-\u0120appun se ssir f'April 2019.* Rigward il-kwistjoni parallela tal-protezzjoni tal-investiment, qed ikomplu n-negozjati mal-\u0120appun dwar is-soluzzjoni tat-tilwim dwar l-istandards u l-protezzjoni tal-investiment, b'laqg\u0127a tal-Kapijiet Negozjaturi skedata g\u0127al Marzu.", "L-impenn sod fuq i\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at huwa li tintla\u0127aq konver\u0121enza fin-negozjati dwar il-protezzjoni tal-investiment mill-aktar fis possibbli, fid-dawl tal-impenn kondivi\u017c tag\u0127hom favur ambjent tal-investiment stabbli u sigur fl-Ewropa u fil-\u0120appun.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "MEMO dwar il-Ftehim ta' S\u0127ubija Ekonomika", "Sit web iddedikat li jinkludi:", "Skeda Informattiva dwar il-Ftehim ta' S\u0127ubija Strate\u0121ika", "Il-midja so\u010bjali: @Trade_EU", "*A\u0121\u0121ornat fis-06/02/2019 fl-09:50"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_701", "title": "Is-sostenibbilt\u00e0: Il-Kummissjoni tippre\u017centa dokument ta' riflessjoni dwar Ewropa aktar sostenibbli sal-2030", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW", "date": "Tue, 29 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit ju\u017ca l-cookies biex joffrilek esperjenza a\u0127jar.", "Skopri aktar dwar, kif nu\u017caw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tieg\u0127ek.", "B\u0127ala parti mid-dibattitu dwar il-\u0121ejjieni tal-Ewropa, varat permezz tal-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni llum qed tippubblika Dokument ta' Riflessjoni dwar Ewropa Sostenibbli sal-2030.", "Id-dokument tal-lum, im\u0127abbar b\u0127ala segwitu tad-diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017 huwa parti mill-impenn sod tal-UE li tikseb ir-ri\u017cultati marbutin mal-G\u0127anijiet ta' \u017bvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, inklu\u017c il-Ftehim ta' Pari\u0121i dwar il-Klima.", "Billi je\u017camina l-firxa ta' sfidi g\u0127all-Ewropa u jippre\u017centa xenarji illustrattivi g\u0127all-futur, id-dokument g\u0127andu l-g\u0127an li jmexxi d-diskussjoni dwar kif l-a\u0127jar li dawn l-g\u0127anijiet jinkisbu u kif inhu l-a\u0127jar mod li bih l-Unjoni Ewropea tista' tikkontribwixxi sal-2030.", "Billi jibnu fuq dak li nkiseb fl-a\u0127\u0127ar snin, dawn ix-xenarji jenfasizzaw li hija me\u0127tie\u0121a aktar azzjoni jekk l-UE u d-dinja jridu ji\u017cguraw futur sostenibbli fl-interess tal-benesseri ta\u010b-\u010bittadini.", "Frans Timmermans, l-Ewwel Vi\u010bi President tal-Kummissjoni Ewropea, qal: \u201cL-i\u017cvilupp sostenibbli jibda u jispi\u010b\u010ba bin-nies, min\u0127abba li l-punt tieg\u0127u huwa li jag\u0127mel l-ekonomija u s-so\u010bjet\u00e0 sostenibbli u prosperi fl-istess \u0127in.", "Nag\u0127mlu hekk biex inkunu nistg\u0127u nkomplu bil-mod ta' g\u0127ajxien tag\u0127na u ntejbu l-benesseri ta' wliedna u wlied uliedna f'dak li jirrigwarda l-ugwaljanza, ambjent naturali f'sa\u0127\u0127tu, u ekonomija b'sa\u0127\u0127itha, ekolo\u0121ika, u inklu\u017civa.", "Il-kompitu tag\u0127na mhuwa xejn inqas milli jkollna dinja g\u0127al kul\u0127add.", "L-Ewropa tista', u g\u0127andha tmexxina f'din it-triq 'il quddiem.\u201d", "Jyrki Katainen, il-Vi\u010bi President g\u0127all-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittivit\u00e0, qal: \u201cIs-sostenibbilt\u00e0 hija parti mid-DNA Ewropew.", "Din tfisser li rridu ni\u017cguraw li l-\u0121enerazzjonijiet futuri jkollhom opportunitajiet daqsna jew a\u0127jar minna, filwaqt li nirrispettaw ir-ri\u017corsi limitati tal-pjaneta tag\u0127na.", "Il-Pjan ta' Investiment g\u0127all-Ewropa jg\u0127in billi jinvolvi lis-settur privat u l-Pjan ta' Azzjoni g\u0127all-Finanzi Sostenibbli jiffa\u010bilita l-\u0127olqien ta' suq \u0121did g\u0127all-investimenti sostenibbli.", "Billi nimmodernizzaw is-so\u010bjetajiet tag\u0127na b'mod inklu\u017civ, billi n\u0127addnu l-ekonomija \u010birkolari bis-s\u0127i\u0127 u ngawdu mill-benefi\u010b\u010bji ta' teknolo\u0121iji \u0121odda b\u0127all-intelli\u0121enza artifi\u010bjali, nistg\u0127u na\u0127dmu favur in-newtralit\u00e0 f'termini ta' impatt fuq il-klima u ni\u017cguraw li l-pjaneta tag\u0127na tkun fi stat a\u0127jar g\u0127al uliedna.\u201d", "Tul is-snin, l-UE saret mexxejja globali fis-sostenibbilt\u00e0 billi g\u0127andha l-og\u0127la standards so\u010bjali u ambjentali, u billi ppromwoviet il-Ftehim ta' Pari\u0121i dwar il-Klima u kun\u010betti innovattivi b\u0127all-ekonomija \u010birkolari.", "Il-Kummissjoni ta' Juncker integrat il-prijoritajiet marbutin mal-i\u017cvilupp sostenibbli fil-politiki tag\u0127ha mill-bidu tal-mandat tag\u0127ha.", "Madankollu, b\u0127all-bqija tad-dinja, l-UE qed t\u0127abbat wi\u010b\u010bha ma' sfidi kumplessi, dejjem jinbidlu, u ur\u0121enti, b'mod partikolari marbutin mad-dejn ekolo\u0121iku tag\u0127ha u t-tibdil fil-klima, it-tibdil demografiku, il-migrazzjoni, l-inugwaljanza, il-konver\u0121enza ekonomika u so\u010bjali, u l-pressjoni fuq il-finanzi pubbli\u010bi.", "Barra minn hekk, it-tentazzjonijiet li qed jixirfu ta' i\u017colazzjoni\u017cmu u nazzjonali\u017cmu huma sinjal li hemm wisq Ewropej li ma j\u0127ossuhomx protetti bi\u017c\u017cejjed f'din id-dinja li qed tinbidel.", "Dawn il-fatti innegabbli ma g\u0127andhomx jimlewna bil-bi\u017ca', i\u017cda minflok g\u0127andhom jispirawna biex nie\u0127du azzjoni.", "Id-Dokument ta' Riflessjoni tal-lum jiffoka fuq il-pedamenti ewlenin tal-politika tat-tran\u017cizzjoni g\u0127as-sostenibbilt\u00e0, li jinkludu li nimxu minn ekonomija lineari g\u0127al wa\u0127da \u010birkolari, li nikkore\u0121u l-i\u017cbilan\u010bi li g\u0127andna fis-sistema tal-ikel tag\u0127na, li nag\u0127mlu l-ener\u0121ija, il-bini u l-mobilit\u00e0 tag\u0127na adattati g\u0127all-futur, u li ni\u017cguraw li din it-tran\u017cizzjoni tkun \u0121usta u li ma teskludi lil ebda persuna jew post. Id-dokument jikkon\u010bentra wkoll fuq il-fa\u010bilitaturi orizzontali, li jen\u0127tie\u0121 li jirfdu t-tran\u017cizzjoni g\u0127as-sostenibbilt\u00e0, li jinkludu l-edukazzjoni, ix-xjenza, it-teknolo\u0121ija, ir-ri\u010berka, l-innovazzjoni u d-di\u0121italizzazzjoni; il-finanzi, l-ipprezzar, it-tassazzjoni u l-kompetizzjoni; il-kondotta kummer\u010bjali responsabbli, ir-responsabbilt\u00e0 so\u010bjali korporattiva u mudelli \u0121odda tan-negozju; kummer\u010b miftu\u0127 u bba\u017cat fuq ir-regoli; koerenza tal-politika u l-governanza fil-livelli kollha.", "Id-dokument jispi\u010b\u010ba billi jenfasizza li nwittu t-triq g\u0127at-tran\u017cizzjoni g\u0127as-sostenibbilt\u00e0 globalment, min\u0127abba li l-politiki tag\u0127na se jkollhom impatt limitat fuq il-pjaneta jekk \u0127addie\u0127or jitmexxa minn politiki opposti.", "Id-Dokument ta' Riflessjoni tal-lum jippre\u017centa tliet xenarji biex jistimulaw id-diskussjoni dwar kif g\u0127andu jsir segwitu tal-G\u0127anijiet ta' \u017bvilupp Sostenibbli fl-UE.", "Dawn ix-xenarji huma illustrattivi: huma ma\u0127suba biex joffru ideat differenti u jixprunaw dibattitu u \u0127sieb.", "L-e\u017citu eventwali aktarx ikun kombinazzjoni ta' \u010berti elementi minn kull wie\u0127ed minnhom.", "It-tliet xenarji huma:", "Sfond", "Fil-25 ta' Settembru 2015, l-Assemblea \u0120enerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat sett ta' 17-il G\u0127an ta' \u017bvilupp Sostenibbli biex jintemm il-faqar, tit\u0127ares il-pjaneta, u ti\u0121i \u017cgurata l-prosperit\u00e0 g\u0127al kul\u0127add b\u0127ala parti minn a\u0121enda g\u0127all-i\u017cvilupp sostenibbli \u0121dida, l-\u201cA\u0121enda 2030\u201d.", "Kull wie\u0127ed mis-17-il g\u0127an g\u0127andu miri spe\u010bifi\u010bi (169 b'kollox) li g\u0127andhom jintla\u0127qu sal-2030.", "L-UE kienet forza ewlenija wara l-adozzjoni tal-A\u0121enda 2030 u l-G\u0127anijiet ta' \u017bvilupp Sostenibbli tag\u0127ha.", "Fit-22 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar \u201cIl-Passi li jmiss g\u0127al \u0121ejjieni Ewropew sostenibbli\u201d b'risposta g\u0127all-A\u0121enda 2030.", "Il-Komunikazzjoni ppre\u017centat stampa ta' dak li qed tag\u0127mel l-UE biex tikkontribwixxi g\u0127all-A\u0121enda 2030 billi tissottolinja l-politiki ewlenin tal-UE g\u0127al kull wie\u0127ed mis-17-il G\u0127an ta' \u017bvilupp Sostenibbli.", "Hija spjegat ukoll kif l-10 prijoritajiet ta' din il-Kummissjoni g\u0127all-perjodu bejn l-2014 u l-2019 jikkontribwixxu g\u0127all-A\u0121enda globali 2030.", "Il-Kummissjoni \u0127abbret ukoll it-tnedija ta' pjattaforma Ewropea f'livell g\u0127oli b'bosta partijiet ikkon\u010bernati, preseduta mill-Ewwel Vi\u010bi President Timmermans, bi rwol fil-\u0127idma ta' segwitu u l-iskambju tal-a\u0127jar prattiki dwar l-implimentazzjoni tal-G\u0127anijiet ta' \u017bvilupp Sostenibbli.", "Fit-13 ta' Settembru 2017, il-President, fl-ittra ta' intenzjoni tieg\u0127u li akkumpanjat id-Diskors tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni, \u0127abbar li kien se jkun hemm Dokument ta' Riflessjoni intitolat \u201cLejn Ewropa Sostenibbli sal-2030\u201d dwar is-segwitu g\u0127all-G\u0127anijiet ta' \u017bvilupp Sostenibbli, inklu\u017c dwar il-Ftehim ta' Pari\u0121i dwar il-Klima.", "Id-dokument ta' riflessjoni tal-lum huwa akkumpanjat minn sett ta' annessi li janalizzaw il-prestazzjoni u l-mi\u017curi ri\u010benti li ttie\u0127du mill-UE b'rabta mal-G\u0127anijiet ta' \u017bvilupp Sostenibbli.", "Il-kontribuzzjoni tal-pjattaforma ta' livell g\u0127oli b'bosta partijiet ikkon\u010bernati tal-UE hija mehmu\u017ca wkoll.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Skeda informattiva: Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030", "Dokument ta' riflessjoni: Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030", "Annessi tad-dokument ta' riflessjoni tal-lum:", "Dokument ta' \u0126idma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Rapport tal-UE tal-2019 dwar Koerenza tal-Politiki g\u0127all-I\u017cvilupp", "White Paper dwar il-\u0120ejjieni tal-Ewropa (1 ta' Marzu 2017) u dokumenti ta' riflessjoni pre\u010bedenti", "Rapport ta' monitora\u0121\u0121 tal-Eurostat dwar l-G\u0127anijiet ta' \u017bvilupp Sostenibbli", "Pjaneta nadifa g\u0127al kul\u0127add: strate\u0121ija g\u0127al Ewropa newtrali g\u0127all-klima sal-2050"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_743", "title": "It-T\u0127ejjija g\u0127all-Brexit: Il-Kummissjoni Ewropea tadotta sett finali ta' mi\u017curi ta' kontin\u0121enza f'ka\u017c ta' \"ebda ftehim\" g\u0127all-istudenti tal-Erasmus+, g\u0127ar-regoli ta' koordinament tas-sigurt\u00e0 so\u010bjali u g\u0127all-ba\u0121it tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BREXIT", "date": "Tue, 29 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Min\u0127abba r-riskju dejjem jikber li r-Renju Unit jista' j\u0127alli l-UE fit-30 ta' Marzu ta' din is-sena ming\u0127ajr ftehim (xenarju ta' \"ebda ftehim\"), illum, il-Kummissjoni Ewropea adottat sett finali ta' proposti ta' kontin\u0121enza fil-qasam tal-programm Erasmus+, fil-qasam tal-koordinament tas-sigurt\u00e0 so\u010bjali u fil-qasam tal-ba\u0121it tal-UE.", "Dan isegwi s-sej\u0127iet mill-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) f'Novembru u f'Di\u010bembru 2018 biex ti\u0121i intensifikata l-\u0127idma fil-livelli kollha, u l-adozzjoni fid-19 ta' Di\u010bembru 2018 tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Kontin\u0121enza tal-Kummissjoni, inklu\u017ci bosta mi\u017curi le\u0121i\u017clattivi, u l-proposti ta' kontin\u0121enza tal-\u0121img\u0127a l-o\u0127ra g\u0127as-sajd fl-UE.", "Dawn i\u017cidu mal-\u0127idma estensiva ta' t\u0127ejjija li l-Kummissjoni ilha g\u0127addejja biha minn Di\u010bembru 2017, kif stabbilit fil-Komunikazzjonijiet ta' t\u0127ejjija pre\u010bedenti.", "Il-mi\u017curi tal-lum ji\u017cguraw li f'ka\u017c ta' xenarju ta' \"ebda ftehim\":", "- I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 mill-UE u mir-Renju Unit li jkunu qed jie\u0127du sehem fil-programm Erasmus+ fit-30 ta' Marzu 2019 ikunu jistg\u0127u jikkompletaw il-permanenza tag\u0127hom ming\u0127ajr interruzzjoni;", "- L-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE jkomplu jqisu l-perjodi tal-assigurazzjoni, tal-impjiegi (indipendenti) jew tar-residenza fir-Renju Unit qabel il-\u0127ru\u0121, meta jikkalkulaw il-benefi\u010b\u010bji tas-sigurt\u00e0 so\u010bjali, b\u0127all-pensjonijiet;", "- Il-benefi\u010bjarji mir-Renju Unit ta' finanzjament mill-UE jkunu jistg\u0127u jkomplu jir\u010bievu \u0127lasijiet skont il-kuntratti attwali tag\u0127hom, bil-kundizzjoni li r-Renju Unit ikompli jonora l-obbligi finanzjarji tieg\u0127u skont il-ba\u0121it tal-UE.", "Din il-kwistjoni hija separata mis-saldu finanzjarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.", "Importanti li wie\u0127ed jinnota, li dawn il-mi\u017curi mhumiex - u ma jistg\u0127ux - itaffu l-impatt kumplessiv ta' xenarju ta' \"ebda ftehim\", u lanqas ma jikkumpensaw b'xi mod g\u0127an-nuqqas ta' t\u0127ejjija jew jirreplikaw il-benefi\u010b\u010bji kollha ta' s\u0127ubija fl-UE jew it-termini favorevoli ta' kwalunkwe perjodu ta' tran\u017cizzjoni, kif previst fil-Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121.", "Il-proposti tal-lum huma ta' natura temporanja, b'kamp ta' applikazzjoni limitat u se jkunu adottati unilateralment mill-UE.", "Huma jqisu d-diskussjonijiet mal-Istati Membri.", "Il-Kummissjoni se tkompli tappo\u0121\u0121a lill-Istati Membri fil-\u0127idma ta' t\u0127ejjija tag\u0127hom u intensifikat l-isforzi tag\u0127ha, pere\u017cempju billi organizzat \u017cjarat fil-bliet kapitali kollha tal-UE27.", "Erasmus+ huwa wie\u0127ed mill-programmi ewlenin tal-UE.", "Fit-30 ta' Marzu, se jkun hemm 14 000 \u017cag\u0127\u017cug\u0127 mill-UE27 (fosthom studenti, apprendisti f'edukazzjoni g\u0127olja u f'edukazzjoni u ta\u0127ri\u0121 vokazzjonali, \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jitg\u0127allmu, u persunal edukattiv) fir-Renju Unit bis-sa\u0127\u0127a tal-programm Erasmus+ u 7 000 parte\u010bipant b\u0127al dawn mir-Renju Unit fl-UE27.", "F'xenarju ta' \"ebda ftehim\", dawn ma jkunux jistg\u0127u jikkompletaw is-semestru tal-Erasmus+ tag\u0127hom u jistg\u0127u ma jibqg\u0127ux eli\u0121ibbli g\u0127all-g\u0127otjiet.", "Il-proposta tal-lum g\u0127andha l-g\u0127an li dan tirrimedjah billi ti\u017cgura li f'xenarju b\u0127al dan, l-istudenti u l-apprendisti barra pajji\u017chom li jkunu qed jie\u0127du sehem fl-Erasmus+ fil-mument tal-\u0127ru\u0121 tar-Renju Unit ikunu jistg\u0127u jikkompletaw l-istudji tag\u0127hom u jkomplu jir\u010bievu l-finanzjament jew l-g\u0127otjiet rilevanti.", "Il-Kummissjoni g\u0127amlitha konsistentement \u010bara li d-drittijiet ta\u010b-\u010bittadini tal-UE fir-Renju Unit u tal-persuni bin-nazzjonalit\u00e0 tar-Renju Unit fl-UE huma l-prijorit\u00e0 tag\u0127na.", "Ma g\u0127andhomx ibatu l-konsegwenzi huma g\u0127all-Brexit.", "Il-proposta tal-lum ti\u017cgura li f'xenarju ta' \"ebda ftehim\", l-intitolamenti ta' dawk il-persuni li e\u017cer\u010bitaw id-dritt tag\u0127hom g\u0127al moviment liberu qabel il-\u0127ru\u0121 tar-Renju Unit ji\u0121u ssalvagwardjati.", "Dawn l-intitolamenti jinkludu perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg (indipendenti) jew residenza fir-Renju Unit qabel il-\u0127ru\u0121.", "Pere\u017cempju, dan ifisser li jekk \u010bittadin tal-UE27 ikun \u0127adem g\u0127al 10 snin fir-Renju Unit qabel il-Brexit, dan il-perjodu g\u0127andu jitqies meta l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru tal-UE fejn jirtira jikkalkulaw id-drittijiet g\u0127all-pensjoni tieg\u0127u.", "Ir-Regolament propost ji\u017cgura li l-Istati Membri jkomplu japplikaw il-prin\u010bipji ewlenin tal-koordinament tas-sigurt\u00e0 so\u010bjali tal-UE, partikolarment il-prin\u010bipji tal-ugwaljanza tat-trattament, tal-assimilazzjoni u tal-aggregazzjoni.", "Il-proposta tal-lum ma tirreplika bl-ebda mod il-vanta\u0121\u0121i sinifikanti tal-Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121, kif maqbul fl-14 ta' Novembru.", "Hija ma tkoprix id-drittijiet akkumulati wara d-29 ta' Marzu 2019, u lanqas ma tkopri l-esportabilit\u00e0 ta' benefi\u010b\u010bji fi flus, il-provvista kontinwa ta' benefi\u010b\u010bji tal-mard in natura u r-regoli dwar il-le\u0121i\u017clazzjoni applikabbli.", "Kif enfasizzat f'\u0127afna okka\u017cjonijiet, l-impenji kollha me\u0127uda mit-28 Stat Membru g\u0127andhom ji\u0121u onorati mit-28 Stat Membru.", "Dan hu minnu wkoll f'xenarju ta' \"ebda ftehim\", fejn ir-Renju Unit ikun mistenni jkompli jonora l-impenji kollha li jkunu saru waqt is-s\u0127ubija fl-UE.", "Il-proposta tal-lum tippermetti li f'xenarju ta' \"ebda ftehim\", l-UE tkun f'po\u017cizzjoni li tonora l-impenji tag\u0127ha u li tkompli tag\u0127mel pagamenti fl-2019 lill-benefi\u010bjarji mir-Renju Unit g\u0127all-kuntratti ffirmati u d-de\u010bi\u017cjonijiet me\u0127uda qabel it-30 ta' Marzu 2019, bil-kundizzjoni li r-Renju Unit jonora l-obbligi tieg\u0127u skont il-ba\u0121it tal-2019 u ja\u010b\u010betta l-verifiki u l-kontrolli tal-awditjar ne\u010bessarji.", "Dan jg\u0127in itaffi l-impatt sinifikanti ta' xenarju ta' \"ebda ftehim\" g\u0127al firxa wiesg\u0127a ta' oqsma li jir\u010bievu finanzjament mill-UE, b\u0127ar-ri\u010berka, l-innovazzjoni jew l-agrikoltura.", "Din il-kwistjoni hija separata mis-saldu finanzjarju bejn l-UE u r-Renju Unit f'xenarju ta' ebda ftehim u ming\u0127ajr pre\u0121udizzju g\u0127alih.", "Il-Kummissjoni Ewropea se ta\u0127dem mill-qrib mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill biex ti\u017cgura l-adozzjoni tal-atti le\u0121i\u017clattivi proposti sabiex ikunu fis-se\u0127\u0127 sat-30 ta' Marzu 2019.Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li huwa importanti li l-atti delegati jid\u0127lu fis-se\u0127\u0127 malajr kemm jista' jkun.", "Fl-14 ta' Novembru 2018, in-negozjaturi tal-Kummissjoni u tar-Renju Unit qablu dwar it-termini tal-Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121.", "Fit-22 ta' Novembru 2018, il-Kummissjoni approvat il-Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121 mitmum.", "Fil-25 ta' Novembru 2018, il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) approva l-Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121 u stieden lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jie\u0127du l-passi me\u0127tie\u0121a biex ji\u017cguraw li l-ftehim ikun jista' jid\u0127ol fis-se\u0127\u0127 fit-30 ta' Marzu 2019 biex jipprovdi g\u0127al \u0127ru\u0121 b'mod ordnat.", "Ir-ratifika tal-Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121 fir-Renju Unit b\u0127alissa g\u0127adha in\u010berta.", "Fil-5 ta' Di\u010bembru 2018, il-Kummissjoni adottat \u017cew\u0121 proposti g\u0127al De\u010bi\u017cjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklu\u017cjoni tal-Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121.", "Biex il-Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121 jid\u0127ol fis-se\u0127\u0127, il-Kunsill issa jrid jawtorizza l-iffirmar tat-test f'isem l-Unjoni u mbag\u0127ad il-Parlament Ewropew irid jag\u0127ti l-kunsens tieg\u0127u qabel ma ji\u0121i konklu\u017c mill-Kunsill.", "Il-Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121 ikollu ji\u0121i ratifikat mir-Renju Unit, f'konformit\u00e0 mar-rekwi\u017citi kostituzzjonali tieg\u0127u stess.", "Ir-ratifika tal-Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121 tibqa' l-g\u0127an u l-prijorit\u00e0 tal-Kummissjoni.", "Kif enfasizzat fl-ewwel Komunikazzjoni dwar it-t\u0127ejjija g\u0127all-Brexit tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2018, irrispettivament mix-xenarju previst, l-g\u0127a\u017cla tar-Renju Unit li jo\u0127ro\u0121 mill-Unjoni Ewropea se tikkaw\u017ca tfixkil sinifikanti.", "G\u0127aldaqstant, jen\u0127tie\u0121 li l-partijiet ikkon\u010bernati, kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE, i\u0127ejju g\u0127al \u017cew\u0121 xenarji prin\u010bipali possibbli:", "Matul din is-sena, il-Kummissjoni ppubblikat 88 avvi\u017c ta' t\u0127ejjija spe\u010bifi\u010bi g\u0127as-settur biex tinforma lill-pubbliku bil-konsegwenzi tal-\u0127ru\u0121 tar-Renju Unit fin-nuqqas ta' kwalunkwe Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121.", "Dawn huma disponibbli bil-lingwi uffi\u010bjali kollha tal-UE.", "Bil-proposta tal-lum, il-Kummissjoni issa g\u0127amlet 18-il proposta le\u0121i\u017clattiva fil-kuntest tal-\u0127idma g\u0127at-t\u0127ejjija u l-kontin\u0121enza g\u0127all-Brexit.", "Il-Kummissjoni kellha diskussjonijiet tekni\u010bi wkoll mal-Istati Membri tal-UE27 kemm fuq kwistjonijiet \u0121enerali ta' t\u0127ejjija kif ukoll fuq passi ta' t\u0127ejjija spe\u010bifi\u010bi settorjali, legali u amministrattivi.", "Is-slides u\u017cati f'dawn is-seminars tekni\u010bi jinsabu online.", "Il-Kummissjoni bdiet i\u017c\u017cur ukoll is-27 Stat Membru tal-UE biex ti\u017cgura li l-ippjanar ta' kontin\u0121enza nazzjonali g\u0127adu miexi sew u tipprovdi kull kjarifika ne\u010bessarja dwar il-pro\u010bess ta' t\u0127ejjija.", "Pa\u0121na ta' \u0121bir ta' testi adottati llum", "Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet dwar il-\u201cPjan ta' Azzjoni ta' Kontin\u0121enza\u201d tal-Kummissjoni tad-19 ta' Di\u010bembru 2018", "Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-T\u0127ejjija g\u0127all-Brexit (inklu\u017ci \u201cl-avvi\u017ci ta' t\u0127ejjija g\u0127all-Brexit\u201d)", "Slides tat-t\u0127ejjija"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_784", "title": "Ta\u0127ditiet kummer\u010bjali bejn l-UE u l-Istati Uniti: Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika rapport ta' progress", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PRESIDENCY,TRADEPOL", "date": "Tue, 29 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum ippubblikat rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Kon\u0121unta tal-25 ta' Lulju 2018 maqbula mill-Presidenti Juncker u Trump.", "F'konformit\u00e0 mal-impenn tal-Kummissjoni favur it-trasparenza, ir-rapport jipprovdi \u0127arsa \u0121enerali dettaljata dwar is-sitwazzjoni attwali tat-ta\u0127ditiet sa issa.", "Id-dokument intbag\u0127at illum lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri.", "Id-Dikjarazzjoni Kon\u0121unta nediet fa\u017ci \u0121dida fir-relazzjonijiet kummer\u010bjali bejn l-UE u l-Istati Uniti, li tevita eskalazzjoni tat-tensjonijiet kummer\u010bjali u tistabbilixxi a\u0121enda kummer\u010bjali transatlantika po\u017cittiva.", "L-UE u l-Istati Uniti qablu li jistabbilixxu Grupp ta' \u0126idma E\u017cekuttiv sabiex dan il-programm ta' \u0127idma jitmexxa \u2018l quddiem.", "Min-na\u0127a tal-UE, il-Grupp ta' \u0126idma E\u017cekuttiv huwa mmexxi minn Cecilia Malmstr\u00f6m, il-Kummissarju tal-UE g\u0127all-Kummer\u010b, u fuq in-na\u0127a tal-Istati Uniti t-ta\u0127ditiet jitmexxew mir-Rappre\u017centant tal-Kummer\u010b tal-Istati Uniti Robert Lighthizer.", "Il-Kummissarju tal-UE g\u0127all-Kummer\u010b Cecilia Malmstr\u00f6m qalet: \u201cId-diskussjonijiet kummer\u010bjali u n-negozjati li fihom l-UE hija involuta g\u0127andhom ikunu trasparenti u inklu\u017civi u t-ta\u0127ditiet li g\u0127addejjin mal-Istati Uniti mhumiex e\u010b\u010bezzjoni.", "Wara l-pubblikazzjoni tal-abbozz tal-proposti tal-Kummissjoni g\u0127al mandati ta' negozjati, illum qed nag\u0127mlu dan ir-rapport dettaljat disponibbli.", "Kul\u0127add jista' jkun jaf x'qed niddiskutu u fuq kollox, dak li mhux qed niddiskutu.", "Pere\u017cempju, mhux qed nipproponu xi negozjati mal-Istati Uniti biex innaqqsu jew neliminaw it-tariffi fuq il-prodotti agrikoli.", "Hija l-intenzjoni soda tieg\u0127i li ni\u017cgura l-og\u0127la livell ta' trasparenza matul dan il-pro\u010bess.\u201d", "Il-Kummissarju Malmstr\u00f6m u l-Ambaxxatur Lighthizer nedew it-ta\u0127ditiet fi Brussell fl-10 ta' Settembru 2018 u \u0127adu sehem f'aktar laqg\u0127at fi New York fil-25 ta' Settembru u f'Washington fl-14 ta' Novembru u fit-8 u fl-10 ta' Jannar 2019.", "Minn dak i\u017c-\u017cmien 'l hawn, saru wkoll g\u0127add ta' laqg\u0127at ta' livell tekniku.", "Permezz tal-ittra u l-Istqarrija Kon\u0121unta f'mo\u0127\u0127ha, l-UE pproponiet g\u0127add ta' azzjonijiet kemm fuq perjodu ta' \u017cmien qasir, kif ukoll fuq perjodu ta' \u017cmien medju biex tmexxi l-\u0127idma \u2018l quddiem.", "Il-punt prin\u010bipali tat-ta\u0127ditiet fl-ewwel ftit xhur kien li ji\u0121i analizzat kif jista' jsir progress fuq kwistjonijiet regolatorji.", "Min-na\u0127a tal-UE, sar progress ukoll biex ti\u0121i ffa\u010bilitata l-importazzjoni tal-fa\u017cola tas-sojja tal-Istati Uniti.", "L-importazzjonijiet tal-fa\u017cola tas-sojja tal-Istati Uniti mill-Unjoni Ewropea \u017cdiedu b'114 % matul is-sena tas-suq attwali (minn Lulju sa tmiem Jannar 2019), meta mqabbel mal-istess perjodu fis-sena ta' qabel.", "B'sehem ta' 77 % tal-importazzjonijiet tal-fa\u017cola tas-sojja tal-UE, l-Istati Uniti issa hija l-fornitur ewlieni tal-Ewropa u l-Kummissjoni g\u0127adha kif ikkonkludiet li l-fa\u017cola tas-sojja tal-Istati Uniti tissodisfa r-rekwi\u017citi tekni\u010bi li g\u0127andhom jintu\u017caw fil-bijofjuwils fl-UE, de\u010bi\u017cjoni li se tkompli tespandi l-opportunitajiet tag\u0127ha fis-suq fl-Ewropa.", "G\u0127all-implimentazzjoni ta' xi elementi tad-Dikjarazzjoni Kon\u0121unta, il-Kummissjoni te\u0127tie\u0121 mandati ta' negozjati spe\u010bifi\u010bi awtorizzati mill-Kunsill.", "G\u0127an-negozjati dwar it-tariffi industrijali u dwar kif g\u0127andu ji\u0121i ffa\u010bilitat il-pro\u010bess li permezz tieg\u0127u l-kumpaniji ttestjaw il-prodotti tag\u0127hom (valutazzjoni tal-konformit\u00e0), fit-18 ta' Jannar 2019 il-Kummissjoni ressqet abbozzi ta' mandati lill-Istati Membri tal-UE.", "Id-Dikjarazzjoni Kon\u0121unta tag\u0127milha \u010bara wkoll li dawn it-ta\u0127ditiet huma bba\u017cati fuq il-kundizzjoni li l-Istati Uniti ma timponi l-ebda tariffi \u0121odda jew taxxi fuq l-esportazzjonijiet tal-UE, inklu\u017c fuq il-karozzi u l-partijiet tal-karozzi.", "Il-Kummissjoni hija wkoll \u010bara li l-konklu\u017cjoni tan-negozjati dwar l-eliminazzjoni tat-tariffi industrijali tiddependi fuq it-tne\u0127\u0127ija tal-Istati Uniti tal-mi\u017curi attwali tag\u0127hom fuq l-azzar u l-aluminju tal-UE, li ilhom fis-se\u0127\u0127 minn \u0120unju 2018.", "Il-passi li jmiss", "Fis-7 ta' Frar il-Kummissarju Malmstr\u00f6m se tie\u0127u sehem f'laqg\u0127a tal-Grupp ta' Esperti dwar il-Ftehimiet Kummer\u010bjali tal-UE li se jkollu inklu\u017c fl-a\u0121enda r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti.", "Dan il-grupp twaqqaf fl-2017 b\u0127ala forum \u0121did g\u0127all-organizzazzjonijiet tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili biex jag\u0127ti pariri dwar il-politika kummer\u010bjali tal-Kummissjoni.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Rapport Interim dwar il-\u0127idma tal-Grupp ta' \u0126idma E\u017cekuttiv", "Dikjarazzjoni kon\u0121unta", "Ta\u0127ditiet Kummer\u010bjali bejn l-UE u l-Istati Uniti: Il-Kummissjoni Ewropea tippre\u017centa abbozz ta' mandati ta' negozjati"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_681", "title": "Re\u0121imi ta' proprjet\u00e0 g\u0127al koppji internazzjonali fl-Ewropa: regoli \u0121odda jibdew japplikaw fi 18-il Stat Membru mil-lum", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,CIVILAW,RULELAW", "date": "Mon, 28 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit ju\u017ca l-cookies biex joffrilek esperjenza a\u0127jar.", "Skopri aktar dwar, kif nu\u017caw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tieg\u0127ek.", "Ir-Regolamenti tal-UE li ji\u010b\u010baraw ir-regoli applikabbli g\u0127ar-re\u0121imi tal-proprjet\u00e0 g\u0127al koppji mi\u017c\u017cew\u0121in jew g\u0127al s\u0127ubijiet re\u0121istrati internazzjonali japplikaw mil-lum.", "Ir-regoli \u0121odda jistabbilixxu regoli \u010bari f'ka\u017cijiet ta' divorzju jew mewt u jtemmu pro\u010bedimenti parallelli u possibbilment konfli\u0121\u0121enti fi Stati Membri differenti, pere\u017cempju dwar il-proprjet\u00e0 jew il-kontijiet tal-bank.", "Fil-qosor, se jkun hemm aktar \u010barezza legali g\u0127all-koppji internazzjonali.", "L-ewwel Vi\u010bi President Timmermans qal: \u201cId-d\u0127ul fis-se\u0127\u0127 ta' dawn ir-regolamenti huwa a\u0127bar tajba g\u0127an-numru dejjem jikber ta' koppji internazzjonali fl-Ewropa.", "Hawn qed nitkellmu dwar l-g\u0127oti ta' \u010bertezza lil eluf ta' koppji Ewropej dwar x'ji\u0121ri mill-proprjet\u00e0 tag\u0127hom jekk dawn jiddivorzjaw jew imut wie\u0127ed minnhom.", "Ninsab fidu\u010bju\u017c li dawn ir-regolamenti se jg\u0127inu lil bosta koppji Ewropej biex ji\u0121\u0121estixxu \u017cminijiet diffi\u010bli b\u0127al dawn.\u201d", "Vera Jourov\u00e1, il-Kummissarju tal-UE g\u0127all-\u0120ustizzja qalet: Dawn ir-regoli l-\u0121odda se jag\u0127mluha aktar fa\u010bli u jinvolvu anqas spejje\u017c biex ji\u0121u separati l-assi komuni u jipprovdu solliev li min jinsab f'\u010birkustanzi diffi\u010bli.Aktar minn 16-il miljun koppja internazzjonali se jibbenefikaw minn pro\u010beduri \u010bari f'ka\u017c ta' divorzju jew ta' mewt tas-sie\u0127eb jew is-sie\u0127ba fil-koppja.", "Dawn se jkunu jistg\u0127u jiffrankaw madwar \u20ac350 miljun fis-sena f'i spejje\u017c legali.", "In\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-Istati Membri li g\u0127ad fadal biex jing\u0127aqdu f'din il-kooperazzjoni msa\u0127\u0127a g\u0127all-\u0121id tal-koppji internazzjonali kollha madwar l-UE .\u201d", "Peress li ma kienx possibbli li tintla\u0127aq l-unanimit\u00e0 fost l-Istati Membri kollha, ir-regoli se japplikaw fi 18-il Stat Membru: L-Awstrija, il-Bel\u0121ju, il-Bulgarija, il-Kroazja, \u010aipru, i\u010b-\u010aekja, il-Finlandja, Franza, il-\u0120ermanja, il-Gre\u010bja, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja u l-I\u017cvezja .", "Ir-regolamenti l-\u0121odda se:", "It-18-il Stat Membru li ssie\u0127bu fil-kooperazzjoni msa\u0127\u0127a jikkostitwixxu 70 % tal-popolazzjoni tal-UE u jirrappre\u017centaw il-ma\u0121\u0121oranza tal-koppji internazzjonali li jg\u0127ixu fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn l-Istati Membri adottaw ir-Regolamenti f'\u0120unju 2016 ta\u0127t kooperazzjoni msa\u0127\u0127a.", "Il-bqija tal-Istati Membri jistg\u0127u jissie\u0127bu fi\u017c-\u017cew\u0121 Regolamenti meta jridu.", "L-Istati Membri li mhux qed jipparte\u010bipaw se jkomplu japplikaw il-li\u0121i nazzjonali tag\u0127hom (inklu\u017ci r-regoli tag\u0127hom dwar id-dritt internazzjonali privat) g\u0127al sitwazzjonijiet transfruntiera li jirrigwardaw ir-re\u0121imi tal-proprjet\u00e0 matrimonjali u l-konsegwenzi patrimonjali ta' s\u0127ubijiet re\u0121istrati.", "Sfond", "Il-kooperazzjoni msa\u0127\u0127a tippermetti li grupp ta' mill-inqas disa' Stati Membri jadotta mi\u017curi jekk it-28 Stat Membru kollha ma jirnexxilhomx jaslu g\u0127al ftehim.", "Pajji\u017ci o\u0127ra tal-UE g\u0127andhom id-dritt li jing\u0127aqdu fi s\u0127ubija msa\u0127\u0127a meta jixtiequ (l-Artikolu 331 TFUE).", "Fis-16 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni adottat \u017cew\u0121 proposti g\u0127al regolamenti li jittrattaw ir-re\u0121imi ta' proprjet\u00e0 ta' koppji internazzjonali: wie\u0127ed g\u0127al koppji mi\u017c\u017cew\u0121a u l-ie\u0127or g\u0127al s\u0127ubijiet re\u0121istrati.", "Dawn kienu ma\u0127suba biex jikkomplementaw il-qafas tal-istrumenti tal-UE g\u0127all-kooperazzjoni \u0121udizzjarja fil-qasam tal-li\u0121i tal-familja.", "Il-proposti kellhom ji\u0121u adottati b'unanimit\u00e0 fil-Kunsill.", "F'Di\u010bembru 2015, il-Kunsill ikkonkluda li ma kienx possibbli li tintla\u0127aq unanimit\u00e0 fost it-28 Stat Membru.", "Sbatax-il Stat Membru talbu lill-Kummissjoni g\u0127al kooperazzjoni msa\u0127\u0127a bejniethom fil-qasam tar-re\u0121imi tal-proprjet\u00e0 ta' koppji internazzjonali, li tinkludi kemm \u017cwi\u0121ijiet kif ukoll s\u0127ubijiet re\u0121istrati.", "\u010aipru ng\u0127aqdet mal-kooperazzjoni msa\u0127\u0127a fi stadju aktar tard.", "F'Marzu 2016, il-Kummissjoni re\u0121g\u0127et ressqet i\u017c-\u017cew\u0121 proposti billi qieset il-ftehim politiku li ntla\u0127aq fil-Kunsill.", "Fl-24 ta' \u0120unju 2016 il-Kunsill adotta \u017c-\u017cew\u0121 Regolamenti.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Skeda informattiva Ir-Regolamenti tal-UE dwar ir-re\u0121imi ta' proprjet\u00e0 g\u0127al koppji internazzjonali", "Ir-Regolamenti tal-UE dwar ir-re\u0121imi ta' proprjet\u00e0 g\u0127al koppji internazzjonali, li jkopru kemm \u017cwi\u0121ijiet kif ukoll s\u0127ubijiet re\u0121istrati", "De\u010bi\u017cjoni tal-Kunsill (UE) 2016/954 tad-9 ta' \u0120unju 2016 li tawtorizza kooperazzjoni msa\u0127\u0127a fil-qasam tal-\u0121uri\u017cdizzjoni, il-li\u0121i applikabbli u r-rikonoxximent u l-e\u017cekuzzjoni ta' de\u010bi\u017cjonijiet dwar ir-re\u0121imi ta' proprjet\u00e0 ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm materji ta' re\u0121imi ta' proprjet\u00e0 matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' s\u0127ubijiet re\u0121istrati", "Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta' \u0120unju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msa\u0127\u0127a fil-qasam tal-\u0121urisdizzjoni, il-li\u0121i applikabbli u r-rikonoxximent u l-e\u017cekuzzjoni ta' de\u010bi\u017cjonijiet f'materji ta' re\u0121imi ta' proprjet\u00e0 matrimonjali", "Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104 tal-24 ta' \u0120unju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msa\u0127\u0127a fil-qasam tal-\u0121uri\u017cdizzjoni, il-li\u0121i applikabbli u r-rikonoxximent u l-e\u017cekuzzjoni ta' de\u010bi\u017cjonijiet f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' s\u0127ubijiet re\u0121istrati", "Aktar informazzjoni dwar il-li\u0121i tal-familja"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_19_683", "title": "\u0126arsien tal-\u0127addiema kontra s-sustanzi kimi\u010bi li jikkaw\u017caw il-kan\u010ber: Il-Kummissarju Thyssen tilqa' t-tielet ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI", "date": "Mon, 28 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni la\u0127qu ftehim provi\u017corju dwar it-tielet proposta tal-Kummissjoni biex ji\u017cdiedu sustanzi kimi\u010bi o\u0127ra mal-lista ta' sustanzi kimi\u010bi rikonoxxuti li jikkaw\u017caw il-kan\u010ber fuq il-post tax-xog\u0127ol.", "Bis-sa\u0127\u0127a ta' dan il-ftehim, id-Direttiva dwar il-Kar\u010bino\u0121eni u l-Muta\u0121eni se tkopri \u0127ames sustanzi kimi\u010bi addizzjonali li jikkaw\u017caw il-kan\u010ber.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Impjiegi, l-Affarijiet So\u010bjali, il-\u0126iliet u l-Mobilit\u00e0 tal-\u0126addiema, Marianne Thyssen, laqg\u0127et il-ftehim bl-istqarrija li \u0121ejja:", "\u201cPermezz tat-tliet a\u0121\u0121ornamenti su\u010b\u010bessivi tad-Direttiva dwar il-Kar\u010bino\u0121eni u l-Muta\u0121eni, \u0127adna pass fundamentali biex in\u0127arsu lill-\u0127addiema Ewropej mill-akbar qattiel sieket fuq il-post tax-xog\u0127ol: il-kan\u010ber.", "Il-ftehim tal-lum dwar it-tielet proposta tal-Kummissjoni se jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol g\u0127al aktar minn miljun \u0127addiem tal-UE, u jipprevjeni iktar minn 22,000 ka\u017c ta' mard marbut max-xog\u0127ol.", "Se jg\u0127in biex jin\u0127olqu postijiet tax-xog\u0127ol aktar b'sa\u0127\u0127ithom u aktar sikuri, li huwa prin\u010bipju ewlieni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali.", "Pere\u017cempju, dan il-ftehim se ji\u017cgura \u0127arsien a\u0127jar tal-\u0127addiema fis-setturi tal-manifattura tal-batteriji tan-nikil u l-kadmju, it-tidwib ta\u017c-\u017cingu u r-ram, il-laboratorji, l-elettronika, il-funerali u l-ibbalzmar, il-kostruzzjoni, il-kura tas-sa\u0127\u0127a, il-plastik u r-ri\u010bikla\u0121\u0121.", "Fl-istess \u0127in, in-negozji fis-suq intern tag\u0127na se jibbenefikaw minn regoli \u010bari u sempli\u010bi dwar is-sa\u0127\u0127a u s-sikurezza fir-rigward ta' dawn il-\u0127ames sustanzi kimi\u010bi.", "Ing\u0127atat attenzjoni partikolari biex l-intrapri\u017ci \u017c-\u017cg\u0127ar u l-mikrointrapri\u017ci ji\u0121u meg\u0127juna jikkonformaw mar-regoli l-\u0121odda.", "Il-ftehim tal-lum jikkonferma g\u0127al darb'o\u0127ra l-impenn kbir mill-atturi kollha g\u0127all-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali.", "Nixtieq nirringrazzja lir-rapporteur Laura Agea u x-shadow rapporteurs f'isem il-Parlament Ewropew, u lill-Presidenza Rumena u l-prede\u010bessuri tag\u0127ha f'isem il-Kunsill.", "Dan il-ftehim issa g\u0127andu ji\u0121i kkonfermat malajr biex ji\u0121i \u017cgurat li r-regoli l-\u0121odda jkunu fis-se\u0127\u0127 g\u0127all-elezzjonijiet Ewropej f'Mejju 2019.\u201d", "Il-passi li jmiss", "Il-ftehim se jitressaq lill-Kumitat tar-Rappre\u017centanti Permanenti tal-Kunsill (Coreper) g\u0127all-approvazzjoni tieg\u0127u.", "Ladarba r-Rappre\u017centanti Permanenti tal-Istati Membri jikkonfermaw il-ftehim, se jitressaq g\u0127al votazzjoni finali f'seduta plenarja tal-Parlament Ewropew.", "Sfond", "Il-kan\u010ber huwa l-kaw\u017ca ewlenija tal-imwiet marbuta max-xog\u0127ol fl-Unjoni Ewropea, u huwa responsabbli g\u0127al 53 % tal-imwiet kollha marbuta max-xog\u0127ol.", "Sabiex jitjieb il-\u0127arsien tal-\u0127addiema mis-sustanzi kimi\u010bi li jikkaw\u017caw il-kan\u010ber, il-Kummissjoni di\u0121\u00e0 ppre\u017centat tliet \u010bikli ta' tibdil fid-Direttiva dwar il-Kar\u010bino\u0121eni u l-Muta\u0121eni (2004/37/KE) \u0127alli ji\u0121i limitat l-esponiment g\u0127al dawn is-sustanzi.", "Issa, 27 sustanza kimika li jikkaw\u017caw il-kan\u010ber huma koperti bid-Direttiva, li minnhom 26 \u0121ew mi\u017cjuda jew a\u0121\u0121ornati ta\u0127t il-mandat tal-Kummissjoni Juncker.", "L-ewwel emenda tad-Direttiva dwar il-Kar\u010bino\u0121eni u l-Muta\u0121eni \u0121iet adottata b\u0127ala d-Direttiva 2017/2398 mill-kole\u0121i\u017claturi fi tmiem l-2017.", "It-tieni proposta \u0121iet ippubblikata f'Jannar 2017 u \u0121iet miftiehma bejn il-kole\u0121i\u017claturi fi tmiem l-2018.", "Il-ftehim provi\u017corju tal-lum huwa wie\u0127ed mill-passi a\u0127\u0127arija fl-istadju tan-negozjati tat-tielet proposta mill-5 ta' April 2018.", "E\u017cempji konkreti tas-sustanzi u s-setturi kkon\u010bernati minn din ir-revi\u017cjoni jistg\u0127u jinsabu f'din il-memo.", "Filwaqt li l-ma\u0121\u0121oranza tal-Istati Membri g\u0127andhom limiti nazzjonali ta' esponiment g\u0127al \u0127afna sustanzi kimi\u010bi li jikkaw\u017caw il-kan\u010ber, u\u0127ud mill-Istati Membri huma inqas stretti.", "Dan ifisser li l-\u0127addiema mhumiex im\u0127arsa b'mod ugwali fis-Suq Uniku kollu, u li ma hemmx kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni g\u0127an-negozji.", "Peress li l-g\u0127arfien xjentifiku dwar is-sustanzi kimi\u010bi li jikkaw\u017caw il-kan\u010ber qed jevolvi b'mod konstanti, il-Kummissjoni tappo\u0121\u0121a pro\u010bess kontinwu ta' a\u0121\u0121ornament tad-Direttiva dwar il-Kar\u010bino\u0121eni u l-Muta\u0121eni (id-Direttiva 2004/37/KE).", "Il-ftehimiet maqbula mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea se jtejbu l-\u0127arsien ta' madwar 40 miljun persuna, u se jg\u0127inu biex ji\u0121u salvati l-\u0127ajjiet ta' aktar minn 100,000 \u0127addiem tul il-50 sena li \u0121ejjin.", "Dawn l-inizjattivi huma parti mill-isforz usa' tal-Kummissjoni biex ittejjeb l-istandards tas-sa\u0127\u0127a u tas-sikurezza fuq ix-xog\u0127ol fl-Ewropa kollha.", "F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni nediet rie\u017cami fil-fond u a\u0121\u0121ornament tal-le\u0121i\u017clazzjoni e\u017cistenti f'Jannar 2017.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Stqarrija g\u0127all-istampa: Il-Kummissjoni tkompli tie\u0127u azzjoni biex t\u0127ares a\u0127jar lill-\u0127addiema mis-sustanzi kimi\u010bi li jikkaw\u017caw il-kan\u010ber", "MEMO: Commission follows up on workers' protection from cancer-causing chemicals: frequently asked questions on the third revision of the Carcinogens and Mutagens Directive", "Segwi lil Marianne Thyssen fuq Facebook u Twitter", "Inkiteb biex tir\u010bievi bl-email u bla \u0127las il-bullettin tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impjiegi, l-affarijiet so\u010bjali u l-inklu\u017cjoni"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_19_742", "title": "Kummer\u010b elettroniku transfruntiera: Il-Kummissjoni tilqa' l-ftehim dwar proposta li tiffa\u010bilita l-bejg\u0127 ta' prodotti u l-forniment ta' kontenut u servizzi di\u0121itali fl-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=CONSUMPOL,JFRC,DIGSIN", "date": "Mon, 28 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill la\u0127qu ftehim provi\u017corju dwar il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea ta' Di\u010bembru 2015 rigward il-bejg\u0127 online ta' prodotti u l-forniment ta' kontenut u servizzi di\u0121itali.", "Flimkien mar-Regolament biex jintemm l-imblukkar \u0121eografiku in\u0121ustifikat li da\u0127al fis-se\u0127\u0127 f'Di\u010bembru 2018, il-ftehim il-\u0121did dwar ir-regoli tal-kuntratti di\u0121itali huwa l-a\u0127\u0127ar kisba tal-Istrate\u0121ija tas-Suq Uniku Di\u0121itali, li jwassal g\u0127al benefi\u010b\u010bji konkreti li\u010b-\u010bittadini u lin-negozji.", "Andrus Ansip, il-Vi\u010bi President g\u0127as-Suq Uniku Di\u0121itali, , u V\u011bra Jourov\u00e1, il-Kummissarju g\u0127all-\u0120ustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-\u0120eneri laqg\u0127u dan il-ftehim bl-istqarrija li \u0121ejja:", "\"B\u0127ala konsumatur, wie\u0127ed mill-akbar benefi\u010b\u010bji tas-Suq Uniku Di\u0121itali tal-UE huwa li qieg\u0127ed klikkjatura bil-mouse 'l bog\u0127od mix-xiri ta' prodotti minn kwalunkwe pajji\u017c tal-UE ming\u0127ajr kostijiet addizzjonali.", "G\u0127an-negozji, dan ifisser li jistg\u0127u joffru prodotti, servizzi u kontenut di\u0121itali kullimkien fl-UE u li jkollhom a\u010b\u010bess g\u0127al miljuni ta' klijenti potenzjali.", "Dan jista' ja\u0127dem sew biss jekk ikollna regoli \u010bari, a\u0121\u0121ornati u armonizzati mal-UE kollha.", "Bil-ftehim dwar il-proposti tag\u0127na g\u0127al regoli \u0121odda dwar il-forniment ta' kontenut u servizzi di\u0121itali, u l-bejg\u0127 online ta' prodotti, qed nag\u0127mlu pass ie\u0127or f'dik id-direzzjoni.", "Il-konsumaturi madwar l-UE se jkunu m\u0127arsa a\u0127jar.", "Pere\u017cempju, meta kontenut di\u0121itali b\u0127al mu\u017cika jew softwer ikun difettu\u017c, il-konsumatur issa se jkun jista' ji\u0121i kkumpensat.", "Huma se jkollhom ukoll aktar \u017cmien biex juru li l-o\u0121\u0121ett mixtri kien difettu\u017c fil-mument tax-xiri.", "U meta prodott ikun difettu\u017c, se japplikaw l-istess possibbiltajiet ta' kumpens b\u0127al meta tikseb skont jew tie\u0127u l-flus lura madwar l-UE kollha.", "Fir-rigward tan-negozji, dawn se jibbenefikaw minn iktar \u010bertezza tad-dritt u kompetizzjoni \u0121usta.", "Nixtiequ nirringrazzjaw lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill g\u0127all-impenn tag\u0127hom biex jinstabu soluzzjonijiet li jissodisfaw l-isfidi ffa\u010b\u010bati mill-konsumaturi u mill-bejjieg\u0127a f'ambjent bla fruntieri u di\u0121italizzat \u0127afna.", "Il-ftehim tal-lum se jqawwi l-kunfidenza tal-konsumaturi u b'hekk anke tan-negozji.", "Fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar, \u017cieda fil-forniment kemm ta' kontenut kif ukoll ta' prodotti di\u0121itali madwar l-Ewropa se twassal g\u0127al g\u0127a\u017cla ikbar bi prezzijiet kompetittivi g\u0127all-konsumaturi, u s-Suq Uniku Di\u0121itali g\u0127alhekk qieg\u0127ed.", "Nittamaw li naraw l-istess livell ta' impenn mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill g\u0127al \u017cew\u0121 fajls ta' prijorit\u00e0 o\u0127rajn tal-UE, ji\u0121ifieri r-regoli modernizzati proposti tad-drittijiet tal-awtur biex ji\u0121u adatti g\u0127ad-dinja di\u0121itali u r-Regolament propost dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjonijiet elettroni\u010bi.\"", "Il-passi li jmiss", "Issa dawn it-testi jridu ji\u0121i adottati b'mod formali mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-UE.", "Wara l-adozzjoni finali, id-Direttivi ji\u0121u ppubblikati f'Il-\u0120urnal Uffi\u010bjali tal-UE u jid\u0127lu fis-se\u0127\u0127 20 jum wara.", "Sfond", "Wie\u0127ed mill-pilastri tal-Istrate\u0121ija tas-Suq Di\u0121itali huwa li ji\u017cgura a\u010b\u010bess a\u0127jar g\u0127all-konsumaturi u n-negozji g\u0127al prodotti u servizzi online madwar l-Ewropa.", "Il-kummer\u010b elettroniku qieg\u0127ed jikber, i\u017cda g\u0127adu mhux qieg\u0127ed ji\u0121i sfruttat l-potenzjal s\u0127i\u0127 tieg\u0127u la g\u0127an-negozji u lanqas g\u0127all-konsumaturi fl-Ewropa.", "Fid-9 ta' Di\u010bembru 2015, il-Kummissjoni adottat \u017cew\u0121 proposti: wa\u0127da dwar il-forniment ta' kontenut di\u0121itali (e\u017c. mu\u017cika strimjata) u wa\u0127da dwar il-bejg\u0127 online tal-prodotti (e\u017c. ix-xiri ta' \u0127wejje\u0121 online).", "Il-kamp ta' applikazzjoni tal-a\u0127\u0127ar proposta \u0121ie esti\u017c g\u0127all-bejg\u0127 offline fl-2017.", "I\u017c-\u017cew\u0121 proposti kellhom l-g\u0127an li jittrattaw ostakli importanti g\u0127all-kummer\u010b elettroniku transfruntiera fl-UE: il-frammentazzjoni legali fil-qasam tal-li\u0121ijiet dwar il-kuntratti konklu\u017ci minn konsumaturi, li g\u0127amlitha diffi\u010bli g\u0127all-SMEs biex jag\u0127mlu kummer\u010b transfruntiera u l-fidu\u010bja baxxa tal-konsumaturi meta jixtru online minn Stat Membru ie\u0127or.", "L-a\u0127\u0127ar Tabella ta' Valutazzjoni tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur (2017) turi li dak it-t\u0127assib g\u0127adu hemm.", "Il-ftehim provi\u017corju l-\u0121did dwar ir-regoli dwar il-kuntratti di\u0121itali huwa inizjattiva essenzjali addizzjonali li tag\u0127mel is-Suq Uniku Di\u0121itali realt\u00e0 g\u0127al kul\u0127add, flimkien ma' tmiem it-tariffi tar-roaming, ir-regoli l-\u0121odda dwar il-protezzjoni tad-data u l-possibbilt\u00e0 g\u0127a\u010b-\u010bittadini li jivvja\u0121\u0121aw bil-kontenut online tag\u0127hom.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Is-Suq Uniku Di\u0121itali Ewropew: Avvi\u017c mill-President Juncker - filmat", "Pa\u0121na web dwar is-Suq Uniku Di\u0121itali (#DigitalSingleMarket)", "Suq Uniku Di\u0121itali g\u0127all-Ewropa: Il-Kummissjoni tistabbilixxi 16-il inizjattiva biex dan ise\u0127\u0127 (is-6 ta' Mejju 2015)"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_746", "title": "Il-Kodi\u010bi ta' Prattika kontra d-di\u017cinformazzjoni: Il-Kummissjoni tistieden lill-firmatarji biex jintensifikaw l-isforzi tag\u0127hom", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG,DISINFO", "date": "Mon, 28 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, Google, Facebook, Twitter, Mozilla u l-asso\u010bjazzjonijiet kummer\u010bjali li jirrappre\u017centaw lis-settur tar-reklamar, ressqu l-ewwel rapporti tag\u0127hom dwar il-mi\u017curi li qed jie\u0127du biex jikkonformaw mal-Kodi\u010bi ta' Prattika dwar id-Di\u017cinformazzjoni.", "Kien hemm xi \u017cviluppi, b'mod partikolari fit-tne\u0127\u0127ija ta' kontijiet foloz u l-limitazzjoni tal-vi\u017cibilit\u00e0 ta' siti li jippromwovu d-di\u017cinformazzjoni.", "Madankollu, hi me\u0127tie\u0121a iktar azzjoni biex ti\u0121i \u017cgurata t-trasparenza assoluta tar-reklami politi\u010bi sal-bidu tal-kampanja g\u0127all-elezzjonijiet Ewropej fl-Istati Membri kollha tal-UE, ikun jista' jinkiseb a\u010b\u010bess xieraq g\u0127ad-data tal-pjattaformi g\u0127all-finijiet ta' ri\u010berka, u biex ti\u0121i \u017cgurata kooperazzjoni xierqa bejn il-pjattaformi u l-Istati Membri individwali permezz tal-punti ta' kuntatt fis-Sistema ta' Twissija Bikrija.", "Andrus Ansip, il-Vi\u010bi President g\u0127as-Suq Uniku Di\u0121itali qal: \u201cIl-firmatarji \u0127adu azzjoni, pere\u017cempju billi joffru modi \u0121odda lin-nies biex ikollhom iktar dettalji dwar is-sors tal-istorja jew tar-reklam.", "Issa je\u0127tie\u0121 ji\u017cguraw li dawn l-g\u0127odod huma disponibbli g\u0127al kul\u0127add fl-UE kollha, jimmonitorjaw l-effi\u010bjenza tag\u0127hom, u jadattaw b'mod kontinwu g\u0127all-mezzi \u0121odda u\u017cati minn dawk li jxerrdu d-di\u017cinformazzjoni.", "Ma g\u0127andniex \u017cmien x'nitilfu.\u201d", "V\u011bra Jourov\u00e1, il-Kummissarju g\u0127all-\u0120ustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-\u0120eneri qalet: \u201cBit-tnedija tan-netwerk tal-elezzjoni Ewropea mal-awtoritajiet tal-UE l-\u0121img\u0127a l-o\u0127ra u b'dan ir-rapport tal-lum, qed in\u017cidu l-passi minn kull na\u0127a biex ni\u017cguraw elezzjonijiet \u0127ielsa u \u0121usti.", "Qed nistenna li l-kumpaniji jsegwu bis-s\u0127i\u0127 ir-retorika u l-impenn tag\u0127hom.", "Irridu na\u0121ixxu issa g\u0127ax ftit fadlilna \u017cmien.\u201d", "Julian King, il-Kummissarju g\u0127all-Unjoni tas-Sigurt\u00e0 qal: \u201cMin\u0127abba li l-elezzjonijiet Ewropej jinsabu fil-qrib, kwalunkwe progress fil-\u0121lieda kontra d-di\u017cinformazzjoni huwa merb\u0127a bih.", "I\u017cda je\u0127tie\u0121 nimxu iktar 'il quddiem u b'pass iktar mg\u0127a\u0121\u0121el qabel Mejju.", "Ma rridux li l-g\u0127ada tal-elezzjonijiet inqumu filg\u0127odu u nindunaw li stajna g\u0127amilna iktar.\u201d", "Mariya Gabriel, il-Kummissarju g\u0127all-Ekonomija u s-So\u010bjet\u00e0 Di\u0121itali, qalet: \u201cIr-rapporti tal-lum jiffukaw kif suppost fuq l-azzjonijiet ur\u0121enti, b\u0127at-tne\u0127\u0127ija tal-kontijiet foloz.", "Dan hu bidu tajjeb.", "Issa qed nistenna li l-firmatarji jintensifikaw il-monitora\u0121\u0121 u r-rapportar tag\u0127hom u j\u017cidu l-kooperazzjoni tag\u0127hom mal-verifikaturi tal-fatti u mal-komunit\u00e0 tar-ri\u010berka.", "Je\u0127tie\u0121 ni\u017cguraw a\u010b\u010bess li\u010b-\u010bittadini tag\u0127na g\u0127al informazzjoni ta' kwalit\u00e0 u o\u0121\u0121ettiva li tippermettilhom jag\u0127mlu g\u0127a\u017cliet informati\u201d.", "Skont ir-rapporti li jkopru l-mi\u017curi li ttie\u0127du sal-31 ta' Di\u010bembru 2018, il-\u0127idma tal-kumpaniji online hija iktar avvanzata u komprensiva f'xi oqsma, pere\u017cempju fit-tne\u0127\u0127ija tal-kontijiet foloz u t-tnaqqis fl-introjtu lill-promoturi tad-di\u017cinformazzjoni, i\u017cda f'oqsma o\u0127rajn hija inqas avvanzata u komprensiva.", "B'mod partikolari, ir-rapporti juru li:", "G\u0127ar-rapporti li \u0121ejjin, il-Kummissjoni tistenna li Google, Facebook, Twitter u Mozilla ji\u017cviluppaw appro\u010b\u010b iktar sistematiku li jippermetti monitora\u0121\u0121 u valutazzjoni xierqa u regolari abba\u017ci ta' data adatta dwar il-prestazzjoni.", "Fir-rigward tal-asso\u010bjazzjonijiet kummer\u010bjali li jirrappre\u017centaw lis-settur tar-reklamar (World Federation of Advertisers, European Association of Communication Agencies u Interactive Advertising Bureau Europe), il-Kummissjoni tinnota l-isforzi po\u017cittivi tag\u0127hom g\u0127as-sensibilizzazzjoni dwar il-Kodi\u010bi, i\u017cda tinnota wkoll in-nuqqas ta' firmatarji korporattivi u tenfasizza r-rwol ewlieni li jaqdu d-ditti u r-reklamaturi fl-isforzi biex jitnaqqas l-introjtu tal-promoturi tad-di\u017cinformazzjoni.", "Il-passi li jmiss", "Ir-rapporti tal-lum ikopru l-mi\u017curi li ttie\u0127du mill-kumpaniji online u s-settur tar-reklamar sal-31 ta' Di\u010bembru 2018.", "G\u0127al Jannar 2019, il-pjattaformi online g\u0127andhom jipprovdu informazzjoni dettaljata lill-Kummissjoni fil-jiem li \u0121ejjin.", "Dan l-ewwel rapport kull xahar se jkun ippubblikat fi Frar 2019 u se ji\u0121i segwit minn rapporti simili kull xahar sa Mejju 2019.", "Dan se jippermetti lill-Kummissjoni biex tivverifika li qabel l-elezzjonijiet Ewropej, ikun hemm fis-se\u0127\u0127 politiki effettivi b'pertinenza partikolari g\u0127all-integrit\u00e0 tal-pro\u010bessi elettorali.", "Sal-a\u0127\u0127ar tal-2019, il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni komprensiva fi tmiem il-perjodu inizjali ta' 12-il xahar tal-Kodi\u010bi.", "Jekk ir-ri\u017cultati ma jkunux sodisfa\u010benti, il-Kummissjoni tista' tipproponi azzjonijiet ulterjuri, inklu\u017c ta' natura regolatorja.", "Kuntest", "Il-monitora\u0121\u0121 tal-Kodi\u010bi ta' Prattika huwa parti mill-Pjan ta' Azzjoni kontra d-di\u017cinformazzjoni li l-Unjoni Ewropea adottat f'Di\u010bembru li g\u0127adda biex i\u017c\u017cid il-kapa\u010bitajiet u ssa\u0127\u0127a\u0127 il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE \u0127alli b'mod proattiv ji\u0121i indirizzat it-theddid mid-di\u017cinformazzjoni.", "Il-firmatarji rapportaturi ntrabtu mal-Kodi\u010bi ta' Prattika f'Ottubru 2018 b'mod volontarju.", "L-g\u0127an tal-Kodi\u010bi hu li jintla\u0127qu l-g\u0127anijiet stipulati mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ppre\u017centata f'April 2018 billi \u0121iet stabbilita firxa wiesg\u0127a ta' impenji marbuta ma' \u0127ames oqsma:", "Il-Kodi\u010bi ta' Prattika jimxi id f'id ukoll mar-Rakkomandazzjoni inklu\u017ca fil-pakkett elettorali m\u0127abbar mill-President Juncker fid-Diskors tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni g\u0127all-2018 biex ji\u0121u \u017cgurati elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew \u0127ielsa, \u0121usti u sikuri.", "Il-mi\u017curi jinkludu iktar trasparenza fir-reklamar politiku online u l-possibbilt\u00e0 li ji\u0121u imposti sanzjonijiet g\u0127all-u\u017cu illegali tad-data personali bl-iskop li ji\u0121i influwenzat deliberatament l-e\u017citu tal-elezzjonijiet Ewropej.", "Barra minn hekk, l-Istati Membri ng\u0127ataw il-parir li jistabbilixxu netwerk nazzjonali tal-awtoritajiet rilevanti g\u0127all-kooperazzjoni elettorali \u2013 b\u0127al awtoritajiet elettorali, u dawk g\u0127a\u010b-\u010bibersigurt\u00e0, il-protezzjoni tad-data u l-infurzar tal-li\u0121i \u2013 u ja\u0127tru punt ta' kuntatt biex jie\u0127u sehem fin-netwerk ta' kooperazzjoni elettorali fil-livell Ewropew.", "L-ewwel laqg\u0127a fil-livell Ewropew saret fil-21 ta' Jannar 2019.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "Rapporti mill-firmatarji tal-Kodi\u010bi ta' Prattika", "Stqarrija g\u0127all-istampa: Ewropa li Tipprote\u0121i: L-UE tintensifika l-azzjoni kontra d-di\u017cinformazzjoni", "Skeda informattiva: Pjan ta' azzjoni kontra d-di\u017cinformazzjoni", "Komunikazzjoni dwar l-indirizzar tad-di\u017cinformazzjoni online: Appro\u010b\u010b Ewropew", "Is-sit web EU vs disinfo"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_741", "title": "Kompetizzjoni: Rapport tal-Kummissjoni jsib li l-infurzar attiv tal-kompetizzjoni jikkontribwixxi g\u0127al medi\u010bini affordabbli u innovattivi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COMPETY", "date": "Sun, 27 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat rapport li juri li l-infurzar attiv tad-dritt tal-kompetizzjoni, fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali, fis-settur farma\u010bewtiku jikkontribwixxi biex ikun hemm medi\u010bini iktar affordabbli u iktar g\u0127a\u017cla g\u0127all-pazjenti u g\u0127as-sistemi tal-kura tas-sa\u0127\u0127a, u jippromwovi innovazzjoni ulterjuri.", "Margrethe Vestager, il-Kummissarju inkarigata mill-politika tal-kompetizzjoni qalet \"Wa\u0127da mill-isfidi u l-miri ewlenin tal-Ewropa hija li lill-pazjenti u lis-sistemi tal-kura tas-sa\u0127\u0127a Ewropej nag\u0127tuhom a\u010b\u010bess g\u0127al medi\u010bini affordabbli u innovattivi.", "Ir-rapport ippubblikat illum jipprovdi tag\u0127rif dwar il-\u0127idma siewja li qed jag\u0127mlu l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni madwar l-Ewropa biex ji\u017cguraw li s-swieq farma\u010bewti\u010bi jg\u0127inu biex dan l-g\u0127an jinkiseb.", "Importanti li nkomplu nag\u0127tu prijorit\u00e0 g\u0127olja lill-\u0127idma tag\u0127na f'dan il-qasam.\"", "Ir-rapport jipprovdi \u0127arsa \u0121enerali lejn l-infurzar tar-regoli tal-antitrust u tal-fu\u017cjonijiet fis-settur farma\u010bewtiku u jiddeskrivi kif l-infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni kkontribwixxa biex itejjeb l-a\u010b\u010bess tal-pazjenti Ewropej g\u0127al medi\u010bini essenzjali affordabbli u innovattivi.", "Huwa jiffoka fuq il-perjodu mill-2009 'l hawn, meta l-Kummissjoni wettqet inkjesta dwar il-kompetizzjoni fis-settur farma\u010bewtiku.", "Il-Kummissjoni abbozzat ir-rapport b'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni tat-28 Stat Membru tal-UE, li l-Kummissjoni ta\u0127dem mag\u0127hom fin-Netwerk Ewropew g\u0127all-Kompetizzjoni.", "Fuq il-ba\u017ci tat-tag\u0127rif miksub mir-rapport, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni se jkomplu l-isforzi ta' infurzar tag\u0127hom fis-settur farma\u010bewtiku, kwistjoni li tibqa' prijorit\u00e0 g\u0127olja meta wie\u0127ed iqis l-importanza tas-settur kemm ekonomikament kif ukoll f'termini ta' impatt fuq il-benesseri u l-\u0127ajjiet tan-nies.", "Il-kostatazzjonijiet ewlenin tar-rapport", "Prezzijiet \u0121usti g\u0127all-medi\u010bini", "Fir-rigward tal-ftehimiet antikompetittivi u l-ka\u017cijiet ta' abbu\u017c minn po\u017cizzjoni dominanti, il-Kummissjoni u l-awtorit\u00e0 nazzjonali tal-kompetizzjoni investigaw sew aktar minn 100 ka\u017c u adottaw 29 de\u010bi\u017cjoni kontra prattiki illegali fil-forniment tal-medi\u010bini mill-2009 'il quddiem:", "Prezzijiet og\u0127la jistg\u0127u jirri\u017cultaw ukoll minn fu\u017cjonijiet ta' kumpaniji farma\u010bewti\u010bi meta s-sa\u0127\u0127a tal-ipprezzar tal-kumpanija fu\u017ca tikber.", "Il-Kummissjoni rrie\u017caminat iktar minn 80 fu\u017cjoni fis-settur farma\u010bewtiku biex tipprevjeni li s-swieq farma\u010bewti\u010bi ji\u0121u kkon\u010bentrati \u017c\u017cejjed.", "Kien hemm t\u0127assib dwar il-kompetizzjoni f'19-il ka\u017c, fejn il-fu\u017cjonijiet setg\u0127u wasslu g\u0127al \u017cieda fil-prezzijiet, b'mod partikolari g\u0127al prodotti \u0121eneri\u010bi u prodotti bijosimili.", "Il-Kummissjoni \u0127alliet li dawn il-fu\u017cjonijiet isiru biss wara li l-kumpaniji impenjaw ru\u0127hom li j\u010bedu partijiet min-negozju tag\u0127hom sabiex jippreservaw il-grad e\u017cistenti ta' kompetizzjoni fil-prezzijiet.", "Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni \u0127adu sehem f'100 attivit\u00e0 ta' monitora\u0121\u0121 tas-suq u ta' promozzjoni.", "Dawn offrew tag\u0127rif dwar il-funzjonament tas-swieq, u pprovdew gwida g\u0127all-parte\u010bipanti fis-suq, u wasslu biex jinbdew investigazzjonijiet tal-antitrust f'xi ka\u017cijiet individwali.", "L-attivitajiet ta' promozzjoni influwenzaw it-tfassil tar-regolamentazzjoni u tal-le\u0121i\u017clazzjoni u g\u0127enu biex jin\u0127olqu jew ji\u0121u rritornati kundizzjonijiet li jwasslu iktar g\u0127al kompetizzjoni effika\u010bi u \u0121usta.", "Iktar innovazzjoni u g\u0127a\u017cla", "Ir-rapport sab li l-infurzaturi tal-kompetizzjoni g\u0127enu biex jin\u017camm il-livell ta' innovazzjoni fis-settur billi intervjenew, bl-u\u017cu ta' regoli tal-antitrust, kontra prattiki li setg\u0127u xekklu l-in\u010bentivi g\u0127all-innovazzjoni.", "Dan huwa relatat b'mod partikolari mat-tentattivi g\u0127all-ittardjar tad-d\u0127ul ta' medi\u010bini \u0121eneri\u010bi fis-suq, li jista' jippermetti li l-kumpaniji jiksbu profitti mhux dovuti minn prodotti eqdem minflok ma jkollhom jikkompetu ma' medi\u010bini \u0121odda u innovattivi.", "L-attivit\u00e0 ta' kontroll tal-fu\u017cjonijiet tal-Kummissjoni kkontribwiet ukoll g\u0127all-innovazzjoni u \u017cieda fl-g\u0127a\u017cla tal-medi\u010bini, billi ppreveniet tran\u017cazzjonijiet li setg\u0127u kkompromettew l-isforzi tar-ri\u010berka u l-i\u017cvilupp biex jitnedew medi\u010bini \u0121odda jew ji\u0121i esti\u017c l-u\u017cu terapewtiku tal-medi\u010bini e\u017cistenti.", "Kamp ta' applikazzjoni g\u0127al azzjoni ta' infurzar ulterjuri", "Il-ka\u017cijiet ta' antitrust u ta' fu\u017cjoni msemmija fir-rapport juru li s-settur farma\u010bewtiku je\u0127tie\u0121 skrutinju qawwi mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni.", "Ir-rekord ta' infurzar tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jipprovdi ba\u017ci solida g\u0127all-awtoritajiet tal-kompetizzjoni biex ikomplu ja\u0127dmu u jiffukaw l-isforzi ta' infurzar tag\u0127hom fis-settur.", "Madankollu, filwaqt li l-ka\u017cijiet diskussi fir-rapport juru li l-infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni jg\u0127in jissalvagwardja l-kompetizzjoni dwar il-prezzijiet u biex jistimula l-innovazzjoni, hemm limiti g\u0127al dak li jista' jag\u0127mel id-dritt tal-kompetizzjoni.", "B'mod partikolari, hemm b\u017conn ta' sforzi kontinwi mill-partijiet ikkon\u010bernati kollha biex ti\u0121i indirizzata l-isfida tas-so\u010bjet\u00e0 li ti\u017cgura a\u010b\u010bess sostenibbli g\u0127al medi\u010bini affordabbli u innovattivi.", "Is-sommarju e\u017cekuttiv u r-rapport jinsabu fis-sit web tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni fil-lingwi uffi\u010bjali tal-UE kollha.", "Sfond", "Fil-Konklu\u017cjonijiet tieg\u0127u dwar it-tis\u0127i\u0127 tal-bilan\u010b fis-sistemi farma\u010bewti\u010bi fl-UE u fl-Istati Membri tag\u0127ha tas-17 ta' \u0120unju 2016, il-Kunsill esprima bosta t\u0127assib rigward l-a\u010b\u010bess mill-pazjenti g\u0127al medi\u010bini affordabbli.", "Filwaqt li rrefera g\u0127ar-Rapport ta' Inkjesta tas-Settur Farma\u010bewtiku tal-2009 tal-Kummissjoni, li enfasizza li suq kompetittiv g\u0127all-prodotti medi\u010binali jgawdi minn skrutinju vi\u0121ilanti tad-dritt tal-kompetizzjoni, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni t\u0127ejji rapport dwar il-ka\u017cijiet ta' kompetizzjoni wara din l-inkjesta settorjali.", "Il-Parlament Ewropew, fir-Ri\u017coluzzjoni tieg\u0127u dwar l-g\u0127a\u017cliet tal-UE biex ittejjeb l-a\u010b\u010bess g\u0127all-medi\u010bini tat-2 ta' Marzu 2017 esprima t\u0127assib ukoll dwar l-a\u010b\u010bess insuffi\u010bjenti g\u0127al prodotti medi\u010binali essenzjali u dwar il-prezzijiet g\u0127oljin ta' medi\u010bini innovattivi, filwaqt li g\u0127araf l-importanza u l-effika\u010bja tal-g\u0127odod tal-antitrust kontra m\u0121iba antikompettitiva b\u0127all-abbu\u017c jew l-u\u017cu \u0127a\u017cin ta' sistemi ta' privattivi u tas-sistema g\u0127all-awtorizzazzjoni tal-medi\u010bini.", "Ir-rapport ippubblikat illum \u0121ie abbozzat biex, b'reazzjoni g\u0127at-t\u0127assib imqajjem separatament mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew, jiddeskrivi l-kontribuzzjoni li jista' jag\u0127ti l-infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni biex jintla\u0127qu l-objettivi ta' medi\u010bini affordabbli u innovattivi.", "Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib fin-Netwerk Ewropew g\u0127all-Kompetizzjoni.", "L-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni g\u0127andhom kull setg\u0127a biex japplikaw l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).Jekk \u010bertu m\u0121iba ma tkunx taffettwa l-kummer\u010b transfruntiera, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni japplikaw il-li\u0121ijiet nazzjonali tal-antitrust, li spiss ikunu mera tal-li\u0121i tal-UE.Il-Kummissjoni hi inkarigata mill-e\u017cami tal-fu\u017cjonijiet b'dimensjoni tal-UE, ji\u0121ifieri meta l-fatturati tal-kumpaniji f'fu\u017cjoni jil\u0127qu l-limiti stabbiliti fir-Regolament tal-UE dwar l-G\u0127aqdiet.", "Jekk dawn il-limiti ma jkunux issodifati, fu\u017cjoni tkun koperta mill-\u0121uri\u017cdizzjonijiet nazzjonali u jkunu e\u017caminati minn awtorit\u00e0 nazzjonali tal-kompetizzjoni wa\u0127da jew minn bosta."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_591", "title": "L-antitrust: Il-Kummissjoni tintrodu\u010bi g\u0127odda tal-informaturi \u0121dida", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COMPETY", "date": "Wed, 15 Mar 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum varat g\u0127odda \u0121dida biex l-individwi jkunu jistg\u0127u jav\u017caw lill-Kummissjoni dwar kartelli sigrieti u ksur ie\u0127or tal-antitrust filwaqt li jibqg\u0127u anonimi.", "Issa l-individwi jistg\u0127u jg\u0127inu b'mod anonimu fil-\u0121lieda kontra l-kartelli u prattiki o\u0127ra antikompetitittivi.", "Dawn il-prattiki jinkludu ftehim dwar prezzijiet jew offerti g\u0127all-akwist, li prodotti ma jitqeg\u0127dux fis-suq jew li r-rivali ji\u0121u esklu\u017ci b'mod in\u0121ust, u jistg\u0127u jo\u0127olqu \u0127sara kbira lill-ekonomija Ewropea.", "Dawn jistg\u0127u ji\u010b\u0127du l-a\u010b\u010bess tal-konsumaturi g\u0127al g\u0127a\u017cla usa' ta' o\u0121\u0121etti u servizzi bi prezzijiet ra\u0121onevoli, jo\u0127onqu l-innovazzjoni u jwasslu biex kumpaniji jfallu.", "Il-Kummissarju Margrethe Vestager, inkarigata mill-politika tal-kompetizzjoni, qalet \u201cJekk in-nies huma inkwetati minn prattiki kummer\u010bjali li ja\u0127sbu li huma \u0127\u017ciena jistg\u0127u jg\u0127inu biex l-affarijiet jitran\u0121aw.", "L-informazzjoni minn \u0121ewwa tista' tkun g\u0127odda qawwija biex tg\u0127in lill-Kummissjoni tikxef il-kartelli u prattiki antikompetittivi o\u0127rajn.", "Bl-g\u0127odda l-\u0121dida tag\u0127na huwa possibbli li tag\u0127ti l-informazzjoni filwaqt li tibqa' anonimu.", "L-informazzjoni tista' tikkontribwixxi g\u0127as-su\u010b\u010bess tal-investigazzjoni tag\u0127na malajr u b'mod iktar effi\u010bjenti, g\u0127all-benefi\u010b\u010bju tal-konsumaturi u tal-ekonomija tal-UE kollha kemm hi\u201d.", "Sa issa, il-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-kartelli \u0121ew identifikati permezz tal-programm ta' klemenza tal-Kummissjoni, li jippermetti lin-negozji jirrapportaw l-involviment tag\u0127hom stess f'kartell biex imbag\u0127ad jir\u010bievu tnaqqis tal-multa li ti\u0121i imposta fuqhom.", "L-g\u0127odda l-\u0121dida tal-Kummissjoni tag\u0127ti l-opportunit\u00e0 wkoll lil individwi li jafu bl-e\u017cistenza jew bl-operat ta' kartell jew ta' ksur ie\u0127or tal-antitrust biex jag\u0127tu sehemhom biex jintemmu tali prattiki.", "Is-sistema l-\u0121dida \u017c\u017cid il-probabbilt\u00e0 tal-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni, u g\u0127alhekk g\u0127andha \u010b-\u010bans li tkompli tkun ta' detterrent g\u0127an-negozji li jid\u0127lu jew jibqg\u0127u f'kartelli jew iwettqu a\u0121ir antikompetittiv illegali ie\u0127or.", "G\u0127aldaqstant, din tkompli mal-programm ta' klemenza tal-Kummissjoni u ssa\u0127\u0127a\u0127 l-effika\u010bja tieg\u0127u.", "L-g\u0127odda l-\u0121dida \u2013 l-g\u0127oti anonimu tal-informazzjoni", "L-g\u0127odda l-\u0121dida tipprote\u0121i l-anonimit\u00e0 tal-informaturi permezz ta' sistema kriptata ta' messa\u0121\u0121i mfassla spe\u010bifikament li tippermetti li ssir komunikazzjoni minn \u017cew\u0121 na\u0127at.", "Is-servizz huwa operat minn fornitur estern tas-servizz li ja\u0121ixxi b\u0127ala intermedjarju, u li jwassal biss il-kontenut tal-messa\u0121\u0121i r\u010bevuti ming\u0127ajr ma jibg\u0127at metadata li tista' tintu\u017ca biex tidentifika lill-individwu li jkun qed jag\u0127ti l-informazzjoni.", "B'mod partikolari, l-g\u0127odda l-\u0121dida:", "Individwi li huma disposti jikxfu l-identit\u00e0 tag\u0127hom jistg\u0127u jikkuntattjaw lid-dipartiment tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni direttament permezz ta' numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika apposta.", "Is-servizz jista' ji\u0121i a\u010b\u010bessat hawn."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_602", "title": "Sikurezza g\u0127all-konsumaturi tal-UE \u2014 is-swieq online jg\u0127aqqdu l-isforzi tag\u0127hom biex ine\u0127\u0127u prodotti perikolu\u017ci mis-suq tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,CONSPOL", "date": "Wed, 15 Mar 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea pre\u017centat l-a\u0127\u0127ar rapport tag\u0127ha dwar is-Sistema ta' Twissija Rapida g\u0127al prodotti perikolu\u017ci.", "Fl-2016, is-sistema kienet u\u017cata b'mod aktar attiv mill-awtoritajiet nazzjonali, li ne\u0127\u0127ew aktar prodotti perikolu\u017ci mill-im\u0127a\u017cen.", "Madankollu, aktar u aktar prodotti perikolu\u017ci li \u0121ew innotifikati fis-Sistema ta' Twissija Rapida qed jinbieg\u0127u fuq pjattaformi online.", "Din hija r-ra\u0121uni g\u0127aliex il-Kummissjoni \u017ciedet il-kooperazzjoni tag\u0127ha ma' Amazon, Ebay u Alibaba biex ji\u0121u indirizzati b'mod aktar attiv prodotti potenzjalment mhux sikuri jew mhux konformi mis-siti li jbig\u0127u l-prodotti tag\u0127hom lill-konsumaturi fl-UE.", "V\u011bra Jourov\u00e1, il-Kummissarju g\u0127all-\u0120ustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi qalet: \"Il-konsumaturi g\u0127andhom ikunu protetti minn prodotti perikolu\u017ci.", "U din il-protezzjoni g\u0127andha tapplika kemm online kif ukoll offline.", "G\u0127alhekk, ninsab kuntenta li stajna naqblu ma' Amazon, Ebay u Alibababiex jg\u0127aqqdu l-isforzi tag\u0127hom biex ine\u0127\u0127u l-prodotti notifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida mis-siti tag\u0127hom, u nistieden lill-o\u0127rajn biex jag\u0127mlu l-istess.", "Ninsab kuntenta wkoll li g\u0127amilna xi progress relatat ma\u010b-\u010aina, fejn in-numri ta' o\u0121\u0121etti perikolu\u017ci impurtati naqas din is-sena.", "Dan juri li l-kooperazzjoni tag\u0127na ma\u010b-\u010aina u l-persistenza tag\u0127na li nirrikjedu standards g\u0127olja qed jag\u0127tu ri\u017cultati.\u201d", "Il-kooperazzjoni bejn il-pajji\u017ci tal-UE tjiebet u qeg\u0127din dejjem aktar ju\u017caw is-Sistema ta' Twissija Rapida biex ji\u017cguraw li prodotti perikolu\u017ci jitne\u0127\u0127ew malajr minn kull post fl-Ewropa.", "Fl-2016, kien hemm 2,044 twissija dwar prodotti perikolu\u017ci \u010b\u010birkolati fost l-awtoritajiet nazzjonali permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida.", "Dawn it-twissijiet wasslu g\u0127al 3,824 azzjoni ta' segwitu, b\u0127al sej\u0127iet lura ta' prodotti.", "L-g\u0127add ta' reazzjonijiet kien aktar mid-doppju minn dak tas-snin pre\u010bedenti.", "Dan juri li l-awtoritajiet nazzjonali qed isegwu aktar mill-qrib it-twissijiet u jie\u0127du l-mi\u017curi kollha me\u0127tie\u0121a biex is-swieq isiru postijiet aktar sikuri g\u0127all-konsumaturi.", "Il-Kummissjoni Ewropea \u0127admet ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali biex is-sistema ssir ukoll aktar fa\u010bli g\u0127all-utent u s-sit web pubbliku \u0121ie mmodernizzat biex jintu\u017ca aktar mill-kumpaniji u l-konsumaturi.", "Kif jit\u0127arsu l-konsumaturi minn prodotti perikolu\u017ci li jinbieg\u0127u onlajn?", "\u0126afna prodotti perikolu\u017ci li ji\u0121u nnotifikati fis-Sistema ta' Twissija Rapida jinbieg\u0127u wkoll fuq pjattaformi jew swieq online, peress li l-konsumaturi qeg\u0127din jixtru dejjem aktar online.", "Fl-2016, dan kien il-ka\u017c g\u0127al 244 notifika.", "Sabiex ji\u0121i indirizzat dan il-fenomenu, diversi Stati Membri di\u0121\u00e0 waqqfu timijiet spe\u010bjalizzati biex jimmonitorjaw pa\u0121ni web u jittra\u010b\u010baw prodotti perikolu\u017ci li jinbieg\u0127u online.", "Barra minn hekk, Amazon, eBay u Alibaba qablu biex jintensifikaw l-isforzi tag\u0127hom biex ine\u0127\u0127u prodotti b\u0127al dawn ladarba ji\u0121u identifikati mill-awtoritajiet regolatorji tal-UE.", "G\u0127al dan l-g\u0127an, is-swieq online waqqfu punt uniku ta' kuntatt g\u0127all-awtoritajiet.", "Liema prodotti huma tal-akbar riskju?", "Fl-2016, il-\u0121ugarelli kienu l-aktar kategorija ta' prodotti nnotifikati (26%), segwiti mill-vetturi bil-mutur (18%) u l-\u0127wejje\u0121, it-tessuti u o\u0121\u0121etti tal-moda (13%).", "F'dak li jirrigwarda r-riskji, fl-2016, ir-riskju nnotifikat l-aktar spiss kien ta' korriment (25%), segwit minn riskju kimiku (23%).", "Minn fejn \u0121ew l-aktar prodotti perikolu\u017ci fl-2016?", "Il-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-prodotti perikolu\u017ci nnotifikati fis-sistema \u0121ew minn barra l-UE.", "I\u010b-\u010aina \u0121iet indikata b\u0127ala l-pajji\u017c ta' ori\u0121ini g\u0127al 53% (1,069) tal-prodotti notifikati.", "Kien hemm tnaqqis ta' 9 punti per\u010bentwali fl-g\u0127add ta' twissijiet dwar prodotti mi\u010b-\u010aina minn 62% fl-2015 g\u0127al 53% fl-2016.", "Prodotti perikolu\u017ci ta' ori\u0121ini Ewropea ammontaw g\u0127al 468 notifika (23%).", "Fl-2016, 102 notifika (5%) indikaw l-Istati Uniti u 53 notifika (2.6%) indikaw lit-Turkija b\u0127ala l-pajji\u017c ta' ori\u0121ini.", "G\u0127al 158 mill-prodotti nnotifikati (8%) l-ori\u0121ini tag\u0127hom ma kinitx mag\u0127rufa.", "Il-passi li jmiss", "Il-Kummissjoni se tkompli ta\u0127dem fuq it-titjib tas-Sistema ta' Twissija Rapida biex isir aktar konvenjenti g\u0127all-awtoritajiet li ju\u017cawha fuq ba\u017ci ta' kuljum.", "Il-Kummissjoni Ewropea se tkompli tikkoopera mal-awtoritajiet \u010aini\u017ci permezz ta' skambji ta' informazzjoni dwar prodotti perikolu\u017ci li jie\u0127du azzjoni fuqhom \u201cf'ras l-g\u0127ajn\u201d, fi\u010b-\u010aina.", "Il-Kummissjoni se tkompli ta\u0127dem mas-swieq online u biex ji\u0121i \u017cgurat li huma jie\u0127du azzjoni kontra prodotti perikolu\u017ci.", "Sabiex tappo\u0121\u0121a l-kontrolli mill-awtoritajiet, il-Kummissjoni qed t\u0127ejji gwida prattika dwar is-sorveljanza tas-suq ta' prodotti mibjug\u0127in online.", "Sfond", "Mill-2003, is-Sistema ta' Twissija Rapida ti\u017cgura li l-informazzjoni dwar prodotti perikolu\u017ci li mhumiex tal-ikel li ji\u0121u rtirati mis-suq u/jew jissej\u0127u lura kullimkien fl-Ewropa, tiddawwar f'qasir \u017cmien bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea.", "B'dan il-mod, tittie\u0127ed azzjoni ta' segwitu kif suppost (il-projbizzjoni / il-waqfien mill-bejg\u0127, l-irtirar, is-sej\u0127a lura jew ir-rifjut tal-importazzjoni mill-Awtoritajiet tad-Dwana) kullimkien fl-UE.", "B\u0127alissa 31 pajji\u017c (l-UE flimkien mal-I\u017clanda, mal-Liechtenstein u man-Norve\u0121ja) jipparte\u010bipaw fis-sistema.", "Is-Sistema ta' Twissija Rapida ta\u0127dem bis-sa\u0127\u0127a ta' kooperazzjoni bla waqfien u ta' kuljum bejn l-Istati Membri.", "Is-Sistema ta' Twissija Rapida g\u0127andha sit pubbliku dedikat (ec.europa.eu/consumers/rapid-alert-system) li jipprovdi a\u010b\u010bess g\u0127al a\u0121\u0121ornamenti ta' kull \u0121img\u0127a dwar twissijiet sottomessi mill-awtoritajiet nazzjonali li jkunu qed jipparte\u010bipaw fis-sistema.", "Kull \u0121img\u0127a, madwar 50 twissija huma rre\u0121istrati u ppubblikati fuq il-websajt.", "Kull persuna tista' tikkonsulta n-notifiki fis-sistema.", "Il-konsumaturi u n-negozji issa jistg\u0127u wkoll jo\u0127olqu u jippersonalizzaw abbonamenti g\u0127al twissijiet skont il-b\u017connijiet u l-preferenzi tag\u0127hom u jiskambjaw twissijiet permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni so\u010bjali.", "ANNESS", "Il-ka\u017c tat-telefown \u010bellulari Samsung Galaxy Note 7: e\u017cempju ta' prattika tajba.", "Dan il-prodott kellu \u010belloli tal-batteriji perikolu\u017ci li jis\u0127nu \u017c\u017cejjed u \u201cjisplodu\u201d li jikkaw\u017caw \u0127ruq serju lill-konsumaturi.", "L-awtoritajiet tar-Renju Unit innotifikaw permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida il-mi\u017curi me\u0127uda biex jissej\u0127u lura l-prodotti mibjug\u0127a u jitwaqqaf il-bejg\u0127 tal-prodott.", "Din wassal g\u0127al skambju ta' informazzjoni fis-sistema fuq in-numru ta' apparati misjuba, il-mi\u017curi me\u0127uda, l-operaturi ekonomi\u010bi involuti u l-g\u0127add ta' in\u010bidenti rrapportati.", "G\u0127alkemm ma \u0121ie rrappurtat l-ebda a\u010b\u010bident mill-awtoritajiet, il-prodott \u0121ie identifikat b\u0127ala li jippre\u017centa riskju g\u0127oli ta' \u0127ruq.", "Graff 1", "L-g\u0127add totali ta' notifiki, l-g\u0127add totali ta' reazzjonijiet u l-g\u0127add totali ta' notifiki li \u0121ew segwiti b'reazzjoni fl-2016, skont il-pajji\u017c", "Graff 2", "Ritratti", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Is-sistema ta' twissija rapida g\u0127all-prodotti perikolu\u017ci fl-2016", "Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "Skeda informattiva", "Is-sit web tas-Sistema ta' Twissija Rapida", "Mappa interattiva"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_622", "title": "Il-Kummissarju Malmstr\u00f6m tilqa' l-approvazzjoni tal-Parlament biex jitwaqqaf il-kummer\u010b f'minerali li jiffinanzja l-kunflitti armati", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Wed, 15 Mar 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Ir-regoli l-\u0121odda se ji\u017cguraw li l-minerali u\u017cati mill-industriji Ewropej ikunu derivati b'mod responsabbli, biex b'hekk id-d\u0127ul ikun imbieg\u0127ed mill-gruppi ribelli, mill-kunflitti u mit-terrori\u017cmu.", "Il-Parlament Ewropew illum adotta b'ma\u0121\u0121oranza kbira l-proposta biex jitwaqqaf il-kummer\u010b fil-minerali ta' kunflitt.", "\"bi pja\u010bir nista' ng\u0127id li llum g\u0127andna soluzzjoni ambizzju\u017ca li tista' tit\u0127addem biex neliminaw il-minerali ta' kunflitt mill-ktajjen tal-provvista,\" qalet il-Kummissarju g\u0127all-Kummer\u010b Cecilia Malmstr\u00f6m wara l-vot.", "\"Il-kummer\u010b je\u0127tie\u0121 li jikkunsidra l-valuri tag\u0127na u d-de\u010bi\u017cjoni tal-Parlament illum hija e\u017cempju tajjeb ta' kif dan jista' jinkiseb.", "Ir-regoli l-\u0121odda se ji\u017cguraw li l-minerali u\u017cati mill-industriji Ewropej huma dderivati responsabbli, b'mod li ma jkunx ta' \u0127sara g\u0127all-popolazzjonijiet fir-re\u0121juni fejn hemm il-minjieri u li ma j\u0127e\u0121\u0121i\u0121x il-gwerra.", "Ir-Regolament il-\u0121did se jnaqqas it-tbatija u l-abbu\u017ci tad-drittijiet tal-bniedem li ilhom g\u0127al \u017cmien twil jakkumpanjaw dan il-kummer\u010b.", "Ktajjen tal-provvista trasparenti u responsabbli jfissru li d-d\u0127ul mhux se jmur f'idejn gruppi ribelli, i\u017cda g\u0127al investimenti fl-iskejjel u fl-isptarijiet, biex b'hekk jappo\u0121\u0121a stat tirregoalt tajjeb mill-istat tad-dritt.", "Dan ifisser li jittejbu \u0127ajjet in-nies, mill-kunflitt u t-terrori\u017cmu g\u0127all-opportunit\u00e0 u t-tama.", "Dan ifisser li jkun inkora\u0121\u0121ut it-tkabbir ekonomiku li jg\u0127in lill-ifqar re\u0121juni jikbru b'mod sostenibbli.\u201d", "Ir-Regolament propost mill-Kummissjoni u li llum \u0121ie vvutat mill-Parlament Ewropew se jimponi regoli dwar id-dili\u0121enza dovuta fuq il-kumpaniji li jimportaw il-landa, it-tantalju, t-tungstenu u d-deheb.", "Dawn il-metalli u l-minerali huma u\u017cati fil-produzzjoni ta' prodotti ta' kuljum, b\u0127all-mowbajls, il-karozzi u l-\u0121ojjellerija.", "Ir-regoli se jkopru sa 95 % tal-importazzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2021.", "Sadanittant, il-Kummissjoni u l-Istati Membri se ja\u0127dmu biex ji\u017cguraw li l-istrutturi me\u0127tie\u0121a jkunu f'posthom sabiex tkun \u017cgurata l-implimentazzjoni madwar l-UE kollha kemm hi.", "Flimkien mar-regoli l-\u0121odda, l-UE se dda\u0127\u0127al fis-se\u0127\u0127 mi\u017curi ta' akkumpanjament li jappo\u0121\u0121jaw lill-importaturi \u017cg\u0127ar u ta' daqs medju, u g\u0127ajnuna g\u0127all-i\u017cvilupp sabiex ji\u0121i \u017cgurat li r-Regolament ikun effettiv u jkollu impatt po\u017cittiv fuq il-post.", "L-UE kienet ukoll qieg\u0127da tkellem lill-gvernijiet fl-Afrika, fl-Asja u lil hinn minnha biex t\u0127e\u0121\u0121i\u0121hom jakkwistaw is-sorsi b'mod responsabbli u biex jeliminaw swieq alternattivi g\u0127al minerali ta' kunflitt.", "Sabiex isir aktar effettiv, ir-Regolament g\u0127ad irid ikun adottat formalment mill-Kunsill.", "Aktar informazzjoni", "Il-politika tal-UE dwar il-minerali ta' kunflitt"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_17_560", "title": "Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet: Komunikazzjoni Kon\u0121unta: Elementi g\u0127al Strate\u0121ija tal-UE g\u0127as-Sirja", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENLNEIG,HREXTRELS", "date": "Mon, 13 Mar 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet: Komunikazzjoni Kon\u0121unta: Elementi g\u0127al Strate\u0121ija tal-UE g\u0127as-Sirja", "G\u0127ala g\u0127andna din il-Komunikazzjoni Kon\u0121unta issa?", "L-ewwel nett, is-sitwazzjoni fis-Sirja la\u0127qet evolviet mill-a\u0127\u0127ar rie\u017cami tal-Istrate\u0121ija Re\u0121jonali tal-UE g\u0127as-Sirja u l-Iraq u tat-theddida tal-ISIL/Da'esh.", "Il-parti relatata mas-Sirja tal-Istrate\u0121ija Re\u0121jonali kellha b\u017conn ti\u0121i riveduta biex tirrifletti r-realtajiet \u0121odda u l-istadju differenti tal-kunflitt li qeg\u0127din ukoll jaffettwaw l-involviment politiku u umanitarju tal-UE fis-Sirja.", "It-tieni, il-Komunikazzjoni Kon\u0121unta tag\u0127ti stampa tar-rwol imsa\u0127\u0127a\u0127 tal-UE fir-rigward tas-Sirja, biex tikkontribwixxi g\u0127al soluzzjoni politika dejjiema fis-Sirja ta\u0127t il-qafas e\u017cistenti maqbul min-NU u biex tg\u0127in biex jinbnew ir-re\u017ciljenza u l-istabbilt\u00e0 fil-pajji\u017c, kif ukoll li tappo\u0121\u0121ja r-rikostruzzjoni wara l-ftehim ladarba tkun g\u0127addejja tran\u017cizzjoni politika kredibbli.", "Din hija wkoll konformi mal-appell g\u0127al rwol iktar b'sa\u0127\u0127tu tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sirja li g\u0127amel il-President Juncker fid-diskors tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni f'Settembru 2016.", "L-UE di\u0121\u00e0 qed tag\u0127mel \u0127afna, kemm politikament kif ukoll f'dak li jirrigwarda assistenza kemm umanitarja u kemm li mhijiex, u se tkompli tag\u0127mel dan biex issalva l-\u0127ajjiet, biex tg\u0127in lil dawk l-iktar fil-b\u017conn u biex tre\u0121\u0121a' lura l-pa\u010bi lill-poplu Sirjan.", "X'inhuma l-prospetti li l-kunflitt jintemm?", "Wie\u0127ed mill-g\u0127anijiet ewlenin tal-UE huwa li ttemm il-kunflitt.", "Soluzzjoni dejjiema u sostenibbli g\u0127all-kunflitt tista' tkun biss wa\u0127da politika, ibba\u017cata fuq l-implimentazzjoni tar-Ri\u017coluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurt\u00e0 tan-NU 2254 u msawra permezz tal-pro\u010bess ta' \u0120inevra dwar ta\u0127didiet intra-Sirjani mmexxija mill-mibg\u0127ut spe\u010bjali tan-NU Staffan de Mistura.", "Waqt li nistg\u0127ux inbassru meta se jintla\u0127aq ftehim, nistg\u0127u nappo\u0121\u0121aw il-pro\u010bess tan-NU li g\u0127andu l-g\u0127an li jiffa\u010bilitah.", "Huwa dan li tipproponi l-Komunikazzjoni Kon\u0121unta, li ssa\u0127\u0127a\u0127 il-\u0127idma diplomatika u politika li g\u0127addejja tal-UE, b'mod partikolari d-djalogu politiku li g\u0127addej mal-atturi re\u0121jonali ta\u0127t l-inizjattiva re\u0121jonali tal-UE dwar il-\u0121ejjieni tas-Sirja, li g\u0127andha l-g\u0127an li tappo\u0121\u0121ja u tikkontribwixxi b'mod dirett g\u0127at-ta\u0127ditiet politi\u010bi mmexxija min-NU.", "Hemm b\u017conn li n\u0127ejju g\u0127all-fa\u017ci ta' wara l-ftehim, sabiex inkunu lesti u nirrispondu b'mod effettiv meta jasal il-mument xieraq.", "X'bixra se jkollha s-Sirja fil-\u0121ejjieni?", "Ma nistg\u0127ux ni\u0121\u0121udikaw u niddefinixxu \u0121ejjieni g\u0127as-Sirja minn qabel.", "Dan g\u0127andu ji\u0121i ddefinit mis-Sirjani nfushom, u dan b\u0127alissa huwa parti mit-ta\u0127ditiet bejn is-Sirjani li qed isiru f'\u0120inevra ta\u0127t it-tmexxija tal-mibg\u0127ut spe\u010bjali tan-NU de Mistura.", "A\u0127na nistg\u0127u biss nappo\u0121\u0121jaw dawk it-ta\u0127ditiet li qed jitmexxew mill-pro\u010bess politiku mmexxi min-NU bil-\u0127sieb li jkun hemm soluzzjoni dejjiema li l-komunit\u00e0 internazzjonali tappo\u0121\u0121jaha u li je\u0127tie\u0121 li tkun konformi mar-Ri\u017coluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurt\u00e0 tan-NU 2254 u l-Komunikat ta' \u0120inevra.", "Ir-Ri\u017coluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurt\u00e0 tan-NU 2254 tiddefinixxi parametri li g\u0127andhom jinkwadraw it-ta\u0127didiet f'\u0120inevra.", "Ir-raba' \u010biklu ta' ta\u0127ditiet bejn is-Sirjani li saru f'\u0120inevra fi Frar 2017 identifika tliet basktijiet gan-negozjati futuri, konformi ma' UNSCR 2254 \u2013 il-governanza, il-kostituzzjoni, u l-elezzjonijiet \u2013 bi\u017c-\u017cieda ta' basket ie\u0127or ad-hoc li fih jista ji\u0121i diskuss it-terrori\u017cmu.", "Id-djalogu politiku mal-atturi ewlenin mir-re\u0121jun skont l-inizjattiva re\u0121jonali tal-UE dwar il-\u0121ejjieni tas-Sirja g\u0127andu l-intenzjoni li jidentifika po\u017cizzjoni komuni g\u0127all-istat a\u0127\u0127ari fis-Sirja u l-kundizzjonijiet g\u0127all-pro\u010bess ta' rikon\u010biljazzjoni u rikostruzzjoni.", "Dan ix-xog\u0127ol g\u0127andu l-g\u0127an li jikkontribwixxi iktar g\u0127al ftehim fil-pro\u010bess ta' pa\u010bi bejn is-Sirjani.", "L-unika mod li bih id-Da'esh jista' ji\u0121i mi\u0121\u0121ieled b'mod effi\u010bjenti fit-tul huwa soluzzjoni politika.", "Ming\u0127ajr din is-soluzzjoni, Da'esh dejjem sejjer jipprova jag\u0127mel gwadanji tal-gwerra u jipprova jgawdi mill-ekonomija bellika.", "S'issa, x'g\u0127amlet l-UE biex tg\u0127in lis-Sirjani?", "L-UE hija d-donatur ta' quddiem nett fir-rispons internazzjonali g\u0127all-Kri\u017ci tas-Sirja, u b'kollox \u0121ew mobilizzati aktar minn EUR 9.4 biljun mill-UE u l-Istati Membri kollettivament f'assistenza umanitarja, ta' \u017cvilupp, ekonomika u ta' stabbilizzazzjoni.", "Permezz tal-g\u0127ajnuna umanitarja fis-Sirja, qeg\u0127din nil\u0127qu miljuni ta' nies fil-pajji\u017c kollu, u nibdew mir-rispons ta' emer\u0121enza tal-ewwel linja.", "Qeg\u0127din ng\u0127inu lil s\u0127ab umanitarji jirrispondu g\u0127as-sitwazzjoni ma\u0127luqa mill-ispostament bikri.", "Bis-sa\u0127\u0127a tal-g\u0127ajnuna umanitarja li ssalva l-\u0127ajjiet ipprovduta mill-Kummissjoni Ewropea mill-bidu tal-kri\u017ci:", "Il-prijorit\u00e0 fil-programmi ta' g\u0127ajnuna umanitarja tag\u0127na hija li ng\u0127inu lis-Sirjani l-iktar vulnerabbli kemm fil-pajji\u017c innifsu i\u017cda wkoll fil-pajji\u017ci \u0121irien: il-\u0120ordan, il-Libanu, u t-Turkija.", "Fil-\u0120ordan, l-g\u0127ajnuna umanitarja tal-UE g\u0127enet 350 000 refu\u0121jat Sirjan fl-2016.", "Mindu bdiet il-kri\u017ci, il-Kummissjoni Ewropea kkontribwiet iktar minn EUR 251 miljun f'g\u0127ajnuna umanitarja biss, billi tat servizzi g\u0127al assistenza tas-sa\u0127\u0127a, ikel u b\u017connijiet ba\u017ci\u010bi, t\u0127ejjija g\u0127ax-xitwa, kenn, edukazzjoni, ilma u sanitazzjoni, appo\u0121\u0121 psikolo\u0121iku u programmi ta' protezzjoni g\u0127ar-refu\u0121jati fil-kampijiet u kuntesti urbani.", "L-g\u0127oti ta' servizzi ba\u017ci\u010bi fi r\u0127ula u bliet \u017cg\u0127ar tul il-pajji\u017c jinkludi wkoll familji \u0120ordanjani vulnerabbli.", "Pere\u017cempju: Mill-2012, l-UNICEF ir\u010beviet total ta' EUR 24 miljun mill-Kummissjoni Ewropea g\u0127all-protezzjoni tat-tfal, l-ilma u s-sanitazzjoni, u l-programm pre\u017centi ta' flus kontanti g\u0127at-tfal.", "Minn Frar 2015, l-UNICEF assistiet madwar 56 000 tifel u tifla minn 15 750 mill-iktar familji vulnerabbli Sirjani f'komunitajiet ospitanti b'20 Dinar \u0120ordanjan ir-ras fix-xahar.", "Fil-Libanu, bis-sa\u0127\u0127a ta' s\u0127abha, fl-2016 l-g\u0127ajnuna umanitarja tal-UE lil-Libanu la\u0127qet lil madwar 665 000 refu\u0121jat Sirjan.", "Mill-2012 'l hawn, il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet finanzjament umanitarju b'valur ta' EUR 356.1 miljun lil-Libanu, li jiffoka fuq l-iktar refu\u0121jati vulnerabbli.", "Dawn jinkludu EUR 87 miljun g\u0127all-2016.", "Il-finanzjament umanitarju tal-UE kkontribwixxa g\u0127all-edukazzjoni informali, programmi ta' assistenza bi flus kontanti, kura tas-sa\u0127\u0127a sekondarja li qed issalva l-\u0127ajjiet, u kenn, ilma, u sanitazzjoni biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-g\u0127ajxien tal-familji.", "Il-protezzjoni g\u0127adha settur kritiku f'dak li g\u0127andu x'jaqsam mal-konsulenza u l-assistenza legali u s-servizz lis-superstiti tal-vjolenza.", "Mill-2011 'l hawn, l-UE mmobilizzat aktar minn EUR 2.4 biljun f'g\u0127ajnuna mhux umanitarja biex tirrispondi g\u0127all-kri\u017ci Sirjana fis-Sirja u fir-re\u0121jun.", "Fis-Sirja, l-UE qed tipprovdi EUR 327 miljun f'assistenza mhux umanitarja permezz ta' bosta strumenti biex isa\u0127\u0127u r-re\u017ciljenza tal-pajji\u017ci \u0121irien kif ukoll in-nies Sirjani.", "L-Istrument Ewropew tal-Vi\u010binat iffinanzja[1] azzjonijiet fis-Sirja f'bosta setturi, b\u0127all-edukazzjoni, l-appo\u0121\u0121 g\u0127all-g\u0127ajxien, il-governanza lokali, is-sa\u0127\u0127a u s-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili.", "Dan il-finanzjament g\u0127andu l-g\u0127an li jmantni l-kapital uman Sirjan, jiffa\u010bilita l-a\u010b\u010bess tan-nies g\u0127al servizzi ba\u017ci\u010bi u li jsa\u0127\u0127a\u0127 il-kapa\u010bitajiet tal-istituzzjonijiet \u010bivili lokali.", "Fl-ambitu tal-Istrument li jikkontribwixxi g\u0127all-Istabbilt\u00e0 u l-Pa\u010bi[2] u l-Istrument Ewropew g\u0127ad-Demokrazija u g\u0127ad-Drittijiet tal-Bniedem[3] , l-UE qieg\u0127da tappo\u0121\u0121ja lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lis-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili tas-Sirja.", "L-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni g\u0127all-I\u017cvilupp[4] ukoll jappo\u0121\u0121ja pro\u0121etti fis-Sirja biex ti\u017cdied is-sigurt\u00e0 alimentari tal-poplu Sirjan.", "L-UE \u0127olqot Fa\u010bilit\u00e0 g\u0127ar-Refu\u0121jati fit-Turkija, b'ba\u0121it totali ta' EUR 3 biljun g\u0127all-perjodu 2016-2017, biex tappo\u0121\u0121ja l-perspettivi so\u010bjoekonomi\u010bi, edukattivi u tal-g\u0127ajxien fuq terminu itwal tar-refu\u0121jati fit-Turkija.", "L-UE \u0127olqot ukoll Fond Fidu\u010bjarju Re\u0121jonali b'reazzjoni g\u0127all-kri\u017ci fis-Sirja[5] li jinkludi EUR 932 miljun f'kontribuzzjonijiet minn 22 Stat Membru u t-Turkija.", "Dan minbarra finanzjament dirett mill-ba\u0121it tal-UE li ntu\u017ca sa issa fir-re\u0121jun biex jg\u0127in lis-Sirjani u lill-komunitajiet ospitanti f'pajji\u017ci \u0121irien.", "Il-finanzjament mill-UE kkontribwixxa g\u0127at-titjib ta' \u0127ajjiet ir-refu\u0121jati, b'mod partikolari fis-settur tal-edukazzjoni.", "Pere\u017cempju, 663 000 refu\u0121jat Sirjan u tfal u \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fil-komunit\u00e0 ospitanti fit-Turkija, il-Libanu u l-\u0120ordan jing\u0127ataw a\u010b\u010bess g\u0127al servizzi ta' protezzjoni, kura psikoso\u010bjali u edukazzjoni primarja ta' kwalit\u00e0.", "Fis-settur tal-edukazzjoni g\u0127olja, il-pro\u0121ett \u201cHOPES\u201d qed joffri boro\u017c ta' studju, konsulenza dwar l-edukazzjoni u ta\u0127ri\u0121 fil-lingwi lil madwar 250 000 refu\u0121jat Sirjan u \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fil-komunit\u00e0 ospitanti fil-\u0120ordan, il-Libanu, l-E\u0121ittu, l-Iraq u t-Turkija.", "Fit-Turkija, l-interventi fil-qasam tal-edukazzjoni jinkludu l-bini ta' 70 skola \u0121dida u t-tag\u0127mir g\u0127alihom.", "X'inhu l-appro\u010b\u010b tas-\u201cSirja kollha kemm hi\u201d?", "L-appro\u010b\u010b tas-Sirja kollha kemm hi g\u0127andu l-g\u0127an li jkopri l-\u0127ti\u0121ijiet tal-popolazzjoni fil-pajji\u017c kollu, irrispettivament mill-affiljazzjonijiet politi\u010bi, etni\u010bi jew reli\u0121ju\u017ci.", "Huwa kun\u010bett \u017cviluppat min-NU, li g\u0127andu ji\u0121i segwit minn kull min jag\u0127ti assistenza umanitarja fis-Sirja, li g\u0127andu l-g\u0127an li jirrispondi l-ewwel u qabel kollox g\u0127all-\u0127ti\u0121ijiet l-iktar ur\u0121enti tal-popolazzjoni.", "L-assistenza mhux umanitarja li l-UE tag\u0127ti lill-popolazzjoni \u010bivili wkoll ting\u0127ata skont l-appro\u010b\u010b tas-Sirja kollha kemm hi, konformi mal-gwida politika stabbilita fil-Konklu\u017cjonijiet tal-Kunsill ta' Mejju 2016[6].", "Kif tista' l-UE timma\u0121ina li tikkontribwixxi g\u0127ar-rikostruzzjoni meta l-kunflitt g\u0127adu g\u0127addej?", "L-UE g\u0127amlitha \u010bara li hi mhux se tkun kapa\u010bi tassisti r-rikostruzzjoni tal-pajji\u017c sa ma jkun hemm fis-se\u0127\u0127 tran\u017cizzjoni politika komprensiva, \u0121enwina u inklussiva.", "L-involviment tal-UE fir-rikostruzzjoni huwa g\u0127aldaqstant marbut ma' soluzzjoni politika g\u0127all-kunflitt imsejsa fuq UNSCR 2254 u l-Komunikat ta' \u0120inevra.", "Madankollu, il-Komunikazzjoni Kon\u0121unta ssemmi l-oqsma ewlenin li fihom l-UE tista' tinvolvi ru\u0127ha flimkien ma' istituzzjonijiet internazzjonali o\u0127rajn, b\u0127all-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji b'sostenn g\u0127al rikostruzzjoni wara l-ftehim, b'mod inkrimentali, u biss b'riposta g\u0127al progress konkret u li jista' jitkejjel.", "Dawn jinkludu", "Sabiex inkunu lesti li nie\u0127du azzjoni malajr u b'mod effettiv meta jasal il-waqt xieraq, it-t\u0127ejjijiet iridu jibdew minn qabel.", "Xi rwol tista' taqdi l-UE ladarba jintla\u0127aq ftehim politiku?", "Meta tkun bdiet tran\u017cizzjoni komprensiva, \u0121enwina u inklussiva, l-UE se tkun minn ta' quddiem fl-isforzi kollettivi g\u0127ar-rikostruzzjoni flimkien ma' s\u0127ab o\u0127rajn b\u0127an-Nazzjonijiet Uniti, il-Fond Monetarju Internazzjonali, u l-Bank Dinji.", "L-UE se tkompli tinvolvi ru\u0127ha u tikkontribwixxi g\u0127all-e\u017cer\u010bizzju tal-ippjanar ta' wara l-ftehim kondott mit-Task Force Intera\u0121enzjali tan-NU li se tag\u0127ti d-dettalji tal-interventi multisettorjali li se jkun hemm b\u017conn fl-ewwel sitt xhur wara ftehim ta' pa\u010bi biex jappo\u0121\u0121jaw il-pro\u010bess politiku u l-istrutturi tal-gvern tran\u017cizzjonali.", "G\u0127addej ukoll xog\u0127ol biex il-valutazzjonijiet UE-NU tal-\u0127sara u l-b\u017connijiet f'g\u0127add ta' bliet Sirjani ji\u0121u mwessg\u0127in, u biex ji\u0121i \u017cgurat li l-\u0127ti\u0121ijiet tal-popolazzjoni ji\u0121u indirizzati fil-\u0127idma ta' rikostruzzjoni.", "L-UE se tfittex li tintegra sforzi simili u paralleli tal-Bank Dinji.", "Dan ix-xog\u0127ol se j\u0127ejji t-triq u jnaqqas i\u017c-\u017cmien me\u0127tie\u0121 wara l-ftehim biex titwettaq valutazzjoni kon\u0121unta ta' Rkupru u Konsolidament tal-Pa\u010bi bejn l-UE, il-Bank Dinji, u n-Nazzjonijiet Uniti, b'appo\u0121\u0121 g\u0127all-pjanijiet iktar fit-tul ta' rkupru u rikostruzzjoni g\u0127all-istrutturi tal-gvern tran\u017cizzjonali.", "L-UE tista' tkun involuta f'g\u0127add kbir ta' oqsma: mill-governanza u t-tfassil ta' Kostituzzjoni \u0121dida g\u0127ar-riforma tas-settur tas-sigurt\u00e0, il-\u0127olqien tax-xog\u0127ol, ir-ritorn volontarju u dinjitu\u017c tar-refu\u0121jati u l-g\u0127oti ta' spinta lill-kapital uman Sirjan permezz ta' servizzi u l-edukazzjoni, g\u0127al bosta oqsma o\u0127ra, b\u0127at-tne\u0127\u0127ija tal-mini, il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet il-\u0121odda f'bosta oqsma, u l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali.", "Il-Komunikazzjoni Kon\u0121unta tag\u0127ti stampa tal-oqsma l-iktar importanti ta' involviment tal-Unjoni Ewropea.", "X'jista' jsir biex ti\u0121i \u017cgurata l-\u0121ustizzja tran\u017cizzjonali u r-responsabbilt\u00e0 g\u0127ad-delitti tal-gwerra?", "Tul u wara l-kunflitt, l-UE se tkompli tappo\u0121\u0121ja inizjattivi ta' \u0121ustizzja tran\u017cizzjonali biex tg\u0127in biex ti\u0121i \u017cgurata r-responsabbilt\u00e0 g\u0127ad-delittti tal-gwerra, l-abbu\u017c tad-drittijiet tal-bniedem u ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali.", "Dan jinkludi l-u\u017cu kkonfermat tal-armi kimi\u010bi, kif ukoll l-appo\u0121\u0121 g\u0127all-investigazzjoni tad-delitti tal-gwerra, kemm fil-livell nazzjonali, kif ukoll dak internazzjonali.", "Dawn l-isforzi se jsiru b'mod kon\u0121unt, bl-appo\u0121\u0121 g\u0127at-tis\u0127i\u0127 tal-g\u0127ajnuna psikoso\u010bjali u r-rikon\u010biljazzjoni nazzjonali fil-pajji\u017c kollu.", "U s-sanzjonijiet?", "L-UE se \u017c\u017comm il-mi\u017curi ristrettivi tag\u0127ha kontra individwi u entitajiet Sirjani li jappo\u0121\u0121jaw lir-re\u0121im sakemm idum g\u0127addejja r-repressjoni tal-popolazzjoni \u010bivili.", "Il- mi\u017curi li g\u0127andhom fil-mira tag\u0127hom \u010berti setturi tal-ekonomija Sirjana se jin\u017cammu wkoll sakemm ikun hemm b\u017conn.", "Is-sanzjonijiet li je\u017cistu attwalment se ji\u0121u esti\u017ci ulterjorment skont il-b\u017conn.", "Minn \u017cmien g\u0127al \u017cmien, l-UE se twettaq rie\u017cami tal-impatt tas-sanzjonijiet u se tikkunsidra regolarment l-opzjonijiet biex tnaqqas kull konsegwenza mhux intenzjonata.", "[1] http://ec.europa.eu/europeaid/funding/european-neighbourhood-and-partnership-instrument-enpi_en", "[2] http://ec.europa.eu/dgs/fpi/documents/140311_icsp_reg_230_2014_en.pdf", "[3] http://www.eidhr.eu/", "[4] http://ec.europa.eu/europeaid/how/finance/dci_en.htm_en", "[5] https://ec.europa.eu/neighbourhood-enlargement/sites/near/files/20161220-eutf-syria_0.pdf", "[6] li b'mod partikolari jg\u0127idu li (\u00a76) l-UE ser issa\u0127\u0127a\u0127 il-\u0127idma kollettiva tag\u0127ha biex [\u2026] tfittex i\u017c\u017cid l-assistenza, filwaqt li tikkombina assistenza transkonfinali mal-appo\u0121\u0121 minn \u0121ewwa s-Sirja u ser timmira lejn it-twassil ta' g\u0127ajnuna b\u0127ala parti minn sforz akbar biex ji\u0121u indirizzati l-\u0127ti\u0121ijiet tal-popolazzjoni madwar is-Sirja kollha u tinbena re\u017ciljenza lokali."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_561", "title": "Lejn rwol iktar b'sa\u0127\u0127tu tal-UE g\u0127as-Sirja, bit-tis\u0127i\u0127 tal-isforzi tal-UE li tibni l-pa\u010bi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HREXTRELS", "date": "Mon, 13 Mar 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Ir-Rappre\u017centant G\u0127oli tal-Unjoni g\u0127all-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurt\u00e0 u l-Kummissjoni Ewropea llum adottaw Komunikazzjoni Kon\u0121unta li tipproponi strate\u0121ija progressiva tal-UE g\u0127as-Sirja.", "Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappre\u017centant G\u0127oli tal-Unjoni g\u0127all-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurt\u00e0 llum adottaw Komunikazzjoni Kon\u0121unta li tipproponi strate\u0121ija progressiva tal-UE g\u0127as-Sirja.", "Skont ma talab il-President Juncker fid-diskors tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni f'Settembru 2016, il-Komunikazzjoni tiddefinixxi kif l-Unjoni Ewropea tista' taqdi rwol iktar b'sa\u0127\u0127tu hi u tikkontribwixxi g\u0127al soluzzjoni politika dejjiema fis-Sirja skont il-qafas li di\u0121\u00e0 hemm u li huwa maqbul min-NU.", "Din t\u0127ares ukoll lejn kif l-UE tista' tkompli tassisti lill-iktar minn 13-il miljun ru\u0127 fil-b\u017conn fis-Sirja, tg\u0127in biex tibni r-re\u017ciljenza u l-istabbilt\u00e0 fil-pajji\u017c, tappo\u0121\u0121a r-rikostruzzjoni ta' wara l-ftehim u r-ritorn volontarju, dinjitu\u017c u sigur tar-refu\u0121jati u l-persuni spostati f'pajji\u017chom ladarba jkun hemm tran\u017cizzjoni politika kredibbli fis-se\u0127\u0127.", "Ir-Rappre\u017centant G\u0127oli/Vi\u010bi President Federica Mogherini qalet: \u201cIl-Komunikazzjoni Kon\u0121unta addottata llum ma ssa\u0127\u0127a\u0127x biss l-involviment u l-appo\u0121\u0121 tag\u0127na g\u0127al soluzzjoni politika g\u0127all-gwerra b\u0127ala l-uniku mezz li bih nistg\u0127u nre\u0121\u0121g\u0127u l-pa\u010bi lura lejn is-Sirja, i\u017cda wkoll dak li l-Unjoni Ewropea tista' tag\u0127mel f'kuntest ta' wara l-ftehim li fih ir-rikostruzzjoni tkun tista' tibda.", "U hemm \u0127afna li l-Unjoni Ewropea hija lesta tag\u0127mel, flimkien man-Nazzjonijiet Uniti u l-bqija tal-komunit\u00e0 internazzjonali.", "Is-Sirjani jridu l-pa\u010bi, u \u0127aqqhom il-pa\u010bi, g\u0127ax iridu u jist\u0127oqqilhom li fl-a\u0127\u0127ar ikollhom il-possibbilt\u00e0 li jsawru l-\u0121ejjieni ta' pajji\u017chom.", "A\u0127na qeg\u0127din spalla ma' spalla mag\u0127hom biex insostnu l-\u0121ejjieni tas-Sirja.\u201d", "Kif hemm imni\u017c\u017cel fil-Komunikazzjoni Kon\u0121unta, l-involviment tal-Unjoni Ewropea fis-Sirja jmur lil hinn mis-sitwazzjoni attwali.", "Huwa ddefinit minn perspettiva li t\u0127ares fit-tul li tappo\u0121\u0121a l-g\u0127anijiet strate\u0121i\u010bi tal-UE g\u0127as-Sirja.", "Is-Sirjani jist\u0127oqqilhom pajji\u017c mag\u0127qud, demokratiku, divers, inklussiv u territorjalment integrali.", "Sirja stabbli, b'sa\u0127\u0127itha u sigura se tinbena mill-\u0121did dment li tintla\u0127aq soluzzjoni politika konformi mar-Ri\u017coluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurt\u00e0 tan-Nazzjonijiet Uniti 2254 u l-Komunikat ta' \u0120inevra.", "Il-Komunikazzjoni Kon\u0121unta qed tasal f'mument kru\u010bjali g\u0127as-Sirja, issa li l-kunflitt wasal fis-sitt sena tieg\u0127u u bl-issoktar tat-ta\u0127ditiet immexxijin min-NU f'\u0120inevra, appo\u0121\u0121ati minn mekkani\u017cmu ta' waqfien mill-\u0121lied stabbilit b\u0127ala ri\u017cultat tat-ta\u0127ditiet ta' Astana.", "Il-Komunikazzjoni ttenni l-appo\u0121\u0121 dirett tal-Unjoni Ewropea g\u0127all-pro\u010bess tan-NU, partikolarment permezz tad-djalogu politiku li g\u0127addej mal-atturi re\u0121jonali ta\u0127t l-inizjattiva re\u0121jonali tal-UE dwar il-\u0121ejjieni tas-Sirja u x-xog\u0127ol li g\u0127addej biex tissa\u0127\u0127a\u0127 l-oppo\u017cizzjoni politika u l-organizzazzjonijiet tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili tas-Sirja.", "L-Unjoni Ewropea se tkompli tkun id-donatur ta' fuq quddiem nett fir-rispons internazzjonali g\u0127al wa\u0127da mill-ag\u0127ar kri\u017cijiet umanitarji mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn.", "Mindu faqqa' l-kunflitt, l-UE mmobilizzat aktar minn EUR 9.4 biljun, u tat assistenza umanitarja u appo\u0121\u0121 g\u0127ar-re\u017ciljenza li salvat il-\u0127ajjiet, kemm lin-nies Sirjani kif ukoll lill-pajji\u017ci \u0121irien li laqg\u0127u lir-refu\u0121jati Sirjani.", "Il-Komunikazzjoni Kon\u0121unta tippre\u017centa l-kuntest politiku, tas-sigurt\u00e0 u umanitarju fis-Sirja u s-sitwazzjoni attwali tal-assistenza tal-UE b'risposta g\u0127all-kri\u017ci tas-Sirja.", "Tinkludi fiha valutazzjoni tar-riskji u t-theddid li tippre\u017centa t-tkomplija tal-gwerra lill-interessi ewlenin tal-UE, l-istabbilt\u00e0 re\u0121jonali u globali, kif ukoll id-definizzjoni ta' sett ta' g\u0127anijiet \u010bari g\u0127all-politika tal-UE g\u0127as-Sirja, li jinkludu:", "B\u0127ala l-pass li jmiss, il-Kummissjoni tipproponi linji ta' azzjoni \u010bari biex timplimenta dawn l-g\u0127anijiet, f'koordinazzjoni mill-qrib mas-s\u0127ab re\u0121jonali u organizzazzjonijiet internazzjonali, u biex tkompli l-\u0127idma diplomatika u l-ippjanar g\u0127al wara l-ftehim sabiex ji\u0121i \u017cgurat li l-appo\u0121\u0121 internazzjonali jkun lest, ikkoordinat u jkun jista' jitwassal effettivament meta jasal il-waqt.", "Ir-Rappre\u017centant G\u0127oli/Vi\u010bi President Mogherini se tippre\u017centa l-Komunikazzjoni Kon\u0121unta lill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE fil-Kunsill Affarijiet Barranin tat-3 ta' April; din se ti\u0121i ppre\u017centata wkoll lill-Parlament Ewropew.", "Il-Komunikazzjoni se sservi wkoll b\u0127ala kontribut importanti g\u0127all-konferenza li se ssir fi Brussell bl-isem \u201cSupporting the Future of Syria and the Region\u201d fil-5 ta' April 2017 li l-UE se tikkopresjedi flimkien man-NU, il-\u0120ermanja, il-Kuwajt, in-Norve\u0121ja, il-Qatar u r-Renju Unit.", "Sfond", "L-a\u0127\u0127ar strate\u0121ija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sirja \u0121iet adottata f'Marzu tal-2015 b\u0127ala parti mill-Istrate\u0121ija Re\u0121jonali tal-UE g\u0127as-Sirja u l-Iraq kif ukoll g\u0127at-theddida tad-Da'esh.", "Il-Komunikazzjoni Kon\u0121unta tirrappre\u017centa r-rie\u017cami tal-aspetti relatati mas-Sirja tal-Istrate\u0121ija Re\u0121jonali li l-a\u0127\u0127ar li \u0121iet riveduta u a\u0121\u0121ornata mill-Kunsill kien f'Mejju 2016.", "Fid-diskors tieg\u0127u tal-2016 dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker qal: \u201clIlum qed insejja\u0127 g\u0127al Strate\u0121ija Ewropea dwar is-Sirja.", "Biex l-Ewropa tkun tista' tg\u0127in fil-bini mill-\u0121did ta' nazzjon Sirjan pa\u010bifiku, u so\u010bjet\u00e0 pluralistika, tolleranti u \u010bivili fis-Sirja.\u201d", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "Komunikazzjoni Kon\u0121unta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Elementi g\u0127al Strate\u0121ija tal-UE g\u0127as-Sirja", "Skeda informattiva: L-UE u l-kri\u017ci fis-Sirja"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_526", "title": "Regoli aktar sempli\u010bi u appo\u0121\u0121 akbar lill-produtturi tal-frott u l-\u0127xejjex", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Sun, 12 Mar 2017 23:00:00 GMT", "text": ["L-organizzazzjonijiet Ewropej tal-produtturi tal-frott u l-\u0127xejjex se jibbenefikaw minn regoli aktar sempli\u010bi, tnaqqis tal-pi\u017c amministrattiv u appo\u0121\u0121 finanzjarju akbar fi \u017cminijiet ta' kri\u017ci grazzi g\u0127al regoli \u0121odda li l-Kummissjoni Ewropea adottat illum.", "G\u0127adha kif \u0121iet konklu\u017ca revi\u017cjoni li damet g\u0127addejja sentejn b\u0127ala parti mill-inizjattiva kontinwa dwar ir-Regolamentazzjoni A\u0127jar tal-Kummissjoni Juncker.", "Bis-sa\u0127\u0127a t'hekk g\u0127andna dan ir-regolament ta' delega a\u0121\u0121ornat u ssimplifikat tas-settur Ewropew tal-frott u l-\u0127xejjex li se jkompli jsa\u0127\u0127a\u0127 ir-rwol tal-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi billi jag\u0127milhom aktar attraenti g\u0127al dawk li mhumiex membri, filwaqt li fl-istess \u0127in itejjeb il-funzjonament tal-iskema e\u017cistenti tal-\u0121estjoni tas-suq.", "Il-Kummissarju Ewropew g\u0127all-Agrikoltura, is-Sur Phil Hogan illum qal: \u201cFil-kuntest tal-biedja u tal-produzzjoni tal-ikel fl-Ewropa, is-settur tal-frott u l-\u0127xejjex huwa ta' importanza vitali.", "Il-Kummissjoni Ewropea appo\u0121\u0121at lis-settur u se tkompli tappo\u0121\u0121ah.", "Huwa essenzjali wkoll li l-miljuni ta' bdiewa li jipprodu\u010bu ftit mill-ikel tal-aqwa kwalit\u00e0 fid-dinja ji\u0121u ppremjati b'mod adegwat g\u0127all-isforzi tag\u0127hom u li l-konsumaturi jkomplu jkollhom a\u010b\u010bess g\u0127al dan il-prodott.\u201d", "Kull sena, 3.4 miljun azjenda fl-UE kollha, ji\u0121ifieri bejn wie\u0127ed u ie\u0127or kwart tal-azjendi agrikoli kollha fl-UE, jipprodu\u010bu b'kemm jiswew madwar EUR 47 biljun fi frott u \u0127xejjex.", "Skont l-a\u0127\u0127ar \u010bifri disponibbli, kien hemm madwar 1,500 Organizzazzjoni tal-Produtturi li jkopru 50 % tal-produzzjoni tal-frott u l-\u0127xejjex fl-UE.", "Minbarra l-g\u0127ajnuna diretta u l-kofinanzjament tal-UE ta' pro\u0121etti tal-i\u017cvilupp rurali, il-produtturi tal-frott u l-\u0127xejjex tal-UE bbenefikaw minn mi\u017curi e\u010b\u010bezzjonali ta' appo\u0121\u0121 li jammontaw g\u0127al EUR 430 miljun minn mindu \u0121ie impost l-embargo mir-Russja fuq l-esportazzjonijiet agroalimentari tal-UE f'Awwissu 2014.", "Il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi wkoll finanzjament addizzjonali ta' madwar EUR 700 miljun kull sena lill-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi.", "Barra din l-g\u0127ajnuna kontinwa tas-suq, ir-regoli l-\u0121odda se j\u0121ibu mag\u0127hom:", "Wara l-adozzjoni tal-lum mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew issa g\u0127andhom xahrejn biex jivvotaw dwar ir-Regolament delegat li mbag\u0127ad jid\u0127ol fis-se\u0127\u0127.", "Sfond", "L-UE tappo\u0121\u0121a b'mod attiv is-settur tal-frott u l-\u0127xejjex permezz ta-iskema tag\u0127ha tal-\u0121estjoni tas-suq (parti mill-\u201corganizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli\u201d), li g\u0127andha erba' g\u0127anijiet wesg\u0127in: suq aktar kompetittiv u orjentat lejn is-suq; inqas varjazzjonijiet marbuta mal-kri\u017ci fid-d\u0127ul finanzjarju tal-produtturi; konsum akbar ta' frott u \u0127xejjex fl-UE; u\u017cu akbar ta' kultivazzjoni u ta' tekniki ta' produzzjoni li ma jag\u0127mlux \u0127sara lill-ambjent.", "Organizzazzjonijiet tal-produtturi b'sa\u0127\u0127ithom g\u0127andhom rwol kru\u010bjali biex jittrattaw b'mod kollettiv sitwazzjonijiet mhux mistennija u avversi.", "Permezz tar-Regolamenti dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq, l-UE tinkora\u0121\u0121ixxi lill-bdiewa biex iwaqqfu Organizzazzjonijiet tal-Produtturi, sabiex isa\u0127\u0127u l-po\u017cizzjoni tag\u0127hom fis-suq permezz ta' po\u017cizzjoni ta' negozjar aktar b'sa\u0127\u0127itha mas-settur bl-imnut, kif ukoll permezz ta' ppjanar tal-produzzjoni, tal-innovazzjoni u tal-prevenzjoni tal-kri\u017cijiet, u ta' mi\u017curi ta' \u0121estjoni.", "L-UE tappo\u0121\u0121a lill-bdiewa f'dawn l-isforzi billi tipprovdi finanzjament biex jg\u0127inhom jippjanaw il-produzzjoni tag\u0127hom, jinnovaw u jwettqu l-attivitajiet agrikoli tag\u0127hom b'mod li ma jag\u0127milx \u0127sara lill-ambjent.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Aktar informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_555", "title": "Antitrust: Il-Kummissjoni tistieden kummenti dwar l-impenji ta' Gazprom fir-rigward tas-swieq tal-gass tal-Ewropa \u010aentrali u tal-Lvant", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COMPETY,ANTITRUST", "date": "Sun, 12 Mar 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit ju\u017ca l-cookies biex joffrilek esperjenza a\u0127jar.", "Skopri aktar dwar, kif nu\u017caw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tieg\u0127ek.", "Il-Kummissjoni Ewropea tistieden kummenti ming\u0127and il-partijiet interessati kollha dwar l-impenji ppre\u017centati minn Gazprom sabiex ji\u0121i indirizzat it-t\u0127assib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni rigward is-swieq tal-gass fl-Ewropa \u010aentrali u tal-Lvant.", "L-impenji se jippermettu li jkun hemm flussi transfruntiera tal-gass bi prezzijiet kompetittivi.", "Il-Kummissarju inkarigata mill-politika tal-kompetizzjoni Margrethe Vestager qalet: \u201cNemmnu li l-impenji ta' Gazprom se jippermettu li jkun hemm fluss liberu ta' gass fl-Ewropa \u010aentrali u tal-Lvant bi prezzijiet kompetittivi.", "Huma jindirizzaw it-t\u0127assib tag\u0127na dwar il-kompetizzjoni u jipprovdu soluzzjoni u li t\u0127ares 'il quddiem f'konformit\u00e0 mar-regoli tal-UE.", "Fil-fatt, jg\u0127inu biex ikun hemm integrazzjoni a\u0127jar tas-swieq tal-gass fir-re\u0121jun.", "Dan huwa importanti g\u0127al miljuni ta' Ewropej li jiddependu fuq il-gass biex isa\u0127\u0127nu d-djar tag\u0127hom u jkollhom karburant g\u0127an-negozji tag\u0127hom.", "Issa rridu nisimg\u0127u l-fehmiet tal-klijenti u ta' partijiet ikkon\u010bernati o\u0127rajn u se nikkunsidrawhom bir-reqqa qabel ma nie\u0127du xi de\u010bi\u017cjoni.\"", "Gazprom hija l-fornitur tal-gass dominanti f'g\u0127add ta' pajji\u017ci tal-Ewropa \u010aentrali u tal-Lvant.", "F'April 2015, il-Kummissjoni bag\u0127tet Dikjarazzjoni ta' O\u0121\u0121ezzjonijiet fejn esprimiet l-opinjoni preliminari tag\u0127ha li Gazprom kienet qed tikser ir-regoli tal-antitrust tal-UE billi kienet qed tapplika strate\u0121ija \u0121enerali ta' divi\u017cjoni bejn tas-swieq tal-gass tal-Ewropa \u010aentrali u dawk tal-Ewropa tal-Lvant.", "Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-impenji li qed toffri Gazprom ikopru t-t\u0127assib tag\u0127ha dwar il-kompetizzjoni.", "Jg\u0127inu biex is-swieq tal-gass tal-Ewropa \u010aentrali u dawk tal-Ewropa tal-Lvant jintegraw a\u0127jar, biex b'hekk il-gass ikun jista' ji\u010b\u010birkola liberament bi prezzijiet kompetittivi.", "B'mod partikolari, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-impenji ta' Gazprom jissodisfaw l-objettivi tag\u0127ha rigward kull t\u0127assib dwar il-kompetizzjoni, ji\u0121ifieri billi ji\u017cguraw li:", "Il-Kummissjoni issa qed tistieden lill-partijiet ikkon\u010bernati kollha biex jippre\u017centaw il-fehmiet tag\u0127hom dwar l-impenji fi \u017cmien seba' \u0121img\u0127at mill-pubblikazzjoni tag\u0127hom f'Il-\u0120urnal Uffi\u010bjali.", "Wara li tqis il-kummenti li tir\u010bievi, il-Kummissjoni mbag\u0127ad tifforma opinjoni finali dwar jekk l-impenji humiex mod sodisfa\u010benti biex ji\u0121i indirizzat it-t\u0127assib tal-Kummissjoni rigward il-kompetizzjoni.", "Jekk dan ikun il-ka\u017c, il-Kummissjoni tista' tadotta de\u010bi\u017cjoni li tag\u0127mel l-impenji legalment vinkolanti fuq Gazprom (skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-UE 1/2003 dwar l-antitrust).", "Jekk kumpanija tikser dawn l-impenji, il-Kummissjoni tista' timponi multa sa 10 % tad-d\u0127ul mill-bejg\u0127 dinji tal-impri\u017ca, ming\u0127ajr ma jkollha tag\u0127ti prova ta' ksur tar-regoli tal-UE dwar l-antitrust.", "B'mod iktar \u0121enerali, il-kompetizzjoni effettiva fis-swieq tal-gass tal-Ewropa \u010aentrali u tal-Lvant ma tiddependix biss fuq l-e\u017cekuzzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE i\u017cda wkoll fuq l-investiment fid-diversifikazzjoni tal-forniment tal-gass, le\u0121i\u017clazzjoni Ewropea u dik nazzjonali mmirati tajjeb u l-implimentazzjoni kif xieraq tag\u0127hom.", "G\u0127alhekk hija prijorit\u00e0 ewlenija tal-Kummissjoni li tibni Unjoni Ewropea tal-Ener\u0121ija.", "Dettalji dwar l-impenji ta' Gazprom", "Id-Dikjarazzjoni ta' O\u0121\u0121ezzjonijiet tal-Kummissjoni stabbilixxiet tliet elementi ewlenin ta' t\u0127assib dwar il-kompetizzjoni.", "L-impenji ta' Gazprom jindirizzaw dan it-t\u0127assib.", "Hija \u0127adet l-impenn li tosserva l-impenji g\u0127al tmien snin.", "1) L-abilitazzjoni tal-fluss liberu tal-gass fl-Ewropa \u010aentrali u tal-Lvant.", "Il-Kummissjoni g\u0127andha t\u0127assib li Gazprom imponiet restrizzjonijiet territorjali fil-ftehimiet ta' forniment tag\u0127ha mal-bejjieg\u0127a bl-ingrossa u ma\u2018 xi klijenti industrijali fi tmien Stati Membri (il-Bulgarija, ir-Repubblika \u010aeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, l-Ungerija u s-Slovakkja).", "Dawn ir-restrizzjonijiet jostakolaw il-kummer\u010b liberu tal-gass fl-Ewropa \u010aentrali u l-Ewropa tal-Lvant.", "Gazprom impenjat ru\u0127ha li tne\u0127\u0127i l-ostakli kuntrattwali kollha g\u0127all-fluss liberu tal-gass fis-swieq tal-gass fl-Ewropa \u010aentrali u tal-Lvant.", "Barra minn hekk, impenjat ru\u0127ha biex tie\u0127u passi attivi sabiex ikunu integrati a\u0127jar:", "2) Prezzijiet tal-gass \u017cgurati fl-Ewropa \u010aentrali u tal-Lvant", "Il-Kummissjoni kienet im\u0127assba li r-restrizzjonijiet territorjali ppermettew li Gazprom tifred is-suq, u b\u0127ala ri\u017cultat setg\u0127et kienet kapa\u010bi ssegwi politika ta' prezzar e\u010b\u010bessiv f'\u0127ames Stati Membri (il-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja).", "Gazprom impenjat ru\u0127ha li tintrodu\u010bi g\u0127add ta' bidliet importanti fil-klaw\u017coli ta' rie\u017cami tal-prezz kuntrattwali tag\u0127ha biex ti\u017cgura prezzijiet kompetittivi tal-gass f'dawn ir-re\u0121juni:", "3) Jitne\u0127\u0127ew ir-rekwi\u017citi miksubin permezz tal-po\u017cizzjoni dominanti tag\u0127ha fis-suq", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, il-Kummissjoni g\u0127andha t\u0127assib li Gazprom sfruttat il-po\u017cizzjoni dominanti tag\u0127ha fis-suq tal-provvista tal-gass biex tikseb vanta\u0121\u0121i marbuta mal-a\u010b\u010bess g\u0127all-infrastruttura tal-gass jew il-kontroll tag\u0127ha.", "Id-Dikjarazzjoni ta' O\u0121\u0121ezzjonijiet esprimiet t\u0127assib rigward il-pro\u0121ett South Stream fil-Bulgarija u l-pipeline Yamal fil-Polonja.", "Fir-rigward tal-pipeline Yamal, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li s-sitwazzjoni ma tistax tinbidel permezz ta' din il-pro\u010bedura antitrus min\u0127abba l-impatt ta' ftehim intergovernattiv bejn il-Polonja u r-Russja.", "Sabiex tindirizza a\u0127jar il-ftehimiet intergovernattivi fil-futur, fi Frar 2016 il-Kummissjoni ppre\u017centat proposta le\u0121i\u017clattiva biex il-ftehimiet intergovernattivi jkunu so\u0121\u0121etti g\u0127al skrutinju minn qabel mill-Kummissjoni.", "Il-proposta \u0121iet adottata mill-Parlament Ewropew fit-2 ta' Marzu 2017 u b\u0127alissa tinsab pendenti mal-Kunsill (ara wkoll l-Istqarrija g\u0127all-Istampa tal-Kummissjoni li tilqa' l-ftehim politiku mil\u0127uq f'Di\u010bembru 2016).", "Ara wkoll l-Iskedi Informattivi spe\u010bifi\u010bi g\u0127all-pajji\u017ci li jispjegaw kif l-impenji g\u0127andhom jibbenefikaw lil kull wie\u0127ed mill-Istati Membri kkon\u010bernati: il-Bulgarija, ir-Repubblika \u010aeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, l-Ungerija u s-Slovakkja.", "It-test s\u0127i\u0127 tal-impenji huwa disponibbli wkoll fuq is-sit web tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni.", "Sommarju tal-impenji proposti se ji\u0121i ppubblikat f'Il-\u0120urnal Uffi\u010bjali tal-UE.", "Iktar tag\u0127rif, huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni, fir-re\u0121istru pubbliku tal-ka\u017cijiet ta\u0127t in-numru tal-ka\u017c 39816."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/CJE_11_91", "title": "Monopolju tal-log\u0127ob tal-a\u017c\u017card bl-Internet jista' jkun i\u0121\u0121ustifikat biss jekk isegwi b'mod koerenti u sistematiku l-g\u0127an tal-\u0121lieda kontra l-perikoli marbuta ma' tali log\u0127ob", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 14 Sep 2011 22:00:00 GMT", "text": ["Stampa u Informazzjoni", "Il-Qorti tal-\u0120ustizzja tal-Unjoni Ewropea", "STQARRIJA G\u0126ALL-ISTAMPA Nru 91/11", "Il-Lussemburgu, 15 ta' Settembru 2011", "Sentenza fil-Kaw\u017ca C-347/09", "Pro\u010beduri kriminali kontra Jochen Dickinger u Franz \u00d6mer", "Monopolju tal-log\u0127ob tal-a\u017c\u017card bl-Internet jista' jkun i\u0121\u0121ustifikat biss jekk isegwi b'mod koerenti u sistematiku l-g\u0127an tal-\u0121lieda kontra l-perikoli marbuta ma' tali log\u0127ob", "Fl-evalwazzjoni tal-proporzjonalit\u00e0 ta' monopolju, il-qrati nazzjonali ma humiex marbuta li jie\u0127du inkunsiderazzjoni s-sistemi ta' kontroll li huma su\u0121\u0121etti g\u0127alihom kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ie\u0127or", "Il-le\u0121i\u017clazzjoni Awstrijaka tistabbilixxi monopolju fil-qasam tal-log\u0127ob tal-a\u017c\u017card b'tali mod li d-dritt ta' organizzazzjoni u ta' operat tal-log\u0127ob tal-a\u017c\u017card huwa rri\u017cervat lill-Istat.", "Il-log\u0127ob tal-ka\u017cin\u00f2 kkummer\u010bjalizzat permezz tal-Internet huwa ttrattat b\u0127ala lotterija u g\u0127alhekk huwa su\u0121\u0121ett g\u0127as-sistema ta' kon\u010bessjoni fuq il-lotteriji, li tipprovdi g\u0127all-attribuzzjoni ta' kon\u010bessjoni unika g\u0127al dan il-log\u0127ob kollu.", "Il-kon\u010bessjonarju g\u0127andu jkun kumpannija b'kapital azzjonarju, g\u0127andu jkollu l-uffi\u010b\u010bju rre\u0121istrat fl-Awstrija, u g\u0127andu jkun su\u0121\u0121ett g\u0127as-sorveljanza tal-awtoritajiet Awstrija\u010bi.", "Fil-pre\u017cent, il-kon\u010bessjonarju uniku huwa, sal-2012, il-kumpannija tad-dritt privat \u00d6sterreichische Lotterien GmbH.", "L-organizzazzjoni tal-log\u0127ob tal-a\u017c\u017card ming\u0127ajr awtorizzazzjoni hija su\u0121\u0121etta g\u0127al pro\u010beduri kriminali.", "Jochen Dickinger u Franz \u00d6mer huma \u010bittadini Awstrija\u010bi u huma l-fundaturi tal-grupp multinazzjonali tal-log\u0127ob online bet-at-home.com.", "B'mod partikolari, dan il-grupp jinkludi fih kumpanniji sussidjarji Maltin li joffru log\u0127ob tal-ka\u017cin\u00f2 u m\u0127atri sportivi bl-internet fuq is-sit www.bet-at-home.com, u g\u0127andhom, f'dan ir-rigward, li\u010benzji Maltin g\u0127al-log\u0127ob tal-a\u017c\u017card u g\u0127all-im\u0127atri sportivi online.", "Is-sit huwa a\u010b\u010bessibbli f'bosta lingwi, inklu\u017c il-\u0120ermani\u017c.", "Il-kumpanniji sussidjarji Maltin kienu ju\u017caw, g\u0127all-inqas sa' Di\u010bembru 2007, server stabbilit f'Linz (l-Awstrija), li tpo\u0121\u0121a g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tag\u0127hom mill-kumpannija stabbilita ta\u0127t id-dritt Awstrijak Bet-at-home.com Entertainment GmbH, li tag\u0127ha J. Dickinger u F. \u00d6mer kienu l-amministraturi, u li kienet ti\u017cgura wkoll il-manutenzjoni tas-sit, tas-software ne\u010bessarju g\u0127al-log\u0127ob kif ukoll tal-assistenza g\u0127all-utenti.", "Inbdew pro\u010beduri kriminali kontra J. Dickinger u F. \u00d6mer fil-kwalit\u00e0 tag\u0127hom ta' amministraturi tal-kumpannija bet-at-home.com Entertainment GmbH min\u0127abba ksur tad-dritt Awstrijak dwar il-log\u0127ob tal-a\u017c\u017card.", "Peress li l-Bezirksgericht Linz (qorti kantonali ta' Linz, l-Awstrija), li kellha l-kaw\u017ca quddiemha, kellha dubji dwar jekk il-li\u0121ijiet Awstrija\u010bi kinux kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-libert\u00e0 ta' stabbiliment u mal-libert\u00e0 li ji\u0121u pprovduti servizzi, hija dde\u010bidiet li tag\u0127mel diversi domandi preliminari lill-Qorti tal-\u0120ustizzja.", "Fis-sentenza tag\u0127ha, il-Qorti tal-\u0120ustizzja tfakkar li, skont il-\u0121urisprudenza tag\u0127ha, monopolju fuq il-log\u0127ob tal-a\u017c\u017card jikkostitwixxi restrizzjoni tal-libert\u00e0 li ji\u0121u pprovduti servizzi.", "Madankollu, tali restrizzjoni tista' ti\u0121i \u0121\u0121ustifikata minn ra\u0121unijiet imperattivi ta' interess \u0121enerali, b\u0127all-g\u0127an li ji\u0121i \u017cgurat livell ta' protezzjoni partikolarment g\u0127oli tal-konsumaturi.", "Il-Qorti tal-\u0120ustizzja tenfasizza li, fil-kuntest ta' rinviju preliminari, il-kwistjoni dwar liema g\u0127anijiet huma effettivament segwiti mil-le\u0121i\u017clazzjoni nazzjonali, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-proporzjonalit\u00e0 tal-mi\u017curi adottati fit-tfittxija ta' dawn l-g\u0127anijiet, taqa' ta\u0127t il-\u0121urisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju, filwaqt li lilha l-Qorti tal-\u0120ustizzja tipprovdi \u010berti kriterji fis-sentenza tag\u0127ha.", "F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-\u0120ustizzja tfakkar b'mod partikolari l-\u0121urisprudenza tag\u0127ha li tg\u0127id li, sabiex tkun koerenti mal-g\u0127an tal-\u0121lieda kontra l-kriminalit\u00e0 u dak li jitnaqqsu l-opportunitajiet tal-log\u0127ob, le\u0121i\u017clazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi monopolju, filwaqt li tippermetti lill-persuna li g\u0127andha l-monopolju tadotta politika ta' espansjoni, g\u0127andha verament tkun ibba\u017cata fuq il-konstatazzjoni li l-attivitajiet kriminali u ta' frodi marbuta mal-log\u0127ob jikkostitwixxu problema fl-Istat Membru kkon\u010bernat, u li g\u0127alihom l-espansjoni tal-attivitajiet regolati tkun tista' tag\u0127ti rimedju.", "Madankollu, il-Qorti tal-\u0120ustizzja tenfasizza li, wa\u0127du, l-g\u0127an ta' massimizzazzjoni tal-d\u0127ul tat-Te\u017cor pubbliku ma jistax jippermetti tali restrizzjoni g\u0127al-libert\u00e0 li ji\u0121u pprovduti servizzi.", "F'dan il-kuntest, il-Qorti tal-\u0120ustizzja tfakkar ukoll li huwa biss reklamar bil-qies u strettament limitat g\u0127al dak li huwa ne\u010bessarju sabiex il-konsumatur ji\u0121i dirett lejn in-netwerks ta' log\u0127ob ikkontrollat li jista' ji\u0121i a\u010b\u010bettat.", "Politika kummer\u010bjali espansjonista, li l-g\u0127an tag\u0127ha huwa t-tkabbir tas-suq globali tal-attivitajiet tal-log\u0127ob ma hijiex koerenti mal-g\u0127an tal-\u0121lieda kontra l-attivitajiet kriminali u ta' frodi.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, il-Qorti tal-\u0120ustizzja te\u017camina l-kwistjoni dwar jekk il-kontrolli fuq l-operaturi ta' log\u0127ob tal-a\u017c\u017card imwettqa fi Stati Membri o\u0127ra, b\u0127al f'dan il-ka\u017c dawk li huma su\u0121\u0121etti g\u0127alihom il-kumpanniji sussidjarji Maltin f'Malta, g\u0127andhomx jittie\u0127du inkunsiderazzjoni mill-awtoritajiet ta' Stat Membru ie\u0127or, f'dan il-ka\u017c l-Awstrija.", "Skont J. Dickinger u F. \u00d6mer, kif ukoll il-Gvern Malti, Malta fil-fatt \u017cviluppat sistema regolatorja effettiva tal-log\u0127ob tal-a\u017c\u017card fuq l-Internet li hija tali li tirrispondi g\u0127all-g\u0127anijiet ta' protezzjoni tal-lag\u0127ba kontra l-frodi.", "F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-\u0120ustizzja tfakkar li, fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni tal-le\u0121i\u017clazzjoni f'dan is-settur fil-livell tal-Unjoni, ma jista' je\u017cisti l-ebda obbligu ta' rikonoxximent re\u010biproku tal-awtorizzazzjonijiet ma\u0127ru\u0121a mill-Istati Membri l-o\u0127ra fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, u li s-sempli\u010bi fatt li Stat Membru g\u0127a\u017cel sistema ta' protezzjoni differenti minn dik adottata minn Stat Membru ie\u0127or ma g\u0127andu ebda effett fuq l-evalwazzjoni tal-\u0127tie\u0121a u tal-proporzjonalit\u00e0 tad-dispo\u017cizzjonijiet adottati f'dan ir-rigward.", "Sussegwentement, il-Qorti tal-\u0120ustizzja tiddikjara li l-\u0121urisprudenza tag\u0127ha, li tg\u0127id li ma huwiex konformi mal-libert\u00e0 li ji\u0121u pprovduti servizzi l-fatt li fornitur ji\u0121i ssu\u0121\u0121ettat g\u0127al restrizzjonijiet, fl-Istat Membru ospitanti, biex ji\u0121u salvagwardati interessi \u0121enerali sa fejn dawn l-interessi jkunu di\u0121\u00e0 salvagwardati fl-Istat Membru ta' stabbiliment, ma hijiex, fl-istat attwali tal-i\u017cvilupp tad-dritt tal-Unjoni, applikabbli f'qasam b\u0127al dak tal-log\u0127ob tal-a\u017c\u017card, li ma huwiex armonizzat fil-livell tal-Unjoni u li fih l-Istati Membri jgawdu minn mar\u0121ni ta' diskrezzjoni wiesg\u0127a f'dak li jirrigwarda l-g\u0127anijiet li jridu jsegwu, u l-livell ta' protezzjoni li jixtiequ.", "F'dan ir-rigward, hija tenfasizza li d-diversi Stati Membri mhux ne\u010bessarjament jiddisponu mill-istess mezzi tekni\u010bi biex jikkontrollaw il-log\u0127ob tal-a\u017c\u017card online.", "Il-fatt li livell partikolari ta' protezzjoni tal-konsumaturi kontra frodi mill-operatur jista' jintla\u0127aq fi Stat Membru bl-applikazzjoni ta' mezzi tekni\u010bi sofistikati ta' kontroll u ta' sorveljanza ma jippermettix li ji\u0121i konklu\u017c li l-istess livell ta' protezzjoni jista' jintla\u0127aq fi Stati Membri o\u0127ra, li ma jkollhomx dawn il-mezzi tekni\u010bi jew li ma jkunux g\u0127amlu l-istess g\u0127a\u017cliet f'dan ir-rigward.", "Stat Membru jista' le\u0121ittimament jasal biex jissorvelja attivit\u00e0 ekonomika li sse\u0127\u0127 fit-territorju tieg\u0127u, \u0127a\u0121a li tkun impossibbli g\u0127alih jekk ikollu jibba\u017ca ru\u0127u fuq kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet ta' Stat Membru ie\u0127or permezz ta' sistemi regolatorji li ma jkollux kontroll fuqhom huwa nnifsu.", "TFAKKIRA:Ir-rinviju g\u0127al de\u010bi\u017cjoni preliminari jippermetti lill-qrati tal-Istati Membri, fil-kuntest ta' kaw\u017ca li tkun tresqet quddiemhom, li jistaqsu lill-Qorti tal-\u0120ustizzja dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew dwar il-validit\u00e0 ta' att tal-Unjoni.", "Il-Qorti tal-\u0120ustizzja ma tidde\u010bidiex il-kaw\u017ca nazzjonali.", "Hija l-qorti nazzjonali li g\u0127andha ssolvi l-kaw\u017ca b'mod konformi mad-de\u010bi\u017cjoni tal-Qorti tal-\u0120ustizzja.", "Din id-de\u010bi\u017cjoni torbot, bl-istess mod, lill-qrati nazzjonali l-o\u0127ra li quddiemhom jitressqu problemi simili.", "Dokument mhux uffi\u010bjali g\u0127all-u\u017cu mill-medja, li ma jorbotx lill-Qorti tal-\u0120ustizzja.", "It-test s\u0127i\u0127 tas-sentenza ji\u0121i ppubblikat fuq is-sit CURIA fil-jum li fih tinqara s-sentenza", "Kuntatt stampa: Christopher Fretwell (+352) 4303 3355", "Stampi tal-qari tas-sentenza jinsabu disponibbli fuq \u201c Europe by Satellite \u201d (+32) 2 2964106"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1065", "title": "Strate\u0121ija Farma\u010bewtika: Il-Kummissjoni Ewropea tniedi konsultazzjoni pubblika miftu\u0127a", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Mon, 15 Jun 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi konsultazzjoni pubblika online dwar l-Istrate\u0121ija Farma\u010bewtika g\u0127all-Ewropa.", "Fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, l-Istrate\u0121ija, li se tikkontribwixxi wkoll g\u0127all-Programm EU4Health li g\u0127adu kemm \u0121ie propost u tallinja ru\u0127ha ma' Orizzont Ewropa g\u0127ar-ri\u010berka u l-innovazzjoni, se jkollha l-g\u0127an li ti\u017cgura l-provvista ta' medi\u010bini sikuri u affordabbli fl-Ewropa sabiex tissodisfa l-\u0127ti\u0121ijiet tal-pazjenti u tappo\u0121\u0121ja l-industrija farma\u010bewtika Ewropea biex din tibqa' innovatur u fuq quddiem nett globalment.", "Il-konsultazzjoni se ddum g\u0127addejja tliet xhur u tikkonsisti f'mistoqsijiet li se jiffokaw fuq temi ewlenin: l-awtonomija strate\u0121ika u l-manifattura tal-medi\u010bini, l-a\u010b\u010bess g\u0127al medi\u010bini affordabbli, l-innovazzjoni, u l-isfidi marbuta mas-sostenibbilt\u00e0 ambjentali u mas-sa\u0127\u0127a.", "Il-Kummissarju g\u0127as-Sa\u0127\u0127a u s-Sikurezza Alimentari, Stella Kyriakides, qalet: \u201cL-Istrate\u0121ija Farma\u010bewtika g\u0127all-Ewropa hija l-pedament tal-politika tag\u0127na fil-qasam tas-sa\u0127\u0127a g\u0127all-\u0127ames snin li \u0121ejjin u l-partijiet ikkon\u010bernati kollha g\u0127andhom l-opportunit\u00e0 biex jg\u0127inuna nsawruha.", "In\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-asso\u010bjazzjonijiet tal-pazjenti, lill-industrija, lill-awtoritajiet pubbli\u010bi, lill-akkademja u lill-pubbliku \u0121enerali biex jag\u0127tu s-sehem tag\u0127hom.", "Permezz ta' din l-Istrate\u0121ija, li se nippre\u017centa sa tmiem is-sena, se nkunu qed nirrispondu g\u0127all-isfidi li tqawwew min\u0127abba l-pandemija tal-COVID-19 u l-kwistjonijiet strutturali kollha dwar l-a\u010b\u010bess, l-affordabbilt\u00e0 u l-awtonomija strate\u0121ika tal-Unjoni tag\u0127na dwar il-medi\u010bini.", "Je\u0127tie\u0121 li ni\u017cguraw li l-pazjenti kollha jkollhom a\u010b\u010bess g\u0127all-aqwa kura u g\u0127al medi\u010bini affordabbli.", "Flimkien se nag\u0127mlu d-differenza.\u201d", "L-g\u0127an tal-Istrate\u0121ija hu li to\u0127loq sistema li tibqa' valida fil-futur u li tgawdi mill-benefi\u010b\u010bji tad-di\u0121italizzazzjoni u tippromwovi l-innovazzjoni spe\u010bjalment f'oqsma ta' \u0127ti\u0121ijiet mhux issodisfati, b\u0127all-antimikrobi\u010bi, il-medi\u010bini g\u0127at-tfal u l-medi\u010bini g\u0127al mard rari.", "Timmira wkoll li tnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjonijiet minn pajji\u017ci terzi.Parti mill-ingredjenti farma\u010bewti\u010bi attivi me\u0127tie\u0121a g\u0127all-produzzjoni ta' \u010berti medi\u010bini \u0121eneri\u010bi (inklu\u017ci antibijoti\u010bi \u201cantiki\u201d, medi\u010bini onkolo\u0121i\u010bi u l-aktar medi\u010bini ba\u017ci\u010bi, b\u0127all-para\u010betamol) ti\u0121i mi\u010b-\u010aina u mill-Indja.", "L-Istrate\u0121ija se tnaqqas ukoll l-impatt tal-medi\u010bini fuq l-ambjent u tindirizza r-re\u017cistenza antimikrobika.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, il-kri\u017ci attwali tal-COVID-19 uriet li l-UE je\u0127tie\u0121 li ti\u017cgura li l-medi\u010bini, inklu\u017ci l-va\u010b\u010bini, ikunu disponibbli fi\u010b-\u010birkostanzi kollha.", "B'mod parallel mal-konsultazzjoni, il-Kummissjoni se torganizza wkoll ta\u0127ditiet tekni\u010bi bilaterali mal-partijiet ikkon\u010bernati fil-\u0121img\u0127at u fix-xhur li \u0121ejjin.", "Il-passi li jmiss", "L-Istrate\u0121ija, li hija konformi mal-Istrate\u0121ija Industrijali g\u0127all-Ewropa, u mal-prijoritajiet spjegati fil-Patt Ekolo\u0121iku Ewropew, fil-Pjan Biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber u fl-Istrate\u0121ija Di\u0121itali, se tindirizza sfidi li ilhom g\u0127addejjin \u017cmien twil, u li w\u0127ud minnhom \u0121ew aggravati mill-kri\u017ci tal-COVID 19.", "L-g\u0127an tal-konsultazzjoni llum huwa li l-pubbliku, l-esperti u l-partijiet ikkon\u010bernati jkunu jistg\u0127u jikkontribwixxu u jsemmg\u0127u l-opinjoni tag\u0127hom dwar l-a\u0127jar modi kif jistg\u0127u ji\u0121u indirizzati l-kwistjonijiet marbuta mal-farma\u010bewtika fl-UE.Ir-ri\u017cultati tal-konsultazzjoni pubblika se jikkontribwixxu g\u0127at-tfassil, fil-\u0127arifa, tal-Istrate\u0121ija Farma\u010bewtika li mistennija ti\u0121i adottata sa tmiem is-sena.", "Il-konsultazzjoni se tibqa' g\u0127addejja g\u0127al 13-il \u0121img\u0127a, sal-15 ta' Settembru 2020, u l-mistoqsijiet jistg\u0127u ji\u0121u a\u010b\u010bessati fuq EUSurvey .", "Minbarra l-konsultazzjoni pubblika, fit-2 ta' \u0120unju l-Kummissjoni nediet ukoll konsultazzjoni dwar il-Pjan Direzzjonali g\u0127all-Istrate\u0121ija, li se tibqa' g\u0127addejja sas-7 ta' Lulju 2020.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "https://ec.europa.eu/health/human-use/strategy_mt", "Il-programm \u0121did u ambizzju\u017c tag\u0127na EU4Health"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1058", "title": "Il-Kummissjoni Ewropea tibda revi\u017cjoni ma\u0121\u0121uri tal-politika kummer\u010bjali tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Mon, 15 Jun 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni nediet revi\u017cjoni ma\u0121\u0121uri tal-politika kummer\u010bjali tal-UE, fosthom b'konsultazzjoni pubblika li titlob il-kontribut tal-Parlament Ewropew, tal-Istati Membri, tal-partijiet ikkon\u010bernati u tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili.", "L-g\u0127an tal-Kummissjoni huwa li tibni kunsens dwar id-direzzjoni \u0121dida fit-terminu medju tal-politika kummer\u010bjali tal-UE, tag\u0127ti rispons g\u0127ad-diversi sfidi dinjija \u0121odda u tqis it-tag\u0127limiet mill-kri\u017ci tal-coronavirus.", "Unjoni Ewropea b'sa\u0127\u0127itha te\u0127tie\u0121 politika b'sa\u0127\u0127itha g\u0127all-kummer\u010b u g\u0127all-investiment li tappo\u0121\u0121a l-irkupru ekonomiku, to\u0127loq impjiegi ta' kwalit\u00e0, t\u0127ares lill-kumpaniji Ewropej minn prattiki in\u0121usti kemm fejn ikunu stabbiliti kif ukoll minn pajji\u017ci o\u0127rajn, u ti\u017cgura l-koerenza mal-prijoritajiet aktar \u0121enerali fl-oqsma tas-sostenibbilt\u00e0, tat-tibdil fil-klima, tal-ekonomija di\u0121itali u tas-sigurt\u00e0.", "Valdis Dombrovskis, il-Vi\u010bi President E\u017cekuttiv g\u0127al Ekonomija g\u0127as-Servizz tan-Nies, qal: \u201cDan l-a\u0127\u0127ar pproponejna pjan ta' rkupru ma\u0121\u0121uri g\u0127all-Ewropa msejjes fuq l-isfruttar tal-potenzjal s\u0127i\u0127 tal-ba\u0121it tal-UE biex ng\u0127inu nirran\u0121aw il-\u0127sara ekonomika u so\u010bjali li \u0121iet ikka\u0121unata mill-pandemija tal-Coronavirus, nibdew l-irkupru Ewropew, u n\u0127arsu u no\u0127olqu l-impjiegi.", "L-Unjoni Ewropea hija s-superpotenza kummer\u010bjali tad-dinja.", "Il-kummer\u010b miftu\u0127 u msejjes fuq ir-regoli se jikkontribwixxi b'mod sinifikanti g\u0127all-irkupru dinji.", "Je\u0127ti\u0121ilna ni\u017cguraw li l-politika kummer\u010bjali taqdi li\u010b-\u010bittadini u lill-kumpaniji tag\u0127na.", "Illum qed inniedu revi\u017cjoni tal-politika kummer\u010bjali biex na\u0121\u0121ustaw l-appro\u010b\u010b tal-UE fil-konfront tal-kummer\u010b dinji f'dan il-mument kritiku g\u0127all-ekonomija tad-dinja.\u201d", "Phil Hogan, il-Kummissarju g\u0127all-Kummer\u010b, ikkummenta: \u201cIl-pandemija li g\u0127addejjin minnha qieg\u0127da ssawwar mill-\u0121did id-dinja li nafu, u l-politika kummer\u010bjali tag\u0127na trid tadatta ru\u0127ha bil-\u0127sieb li tkun aktar effettiva biex t\u0127ares l-interessi Ewropej.", "G\u0127aldaqstant, illum qed nitolbu l-fehmiet ta\u010b-\u010bittadini u tal-partijiet ikkon\u010bernati tag\u0127na biex jg\u0127inuna ni\u017cviluppaw appro\u010b\u010b spe\u010bifiku g\u0127all-politika kummer\u010bjali tal-UE fid-dinja ta' wara l-coronavirus.", "Irridu li l-politika tag\u0127na tkompli tibbenefika lin-nies u lill-kumpaniji tag\u0127na, issa\u0127\u0127a\u0127 l-ambizzjonijiet tat-tmexxija globali tag\u0127na f'firxa ta' oqsma filwaqt li tadotta appro\u010b\u010b aktar iebes biex niddefendu lilna nfusna minn kwalunkwe azzjoni ostili u abbu\u017civa.", "Il-kummer\u010b irid jibqa' \u0127ieles u \u0121ust, mirfud minn regoli xierqa kemm fl-UE27 kif ukoll madwar id-dinja kollha.", "Permezz ta' din ir-revi\u017cjoni a\u0127na se nisimg\u0127u lil kull min g\u0127andu interess.\u201d", "Ir-ri\u017cultati ta' din il-konsultazzjoni se ji\u0121u inklu\u017ci f'komunikazzjoni li se ti\u0121i ppubblikata lejn tmiem is-sena.", "Ir-revi\u017cjoni finali se tirri\u017culta minn pro\u010bess trasparenti u inklu\u017civ li jinkludi konsultazzjoni pubblika online, diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew u mal-Istati Membri, kif ukoll involviment mar-rappre\u017centanti rilevanti tal-partijiet ikkon\u010bernati u tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili.", "Il-konsultazzjoni se tkopri s-su\u0121\u0121etti kollha relatati mal-politika kummer\u010bjali tal-UE, b'enfasi spe\u010bjali fuq:", "Aktar informazzjoni hija disponibbli f'konsultazzjoni li \u0121iet ippubblikata llum.", "Il-kummenti bil-miktub jistg\u0127u jitressqu sal-15 ta' Settembru 2020.", "Aktar informazzjoni", "Konsultazzjoni dwar ir-Revi\u017cjoni tal-Politika Kummer\u010bjali", "Il-prijoritajiet tal-Kummissjoni u l-ittra ta' missjoni tal-President Von der Leyen lill-Kummissarju Nnominat g\u0127all-Kummer\u010b Phil Hogan", "Il-programm ta' \u0127idma tal-Kummissjoni", "Il-Pjan ta' Rkupru tal-UE"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1043", "title": "Il-coronavirus: L-Istati Membri jaqblu dwar soluzzjoni ta' interoperabbilt\u00e0 g\u0127all-apps g\u0127all-apparati mobbli g\u0127at-tra\u010b\u010bar u g\u0127at-twissija tal-kuntatti", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG,PR-DIGITAL", "date": "Mon, 15 Jun 2020 22:00:00 GMT", "text": ["L-Istati Membri, bl-appo\u0121\u0121 tal-Kummissjoni, qablu dwar sett ta' spe\u010bifikazzjonijiet tekni\u010bi biex ji\u0121i \u017cgurat l-iskambju sikur ta' informazzjoni bejn l-apps nazzjonali g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti abba\u017ci ta' arkitettura de\u010bentralizzata.", "Dan jikkon\u010berna l-ma\u0121\u0121oranza l-kbira tal-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar li di\u0121\u00e0 \u0121ew - jew waslu biex ji\u0121u - imnedija fl-UE.", "Ladarba tibda tintu\u017ca s-soluzzjoni teknika, dawn l-apps nazzjonali se jkunu ja\u0127dmu ming\u0127ajr xkiel meta l-utenti jivvja\u0121\u0121aw lejn pajji\u017c ie\u0127or tal-UE li wkoll isegwi l-appro\u010b\u010b de\u010bentralizzat.", "Dan ifisser pass addizzjonali importanti lejn l-interoperabbilt\u00e0 tal-apps g\u0127all-apparati mobbli g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-infezzjonijiet tal-coronavirus, issa li l-Istati Membri bdew ine\u0127\u0127u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvja\u0121\u0121ar bejn il-fruntieri tag\u0127hom qabel ma jibdew il-vaganzi tas-sajf.", "Il-Kummissarju g\u0127as-Suq Intern Thierry Breton, iddikjara: \u201cIssa li qed noqorbu l-ista\u0121un tal-ivvja\u0121\u0121ar, huwa importanti li ji\u0121i \u017cgurat li l-Ewropej ikunu jistg\u0127u ju\u017caw l-app ta' pajji\u017chom stess kull fejn ikunu qed jivvja\u0121\u0121aw fl-UE.", "L-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti jistg\u0127u jkunu utli biex ji\u0121i limitat it-tixrid tal-coronavirus, spe\u010bjalment b\u0127ala parti minn strate\u0121iji nazzjonali g\u0127at-tne\u0127\u0127ija tal-mi\u017curi ta' konfinament.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127as-Sa\u0127\u0127a u s-Sikurezza Alimentari Stella Kyriakides \u017ciedet tg\u0127id: \u201cIt-teknolo\u0121iji di\u0121itali huma kru\u010bjali biex inwissu li\u010b-\u010bittadini tag\u0127na dwar ir-riskji ta' infezzjonijiet u biex inwaqqfu l-katini tat-tra\u017cmissjoni, issa li qed ner\u0121g\u0127u nift\u0127u s-so\u010bjetajiet u l-ekonomiji tag\u0127na.", "Nappella li\u010b-\u010bittadini tag\u0127na biex ju\u017cawhom, peress li dawn it-teknolo\u0121iji jistg\u0127u jkunu effettivi biss jekk ikollna massa kritika ta' utenti, b'interoperabbilt\u00e0 tal-applikazzjonijiet bejn il-fruntieri tal-UE.", "Is-sigurt\u00e0 tad-data, id-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tal-privatezza f'dawn l-g\u0127odod di\u0121itali mhux se jkunu negozjabbli.\u201d", "Il-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-Istati Membri dde\u010bidew li jniedu apps g\u0127all-apparati mobbli biex jikkomplementaw it-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti manwali tat-tixrid tal-coronavirus.", "Il-ma\u0121\u0121oranza l-kbira tal-apps nazzjonali approvati huma bba\u017cati fuq arkitettura de\u010bentralizzata, li jfisser li l-identifikaturi arbitrarji tal-utenti li kienu individwati fil-prossimit\u00e0 g\u0127al \u010bertu tul ta' \u017cmien jibqg\u0127u fuq it-telefown stess, u ji\u0121u \u010b\u010bekkjati mit-telefown mal-identifikaturi tal-utenti li \u0121ew iddikjarati li huma infettati.", "L-ispe\u010bifikazzjoni teknika g\u0127all-interoperabbilt\u00e0 se tippermetti li dawn il-kontrolli jsiru wkoll g\u0127all-utenti li jivvja\u0121\u0121aw minn Stati Membri o\u0127ra, ming\u0127ajr il-\u0127tie\u0121a li jitni\u017c\u017clu \u0127afna apps nazzjonali.", "L-informazzjoni dwar il-prossimit\u00e0 kondivi\u017ca bejn l-apps se ti\u0121i skambjata f'forma kriptata li tipprevjeni l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna individwali, f'konformit\u00e0 mal-linji gwida stretti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data g\u0127all-apps; ma tintu\u017ca l-ebda data ta' \u0121eolokalizzazzjoni.", "Biex tkompli tappo\u0121\u0121a s-simplifikazzjoni tas-sistema, il-Kummissjoni se tistabbilixxi servizz ta' gateway, li hija interfa\u010b\u010ba ma\u0127suba biex tir\u010bievi u tg\u0127addi b'mod effi\u010bjenti l-informazzjoni rilevanti mis-servers u mill-apps nazzjonali g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti.", "Dan jimminimizza l-ammont ta' data skambjata u g\u0127alhekk inaqqas il-konsum tad-data tal-utenti.", "L-ispe\u010bifikazzjonijiet tekni\u010bi miftiehma llum huma msejsa fuq il-linji gwida dwar l-Interoperabbilt\u00e0 miftiehma f'Mejju, u li jistabbilixxu l-prin\u010bipji \u0121enerali.", "Il-passi li jmiss", "L-Istati Membri se jkunu di\u0121\u00e0 jistg\u0127u ja\u0121\u0121ornaw l-apps biex ikun permess l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-apps nazzjonali de\u010bentralizzati, hekk kif dawn ikunu teknikament lesti.", "Il-Kummissjoni tkompli tappo\u0121\u0121a l-\u0127idma tal-Istati Membri fir-rigward tal-estensjoni tal-interoperabbilt\u00e0 anki g\u0127all-apps \u010bentralizzati g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti.", "Sfond", "L-Istati Membri fin-Netwerk tas-Sa\u0127\u0127a elettronika (e-Health Network), bl-appo\u0121\u0121 tal-Kummissjoni, \u017cviluppaw sett ta' g\u0127odod tal-UE g\u0127all-u\u017cu ta' applikazzjonijiet mobbli g\u0127at-tra\u010b\u010bar u t-twissija tal-kuntatti b'reazzjoni g\u0127all-pandemija tal-coronavirus, li kien akkumpanjat minn gwida dwar il-protezzjoni tad-data g\u0127al apps g\u0127all-apparati mobbli.", "Dan huwa parti minn appro\u010b\u010b koordinat komuni b'appo\u0121\u0121 g\u0127at-tne\u0127\u0127ija gradwali tal-mi\u017curi ta' konfinament, kif \u0121ie stabbilit f'Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.", "Sa mit-tifqig\u0127a tal-pandemija tal-coronavirus, l-Istati Membri, bl-appo\u0121\u0121 tal-Kummissjoni, kienu qed jivvalutaw l-aspetti tal-effettivit\u00e0, tas-sikurezza, tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data tas-soluzzjonijiet di\u0121itali proposti biex ti\u0121i indirizzata l-kri\u017ci.", "Jekk ikunu konformi bis-s\u0127i\u0127 mar-regoli tal-UE u koordinati sew, l-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti jistg\u0127u jaqdu rwol ewlieni fil-fa\u017cijiet kollha tal-\u0121estjoni tal-kri\u017cijiet, spe\u010bjalment f'dan i\u017c-\u017cmien meta l-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-pajji\u017ci qed ine\u0127\u0127u l-mi\u017curi ta' tbeg\u0127id so\u010bjali gradwalment.", "Dawn l-apps jistg\u0127u jikkomplementaw it-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti manwali e\u017cistenti u jg\u0127inu biex ti\u0121i interrotta l-katina tat-tra\u017cmissjoni tal-virus.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Spe\u010bifikazzjonijiet tekni\u010bi g\u0127all-interoperabbilt\u00e0 tal-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti", "Mistoqsijiet u twe\u0121ibiet: appro\u010b\u010b komuni g\u0127as-sikurezza u l-effi\u010bjenza tal-apps tal-mobile fl-UE", "Linji gwida dwar l-interoperabbilt\u00e0 g\u0127all-apps g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti", "Sett ta' g\u0127odod tal-UE dwar l-applikazzjonijiet mobbli b\u0127ala sostenn g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti fil-\u0121lieda tal-UE kontra l-COVID-19", "Gwida biex ji\u0121u \u017cgurati standards ta' protezzjoni tad-data s\u0127i\u0127a g\u0127all-applikazzjonijiet li ji\u0121\u0121ieldu kontra l-pandemija", "Gwida tal-ECDC dwar l-applikazzjonijiet mobbli b'sostenn g\u0127at-tra\u010b\u010bar tal-kuntatti g\u0127all-COVID-19", "Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar sett ta' g\u0127odod komuni tal-Unjoni g\u0127all-u\u017cu tat-teknolo\u0121ija u d-data biex ti\u0121i mi\u0121\u0121ielda l-kri\u017ci tal-COVID-19 u biex no\u0127or\u0121u minnha", "Il-pa\u0121na tal-Kummissjoni dwar ir-rispons g\u0127all-coronavirus", "It-teknolo\u0121iji di\u0121itali fir-rispons kontra l-coronavirus"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1042", "title": "Il-Coronavirus: Il-Kummissjoni Ewropea tappo\u0121\u0121a l-inizjattiva internazzjonali biex ji\u0121i ffa\u010bilitat il-kummer\u010b fil-prodotti tal-kura tas-sa\u0127\u0127a", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL,COVID-19", "date": "Sun, 14 Jun 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-kri\u017ci globali tal-coronavirus li g\u0127addejja b\u0127alissa enfasizzat il-\u0127tie\u0121a g\u0127al rispons kollettiv mill-komunit\u00e0 internazzjonali biex issa\u0127\u0127a\u0127 l-istat ta' t\u0127ejjija g\u0127al din il-kri\u017ci u g\u0127al kri\u017cijiet futuri.", "Wara l-ewwel diskussjoni fost il-ministri tal-UE, il-Kummissarju g\u0127all-Kummer\u010b Phil Hogan illum ikkondivida l-ideat tal-Kummissjoni Ewropea g\u0127al ftehim internazzjonali biex ji\u0121i ffa\u010bilitat il-kummer\u010b fil-prodotti tal-kura tas-sa\u0127\u0127a ma' grupp ta' s\u0127ab tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummer\u010b (WTO).", "Dawn l-ideat jindirizzaw id-diskussjoni internazzjonali li g\u0127addejja dwar kif jista' ji\u0121i ffa\u010bilitat l-a\u010b\u010bess g\u0127al prodotti farma\u010bewti\u010bi u medi\u010bi bi prezz ra\u0121onevoli u ji\u0121i evitat tfixkil kummer\u010bjali fi \u017cminijiet ta' kri\u017ci, u jistg\u0127u jiffurmaw parti minn ftehim internazzjonali li jkun miftu\u0127 g\u0127all-membri kollha tad-WTO.", "Il-Kummissarju Phil Hogan qal: \u201cIl-kri\u017ci attwali tal-kura tas-sa\u0127\u0127a tista' ddum fit-tul, u o\u0127rajn jistg\u0127u jsegwu.", "Je\u0127tie\u0121 li na\u0121ixxu malajr biex intejbu r-re\u017ciljenza tas-sistemi tal-kura tas-sa\u0127\u0127a tag\u0127na, inklu\u017c permezz ta' inizjattivi mtejba tal-politika kummer\u010bjali.", "L-ideat li qed inressqu llum g\u0127andhom l-g\u0127an li jiffa\u010bilitaw l-a\u010b\u010bess globali g\u0127al prodotti tal-kura tas-sa\u0127\u0127a affordabbli, inklu\u017c g\u0127al pajji\u017ci vulnerabbli ming\u0127ajr kapa\u010bitajiet ta' manifattura xierqa.", "L-g\u0127an huwa li l-katini ta' provvista jsiru aktar re\u017ciljenti u diversifikati u biex ji\u0121u appo\u0121\u0121ati l-isforzi biex jinbnew ri\u017cervi strate\u0121i\u010bi ta' tag\u0127mir kritiku.", "Din hija sfida globali li te\u0127tie\u0121 soluzzjonijiet globali, g\u0127alhekk a\u0127na impenjati li na\u0127dmu ma' s\u0127ab tal-istess fehma biex niksbu dawn l-g\u0127anijiet.\u201d", "Il-ftehim futur jista' jiffa\u010bilita l-kummer\u010b fil-prodotti tal-kura tas-sa\u0127\u0127a u jikkontribwixxi g\u0127al t\u0127ejjija globali aktar b'sa\u0127\u0127itha g\u0127al xokkijiet tas-sa\u0127\u0127a futuri billi:", "L-ideat ippre\u017centati llum lill-\u201cGrupp ta' Ottawa\u201d (grupp ta' 13-il s\u0127ab fid-WTO tal-istess fehma) \u0121ew ippre\u017centati g\u0127al riflessjoni lill-Istati Membri tal-UE f'laqg\u0127a tal-Ministri tal-Kummer\u010b fid-9 ta' \u0120unju.", "Din id-diskussjoni kif ukoll il-feedback inizjali mis-s\u0127ab internazzjonali ser jassistu fid-definizzjoni tal-passi li jmiss biex titmexxa \u2018l quddiem din l-inizjattiva.", "Kwistjonijiet o\u0127ra li \u0121ew diskussi llum fost il-Ministri tal-Kummer\u010b tal-Grupp ta' Ottawa jinkludu trasparenza g\u0127al mi\u017curi relatati mal-kummer\u010b me\u0127uda b'reazzjoni g\u0127all-pandemija tal-coronavirus u l-progress fuq negozjati plurilaterali dwar il-kummer\u010b elettroniku.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Kummenti ta' introduzzjoni mill-Kummissarju Ewropew g\u0127all-Kummer\u010b Phil Hogan", "Dokument ta' kun\u010bett tal-Kummissjoni Ewropea", "Dikjarazzjoni tal-Grupp ta' Ottawa"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1053", "title": "Fond Ewropew g\u0127ad-Difi\u017ca: EUR 205 miljun biex ting\u0127ata spinta lill-awtonomija strate\u0121ika u lill-kompetittivit\u00e0 industrijali tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH,DEFENCE,PR-EUWORLD", "date": "Sun, 14 Jun 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni \u0127abbret 16-il pro\u0121ett industrijali tad-difi\u017ca pan-Ewropew u tliet pro\u0121etti tat-teknolo\u0121ija fixkiela li se jibbenefikaw minn finanzjament ta' EUR 205 miljun permezz ta\u017c-\u017cew\u0121 programmi prekursuri ta' Fond Ewropew g\u0127ad-Difi\u017ca implimentat b'mod s\u0127i\u0127: l-Azzjoni Preparatorja fuq ir-Ri\u010berka dwar id-Difi\u017ca (PADR) u l-Programm Ewropew g\u0127all-I\u017cvilupp fl-Industrija tad-Difi\u017ca (EDIDP).", "Margrethe Vestager, il-Vi\u010bi President E\u017cekuttiv g\u0127al Ewropa Lesta g\u0127all-Era Di\u0121itali, qalet: \u201cIl-Fond Ewropew g\u0127ad-Difi\u017ca se jippermetti nfiq a\u0127jar billi l-infiq isir flimkien, u b'hekk jitnaqqsu l-frammentazzjoni u l-ineffi\u010bjenzi.", "Ir-ri\u017cultati ta' su\u010b\u010bess tal-programmi prekursuri tieg\u0127u, im\u0127abbra llum, juru l-potenzjal kbir li je\u017cisti fil-kooperazzjoni bejn l-industriji tad-difi\u017ca kbar u \u017cg\u0127ar, u minn madwar l-UE.\u201d", "Thierry Breton, il-Kummissarju g\u0127as-Suq Intern, qal: \u201cDawn il-pro\u0121etti promettenti juru l-kapa\u010bit\u00e0 tal-UE li tippromwovi u tappo\u0121\u0121a l-kooperazzjoni bejn l-industriji tad-difi\u017ca Ewropej u l-Istati Membri.", "Bl-i\u017cvilupp ta' teknolo\u0121iji u kapa\u010bitajiet tad-difi\u017ca ta' livell g\u0127oli, qed insa\u0127\u0127u r-re\u017ciljenza u l-awtonomija strate\u0121ika tal-UE.", "Il-parte\u010bipanti kollha fil-katina tal-valur tad-difi\u017ca jistg\u0127u jibbenefikaw, irrispettivament mid-daqs u mill-ori\u0121ini tag\u0127hom fl-UE.", "Bil-livell it-tajjeb ta' finanzjament, il-Fond Ewropew g\u0127ad-Difi\u017ca se jippermetti li dawn l-ewwel su\u010b\u010bessi ji\u017cdiedu b'mod sinifikanti.\u201d", "Ir-ri\u017cultati m\u0127abbra llum huma e\u017citu po\u017cittiv \u0127afna u jikkonfermaw il-mudell adatt g\u0127all-iskop tal-Fond Ewropew g\u0127ad-Difi\u017ca.", "L-elementi prin\u010bipali li wie\u0127ed irid jie\u0127u nota tag\u0127hom huma:", "Il-pro\u0121etti m\u0127abbra llum se jappo\u0121\u0121aw l-i\u017cvilupp tal-kapa\u010bitajiet ta' difi\u017ca Ewropej b\u0127ad-droni u teknolo\u0121iji relatati (droni b'karatteristi\u010bi osservabbli mnaqqsa u tatti\u010bi, sistema ta' detezzjoni u evitar g\u0127ad-droni militari, pjattaformi ta' edge computing g\u0127ad-droni), teknolo\u0121iji tal-ispazju (ri\u010bevituri kriptati tal-Galileo ta' grad militari, tag\u0127bija utli ottika ta' grad militari g\u0127as-satelliti \u017cg\u0127ar, sistema tal-big data g\u0127as-sorveljanza tas-satelliti), vetturi tal-art ming\u0127ajr ekwipa\u0121\u0121, sistemi ta' missili bi pre\u010bi\u017cjoni ta' livell g\u0127oli (BLOS \u2013 missili kontra t-tankijiet tal-gwerra), pjattaformi navali futuri, kapa\u010bit\u00e0 ta' attakk elettroniku mill-ajru, netwerks tatti\u010bi u siguri \u0127afna, pjattaformi \u010biberneti\u010bi g\u0127all-g\u0127arfien tas-sitwazzjoni, jew teknolo\u0121iji stealth attivi tal-\u0121enerazzjoni li jmiss.", "Dawn il-pro\u0121etti j\u017cidu mal-15-il pro\u0121ett ta' ri\u010berka ie\u0127or li di\u0121\u00e0 \u0121ew iffinanzjati mill-2017 permezz tal-PADR u l-appo\u0121\u0121 dirett li \u0121ej g\u0127al \u017cew\u0121 pro\u0121etti fuq skala kbira (id-dron MALE u ESSOR).", "Sfond", "Il-Programm Ewropew g\u0127all-I\u017cvilupp fl-Industrija tad-Difi\u017ca (EDIDP), li jiswa EUR 500 miljun g\u0127all-2019-2020, u l-Azzjoni Preparatorja fuq ir-Ri\u010berka dwar id-Difi\u017ca (PADR), li g\u0127andha ba\u0121it ta' EUR 90 miljun g\u0127all-2017-2019, huma programmi pilota g\u0127all-Fond Ewropew g\u0127ad-Difi\u017ca li \u0121ej, li se jrawmu ba\u017ci industrijali innovattiva u kompetittiva fil-qasam tad-difi\u017ca u jikkontribwixxu g\u0127all-awtonomija strate\u0121ika tal-UE.", "Il-PADR tkopri l-fa\u017ci tar-ri\u010berka tal-prodotti tad-difi\u017ca, inklu\u017c it-teknolo\u0121iji fixkiela, filwaqt li l-EDIDP jappo\u0121\u0121a pro\u0121etti marbuta mal-i\u017cvilupp, mit-tfassil sal-prototipi.", "B'ba\u0121it totali ta' iktar minn EUR 160 miljun, f'April 2020 \u0121ew ippubblikati 12-il sej\u0127a g\u0127al proposti o\u0127ra ta\u0127t l-EDIDP li jirriflettu \u0127ti\u0121ijiet kriti\u010bi g\u0127all-kapa\u010bit\u00e0.", "Il-proposti g\u0127al din l-edizzjoni tal-2020 iridu jitressqu sal-1 ta' Di\u010bembru 2020.", "Iktar informazzjoni dwar is-sej\u0127iet g\u0127al proposti tal-EDIDP g\u0127all-2020 hija disponibbli fuq il-Portal Funding & Tendering.", "Il-PADR, li tnediet fl-2017 g\u0127al tliet snin, se talloka b'kollox il-finanzjament g\u0127al 18-il pro\u0121ett ta' ri\u010berka kollaborattiva.", "Ir-rata tar-rispons \u0121enerali g\u0127as-sej\u0127iet g\u0127al proposti tal-PADR kienet g\u0127olja u wriet interess kbir tal-industrija, il-kumpaniji i\u017cg\u0127ar u l-komunit\u00e0 Ewropea tar-ri\u010berka biex ikunu involuti fil-pro\u0121etti ta' ri\u010berka kollaborattiva Ewropej.", "Il-parte\u010bipazzjoni tal-SMEs fis-sej\u0127iet g\u0127al proposti tal-PADR kienet sinifikanti u rrappre\u017centat 22 % tal-proposti.", "Madwar 900 entit\u00e0, stabbiliti f'27 Stat Membru, applikaw g\u0127all-finanzjament tal-PADR matul il-perjodu tal-2017-2019, u 202 \u0121ew iffinanzjati.", "L-industrija tad-difi\u017ca tal-UE tirrappre\u017centa 440.000 impjegat bi kwalifiki g\u0127olja, kellha \u0127afna effetti kollaterali po\u017cittivi fuq l-applikazzjoni \u010bivili u qed issir dejjem aktar industrija b'u\u017cu doppju g\u0127all-benefi\u010b\u010bju tal-ekonomija in\u0121enerali.", "Se tkun milquta b'mod gravi mill-kri\u017ci tal-coronavirus.", "I\u017c-\u017cieda ta' aktar minn EUR 200 miljun se tikkontribwixxi g\u0127all-appo\u0121\u0121 tal-kompetittivit\u00e0 u l-potenzjal tal-innovazzjoni tag\u0127ha, inklu\u017c billi tin\u010bentiva l-investiment tal-Istati Membri fir-R&\u017b permezz ta' effett ta' ingrana\u0121\u0121 ta' aktar minn EUR 113.", "G\u0127al aktar informazzjoni:", "Stqarrija g\u0127all-istampa dwar it-tnedija tal-Fond Ewropew g\u0127ad-Difi\u017ca, \u0120unju 2017", "Stqarrija g\u0127all-istampa dwar l-ewwel g\u0127otjiet g\u0127ar-ri\u010berka g\u0127ad-difi\u017ca, Frar 2018", "Stqarrija g\u0127all-istampa dwar il-Proposta g\u0127al Fond Ewropew g\u0127ad-Difi\u017ca 2021-2027, \u0120unju 2018", "Stqarrija g\u0127all-istampa dwar il-ftehim provvi\u017corju dwar il-\u0121ejjieni tal-Fond Ewropew g\u0127ad-Difi\u017ca, Frar 2019", "Stqarrija g\u0127all-istampa dwar it-twittija tat-triq g\u0127all-ewwel pro\u0121etti industrijali kon\u0121unti ta\u0127t il-ba\u0121it tal-UE, Frar 2019", "Aktar informazzjoni dwar il-Programm ta' \u0126idma u s-sej\u0127iet g\u0127al proposti tal-PADR", "Aktar informazzjoni dwar il-Programm ta' \u0126idma u s-sej\u0127iet g\u0127al proposti tal-EDIDP", "Skeda informattiva dwar is-sej\u0127a g\u0127al proposti tal-EDIDP ta' April", "Skeda informattiva dwar il-pro\u0121etti tal-PADR ta' April"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_20_1067", "title": "Stqarrija kon\u0121unta tal-UE u tar-Renju Unit wara l-laqg\u0127a ta' livell g\u0127oli fil-15 ta' \u0120unju", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PRESIDENCY,BREXIT", "date": "Sun, 14 Jun 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Fil-15 ta' \u0120unju, il-Prim Ministru Boris Johnson iltaqa' mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, u mal-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli permezz ta' vidjokonferenza biex jie\u0127du kont tal-progress u biex flimkien jistabbilixxu kif se jimxu 'l quddiem fin-negozjati dwar ir-relazzjoni futura.", "Il-Partijiet \u0127adu nota tad-de\u010bi\u017cjoni tar-Renju Unit li ma jitlobx estensjoni g\u0127all-perjodu ta' tran\u017cizzjoni.", "G\u0127aldaqstant il-perjodu ta' tran\u017cizzjoni se jispi\u010b\u010ba fil-31 ta' Di\u010bembru 2020, skont id-dispo\u017cizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121.", "Il-Partijiet laqg\u0127u d-diskussjonijiet kostruttivi dwar ir-relazzjoni futura li saru ta\u0127t it-tmexxija tal-Kapijiet Negozjaturi David Frost u Michel Barnier, biex i\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at ikunu f'qag\u0127da li ji\u010b\u010baraw u jifhmu a\u0127jar il-po\u017cizzjonijiet tag\u0127hom.", "Huma \u0127adu nota li minkejja l-isfidi ppre\u017centati mill-pandemija tal-COVID-19 \u0121ew ikkompletati erba' \u010bikli ta' negozjati u \u0121ew skambjati testi.", "Il-Partijiet madankollu qablu li kien hemm b\u017conn ta' momentum \u0121did.", "Huma appo\u0121\u0121aw il-pjanijiet maqbula mill-Kapijiet Negozjaturi li f'Lulju jintensifikaw it-ta\u0127ditiet u li jo\u0127olqu l-kundizzjonijiet l-aktar propizji g\u0127all-konklu\u017cjoni u g\u0127ar-ratifika ta' ftehim qabel tmiem l-2020.", "Jekk possibbli dan g\u0127andu jinkludi fehim bikri tal-prin\u010bipji sottostanti g\u0127al kwalunkwe ftehim.", "Il-Partijiet enfasizzaw l-intenzjoni tag\u0127hom li ja\u0127dmu bis-sa\u0127\u0127a biex ikollhom relazzjoni li ta\u0127dem fl-interess ta\u010b-\u010bittadini tal-Unjoni u tar-Renju Unit.", "Huma kkonfermaw ukoll l-impenn tag\u0127hom li jimplimentaw b'mod s\u0127i\u0127 u f'waqtu l-Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1059", "title": "Ir-rispons globali g\u0127all-coronavirus: pont umanitarju bl-ajru tal-UE g\u0127all-Afganistan u aktar appo\u0121\u0121", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ICHACR,COVID-19", "date": "Sun, 14 Jun 2020 22:00:00 GMT", "text": ["B\u0127ala parti mir-rispons globali tal-UE g\u0127all-coronavirus, fil-15 ta' \u0120unju se titlaq titjira tal-pont umanitarju bl-ajru tal-UE minn Maastricht (in-Netherlands) lejn Kabul (l-Afganistan).", "It-titjira se twassal 100 tunnellata ta' materjali li jsalvaw il-\u0127ajjiet biex ji\u0121u forniti l-imsie\u0127ba umanitarji ffinanzjati mill-UE.", "It-titjira hija ffinanzjata g\u0127alkollox mill-UE u hija parti mit-titjiriet attwali fl-ambitu tal-pontijiet bl-ajru lejn \u017coni kriti\u010bi tad-dinja.", "L-UE qed tipprovdi wkoll pakkett \u0121did ta' g\u0127ajnuna ta' \u20ac39 miljun biex tag\u0127ti spinta lir-rispons g\u0127all-coronavirus kif ukoll biex tg\u0127in lill-vittmi tal-gwerra, tal-ispostament furzat u tad-di\u017castri naturali fl-Afganistan.", "Il-Kummissarju g\u0127all-\u0120estjoni tal-Kri\u017cijiet Janez Lenar\u010di\u010d qal: \u201cF'dawn i\u017c-\u017cminijiet diffi\u010bli, l-UE tkompli tappo\u0121\u0121a l-aktar persuni vulnerabbli fl-Afganistan.", "Il-pandemija tal-coronavirus tirrappre\u017centa sfidi lo\u0121isti\u010bi enormi g\u0127all-komunit\u00e0 umanitarja, u g\u0127ad hemm b\u017conn kbir f'erjas kriti\u010bi.", "B'dan il-pont bl-ajru l-UE qed twassal assistenza vitali b\u0127al ikel, nutrizzjoni, ilma u kenn biex ti\u017cgura li l-g\u0127ajnuna tasal g\u0127and kemm jista' jkun nies, u biex tikkontribwixxi g\u0127as-sostenn tal-poplu Afgan.\u201d", "Il-pro\u0121etti umanitarji tal-UE fl-Afganistan jiffokaw fuq l-g\u0127oti ta' kura tas-sa\u0127\u0127a ta' emer\u0121enza, kenn, assistenza alimentari, a\u010b\u010bess g\u0127al fa\u010bilitajiet tal-ilma nadif u tas-sanit\u00e0, kif ukoll servizzi ta' protezzjoni varji li jappo\u0121\u0121aw lin-nisa u lit-tfal.", "Mill-2019 'l hawn \u0121ew allokati kwa\u017ci \u20ac100 miljun f'appo\u0121\u0121 umanitarju biex tkun \u017cgurata l-assistenza ta' solliev kritika g\u0127al dawk l-aktar vulnerabbli.", "Barra minn hekk, il-Mekkani\u017cmu ta' Rispons ta' Emer\u0121enza ffinanzjat mill-UE jg\u0127in lill-persuni li re\u010bentement kienu spostati fl-Afganistan.", "Fl-2019 u fl-2020 il-Mekkani\u017cmu la\u0127aq 400,000 ru\u0127 fil-provin\u010bji kollha permezz tal-g\u0127oti ta' g\u0127ajnuna b\u0127all-ilma nadif u l-a\u010b\u010bess g\u0127as-servizzi ta' sanit\u00e0.", "Sfond", "L-insigurt\u00e0 u l-kunflitt li g\u0127addej qed ikomplu jikkaw\u017caw tbatija enormi u spostament tan-nies fl-Afganistan u fir-re\u0121jun s\u0127i\u0127.", "Aktar minn 3.5 miljun persuna g\u0127andhom b\u017conn servizzi tas-sa\u0127\u0127a essenzjali.", "Madwar 13.5-il miljun ru\u0127 m'g\u0127andhomx bi\u017c\u017cejjed x'jieklu u mill-inqas 9 miljun ru\u0127 g\u0127andhom b\u017conn assistenza alimentari.", "L-UE ilha tiffinanzja l-operazzjonijiet umanitarji fl-Afganistan mill-1992, u sal-lum ipprovdiet kwa\u017ci \u20ac935 miljun."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_20_1054", "title": "Il-coronavirus: Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-konsultazzjoni mal-Istati Membri dwar il-proposta biex il-Qafas Temporanju tal-g\u0127ajnuna mill-Istat ji\u0121i esti\u017c biex jag\u0127ti aktar sostenn lill-kumpaniji mikro, \u017cg\u0127ar u \u0121odda u jin\u010bentivizza l-investimenti privati", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COMPETY,STATAID,COVID-19", "date": "Thu, 11 Jun 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea bag\u0127tet abbozz ta' proposta lill-Istati Membri g\u0127al konsultazzjoni dwar estensjoni ulterjuri tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Qafas Temporanju g\u0127al g\u0127ajnuna mill-Istat li \u0121ie adottat fid-19 ta' Marzu 2020 biex jag\u0127ti sostenn lill-ekonomija fil-kuntest tat-tifqig\u0127a tal-coronavirus.", "Il-Qafas Temporanju \u0121ie emendat g\u0127all-ewwel darba fit-3 ta' April 2020 biex i\u017cid il-possibbiltajiet li l-pubbliku jsostni r-ri\u010berka, l-ittestjar u l-produzzjoni ta' prodotti rilevanti g\u0127all-\u0121lieda kontra t-tifqig\u0127a tal-coronavirus, biex ji\u0121u protetti l-impjiegi u biex jing\u0127ata aktar sostenn lill-ekonomija.", "Fit-8 ta' Mejju 2020, il-Kummissjoni adottat it-tieni emenda li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Qafas Temporanju g\u0127all-mi\u017curi ta' rikapitalizzazzjoni u ta' dejn subordinat.", "Issa, il-Kummissjoni qed tipproponi li tkompli testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Qafas Temporanju billi tippermetti li l-Istati Membri (i) jag\u0127tu sostenn lil \u010berti impri\u017ci mikro u \u017cg\u0127ar, inklu\u017c in-negozji l-\u0121odda li di\u0121\u00e0 kienu f'diffikult\u00e0 qabel il-31 ta' Di\u010bembru 2019, u (ii) jipprovdu in\u010bentivi biex l-investituri privati jipparte\u010bipaw f'mi\u017curi ta' rikapitalizzazzjoni relatati mal-coronavirus.", "Issa, l-Istati Membri g\u0127andhom il-possibbilt\u00e0 li jikkummentaw dwar l-abbozz tal-proposta tal-Kummissjoni.", "Il-Vi\u010bi President E\u017cekuttiv Margrethe Vestager, li hija responsabbli mill-politika tal-kompetizzjoni, qalet \u201cIl-kumpaniji mikro, \u017cg\u0127ar u \u0121odda jiffa\u010b\u010bjaw sfidi b'ri\u017cultat tal-kri\u017ci tal-coronavirus.", "Dawn huma kru\u010bjali g\u0127all-irkupru ekonomiku tal-Unjoni.", "G\u0127aldaqstant, nipproponu li nestendu l-Qafas Temporanju biex nippermettu li l-Istati Membri jag\u0127tu aktar sostenn lill-kumpaniji mikro u \u017cg\u0127ar, inklu\u017c il-kumpaniji l-\u0121odda.", "Barra minn hekk, nipproponu li nintrodu\u010bu kundizzjonijiet li jipprovdu in\u010bentivi biex l-investituri privati jipparte\u010bipaw flimkien mal-Istat fir-rikapitalizzazzjonijiet.", "Din hija a\u0127bar tajba g\u0127ax tnaqqas il-\u0127tie\u0121a g\u0127all-g\u0127ajnuna mill-Istat u r-riskju ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.", "Inkomplu na\u0127dmu mill-qrib mal-Istati Membri biex ni\u017cguraw li n-negozji Ewropej ikollhom a\u010b\u010bess g\u0127al-likwidit\u00e0 li tkun me\u0127tie\u0121a b'mod ur\u0121enti, biex nikkontribwixxu g\u0127all-irkupru ekonomiku wara l-coronavirus.\u201d", "L-iskop ewlieni tal-Qafas Temporanju huwa li jing\u0127ata sostenn immirat g\u0127all-kumpaniji li f'sitwazzjonijiet o\u0127ra kienu jkunu vijabbli u li jkunu da\u0127lu f'diffikult\u00e0 finanzjarja b'ri\u017cultat tat-tifqig\u0127a tal-coronavirus.", "G\u0127aldaqstant, il-kumpaniji li di\u0121\u00e0 kienu f'diffikult\u00e0 qabel il-31 ta' Di\u010bembru 2019 mhumiex eli\u0121ibbli g\u0127al g\u0127ajnuna skont il-Qafas Temporanju, i\u017cda jistg\u0127u jibbenefikaw minn g\u0127ajnuna skont ir-regoli e\u017cistenti tal-g\u0127ajnuna mill-Istat, b'mod partikolari l-Linji Gwida dwar is-Salvata\u0121\u0121 u r-Ristrutturar.", "Dawn il-Linji Gwida jistabbilixxu kundizzjonijiet \u010bari li skonthom dawn il-kumpaniji jridu jiddefinixxu pjanijiet ta' ristrutturar sodi li jippermettulhom jiksbu vijabbilt\u00e0 fit-tul.", "Madankollu, il-kumpaniji mikro u \u017cg\u0127ar \u0121ew affettwati b'mod partikolari min-nuqqas ta' likwidit\u00e0 kkaw\u017cata mill-impatt ekonomiku tat-tifqig\u0127a pre\u017centi tal-coronavirus, u dan jiggrava d-diffikultajiet e\u017cistenti tag\u0127hom biex ja\u010b\u010bessaw il-finanzjament meta mqabbel mal-impri\u017ci medji u kbar.", "Jekk jibqg\u0127u ma ji\u0121ux indirizzati, dawn id-diffikultajiet jistg\u0127u jwasslu g\u0127al g\u0127add kbir ta' fallimenti ta' kumpaniji mikro u \u017cg\u0127ar, u dan jikkaw\u017ca tfixkil serju g\u0127all-ekonomija kollha tal-UE.", "G\u0127aldaqstant, il-Kummissjoni qed tikkonsulta mal-Istati Membri dwar il-possibbilt\u00e0 li jing\u0127ata sostenn pubbliku skont il-Qafas Temporanju lill-kumpaniji mikro u \u017cg\u0127ar kollha, anke jekk dawn jikkwalifikaw li kienu f'diffikult\u00e0 finanzjarja fil-31 ta' Di\u010bembru 2019.", "Dan japplika sakemm dawn il-kumpaniji ma jkunux fi pro\u010beduri ta' falliment, ma jkunux ir\u010bevew g\u0127ajnuna g\u0127as-salvata\u0121\u0121 li ma jkunx t\u0127allas lura jew ma jkunux so\u0121\u0121etti g\u0127al pjan ta' ristrutturar skont ir-regoli tal-g\u0127ajnuna mill-Istat.", "Min\u0127abba d-daqs limitat u l-involviment fi tran\u017cazzjonijiet transfruntiera, l-g\u0127ajnuna temporanja mill-Istat g\u0127all-kumpaniji mikro u \u017cg\u0127ar hija anqas probabbli li tfixkel il-kompetizzjoni fis-Suq Intern mill-g\u0127ajnuna mill-Istat g\u0127all-kumpaniji l-kbar.", "Din l-emenda effettivament se \u017c\u017cid il-possibbiltajiet li jing\u0127ata sostenn lill-kumpaniji l-\u0121odda, spe\u010bjalment dawk innovattivi li jistg\u0127u jkunu qed jag\u0127mlu telf fil-fa\u017ci ta' tkabbir tag\u0127hom, li huma kru\u010bjali g\u0127all-irkupru ekonomiku tal-Unjoni.", "Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-impri\u017ci \u017cg\u0127ar u medji kollha li kien ilhom je\u017cistu g\u0127al inqas minn tliet snin fil-31 ta' Di\u010bembru 2019 setg\u0127u di\u0121\u00e0 jibbenefikaw mill-mi\u017curi ta' g\u0127ajnuna stabbiliti fil-Qafas Temporanju.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipproponi wkoll li tadatta l-kundizzjonijiet g\u0127all-mi\u017curi ta' rikapitalizzazzjoni skont il-Qafas Temporanju g\u0127al dawk il-ka\u017cijiet fejn l-investituri privati jikkontribwixxu g\u0127a\u017c-\u017cieda fil-kapital tal-kumpaniji flimkien mal-Istat.", "L-ewwel nett, il-bidliet proposti jippermettu li l-impri\u017ci b'parte\u010bipazzjoni azzjonarja tal-Istat e\u017cistenti ji\u0121\u0121eneraw kapital simili g\u0127all-impri\u017ci privati, filwaqt li j\u017commu l-istess salvagwardji biex jippreservaw il-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Uniku.", "It-tieni, il-bidliet proposti j\u0127e\u0121\u0121u l-injezzjonijiet ta' kapital b'parte\u010bipazzjoni privata sinifikanti anke fil-kumpaniji privati, u dan jillimita l-\u0127tie\u0121a g\u0127all-g\u0127ajnuna mill-Istat u r-riskju ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_209", "title": "Il-Politika ta' Koe\u017cjoni\nfl-2008: EUR\u00a038\u00a0biljun im\u0127allsa lill-Istati Membri qed\njg\u0127inu biex isostnu l-ekonomija, tg\u0127id il-Kummissarju Danuta\nH\u00fcbner", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Tue, 03 Feb 2009 23:00:00 GMT", "text": ["IP/09/209", "Brussell, 4 ta' Frar 2009", "\"L-2008 kienet sena esi\u0121enti g\u0127all-Istati Membri u r-re\u0121juni, partikolarment fid-dawl tal-klima ekonomika li kienet sejra g\u0127all-ag\u0127ar.", "L-appo\u0121\u0121 qawwi u stabbli mog\u0127ti mill-Politika tal-Koe\u017cjoni huwa importanti aktar minn qatt qabel, mil-lat ta' g\u0127ajnuna g\u0127al preservazzjoni ta' attivit\u00e0 ekonomika u biex jag\u0127ti stimolu tassew me\u0127tie\u0121 fl-2009 permezz tal-kontribut tag\u0127ha g\u0127all-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku.", "Dan se jippermettilna biex nag\u0127tu spinta l-likwidit\u00e0 fl-Istati membri, bl-introduzzjoni ta' EUR 6.25 biljun addizzjonali b\u0127ala \u0127lasijiet bil-quddiem din is-sena, u qeg\u0127din nestendu l-iskadenzi ta\u017c-\u017cmien g\u0127all-klejms tal-\u0127lasijiet biex sa l-anqas ewro jintu\u017ca bl-aqwa mod,\" qalet il-Kummissarju.", "It-EUR 38.3 biljun im\u0127allsa fl-2008 kienu diretti permezz ta' erba' Fondi Strutturali \u2013 il-Fond Ewropew tal-I\u017cvilupp Re\u0121jonali (FE\u017bR), il-Fond So\u010bjali Ewropew (FSE), il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (EAGGF) \u2013 Gwida (EAGGF-G) u l-Istrument Finanzjarju g\u0127all-Gwida tas-Sajd (FIFG), flimkien mal-Fond ta' Koe\u017cjoni.", "T\u0127allsu EUR 26.8 biljun g\u0127al programmi u pro\u0121etti mill-perjodu 2000-2006 u EUR 11.5 biljun g\u0127all-2007-2013.", "Il-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006", "Il-finanzjament totali allokat lill-Istati Membri fil-perjodu ba\u0121itarju 2000-2006 kien ta' EUR 257 biljun.", "S'issa, t\u0127allsu EUR 225 biljun \u2013 87.5 % tat-total.", "L-Istati Membri jistg\u0127u jag\u0127mlu \u0127lasijiet g\u0127al dan il-perjodu sat-30 ta' \u0120unju 2009 g\u0127all-Fondi Strutturali, wara d-de\u010bi\u017cjoni tal-Kummissjoni li testendi l-iskadenza ta\u017c-\u017cmien b'sitt xhur.", "L-iskadenza g\u0127all-\u0127lasijiet tal-Fond ta' Koe\u017cjoni hija fil-bi\u010b\u010ba l-kbira l-a\u0127\u0127ar tal-2010.", "Il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013", "Il-finanzjament totali allokat lill-Istati Membri matul dan il-perjodu 2007-2013 jammonta g\u0127al EUR 347 biljun.", "Il-preparazzjoni tal-pro\u0121etti miexja 'l quddiem b'rata mg\u0127a\u0121\u0121la: skont l-ewwel estimi, di\u0121\u00e0 ntg\u0127a\u017clu aktar minn 40 000 pro\u0121ett fl-Istati Membri, inklu\u017ci 60 \"pro\u0121ett ewlieni\" (l-ispi\u017ca totali taqbe\u017c il-EUR 25 miljun fil-ka\u017c ta' pro\u0121ett ambjentali u EUR 50 miljun f'oqsma o\u0127ra).", "Nota lill-edituri:", "E\u017cempji ri\u010benti ta' pro\u0121etti ewlenin li r\u010bevew finanzjament sinifikanti permezz tal-Politika tal-Koe\u017cjoni tal-UE jinkludu: ferrovija ta' velo\u010bit\u00e0 g\u0127olja li tg\u0127aqqad Cordoba ma' Malaga fi Spanja (kontribuzzjoni tal-UE: EUR 852 miljun); metro \u0121did f'Porto, il-Portugall (L-UE: EUR 316-il miljun); Il-pont Rio-Antirrio fil-Gre\u010bja (L-UE: EUR 257 miljun); il-modernizzazzjoni tal-linja tal-ferrovija bejn Warsaw u Lodz fil-Polonja (L-UE: EUR 161 miljun.", "G\u0127al aktar tag\u0127rif dwar il-kontribut mag\u0127mul mill-Politika tal-Koe\u017cjoni lill-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku:", "http://ec.europa.eu/regional_policy/funds/recovery/", "Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_10_713", "title": "Il-Kummissarju Vassiliou tippre\u017centa l-premjijiet tal-UE g\u0127all-Wirt Kulturali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 09 Jun 2010 22:00:00 GMT", "text": ["IP/10/713", "Brussell, l-10 ta' \u0120unju 2010", "Il-Kummissarju Vassiliou tippre\u017centa l-premjijiet tal-UE g\u0127all-Wirt Kulturali", "Kwa\u017ci 30 pro\u0121ett ta' wirt kulturali ta' livell g\u0127oli se jkunu ppremjati llejla fil-Premju tal-Unjoni Ewropea g\u0127all-Wirt Kulturali/Premjijiet Europa Nostra fl-Aya Irini (il-Palazz Topkapi) f'Istanbul, it-Turkija.", "Il-premjijiet se jkunu ppre\u017centati minn Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew responsabbli g\u0127all-kultura, u Denis de Kergolay, il-President ta' Europa Nostra, netwerk iddedikat g\u0127all-\u0127arsien tal-wirt kulturali u l-pajsa\u0121\u0121i tal-Ewropa.", "Sitta mill-pro\u0121etti (ara l-anness g\u0127al-lista s\u0127i\u0127a) se jir\u010bievu gran premju u EUR 10 000 kull wie\u0127ed.", "Ir-rebbie\u0127a ntg\u0127a\u017clu minn esperti indipendenti minn kwa\u017ci 140 pro\u0121ett li jkopru 26 pajji\u017c.", "Il-premjijiet jirrikonoxxu l-e\u010b\u010bellenza fil-konservazzjoni, ir-ri\u010berka, id-dedikazzjoni fis-servizz, u l-edukazzjoni, it-ta\u0127ri\u0121 u l-qawmien ta' kuxjenza.", "\"Qed isir xog\u0127ol kbir madwar l-Ewropa biex jit\u0127ares wirtna, biex ji\u0121i kkonservat il-wirt industrijali tag\u0127na, biex ji\u0121u rri\u0121enerati l-bliet u \u017c-\u017coni fejn noqog\u0127du, biex issir ri\u010berka dwar kif l-i\u017cviluppi di\u0121itali jistg\u0127u jipprovdu a\u010b\u010bess a\u0127jar g\u0127al wirtna u biex ji\u0121u edukati u jit\u0127arr\u0121u nies dwar wirtna,\" qalet il-Kummissarju Vassiliou.", "\"Dan ix-xog\u0127ol kollu mhux biss jg\u0127in lill-Ewropa tkun post sabi\u0127 fejn toqg\u0127od, imma jo\u0127loq ukoll l-impjiegi, ji\u0121bed lit-turisti u jikkontribwixxi g\u0127all-i\u017cvilupp sostenibbli.\"", "Is-sitt rebbie\u0127a tal-Gran Premju huma:", "Le Coll\u00e8ge des Bernardins (kulle\u0121\u0121 \u010aister\u010bens tas-Seklu 13 li \u0121ie restawrat), Pari\u0121i", "Neues Museum (inkorporazzjoni ta' arkitettura temporanja fir-rikostruzzjoni tas-sit ori\u0121inali), Berlin", "Teatru Ruman (g\u0127ar-restawr u l-konservazzjoni tat-te\u017cori li nstabu waqt l-iskavar), Cartagena", "Pro\u0121ett tal-Ittri ta' Van Gogh (di\u0121italizzazzjoni tal-korrispondenza tal-artist u wirja), Amsterdam", "Nils Vest (produttur ta' films dokumentarji li jiffukaw fuq il-wirt arkitettoniku), Kopen\u0127agen", "Baerwaldbad (rinnovazzjoni tad-dar tal-banjijiet pubbli\u010bi fi Kreuzberg minn \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li qed jit\u0127arr\u0121u vokazzjonalment), Berlin", "Id-29 pro\u0121ett li se jkunu premjati llejla jvarjaw minn restawri kbar ta' bini g\u0127al xog\u0127lijiet ta' riabilitazzjoni ta' pajsa\u0121\u0121i u kollezzjonijiet tal-arti.", "G\u0127al deskrizzjonijiet s\u0127a\u0127 tal-pro\u0121etti u ritratti rebbie\u0127a, id\u0127ol hawn: http://www.europanostra.org/laureates-2010/", "Il-Premju tal-Unjoni Ewropea g\u0127all-Premjijiet tal-Wirt Kulturali/Europa Nostra huma ffinanzjati mill-Programm Kulturali tal-UE, li g\u0127andu l-g\u0127an li jinkora\u0121\u0121ixxi \u010b-\u010birkolazzjoni transnazzjonali ta' xog\u0127lijiet kulturali u artisti\u010bi, il-mobilit\u00e0 transkonfinali tal-\u0127addiema fis-settur, u djalogu interkulturali.", "Il-Programm Kulturali, li g\u0127andu ba\u0121it totali ta' EUR 400 miljun fl-2007-2013, jappo\u0121\u0121ja wkoll l-iskambju tal-aqwa prassi fil-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-wirt.", "Europa Nostra tirrappre\u017centa 400 organizzazzjoni mhux governattiva u asso\u010bjata, b'1 500 membru individwali f'iktar minn 50 pajji\u017c.", "Iktar informazzjoni", "Dwar il-Premju tal-Unjoni Ewropea g\u0127all-Wirt Kulturali/il-Premjijiet Europa Nostra:", "http://ec.europa.eu/culture/our-programmes-and-actions/doc623_en.htm", "Dwar il-programm Kulturali tal-Kummissjoni Ewropea:", "http://ec.europa.eu/culture/index_en.htm", "Il-websajt tal-Kummissarju Vassiliou:", "http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/vassiliou/index_en.htm", "ANNESS - Lista s\u0127i\u0127a tar-rebbie\u0127a tal-premjijiet (elenkati alfabetikament skont il-pajji\u017c)", "Pre\u017cervazzjoni", "The Nodkette Cableway-Stations, Innsbruck, AUSTRIA", "L'Ancienne Fonderie de la Soci\u00e9t\u00e9 Alsacienne de Construction M\u00e9canique (SACM), Muhlouse, FRANCE", "Le Coll\u00e8ge des Bernardins, Paris, FRANCE", "The Sarcophagi of the Dukes of Pomerania, Wolgast, GERMANY", "The Neues Museum, Berlin, GERMANY", "The ancient tower at Horio-Aghia Triada and the adjacent buildings of later times, Amorgos, GREECE", "The Natural, Archaeological and Historic Heritage of the National Observatory, Athens, GREECE", "Ancient City Walls and Fortifications of 'sHertogenbosch, THE NETHERLANDS", "The Westergasfabriek, Amsterdam, THE NETHERLANDS", "The Monastery of Santa Clara-A-Velha, Coimbra, PORTUGAL", "The Roman Theatre Museum, Cartagena, SPAIN", "The Descalzos Church, Ecija, SPAIN", "The Royal town of San Ildefonso, SPAIN", "The Sultan's Pavilion of the Yeni Mosque, Istanbul, TURKEY", "St Davids Bishop's Palace, St Davids, UNITED KINGDOM", "St. Martin-in-the-Fields, London, UNITED KINGDOM", "Ri\u010berka", "Restoration Study for the Horn\u00ed Hrad of the Be\u010dov State Castle, Be\u010dov, CZECH REPUBLIC", "Sacred Timber Architecture in Carpathian: Building Archaeology of Selected Objects in West Ukraine, Munich, GERMANY", "Restoration Study for the Tempesta's Fortress, Noale, ITALY", "The Letters Project of Vincent van Gogh, Amsterdam, THE NETHERLANDS", "Dedikazzjoni fis-servizz", "Nils Vest, Copenhagen, DENMARK", "Commission to Preserve National Monuments, Sarajevo, BOSNIA HERZEGOVINA", "Ludmilla V. Shaposhnikova, Moscow, RUSSIAN FEDERATION.", "Edukazzjoni, ta\u0127ri\u0121 u qawmien ta' kuxjenza", "REMPART: B\u00e9n\u00e9voles et volontaires pour la sauvegarde du patrimoine, Paris FRANCE", "The East Eifel Volcano Park, Plaidt GERMANY", "The Baerwaldbad - Conservation through Vocational Training of an old Public Bath House, Berlin GERMANY", "Empathic Archaeology - On storytelling and identity, Borger THE NETHERLANDS", "Discovering the Museum - Youth Educational Project, Sibiu ROMANIA", "Faith in Maintenance, London UNITED KINGDOM"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/CJE_10_54", "title": "D\u0127ul fis-servizz tal-Im\u0127allef il-\u0121did fil-Qorti tal-\u0120ustizzja tal-Unjoni Ewropea", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 09 Jun 2010 22:00:00 GMT", "text": ["Stampa u Informazzjoni", "Il-Qorti tal-\u0120ustizzja tal-Unjoni Ewropea", "STQARRIJA G\u0126ALL-ISTAMPA Nru 54/10", "il-Lussemburgu, 10 ta' \u0120unju 2010 Udjenza solenni tal-Qorti tal-\u0120ustizzja", "D\u0127ul fis-servizz tal-Im\u0127allef il-\u0121did fil-Qorti tal-\u0120ustizzja tal-Unjoni Ewropea", "Udjenza solenni tal-10 ta' \u0120unju 2010", "Wara r-ri\u017cenja ta' Christiaan Timmermans, ir-rappre\u017centanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea nnominaw, permezz ta' de\u010bi\u017cjoni tat-2 ta' \u0120unju 2010, lil Alexandra Prechal b\u0127ala M\u0127allef tal-Qorti tal-\u0120ustizzja tal-Unjoni Ewropea, sabiex isservi l-bqija tal-mandat ta' C. Timmermans, ji\u0121ifieri mill-10 ta' \u0120unju 2010 sas-6 ta' Ottubru 2012.", "Fl-okka\u017cjoni tal-\u0121urament tal-\u0127atra u tad-d\u0127ul fis-servizz tal-Im\u0127allef il-\u0121did, illum in\u017cammet udjenza solenni fis-sede tal-Qorti tal-\u0120ustizzja.", "Alexandra (Sacha) Prechal", "Imwielda fl-1959; studjat il-li\u0121i (Universit\u00e0 ta' Groningen); Dottorat fil-Li\u0121i (Universit\u00e0 ta' Amsterdam, 1995); Lecturer tad-dritt fil-Fakult\u00e0 tal-Li\u0121i ta' Maastricht (1983-1987); R\u00e9f\u00e9rendaire fil-Qorti tal-\u0120ustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1987-1991); Lecturer fl-Institut Europa tal-Fakult\u00e0 tal-Li\u0121i tal-Universit\u00e0 ta' Amsterdam (1991-1995); professur fid-Dritt Ewropew fil-Fakult\u00e0 tal-Universit\u00e0 ta' Tilburg (1995-2003); professur fid-Dritt Ewropew fl-Universit\u00e0 ta' Utrecht u Membru tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-Istitut Europa tal-Universit\u00e0 ta' Utrecht (mill-2003); membru tal-kunsill editorjali ta' diversi rivisti legali nazzjonali u internazzjonali; awtri\u010bi ta' numru ta' pubblikazzjonijiet; Membru tal-Akkademja Rjali Olandi\u017ca tax-Xjenzi; Im\u0127allef fil-Qorti tal-\u0120ustizzja mill-10 ta' \u0120unju 2010.", "Dokument mhux uffi\u010bjali g\u0127all-u\u017cu tal-mezzi tal-komunikazzjoni li ma jorbotx lill-Qorti tal-\u0120ustizzja.", "Kuntatt g\u0127all-istampa: Christopher Fretwell (+352) 4303 3355", "Ritratti tal-udjenza solenni jkunu disponibbli fuq \" Europe by Satellite \"(+32) 2 2964106"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_261", "title": "Il-\u0121lieda kontra diskors ta' mibeg\u0127da onlajn - l-inizjattiva tal-Kummissjoni turi li t-titjib ikompli, jing\u0127aqdu aktar pjattaformi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGSIN,JFRC", "date": "Thu, 18 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["It-tielet evalwazzjoni tal-Kodi\u010bi ta' Kondotta dwar il-\u0121lieda kontra d-diskors ta' mibeg\u0127da illegali online mwettqa minn organizzazzjonijiet mhux governattivi u korpi pubbli\u010bi rrilaxxata llum turi li l-kumpaniji tal-IT ne\u0127\u0127ew medja ta' 70% ta' diskors ta' mibeg\u0127da llegali nnotifikat lilhom.", "Minn Mejju 2016, Facebook, Twitter, YouTube u Microsoft impenjaw ru\u0127hom favur il-\u0121lieda kontra t-tixrid ta' dan il-kontenut fl-Ewropa permezz tal-Kodi\u010bi ta' Kondotta.", "It-tielet \u010biklu ta' monitora\u0121\u0121 juri li l-kumpaniji issa qeg\u0127din dejjem aktar iwettqu l-impenn tag\u0127hom li jne\u0127\u0127u l-ma\u0121\u0121oranza ta' diskors ta' mibeg\u0127da illegali fi \u017cmien 24 sieg\u0127a.", "Madankollu, g\u0127ad baqa' xi sfidi o\u0127ra, partikolarment nuqqas ta' feedback sistematiku lill-utenti.", "Illum, Instagram u Google+ \u0127abbru li se jissie\u0127bu fil-Kodi\u010bi ta' Kondotta, u b'hekk ikomplu jespandu l-g\u0127add ta' atturi koperti minnu.", "Andrus Ansip, il-Vi\u010bi President g\u0127as-Suq Uniku Di\u0121itali tal-Kummissjoni Ewropea, laqa' dan it-titjib: \u201cIr-ri\u017cultati pre\u017centi juru b'mod \u010bar li l-pjattaformi online jie\u0127du bis-serjet\u00e0 l-impenn tag\u0127hom biex jirrie\u017caminaw in-notifiki u jne\u0127\u0127u diskors ta' mibeg\u0127da illegali ifi \u017cmien 24 sieg\u0127a.", "In\u0127e\u0121\u0121e\u0121 bil-qawwa lill-kumpaniji tal-IT biex itejbu t-trasparenza u l-feedback lill-utenti, f'konformit\u00e0 mal-gwida li a\u0127na ppubblikajna s-sena l-o\u0127ra.", "Huwa wkoll mportanti li jkun hemm fis-se\u0127\u0127 salvagwardji biex ji\u0121i evitat li jitne\u0127\u0127a aktar milli jkun me\u0127tie\u0121 u jkunu protetti drittijiet fundamentali b\u0127al-libert\u00e0 tal-espressjoni.\u201d", "V\u0115ra Jourov\u00e1, il-Kummissarju tal-UE g\u0127all-\u0120ustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-\u0120eneri, qalet:\" L-internet g\u0127andu jkun post aktar sikur, \u0127ieles minn diskors ta' mibeg\u0127da illegali, liberu minn kontenut ksenofobiku u razzista.", "Il-Kodi\u010bi ta' Kondotta issa qed juri li huwa g\u0127odda siewja biex ji\u0121i mi\u0121\u0121ieled il-kontenut illegali malajr u b'mod effi\u010bjenti.", "Dan juri li meta jkun hemm kollaborazzjoni qawwija bejn il-kumpaniji tat-teknolo\u0121ija, is-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili u dawk li jfasslu l-politiki nistg\u0127u niksbu r-ri\u017cultati u fl-istess waqt, nippre\u017cervaw il-libert\u00e0 tal-kelma.", "Nistenna li l-kumpaniji tal-IT juru l-istess determinazzjoni meta jkunu qed ja\u0127dmu fuq kwistjonijiet o\u0127ra importanti, b\u0127alma huma l-\u0121lieda kontra t-terrori\u017cmu, jew it-termini u kundizzjonijiet mhux favorevoli g\u0127all-utenti tag\u0127hom.", "Sa mill-adozzjoni tieg\u0127u f'Mejju 2016, il-Kodi\u010bi ta' Kondotta wassal g\u0127al progress kontinwu fit-tne\u0127\u0127ija ta' kontenut illegali notifikat, kif muri fl-evalwazzjoni tal-lum:", "Titjib mistenni", "Filwaqt li l-impenji ewlenin fil-Kodi\u010bi ta' Kondotta \u0121ew sodisfatti, je\u0127tie\u0121 li jinkiseb aktar titjib fl-oqsma li \u0121ejjin:", "Il-passi li jmiss", "Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja b'mod regolari l-implimentazzjoni tal-Kodi\u010bi mill-Kumpaniji tal-IT parte\u010bipanti bl-g\u0127ajnuna tal-organizzazzjonijiet tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili u g\u0127andha l-g\u0127an li testendih g\u0127al aktar pjattaformi onlajn.", "Il-Kummissjoni se tikkunsidra mi\u017curi addizzjonali jekk l-isforzi ma jkomplux jew ibattu.", "Kuntest", "Id-De\u010bi\u017cjoni Qafas dwar il-\u0120lieda kontra r-Razzi\u017cmu u l-Ksenofobija tikkriminalizza l-in\u010bitament pubbliku g\u0127all-vjolenza jew mibeg\u0127da kontra grupp ta' persuni jew membru ta' grupp b\u0127al dan ikkaratterizzat b'referenza g\u0127ar-razza, il-kulur tal-\u0121ilda, ir-reli\u0121jon, in-nisel, jew l-ori\u0121ini nazzjonali jew etnika.", "Id-diskors ta' mibeg\u0127da kif definit f'din id-De\u010bi\u017cjoni Qafas huwa delitt kriminali wkoll meta jsir onlajn.", "L-UE, l-Istati Membri tag\u0127ha, il-kumpaniji tal-midja so\u010bjali u pjattaformi o\u0127ra, ilkoll jaqsmu responsabbilt\u00e0 kollettiva biex jippromwovu u jiffa\u010bilitaw il-libert\u00e0 ta' espressjoni fid-dinja onlajn.", "Fl-istess \u0127in, dawn l-atturi kollha g\u0127andhom ir-responsabbilt\u00e0 li jassiguraw li l-internet ma jsirx mezz ta' rifu\u0121ju liberu g\u0127all-vjolenza u l-mibeg\u0127da.", "Biex jirrea\u0121ixxu g\u0127all-proliferazzjoni ta' diskors ta' mibeg\u0127da razzista u ksenofobika onlajn, il-Kummissjoni Ewropea u l-erba' kumpaniji kbar tal-IT (Facebook, Microsoft, Twitter u Youtube) ippre\u017centaw Kodi\u010bi ta' Kondotta g\u0127all-\u0121lieda kontra d-diskors ta' mibeg\u0127da illegali onlajn f'Mejju 2016.", "Din it-tielet evalwazzjoni twettqet minn organizzazzjonijiet mhux governattivi u korpi pubbli\u010bi f'27 Stati Membru, li \u0127ar\u0121u n-notifiki.", "Fis-7 ta' Di\u010bembru 2016, il-Kummissjoni ppre\u017centat ir-ri\u017cultati tal-ewwel e\u017cer\u010bizzju ta' monitora\u0121\u0121 biex tevalwa l-implimentazzjoni tal-Kodi\u010bi ta' Kondotta.", "Fl-1 ta' \u0120unju 2017, \u0121ew ippubblikati r-ri\u017cultati tat-tieni \u010biklu ta' monitora\u0121\u0121.", "Fit-28 ta' Settembru, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni li tipprovdi g\u0127al gwida g\u0127al pjattaformi dwar pro\u010beduri ta' notifika u azzjoni biex jindirizzaw il-kontenut illegali onlajn.", "L-importanza tal-\u0121lieda kontra d-diskors ta' mibeg\u0127da illegali onlajn u l-\u0127tie\u0121a li titkompla l-\u0127idma mal-implimentazzjoni tal-Kodi\u010bi ta' Kondotta jidhru b'mod prominenti f'dan id-dokument ta' gwida.", "Fid-9 ta' Jannar 2018, diversi Kummissarji Ewropej iltaqg\u0127u mar-rappre\u017centanti tal-pjattaformi onlajn biex jiddiskutu l-progress li sar fil-\u0121lieda kontra t-tixrid ta' kontenut illegali onlajn, inklu\u017ci l-propaganda terroristika fuq l-internet u d-diskors illegali ta' mibeg\u0127da razzist u ksenofobiku u kif ukoll il-ksur tad-drittijiet ta' proprjet\u00e0 intellettwali (ara d-dikjarazzjoni kon\u0121unta).", "Aktar informazzjoni:", "Skeda informattiva dwar it-tielet monitora\u0121\u0121 tal-Kodi\u010bi ta' Kondotta", "Mistoqsija u Twe\u0121iba"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_301", "title": "Rapport: Skemi kummer\u010bjali tal-UE jippromwovu \u017cvilupp ekonomiku u d-drittijiet tal-bniedem", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=EEAS,ESAI,TRADEPOL", "date": "Thu, 18 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Ir-rapport ippubblikat illum mill-Kummissjoni Ewropea u mis-Servizz Ewropew g\u0127all-Azzjoni Esterna b'mod kon\u0121unt juri l-impatt po\u017cittiv tal-iskemi tar-ribass tad-dazji tal-Unjoni Ewropea fl-ekonomiji li qed ji\u017cviluppaw.", "Il-kummer\u010b ja\u0127dem b\u0127ala mutur g\u0127at-tkabbir u jg\u0127in fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xog\u0127ol, il-governanza tajba u l-prin\u010bipji ta' \u017cvilupp sostenibbli.", "Minn meta da\u0127let fis-se\u0127\u0127 l-inizjattiva rriformata tal-UE mag\u0127rufa b\u0127ala l-Iskema \u0120eneralizzata ta' Preferenzi (Generalised Scheme of Preferences, GSP) fl-2014, l-esportazzjonijiet mill-pajji\u017ci lejn l-UE li jibbenefikaw minn dan it-tnaqqis fit-tariffi \u017cdiedu bi kwa\u017ci kwart g\u0127al ammont annwali ta' \u20ac63 biljun.", "Il-pajji\u017ci l-anqas \u017cviluppati huma l-aktar li bbenefikaw: l-esportazzjonijiet tag\u0127hom lejn l-UE \u017cdiedu bi kwa\u017ci 40 % u la\u0127qu \u20ac23.5 biljun fl-2016.", "Apparti l-benefi\u010b\u010bji ekonomi\u010bi tal-iskema, ir-rapport tal-lum jenfasizza l-progress li sar fi kwistjonijiet b\u0127alma huma l-eman\u010bipazzjoni tan-nisa, it-t\u0127addim tat-tfal u x-xog\u0127ol furzat, it-tortura, it-traffikar ta' drogi ille\u010biti u t-tibdil fil-klima.", "Il-monitora\u0121\u0121 tal-UE juri \u0127afna tibdil po\u017cittiv min\u0127abba l-involviment tal-UE b'rabta mal-iskema.", "Fost \u0127afna e\u017cempji o\u0127ra, dan jinkludi l-le\u0121i\u017clazzjoni l-\u0121dida tal-Pakistan kontra l-qtil tal-unur u l-istupru, jew l-inklu\u017cjoni tal-Paragwaj fil-lista ta' pajji\u017ci bl-ikbar impenn g\u0127all-protezzjoni tal-ispe\u010bi mhedda skont il-Konvenzjoni dwar il-Kummer\u010b Internazzjonali fl-Ispe\u010bijiet ta' Fawna u Flora Selva\u0121\u0121i fil-Periklu.", "Madankollu, ir-rapport jenfasizza wkoll oqsma li jirrikjedu aktar titjib sabiex ji\u0121u ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-iskema, pere\u017cempju fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-le\u0121i\u017clazzjoni rilevanti mill-pajji\u017ci benefi\u010bjarji.", "Dokument separat li jakkumpanja r-rapport tal-lum jipprovdi \u0127arsa \u0121enerali lejn il-progress u n-nuqqasijiet li g\u0127ad baqa', spe\u010bifikament fil-pajji\u017ci li jipparte\u010bipaw fl-Arran\u0121ament ta' In\u010bentiv Spe\u010bjali g\u0127al \u017bvilupp Sostenibbli u Governanza Tajba, mag\u0127ruf b\u0127ala GSP+.", "Ir-rapport juri wkoll i\u017c-\u017cieda fl-involviment tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili fil-monitora\u0121\u0121 tal-iskema: fl-2016 u fl-2017 kien hemm 16-il djalogu mas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili; dak iddedikat g\u0127at-t\u0127ejjija ta' dan ir-rapport kien jinvolvi 20 organizzazzjoni mhux governattiva.", "Ir-Rappre\u017centant G\u0127oli tal-Unjoni g\u0127all-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurt\u00e0 u Vi\u010bi President tal-Kummissjoni, Federica Mogherini, qalet: \"Meta d-demokrazija u l-libertajiet fundamentali jkunu garantiti, l-ekonomiji tag\u0127na jkunu b'sa\u0127\u0127ithom, is-so\u010bjetajiet tag\u0127na jkunu re\u017ciljenti, is-sigurt\u00e0 tag\u0127na tkun sostenibbli u l-i\u017cvilupp tag\u0127na jkun mibni fuq fondazzjonijiet aktar solidi.", "L-Iskema \u0120eneralizzata ta' Preferenzi tikkomplementa l-involviment politiku tal-Unjoni Ewropea mas-s\u0127ab tag\u0127ha.", "B'ri\u017cultat ta' dan, ikkontribwejna g\u0127at-tis\u0127i\u0127 tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili u tal-il\u0127na indipendenti u g\u0127all-\u0127arsien a\u0127jar tad-drittijiet tal-bniedem permezz ta' le\u0121i\u017clazzjoni nazzjonali fil-pajji\u017ci s\u0127ab.", "U se nkomplu na\u0127dmu flimkien ma' s\u0127abna, ninvestu fid-drittijiet tal-bniedem, ninvestu fil-\u0127idma tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili, ninvestu fis-so\u010bjetajiet miftu\u0127a \u2013 biex niggarantixxu sigurt\u00e0 sostenibbli g\u0127al kul\u0127add.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-Kummer\u010b, Cecilia Malmstr\u00f6m, qalet: \"Il-politiki tag\u0127na joffru a\u010b\u010bess \u0121eneru\u017c g\u0127as-suq tal-UE, flimkien ma' impenn b'sa\u0127\u0127tu mal-awtoritajiet nazzjonali.", "Issa qed naraw tibdil po\u017cittiv f'\u0127afna postijiet madwar id-dinja \u2013 tis\u0127i\u0127 fil-valuri fundamentali tal-politika kummer\u010bjali tal-UE b\u0127alma huma d-drittijiet tal-bniedem u l-i\u017cvilupp sostenibbli.", "Istituzzjonijiet domesti\u010bi u li\u0121ijiet aktar b'sa\u0127\u0127ithom qed jg\u0127inu biex jid\u0127lu fis-se\u0127\u0127 konvenzjonijiet internazzjonali kru\u010bjali.", "F'xi pajji\u017ci, g\u0127ad hemm oqsma ta' t\u0127assib serju fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u s-sostenibbilt\u00e0.", "Hawnhekk, l-iskemi kummer\u010bjali tag\u0127na jipprovdu ingrana\u0121\u0121 biex nag\u0127mlu pressjoni u neffettwaw bidla, u je\u0127tie\u0121 li nsa\u0127\u0127u l-isforzi kon\u0121unti tag\u0127na.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-Impjiegi, l-Affarijiet So\u010bjali, il-\u0126iliet u l-Mobilit\u00e0 tal-\u0126addiema,Marianne Thyssen, qalet: \"Id-dimensjoni internazzjonali tal-impjiegi u tal-politika so\u010bjali hija strate\u0121ika biex jintla\u0127aq tkabbir li jo\u0127loq l-impjiegi, inklu\u017civ u sostenibbli.", "L-iskema tal-GSP hija g\u0127odda unika biex jitressqu kundizzjonijiet ta' xog\u0127ol di\u010benti u ji\u0121u rispettati standards internazzjonali ta' xog\u0127ol.", "A\u0127na m\u0127e\u0121\u0121a naraw l-i\u017cviluppi po\u017cittivi u jkollna djalogu miftu\u0127 dwar kwistjonijiet importanti dwar drittijiet tax-xog\u0127ol, b\u0127alma hi l-eliminazzjoni tat-t\u0127addim tat-tfal.", "Billi g\u0127ad baqa' sfidi sinifikanti, g\u0127adu aktar u aktar importanti li n\u017cidu l-isforzi tag\u0127na.", "A\u0127na impenjati li nippromwovu prin\u010bipji u drittijiet fundamentali fuq ix-xog\u0127ol u niksbu tkabbir b'benefi\u010b\u010bji g\u0127al kul\u0127add.\u201d", "Matul is-sentejn li \u0121ejjin, l-UE se tkompli tinvolvi ru\u0127ha ma' kull pajji\u017c benefi\u010bjarju tal-GSP rigward l-azzjonijiet prijoritarji me\u0127tie\u0121a u torganizza l-missjonijiet ta' monitora\u0121\u0121 tal-GSP li huma mmirati spe\u010bifikament g\u0127al dawk il-pajji\u017ci fejn huma me\u0127tie\u0121a sforzi aktar b'sa\u0127\u0127ithom min\u0127abba nuqqasijiet aktar serji.", "L-UE se tkompli tappo\u0121\u0121ja wkoll l-isforzi tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xog\u0127ol (International Labour Organisation, ILO) biex ittejjeb il-konformit\u00e0 tal-pajji\u017ci tal-GSP+ mar-rappurtar tal-Organizzazzjoni u mal-obbligi ta' implimentazzjoni.", "L-UE se tkompli ta\u0127dem ukoll biex tag\u0127ti s-setg\u0127a lill-organizzazzjonijiet tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili sabiex jikkontribwixxu b'mod aktar effettiv g\u0127all-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali, permezz ta' pro\u0121ett ta' tliet snin iffinanzjat mill-UE ta' \u20ac4.5 miljun.", "Sfond", "L-Iskema \u0120eneralizzata ta' Preferenzi (GSP) hija l-istrument kummer\u010bjali ewlieni tal-UE li jappo\u0121\u0121ja lill-pajji\u017ci li qed ji\u017cviluppaw.", "Jikkonsisti fi tliet arran\u0121amenti differenti li jag\u0127tu a\u010b\u010bess privile\u0121\u0121at g\u0127as-suq tal-UE, u hija mfassla biex tqis il-\u0127ti\u0121ijiet differenti tal-pajji\u017ci benefi\u010bjarji:", "Ir-Regolament attwali tal-GSP, li ilu fis-se\u0127\u0127 minn Jannar 2014, jirrikjedi li l-Kummissjoni Ewropea tippre\u017centa rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sentejn, dwar l-effetti tas-sistema tal-GSP.", "Ir-rappurtar ukoll jikkonsisti regolarment f'\"Dokument ta' \u0126idma tal-Persunal\u201d li jakkumpanja r-rapport ewlieni, u jiffoka fuq il-benefi\u010bjarji tal-GSP+.", "Jenfasizza l-i\u017cviluppi le\u0121i\u017clattivi u pratti\u010bi fil-pajji\u017ci benefi\u010bjarji tal-GSP+ rigward l-implimentazzjoni tas-27 konvenzjoni internazzjonali li huma impenjati fihom.", "Il-monitora\u0121\u0121 tal-UE jse\u0127\u0127 kemm permezz ta' missjonijiet ta' monitora\u0121\u0121, djalogi mal-pajji\u017ci benefi\u010bjarji kif ukoll kwestjonarji bil-miktub.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "Punti ewlenin tar-rapport", "Rapport", "Dokument ta' \u0126idma tal-Persunal li jakkumpanja r-rapport", "Aktar informazzjoni dwar il-GSP"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_185", "title": "Il-VAT: Iktar flessibbilt\u00e0 fir-rati tal-VAT, inqas burokrazija g\u0127an-negozji \u017c-\u017cg\u0127ar", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TAXCUAA", "date": "Wed, 17 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum qed tipproponi regoli \u0121odda biex tag\u0127ti iktar flessibbilt\u00e0 lill-Istati Membri biex jistabbilixxu r-rati tal-VAT u biex jo\u0127olqu ambjent fiskali a\u0127jar, biex jg\u0127inu lill-SMEs ji\u017cviluppaw.", "Il-proposti tal-lum huma l-a\u0127\u0127ar passi tat-ti\u0121did li qed tag\u0127mel il-Kummissjoni tar-regoli tal-VAT, bil-\u0127olqien ta' \u017cona unika tal-VAT tal-UE biex tnaqqas drammatikament il-\u20ac50 biljun fi frodi tal-VAT fl-UE, filwaqt li ji\u0121i appo\u0121\u0121at in-negozju u d-d\u0127ul tal-gvern ji\u0121i \u017cgurat.", "Ir-regoli komuni tal-VAT tal-UE, maqbulin mill-Istati Membri kollha fl-1992, mhumiex adattati g\u0127al-lum u huma wisq restrittivi.", "Dawn jippermettu lill-Istati Membri japplikaw rati mnaqqsin ta' VAT biss g\u0127al g\u0127add \u017cg\u0127ir ta' setturi u prodotti.", "Fl-istess \u0127in, il-pajji\u017ci tal-UE qed jaffa\u010b\u010bjaw pressjoni biex lil xi o\u0121\u0121etti jittrattawhom b'mod iktar favorevoli f'dak li g\u0127andu x'jaqsam mal-VAT.", "Il-Kummissjoni issa qed tag\u0127mel tajjeb fuq il-weg\u0127da tag\u0127ha li tag\u0127ti iktar awtonomija lill-Istati Membri f'dak li g\u0127andu x'jaqsam mar-rati.", "Il-pajji\u017ci issa se jkollhom kundizzjonijiet iktar ugwali f'dak li g\u0127andu x'jaqsam ma' xi e\u010b\u010bezzjonijiet e\u017cistenti g\u0127ar-regoli, mag\u0127rufin b\u0127ala derogi tal-VAT.", "Il-Kummissjoni llum qieg\u0127da wkoll tindirizza l-problema li kumpaniji i\u017cg\u0127ar ibatu minn spejje\u017c ta' konformit\u00e0 mal-VAT sproporzjonati.", "Il-kumpaniji li jag\u0127mlu n-negozju f'iktar minn pajji\u017c wie\u0127ed jaffa\u010b\u010bjaw spejje\u017c ta' konformit\u00e0 11 % og\u0127la minn dawk li jinnegozjaw biss f'pajji\u017chom, u huma l-operaturi \u017c-\u017cg\u0127ar li l-iktar li jbatu.", "Dan qieg\u0127ed ikun ostaklu reali g\u0127at-tkabbir, g\u0127ax in-negozji \u017c-\u017cg\u0127ar jammontaw g\u0127al 98 % tal-kumpaniji fl-UE.", "G\u0127alhekk qed nipproponi li nippermettu lil iktar kumpaniji jgawdu l-benefi\u010b\u010bji ta' regoli iktar sempli\u010bi tal-VAT, li b\u0127alissa huma disponibbli biss g\u0127all-i\u017cg\u0127ar kumpaniji.", "B'hekk, l-ispejje\u017c ta' konformit\u00e0 relatati mal-VAT \u0121enerali huma mistennija li jonqsu sa 18 % fis-sena.", "Valdis Dombrovskis, il-Vi\u010bi President g\u0127all-Ewro u d-Djalogu So\u010bjali, qal: \u201cTliet xhur ilu, il-Kummissjoni ppre\u017centat l-ikbar riforma tar-regoli tal-VAT tal-UE fi kwart ta' seklu, f'pass eqreb lejn re\u0121im definittiv tal-VAT.", "Issa wasal i\u017c-\u017cmien biex nipproponu regoli a\u0127jar, kemm g\u0127ar-rati tal-VAT, kif ukoll g\u0127an-negozji \u017c-\u017cg\u0127ar, li se jgawdu minnhom miljuni ta' kumpaniji \u017cg\u0127ar u konsumaturi fl-UE.\u201d", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju g\u0127all-Affarijiet Ekonomi\u010bi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: \u201cL-Istati Membri sabu ru\u0127hom ta\u0127t pressjoni ikbar mill-industrija u l-gruppi ta' interess biex jibdlu r-rati tal-VAT favur xi settur jew ie\u0127or.", "I\u017cda n-nuqqas ta' flessibbilt\u00e0 fir-regoli attwali jwassal biex l-enfasi tkun fuq liema prodott jew servizz jista' jikkwalifika g\u0127al rata mnaqqsa, minflok fuq il-\u0127ofra enormi fil-ba\u0121its tag\u0127na min\u0127abba l-frodi tal-VAT.", "Il-proposta tal-lum se tag\u0127ti l-ikbar flessibbilt\u00e0 lill-gvernijiet biex jistabbilixxu r-rati tal-VAT kif jixtiequ, u t\u0127allina nikkon\u010bentraw fuq il-problema ferm ikbar tal-frodi.\u201d", "Iktar flessibilit\u00e0", "L-Istati Membri b\u0127alissa jistg\u0127u japplikaw rata ridotta li tkun baxxa sa 5 % g\u0127al \u017cew\u0121 kategoriji distinti ta' prodotti fil-pajji\u017c.", "G\u0127add ta' Stati Membri japplikaw ukoll derogi spe\u010bifi\u010bi g\u0127al rati mnaqqsin iktar.", "Barra mir-rata tal-VAT standard ta' 15 %, l-Istati Membri issa jkunu jistg\u0127u jqieg\u0127du fis-se\u0127\u0127:", "Ir-re\u0121im il-\u0121did ifisser ukoll li l-o\u0121\u0121etti li b\u0127alissa japplikaw fuqhom rati differenti minn dik standard jistg\u0127u jkomplu hekk.", "Innaqqsu l-ispejje\u017c tal-VAT g\u0127all-SMEs", "Ta\u0127t ir-regoli attwali, l-Istati Membri jistg\u0127u je\u017centaw il-bejg\u0127 minn kumpaniji \u017cg\u0127ar mill-VAT bil-kundizzjoni li dawn ma jaqb\u017cux fatturat annwali partikolari, li jvarja minn pajji\u017c g\u0127all-ie\u0127or.", "I\u017cda dawn l-e\u017cenzjonijiet japplikaw biss g\u0127al operaturi domesti\u010bi, u SMEs li qeg\u0127din jikbru jitilfu l-a\u010b\u010bess g\u0127all-mi\u017curi ta' simplifikazzjoni ladarba l-livell limitu tal-e\u017cenzjonijiet jinqabe\u017c.", "Dan ifisser li m'hemmx kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni g\u0127al kumpaniji \u017cg\u0127ar li joperaw fl-UE.", "Filwaqt li l-livelli limitu tal-e\u017cenzjonijiet attwali se jibqg\u0127u, ir-regoli tal-lum jintrodu\u010bu:", "Sfond", "Il-mi\u017curi proposti jkomplu jibnu fuq \u201cil-pilastri\u201d g\u0127al \u017cona unika \u0121dida definittiva tal-VAT fl-UE proposta f'Ottubru 2017, u l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT lejn \u017cona unika tal-VAT fl-UE ppre\u017centat f'April 2016.https://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/com_2016_148_mt.pdf", "Is-sistema komuni tat-Taxxa fuq il-Valur Mi\u017cjud (VAT) g\u0127andha rwol importanti fis-Suq Uniku tal-Ewropa.", "Il-VAT hija sors ewlieni u li qed jikber ta' d\u0127ul fl-UE, li \u0121\u0121enera 'l fuq minn \u20ac1 triljun fl-2015, li jikkorrispondi g\u0127al 7 % tal-PDG tal-UE.", "Wa\u0127da mir-ri\u017corsi proprji tal-UE hija wkoll ibba\u017cata fuq il-VAT.", "Is-sistema attwali tal-VAT ilha mill-1993 u kienet ma\u0127suba b\u0127ala sistema tran\u017citorja.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Mistoqsija u twe\u0121iba dwar il-VAT g\u0127an-negozji \u017c-\u017cg\u0127ar u l-iffissar tar-rati tal-VAT", "Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT\u2013 Lejn \u017cona unika tal-VAT fl-UE"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_266", "title": "L-Unjoni Bankarja: L-ewwel Rapport ta' Progress dwar li ji\u0121i indirizzat is-self improduttiv sabiex ti\u0121i sostnuta l-a\u0121enda g\u0127at-tnaqqis tar-riskju", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Wed, 17 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea wriet is-sodisfazzjon tag\u0127ha g\u0127all-progress li sar biex ji\u0121i indirizzat is-self improduttiv (non-performing loans, NPLs) fl-UE b\u0127ala parti minn \u0127idma kontinwa fil-livell nazzjonali u tal-UE sabiex jitnaqqsu r-riskji li fadal f'xi partijiet tas-settur bankarju Ewropew.", "Fl-Ewwel Rapport ta' Progress tag\u0127ha minn meta l-Ministri tal-Finanzi qablu dwar il-Pjan ta' Azzjoni sabiex jitnaqqas is-self improduttiv (NPLs), il-Kummissjoni tag\u0127mel enfasi fuq aktar titjib fil-proporzjonijiet tas-self improduttiv u mi\u017curi futuri biex ikomplu jonqsu l-istokkijiet tas-self improduttiv.", "It-tnaqqis tas-self improduttiv huwa importanti g\u0127all-funzjonament tajjeb tal-Unjoni Bankarja u tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, u g\u0127al sistema finanzjarja stabbli u integrata fl-UE.", "Huwa essenzjali li ji\u0121u indirizzati l-istokks kbar ta' self improduttiv u li ti\u0121i evitata l-akkumulazzjoni futura possibbli tag\u0127hom sabiex it-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa jissa\u0127\u0127a\u0127 u jkollu sisien.", "Sabiex jiksbu finanzjament, l-unitajiet domesti\u010bi u l-kumpaniji jiddependu fuq settur finanzjarju b'sa\u0127\u0127tu u re\u017cistenti g\u0127all-kri\u017cijiet.", "Filwaqt li banek individwali u Stati Membri huma f'po\u017cizzjoni ta' tmexxija meta ji\u0121u biex jindirizzaw il-\u0127a\u017cniet tag\u0127hom ta' self improduttiv, hemm dimensjoni \u010bara tal-UE min\u0127abba l-effetti konsegwenzjali potenzjali g\u0127all-ekonomija tal-UE kollha.", "Valdis Dombrovskis, il-Vi\u010bi President responsabbli mill-Istabbilt\u00e0 Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: \u201cHuwa essenzjali li jitnaqqas il-livell ta' self improduttiv sabiex jitnaqqsu r-riskji fis-settur bankarju u sabiex titlesta l-Unjoni Bankarja.", "L-isforzi kon\u0121unti mill-banek, mis-supervi\u017curi, mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni di\u0121\u00e0 taw il-frott tag\u0127hom.", "I\u017cda g\u0127andna b\u017conn inkomplu navvanzaw biex innaqqsu aktar il-livelli tas-self improduttiv.", "A\u0127na rridu li l-banek fil-pajji\u017ci kollha tal-UE jer\u0121g\u0127u jiksbu l-kapa\u010bit\u00e0 s\u0127i\u0127a tag\u0127hom li jsellfu lill-kumpaniji u lill-unitajiet domesti\u010bi filwaqt li ti\u0121i evitata l-akkumulazzjoni ta' self mitluf \u0121did.\u201d", "Sejbiet ewlenin", "L-Ewwel Rapport ta' Progress tal-lum, li jie\u0127u l-forma ta' Komunikazzjoni u ta' Dokument ta' \u0126idma tal-Persunal li jakkumpanjaha, jenfasizza l-i\u017cviluppi re\u010benti fis-self improduttiv, kemm fl-UE kollha kif ukoll fl-Istati Membri individwali.", "Juri li x-xejra po\u017cittiva ta' tnaqqis fil-proporzjonijiet tas-self improduttiv (NPL) u t-tkabbir fil-proporzjonijiet ta' kopertura ssa\u0127\u0127u u komplew fit-tieni nofs tal-2017.", "Barra minn hekk:", "Il-proporzjonijiet ta' self improduttiv kienu qed jonqsu kwa\u017ci fl-Istati Membri kollha, g\u0127alkemm is-sitwazzjoni tvarja b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri.", "Il-proporzjon \u0121enerali tas-self improduttiv fl-UE naqas g\u0127al 4,6 % (it-tieni trimestru tal-2017), fejn ni\u017cel b'madwar punt per\u010bentwali fis-sena, u b'terz sa mir-raba' trimestru tal-2014.", "Id-dejta turi li t-tnaqqis tar-riskju qed jirnexxi fis-sistema bankarja Ewropea, u qed isostni l-progress sabiex titlesta l-Unjoni Bankarja, li g\u0127andha sse\u0127\u0127 permezz tat-tnaqqis tar-riskju u b'mod parallel tal-kondivi\u017cjoni tar-riskju.", "Ir-rapport juri wkoll li l-UE qieg\u0127da fit-triq it-tajba biex timplimenta l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill.", "Fir-rebbieg\u0127a l-Kummissjoni se tipproponi pakkett komprensiv ta' mi\u017curi biex jitnaqqas il-livell ta' self improduttiv e\u017cistenti u biex ti\u0121i evitata l-akkumulazzjoni ta' self improduttiv fil-futur.", "Il-pakkett jiffoka fuq erba' oqsma: (i) l-azzjonijiet supervi\u017corji, (ii) ir-riforma fl-oqfsa ta' ristrutturar, ta' insolvenza u tal-irkupru tad-dejn, (iii) l-i\u017cvilupp ta' swieq sekondarji g\u0127al assi f'diffikult\u00e0, u (iv) it-trawwim tar-ristrutturar tas-sistema bankarja.", "L-azzjoni f'dawn l-oqsma g\u0127andha tkun fil-livell nazzjonali u fil-livell ta' Unjoni fejn ikun xieraq.", "Il-Kummissjoni qieg\u0127da titlob ukoll lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew biex jaqblu malajr dwar il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-insolvenza tan-negozji.", "Din il-mi\u017cura, proposta f'Novembru 2016, tg\u0127in lill-kumpaniji f'diffikult\u00e0 finanzjarja biex jirristrutturaw fi stadju bikri sabiex ji\u0121i evitat il-falliment, u dan iwassal g\u0127al pro\u010beduri ta' insolvenza aktar effi\u010bjenti fl-UE.", "Kuntest", "Peress li s-self improduttiv huwa wie\u0127ed mir-riskji ta' legat ewlenin li fadal fis-sistema bankarja tal-Ewropa, il-Kummissjoni f'Ottubru 2017 pproponiet li tag\u0127mel il-mi\u017curi ta' tnaqqis g\u0127as-self improduttiv parti aktar prominenti mill-pro\u010bedura ta' tlestija tal-Unjoni Bankarja permezz tal-kondivi\u017cjoni u b'mod parallel, tat-tnaqqis tar-riskju, li ntlaqg\u0127u b'idejn miftu\u0127in waqt id-diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill f'dawn l-a\u0127\u0127ar xhur.", "Filwaqt li l-proporzjon medju ta' self improduttiv naqas b'terz mill-2014 u qabad xejra 'l isfel kostanti, \u0127a\u017cniet kbar ta' self improduttiv li fadal jistg\u0127u jkunu ta' pi\u017c fuq it-tkabbir ekonomiku ta' pajji\u017ci kkon\u010bernati peress li jnaqqsu il-profitabbilt\u00e0 tal-banek u l-kapa\u010bit\u00e0 ta' self lill-unitajiet domesti\u010bi u lin-negozji.", "Ir-responsabbilt\u00e0 ewlenija sabiex ji\u0121u indirizzati l-proporzjonijiet ta' self improduttiv qieg\u0127da fuq il-banek affettwati u l-Istati Membri.", "Madankollu, f'unjoni monetarja fejn l-ekonomiji tal-pajji\u017ci membri huma interkonnessi u jistg\u0127u jo\u0127olqu konsegwenzi, jidher ukoll li hemm interess \u010bar tal-UE biex jitnaqqsu l-proporzjonijiet tas-self improduttiv attwali.", "Il-Kummissjoni b'mod konsistenti qajmet din il-kwistjoni mal-pajji\u017ci kkon\u010bernati fil-kuntest ta\u010b-\u010biklu ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika tal-UE - is-Semestru Ewropew.", "F'Lulju 2017 il-Kunsill adotta \"Pjan ta' Azzjoni biex Ji\u0121i Indirizzat is-Self Improduttiv fl-Ewropa\".", "Dan il-Pjan ta' Azzjoni jistieden lil diversi istituzzjonijiet - inklu\u017ca l-Kummissjoni - biex jie\u0127du l-mi\u017curi xierqa sabiex ikomplu jindirizzaw l-isfidi tal-proporzjonijiet g\u0127oljin ta' self improduttiv fl-Ewropa.", "Il-Kunsill qabel li jie\u0127u kont ta' kif qed jevolvi s-self improduttiv fl-Unjoni abba\u017ci tar-rapport tal-Kummissjoni.", "Il-Kummissjoni g\u0127alhekk \u0127abbret, fil-Komunikazzjoni tag\u0127ha dwar it-Tlestija tal-Unjoni Bankarja tal-11 ta' Ottubru 2017, li se ta\u0127dem g\u0127al pakkett komprensiv biex ji\u0121i indirizzat is-self improduttiv fl-Ewropa.", "Barra minn hekk, il-pakkett tal-UEM tal-Kummissjoni tas-6 ta' Di\u010bembru 2017 ippre\u017centa pjan direzzjonali u proposti konkreti g\u0127all-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa.", "Aktar informazzjoni:", "MEMO", "Skeda informattiva", "Id-Dokument ta' \u0126idma tal-Persunal u l-Komunikazzjoni"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_102", "title": "Mi\u017curi \u0121odda biex jag\u0127tu spinta lill-kompetenzi ewlenin u lill-\u0127iliet di\u0121itali, kif ukoll lid-dimensjoni Ewropea tal-edukazzjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG,ECMY", "date": "Tue, 16 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["B\u0127ala segwitu g\u0127as-Summit ta' Gothenburg, illum il-Kummissjoni Ewropea adottat inizjattivi \u0121odda biex itejbu l-kompetenzi ewlenin u l-\u0127iliet di\u0121itali ta\u010b-\u010bittadini Ewropej, kif ukoll biex irawmu valuri komuni u l-g\u0127arfien tal-istudenti dwar kif ta\u0127dem l-Unjoni Ewropea.", "Dawn il-proposti \u0121odda waslu biss xahrejn wara li l-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern Ewropej iddiskutew l-edukazzjoni, it-ta\u0127ri\u0121 u l-kultura fis-Sammit ta' Gothenburg f'Novembru 2017.", "L-g\u0127an tal-proposti huwa li jonqsu l-inugwaljanzi so\u010bjoekonomi\u010bi, filwaqt li tintrifed il-kompetittivit\u00e0 sabiex tinbena Ewropa aktar mag\u0127quda, aktar b'sa\u0127\u0127itha u aktar demokratika.", "Jyrki Katainen, il-Vi\u010bi President tal-Kummissjoni responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittivit\u00e0, stqarr: \u201cL-inizjattivi tal-lum jimmiraw li jag\u0127tu lill-persuni individwali s-setg\u0127a biex jil\u0127qu l-milja ta' \u0127ajjithom, sabiex inkunu nistg\u0127u nibnu ekonomiji u so\u010bjetajiet \u0121usti u re\u017ciljenti.", "Irridu ni\u017cguraw li l-edukazzjoni twassal il-\u0121id lil kul\u0127add, mal-Ewropa kollha, sabiex kul\u0127add ikun jista' jadatta g\u0127all-bidla u jgawdi minnha.", "Dan huwa kru\u010bjali g\u0127at-tkabbir sostenibbli u g\u0127all-kompetittivit\u00e0 tal-Ewropa, u se jkun sa\u0127ansitra iktar kru\u010bjali fil-\u0121ejjieni.", "Ninsabu lesti li nappo\u0121\u0121aw lill-Istati Membri u li na\u0127dmu id f'id mag\u0127hom sabiex din il-mira ssir realt\u00e0.\u201d", "Tibor Navracsics, il-Kummissarju tal-UE g\u0127all-Edukazzjoni, il-Kultura, i\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 u l-Isport, stqarr: \u201cHemm b\u017conn li s-sistemi edukattivi u ta' ta\u0127ri\u0121 tal-Ewropa jag\u0127tu lill-persuni minn kull sfond so\u010bjali l-kompetenzi xierqa biex jimxu \u2018l quddiem u jiksbu su\u010b\u010bess professjonali, kif ukoll biex ikunu jistg\u0127u jsiru \u010bittadini impenjati.", "Irridu nisfruttaw il-potenzjal tal-edukazzjoni biex trawwmen il-koe\u017cjoni so\u010bjali u sens ta' appartenenza.G\u0127al dan il-g\u0127an, irridu nibnu fuq il-valuri komuni tag\u0127na, u ni\u017cguraw li l-edukazzjoni tippermetti lill-istudenti jg\u0127ixu l-identit\u00e0 Ewropea tag\u0127hom fid-diversit\u00e0 kollha tag\u0127ha, jitg\u0127allmu iktar dwar l-Ewropa, dwar pajji\u017ci Ewropej o\u0127ra, u dwarhom infushom.\u201d", "Mariya Gabriel, il-Kummissarju tal-UE g\u0127all-Ekonomija u s-So\u010bjet\u00e0 Di\u0121itali, \u017ciedet tg\u0127id: \u201cL-era di\u0121itali qieg\u0127da tinfirex f'kull qasam ta' \u0127ajjitna, tant li mhux biss min ja\u0127dem fl-informatika jrid ikun konxju tat-trasformazzjoni di\u0121itali.", "Il-qasma fil-\u0127iliet di\u0121itali hija tabil\u0127aqq reali.", "Filwaqt li 90% tal-impjiegi tal-futur di\u0121\u00e0 jirrikjedu \u010bertu livell ta' litteri\u017cmu di\u0121itali, 44% tal-Ewropej huma neqsin minn \u0127iliet di\u0121itali ba\u017ci\u010bi.", "Il-Pjan ta' Azzjoni g\u0127all-Edukazzjoni Di\u0121itali li qeg\u0127din nipproponu llum se jg\u0127in lill-Ewropej, lill-istituzzjonijiet u lis-sistemi edukattivi jadattaw a\u0127jar g\u0127all-\u0127ajja u g\u0127ax-xog\u0127ol f'so\u010bjetajiet li kulma jmur qed isiru aktar di\u0121itali.\u201d", "Il-proposti l-\u0121odda se jikkontribwixxu wkoll g\u0127all-ewwel Summit Ewropew dwar l-Edukazzjoni, li l-Kummissarju Navracsics se jkun qed jospita fi Brussell nhar il-25 ta' Jannar, bit-tema \u201cInqieg\u0127du s-sisien ta\u017c-\u017bona Ewropea tal-Edukazzjoni: g\u0127al edukazzjoni innovattiva, inklu\u017civa u bba\u017cata fuq il-valuri\u201d.", "It-tliet inizjattivi proposti mill-Kummissjoni huma dawn li \u0121ejjin:", "1.", "Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Kompetenzi Ewlenin g\u0127at-Tag\u0127lim tul il-\u0126ajja: Din il-proposta, li tibni fuq ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Kompetenzi Ewlenin adottata fl-2006, tanti\u010bipa a\u0121\u0121ornamenti importanti li jirriflettu l-evoluzzjoni mg\u0127a\u0121\u0121la tat-tag\u0127lim u tal-edukazzjoni li saret minn dak i\u017c-\u017cmien \u2018l hawn.", "L-g\u0127an tal-proposta huwa li jissa\u0127\u0127a\u0127 l-i\u017cvilupp tal-kompetenzi ewlenin ta' nies ta' kull et\u00e0 tul \u0127ajjithom, u li ting\u0127ata gwida lill-Istati Membri dwar kif g\u0127andhom jiksbu dan il-g\u0127an.", "Ting\u0127ata enfasi partikulari fuq it-trawwim tad-determinazzjoni intraprenditorjali u tal-mentalit\u00e0 orjentata lejn l-innovazzjoni, sabiex ji\u0121u liberati l-potenzjal, il-kreattivit\u00e0 u l-inizjattiva personali.", "Barra minn dan, il-Kummissjoni tirrakkomanda passi biex jitrawmu l-kompetenzi fix-xjenza, fit-teknolo\u0121ija, fl-in\u0121inerija u fil-matematika (STEM), kif ukoll biex i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ji\u0121u mmotivati sabiex jibdew karriera f'dawn l-oqsma.", "Il-proposti mressqa llum g\u0127andhom jitqiesu wkoll b\u0127ala parti mis-soluzzjoni biex jittejbu ur\u0121entement is-sistemi edukattivi Ewropej, sabiex dawn ikunu jistg\u0127u jaffa\u010b\u010bjaw il-\u0127afna sfidi li \u0121ew issottolinjati fl-a\u0127\u0127ar st\u0127arri\u0121 tal-PISA.", "B'mod usa', il-mi\u017curi se jappo\u0121\u0121aw lill-Istati Membri fl-isforzi tag\u0127hom biex i\u0127ejju a\u0127jar lill-istudenti g\u0127al swieq tax-xog\u0127ol li qed jinbidlu, kif ukoll g\u0127al \u010bittadinanza attiva f'so\u010bjetajiet aktar diversi, aktar mobbli, aktar di\u0121itali u aktar globali.", "2.", "Pjan ta' Azzjoni g\u0127all-Edukazzjoni Di\u0121itali li jispjega kif l-UE tista' tg\u0127in lin-nies, lill-istituzzjonijiet u s-sistemi edukattivi jadattaw a\u0127jar g\u0127all-\u0127ajja u x-xog\u0127ol fi \u017cmien ta' bidla di\u0121itali mg\u0127a\u0121\u0121la, billi:", "isir u\u017cu a\u0127jar tat-teknolo\u0121ija di\u0121itali g\u0127at-tag\u0127lim u g\u0127all-istudju;", "jitrawmu l-kompetenzi u l-\u0127iliet di\u0121itali me\u0127tie\u0121a g\u0127all-\u0127ajja u x-xog\u0127ol fi \u017cmien ta' trasformazzjoni di\u0121itali; u", "tittejjeb l-edukazzjoni permezz ta' anali\u017ci tad-dejta u previ\u017cjoni a\u0127jar.", "L-inizjattivi jinkludu l-appo\u0121\u0121 lill-iskejjel permezz ta' konnessjonijiet broadband b'velo\u010bit\u00e0 g\u0127olja, l-i\u017cvilupp ta' g\u0127odda \u0121dida ta' awtovalutazzjoni g\u0127all-iskejjel fuq l-u\u017cu tat-teknolo\u0121ija g\u0127at-tag\u0127lim u l-istudju (SELFIE), u kampanja ta' sensibilizzazzjoni pubblika dwar is-sigurt\u00e0 online, il-litteri\u017cmu medjatiku u l-i\u0121jene \u010bibernetika.", "3.", "Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-valuri komuni, inklu\u017c l-edukazzjoni u d-dimensjoni Ewropea tat-tag\u0127lim:Din l-inizjattiva tipproponi metodi biex l-edukazzjoni tg\u0127in li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jifhmu l-importanza tal-valuri komuni stipulati fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u jsegwu dawk l-istess valuri.", "Il-proposta g\u0127andha l-g\u0127an li ssa\u0127\u0127a\u0127 il-koe\u017cjoni so\u010bjali u li tikkontribwixxi fil-\u0121lieda kontra l-qawmien tal-populi\u017cmu, tal-ksenofobija, tan-nazzjonali\u017cmu divi\u017civ u tat-tixrid tal-a\u0127barijiet foloz.", "Il-proposta ssa\u0127\u0127a\u0127 ukoll l-edukazzjoni inklu\u017civa, sabiex tippromwovi l-edukazzjoni ta' kwalit\u00e0 g\u0127all-istudenti kollha, kif ukoll id-dimensjoni Ewropea tat-tag\u0127lim, bil-g\u0127an li t-tfal jitg\u0127allmu wkoll dwar il-wirt komuni u d-diversit\u00e0 tal-Ewropa, u li jiksbu fehim tajjeb ta' kif ta\u0127dem l-Unjoni Ewropea.", "Biex tappo\u0121\u0121a dawn l-isforzi, il-Kummissjoni se tie\u0127u passi biex i\u017c\u017cid l-iskambji virtwali fost l-iskejjel, spe\u010bifikament permezz tan-netwerk e-Twinning, u biex tixpruna l-mobbilt\u00e0 tal-iskejjel permezz tal-programm Erasmus+.", "Kuntest", "Il-Kapijiet ta' Stat u tal-Gvern iddiskutew informalment l-edukazzjoni u t-ta\u0127ri\u0121 waqt is-Summit So\u010bjali ta' Gothenburg f'Novembru 2017, iggwidati mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni \u201cIt-Tis\u0127i\u0127 tal-Identit\u00e0 Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u tal-Kultura\u201d.", "Dan wassal g\u0127all-konklu\u017cjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Di\u010bembru 2017, li jitolbu lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jmexxu \u2018l quddiem l-a\u0121enda diskussa f'Gothenburg.", "Ir-rie\u017cami tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2006 dwar il-Kompetenzi Ewlenin g\u0127at-Tag\u0127lim tul il-\u0126ajja kien t\u0127abbar fl-A\u0121enda \u0120dida g\u0127all-\u0126iliet g\u0127all-Ewropa adottata f'\u0120unju 2016.", "Biex t\u0127ejji l-proposta tag\u0127ha, fl-2017 il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika u konferenza mal-partijiet ikkon\u010bernati.", "Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill proposta dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklu\u017civa u d-dimensjoni Ewropea tat-tag\u0127lim tkompli tibni fuq id-Dikjarazzjoni ta' Pari\u0121i dwar il-promozzjoni ta\u010b-\u010bittadinanza u l-valuri komuni tal-libert\u00e0, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni, adottata fil-laqg\u0127a informali tal-Ministri tal-Edukazzjoni nhar is-17 ta' Marzu 2015.", "T\u0127abbret fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-appo\u0121\u0121 lill-prevenzjoni mir-radikalizzazzjoni li twassal g\u0127al estremi\u017cmu vjolenti tal-14 ta' \u0120unju 2016.", "Biex t\u0127ejji l-proposta tag\u0127ha, fl-2017 il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika.", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "Memo - Mistoqsijiet u twe\u0121ibiet", "Skeda informattiva dwar i\u017c-\u017bona Ewropea tal-Edukazzjoni", "Skeda informattiva dwar il-Kompetenzi Ewlenin g\u0127at-Tag\u0127lim tul il-\u0126ajja", "Skeda informattiva dwar il-Pjan ta' Azzjoni g\u0127all-Edukazzjoni Di\u0121itali", "Skeda informattiva dwar il-promozzjoni ta' valuri komuni, l-edukazzjoni inklu\u017civa u d-dimensjoni Ewropea tat-tag\u0127lim", "Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Kompetenzi Ewlenin g\u0127at-Tag\u0127lim tul il-\u0126ajja", "Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' valuri komuni, l-edukazzjoni inklu\u017civa u d-dimensjoni Ewropea tat-tag\u0127lim", "Il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Di\u0121itali", "Is-sit web dwar it-tag\u0127lim di\u0121itali", "Skedi informattivi dwar is-Summit ta' Gothenburg"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_11_1430", "title": "Nittradu\u010bu g\u0127all-Ewropa\u2026l-iskola!", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 23 Nov 2011 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit ju\u017ca l-cookies biex joffrilek esperjenza a\u0127jar.", "Skopri aktar dwar, kif nu\u017caw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tieg\u0127ek.", "IL-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija g\u0127all-istampa", "Nittradu\u010bu g\u0127all-Ewropa\u2026l-iskola!", "Brussell, l-24 ta' Novembru 2011 \u2013 Dalg\u0127odu 'l fuq minn 3 000 \u017cag\u0127\u017cug\u0127 minn 720 skola sekondarja minn madwar l-Ewropa \u0127adu sehem fil-konkors tal-UE Tradutturi \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 (\u201cJuvenes Translatores\u201d).", "L-istudenti li g\u0127andhom 17-il sena, se jittestjaw l-g\u0127arfien tag\u0127hom tal-lingwi barranin, filwaqt li jaraw humiex tajbin b\u0127ala tradutturi professjonali.", "\u201cIl-konkors Juvenes Translatores huwa mezz e\u010b\u010bellenti ta' kif a\u0127na nistg\u0127u nippromwovu t-tag\u0127lim tal-lingwi u t-traduzzjoni b\u0127ala karriera sodisfa\u010benti g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127,\u201d qalet Androulla Vassiliou, il-Kummissarju g\u0127all-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwi\u017cmu u \u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127.", "\"Billi \u0127afna mill-parte\u010bipanti se jkunu qed jittradu\u010bu g\u0127all-ewwel lingwa tag\u0127hom, il-konkors jenfasizza wkoll l-impenn tag\u0127na lejn id-diversit\u00e0 lingwistika, wa\u0127da mill-ikbar kwalitajiet tal-Ewropa.\"", "L-istudenti tradu\u010bew test ta' pa\u0121na skont l-g\u0127a\u017cla tag\u0127hom minn kwalunkwe wa\u0127da mill-kombinazzjonijiet ta' lingwi mill-506 kombinazzjonijiet possibbli fost it-23 lingwa uffi\u010bjali tal-UE.", "Din is-sena t-tema tat-testi g\u0127at-traduzzjoni kienet il-volontarjat biex titfakkar is-Sena Ewropea tal-Volontarjat.", "It-tradutturi tal-Kummissjoni Ewropea se jikkore\u0121u dawn it-testi u jag\u0127\u017clu rebbie\u0127 minn kull pajji\u017c.", "F'Marzu 2012 ir-rebbie\u0127a kollha ji\u0121u mistiedna fi Brussell biex il-Kummissarju Vassiliou tippre\u017centalhom il-premju tag\u0127hom.", "Il-konkors, li issa ilu ji\u0121i organizzat \u0127ames snin, \u0121ie esti\u017c g\u0127all-ewwel darba g\u0127all-iskejjel li jinsabu fi g\u017cejjer li huma parti mill-Istati Membri tal-UE: il-Kaledonja \u0120dida, il-G\u017cejjer Kanarji, Madeira, il-Gwadelup u Martinique.", "Il-lista s\u0127i\u0127a tal-iskejjel li qeg\u0127din jipparte\u010bipaw hija disponibbli fuq il-websajt tal-konkors:", "ec.europa.eu/translatores/selected", "Il-konkors ispira inizjattivi simili fl-Istati Uniti tal-Amerka u t-Turkija.", "Fil-ver\u017cjoni Amerikana, organizzata mill-Universit\u00e0 ta' Illinois, il-parte\u010bipanti g\u0127andhom il-possibbilt\u00e0 li jittradu\u010bu g\u0127all-Ingli\u017c minn kwalunkwe wa\u0127da mil-lingwi uffi\u010bjali tal-UE.", "Fit-Turkija il-konkors, Gen\u00e7 \u00c7evirmenler Yar\u0131\u015fmas\u0131 (il-Konkors tat-Tradutturi \u017bg\u0127a\u017cag\u0127) huwa miftu\u0127 g\u0127all-istudenti universitarji li jittradu\u010bu mill-Ingli\u017c, il-Fra n\u010bi\u017c jew il-\u0120ermani\u017c g\u0127at-Tork.", "Sfond", "Il-konkors huwa miftu\u0127 g\u0127all-istudenti li twieldu fl-1 994 u jsir fl-istess \u0127in fl-iskejjel mag\u0127\u017cula kollha (bejn l-g\u0127axra ta' filg\u0127odu u nofsinhar).", "L-g\u0127add ta' skejjel li jie\u0127du sehem minn kull pajji\u017c jiddependi minn kemm Membri tal-Parlament Ewropew se jkollu kull pajji\u017c fl-2014.", "Kull skola ressqet g\u0127all-konkors sa \u0127ames studenti.", "Jekk pajji\u017c jaqbe\u017c il-kwota (ara hawn ta\u0127t), il-Kummissjoni tu\u017ca metodu ta' g\u0127a\u017cla ka\u017cwali .", "Il-kwoti g\u0127al kull pajji\u017c huma :", "L-Awstrija", "19", "Il-Bel\u0121ju", "22", "Il-Bulgarija", "18", "\u010aipru", "6", "Ir-Repubblika \u010aeka", "22", "Id-Danimarka", "13", "L-Estonja", "6", "Il-Finlandja", "13", "Franza", "74", "Il-\u0120ermanja", "96", "Il-Gre\u010bja", "22", "L-Ungerija", "22", "L-Irlanda", "12", "L-Italja", "73", "Il-Latvja", "9", "Il-Litwanja", "12", "Il-Lussemburgu", "6", "Malta", "6", "Il-Pajji\u017ci l-Baxxi", "26", "Il-Polonja", "51", "Il-Portugall", "22", "Ir-Rumanija", "33", "Is-Slovenja", "8", "Is-Slovakkja", "13", "Spanja", "54", "L-Isvezja", "20", "Ir-Renju Unit", "73", "L- g\u0127add totali", "751", "Aktar tag\u0127rif:", "Il-websajt tal-konkors: ec.europa.eu/translatores", "Il-Facebook: facebook.com/translatores", "Twitter: @translatores", "D\u0120 Traduzzjoni: ec.europa.eu/dgs/translation", "Kuntatti:", "Dennis Abbott (+32 2 295 92 58)", "Dina Avraam (+32 2 295 96 67)"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_2941", "title": "Il-Kummissjoni tie\u0127u azzjoni biex issa\u0127\u0127a\u0127 il-kunfidenza fl-istudji xjentifi\u010bi dwar is-sikurezza tal-ikel", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Tue, 10 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni qed twie\u0121eb g\u0127at-t\u0127assib espress mi\u010b-\u010bittadini f'Inizjattiva ta\u010b-\u010aittadini Ewropej li rnexxiet, bi proposta biex ittejjeb it-trasparenza tal-istudji xjentifi\u010bi fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel.", "Il-proposta, li hija bba\u017cata wkoll fuq il-Kontroll tal-Idoneit\u00e0 tal-Kummissjoni tal-Li\u0121i \u0120enerali tal-Ikel, li ilu mill-2002 u b'hekk je\u0127tie\u0121 a\u0121\u0121ornament:", "L-ewwel Vi\u010bi President Frans Timmermans qal: \u201cIllum qed nindirizzaw it-t\u0127assib ta\u010b-\u010bittadini, biex intejbu t-trasparenza fit-te\u0127id tad-de\u010bi\u017cjonijiet, biex noffru a\u010b\u010bess a\u0127jar g\u0127all-informazzjoni relevanti u biex ni\u017cguraw li l-valutazzjoni tar-riskju affidabbli u bba\u017cata fuq ix-xjenza tibqa' fil-qalba tat-te\u0127id tad-de\u010bi\u017cjonijiet f'dan il-qasam sensittiv tas-sikurezza tal-ikel.\u201d", "Il-Kummissarju Ewropew g\u0127as-Sa\u0127\u0127a u s-Sikurezza Alimentari, Vytenis Andriukaitis, qal: \u201cIl-valutazzjoni tar-riskju bba\u017cata fuq ix-xjenza tal-UE g\u0127as-sikurezza tal-ikel hija wa\u0127da mill-iktar ri\u0121idi fid-dinja.", "Issa qed nag\u0127mluha sa\u0127ansitra iktar b'sa\u0127\u0127itha permezz ta' regoli dwar it-trasparenza aktar \u010bari u permezz ta' komunikazzjoni aktar effettiva dwar ir-riskji matul il-pro\u010bess.", "B'din ir-riforma, i\u010b-\u010bittadini ser ikollhom a\u010b\u010bess immedjat g\u0127all-istudji xjentifi\u010bi li fuqhom ikunu jserr\u0127u l-applikazzjonijiet g\u0127all-awtorizzazzjoni.", "Jiena nappella lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew biex din il-proposta ssir li\u0121i malajr kemm jista' jkun sabiex inkunu nistg\u0127u niksbu ri\u017cultati g\u0127a\u010b-\u010bittadini qabel l-elezzjonijiet Ewropej is-sena d-die\u0127la.\u201d", "Il-Kummissjoni qed tipproponi revi\u017cjoni mmirata tar-Regolament tal-Li\u0121i \u0120enerali dwar l-Ikel[1] flimkien mar-revi\u017cjoni ta' tmien bi\u010b\u010biet ta' le\u0121i\u017clazzjoni settorjali, sabiex isiru konformi mar-regoli \u0121enerali u jsa\u0127\u0127u t-trasparenza fil-qasam tal-O\u0120M, tal-addittivi tal-g\u0127alf, tat-ta\u0127wir bl-affumikazzjoni, tal-materjali li ji\u0121u f'kuntatt mal-ikel, tal-addittivi tal-ikel, tal-enzimi u t-ta\u0127wir tal-ikel, tal-prodotti g\u0127all-protezzjoni tal-pjanti u tal-ikel \u0121did.", "L-elementi ewlenin tal-proposta:", "Il-kuntest", "Fl-2002, il-Li\u0121i \u0120enerali dwar l-Ikel stabbiliet il-prin\u010bipju tal-anali\u017ci tar-riskju b\u0127ala prin\u010bipju \u0121enerali tal-li\u0121i tal-ikel tal-UE.", "Din \u0127olqot sistema tas-sikurezza tal-ikel tal-UE li fiha r-responsabbilt\u00e0 g\u0127all-valutazzjoni tar-riskju (ix-xjenza) u dik g\u0127all-\u0121estjoni tar-riskju (il-politika) jin\u017cammu separati.", "L-Awtorit\u00e0 Ewropea dwar is-Sigurt\u00e0 fl-Ikel (EFSA) \u0121iet stabbilita b\u0127ala a\u0121enzija indipendenti tal-UE responsabbli mill-g\u0127oti ta' pariri xjentifi\u010bi dwar ir-riskji asso\u010bjati mal-katina agroalimentari.", "Ir-ri\u017cultati ta' Kontroll tal-Idoneit\u00e0 tal-Li\u0121i \u0120enerali dwar l-Ikel ippubblikati aktar kmieni din is-sena kkonfermaw li l-le\u0121i\u017clazzjoni til\u0127aq l-g\u0127anijiet ewlenin tag\u0127ha li ti\u017cgura livell g\u0127oli ta' protezzjoni g\u0127as-sa\u0127\u0127a tal-bniedem u t-t\u0127addim bla xkiel tas-Suq Intern.", "B'mod partikolari, l-appro\u010b\u010b ibba\u017cat fuq ir-riskju tal-li\u0121i dwar l-ikel tal-UE \u017cied il-livell \u0121enerali ta' protezzjoni kontra r-riskji potenzjali lis-sikurezza tal-ikel.", "Madankollu, il-Kontroll tal-Idoneit\u00e0 enfasizza wkoll it-t\u0127assib ta\u010b-\u010bittadini dwar it-trasparenza tal-istudji xjentifi\u010bi u l-pro\u010bess tal-valutazzjoni tar-riskju fil-katina agroalimentari.", "Fis-6 ta' Ottubru 2017, lill-Kummissjoni ntbag\u0127titilha Inizjattiva ta\u010b-\u010aittadini Ewropej bit-titolu '\u201dProjbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pesti\u010bidi tossi\u010bi\u201d, b'dikjarazzjonijiet ta' appo\u0121\u0121 minn 1,070,865 Ewropew.", "Wa\u0127da mit-talbiet fl-Inizjattiva kienet li jkun hemm iktar trasparenza fl-istudji xjentifi\u010bi ppre\u017centati lill-Awtorit\u00e0 Ewropea dwar is-Sigurt\u00e0 fl-Ikel, u li ji\u017cdied l-ikkummissjonar tal-istudji mill-awtoritajiet pubbli\u010bi.", "Il-Kummissjoni wie\u0121bet g\u0127al din l-Inizjattiva fit-12 ta' Di\u010bembru 2017.", "S'issa, erba' Inizjattivi ta\u010b-\u010aittadini ta' su\u010b\u010bess \u0121abru aktar minn miljun firma kull wa\u0127da, u l-Kummissjoni issa \u0127adet azzjonijiet ta' segwitu fuq tlieta minnhom.", "Il-passi li jmiss", "G\u0127al aktar informazzjoni", "MEMO: Il-proposta tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza u s-sostenibbilt\u00e0 tal-mudell tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari", "Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar \u201cProjbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pesti\u010bidi tossi\u010bi\u201d", "Transparency and sustainability of the EU risk assessment in the food chain", "Segwina fuq Twitter: @Food_EU", "[1] Ir-Regolament (KE) Nru\u00b0178/2002"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3041", "title": "Patt \u0121did g\u0127all-Konsumaturi: il-Kummissjoni ssa\u0127\u0127a\u0127 id-drittijiet tal-konsumaturi tal-UE u l-infurzar", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW,CONSUMPOL,JFRC", "date": "Tue, 10 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi Patt \u0120did g\u0127all-Konsumaturi sabiex ta\u010b\u010berta li l-konsumaturi Ewropej kollha jibbenefikaw mija fil-mija mid-drittijiet tag\u0127hom skont il-li\u0121i tal-Unjoni.", "Filwaqt li l-UE di\u0121\u00e0 g\u0127andha fost l-aktar regoli b'sa\u0127\u0127ithom fid-dinja dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, ka\u017cijiet re\u010benti b\u0127all-iskandlu Dieselgate, urew li fil-prattika l-infurzar bis-s\u0127i\u0127 tag\u0127hom huwa diffi\u010bli.", "Il-Patt il-\u0120did g\u0127all-Konsumaturi se jag\u0127ti s-setg\u0127a lil entitajiet kwalifikati biex iniedu azzjonijiet rappre\u017centattivi g\u0127an-nom tal-konsumaturi u jintrodu\u010bu setg\u0127at aktar b'sa\u0127\u0127ithom ta' sanzjonar g\u0127all-awtoritajiet tal-konsumaturi tal-Istati Membri.", "Apparti minn hekk, dan se jestendi l-protezzjoni tal-konsumaturi meta dawn ikunu online u se ji\u010b\u010bara li l-prattiki ta' aktar minn xiber wie\u0127ed li jqarrqu bil-konsumaturi huma projbiti.", "L-ewwel Vi\u010bi President Timmermans qal: \u201cIl-Patt il-\u0120did tal-lum jittratta t-twettiq ta' Suq Uniku aktar \u0121ust li jkun ta' benefi\u010b\u010bju g\u0127a\u010b-\u010bittadini u g\u0127an-negozji.", "Qed inda\u0127\u0127lu dritt ta' rimedju kollettiv Ewropej g\u0127al meta gruppi ta' konsumaturi jkunu \u0121arrbu dannu, b\u0127alma rajna dan l-a\u0127\u0127ar, b'salvagwardji kif suppost biex ma jkun hemm l-ebda u\u017cu \u0127a\u017cin.", "Il-konsumaturi se jkunu jafu ming\u0127and min ikunu qed jixtru online, u meta l-bejjieg\u0127a jkunu \u0127allsu biex jidhru fir-ri\u017cultati tat-tfittxijiet.", "Il-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-operaturi tas-suq li ma jqarrqux bin-nies se jitne\u0127\u0127ewlhom il-pi\u017cijiet.", "Dawk il-ftit operaturi tas-suq li b'intenzjoni jabbu\u017caw mill-fidu\u010bja tal-konsumaturi Ewropej se ji\u0121u sanzjonati b'multi aktar \u0127orox.", "V\u011bra Jourov\u00e1, il-Kummissarju g\u0127all-\u0120ustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-\u0120eneri, \u017ciedet: \u201cF'dinja globalizzata fejn il-kumpaniji l-kbar g\u0127andhom vanta\u0121\u0121 kbir fuq il-konsumaturi individwali, irridu nibbilan\u010bjaw il-mi\u017cien.", "L-azzjonijiet rappre\u017centattivi, bil-mod Ewropew, se jag\u0127tu aktar \u0121ustizzja lill-konsumaturi u mhux aktar introjtu lid-ditti legali.", "U b'sanzjonijiet aktar b'sa\u0127\u0127ithom marbuta mal-fatturat annwali ta' kumpanija, l-awtoritajiet tal-konsumaturi fl-a\u0127\u0127ar se jkunu jistg\u0127u jikxfu snienhom biex jikkastigaw lil min iqarraq.", "Min iqarraq ma jistax jo\u0127ro\u0121 bl-ir\u0127is.\u201d", "Il-Patt il-\u0120did g\u0127all-Konsumaturi se jfisser:", "1.", "It-tis\u0127i\u0127 tad-drittijiet tal-konsumaturi online", "2.", "L-g\u0127oti ta' g\u0127odda lill-konsumaturi sabiex jinfurzaw id-drittijiet tag\u0127hom u jir\u010bievu kumpens", "Pere\u017cempju, f'xenarju b\u0127al dak ta' Dieselgate, il-vittmi ta' prattiki kummer\u010bjali \u017cleali, b\u0127al reklamar qarrieqi minn manifatturi tal-karozzi li ma jkunux f'konformit\u00e0 mal-qafas regolatorju tal-Unjoni g\u0127all-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi jew mal-le\u0121i\u017clazzjoni ambjentali tal-Unjoni, se jkunu jistg\u0127u jir\u010bievu kumpens b'mod kollettiv bis-sa\u0127\u0127a ta' azzjoni rappre\u017centattiva skont din id-Direttiva.", "Rimedju kollettiv b\u0127al dan qabel ma kienx previst skont il-li\u0121i tal-Unjoni.", "Dan il-mudell g\u0127andu salvagwardji b'sa\u0127\u0127ithom u huwa distintivament differenti mill-azzjonijiet kollettivi stil Amerikan.", "L-azzjonijiet rappre\u017centattivi mhumiex se jkunu miftu\u0127a g\u0127ad-ditti legali i\u017cda se jkunu miftu\u0127a biss g\u0127al entitajiet b\u0127all-g\u0127aqdiet tal-konsumaturi li m'g\u0127andhomx skop ta' qlig\u0127 u jissodisfaw kriterji stretti ta' eli\u0121ibbilt\u00e0, ta\u0127t monitora\u0121\u0121 minn awtorit\u00e0 pubblika.", "Din is-sistema l-\u0121dida se tiggarantixxi li l-konsumaturi Ewropej jibbenefikaw mija fil-mija mid-drittijiet tag\u0127hom u jkunu jistg\u0127u jir\u010bievu kumpens, filwaqt li se tevita r-riskju ta' litigazzjoni abbu\u017civa jew bla b\u017conn.", "3.", "L-introduzzjoni ta' penali effettivi g\u0127all-ksur tal-li\u0121i tal-konsumatur fl-UE", "L-awtoritajiet tal-konsumaturi fl-UE mhumiex attrezzati sew biex jissanzjonaw prattiki li jo\u0127olqu \u201csitwazzjonijiet ta' dannu g\u0127all-massa\u201d li jolqtu g\u0127add kbir ta' konsumaturi fl-UE kollha.", "B\u0127alissa, il-livell ta' penali jvarja ferm skont l-Istat Membru, u ta' sikwit ikun wisq baxx biex ikollu effett disswa\u017civ, b'mod partikolari fuq il-kumpaniji li joperaw b'mod transfruntiera u fuq skala kbira.", "Skont il-proposta, l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumaturi se jkollhom is-setg\u0127a li jimponu, b'mod koordinat, penali effettivi, proporzjonati u disswa\u017civi.", "G\u0127al ksur mifrux li jolqot lill-konsumaturi f'diversi Stati Membri tal-UE, il-multa massima disponibbli se tkun ta' 4 % tal-fatturat annwali tal-operatur tas-suq f'kull Stat Membru rispettiv. l-Istati Membri jit\u0127allew fil-libert\u00e0 li jintrodu\u010bu multi massimi og\u0127la.", "4.", "L-indirizzar tal-kwistjoni ta' aktar minn xiber wie\u0127ed g\u0127all-kwalit\u00e0 tal-prodotti tal-konsumaturi", "B'segwitu g\u0127al-linji gwida tal-Kummissjoni ta' Settembru 2017, il-Patt il-\u0120did tal-Konsumaturi se ja\u0121\u0121orna d-Direttiva dwar il-Prattiki Kummer\u010bjali \u017bleali sabiex jindika espli\u010bitament li l-awtoritajiet nazzjonali jistg\u0127u jivvalutaw u jindirizzaw il-prattiki kummer\u010bjali \u017cleali li jinvolvu l-kummer\u010bjalizzazzjoni ta' prodotti b\u0127ala identi\u010bi f'diversi Stati Membri tal-UE, jekk dawn ikollhom g\u0127amla jew karatteristi\u010bi differenti ferm.", "5.", "Kundizzjonijiet imtejba g\u0127an-negozji", "Il-Patt il-\u0120did se jne\u0127\u0127i l-pi\u017c bla b\u017conn g\u0127an-negozji, fost l-o\u0127rajn billi jne\u0127\u0127i l-obbligi fuq il-kumpaniji fir-rigward tad-dritt ta' rtirar tal-konsumatur.", "Pere\u017cempju, il-konsumaturi mhumiex se jit\u0127allew aktar jirritornaw prodotti li jkunu di\u0121\u00e0 g\u0127amlu u\u017cu minnhom minflok ikunu sempli\u010bement ippruvawhom, u l-operaturi tas-suq mhumiex se jkollhom g\u0127alfejn jirrimbor\u017caw aktar lill-konsumaturi qabel ma effettivament jir\u010bievu l-prodotti rritornati.", "Ir-regoli l-\u0121odda jintrodu\u010bu wkoll aktar flessibbilt\u00e0 fil-mod kif l-operaturi tas-suq jistg\u0127u jikkomunikaw mal-konsumaturi, u jippermettulhom li ju\u017caw formoli fuq il-web jew chats minflok il-posta elettronika, dment li l-konsumaturi jkunu jistg\u0127u j\u017commu rendikont tal-komunikazzjoni tag\u0127hom mal-operatur tas-suq.", "Il-Passi li Jmiss", "Il-proposti tal-Kummissjoni se ji\u0121u diskussi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.", "Il-Kuntest", "Il-Patt il-\u0120did g\u0127all-Konsumaturi se jimxi fuq il-passi ta' dak li di\u0121\u00e0 kisbet il-Kummissjoni Juncker sabiex ittejjeb il-protezzjoni tal-konsumaturi.", "Fl-ambitu tal-Istrate\u0121ija g\u0127al Suq Uniku Di\u0121itali, il-Kummissjoni kisbet ri\u017cultati rigward diversi inizjattivi li jadattaw ir-regoli tal-konsumaturi g\u0127ad-dinja online, pere\u017cempju billi temmet it-tariffi tar-roaming jew l-imblukkar \u0121eografiku mhux \u0121ustifikat.", "Apparti minn hekk, ir-Regolament dwar Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi, adottat fl-2017, se jtejjeb l-infurzar pubbliku u l-kooperazzjoni transfruntiera tal-awtoritajiet tal-konsumaturi.", "Madankollu, ir-rie\u017cami tar-regoli tal-konsumaturi fl-UE u l-ksur tag\u0127hom li se\u0127\u0127 dan l-a\u0127\u0127ar fl-UE kollha, is-sena l-o\u0127ra kienu xhieda tal-fatt li kien g\u0127ad hemm lok g\u0127al titjib sabiex il-konsumaturi jkunu protetti a\u0127jar.", "Il-Patt il-\u0120did g\u0127all-Konsumaturi huwa mag\u0127mul minn \u017cew\u0121 proposti g\u0127al Direttivi:", "Il-Komunikazzjoni li takkumpanjah tinkludi pjan ta' azzjoni g\u0127all-i\u017cvilupp u g\u0127at-tis\u0127i\u0127 tal-azzjonijiet ikkoordinati ta' infurzar fost l-awtoritajiet u l-kooperazzjoni internazzjonali tag\u0127hom ma' awtoritajiet minn s\u0127ab kummer\u010bjali ewlenin.", "Studju dwar it-trasparenza fil-pjattaformi online, li wkoll \u0121ie ppubblikat illum, jappo\u0121\u0121a l-proposti tal-Patt il-\u0120did dwar il-postijiet tas-suq online.", "Juri li aktar trasparenza online tg\u0127in lill-konsumaturi fit-te\u0127id tad-de\u010bi\u017cjonijiet u \u017c\u017cid il-fidu\u010bja tag\u0127hom meta jkunu qed jixtru online.", "Aktar informazzjoni", "Proposta u dokumenti legali dwar il-Patt il-\u0120did g\u0127all-Konsumaturi", "Il-MEMO: Patt \u0120did g\u0127all-Konsumaturi: Mistoqsijiet Frekwenti", "Skedi informattivi dwar il-Patt il-\u0120did g\u0127all-Konsumaturi:", "- Il-benefi\u010b\u010bji g\u0127all-konsumaturi skont il-Patt il-\u0120did", "- Il-benefi\u010b\u010bji g\u0127an-negozji skont il-Patt il-\u0120did", "- Kif ja\u0127dem ir-rimedju kollettiv", "- Il-kisbiet tal-Kummissjoni Juncker fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi", "- Infurzar pubbliku mtejjeb b'regoli a\u0121\u0121ornati g\u0127all-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi", "Aktar minn Xiber Wie\u0127ed fil-Kwalit\u00e0 tal-Ikel", "Informazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-le\u0121i\u017clazzjoni tal-konsumaturi fl-UE", "Informazzjoni dwar ir-rimedju kollettiv", "Studju fuq il-komportament fir-rigward tat-trasparenza fil-pjattaformi online"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_2761", "title": "Is-Sikurezza fit-Toroq: Id-dejta turi titjib fl-2017, i\u017cda jridu jsiru aktar sforzi biex jinkiseb aktar progress sostanzjali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRANSPORT", "date": "Mon, 09 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["L-istatistika preliminari g\u0127all-2017 dwar is-sikurezza fit-toroq li l-Kummissjoni Ewropea \u0127ar\u0121et illum turi tnaqqis, g\u0127at-tieni sena konsekuttiva, fl-g\u0127add ta' mwiet fl-UE.", "Fl-2017 mietu 25,300 ru\u0127 fit-toroq tal-UE, ji\u0121ifieri 300 inqas mill-2016 (-2 %) u 6,200 inqas mill-2010 (-20 %).", "Filwaqt li x-xejra hija inkora\u0121\u0121anti, se jkun diffi\u010bli ferm li tintla\u0127aq il-mira tal-UE li l-g\u0127add ta' mwiet fit-toroq bejn l-2010 u l-2020 jonqos bin-nofs.", "Minbarra dan, hu stmat li s-sena l-o\u0127ra ndarbu serjament 135,000 persuna o\u0127ra, fosthom g\u0127add kbir ta' utenti vulnerabbli: persuni bil-mixi, \u010biklisti u sewwieqa tal-muturi.", "L-imwiet u l-korrimenti fit-toroq ma jaffettwawx biss lill-vittmi, i\u017cda wkoll s-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na kollha kemm hi, u huwa stmat li jo\u0127olqu spejje\u017c so\u010bjoekonomi\u010bi [1] ta' EUR 120 biljun fis-sena.", "G\u0127aldaqstant hemm b\u017conn li l-atturi kollha j\u0121eddu l-isforzi tag\u0127hom \u0127alli jonqsu l-perikli mit-toroq Ewropej.", "Filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali u lokali jwettqu \u0127afna mill-azzjonijiet ta' kuljum, b\u0127all-infurzar u s-sensibilizzazzjoni, il-Kummissjoni b\u0127alissa qed ta\u0127dem fuq sensiela ta' mi\u017curi konkreti bl-g\u0127an li tkattar progress sostanzjali ulterjuri.", "Dan ikun pass ie\u0127or lejn \u201cEwropa li tipprote\u0121i\u201d, kif irrefera g\u0127aliha l-President Juncker.", "Il-Kummissarju g\u0127at-Trasport, Violeta Bulc stqarret: \u201cIs-sena li g\u0127addiet, 25,300 persuna tilfu \u0127ajjithom fit-toroq tag\u0127na u \u0127afna aktar \u0121arrbu korrimenti li biddlulhom \u0127ajjithom.", "Wara kull wa\u0127da minn dawn i\u010b-\u010bifri hemm storja ta' diqa u w\u0121ig\u0127.", "Is-sikurezza fit-toroq hija responsabbilt\u00e0 kondivi\u017ca mal-Istati Membri, i\u017cda nemmen li l-UE tista' tag\u0127mel aktar biex i\u010b-\u010bittadini Ewropej ikunu protetti a\u0127jar.", "Il-Kummissjoni b\u0127alissa qed ta\u0127dem fuq sensiela ta' mi\u017curi konkreti li se jit\u0127abbru fil-\u0121img\u0127at li \u0121ejjin.", "L-ambizzjoni tag\u0127na hija \u010bara: li nsalvaw aktar \u0127ajjiet fit-toroq tag\u0127na.\u201d", "B'medja ta' 49 mewta fit-toroq g\u0127al kull miljun abitant fl-2017, it-toroq Ewropej g\u0127adhom, bil-bosta, l-aktar sikuri fid-dinja.", "Fi \u0127dan l-UE, l-I\u017cvezja (25 mewta g\u0127al kull miljun abitant), ir-Renju Unit (27), in-Netherlands (31) u d-Danimarka (32) irrappurtaw l-aqwa rekords fl-2017.", "Meta mqabbel mal-2016, l-Estonja u s-Slovenja rrappurtaw l-akbar tnaqqis fl-g\u0127add ta' fatalitajiet, b'\u010bifri ta' -32 % u -20 % rispettivament.", "Barra minn hekk, id-distakk bejn l-Istati Membri f'dik li hija l-prestazzjoni kompla jonqos fl-2017, tant li kienu biss tnejn l-Istati Membri li rre\u0121istraw rata ta' fatalit\u00e0 og\u0127la minn 80 mewta g\u0127al kull miljun abitant (ir-Rumanija u l-Bulgarija).", "In\u0127arsu 'l quddiem", "Filwaqt li tibni fuq id-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Marzu 2017 dwar is-Sikurezza fit-Toroq, il-Kummissjoni b\u0127alissa qed ta\u0127dem fuq qafas \u0121did g\u0127as-sikurezza fit-toroq g\u0127all-perjodu 2020-2030, u fuq serje ta' mi\u017curi konkreti li jikkontribwixxu g\u0127al toroq aktar sikuri.", "Dan jista' jinkludi revi\u017cjoni tar-regoli Ewropej dwar is-sikurezza tal-vetturi u dwar il-\u0121estjoni tas-sikurezza tal-infrastrutturi, u inizjattiva g\u0127al tran\u017cizzjoni sikura lejn mobbilt\u00e0 kooperattiva, konnessa u awtonoma.", "Il-Kummissjoni qed tippjana li tippre\u017centa dawn il-mi\u017curi fir-rebbieg\u0127a tal-2018.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "MEMO: L-istatistika dwar is-sikurezza fit-toroq g\u0127all-2017: xi jfissru \u010b-\u010bifri?", "Il-\u0127idma tal-Kummissjoni b'rabta mas-sikurezza fit-toroq u l-istatistika tal-UE dwar is-sikurezza fit-toroq", "Vademecum dwar is-Sigurt\u00e0 fit-Toroq", "Anness", "L-imwiet fit-toroq g\u0127al kull miljun abitant", "Statistika preliminari g\u0127all-2017 g\u0127al kull pajji\u017c g\u0127all-2017[2]", "2010", "2016", "2017", "2016-2017", "2010-2017", "Il-Bel\u0121ju", "77", "56", "55", "-3 %", "-26 %", "Il-Bulgarija", "105", "99", "96", "-4 %", "-12 %", "Ir-Repubblika \u010aeka", "77", "58", "54", "-6 %", "-28 %", "Id-Danimarka", "46", "37", "32", "-13 %", "-28 %", "Il-\u0120ermanja", "45", "39", "38", "-1 %", "-13 %", "L-Estonja", "59", "54", "36", "-32 %", "-39 %", "L-Irlanda", "47", "39", "33", "-15 %", "-25 %", "Il-\u0120re\u010bja", "112", "76", "69", "-10 %", "-41 %", "Spanja", "53", "39", "40", "2 %", "-25 %", "Franza", "64", "54", "53", "-1 %", "-13 %", "Il-Kroazja", "99", "73", "80", "8 %", "-22 %", "L-Italja", "70", "54", "56", "3 %", "-18 %", "\u010aipru", "73", "54", "62", "15 %", "-12 %", "Il-Latvja", "103", "80", "70", "-14 %", "-38 %", "Il-Litwanja", "95", "66", "67", "0 %", "-36 %", "Il-Lussemburgu", "64", "56", "47", "-13 %", "-25 %", "L-Ungerija", "74", "62", "64", "3 %", "-16 %", "Malta", "31", "51", "43", "-17 %", "46 %", "In-Netherlands", "32", "31", "31", "0 %", "-1 %", "L-Awstrija", "66", "50", "47", "-5 %", "-25 %", "Il-Polonja", "102", "80", "75", "-6 %", "-28 %", "Il-Portugall", "80", "54", "62", "14 %", "-31 %", "Ir-Rumanija", "117", "97", "98", "1 %", "-19 %", "Is-Slovenja", "67", "63", "50", "-20 %", "-25 %", "Is-Slovakkja", "65", "51", "57", "12 %", "-13 %", "Il-Finlandja", "51", "47", "39", "-18 %", "-22 %", "L-I\u017cvezja", "28", "27", "25", "-6 %", "-5 %", "Ir-Renju Unit", "30", "28", "27", "-5 %", "-7 %", "L-UE", "63", "50", "49", "-2 %", "-20 %", "[1] Ir-riabilitazzjoni, il-kura tas-sa\u0127\u0127a, danni materjali, e\u010b\u010b.", "[2] I\u010b-\u010bifri g\u0127all-2017 huma bba\u017cati fuq dejta provvi\u017corja.", "Jaf isiru bidliet \u017cg\u0127ar fid-dejta finali g\u0127al xi pajji\u017ci individwali."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_2763", "title": "VentureEU: EUR 2.1 biljun biex ting\u0127ata spinta lill-investiment tal-kapital ta' riskju fin-negozji \u0121odda innovattivi tal-Ewropa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH,RESINSC", "date": "Mon, 09 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) varaw Programm Pan-Ewropew g\u0127al Fondi ta' Fondi tal-Kapital ta' Riskju (VentureEU) biex ting\u0127ata spinta lill-investiment fin-negozji \u0121odda u fin-negozji li qed jespandu innovattivi fl-Ewropa.", "L-Ewropa hija mog\u0127nija b'sors kbir ta' talent, ri\u010berkaturi tal-aqwa livell u imprendituri tas-seng\u0127a, i\u017cda tista' tag\u0127mel aktar biex tikkonverti dik l-e\u010b\u010bellenza fi stejjer ta' su\u010b\u010bess.", "L-a\u010b\u010bess g\u0127all-kapital ta' riskju g\u0127all-innovazzjoni g\u0127andu rwol importanti f'dan is-sens.", "Illum, il-Kummissjoni u l-FEI qed i\u0127abbru sitt fondi parte\u010bipanti li se jir\u010bievu l-appo\u0121\u0121 tal-UE fil-missjoni tag\u0127hom biex jinvestu fis-suq tal-kapital ta' riskju Ewropew.", "B'appo\u0121\u0121 minn finanzjament tal-UE li jla\u0127\u0127aq EUR 410 miljun, il-fondi g\u0127andhom l-g\u0127an li ji\u0121\u0121eneraw sa EUR 2.1 biljun ta' investiment pubbliku u privat.", "Min-na\u0127a tieg\u0127u dan l-investiment huwa mistenni jiskatta madwar EUR 6.5 biljun ta' investiment \u0121did f'negozji \u0121odda u f'negozji li qed jespandu innovattivi fl-Ewropa, li se jirdoppja l-ammont ta' kapital ta' riskju li b\u0127alissa jinsab disponibbli fl-Ewropa.", "Il-Vi\u010bi President tal-Kummissjoni Jyrki Katainen, responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittivit\u00e0, qal: \u201cFil-kapital ta' riskju, id-daqs huwa importanti!", "Permezz ta' VentureEU, g\u0127add kbir ta' imprendituri innovattivi mill-Ewropa dalwaqt se jkunu jistg\u0127u jiksbu l-investiment li je\u0127tie\u0121u biex jinnovaw u jevolvu fi stejjer ta' su\u010b\u010bess globali.", "Dan ifisser iktar impjiegi u tkabbir fl-Ewropa.\u201d", "Carlos Moedas, il-Kummissarju g\u0127ar-Ri\u010berka, ix-Xjenza u l-Innovazzjoni, \u017cied jg\u0127id: \u201cVentureEU huwa element ewlieni tal-istrate\u0121ija Innovazzjoni Miftu\u0127a li varajna tliet snin ilu.", "Huwa vitali g\u0127all-Ewropa li tibqa' mexxej fl-industrija u forza ekonomika.\u201d", "El\u017cbieta Bie\u0144kowska, il-Kummissarju g\u0127as-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, stqarret: \u201cVentureEU se j\u017cid l-ammont u d-daqs medju ta' fondi ta' kapital ta' riskju.", "Se jg\u0127in lin-negozji \u0121odda tag\u0127na li g\u0127andhom potenzjal kbir biex jibqg\u0127u fl-Ewropa u jikbru, filwaqt li jie\u0127du vanta\u0121\u0121 s\u0127i\u0127 mis-Suq Uniku.\u201d", "Pier Luigi Gilibert, il-Kap E\u017cekuttiv tal-FEI, \u017cied jg\u0127id: \u201cVentureEU huwa \u017cieda importanti fix-xenarju Ewropew tal-ekwit\u00e0.", "Filwaqt li s'issa appo\u0121\u0121ajna iktar minn 500 fond, din hija l-ewwel darba li l-UE \u0127olqot programm daqstant uniku.", "Il-FEI huwa kburi li jifforma parti minn din l-inizjattiva.\u201d", "Il-kapital ta' riskju (VC) huwa vitali g\u0127al Unjoni tas-Swieq Kapitali li tiffunzjona sew, i\u017cda g\u0127adu sotto\u017cviluppat fl-Ewropa.", "Fl-2016, l-investituri tal-kapital ta' riskju investew madwar EUR 6.5 biljun fl-UE meta mqabbla ma' EUR 39.4 biljun fl-USA.", "Barra minn hekk, il-fondi tal-kapital ta' riskju fl-Ewropa huma \u017cg\u0127ar wisq \u2013 EUR 56 miljun b\u0127ala medja meta mqabbla ma' EUR 156 miljun fl-USA.", "B'ri\u017cultat ta' dan, dawn il-kumpaniji jimxu g\u0127al ekosistemi fejn g\u0127andhom opportunitajiet a\u0127jar li jikbru malajr.", "Fi tmiem l-2017, l-g\u0127add ta' kumpaniji li la\u0127qu l-istatus \u201cunicorn\u201d, ji\u0121ifieri valur fis-suq ta' iktar minn EUR 1 biljun, kien 26 fl-UE meta mqabbel ma' 109 fl-USA u 59 fi\u010b-\u010aina.", "VentureEU se jipprovdi sorsi \u0121odda ta' finanzjament, fejn jag\u0127ti opportunit\u00e0 lill-innovaturi Ewropej jespandu f'kumpaniji tal-aqwa livell fid-dinja.", "Madwar 1,500 negozju \u0121did u negozji li qed jespandu huma mistennija jiksbu a\u010b\u010bess fl-UE kollha.", "L-UE se tipprovdi investimenti ta' pedament sa EUR 410 miljun \u2013 inklu\u017ci EUR 67 miljun mir-ri\u017corsi tal-FEI stess: EUR 200 miljun mill-InnovFin Equity tal-programm Orizzont 2020, EUR 105 miljun minn COSME (il-Programm g\u0127all-Kompetittivit\u00e0 tal-Intrapri\u017ci u l-SMEs), u EUR 105 miljun mill-Fond Ewropew g\u0127all-Investimenti Strate\u0121i\u010bi (EFSI) \u2013 'l hekk imsejja\u0127 Pjan ta' Juncker.", "Il-bqija tal-finanzjament se ji\u0121i \u0121\u0121enerat mill-mani\u0121ers tal-fondi mag\u0127\u017cula, primarjament minn investituri indipendenti.", "Is-sitt fondi se jinvestu f'g\u0127add ta' fondi i\u017cg\u0127ar ta' destinatarji ta' investiment u jkopru pro\u0121etti f'mill-inqas erba' pajji\u017ci Ewropej kull wie\u0127ed.", "Dawn il-fondi ta' destinatarji ta' investiment se jg\u0127inu jiffinanzjaw lill-SMEs u lill-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja minn firxa ta' setturi b\u0127at-teknolo\u0121iji ta' informazzjoni u komunikazzjoni (ICT), dak di\u0121itali, ix-xjenzi tal-\u0127ajja, it-teknolo\u0121iji medi\u010bi, u l-effi\u010bjenza fl-u\u017cu tar-ri\u017corsi u tal-ener\u0121ija.", "L-investiment tal-UE fil-VentureEU se jkun \u0121estit mill-FEI ta\u0127t is-supervi\u017cjoni tal-Kummissjoni u se ji\u0121i varat permezz ta' sitt mani\u0121ers tal-fondi professjonali u tal-esperjenza biex ikun \u017cgurat appro\u010b\u010b kompletament xprunat mis-suq.", "Dan se jattira iktar investimenti u j\u017cid b'mod sinifikanti d-disponibbilt\u00e0 tal-finanzjament tal-kapital ta' riskju g\u0127an-negozji \u0121odda u n-negozji li qed jespandu fl-UE.", "Sfond", "Il-Kummissjoni \u0127abbret il-\u0127olqien ta' Programm Pan-Ewropew g\u0127al Fondi ta' Fondi tal-Kapital ta' Riskju (VentureEU) skont l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) u l-Inizjattiva Favur Negozji \u0120odda u Negozji li Qed Jespandu.", "L-inizjattiva kienet proposta g\u0127all-ewwel darba mill-Kummissarju Moedas b\u0127ala parti mill-istrate\u0121ija ta' Xjenza Miftu\u0127a, Innovazzjoni Miftu\u0127a u Appro\u010b\u010b Miftu\u0127 g\u0127ad-Dinja fl-2015.", "F'Novembru 2016, il-Kummissjoni u l-FEI varaw sej\u0127a g\u0127al espressjoni ta' interess li g\u0127aliha r\u010bevew 17-il applikazzjoni sal-iskadenza tal-31 ta' Jannar 2017.", "B\u0127ala l-ewwel pass, il-Kummissjoni vvalutat il-proposti ta' investiment kollha u wettqet l-ewwel g\u0127a\u017cla abba\u017ci ta' kemm il-politika tag\u0127hom hija adattata g\u0127all-programm.", "Ftit wara, il-FEI wettaq il-pro\u010bess standard tad-dili\u0121enza dovuta tal-kandidati tal-ewwel g\u0127a\u017cla, li sitta minnhom intg\u0127a\u017clu g\u0127all-finanzjament u \u0121ew mistiedna jid\u0127lu f'negozjati mal-FEI lejn l-a\u0127\u0127ar tal-2017.", "L-ewwel \u017cew\u0121 ftehimiet \u0121ew iffirmati llum fi Brussell bejn IsomerCapital u l-FEI, u Axon Partners Group u l-FEI.", "L-erbg\u0127a ftehimiet li fadal \u2013 Aberdeen Standard Investments, LGT, Lombard Odier Asset Management u Schroder Adveq \u2013 huma mistennija li ji\u0121u finalizzati matul l-2018.", "VentureEU jifforma parti mill-ekosistema iktar mifruxa li l-UE qed idda\u0127\u0127al fis-se\u0127\u0127 biex tag\u0127ti lill-g\u0127add kbir ta' imprendituri innovattivi tal-Ewropa kull opportunit\u00e0 biex isiru kumpaniji tal-aqwa livell fid-dinja.", "B'mod partikolari, b\u0127ala parti mill-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-Kummissjoni ppre\u017centat serje ta' mi\u017curi biex ittejjeb l-a\u010b\u010bess g\u0127all-finanzjament g\u0127al kumpaniji \u017cg\u0127ar u li qed jespandu biex jin\u0127olqu l-impjiegi u t-tkabbir.", "Il-Pjan ta' Investiment g\u0127all-Ewropa g\u0127andu wkoll il-mira li jtejjeb l-ambjent tan-negozji fl-UE billi jag\u0127mel u\u017cu iktar intelli\u0121enti tar-ri\u017corsi finanzjarji u jne\u0127\u0127i l-ostakli g\u0127all-investimenti.", "Fl-1 ta' Marzu 2018, da\u0127lu fis-se\u0127\u0127 regoli \u0121odda dwar il-Fond Ewropew ta' kapital ta' riskju (EuVECA) u l-Fond ta' Intraprenditorija So\u010bjali Ewropew (EuSEF), li jag\u0127mluha iktar fa\u010bli g\u0127all-mani\u0121ers tal-fondi tad-daqsijiet kollha biex jamministraw dawn il-fondi u jippermettu lil firxa ikbar ta' kumpaniji jibbenefikaw mill-investimenti tag\u0127hom.", "Barra minn hekk, ir-regoli l-\u0121odda se jra\u0127\u0127su l-kummer\u010bjalizzazzjoni transfruntiera tal-fondi EuVECA u EuSEF u se jissimplifikaw il-pro\u010bessi ta' re\u0121istrazzjoni.", "Kif t\u0127abbar fl-Istrate\u0121ija g\u0127all-Politika Industrijali m\u0121edda, il-Kummissjoni qed tesplora l-possibbilt\u00e0 li tistabbilixxi Azzjoni ta' Espansjoni Ewropea g\u0127all-Kapital ta' Riskju (ESCALAR) biex il-fondi tal-kapital ta' riskju jkunu jistg\u0127u j\u017cidu l-kapa\u010bit\u00e0 ta' investiment tag\u0127hom.", "F'Novembru 2016, il-Kummissjoni pproponiet Direttiva dwar l-insolvenza tan-negozji li tiffoka fuq l-iffa\u010bilitar ta' ristrutturar bikri u tat-tieni opportunit\u00e0.", "Il-Kummissjoni qed ta\u0127dem ukoll biex tavvanza fl-a\u0121enda tag\u0127ha li dda\u0127\u0127al fis-se\u0127\u0127 \u017cona robusta unika tal-VAT tal-UE.", "Dan jinkludi proposta ri\u010benti g\u0127al mi\u017curi mmirati biex jg\u0127inu lill-SMEs li joperaw fuq livell transfruntier fl-UE.", "\u0120ew maqbula wkoll regoli \u0121odda fil-livell tal-UE li g\u0127andhom jissimplifikaw l-obbligi tal-VAT g\u0127al eluf ta' SMEs li jbieg\u0127u l-o\u0121\u0121etti online fl-Unjoni.", "G\u0127al aktar informazzjoni"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_2902", "title": "Il-Jum Di\u0121itali 2018: Il-pajji\u017ci tal-UE se jimpenjaw ru\u0127hom biex iwettqu aktar flimkien fil-qasam di\u0121itali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Sun, 08 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["G\u0127ada l-Kummissjoni se ti\u0121bor flimkien ministri, kif ukoll rappre\u017centanti tal-pajji\u017ci tal-UE, tal-industrija, tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili u persuni akkademi\u010bi, biex tinkora\u0121\u0121ixxi l-kooperazzjoni fl-intelli\u0121enza artifi\u010bjali, fil-blockchain, fis-sa\u0127\u0127a elettronika u fl-innovazzjoni.", "Id-diskussjonijiet se jkunu ffukati fuq kif l-i\u017cviluppi teknolo\u0121i\u010bi se jsawru l-\u0121ejjieni, u fuq kemm hu kru\u010bjali li jinbena Suq Uniku Di\u0121itali b'sa\u0127\u0127tu permezz ta' investimenti akbar u b'aktar kompetenzi di\u0121itali.", "Wara l-Jum Di\u0121itali li sar is-sena l-o\u0127ra f'Ruma u li wassal g\u0127al kooperazzjoni b'su\u010b\u010bess f'oqsma b\u0127alma huma l-informatika ta' prestazzjoni g\u0127olja, il-mobbilt\u00e0 konnessa u d-di\u0121italizzazzjoni tal-industrija, il-Kummissjoni qed ter\u0121a' ttella' l-inizjattiva bl-g\u0127an li tinkora\u0121\u0121ixxi aktar kooperazzjoni b'rabta ma' kwistjonijiet relatati mal-qasam di\u0121itali.", "Fi \u017cmien sena, inkiseb progress kbir lejn Suq Uniku Di\u0121itali.", "It-tmiem tat-tariffi tar-roaming u l-portabbilt\u00e0 tal-kontenut online issa huma parti mill-\u0127ajja ta\u010b-\u010bittadini Ewropej.", "F'Mejju 2018 se jin\u0127ar\u0121u regoli aktar b'sa\u0127\u0127ithom dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, u l-ewwel regoli dwar i\u010b-\u010bibersigurt\u00e0 li se jkopru l-UE kollha.", "Bosta proposti g\u0127ad iridu ji\u0121u maqbula.", "L-Ewropa g\u0127andha timxi 'l quddiem u, filwaqt li tibni fuq is-Suq Uniku Di\u0121itali, g\u0127andha \u017c\u017cid l-investimenti u trawwem il-kooperazzjoni f'g\u0127add ta' oqsma ewlenin b\u0127alma huma l-intelli\u0121enza artifi\u010bjali, il-blockchain, is-sa\u0127\u0127a elettronika u l-innovazzjoni.", "Andrus Ansip, il-Vi\u010bi President g\u0127as-Suq Uniku Di\u0121itali, stqarr: \u201cI\u010b-\u010bittadini Ewropej qed jibdew igawdu l-benefi\u010b\u010bji tas-Suq Uniku Di\u0121itali f'livell prattiku.", "Issa jistg\u0127u jivvja\u0121\u0121aw u jaqsmu l-fruntieri waqt li ju\u017caw is-servizzi favoriti tag\u0127hom ta' streaming ta' vidjos u mu\u017cika - ming\u0127ajr ma j\u0127allsu tariffi tar-roaming.", "Dalwaqt, il-geoblocking waqt ix-xiri online se jkun \u0127a\u0121a tal-passat.", "Mill-25 ta' Mejju \u2018l quddiem, id-dejta personali tag\u0127na se tkun protetta a\u0127jar minn qatt qabel.", "Il-Jum Di\u0121itali ta' din is-sena huwa l-\u0127in perfett biex nag\u0127rfu dak kollu li ksibna u biex in\u0127e\u0121\u0121u lill-Istati Membri tal-UE jippro\u010bedu kemm jista' jkun malajr bil-proposti le\u0121i\u017clattivi li qed ji\u0121u diskussi.", "Irridu n\u0127ejju l-futur di\u0121itali tag\u0127hna flimkien; irridu na\u0127dmu aktar, u rridu ning\u0127aqdu flimkien bejnietna u ni\u0121bru flimkien ir-ri\u017corsi biex inkunu nistg\u0127u na\u0127tfu l-opportunitajiet li joffru t-teknolo\u0121iji b\u0127all-intelli\u0121enza artifi\u010bjali u l-blockchain.\u201d", "(Id-diskors tal-ftu\u0127 se jkun disponibbli hawn g\u0127ada, g\u0127all-\u0127abta tad-9:30 CET).", "Mariya Gabriel, il-Kummissarju g\u0127all-Ekonomija u s-So\u010bjet\u00e0 Di\u0121itali, stqarret: \u201cId-di\u0121italizzazzjoni qed tittrasforma s-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na, u g\u0127andna b\u017conn ta' kooperazzjoni mill-qrib u siewja jekk verament irridu ngawdu mill-benefi\u010b\u010bji kollha tag\u0127ha.", "Hemm b\u017conn qawwi ta' impenn u ta' investimenti koordinati fil-livell tal-UE, jekk irridu nindirizzaw l-isfidi tal-\u0121ejjieni.", "Nistenna li l-Jum Di\u0121itali 2018 se jkompli jeleva l-kooperazzjoni di\u0121itali fl-Ewropa g\u0127al livell \u0121did b'rabta mal-intelli\u0121enza artifi\u010bjali u s-sa\u0127\u0127a elettronika.", "In\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkon\u010bernati kollha biex jikkontribwixxu lejn l-isforzi tag\u0127na biex in\u017commu l-po\u017cizzjoni tal-Ewropa b\u0127ala attur globali anki fl-era di\u0121itali.\u201d", "Fost l-elementi ewlenin tal-Jum Di\u0121itali 2018 se jkun hemm dikjarazzjonijiet immirati lejn:", "Alleanza ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-intelli\u0121enza artifi\u010bjali (IA): L-IA tista' \u0121\u0121ib benefi\u010b\u010bji kbar lis-so\u010bjet\u00e0 u lill-ekonomija tag\u0127na, b\u0127al pere\u017cempju kura tas-sa\u0127\u0127a a\u0127jar, trasport aktar sikur u industrija aktar kompetittiva.", "Sabiex igawdu bl-a\u0127jar mod mill-opportunitajiet li toffri l-AI, il-pajji\u017ci Ewropej iridu ja\u0127dmu flimkien, inklu\u017c g\u0127all-u\u017cu tal-og\u0127la standards ta' protezzjoni tad-dejta.", "Il-Kummissjoni se tadotta Komunikazzjoni dwar l-IA fil-\u0121img\u0127at li \u0121ejjin.", "G\u0127ada, g\u0127all-\u0127abta tas-13:00 CET, se tittella' aktar informazzjoni rigward id-dikjarazzjoni dwar l-IA hawn.", "Il-bini ta' s\u0127ubija Ewropea fit-teknolo\u0121iji tal-blockchain: Dan l-a\u0127\u0127ar, fi Frar 2018, il-Kummissjoni Ewropea nediet l-Osservatorju u l-Forum tal-UE dwar il-Blockchain, u se tinvesti madwar EUR 300 miljun fi pro\u0121etti li jappo\u0121\u0121aw l-u\u017cu tal-blockchain.", "Fl-istess \u0127in, l-Istati Membri appo\u0121\u0121aw b'mod attiv \u0127afna l-ekosistemi tal-blockchain, filwaqt li nedew esperimenti u \u0127abbru azzjonijiet fil-livell tal-gvern.", "Sabiex ji\u0121u sfruttati l-bosta opportunitajiet tal-blockchain u biex ji\u0121i evitat appro\u010b\u010b frammentat, g\u0127ada l-Kummissjoni se tibda twitti t-triq g\u0127at-twaqqif ta' So\u010bjet\u00e0 Ewropea tal-Blockchain g\u0127all-promozzjoni ta' infrastrutturi interoperabbli li se jtejbu s-servizzi di\u0121itali fdati.", "G\u0127ada, g\u0127all-\u0127abta tat-15:30 CET, se tittella' aktar informazzjoni rigward id-dikjarazzjoni dwar it-teknolo\u0121iji tal-blockchain hawn.", "Il-qsim ta' dejta g\u0127all-personalizzazzjoni tal-kura tas-sa\u0127\u0127a: Il-b\u017connijiet ta\u010b-\u010bittadini jinsabu fi\u010b-\u010bentru tal-innovazzjoni fil-kura tas-sa\u0127\u0127a bba\u017cata fuq id-dejta, u g\u0127andu jkollhom rwol attiv fil-kura personalizzata tag\u0127hom.", "Id-dikjarazzjoni tas-sa\u0127\u0127a elettronika g\u0127andha l-g\u0127an li tg\u0127aqqad l-a\u010b\u010bess g\u0127all-ba\u017cijiet tad-dejta \u0121enomi\u010bi e\u017cistenti u futuri fl-Unjoni Ewropea kollha, li se jg\u0127in biex jinkiseb progress fir-ri\u010berka fl-oqsma tal-mard rari, tal-kan\u010ber, tal-farmako\u0121enomika, tal-prevenzjoni tal-mard, tal-mard relatat mal-mo\u0127\u0127 u kundizzjonijiet o\u0127ra.", "Kooperazzjoni msa\u0127\u0127a bejn l-Istati Membri se tg\u0127in biex jing\u0127elbu n-nuqqas ta' interoperabbilt\u00e0 u l-frammentazzjoni tal-inizjattivi fl-UE, filwaqt li tiggarantixxi l-og\u0127la standards Ewropej g\u0127all-protezzjoni ta' dejta personali.", "Dan kollu se jg\u0127in ukoll biex l-UE tin\u017camm f'po\u017cizzjoni globali minn ta' quddiem nett fil-medi\u010bina personalizzata, billi jrawwem l-output xjentifiku u l-kompetittivit\u00e0 industrijali.", "G\u0127ada, g\u0127all-\u0127abta tal-17:00 CET, se tittella' aktar informazzjoni rigward il-banek tad-dejta \u0121enomi\u010bi hawn.", "It-t\u0127e\u0121\u0121i\u0121 tal-innovazzjoni bl-g\u0127ajnuna ta' g\u0127odda online \u0121dida: Ir-Radar tal-Innovazzjoni jista' jg\u0127in biex l-innovaturi ji\u0121u mlaqqa' ma' persuni li jistg\u0127u jg\u0127inuhom jintrodu\u010bu l-innovazzjonijiet tag\u0127hom fis-suq.", "Matul il-Jum Di\u0121itali 2018, il-Kummissjoni se tkun qed t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 il-kooperazzjoni g\u0127all-g\u0127oti ta' appo\u0121\u0121 g\u0127al innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fl-Ewropa.", "L-inizjattiva g\u0127andha wkoll l-g\u0127an li tkompli ti\u017cviluppa l-g\u0127odda online u li tkompli tkabbarha billi \u017c\u017cid mag\u0127ha pro\u0121etti nazzjonali ewlenin ta' innovazzjoni.", "G\u0127ada, g\u0127all-\u0127abta tal-17:30 CET, hawn se tittella' aktar informazzjoni rigward id-dikjarazzjoni dwar ir-Radar tal-Innovazzjoni.", "Kurituri ta' ttestjar transfruntiera tal-5G g\u0127all-appo\u0121\u0121 tal-mobbilt\u00e0 konnessa u awtomatizzata: F'Settembru 2017 t\u0127abbar l-ewwel sett ta' kurituri ta' ttestjar fuq skala kbira.", "G\u0127ada, Spajna u l-Portugall se jiffirmaw Memorandum ta' Qbil b\u0127ala bidu g\u0127all-kooperazzjoni tag\u0127hom.", "G\u0127ada, g\u0127all-\u0127abta tal-11:30 CET, se tittella' aktar informazzjoni rigward il-Memorandum ta' Qbil hawn.", "Sfond", "Il-Jum Di\u0121itali 2017 kien iffoka fuq 5 inizjattivi:", "Il-ministri ffirmaw dikjarazzjoni biex l-Ewropa ti\u0121i stabbilita b\u0127ala attur globali fl-informatika ta' prestazzjoni g\u0127olja, li wassal g\u0127al kooperazzjoni Ewropea aktar rapida b'rabta mas-superkompjuters permezz tal-Impri\u017ca Kon\u0121unta EuroHPC ta' Jannar 2018.", "29 pajji\u017c Ewropew iffirmaw ittra ta' intenzjoni biex, flimkien mal-Kummissjoni, jistabbilixxu qafas legali g\u0127all-ittestjar transfruntiera fis-sewqan konness li wassal biex f'Settembru 2017 \u0121ew im\u0127abbra diversi kurituri ta' ttestjar fuq skala kbira.", "Il-Kummissjoni nediet pjattaforma Ewropea dwar id-di\u0121italizzazzjoni tal-industrija, biex l-inizjattivi nazzjonali ji\u0121u konnessi flimkien; din g\u0127enet biex ji\u0121i \u017cviluppat netwerk ta' \u010aentri tal-Innovazzjoni Di\u0121itali fl-Ewropa kollha, u biex tit\u0127e\u0121\u0121e\u0121 il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u s-settur privat.", "Il-Kummissjoni bdiet il-Programm ta' Apprendistat ta' Opportunitajiet Di\u0121itali, li wassal g\u0127at-tnedija tal-inizjattiva tal-apprendistati transfruntiera f'Di\u010bembru 2017.", "L-ewwel apprendistati mistennija jibdew dan is-sajf.", "Il-Kummissjoni ppre\u017centat Qafas Ewropew g\u0127all-Interoperabbilt\u00e0 a\u0121\u0121ornat, li kien minqux fid-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-Amministrazzjoni Elettronika f'Ottubru 2017 u huwa meqjus b\u0127ala l-pjan direzzjonali g\u0127ad-di\u0121italizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbli\u010bi.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Livestream tal-Jum Di\u0121itali 2018", "Il-Jum Di\u0121itali 2017 f'Ruma", "Kooperazzjoni g\u0127all-bini ta' superkompjuters Ewropej", "Kronolo\u0121ija: Is-Suq Uniku Di\u0121itali \u2013 Azzjonijiet tal-Kummissjoni mill-2015 'l quddiem", "#DigitalDay18", "@DSMeu @Ansip_EU @GabrielMariya"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_17_5046", "title": "Jum Internazzjonali g\u0127al Persuni b'Di\u017cabbilt\u00e0: Stqarrija mill-Kummissarju Thyssen", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI", "date": "Thu, 30 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Wa\u0127da mill-isfidi so\u010bjetali ewlenin li qeg\u0127din niffa\u010b\u010bjaw hija li nippermettu lill-persuni b'di\u017cabbilt\u00e0 jipparte\u010bipaw bis-s\u0127i\u0127 fis-so\u010bjet\u00e0 - g\u0127ad hemm \u0127afna xi jsir fil-\u0121lieda kontra l-esklu\u017cjoni so\u010bjali tal-persuni b'di\u017cabbilt\u00e0.", "It-tkabbir inklu\u017civ u l-\u0121ustizzja so\u010bjali huma fil-qalba tal-a\u0121enda tal-Kummissjoni Ewropea, kif ikkonfermat mill-Proklamazzjoni re\u010benti tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali.", "Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill impenjaw ru\u0127hom li j\u0127arsu l-prin\u010bipju li l-persuni b'di\u017cabbilt\u00e0 g\u0127andhom id-dritt li jkollhom appo\u0121\u0121 g\u0127all-introjtu li ji\u017cgura li jkunu jistg\u0127u jg\u0127ixu b'dinjit\u00e0, servizzi li jippermettuhom jipparte\u010bipaw fis-suq tax-xog\u0127ol u fis-so\u010bjet\u00e0, u ambjent tax-xog\u0127ol adattat g\u0127all-\u0127ti\u0121ijiet tag\u0127hom.", "G\u0127alhekk je\u0127tie\u0121 li l-isforzi tal-Kummissjoni ji\u0121u akkumpanjati minn azzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali, re\u0121jonali u lokali sabiex ji\u0121i \u017cgurat li l-persuni b'di\u017cabbilt\u00e0 ma jkunux esklu\u017ci.", "U l-involviment kontinwu tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili u tal-organizzazzjonijiet tan-negozju se jkun indispensabbli.", "L-Unjoni Ewropea tkompli tirrispetta l-obbligi tag\u0127ha skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Di\u017cabbilt\u00e0.", "B\u0127ala parti mill-Istrate\u0121ija Ewropea tad-Di\u017cabbilt\u00e0 2010-2020 din il-Kummissjoni Ewropea b'mod partikolari \u0127adet inizjattivi importanti sabiex jitne\u0127\u0127ew l-ostakli fl-a\u010b\u010bessibbilt\u00e0 g\u0127all-persuni b'di\u017cabbilt\u00e0.", "Sentejn ilu ppre\u017centajt il-proposta tieg\u0127i g\u0127al Att Ewropew dwar l-A\u010b\u010bessibbilt\u00e0, li g\u0127andu l-g\u0127an li jag\u0127mel il-prodotti u s-servizzi ewlenin a\u010b\u010bessibbli g\u0127al persuni b'di\u017cabbilt\u00e0.", "Issa huwa \u017c-\u017cmien li l-proposta tieg\u0127i ti\u0121i adottata mill-istituzzjonijet kollha tal-UE.", "F'Settembru l-Parlament Ewropew iddefinixxa l-po\u017cizzjoni tieg\u0127u, u jien fidu\u010bju\u017c li l-Istati Membri se jil\u0127qu ftehim fil-laqg\u0127a li jmiss tal-Kunsill Impjiegi, Politika So\u010bjali, Sa\u0127\u0127a u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) fis-7 ta' Di\u010bembru.", "Is-sena 2018 trid tkun sena li fiha l-Att dwar l-A\u010b\u010bessibbilt\u00e0 jag\u0127ti r-ri\u017cultati tieg\u0127u, u dan se j\u0121ib mieg\u0127u titjib konkret fil-\u0127ajja ta' \u0127afna persuni.", "Il-Jum Internazzjonali g\u0127al Persuni b'Di\u017cabbilt\u00e0 joffri opportunit\u00e0 e\u010b\u010bellenti biex le\u0127en il-persuni b'di\u017cabbilt\u00e0 jing\u0127ata widen.", "G\u0127alhekk, il-Kummissjoni Ewropea qed torganizza l-konferenza tal-Jum Ewropew tal-Persuni b'Di\u017cabbilt\u00e0 fl-4 u l-5 ta' Di\u010bembru.", "Nittama li se nkun nista' nserra\u0127 fuq l-appo\u0121\u0121 u l-interess ta' dawk kollha involuti.", "Flimkien in\u0127arsu lejn il-\u0121ejjieni u niddiskutu modi kif nistg\u0127u nibnu so\u010bjet\u00e0 aktar inklu\u017civa, so\u010bjali u a\u010b\u010bessibbli.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Stqarrija g\u0127all-istampa: Il-Kummissjoni tipproponi li tag\u0127mel il-prodotti u s-servizzi i\u017cjed a\u010b\u010bessibbli g\u0127all-persuni b'di\u017cabbilt\u00e0", "Il-pa\u0121na web tad-D\u0120 Impjiegi dwar il-persuni b'di\u017cabbilt\u00e0", "Segwi lil Marianne Thyssen fuq Facebook u Twitter"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_17_5070", "title": "Il-Kummissjoni mhijiex se tipproponi li l-kriteriji tad-defi\u010bit tal-Patt ta' Stabbilt\u00e0 u Tkabbir jiddg\u0127ajfu", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Thu, 30 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["L-istorja li kien hemm f'u\u0127ud mill-midja \u0120ermani\u017ca li l-Kummissjoni se tipproponi li l-kriterji tad-defi\u010bit tal-Patt ta' Stabbilt\u00e0 u Tkabbir jiddg\u0127ajfu hija wa\u0127da purament inventata.", "Dan l-g\u0127ajdut m'g\u0127andu xejn x'jaqsam mar-realt\u00e0.", "Din il-proposta qatt ma \u0121iet ikkunsidrata fil-Kummissjoni u m'g\u0127andha xejn x'taqsam mal-proposti li l-Kummissjoni b\u0127alissa qed ta\u0127dem fuqhom dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4946", "title": "Tassazzjoni \u0120usta: Il-Kummissjoni tipproponi g\u0127odod \u0121odda biex ti\u0121i mi\u0121\u0121ielda l-frodi tal-VAT.", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TAXCUAA", "date": "Wed, 29 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea nediet g\u0127odod \u0121odda biex is-sistema tat-Taxxa fuq il-Valur Mi\u017cjud (VAT) tal-UE tkun aktar re\u017cistenti g\u0127all-frodi u tag\u0127laq il-lakuni li jistg\u0127u jwasslu g\u0127all-frodi tal-VAT fuq skala kbira.", "Ir-regoli l-\u0121odda g\u0127andhom l-g\u0127an li jibnu klima ta' fidu\u010bja bejn l-Istati Membri sabiex huma jkunu jistg\u0127u jaqsmu aktar informazzjoni bejniethom kif ukoll jag\u0127tu spinta lill-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa u dawk tal-infurzar tal-li\u0121i.", "L-aktar stimi prudenti juru li l-frodi tal-VAT tista' twassal g\u0127al telf ta' d\u0127ul ta' aktar minn EUR 50 biljun fis-sena g\u0127all-Istati Membri tal-UE \u2014 flus li g\u0127andhom imorru g\u0127all-investiment pubbliku b\u0127al fi sptarijiet, skejjel u toroq.", "Il-kixfiet tal-\u201cParadise Papers\u201d re\u0121g\u0127u urew kif skemi ta' evitar tat-taxxa jistg\u0127u jintu\u017caw biex jg\u0127inu lil individwi g\u0127onja u lil kumpaniji jduru mar-regoli tal-VAT tal-UE, biex jevitaw li j\u0127allsu s-sehem \u0121ust tag\u0127hom tat-taxxa.", "Rapporti ri\u010benti jissu\u0121\u0121erixxu wkoll li skemi ta' frodi tal-VAT jistg\u0127u jintu\u017caw biex ji\u0121u ffinanzjati organizzazzjonijiet kriminali, inklu\u017c it-terroristi.", "Il-proposti tal-lum jippermettu lill-Istati Membri biex jiskambjaw informazzjoni aktar rilevanti u biex jikkooperaw aktar fil-\u0121lieda kontra dawn l-attivitajiet.", "Valdis Dombrovskis, il-Vi\u010bi President g\u0127all-Ewro u d-Djalogu So\u010bjali qal: \u201cIl-frodi transfruntiera tal-VAT hija l-kaw\u017ca ewlenija ta' telf mid-d\u0127ul g\u0127all-Istati Membri u g\u0127all-ba\u0121its tal-UE.", "Il-proposta tal-lum tg\u0127in biex tissa\u0127\u0127a\u0127 il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet li ja\u0127dmu fil-livell nazzjonali u fil-livell ta' UE sabiex jindirizzaw b'mod effika\u010bi din il-problema u biex jitjieb il-\u0121bir tat-taxxa.\u201d", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju g\u0127all-Affarijiet Ekonomi\u010bi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: \u201cIl-Paradise Papers re\u0121g\u0127u wrew kif xi w\u0127ud qed jie\u0127du vanta\u0121\u0121 mill-applikazzjoni laxka tar-regoli tal-VAT fl-UE biex i\u0127allsu inqas VAT minn o\u0127rajn.", "U a\u0127na nafu li l-frodi tal-VAT tista' tkun sors ta' finanzjament g\u0127al atti kriminali, inklu\u017c it-terrori\u017cmu.", "Biex din ti\u0121i mi\u0121\u0121ielda hemm b\u017conn li l-qsim tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkun \u0127afna iktar effika\u010bi minn dak li je\u017cisti b\u0127alissa - u l-proposti tal-lum se jaraw li dan ise\u0127\u0127.", "B\u0127ala e\u017cempju, l-Eurofisc, in-netwerk tal-UE ta' esperti ta' kontra l-frodi se jkollhom a\u010b\u010bess g\u0127al dejta dwar ir-re\u0121istrazzjoni tal-karozzi minn Stati Membri o\u0127ra, u dan jg\u0127in biex sors ewlieni ta' frodi tal-VAT, marbut mal-bejg\u0127 tal-karozzi \u0121odda apparagun ta' dawk u\u017cati, ji\u0121i interrott.\u201d", "Filwaqt li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri di\u0121\u00e0 jaqsmu xi informazzjoni fuq in-negozju u l-bejg\u0127 transfruntier, din il-kooperazzjoni tiddependi \u0127afna fuq l-ippro\u010bessar manwali tal-informazzjoni.", "Fl-istess \u0127in, l-informazzjoni dwar il-VAT u l-intelligence dwar gruppi organizzati involuti fil-ka\u017cijiet l-aktar serji ta' frodi tal-VAT mhumiex sistematikament kondivi\u017ci ma' korpi tal-infurzar tal-UE.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, in-nuqqas ta' koordinazzjoni investigattiva bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-li\u0121i fil-livell nazzjonali u tal-UE jfisser li din l-attivit\u00e0 kriminali, f'evoluzzjoni kontinwa, b\u0127alissa mhix qed ti\u0121i segwita u lanqas iffa\u010b\u010bjata kemm jista' jkun malajr.", "Il-proposti tal-lum jsa\u0127\u0127u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u jippermettulhom li jindirizzaw l-frodi tal-VAT aktar malajr u b'mod aktar effika\u010bi, inklu\u017ca l-frodi li ssir online.", "Me\u0127uda flimkien, il-proposti se jag\u0127tu spinta kbira biex inkunu kapa\u010bi nsegwu u nra\u017c\u017cnu lil dawk li jwettqu l-frodi u lill-kriminali li jisirqu d-d\u0127ul mit-taxxa g\u0127all-qlig\u0127 tag\u0127hom stess.", "Il-mi\u017curi ewlenin f'din il-le\u0121i\u017clazzjoni jinkludu:", "Il-kondivi\u017cjoni tal-informazzjoni dwar il-karozzi: In-negozju fil-karozzi kultant huwa wkoll su\u0121\u0121ett g\u0127all-frodi min\u0127abba d-differenza dwar kif il-VAT hija applikata g\u0127al karozzi \u0121odda u g\u0127al karozzi u\u017cati.", "Karozzi minn tal-a\u0127\u0127ar jew karozzi \u0121odda, li g\u0127alihom l-ammont s\u0127i\u0127 huwa taxxabbli, jistg\u0127u jinbieg\u0127u b\u0127ala prodotti u\u017cati li g\u0127alihom il-mar\u0121ni ta' profitt biss huwa su\u0121\u0121ett g\u0127all-VAT.", "Sabiex ti\u0121i indirizzata din it-tip ta' frodi, l-uffi\u010bjali ta' Eurofisc jing\u0127ataw ukoll a\u010b\u010bess g\u0127al dejta dwar ir-re\u0121istrazzjoni tal-karozzi minn Stati Membri o\u0127ra.", "Dawn il-proposti le\u0121i\u017clattivi issa se jkunu ppre\u017centati quddiem il-Parlament Ewropew g\u0127all-konsultazzjoni u quddiem il-Kunsill g\u0127all-adozzjoni.", "Il-kuntest", "Il-mi\u017curi proposti jkomplu jibnu fuq \u201cil-pilastri\u201d g\u0127al \u017cona unika \u0121dida definittiva tal-VAT fl-UE proposta f'Ottubru 2017, u l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT lejn \u017cona unika tal-VAT fl-UE ppre\u017centat f'April 2016.", "Is-sistema komuni tat-Taxxa fuq il-Valur Mi\u017cjud (VAT) g\u0127andha rwol importanti fis-Suq Uniku tal-Ewropa.", "Il-VAT hija sors ewlieni u li qed jikber ta' d\u0127ul fl-UE, li \u0121\u0121enerat 'il fuq minn EUR 1 triljun fl-2015, li jikkorrispondi g\u0127al 7 % tal-PDG tal-UE.", "Wa\u0127da mir-ri\u017corsi proprji tal-UE hija wkoll ibba\u017cata fuq il-VAT.", "Minkejja bosta riformi, is-sistema tal-VAT ma rnexxilhiex \u017c\u017comm il-pass mal-isfidi tal-ekonomija globali, di\u0121itali u mobbli tal-lum.", "Is-sistema attwali tal-VAT ilha mill-1993 u kienet ma\u0127suba b\u0127ala sistema tran\u017citorja.", "Hija frammentata u wisq kumplessa g\u0127al g\u0127add dejjem jikber ta' negozji li joperaw bejn il-fruntieri, u t\u0127alli l-bieb miftu\u0127 g\u0127all-frodi: it-tran\u017cazzjonijiet domesti\u010bi u transfruntiera huma trattati b'mod differenti u l-merkanzija jew is-servizzi jistg\u0127u jinxtraw ming\u0127ajr VAT fis-Suq Uniku.", "Il-Kummissjoni g\u0127amlet pressjoni b'mod konsistenti g\u0127al riforma fis-sistema tal-VAT.", "G\u0127all-kumpaniji li jag\u0127mlu l-kummer\u010b fl-UE, il-fruntieri g\u0127adhom fatt tal-\u0127ajja ta' kuljum f'dak li g\u0127andu x'jaqsam mal-VAT.", "Ir-regoli attwali tal-VAT huma wie\u0127ed mill-a\u0127\u0127ar oqsma tal-li\u0121i tal-UE li ma jikkonformawx mal-prin\u010bipji li s-Suq Uniku jissejjes fuqhom.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Mistioqsijiet u twe\u0121ibiet dwar l-g\u0127odod proposti g\u0127all-\u0121lieda kontra l-frodi tal-VAT", "Pjan ta' Azjoni dwar il-VAT: Lejn \u017cona unika tal-VAT fl-UE", "Stqarrija g\u0127all-istampa dwar ir-riforma tar-regoli tal-UE dwar il-VAT", "Mistoqsijiet u twe\u0121ibiet dwar ir-riforma tar-regoli tal-UE dwar il-VAT", "Skeda informattiva dwar ir-riforma tar-regoli tal-UE dwar il-VAT", "Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet dwar il-VAT g\u0127all-kummer\u010b elettroniku"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4964", "title": "Il-programm Erasmus+: sena rekord o\u0127ra", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Wed, 29 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, hekk kif i\u010b-\u010belebrazzjonijiet tat-30 anniversarju tal-Erasmus waslu fi tmiemhom, il-Kummissjoni Ewropea tirrapporta dwar il-kisbiet tal-programm Erasmus+ fl-2016.", "Ir-rapport dwar l-Erasmus+ fl-2016 jikkonferma r-rwol ewlieni tal-programm fil-bini ta' Ewropa aktar re\u017ciljenti u mag\u0127quda madwar il-valuri komuni Ewropej.", "Permezz ta' \u017cieda ta' 7.5 % fil-ba\u0121it tal-Erasmus+ meta mqabbla mas-sena pre\u010bedenti, l-UE investiet rekord ta' EUR 2.27 biljun biex tappo\u0121\u0121ja 725,000 Ewropew b'g\u0127otja g\u0127all-mobilit\u00e0 biex jistudjaw, jit\u0127arr\u0121u, jg\u0127allmu, ja\u0127dmu jew jag\u0127mlu volontarjat barra minn pajji\u017chom.", "Dan iwassal g\u0127al total ta' aktar minn 2 miljuni minn mindu beda l-programm attwali fl-2014.", "Fl-2016, il-programm investa wkoll f'21,000 pro\u0121ett bl-involviment ta' 79,000 organizzazzjoni tal-edukazzjoni, tat-ta\u0127ri\u0121 u ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127, li jfisser \u017cieda ta' 15 % meta mqabbel mal-2015.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Edukazzjoni, i\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127, l-Isport u l-Kultura, Tibor Navracsics, sostna: \u201cIl-programm Erasmus+ issa wasal f'nofs il-vja\u0121\u0121 ta' seba' snin tieg\u0127u.In\u0127ossni kburi bil-mod kif il-programm irnexxielu jixpruna l-g\u0127aqda fl-Ewropa, filwaqt li kkontribwixxa biex tissa\u0127\u0127a\u0127 ir-re\u017ciljenza tal-individwi u tas-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na.Il-mobilit\u00e0 tal-Erasmus+ ti\u017cviluppa l-\u0127iliet u l-kompetenzi, u ssa\u0127\u0127a\u0127 identit\u00e0 Ewropea li tikkomplementa u tarrikkixxi l-identitajiet nazzjonali u re\u0121jonali.Din hija r-ra\u0121uni g\u0127alfejn \u0127e\u0121\u0121i\u0121na lill-mexxejja tal-UE li ltaqg\u0127u f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru biex ja\u0127dmu favur \u017bona Ewropea tal-Edukazzjoni, u biex jag\u0127mlu l-mobilit\u00e0 realt\u00e0 g\u0127al kul\u0127add sal-2025, billi jirdoppjaw l-g\u0127add ta' parte\u010bipanti tal-Erasmus+ u jil\u0127qu lil persuni li \u0121ejjin minn kuntesti \u017cvanta\u0121\u0121ati.\u201d", "Ir-ri\u017cultati juru li l-Erasmus+ jinsab fit-triq it-tajba biex jil\u0127aq il-mira tieg\u0127u li jappo\u0121\u0121ja 3.7 % ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fl-UE bejn l-2014 u l-2020.", "Juru wkoll li l-programm g\u0127andu l-potenzjal li jikkontribwixxi g\u0127al Ewropa miftu\u0127a fejn il-mobilit\u00e0 fit-tag\u0127lim hija n-norma, kif stipulat mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tag\u0127ha dwar \u201cIt-Tis\u0127i\u0127 tal-Identit\u00e0 Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u tal-Kultura\u201d diskussa mill-mexxejja tal-UE waqt l-Ikla ta' \u0126idma tag\u0127hom f'Gothenburg, fl-I\u017cvezja, fis-17 ta' Novembru.", "Matul is-sena akkademika 2015/2016, l-Erasmus+ ta l-opportunit\u00e0 lill-istituti ta' edukazzjoni g\u0127olja li jibag\u0127tu u jir\u010bievu 330,000 student u persunal, fosthom 26,000 lejn u minn pajji\u017ci s\u0127ab.", "Franza, il-\u0120ermanja u Spanja kienu t-tliet pajji\u017ci li l-aktar li bag\u0127tu parte\u010bipanti, filwaqt li Spanja, il-\u0120ermanja u r-Renju Unit kienu l-aktar tliet pajji\u017ci popolari li ospitaw lill-parte\u010bipanti.", "Ir-rapport ippubblikat illum juri wkoll kif l-Erasmus+ ikkontribwixxa biex jirrispondi g\u0127all-isfidi so\u010bjali usa' fl-2016.", "Dan jinkludi azzjonijiet biex jippromwovu l-inklu\u017cjoni so\u010bjali u biex ji\u017cguraw li \u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jiksbu l-kompetenzi so\u010bjali, \u010bivi\u010bi u interkulturali u jitg\u0127allmu ja\u0127sbu b'mod kritiku.", "It-30 anniversarju tal-Erasmus: Kampanja ta' su\u010b\u010bess g\u0127al 30 sena", "Il-pubblikazzjoni tar-rapport ta\u0127bat mal-g\u0127eluq tal-kampanja li ti\u010b\u010belebra t-30 anniversarju tal-programm Erasmus u mal-pre\u017centazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-\u0120enerazzjoni tal-Erasmus+ dwar il-\u0121ejjieni tal-Erasmus+.", "Matul l-2017, aktar minn 750,000 persuna \u0127adu sehem f'aktar minn 1,900 avveniment f'44 pajji\u017c biex ji\u010b\u010belebraw, jiddiskutu dwar l-impatt, u jiddibattu dwar il-\u0121ejjieni tal-Erasmus+.", "\u0120ew ippubblikati 65,000 artiklu dwar il-programm, li \u0121ew kondivi\u017ci g\u0127al aktar minn \u017cew\u0121 miljun darba fil-midja so\u010bjali u la\u0127qu aktar minn 90 miljun ru\u0127.", "L-applikazzjoni \u0121dida tal-mobile tal-Erasmus+, li tnediet f'\u0120unju 2017, di\u0121\u00e0 tni\u017c\u017clet aktar minn 22,000 darba.", "F'Gothenburg, il-President Juncker stieden lill-mexxejja tal-UE biex jirdoppjaw l-g\u0127add ta' \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fl-UE li jipparte\u010bipaw fl-Erasmus+ (minn 3.7 % g\u0127al 7.5 %) sal-2025, li se jkun je\u0127tie\u0121 ba\u0121it ta' EUR 29.4 biljun g\u0127all-perjodu mill-2021 sal-2027.", "Matul il-laqg\u0127a tag\u0127hom, il-mexxejja tal-UE qablu li j\u017cidu l-mobilit\u00e0 u l-iskambji, inklu\u017c permezz ta' programm tal-Erasmus+ li jkun sostanzjalment imsa\u0127\u0127a\u0127, inklu\u017civ u esti\u017c g\u0127all-kategoriji kollha ta' studenti.", "Il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-\u0120enerazzjoni Erasmus+ biex tipparte\u010bipa fid-dibattitu u to\u0127loq \u201cmeeting point\u201d online tal-\u0121enerazzjoni tal-Erasmus+.", "Din id-diskussjoni rri\u017cultat fi 30 rakkomandazzjoni dwar kif l-Erasmus+ jista' jsir \u201cprogramm ikbar\u201d b'\u201cimpatt ikbar fuq il-\u0121ejjieni tal-Ewropa\u201d.", "Id-Dikjarazzjoni mfassla mill-\u0120enerazzjoni tal-Erasmus+ se ti\u0121i ppre\u017centata uffi\u010bjalment u diskussa llum matul l-avveniment ta' g\u0127eluq tal-kampanja tal-anniversarju.", "Kuntest", "L-Erasmus+ u l-prede\u010bessuri tieg\u0127u huma fost l-aktar programmi tal-Unjoni Ewropea li g\u0127amlu su\u010b\u010bess.", "G\u0127al tletin sena, offrew opportunitajiet, b'mod partikolari g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127, biex jiksbu esperjenzi \u0121odda u jwessg\u0127u l-orizzonti tag\u0127hom billi jsiefru.", "Dak li fl-1987 beda b\u0127ala skema modesta ta' mobilit\u00e0 g\u0127all-istudenti tal-edukazzjoni g\u0127olja, bi 3,200 student fl-ewwel sena, \u017cviluppa fi programm ewlieni li minnu kull sena jibbenefikaw kwa\u017ci 300,000 student tal-edukazzjoni g\u0127olja.", "Il-programm Erasmus+ attwali, mill-2014 sal-2020, g\u0127andu ba\u0121it ta' EUR 14.7 biljun u se jipprovdi opportunitajiet g\u0127al 3.7 % ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fl-UE biex jistudjaw, jit\u0127arr\u0121u, jiksbu esperjenza ta' xog\u0127ol u jag\u0127mlu volontarjat barra minn pajji\u017chom (ji\u0121ifieri madwar 3.3 miljun \u017cag\u0127\u017cug\u0127 tul dak il-perjodu).", "Il-firxa \u0121eografika tal-programm kibret minn 11-il pajji\u017c fl-1987 g\u0127al 33 b\u0127alissa (it-28 Stat Membru kollha tal-UE, kif ukoll it-Turkija, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Ma\u010bedonja, in-Norve\u0121ja, l-I\u017clanda u l-Liechtenstein).", "Barra minn hekk, il-programm huwa miftu\u0127 g\u0127al pajji\u017ci s\u0127ab madwar id-dinja.", "Aktar informazzjoni", "Memo", "Ir-Rapport Annwali tal-Erasmus+ 2016", "Skeda informattiva dwar l-Erasmus+", "Skedi informattivi spe\u010bifi\u010bi g\u0127al kull pajji\u017c", "Skeda informattiva dwar it-30 anniversarju tal-Erasmus", "Skedi informattivi dwar i\u017c-\u017bona Ewropea tal-Edukazzjoni"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_5007", "title": "Is-Summit bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea L-Investiment fi\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 g\u0127al Futur Sostenibbli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HREXTRELS", "date": "Wed, 29 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-\u0126ames Summit bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea sar bejn id-29 u t-30 ta' Novembru f'Abidjan, bit-tema \u0121enerali ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127.", "Is-Summit laqqa' flimkien mexxejja minn 55 Stat Membru tal-Unjoni Afrikana u minn 28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.", "L-UE kienet irrappre\u017centata mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u mill-President tal-Kunsill tal-UE Donald Tusk flimkien mar-Rappre\u017centant G\u0127oli tal-UE g\u0127all-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurt\u00e0 u l-Vi\u010bi President tal-Kummissjoni Ewropea Federica Mogherini, il-Vi\u010bi President responsabbli mis-Suq Uniku Di\u0121itali tal-UE Andrus Ansip u l-Kummissarju g\u0127all-Kooperazzjoni u l-I\u017cvilupp Internazzjonali Neven Mimica.", "L-Unjoni Afrikana kienet irrappre\u017centata mill-President tal-Unjoni Afrikana Alpha Cond\u00e9 u mill-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana, Moussa Faki Mahamat.", "Fl-okka\u017cjoni, il-President Juncker qal: \u201cTkellimna \u0127afna dwar i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 matul dan is-summit.", "Illum, il-parti l-kbira ta\u010b-\u010bittadini Afrikani g\u0127andhom anqas minn 25 sena, u sa nofs dan is-seklu persuna minn kull erbg\u0127a fid-dinja se tkun Afrikana.", "Dan id-dividend demografiku ma jistax jag\u0127ti l-frott ming\u0127ajr investimenti g\u0127aqlija.", "G\u0127al din ir-ra\u0121uni se ninvestu fl-edukazzjoni, fl-infrastruttura, fil-pa\u010bi u s-sigurt\u00e0, kif ukoll fil-governanza tajba.", "Dan kollu se j\u0127e\u0121\u0121e\u0121 ambjenti ta' negozju tajba u se jo\u0127loq l-impjiegi u t-tkabbir li tant g\u0127andna b\u017conn.\u201d", "Aqra l-kummenti kollha tal-President hawnhekk.", "Fid-dikjarazzjoni politika tag\u0127hom, il-mexxejja Ewropej u Afrikani stabbilixxew l-impenn komuni tag\u0127hom biex jinvestu fi\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 g\u0127al futur sostenibbli.", "Fil-fatt, huma impenjaw ru\u0127hom biex jiffukaw il-\u0127idma tag\u0127hom fuq erba' prijoritajiet strate\u0121i\u010bi.", "Fuq din il-ba\u017ci, il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea u tal-Unjoni Afrikana, fi \u017cmien tliet xhur se jressqu pro\u0121etti u programmi konkreti.", "Il-mobilizzazzjoni ta' investimenti g\u0127at-trasformazzjoni strutturali u sostenibbli tal-Afrika", "Il-mexxejja Ewropej ippre\u017centaw il-Pjan ta' Investiment Estern innovattiv tal-UE, li ntlaqa' mill-mexxejja Afrikani.", "Dan se jimmobilizza SA EUR 44 biljun f'investimenti privati g\u0127all-i\u017cvilupp sostenibbli u l-\u0127olqien tal-impjiegi.", "Se ting\u0127ata attenzjoni spe\u010bjali g\u0127at-tis\u0127i\u0127 tal-intraprenditorija tan-nisa u ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127.", "Il-Pjattaforma Negozju Sostenibbli g\u0127all-Afrika (SB4A) li g\u0127adha kemm tnediet se tippermetti g\u0127al djalogu strutturat mas-settur privat Ewropew u Afrikan.", "L-investiment fin-nies permezz tal-edukazzjoni, ix-xjenza, u t-teknolo\u0121ija u l-i\u017cvilupp tal-\u0127iliet", "\u0120iet enfasizzata l-importanza li ti\u0121i appo\u0121\u0121ata l-edukazzjoni inklussiva u t-ta\u0127ri\u0121 vokazzjonali.", "Il-mexxejja qablu wkoll li jsa\u0127\u0127u l-mobilit\u00e0 tal-istudenti, il-persunal u l-akkademi\u010bi madwar il-kontinent Afrikan, kif ukoll il-programmi ta' skambju bejn l-Afrika u l-Ewropa, b\u0127al ERASMUS+.", "It-tis\u0127i\u0127 tar-Re\u017ciljenza, tal-Pa\u010bi, tas-sigurt\u00e0 u tal-governanza", "Il-mexxejja se jintensifikaw il-\u0127idma tag\u0127hom biex isa\u0127\u0127u l-pa\u010bi u s-sigurt\u00e0 fi\u017c-\u017cew\u0121 kontinenti.", "F'dan ir-rigward, huma se jsa\u0127\u0127u l-kooperazzjoni strate\u0121ika, politika u operazzjonali bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea, bi s\u0127ubija mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti.", "Re\u0121a' \u0121ie mtenni l-appo\u0121\u0121 g\u0127ax-xog\u0127ol li jkun g\u0127addej fil-\u0121lieda kontra t-terrori\u017cmu, inklu\u017ca t-Task Force Kon\u0121unta Multinazzjonali kontra l-Boko Haram, il-Forza Kon\u0121unta tal-G5 tas-Sa\u0127el u l-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja, li l-UE hija l-akbar kontributur tag\u0127hom.", "Il-\u0121estjoni tal-mobilit\u00e0 u tal-migrazzjoni", "Il-mexxejja Ewropej u Afrikani tennew mill-\u0121did l-impenn politiku qawwi tag\u0127hom biex jindirizzaw il-kaw\u017ci fundamentali tal-migrazzjoni irregolari bi spirtu ta' s\u0127ubija \u0121enwina u responsabbilt\u00e0 kondivi\u017ca, u b'rispett s\u0127i\u0127 tal-li\u0121ijiet internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll biex jo\u0127olqu mog\u0127dijiet legali g\u0127all-migrazzjoni.", "Il-mexxejja impenjaw ru\u0127hom biex ikabbru l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni u l-mobilit\u00e0 f'qafas kon\u0121unt, inklu\u017c djalogu kontinentali bejn l-Afrika u l-Ewropa.", "Huma enfasizzaw il-b\u017conn assolut li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-migranti u r-refu\u0121jati fil-Libja, u biex tittie\u0127ed kull azzjoni me\u0127tie\u0121a biex ting\u0127atalhom l-assistenza xierqa u biex ti\u0121i ffa\u010bilitata r-ripatrijazzjoni volontarja tag\u0127hom fil-pajji\u017ci ta' ori\u0121ini tag\u0127hom, kif ukoll b\u0127ala soluzzjonijiet dewwiema g\u0127ar-refu\u0121jati.", "Biex ti\u0121i indirizzata b'mod kon\u0121unt is-sitwazzjoni drammatika tal-migranti u r-refu\u0121jati vittmi ta' netwerks kriminali, b'mod partikolari fil-Libja, il-President Jean-Claude Juncker, u r-Rappre\u017centant G\u0127oli/Vi\u010bi President Federica Mogherini, is-Segretarju \u0120enerali tan-Nazzjonijiet Uniti Antonio Guterres u l-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana Moussa Faki Mahamat qablu dwar it-twaqqif ta' Task Force kon\u0121unta bejn l-UE, l-UA u n-NU biex isalvaw u jipprote\u0121u l-\u0127ajjiet tal-migranti u r-refu\u0121jati tul ir-rotot u b'mod partikolari fil-Libja.", "Barra minn hekk, se ji\u0121u intensifikati l-isforzi biex ti\u017cdied il-mobilit\u00e0 intra-Afrikana u l-moviment liberu ta' persuni fl-Afrika.", "Avvenimenti ta' t\u0127ejjija qabel is-Summit bejn l-UA u l-UE", "Qabel is-Summit bejn l-UA u l-UE saru g\u0127add ta' avvenimenti importanti, inklu\u017c tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili, tal-awtoritajiet lokali u tal-atturi ekonomi\u010bi u so\u010bjali, kif ukoll tal-Parlament Ewropew u ta' dak Pan-Afrikan.", "Bejn id-9 u l-11 ta' Ottubru, mexxejja \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 mill-Afrika u l-Ewropa n\u0121abru fis-Summit ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 f'Abidjan, u l-\u0127idma tag\u0127hom intensifikat fil-kuntest tal-Inizjattiva Plugin ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 bejn l-UA u l-UE.", "Huma \u017cviluppaw Dikjarazzjoni ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 bi proposti konkreti g\u0127all-mexxejja li taw impetu siewi fit-t\u0127ejjija u fit-tiswir tar-ri\u017cultati tas-Summit bejn l-UA u l-UE.", "Barra minn hekk ir-rappre\u017centanti ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 kellhom l-opportunit\u00e0 li jindirizzaw lill-mexxejja Afrikani u Ewropej matul is-Summit biex jippre\u017centaw dawn il-proposti.", "Is-sitt forum tan-Negozju UE-Afrika sar fis-27 ta' Novembru, meta l-mexxejja fin-negozju, l-investituri, in-negozji \u0121odda innovattivi, l-imprendituri \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u nisa mi\u017c-\u017cew\u0121 kontinenti, \u017cviluppaw rakkomandazzjonijiet dwar kif tista' tittejjeb il-klima tan-negozju u tal-investiment.", "Fil-jum ta' qabel is-Summit, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin mill-Ewropa u mill-Afrika n\u0121abru f'Abidjan g\u0127al laqg\u0127a Ministerjali, kopreseduta mir-Rappre\u017centant G\u0127oli/Vi\u010bi President Federica Mogherini.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Dikjarazzjoni Politika", "Dikjarazzjoni Kon\u0121unta dwar is-Sitwazzjoni tal-Migrazzjoni fil-Libja", "Stqarrija g\u0127all-istampa kon\u0121unta tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea dwar it-Task Force Kon\u0121unta", "Intervent tal-President Jean-Claude Juncker fis-seduta inawgurali tal-\u0126ames Summit bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea", "Kummenti tal-ftu\u0127 mir-Rappre\u017centant G\u0127oli/Vi\u010bi President Federica Mogherini waqt il-Laqg\u0127a Ministerjali bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea qabel il-\u0126ames Summit bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea", "Kummenti tal-g\u0127eluq mir-Rappre\u017centant G\u0127oli/Vi\u010bi President Federica Mogherini fis-Sitt Forum tan-Negozju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika", "Diskors mill-Vi\u010bi President Ansip dwar il-konferenza dwar it-trasformazzjoni di\u0121itali fl-Afrika", "Dikjarazzjoni tal-ftu\u0127 mill-Vi\u010bi President Ansip fil-bord ta' livell g\u0127oli dwar l-ekonomija di\u0121itali, Forum tan-Negozju bejn l-UE u l-Afrika", "Ri\u017cultati ewlenin ta' 30 sena ta' kooperazzjoni ta' ri\u010berka mal-Afrika u StoryMap tal-Afrika interattiva."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_5049", "title": "Azzar: Il-Kummissjoni Ewropea tinsab sodisfatta bil-ftehim tal-Forum Globali ambizzju\u017c biex ti\u0121i indirizzata l-kapa\u010bit\u00e0 e\u010b\u010bessiva", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Wed, 29 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-membri tal-Forum Globali jaqblu li firxa wiesg\u0127a ta' soluzzjonijiet ta' politika biex ti\u0121i indirizzata l-kapa\u010bit\u00e0 e\u010b\u010bessiva globali tal-azzar, g\u0127andhom ji\u0121u implimentati fl-2018 u l-2019.", "Illum f'laqg\u0127a f'Berlin, il-membri tal-Forum Globali dwar il-Kapa\u010bit\u00e0 E\u010b\u010bessiva tal-Azzar qablu dwar pakkett ambizzju\u017c ta' soluzzjonijiet konkreti ta' politika biex ti\u0121i indirizzata l-kwistjoni ur\u0121enti ta' kapa\u010bit\u00e0 e\u010b\u010bessiva globali fis-settur tal-azzar.", "Skont il-pakkett miftiehem, il-membri tal-Forum Globali iridu ji\u017cguraw li r-ri\u017cultati bba\u017cati fuq is-suq fl-industrija tal-azzar, jin\u017cammu lura minn sussidji li jfixklu s-suq u mi\u017curi ta' sostenn o\u0127ra mill-Istat li jikkontribwixxu g\u0127all-kapa\u010bit\u00e0 e\u010b\u010bessiva, jipprovdu kundizzjonijiet indaqs bejn kumpaniji privati u dawk tal-Istat u jimplimentaw politiki effettivi ta' a\u0121\u0121ustament.", "Dan il-ftehim jispjega l-prattiki tas-suq sottostanti tal-kapa\u010bit\u00e0 e\u010b\u010bessiva u huwa sostnut minn mekkani\u017cmu b'sa\u0127\u0127tu ta' monitora\u0121\u0121 rigward il-kapa\u010bit\u00e0 u l-i\u017cviluppi ta' politika biex isegwi l-implimentazzjoni fl-2018 u l-2019.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Kummer\u010b Cecilia Malmstr\u00f6m, pre\u017centi fil-laqg\u0127a, sostniet: \u201cIl-problema tal-kapa\u010bit\u00e0 e\u010b\u010bessiva tal-azzar g\u0127andha effetti reali fuq il-\u0127ajja tan-nies \u2013 spe\u010bjalment dawk li jitilfu l-impjieg.", "Illum, qbilna fuq pakkett importanti u effika\u010bi biex ti\u0121i indirizzata il-kwistjoni ur\u0121enti tal-kapa\u010bit\u00e0 e\u010b\u010bessiva globali tal-azzar.", "Din il-firxa wiesg\u0127a ta' soluzzjonijiet ta' politika se tg\u0127in biex jin\u0127olqu kundizzjonijiet indaqs u tappo\u0121\u0121ja t-tkabbir u l-impjiegi tal-UE.", "Din hija sfida globali u trid ti\u0121i ttrattata kif xieraq.", "Fit-t\u0127ejjija tal-11-il Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummer\u010b f'Buenos Aires, dan is-su\u010b\u010bess jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni multilaterali effettiva biex jissolvew il-problemi globali.", "Naturalment, il-\u0127idma tag\u0127na g\u0127adha ma spi\u010b\u010batx.", "Issa jen\u0127tie\u0121 li dak li ng\u0127idu nwettquh.", "L-industrija tag\u0127na, il-forza tax-xog\u0127ol tag\u0127na, il-konsumaturi u \u010b-\u010bittadini tag\u0127na jiddependu fuq dawn l-impenji li jitwettqu b'mod effika\u010bi.", "B\u0127ala Kopresident ta' dan il-Forum matul is-sena d-die\u0127la, l-UE se ssegwi l-implimentazzjoni ta' dawn il-mi\u017curi mill-qrib.\u201d", "Il-kwistjoni tal-kapa\u010bit\u00e0 e\u010b\u010bessiva tqajmet f'diversi okka\u017cjonijiet mill-President Juncker kemm f'livell bilaterali kif ukoll multilaterali, b'mod partikolari matul l-a\u0127\u0127ar \u017cew\u0121 Summits tal-G20.", "Imniedi f'Di\u010bembru 2016 wara sej\u0127a mill-Mexxejja tal-G20 f'Hangzhou, f'Lulju 2017, il-Forum issa\u0127\u0127a\u0127 permezz tal-e\u017citi tas-Summit tal-G20 f'Hamburg.", "Il-forum se jkun iffa\u010bilitat mill-Organizzazzjoni g\u0127all-Kooperazzjoni u l-I\u017cvilupp Ekonomi\u010bi (Organisation for Economic Co-operation and Development, OECD) u jirrapporta lill-ministri tal-G20 kull sena.", "B\u0127ala kwistjoni ta' prijorit\u00e0, il-membri tal-Forum Globali issa jen\u0127tie\u0121 li ji\u017cguraw applikazzjoni rapida tal-prin\u010bipji miftiehma u r-rakkomandazzjonijiet u jaqsmu \u2013 fl-ewwel nofs tal-2018 \u2013 l-informazzjoni dwar il-passi me\u0127uda biex ji\u0121u eliminati s-sussidji li jfixklu s-suq.", "Il-Forum Globali se jkompli jiltaqa' mill-inqas tliet darbiet fis-sena biex jissorvelja l-implimentazzjoni tal-impenji tal-lum.", "Sfond", "Is-settur tal-azzar huwa industrija kru\u010bjali fl-ekonomija tal-Unjoni Ewropea u jokkupa po\u017cizzjoni \u010bentrali f'katini ta' valur globali, li jipprovdu impjiegi g\u0127al mijiet ta' eluf ta' \u010bittadini Ewropej.", "L-e\u010b\u010bess globali tal-kapa\u010bit\u00e0 tal-produzzjoni tal-azzar la\u0127aq madwar 737 miljun tunnellata metrika fl-2016, l-og\u0127la li qatt tela'.", "Dan wassal g\u0127al tnaqqis fil-prezzijiet tal-azzar g\u0127al livelli mhux sostenibbli f'dawn l-a\u0127\u0127ar snin u kellu impatt negattiv fuq is-settur tal-azzar, kif ukoll fuq l-industriji relatati u l-impjiegi.", "F'Marzu 2016, il-Kummissjoni \u0127ar\u0121et Komunikazzjoni fejn ippre\u017centat serje ta' mi\u017curi li jappo\u0121\u0121aw il-kompetittivit\u00e0 tal-industrija tal-azzar tal-UE.", "Il-Kummissjoni a\u0121ixxiet fost affarijiet o\u0127rajn permezz tad-difi\u017ca tal-kummer\u010b, li timponi dazji antidumping u antisussidji, biex tipprote\u0121i l-industrija tal-azzar tal-UE mill-effetti ta' kummer\u010b in\u0121ust.", "B\u0127alissa l-UE g\u0127andha g\u0127add ming\u0127ajr pre\u010bedent ta' mi\u017curi ta' difi\u017ca kummer\u010bjali fis-se\u0127\u0127, li jimmiraw lejn importazzjonijiet in\u0121usti ta' prodotti tal-azzar, b'total ta' 47 mi\u017cura ta' antidumping u ta' antisussidji.", "Madankollu, id-difi\u017ca tal-kummer\u010b tista' tindirizza biss l-effetti tal-kapa\u010bit\u00e0 e\u010b\u010bessiva globali fuq il-kummer\u010b u mhux il-kaw\u017ci fundamentali tag\u0127ha.", "G\u0127al dan il-g\u0127an, f'Di\u010bembru 2016, l-UE \u0127adet sehem fil-\u0127olqien tal-Forum Globali dwar il-Kapa\u010bit\u00e0 E\u010b\u010bessiva tal-Azzar.", "Filwaqt li jlaqqa' flimkien 33 ekonomija - il-membri kollha tal-G20 flimkien ma' xi pajji\u017ci o\u0127ra interessati tal-OECD - dan jinkludi l-produtturi ewlenin kollha tad-dinja.", "Sa mill-\u0127olqien tieg\u0127u l-ekonomiji li jipparte\u010bipaw skambjaw dejta dwar il-kapa\u010bit\u00e0 tal-azzar, is-sussidji u l-mi\u017curi l-o\u0127ra ta' sostenn.", "Din i\u017c-\u017cieda fit-trasparenza ppermettiet lill-membri tal-Forum Globali biex jiffokaw fuq il-kaw\u017ci sottostanti tal-problema tal-kapa\u010bit\u00e0 e\u010b\u010bessiva tal-azzar u jaqblu fuq il-passi konkreti biex jindirizzawhom billi jsa\u0127\u0127u r-rwol tas-suq u jbiddlu l-istruttura tal-industrija.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Stqarrija g\u0127all-istampa: L-Industrija tal-Azzar: Il-Kummissjoni tie\u0127u azzjoni biex t\u0127ares l-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa", "MEMO: Azzar: I\u017c-\u017camma tal-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4841", "title": "Il-\u0120ejjieni tal-Ikel u tal-Biedja - favur Politika Agrikola Komuni flessibbli, \u0121usta u sostenibbli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Tue, 28 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Regoli ssemplifikati u appro\u010b\u010b iktar flessibbli se ji\u017cguraw li l-Politika Agrikola Komuni (PAK) tikseb ri\u017cultati konkreti fl-appo\u0121\u0121 lill-bdiewa u tmexxi l-i\u017cvilupp sostenibbli tal-agrikultura tal-UE.", "Dawn huma l-ideat fundamentali tal-Komunikazzjoni dwar \u201cIl-\u0120ejjieni tal-Ikel u tal-Biedja\u201d li \u0121iet adottata llum mill-Kummissjoni Ewropea.", "Din il-Komunikazzjoni tfassal il-modi biex ji\u017cguraw li l-eqdem politika komuni tal-UE tadatta ru\u0127ha biex tibqa' dejjem xierqa fil-\u0121ejjieni.", "L-inizjattiva ewlenija hija li l-Istati Membri jing\u0127ataw aktar responsabbilt\u00e0 biex jag\u0127\u017clu kif u fejn jinvestu l-finanzjament li jir\u010bievu mill-PAK, bil-g\u0127an li jil\u0127qu g\u0127anijiet komuni fl-oqsma tal-ambjent, tat-tibdil fil-klima u tas-sostenibbilt\u00e0.", "Jyrki Katainen, il-Vi\u010bi President responsabbli g\u0127all-impjiegi, it-tkabbir, l-investiment u l-kompetittivit\u00e0, stqarr: \u201cIl-Politika Agrikola Komuni ilha fuq il-platt tag\u0127na mill-1962.", "Filwaqt li g\u0127andna ni\u017cguraw li tibqa' tag\u0127ti l-frott, b\u0127al pere\u017cempju ikel bnin u ta' tog\u0127ma tajba g\u0127all-konsumaturi, u l-\u0127olqien ta' impjiegi u tkabbir fi\u017c-\u017coni rurali, je\u0127tie\u0121 ukoll li l-PAK tibqa' tevolvi paripassu ma' politiki o\u0127ra.", "Il-proposta tag\u0127na hija pass importanti biex nimmodernizzaw u nissemplifikaw il-PAK, wara r-ri\u017cultati tal-konsultazzjoni wiesg\u0127a li saret mal-partijiet ikkon\u010bernati.", "Il-mudell \u0121did g\u0127all-g\u0127oti ta' ri\u017cultati introdott mill-Kummissjoni se jag\u0127ti aktar sussidjarjet\u00e0 lill-Istati Membri, filwaqt li jitlobhom ifasslu Pjanijiet Strate\u0121i\u010bi tal-PAK li jkopru l-azzjonijiet tag\u0127hom ta\u0127t il-pilastru I u l-pilastru II.", "Dawn i\u017c-\u017cew\u0121 pilastri jippermettu s-semplifikazzjoni, aktar koerenza u titjib fil-monitora\u0121\u0121 tar-ri\u017cultati.\u201d", "Phil Hogan, il-Kummissarju g\u0127all-Agrikoltura u l-I\u017cvilupp Rurali, qal: \u201cIl-Komunikazzjoni mnedija llum ti\u017cgura li l-Politika Agrikola Komuni tag\u0127ti ri\u017cultati fir-rigward ta' g\u0127anijiet \u0121odda u emer\u0121enti, fosthom it-trawwim ta' settur agrikolu intelli\u0121enti u re\u017ciljenti, it-tis\u0127i\u0127 tal-kura tal-ambjent u t-tkattir tal-azzjonijiet klimati\u010bi, u s-sedqa tan-nis\u0121a so\u010bjoekonomika ta\u017c-\u017coni rurali.", "Minflok is-sistema attwali, se tidda\u0127\u0127al sistema \u0121dida ta' implimentazzjoni li tag\u0127ti lill-Istati Membri u lir-re\u0121juni livell \u0127afna og\u0127la ta' sussidjarjet\u00e0.\u201d", "Filwaqt li tin\u017camm l-istruttura attwali ta' \u017cew\u0121 pilastri, l-appro\u010b\u010b il-\u0121did, li huwa aktar sempli\u010bi u aktar flessibbli, se jistipula l-azzjonijiet iddettaljati biex jintla\u0127qu l-g\u0127anijiet li ji\u0121u miftiehma fil-livell tal-UE.", "Wara dan, kull pajji\u017c tal-UE se ji\u017cviluppa l-pjan strate\u0121iku tieg\u0127u \u2013 g\u0127all-approvazzjoni mill-Kummissjoni \u2013 li fih g\u0127andu jistipula kif be\u0127siebu jil\u0127aq l-g\u0127anijiet.", "Flok il-konformit\u00e0, se ting\u0127ata attenzjoni l-iktar lill-monitora\u0121\u0121 tal-progress, u se ji\u0121i \u017cgurat li l-finanzjament ikun immirat lejn ri\u017cultati konkreti.", "Billi naqilbu minn soluzzjoni wa\u0127da g\u0127al kul\u0127add g\u0127al appro\u010b\u010b adattat g\u0127al kull pajji\u017c, il-politika u l-implikazzjonijiet tag\u0127ha fil-\u0127ajja reali se jkunu iktar qrib dawk li jimplimentawha fil-kuntest lokali tag\u0127hom.", "L-appo\u0121\u0121 lill-bdiewa se jkompli permezz tas-sistema ta' pagamenti diretti.", "Il-Komunikazzjoni ma tanti\u010bipax ir-ri\u017cultat tad-dibattitu dwar il-futur tal-finanzi tal-UE, u lanqas ma tanti\u010bipa l-kontenut tal-proposta g\u0127all-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss.", "Ming\u0127ajr ma tkun e\u017cawrjenti, il-Komunikazzjoni tesplora g\u0127add ta' possibbiltajiet biex ji\u0121i \u017cgurat appo\u0121\u0121 g\u0127all-introjtu tal-bdiewa aktar \u0121ust u mmirat a\u0127jar.", "It-tibdil fil-klima u l-pressjonijiet fuq ir-ri\u017corsi naturali se jkomplu jolqtu \u0127a\u017cin lill-biedja u lill-produzzjoni tal-ikel.", "Il-PAK tal-\u0121ejjieni g\u0127andha tirrifletti ambizzjoni aktar qawwija fir-rigward tal-effi\u010bjenza fl-u\u017cu tar-ri\u017corsi, il-kura tal-ambjent u l-azzjoni klimatika.", "Proposti o\u0127ra jinkludu:", "Il-proposti le\u0121i\u017clattivi rilevanti li jda\u0127\u0127lu fis-se\u0127\u0127 il-miri mfassla fil-Komunikazzjoni se jitressqu mill-Kummissjoni qabel is-sajf tal-2018, wara l-proposta tal-QFP.", "Kuntest", "Fit-2 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni Ewropea varat konsultazzjoni dwar il-\u0121ejjieni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) sabiex tifhem a\u0127jar fejn il-politika attwali tista' ti\u0121i ssemplifikata u mmodernizzata.", "Matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, il-Kummissjoni Ewropea r\u010beviet aktar minn 320 000 twe\u0121iba, l-iktar ming\u0127and persuni individwali.", "Mill-konsultazzjoni \u0127are\u0121 li l-bi\u010b\u010ba l-kbira minn dawk li wie\u0121bu jixtiequ li tin\u017camm politika agrikola komuni b'sa\u0127\u0127itha fil-livell tal-Unjoni Ewropea, i\u017cda je\u0127tie\u0121 li tkun iktar sempli\u010bi u iktar flessibbli, u aktar iffukata fuq l-isfidi ewlenin, ji\u0121ifieri l-i\u017cgurar ta' livell di\u010benti ta' g\u0127ajxien g\u0127all-bdiewa, il-pre\u017cervazzjoni tal-ambjent u l-\u0121lieda kontra t-tibdil fil-klima.", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "Il-Komunikazzjoni", "MEMO: Il-\u0120ejjieni tal-Ikel u tal-Biedja", "Skeda informattiva: Semplifikazzjoni", "Skeda informattiva: L-agrikultura u l-PAK fl-UE", "Skeda informattiva: Appo\u0121\u0121 lill-bdiewa", "Skeda informattiva: Il-PAK u l-ambjent", "Skeda informattiva: L-Agrikoltura 2.0", "Filmati dwar l-agrikultura"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_17_4842", "title": "Il-\u0120ejjieni tal-Ikel u tal-Biedja - Komunikazzjoni dwar il-Politika Agrikola Komuni mill-2020 \u2018il quddiem", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Tue, 28 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-\u0120ejjieni tal-Ikel u tal-Biedja - Komunikazzjoni dwar il-Politika Agrikola Komuni mill-2020 \u2018il quddiem", "G\u0127ala hija me\u0127tie\u0121a riforma \u0121dida?", "Il-Politika Agrikola Komuni (KAP) hija wa\u0127da mill-eqdem politiki tal-Unjoni Ewropea (UE).", "La\u0127qet b'su\u010b\u010bess l-g\u0127anijiet ori\u0121inali tag\u0127ha li ti\u017cgura l-provvista ta' prodotti tal-ikel ta' kwalit\u00e0 tajba, sikuri u g\u0127all-but ta' kul\u0127add, filwaqt li appo\u0121\u0121at lill-bdiewa Ewropej.", "Mill-1962 \u2018l hawn, il-PAK sarulha \u0127afna riformi, u tibqa' rilevanti bis-sa\u0127\u0127a tal-kapa\u010bit\u00e0 ta' adattament tag\u0127ha.", "Id-dinja qieg\u0127da tinbidel malajr, u mag\u0127ha l-isfidi li qed jaffa\u010b\u010bjaw mhux biss il-bdiewa i\u017cda s-so\u010bjetajiet tag\u0127na b'mod \u0121enerali.", "It-tibdil fil-klima, il-volatilit\u00e0 tal-prezzijiet, l-in\u010bertezza politika u ekonomika, l-importanza dejjem tikber tal-kummer\u010b globali: ta' kuljum il-bdiewa jridu jitg\u0127allmu kif g\u0127andhom joperaw f'ambjent il-\u0127in kollu jinbidel, u huwa f'idejn il-le\u0121i\u017claturi li jimxu \u0127dejhom minn bidla g\u0127all-o\u0127ra, u jipprovdulhom \u010barezza u sempli\u010bit\u00e0 legali fit-terminu medju u fit-tul.", "L-UE saret is-superpotenza agroalimentari li hija llum proprju bis-sa\u0127\u0127a tal-politika agrikola Ewropea: l-UE hija l-ikbar esportatur agroalimentari fid-dinja, u tgawdi minn reputazzjoni liema b\u0127alha g\u0127all-wirt gastronomiku u g\u0127all-prodotti tal-ikel tag\u0127ha, kif ukoll g\u0127all-g\u0127arfien espert tal-produtturi tag\u0127ha.", "I\u017cda l-UE ma tistax tikkuntenta b'daqshekk u tieqaf hemm: su\u010b\u010bess jista' ja\u0127bi \u0127afna diffikultajiet spe\u010bifi\u010bi.", "Je\u0127tie\u0121 li l-PAK tmexxi t-tran\u017cizzjoni lejn agrikultura aktar sostenibbli.", "Je\u0127tie\u0121 li l-PAK tg\u0127in biex titrawwem ir-re\u017ciljenza tas-settur fi \u017cminijiet ta' kri\u017ci, u tappo\u0121\u0121a l-introjtu tal-bdiewa u l-vijabbilt\u00e0 tag\u0127hom.", "Je\u0127tie\u0121 li l-PAK tilqa' b'idejha mberr\u0127a l-innovazzjonijiet di\u0121itali li qeg\u0127din i\u0127affu x-xog\u0127ol ta' kuljum tal-bdiewa, inaqqsu l-burokrazija \u017cejda, u jistg\u0127u jiffavorixxu t-ti\u0121did \u0121enerazzjonali tant b\u017connju\u017c fis-settur.", "Je\u0127tie\u0121 li l-PAK issa\u0127\u0127a\u0127 i\u017c-\u017coni rurali Ewropej, li huma l-qofol tat-tradizzjonijiet Ewropej tag\u0127na u tal-mudell tar-razzett tal-familja.", "Il-Komunikazzjoni li \u0121iet ippubblikata llum toffri orjentamenti biex nil\u0127qu dawn l-g\u0127anijiet u nilqg\u0127u l-isfidi emer\u0121enti, b'appro\u010b\u010b inqas preskrittiv u aktar sussidjarjet\u00e0 fil-livell tal-Istati Membri, sabiex il-PAK tkun iktar qrib min jimplimentaha fir-realt\u00e0 lokali tieg\u0127u.", "Kif tista' l-politika riveduta ti\u0121i diskussa ming\u0127ajr ma nkunu nafu x'se jkunu l-ba\u0121it u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss?", "Il-flus huma mezz biex jinkiseb g\u0127an.", "Il-Komunikazzjoni tiddiskuti kif jista' jittejjeb il-valur g\u0127all-flus tal-PAK.", "Dan huwa l-waqt biex nirriflettu dwar l-g\u0127anijiet tag\u0127na u dwar l-arkitettura futura tal-politika agrikola.", "B'hekk nistg\u0127u mmexxu d-dibattitu ming\u0127ajr ma nippre\u0121udikaw il-proposta tal-Kummissjoni g\u0127all-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss, li huwa mistenni g\u0127al Mejju 2018.", "G\u0127ala l-Komunikazzjoni ma fihiex aktar dettalji dwar \u010berti kwistjonijiet?", "Il-Komunikazzjoni tix\u0127et dawl fuq l-isfidi u l-opportunitajiet li g\u0127ad jaslu, tipproponi \u010berti orjentamenti, u tindika mog\u0127dijiet o\u0127ra li ta' min wie\u0127ed jesplorahom.", "Se jkun je\u0127tie\u0121 aktar dibattitu u aktar \u0127idma tul ix-xhur li \u0121ejjin sabiex nimxu \u2018l quddiem fid-direzzjonijiet imfassla fil-Komunikazzjoni, u sabiex norqmu \u010berti nozzjonijiet.", "L-istess kif il-Komunikazzjoni tfassal appro\u010b\u010b inqas preskrittiv u aktar sussidjarjet\u00e0, il-Kummissjoni tixtieq tkompli d-dibattitu dwar il-kwistjonijiet pratti\u010bi ma' firxa wiesg\u0127a ta' partijiet ikkon\u010bernati u kole\u0121i\u017claturi.", "X'inhuma l-passi li jmiss?", "Matul ix-xhur li \u0121ejjin, id-diskussjoni u l-\u0127idma fuq l-g\u0127anijiet konkreti u fuq l-arkitettura u d-disinn tal-politika futura se jimxu \u2018l quddiem parallelament mal-\u0127idma fuq il-QFP li jmiss.", "B'mod spe\u010bifiku, dan se jsir fil-forma ta' valutazzjoni tal-impatt li tist\u0127arre\u0121 alternattivi differenti, billi tu\u017ca l-elementi mi\u0121burin mill-partijiet ikkon\u010bernati u mi\u010b-\u010bittadini (e\u017c. il-konsultazzjoni pubblika li baqg\u0127et g\u0127addejja fl-2017, il-kontributi minn Re-Fit, il-konferenza Cork 2.0, il-konferenza \u201cIl-PAK: Semma' Le\u0127nek!\u201d), u billi ji\u0121u intensifikati l-\u0121bir u l-ippro\u010bessar tal-evidenza.", "Wara l-pre\u017centazzjoni mistennija tal-proposta tal-Kummissjoni g\u0127all-QFP li jmiss f'Mejju 2018, il-proposti le\u0121i\u017clattivi fuq il-\u0121ejjieni tal-PAK huma mistennija g\u0127al qabel is-sajf tal-2018.", "Il-PAK tal-\u0121ejjieni b'liema mod se tkun aktar sempli\u010bi g\u0127all-bdiewa u g\u0127all-amministrazzjonijiet fl-Istati Membri?", "Min jixtieq ikejjel l-arbuxxelli tieg\u0127u g\u0127ax \u201cBrussell hekk talab\u201d ?", "G\u0127ala bidwi Taljan ikollu jaffa\u010b\u010bja l-istess rekwi\u017citi ambjentali b\u0127al bidwi Finlandi\u017c, minkejja li ja\u0127dmu f'kundizzjonijiet differenti \u0127afna?", "Il-PAK tal-\u0121ejjieni li se jkollha g\u0127anijiet komuni, u sett ta' mi\u017curi komuni biex dawk l-g\u0127anijiet jintla\u0127qu.", "Minn dan is-sett ta' mi\u017curi komuni, l-Istati Membri, fil-livell nazzjonali jew lokali, ikunu jistg\u0127u jag\u0127\u017clu l-paletta ppreferuta tag\u0127hom ta' g\u0127a\u017cliet biex jiksbu l-g\u0127anijiet stipulati fil-livell tal-UE.", "Billi naqilbu minn \u201csoluzzjoni wa\u0127da g\u0127al kul\u0127add\u201d g\u0127al appro\u010b\u010b spe\u010bifiku g\u0127al kull pajji\u017c, ir-rekwi\u017citi tal-UE se jonqsu g\u0127all-minimu strettament me\u0127tie\u0121.", "Il-b\u017connijiet reali fil-kuntesti lokali se ji\u0121u vvalutati mill-Istati Membri, biex imbag\u0127ad jintegrawhom fi pjan strate\u0121iku tal-PAK g\u0127all-approvazzjoni fil-livell tal-UE.", "Qeg\u0127din nimmiraw li nistabbilixxu patt ta' fidu\u010bja ma\u017c-\u017coni rurali tag\u0127na, u mal-bdiewa tag\u0127na.", "It-tis\u0127i\u0127 tas-servizzi ta' konsulenza agrikola g\u0127all-bdiewa, u l-implimentazzjoni s\u0127i\u0127a ta' applikazzjonijiet g\u0127all-g\u0127ajnuna \u0121eospazjali, bla dubju se jkomplu jappo\u0121\u0121aw is-semplifikazzjoni tal-applikazzjonijiet g\u0127all-g\u0127ajnuna u l-implimentazzjoni ta' mi\u017curi ta' investiment.", "Dan l-appro\u010b\u010b \u0121did kif se ja\u0127dem fil-prattika?", "L-Unjoni g\u0127andha tistabbilixxi l-parametri ba\u017ci\u010bi ta' politika abba\u017ci tal-g\u0127anijiet tal-PAK, b'mod li jaqdu l-obbligi tat-Trattati tal-UE i\u017cda jil\u0127qu wkoll l-g\u0127anijiet u l-miri di\u0121\u00e0 miftiehma, marbutin pere\u017cempju mal-ambjent, mat-tibdil fil-klima (COP 21), u ma' g\u0127add ta' g\u0127anijiet ta' \u017cvilupp sostenibbli.", "Kull Stat Membru g\u0127andu jistabbilixxi \u201cpjan strate\u0121iku tal-PAK\u201d li jkopri interventi kemm tal-pilastru I kif ukoll tal-pilastru II.", "Il-pjan g\u0127andu jadatta l-interventi tal-PAK sabiex ikattar kemm jista' jkun il-kontribut tag\u0127hom lejn l-il\u0127iq tal-g\u0127anijiet tal-UE, filwaqt li jitqiesu a\u0127jar il-kundizzjonijiet u l-b\u017connijiet lokali bi tqabbil ma' tali g\u0127anijiet u miri.", "Fl-istess nifs, l-Istati Membri se jkollhom aktar setg\u0127a biex ifasslu l-qafas tal-konformit\u00e0 u l-kontroll applikabbli g\u0127all-benefi\u010bjarji (inklu\u017c kontrolli u penali).", "Dawn il-pjanijiet strate\u0121i\u010bi mhux se jit\u0127ejjew i\u017colati minn xulxin, i\u017cda fil-qafas ta' pro\u010bess strutturat, u l-Kummissjoni se tivvaluta u tapprova tali pjanijiet.", "B'hekk jitkattar kemm jista' jkun il-kontribut tal-PAK lejn il-prijoritajiet u l-g\u0127anijiet tal-UE, kif ukoll lejn l-il\u0127iq tal-miri klimati\u010bi u ener\u0121eti\u010bi tal-Istati Membri.", "B'hekk jissa\u0127\u0127a\u0127 ukoll il-valur mi\u017cjud tal-UE, u jisseddaq suq intern agrikolu li ja\u0127dem tajjeb.", "Filwaqt li l-Istati Membri g\u0127andhom jerfg\u0127u aktar responsabbilt\u00e0 u jkunu aktar lesti li jag\u0127tu rendikont ta' kif jil\u0127qu l-g\u0127anijiet u l-miri miftiehma, l-appro\u010b\u010b il-\u0121did se jkompli ji\u017cgura kundizzjonijiet indaqs, billi j\u017comm in-natura komuni u \u017c-\u017cew\u0121 pilastri tal-politika.", "L-ewwel pass hu li l-PAK ti\u0121i nazzjonalizzata mill-\u0121did?", "Dan il-valur mi\u017cjud tal-UE qatt ma tqieg\u0127ed fid-dubju, u l-PAK tibqa' wa\u0127da mill-politiki emblemati\u010bi tal-UE.", "Ir-rikonoxximent tal-fatt li ma tg\u0127oddx soluzzjoni wa\u0127da g\u0127al kul\u0127add huwa kwistjoni ta' prammati\u017cmu.", "X'inhuma r-realtajiet lokali?", "X'inhuma \u010b-\u010birkustanzi konkreti tal-bdiewa?", "Billi nsaqsu dawn il-mistoqsijiet, nirrikonoxxu d-diversit\u00e0 wiesg\u0127a tal-agrikultura, il-potenzjal tal-produzzjoni agronomika, u l-kundizzjonijiet klimati\u010bi, ambjentali u so\u010bjoekonomi\u010bi mal-UE kollha.", "L-ispirtu huwa li d-diversit\u00e0 tag\u0127na n\u0127addnuha, flok nippruvaw nimponu mudell wa\u0127dani.", "Il-kontributi mi\u0121burin mill-konsultazzjoni pubblika fuq l-internet mal-UE kollha bejn Frar u Mejju 2017 kienu bil-qawwi favur il-valur mi\u017cjud tal-\u0121estjoni tal-politika agrikola fil-livell Ewropew, g\u0127ax dan ji\u017cgura kundizzjonijiet indaqs fis-suq uniku.", "Huwa biss b'appro\u010b\u010b Ewropew komuni li l-agrikultura tista' twie\u0121eb b'mod iktar effettiv g\u0127all-isfidi komuni, fosthom il-\u0127arsien tal-ambjent u l-azzjoni klimatika.", "Issemmew ta' spiss ukoll il-\u0127tie\u0121a li tin\u017camm il-koe\u017cjoni ekonomika, so\u010bjali u territorjali mal-UE kollha, kif ukoll il-\u0127tie\u0121a ta' qafas komuni g\u0127all-qsim tal-a\u0127jar prattiki.", "Filwaqt li d-dettalji spe\u010bifi\u010bi tal-implimentazzjoni tal-mi\u017curi se ji\u0121u de\u010bi\u017ci fil-livell nazzjonali/re\u0121jonali, l-UE se tiggarantixxi qafas regolatorju u ba\u0121itarju ddefinit tajjeb, bil-g\u0127an li ji\u017cgura li l-g\u0127anijiet komuni tag\u0127na jintla\u0127qu permezz ta' strumenti komuni, bi qbil mat-Trattati tal-UE, u li jinqdew l-impenji internazzjonali tal-UE fl-oqsma tat-tibdil fil-klima u l-i\u017cvilupp sostenibbli.", "Il-PAK g\u0127ala hi rilevanti g\u0127all-ambjent?", "L-agrikultura tkopri kwa\u017ci nofs l-erja tal-art tal-UE, u fuq dan it-territorju, topera b'rabta mill-qrib \u0127afna mal-ambjent.", "Min-na\u0127a l-wa\u0127da, l-agrikultura tiddependi fuq ri\u017corsi naturali varji - il-\u0127amrija, l-ilma, l-arja u l-bijodiversit\u00e0 -, u hija influwenzata bil-qawwi mill-klima.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, l-agrikultura ssawwar l-ambjent li fih topera - mhux biss billi tu\u017ca r-ri\u017corsi naturali tieg\u0127u, i\u017cda wkoll billi to\u0127loq u tippre\u017cerva pajsa\u0121\u0121i li huma l-espressjoni tad-diversit\u00e0 Ewropea u jipprovdu \u0127abitats essenzjali g\u0127all-fawna selva\u0121\u0121a.", "Il-PAK g\u0127andha rwol essenzjali li trendi r-rabta tal-biedja mal-ambjent u mal-klima kemm jista' jkun ta' \u0121id re\u010biproku.", "Toffri wkoll appo\u0121\u0121, f'\u010berti ka\u017cijiet, lil negozji mhux agrikoli bba\u017cati f'\u017cona rurali li jistg\u0127u jinfluwenzaw l-ambjent - e\u017c. is-settur tal-forestrija u aspetti o\u0127ra tal-bijoekonomija.", "Je\u0127tie\u0121 li l-PAK tal-\u0121ejjieni tippromwovi u tappo\u0121\u0121a l-biedja adattata g\u0127at-tibdil fil-klima, filwaqt li tqieg\u0127ed is-sussidjarjet\u00e0 fil-qofol tal-prijoritajiet u l-azzjonijiet tag\u0127ha.", "Il-PAK tal-\u0121ejjieni kif se tappo\u0121\u0121a lill-bdiewa fil-\u0127arsien tal-ambjent?", "Punt essenzjali tal-PAK huwa li l-bdiewa li jir\u010bievu appo\u0121\u0121 g\u0127all-introjtu mill-PAK ser ikollhom japplikaw prattiki varji li jirrispettaw l-ambjent u l-klima.", "L-Istati Membri se jiddeterminaw id-dettalji ta' dawn il-prattiki, bi qbil mal-\u0127tie\u0121a li jintla\u0127qu g\u0127anijiet fil-livell tal-UE, i\u017cda wkoll filwaqt li jqisu \u010b-\u010birkustanzi nazzjonali, re\u0121jonali u lokali.", "Is-sistema se tapprofitta mill-punti qawwija osservati llum fil-PAK, i\u017cda se tinvolvi inqas regoli, u regoli inqas kumplessi, fil-le\u0121i\u017clazzjoni tal-UE.", "L-azzjoni ekolo\u0121ika li tmur lil hinn minn dan il-livell ba\u017ciku ta' prattika tajba se ti\u0121i appo\u0121\u0121ata bi skemi volontarji g\u0127all-bdiewa - f'livell relattivament ba\u017ciku, u \u2018l fuq minnu, skemi aktar avvanzati.", "Mill-\u0121did, l-Istati Membri se jkunu responsabbli biex ifasslu l-iskemi, b'tali mod li jil\u0127qu l-g\u0127anijiet tal-UE msarrfa f'termini nazzjonali, re\u0121jonali u lokali.", "Il-PAK se tis\u0127aq \u0127afna wkoll fuq il-ftu\u0127 tal-potenzjal g\u0127ar-ri\u010berka, l-innovazzjoni, it-ta\u0127ri\u0121 u l-u\u017cu ta' konsulenza sabiex tittejjeb il-kura tal-ambjent u tal-klima, inklu\u017c permezz ta' \u017cieda fl-effi\u010bjenza fl-u\u017cu tar-ri\u017corsi.", "Jekk l-impenji ambjentali nafdawhom lill-Istati Membri, kif nistg\u0127u ni\u017cguraw kundizzjonijiet indaqs fost il-bdiewa?", "Se nispi\u010b\u010baw bi 28 sistema differenti?", "Il-Komunikazzjoni tal-lum timmarka bidla sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-PAK.", "Billi tirrispetta l-impenn tag\u0127ha g\u0127as-sussidjarjet\u00e0 u g\u0127al inqas kumplessit\u00e0, bl-iskrutinju tal-pjanijiet nazzjonali/re\u0121jonali, il-Kummissjoni se ti\u017cgura li l-metodi mag\u0127\u017cula ma jkunux \u017cbaljati jew inadegwati biex jil\u0127qu l-g\u0127anijiet ta' prestazzjoni u r-rekwi\u017citi ba\u017ci\u010bi tal-UE.", "Il-Kummissjoni tivvaluta u tapprova l-pjanijiet strate\u0121i\u010bi nazzjonali/re\u0121jonali bil-g\u0127an li tkattar kemm jista' jkun il-kontribut tal-PAK lejn il-prijoritajiet u l-g\u0127anijiet tal-UE, u lejn il-ksib tal-miri klimati\u010bi u ener\u0121eti\u010bi tal-Istati Membri.", "Dan huwa importanti biex ni\u017cguraw li jin\u017camm appro\u010b\u010b komuni g\u0127all-il\u0127iq ta' g\u0127anijiet ambjentali u klimati\u010bi komuni mal-Istati Membri kollha.", "Ambizzjoni iktar qawwija hija l-unika g\u0127a\u017cla ta' politika vijabbli f'dan ir-rigward.", "Il-Kummissjoni se \u017c\u017comm ukoll ir-rwoli ewlenin tag\u0127ha b\u0127ala gwardjan tat-Trattati u b\u0127ala l-istituzzjoni responsabbli g\u0127all-\u0121estjoni tal-ba\u0121it tal-UE, u, b\u0127ala parti mill-pro\u010bess tal-iskrutinju tal-pjanijiet nazzjonali/re\u0121jonali, il-Kummissjoni se tistudja sew kif tista' ti\u0121i evitata r-regolamentazzjoni \u017cejda.", "Se jibqg\u0127u fis-se\u0127\u0127 i\u017c-\u017cew\u0121 pilastri (il-pagamenti diretti / mi\u017curi tas-suq u l-i\u017cvilupp rurali)?", "I\u017c-\u017cew\u0121 pilastri huma \u017c-\u017cew\u0121t u\u010bu\u0127 tal-istess munita tal-PAK, u g\u0127andhom jibqg\u0127u fis-se\u0127\u0127.", "Jag\u0127tu struttura lill-PAK abba\u017ci ta' \u017cew\u0121 tipi wiesg\u0127a ta' intervent.", "L-ewwel pilastru jag\u0127ti appo\u0121\u0121 lill-bdiewa fuq ba\u017ci annwali fil-forma ta' pagamenti diretti u mi\u017curi tas-suq, li huma so\u0121\u0121etti g\u0127all-konformit\u00e0 ma' regoli ba\u017ci\u010bi u ma' g\u0127anijiet ambjentali.", "It-tieni pilastru huwa g\u0127odda ta' investiment pluriennali u flessibbli, li hija iktar adattata g\u0127ar-realtajiet lokali ta' kull Stat Membru, b'mod partikulari biex tkattar l-appo\u0121\u0121 g\u0127al pro\u0121etti aktar fit-tul.", "Kif nistg\u0127u ni\u017cguraw li l-PAK tal-\u0121ejjieni tkun iktar \u0121usta, u li l-azjendi agrikoli \u017cg\u0127ar u ta' daqs medju jing\u0127ataw l-appo\u0121\u0121 li g\u0127andhom b\u017conn?", "Fl-2015, l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-a\u0127\u0127ar riforma tal-PAK, 20 % tal-bdiewa r\u010bevew madwar 80 % tal-pagamenti diretti.", "Dan iqajjem t\u0127assib \u0121ustifikabbli dwar l-effi\u010bjenza ekonomika u l-ekwit\u00e0 so\u010bjali fid-dibattitu pubbliku.", "Fil-fatt, tali distribuzzjoni tirrifletti l-kon\u010bentrazzjoni tal-artijiet kif ukoll in-natura tal-appo\u0121\u0121, li huwa \u0121eneralment ibba\u017cat fuq l-erja.", "Barra minn hekk, iktar minn nofs il-benefi\u010bjarji tal-appo\u0121\u0121 huma azjendi agrikoli \u017cg\u0127ar \u0127afna, u l-bi\u010b\u010ba l-kbira mill-pagamenti (72 % fl-2015) jing\u0127ataw lil azjendi agrikoli (tal-familja) professjonali ta' daqs medju (minn 5 sa 250 ettaru) li jimmani\u0121\u0121aw il-parti l-kbira tal-art agrikola tal-UE (71 %), u g\u0127alhekk huma l-attur l-iktar responsabbli g\u0127all-provvista ta' beni pubbli\u010bi u benefi\u010b\u010bji ambjentali.", "Madankollu, il-Kummissjoni hija impenjata li tesplora modi biex il-pagamenti diretti jkunu mmirati b'mod aktar effettiv, u biex ji\u0121i \u017cgurat appo\u0121\u0121 g\u0127all-introjtu tal-bdiewa aktar \u0121ust u mmirat a\u0127jar mal-UE kollha, kif jissemma fid-Dokument ta' Riflessjoni dwar il-futur tal-finanzji tal-UE.", "Il-lista mhux e\u017cawrjenti ta' possibbiltajiet li \u0121ejja g\u0127andha ti\u0121i mist\u0127arr\u0121a iktar:", "Il-bdiewa se ji\u0121u ttrattati b'mod ugwali mal-UE kollha?", "Filwaqt li l-PAK qieg\u0127da ti\u017cgura li l-appo\u0121\u0121 ikun immirat lejn il-bdiewa \u0121enwini, b'enfa\u017ci fuq min ja\u0127dem attivament fil-biedja biex jaqla' l-g\u0127ajxien tieg\u0127u, je\u0127tie\u0121 li l-PAK taqdi wkoll ir-rwol tag\u0127ha billi ssewi l-prin\u010bipju ta' \u201cUgwaljanza bejn il-Membri tag\u0127ha, kbar jew \u017cg\u0127ar, mil-Lvant jew mill-Punent, mit-Tramuntana jew min-Nofsinhar\u201d, kif iddikjara l-President Juncker fid-diskors tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017.", "F'dan is-sens, g\u0127andha tnaqqas id-differenzi bejn l-Istati Membri f'dak li jirrigwarda l-appo\u0121\u0121 mill-PAK.", "Anki jekk g\u0127andhom ji\u0121u rikonoxxuti d-diversit\u00e0 wiesg\u0127a tal-kostijiet relattivi tax-xog\u0127ol u tal-art, u l-potenzjali agronomi\u010bi differenti madwar l-UE, il-bdiewa kollha tal-UE j\u0127abbtu wi\u010b\u010bhom ma' sfidi simili fir-rigward tal-volatilit\u00e0 tas-suq, l-ambjent u l-klima.", "X'inhu r-rwol tal-PAK fil-promozzjoni tal-\u0121id rurali?", "Il-PAK ma tolqotx biss is-settur tal-biedja, i\u017cda tg\u0127in ukoll fl-ixprunar tal-ekonomiji rurali lokali u fit-titjib tal-\u0121id rurali.", "Pere\u017cempju, il-fondi tal-i\u017cvilupp rurali jistg\u0127u jappo\u0121\u0121aw l-istabbilment ta' negozju ta' arti\u0121jan.", "Fi\u017c-\u017coni rurali jistg\u0127u jfi\u0121\u0121u opportunitajiet \u0121odda ta' xog\u0127ol u \u017cieda fil-potenzjal tat-tkabbir, bis-sa\u0127\u0127a tal-appo\u0121\u0121 lil ktajjen tal-valur rurali \u0121odda, fosthom l-ener\u0121ija nadifa, il-bijoekonomija emer\u0121enti, l-ekonomija \u010birkolari u l-ekoturi\u017cmu, l-investimenti fl-infrastruttura, u l-kapital naturali u uman, inklu\u017c it-ta\u0127ri\u0121 vokazzjonali, programmi g\u0127all-i\u017cvilupp ta' \u0127iliet \u0121odda, l-edukazzjoni ta' kwalit\u00e0 u l-konnettivit\u00e0.", "L-\u201cIr\u0127ula intelli\u0121enti\u201d, kun\u010bett li g\u0127adu emer\u0121enti, se jg\u0127inu lill-komunitajiet jindirizzaw kwistjonjiet ta' infrastrutturi inadegwati u opportunitajiet ta' xog\u0127ol.", "Il-Kummissjoni kif tista' t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-bdiewa \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jistabbilixxu azjenda agrikola, u kif tista' tikkontribwixxi g\u0127at-ti\u0121did \u0121enerazzjonali fis-settur?", "It-ti\u0121did \u0121enerazzjonali g\u0127andu jkun prijorit\u00e0 f'qafas \u0121did ta' politika, i\u017cda l-Istati Membri jinsabu fl-aqwa po\u017cizzjoni biex jistimolawh, billi ju\u017caw is-setg\u0127at tag\u0127hom fejn jid\u0127lu r-regolamentazzjoni tal-artijiet, it-tassazzjoni, il-li\u0121i tas-su\u010b\u010bessjoni jew l-ippjanar tat-territorju.", "Il-PAK g\u0127andha tag\u0127ti lill-Istati Membri l-flessibbilt\u00e0 li ji\u017cviluppaw skemi mag\u0127mula apposta g\u0127alihom, u li jirriflettu l-b\u017connijiet spe\u010bifi\u010bi tal-bdiewa \u017cg\u0127a\u017cag\u0127.", "Il-pjanijiet strate\u0121i\u010bi tal-PAK jistg\u0127u jinkludu appo\u0121\u0121 g\u0127all-i\u017cvilupp tal-\u0127iliet u tal-g\u0127arfien, g\u0127all-innovazzjoni, g\u0127all-i\u017cvilupp tan-negozju u g\u0127all-investiment.", "Il-PAK g\u0127andha tg\u0127in wkoll biex jittaffa kemm jista' jkun ir-riskju fl-ewwel ftit snin wara l-varar ta' negozju tal-biedja, billi tipprovdi sistema ta' appo\u0121\u0121 g\u0127all-ewwel installazzjoni, li tapplika fl-UE kollha.", "G\u0127andu ji\u0121i ffa\u010bilitat l-a\u010b\u010bess g\u0127al strumenti finanzjarji biex jappo\u0121\u0121aw l-investimenti u l-kapital operatorju tal-azjendi agrikoli, u dan l-a\u010b\u010bess g\u0127andu ji\u0121i adattat a\u0127jar g\u0127all-b\u017connijiet ta' investiment u g\u0127all-profili tar-riskju og\u0127la tal-operaturi l-\u0121odda.", "L-appo\u0121\u0121 lill-\u0121enerazzjoni l-\u0121dida ta' bdiewa jista' ji\u0121i kkombinat ma' in\u010bentivi xierqa biex ji\u0121u ffa\u010bilitati l-\u0127ru\u0121 tal-\u0121enerazzjoni anzjana u t-trasferiment tal-g\u0127arfien minn \u0121enerazzjoni g\u0127all-o\u0127ra, kif ukoll biex ti\u017cdied il-mobbilt\u00e0 tal-proprjet\u00e0 rurali u biex ji\u0121i ffa\u010bilitat l-ippjanar tas-su\u010b\u010bessjoni.", "G\u0127ala je\u0127tie\u0121 li l-PAK tappo\u0121\u0121a lill-innovazzjoni?", "X'inhu r-ra\u0121unament ta' warajha?", "L-agrikultura u \u017c-\u017coni rurali tag\u0127na qed jaffa\u010b\u010bjaw g\u0127add ta' sfidi, u je\u0127tie\u0121 li nsibu soluzzjonijiet \u0121odda g\u0127alihom.", "Ne\u0127tie\u0121u konsulenza a\u0127jar u aktar innovazzjoni.", "Je\u0127tie\u0121 involviment pubbliku fir-ri\u010berka u l-innovazzjoni sabiex titqassar il-qasma bejn i\u017c-\u017coni rurali, li g\u0127andhom b\u017conn innovazzjonijiet di\u0121itali u konnettivit\u00e0 a\u0127jar, u bejn il-fornituri ta' teknolo\u0121iji \u0121odda.", "Pere\u017cempju, is-sensuri jistg\u0127u jidentifikaw u jipprevjenu minn kmieni s-sa\u0127\u0127a dg\u0127ajfa tal-annimali, u b'hekk inaqqsu l-b\u017conn ta' trattament.", "L-a\u010b\u010bess f'\u0127in reali g\u0127al informazzjoni dwar l-intensit\u00e0 tad-dija, l-indewwa tal-\u0127amrija, is-swieq, il-\u0121estjoni tal-mer\u0127liet u aktar, jista' jg\u0127in lill-bdiewa jie\u0127du de\u010bi\u017cjonijiet a\u0127jar u aktar malajr.", "Jag\u0127mel sens li nikkooperaw fir-ri\u010berka u l-innovazzjoni fuq il-livell tal-UE.", "Billi nitg\u0127allmu minn xulxin fi n\u0127awi differenti tal-UE, naslu biex ni\u017cviluppaw g\u0127arfien a\u0127jar, u biex nadottaw l-innovazzjoni aktar malajr.", "Meta jaffa\u010b\u010bjaw il-volatilit\u00e0 u l-kri\u017ci tas-suq, il-bdiewa x'tip ta' appo\u0121\u0121 jistg\u0127u jistennew mill-PAK tal-\u0121ejjieni?", "Ikunx fi kri\u017cijiet sanitarji jew fitosanitarji, wara avvenimenti marbutin mat-tibdil fil-klima, jew min\u0127abba l-volatilit\u00e0 tas-suq, il-bdiewa j\u0127abbtu wi\u010b\u010bhom ma' riskji kbar u ma' pressjonijiet fuq l-introjtu tag\u0127hom.", "Il-Kummissjoni minn dejjem appo\u0121\u0121at lill-bdiewa u se tkompli tappo\u0121\u0121ahom, kif jixhdu l-a\u0127\u0127ar \u017cew\u0121 pakketti ta' solidarjet\u00e0, kull wie\u0127ed b'valur ta' \u20ac500 miljun.", "Madankollu, il-frekwenza og\u0127la ta' riskji titlob appro\u010b\u010b aktar sistematiku.", "Is-settur tal-biedja je\u0127tie\u0121 qafas xieraq g\u0127all-\u0121estjoni tar-riskji, li jg\u0127aqqad l-appo\u0121\u0121 fil-livell tal-UE mal-g\u0127odod nazzjonali tal-Istati Membri u ma' strumenti tas-settur privat.", "Pere\u017cempju, il-possibbilt\u00e0 li ti\u0121i stabbilita g\u0127odda g\u0127all-istabbilizzazzjoni tal-introjtu li tkun spe\u010bifika g\u0127as-settur, b'livelli minimi ta' telf aktar baxxi biex jiskattaw il-kumpens, mistennija li tag\u0127mel l-g\u0127odda aktar attraenti g\u0127all-bdiewa u g\u0127all-amministrazzjonijiet.", "Fl-istess \u0127in, g\u0127andha ssir valutazzjoni bil-galbu rigward jekk g\u0127andhomx ji\u0121u introdotti g\u0127odod \u0121odda jew tipi \u0121odda ta' appo\u0121\u0121.", "F'dan il-kuntest, g\u0127andha titrawwem il-kooperazzjoni fost il-bdiewa u tul il-katina alimentari, inklu\u017c il-mutwalizzazzjoni u s-servizzi integrati, g\u0127all-finijiet tal-kondivi\u017cjoni tar-riskji.", "X'se tinvolvi l-pjattaforma dwar il-\u0121estjoni tar-riskji fil-livell tal-UE?", "L-g\u0127arfien limitat tal-g\u0127odod disponibbli min-na\u0127a tal-bdiewa u ta' partijiet ikkon\u010bernati o\u0127ra, u n-nuqqas relattiv ta' esperjenza tag\u0127hom fl-implimentazzjoni ta' dawk l-g\u0127odod, kienu ostaklu ewlieni g\u0127all-adozzjoni ta' strumenti ta' \u0121estjoni tar-riskji tul l-a\u0127\u0127ar ftit snin.", "Il-pjattaforma g\u0127all-\u0121estjoni tar-riskji fil-livell tal-UE se tkun pjattaforma g\u0127all-atturi kollha involuti, inklu\u017c il-bdiewa, l-awtoritajiet pubbli\u010bi, l-istituti tar-ri\u010berka u l-atturi mis-settur privat (e\u017c. kumpaniji tal-assigurazzjoni), bil-g\u0127an li jaqsmu l-g\u0127arfien u jiskambjaw l-a\u0127jar prattiki.", "Il-Kummissjoni se tkun involuta, fejn xieraq, b\u0127ala fa\u010bilitatur, u se ti\u017cviluppa l-pjattaforma fuq sit web apposta.", "Bis-sa\u0127\u0127a ta' din il-pjattaforma, se ji\u0121u organizzati gruppi ta' esperti, sessjonijiet ta' \u0127idma, seminars u avvenimenti o\u0127ra madwar su\u0121\u0121etti spe\u010bifi\u010bi tal-\u0121estjoni tar-riskji, e\u017c. il-kalkolu tat-telf bl-u\u017cu ta' sistemi bba\u017cati fuq indi\u010bi.", "Barra minn hekk, il-pjattaforma se toffri l-possibbilt\u00e0 li jin\u0121abru flimkien inizjattivi privati jew pubbli\u010bi dwar il-\u0121estjoni tar-riskji fil-livell lokali, kif ukoll \u0127idma rilevanti f'oqsma o\u0127ra ta' politika, e\u017c. l-adattament g\u0127at-tibdil fil-klima, l-agrometeorolo\u0121ija, e\u010b\u010b.", "G\u0127ala l-PAK g\u0127andha tag\u0127ti spinta lill-investimenti, u kif jistg\u0127u l-istrumenti finanzjarji jappo\u0121\u0121aw lill-bdiewa?", "G\u0127odda ta' investiment flessibbli tal-PAK hija essenzjali biex tappo\u0121\u0121a l-kompetittivit\u00e0, l-innovazzjoni, l-adattament g\u0127at-tibdil fil-klima u t-taffija tal-effetti tieg\u0127u, u fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar, is-sostenibbilt\u00e0 tal-agrikultura u ta\u017c-\u017coni rurali.Il-modernizzazzjoni ta' azjenda agrikola, l-installazzjoni ta' teknolo\u0121ija \u0121odda, u t-ti\u0121did tas-sistemi ta' tisqija huma kollha azzjonijiet li je\u0127tie\u0121u \u0127afna flus bil-quddiem, u wie\u0127ed ma jistax jistenna li dawn l-isforzi finanzjarji sostanzjali jsiru mill-bdiewa wa\u0127edhom.", "Il-fondi pubbli\u010bi disponibbli g\u0127all-g\u0127otjiet mhumiex bi\u017c\u017cejjed biex jindirizzaw il-b\u017connijiet ta' investiment tas-settur li kulma jmur qed jikbru.", "Stimi approssimattivi juru li l-lakuna fis-suq g\u0127all-finanzjament tal-agrikultura hija bejn \u20ac1.6 u \u20ac4.1 biljun g\u0127as-self fuq terminu qasir, u bejn \u20ac5.5 u \u20ac14.8 biljun g\u0127as-self fit-tul.", "L-istrumenti finanzjarji, b\u0127as-self, il-garanziji u l-fondi ta' ekwit\u00e0, jistg\u0127u j\u0127affu l-a\u010b\u010bess g\u0127all-finanzjament g\u0127al dawk il-bdiewa (e\u017c. sidien \u017cg\u0127ar, operaturi \u0121odda) jew produtturi tal-ikel agrikolu li jsibuha bi tqila jiksbu l-fondi me\u0127tie\u0121a biex jid\u0127lu fin-negozju jew ji\u017cviluppawh.", "Billi jing\u0127aqdu l-finanzjament tal-UE u dak privat, l-istrumenti finanzjarji jkollhom effett multiplikatur, ji\u0121ifieri volumi mi\u017cjuda ta' investiment (ingrana\u0121\u0121 finanzjarju)."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4942", "title": "Proprjet\u00e0 intellettwali: Il-protezzjoni tal-g\u0127arfien espert u tal-po\u017cizzjoni minn ta' quddiem fl-innovazzjoni tal-Ewropa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH", "date": "Tue, 28 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum qed tippre\u017centa mi\u017curi biex ti\u017cgura li d-drittijiet tal-proprjet\u00e0 intellettwali jkunu protetti sew, u b'hekk tinkora\u0121\u0121ixxi lill-kumpaniji Ewropej, b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji \u0121odda, biex jinvestu fl-innovazzjoni u l-kreattivit\u00e0.", "L-inizjattivi ppre\u017centati llum se jag\u0127mluha aktar fa\u010bli li wie\u0127ed ja\u0121ixxi b'mod effika\u010bi kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjet\u00e0 intelletwali, kif ukoll jiffa\u010bilitaw il-litigazzjoni transkonfinali u jippermettu li ji\u0121u indirizzati l-iffalsifikar u l-piraterija ta' o\u0121\u0121etti importati fl-UE (b'valur ta' EUR 85 biljun).", "Il-Kummissjoni t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 ukoll negozjar ta' g\u0127oti ta' li\u010benzji li jkun \u0121ust u bilan\u010bjat b'mod li jippremja lill-kumpaniji g\u0127all-innovazzjoni tag\u0127hom filwaqt li jippermetti wkoll lil kumpaniji o\u0127rajn jibba\u017caw fuq din it-teknolo\u0121ija biex ji\u0121\u0121eneraw prodotti u servizzi innovattivi \u0121odda.", "Il-Vi\u010bi-President Jyrki Katainen, responsabbli g\u0127all-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittivit\u00e0, sostna: \u201cIt-tkabbir ekonomiku u l-kompetittivit\u00e0 tal-Ewropa fil-bi\u010b\u010ba l-kbira jiddependu fuq id-diversi intraprendituri tag\u0127na \u2013 minn negozji \u0121odda sa kumpaniji kbar \u2013 li jinvestu fl-g\u0127arfien u f'ideat \u0121odda.", "Il-pakkett komprensiv li qed nippre\u017centaw illum itejjeb l-applikazzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjet\u00e0 intellettwali u jinkora\u0121\u0121ixxi l-investiment fit-teknolo\u0121ija u l-i\u017cvilupp tal-prodotti fl-Ewropa.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127as-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs El\u017cbieta Bie\u0144kowska, qalet ukoll: \u201cIllum qed insa\u0127\u0127u l-kapa\u010bit\u00e0 kollettiva tag\u0127na biex naqbdu l-\u201c\u0127uta l-kbira\u201d responsabbli g\u0127all-falsifikazzjoni tal-prodotti u g\u0127all-piraterija tal-kontenut li jag\u0127mlu \u0127sara lill-kumpaniji u l-impjiegi tag\u0127na \u2013 kif ukoll lis-sa\u0127\u0127a u s-sikurezza f'\u010berti oqsma b\u0127alma huma dawk tal-medi\u010bini jew tal-\u0121ugarelli.", "Qeg\u0127din ukoll inpo\u0121\u0121u lill-Ewropa b\u0127ala mexxej globali b'sistema ta' li\u010benzjar ta' privattivi li tikkontribwixxi g\u0127all-introduzzjoni tal-Internet tal-O\u0121\u0121etti, minn smartphones sa' karozzi konnessi.\u201d", "Il-mi\u017curi adottati llum jinkludu:", "L-intensifikar tal-\u0121lieda kontra l-iffalsifikar u l-piraterija: Il-Kummissjoni g\u0127andha l-g\u0127an li \u010b\u010ba\u0127\u0127ad lill-kontraventuri tal-Proprjet\u00e0 Intellettwali li joperaw fuq skala kummer\u010bjali mis-sorsi ta' d\u0127ul li jag\u0127mlu l-attivit\u00e0 kriminali tag\u0127hom profitabbli \u2013 dan huwa 'l hekk imsejja\u0127 appro\u010b\u010b \u201csegwi l-flus\u201d li jiffoka fuq il-\u201c\u0127uta l-kbira\u201d aktar milli fuq l-individwi.", "Dan ji\u017cgura wkoll li l-azzjonijiet ta' infurzar ji\u0121u adattati g\u0127all-\u0127ti\u0121ijiet tal-era di\u0121itali tal-lum.", "Permezz tal-inizjattivi tal-lum, il-Kummissjoni g\u0127andha l-g\u0127an li:", "Il-\u0127olqien ta' sistema \u0121usta u bilan\u010bjata g\u0127all-Privattivi Essenzjali Standard: Diversi teknolo\u0121iji ewlenin li huma parti mill-istandards industrijali globali (b\u0127all-WiFi jew il-4G) huma protetti permezz ta' Privattivi Essenzjali Standard.", "Illum il-Kummissjoni qed toffri gwida u rakkomandazzjonijiet g\u0127al sistema bbilan\u010bjata u effi\u010bjenti ta' Privattivi Essenzjali Standard, fejn ji\u0121u rrikon\u010biljati \u017cew\u0121 objettivi: il-manifatturi tal-prodotti jing\u0127ataw l-a\u010b\u010bess g\u0127at-teknolo\u0121iji permezz ta' regoli tal-li\u010benzjar trasparenti u prevedibbli; u fl-istess \u0127in id-detenturi ta' privattivi ji\u0121u ppremjati g\u0127all-investimenti tag\u0127hom fir-ri\u010berka u l-i\u017cvilupp u f'attivitajiet ta' standardizzazzjoni biex ji\u0121u in\u010bentivati joffru l-a\u0127jar teknolo\u0121iji tag\u0127hom g\u0127all-inklu\u017cjoni fl-istandards.", "I\u017c-\u017cieda ta' trasparenza u prevedibbilt\u00e0 g\u0127andha tag\u0127ti lill-UE \u2013 inklu\u017c lid-diversi negozji \u0121odda tag\u0127ha \u2013 vanta\u0121\u0121 fit-tellieqa globali tal-innovazzjoni teknolo\u0121ika u tippermettilha tapprofitta bis-s\u0127i\u0127 mill-potenzjal tal-5G u tal-Internet tal-O\u0121\u0121etti.", "Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib il-progress fir-rigward tal-mi\u017curi proposti u tivvaluta l-\u0127tie\u0121a g\u0127al passi ulterjuri.", "Sfond", "L-inizjattivi tal-lum \u0121ew im\u0127abbra fl-Istrate\u0121ija tas-Suq Uniku tal-2015, pjan direzzjonali li g\u0127andu jwassal g\u0127ar-ri\u017cultati mistennija mill-impenn politiku tal-President Juncker biex ji\u0121i mmassimizzat il-potenzjal s\u0127i\u0127 tas-Suq Uniku u jag\u0127mlu l-punt tat-tluq biex l-Ewropa tistag\u0127na fl-ekonomija globali.", "Fit-twettiq tag\u0127ha tal-Istrate\u0121ija tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni di\u0121\u00e0 ressqet proposti dwar il-kummer\u010b elettroniku, gwida dwar l-ekonomija kollaborattiva, passi biex timmodernizza l-politika tal-istandardizzazzjoni tal-UE, Inizjattiva dwar in-Negozji l-\u0121odda u n-Negozji li qed jespandu, mi\u017curi biex tag\u0127ti spinta \u0121dida lis-settur tas-servizzi u passi biex issa\u0127\u0127a\u0127 il-konformit\u00e0 u l-funzjonament prattiku tas-Suq Uniku tal-UE.", "G\u0127al iktar informazzjoni:", "MEMO/17/4943 - Mistoqsijiet Frekwenti", "Skeda informattiva - Il-protezzjoni tal-Proprjet\u00e0 Intellettwali", "Skeda informattiva - G\u0127aliex id-Drittijiet tal-Proprjet\u00e0 Intellettwali huma importanti", "Skeda informattiva - Privattivi Essenzjali Standard", "Komunikazzjoni: Sistema ta' infurzar tal-Proprjet\u00e0 Intellettwali bilan\u010bjata li twie\u0121eb g\u0127all-isfidi so\u010bjetali tal-lum", "Komunikazzjoni: Gwida dwar id-Direttiva dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjet\u00e0 intelletwali", "Rapport dwar il-funzjonament tal-Memorandum ta' Qbil dwar il-bejg\u0127 ta' o\u0121\u0121etti ffalsifikati permezz tal-internet", "Rapport dwar l-Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjet\u00e0 intelletwali (IPRED)", "Komunikazzjoni: L-istabbiliment tal-appro\u010b\u010b tal-UE g\u0127all-Privattivi Essenzjali Standard"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4974", "title": "Brexit: Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi emendi le\u0121i\u017clattivi g\u0127ar-rilokazzjoni minn Londra tal-A\u0121enzija Ewropea g\u0127all-Medi\u010bini u l-Awtorit\u00e0 Bankarja Ewropea", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB,HEALTHPOL,GENINFO", "date": "Tue, 28 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea g\u0127amlet \u017cew\u0121 proposti le\u0121i\u017clattivi biex temenda r-Regolamenti tat-Twaqqif tal-A\u0121enzija Ewropea g\u0127all-Medi\u010bini (European Medicines Agency, EMA) u l-Awtorit\u00e0 Bankarja Ewropea (European Banking Authority, ABE).", "Dawn isegwu l-ftehim tal-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet li sar fil-mar\u0121ini tal-Kunsill Affarijiet \u0120enerali (fil-format tal-Artikolu 50) sabiex l-EMA u l-ABE jittrasferixxu ru\u0127hom minn Londra g\u0127al Amsterdam u Pari\u0121i rispettivament.", "Il-Kummissjoni qed ta\u0121ixxi b'\u0127effa sabiex tipprovdi \u010bertezza u \u010barezza legali, filwaqt li ti\u017cgura li \u017c-\u017cew\u0121 A\u0121enziji jkunu jistg\u0127u jkomplu jiffunzjonaw ming\u0127ajr xkiel u ming\u0127ajr interruzzjoni wara Marzu tal-2019.", "Skont il-pro\u010bedura le\u0121i\u017clattiva ordinarja, il-kole\u0121i\u017claturi (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) huma mistennija li b\u0127ala prijorit\u00e0 jittrattaw dawn il-proposti le\u0121islattivi.", "Dawn il-proposti huma strettament limitati sabiex ti\u0121i kkonfermata s-sede tal-A\u0121enziji fi\u017c-\u017cew\u0121 Regolamenti tat-Twaqqif.", "Kuntest", "Ir-rilokazzjoni ta' dawn i\u017c-\u017cew\u0121 A\u0121enziji hija konsegwenza diretta tad-de\u010bi\u017cjoni tar-Renju Unit li jitlaq mill-Unjoni Ewropea, kif innotifikat lill-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Marzu 2017.", "Id-De\u010bi\u017cjoni li ji\u0121u rrilokati \u017c-\u017cew\u0121 A\u0121enziji ttie\u0127det mill-gvernijiet tas-27 Stat Membru.", "Ma tiffurmax parti min-negozjati dwar Brexit.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Id-De\u010bi\u017cjoni rigward il-pro\u010bedura g\u0127ar-rilokazzjoni tal-a\u0121enziji tal-UE li b\u0127alissa jinsabu fir-Renju Unit (inklu\u017ci l-kriterji)"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4941", "title": "Il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment ivaraw servizz ta' konsulenza \u0121did biex jg\u0127in lill-ibliet jippjanaw l-investimenti", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENERU,REGIONAL", "date": "Mon, 27 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["URBIS, g\u0127al \u201c Urban Investment Support\u201d (Appo\u0121\u0121 g\u0127all-Investiment Urban) se jg\u0127in lill-ibliet jippjanaw investimenti biex jappo\u0121\u0121aw l-istrate\u0121iji ta' \u017cvilupp urban tag\u0127hom stess u jiksbu a\u010b\u010bess iktar fa\u010bli g\u0127all-finanzjament.", "L-ibliet jaffa\u010b\u010bjaw sfidi partikolari meta ji\u0121u biex ja\u010b\u010bessaw il-finanzjament.", "Pro\u0121etti muni\u010bipali individwali, pere\u017cempju fl-oqsma tal-inklu\u017cjoni so\u010bjali, ir-ri\u0121enerazzjoni urbana jew l-effi\u010bjenza fl-ener\u0121ija, jistg\u0127u jkunu wisq riskju\u017ci jew \u017cg\u0127ar g\u0127as-suq.", "Fl-istess \u0127in, il-finanzjament g\u0127al programmi urbani integrati jista' jkun diffi\u010bli wkoll biex ji\u0121i a\u010b\u010bessat, g\u0127ax ji\u0121bru diversi pro\u0121etti \u017cg\u0127ar madwar setturi differenti.", "Fl-a\u0127\u0127ar, l-ibliet jistg\u0127u jaffa\u010b\u010bjaw ukoll limiti ta' self.", "URBIS g\u0127andu l-\u0127sieb li jg\u0127in l-ibliet jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet spe\u010bifi\u010bi.", "Huwa se jg\u0127inhom ifasslu, jippjanaw u jimplimentaw l-istrate\u0121iji tal-investiment u l-pro\u0121etti tag\u0127hom, b'pariri tekni\u010bi u finanzjarji personali, kif ukoll fuq g\u0127a\u017cliet ta' finanzjament innovattivi.", "L-g\u0127an huwa li jinbdew pro\u0121etti solidi fit-terminu qasir u medju, pere\u017cempju fil-qasam tal-azzjonijiet tal-klima urbana.", "Maro\u0161 \u0160ef\u010dovi\u010d, il-Vi\u010bi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli g\u0127all-Ener\u0121ija tal-Unjoni, qal: \u201cIs-sindki jridu jie\u0127du azzjoni u jag\u0127mlu l-ibliet tag\u0127hom iktar intelli\u0121enti u iktar sostenibbli.", "Min-na\u0127a tag\u0127na, URBIS se jag\u0127milha iktar fa\u010bli g\u0127alihom biex ja\u010b\u010bessaw l-investimenti li g\u0127andhom b\u017conn biex jag\u0127mlu dan - permezz ta' pariri personali u mobilizzazzjoni ta' fondi u assi e\u017cistenti.", "L-innovazzjoni urbana te\u0127tie\u0121 ti\u0121i mnedija, tikber bi\u017c\u017cejjed u ti\u0121i replikata madwar l-Ewropa.\u201d", "Filwaqt li kienet qed tniedi URBIS illum fil-Forum tal-Ibliet 2017 \u0121ewwa Rotterdam, il-Kummissarju g\u0127all-Politika Re\u0121jonali Corina Cre\u0163u qalet: \u201cA\u0127na g\u0127andna g\u0127anijiet ambizzju\u017ci g\u0127al \u017cvilupp urban sostenibbli ta\u0127t l-A\u0121enda Urbana g\u0127all-UE u URBIS se jg\u0127inna nil\u0127quhom.", "Bis-sa\u0127\u0127a ta' din l-inizjattiva, l-ibliet se jkollhom l-appo\u0121\u0121 li je\u0127tie\u0121u biex jo\u0127olqu opportunitajiet \u0121odda g\u0127all-abitanti tag\u0127hom.\u201d", "\u201cL-ibliet huma iktar attraenti minn qatt qabel: fi tliet de\u010bennji tmienja (8) minn kull g\u0127axar (10) Ewropej se jkunu qed jg\u0127ixu \u0121ewwa belt,\u201d qal Vazil Hud\u00e1k, Vi\u010bi President tal-Bank Ewropew tal-Investiment responsabbli g\u0127all-appo\u0121\u0121 ta' konsulenza u tal-pro\u0121ett fi bliet u re\u0121juni.", "\u201cL-ibliet u r-re\u0121juni g\u0127andhom b\u017conn ta' finanzjament kif ukoll ta' konsulenza biex isiru intelli\u0121enti, moderni, ambjentali u innovattivi, u bl-g\u0127ajnuna tal-pro\u0121ett pilota tag\u0127na URBIS a\u0127na nistg\u0127u nwasslu dan.\u201d", "URBIS se jikkonsisti minn esperti tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) mis-servizzi ta' konsulenza u ta' pro\u0121ett differenti tal-istituzzjoni, inklu\u017c persunal tal-BEI li jinsab fl-Istati Membri u esperti minn JASPERS, it-tim indipendenti spe\u010bjalizzat fit-t\u0127ejjija ta' pro\u0121etti ta' kwalit\u00e0 finanzjati mill-UE.", "Fejn me\u0127tie\u0121, huwa jqabbad esperti tal-bord li jistg\u0127u jispjegaw kif fondi tal-UE jistg\u0127u jit\u0127alltu ma' finanzjament tal-banek promozzjonali nazzjonali u lokali u ma' opportunitajiet ta' finanzjament innovattivi.", "Pere\u017cempju, dawn l-opportunitajiet jinkludu investimenti tal-impatt, ji\u0121ifieri investimenti li jsiru f'kumpaniji jew fondi li g\u0127andhom l-g\u0127an li jiskattaw impatt so\u010bjali u ambjentali flimkien ma' redditu finanzjajru.", "L-ibliet ta' kull daqs fl-Istati Membri kollha jistg\u0127u japplikaw g\u0127all-appo\u0121\u0121 ta' URBIS permezz ta' sit web li jinsab fuq i\u010b-\u010aentru Ewropew g\u0127all-Investiment u l-Konsulenza.", "URBIS se jg\u0127in:", "Il-passi li jmiss:", "URBIS se jibda billi ju\u017ca' s-servizzi ta' konsulenza u ta' pro\u0121ett e\u017cistenti tal-Bank Ewropew tal-Investiment u se jiffoka fuq numru mag\u0127\u017cul ta' kompiti.", "Din il-\u0127idma inizjali, kif ukoll id-domanda tal-ibliet g\u0127all-appo\u0121\u0121 ta' URBIS, se jkunu vvalutati mill-BEI u l-Kummissjoni fit-tieni nofs tal-2018.", "Jekk URBIS ikollu su\u010b\u010bess, se ji\u0121u kkunsidrati ri\u017corsi addizjonali, bil-\u0127sieb li titkompla, tittejjeb u titkabbar l-inizjattiva.", "Il-\u0127idma u l-anali\u017ci ta' URBIS se jmorru fir-riflessjoni li g\u0127addejja b\u0127alissa dwar il-qafas ba\u0121itarju li jmiss wara l-2020, spe\u010bjalment fir-rigward tal-a\u010b\u010bess u l-\u0121estjoni ta' fondi tal-Politika ta' Koe\u017cjoni mill-ibliet.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni:", "A\u0121enda Urbana tal-UE: punt uniku ta' kuntatt g\u0127all-ibliet fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea", "Appo\u0121\u0121 tal-BEI lill-A\u0121enda Urbana", "Il-Pjan Juncker", "Pjattaforma tad-Dejta Miftu\u0127a ta' Koe\u017cjoni"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4973", "title": "Id-dimensjoni so\u010bjali tal-Ewropa: Il-President Juncker u l-Prim Ministru \u017bvedi\u017c L\u00f6fven jippre\u017centaw t-triq 'il quddiem wara s-Summit So\u010bjali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI,PRJOB", "date": "Mon, 27 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Inqas minn \u0121imag\u0127tejn wara s- Summit So\u010bjali li sar fis-17 ta' Novembru f'Gothenburg, i\u017c-\u017cew\u0121 ospitanti tas- Summit, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Juncker u l-Prim Ministru \u017bvedi\u017c L\u00f6fven, jag\u0127mlu rendikont tal-e\u017citu tieg\u0127u.", "Ir-rapport finali ppubblikat llum se jservi b\u0127ala qafas g\u0127as-segwitu tas-Summit, li jibda bil-Kunsill Ewropew ta' Di\u010bembru.", "Id-diskussjonijiet bejn il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern fis-Summit urew li bosta g\u0127andhom po\u017cizzjoni komuni dwar il-\u0127tie\u0121a li l-Ewropa ti\u0121i mg\u0127ammra b'dimensjoni so\u010bjali b'sa\u0127\u0127itha u tan\u0121ibbli.", "Waqt li nimxu 'l quddiem, li nindirizzaw l-isfidi tas-swieq tax-xog\u0127ol, u niffukaw kemm fuq l-i\u017cvilupp ekonomiku kif ukoll fuq dak so\u010bjali se jkunu essenzjali.", "Is-Summit kien l-ewwel pass importanti fid-dibattitu dwar il-\u0121ejjieni tal-Ewropa kif ippre\u017centat fil-Pjan Direzzjonali g\u0127al Unjoni aktar Mag\u0127quda, aktar Qawwija u aktar Demokratika tal-President Juncker, kif ukoll l-ewwel pass fit-triq lejn il-laqg\u0127a tal-Mexxejja tal-UE f'Sibiu fid-9 ta' Mejju 2019.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, qal: \u201cIs-Summit So\u010bjali kien mument fundamentali fid-dibattitu dwar il-\u0121ejjieni tal-Ewropa.", "Huwa bag\u0127at messa\u0121\u0121 \u010bar li Unjoni aktar b'sa\u0127\u0127itha, aktar demokratika u aktar \u0121usta fl-Unjoni trid tkun mibnija fuq impjiegi \u0121usti, tkabbir inklu\u017civ, u opportunitajiet indaqs.", "Bil-proklamazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali, l-istituzzjonijiet u l-mexxejja kollha tal-UE g\u0127amluha ir-responsabbilt\u00e0 kon\u0121unta tag\u0127na li niddefendu d-drittijiet ta\u010b-\u010bittadini tag\u0127na f'dinja li qed tinbidel b'mod mg\u0127a\u0121\u0121el.", "Issa wasal i\u017c-\u017cmien g\u0127at-twettiq.", "Dan jibda bil-Kunsill Ewropew ta' Di\u010bembru.", "U tistg\u0127u sserr\u0127u raskom li l-Kummissjoni Ewropea se tkompli jkollha rwol b'sa\u0127\u0127tu f'dan l-isforz, notevolment permezz tar-rakkomandazzjonijiet spe\u010bifi\u010bi g\u0127all-pajji\u017ci fil-pro\u010bess tas-Semestru Ewropew.\u201d", "Il-Prim Ministru tal-I\u017cvezja, Stefan L\u00f6fven, \u017cied jg\u0127id: \u201cWasal i\u017c-\u017cmien g\u0127al Ewropa so\u010bjali.", "Je\u0127tie\u0121 li ntejbu l-kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol u tal-g\u0127ajxien ta\u010b-\u010bittadini u fl-istess \u0127in in\u017cidu l-kompetittivit\u00e0 tag\u0127na f'ekonomija globali.\u201d", "Fis-Summit, il-parte\u010bipanti affermaw mill-\u0121did ir-responsabbilt\u00e0 kon\u0121unta tag\u0127hom biex ji\u0121u indirizzati l-isfidi li qed jiffa\u010b\u010bjaw is-swieq tax-xog\u0127ol tag\u0127na fil-livelli kollha.", "Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali \u0121ie pproklamat waqt is-Summit mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni Ewropea b\u0127ala espressjoni ta' dan l-impenn kon\u0121unt.", "Fl-ispirtu tal-Pilastru, il-parte\u010bipanti waqt is-Summit qablu li l-\u0127tie\u0121a li tkun promossa l-konver\u0121enza tal-ekonomiji u tas-so\u010bjetajiet tag\u0127na jin\u0127tie\u0121 li tintla\u0127aq permezz ta' sforzi fil-livelli kollha, anki mis-s\u0127ab so\u010bjali.", "Jin\u0127tie\u0121 li jittie\u0127du aktar passi sabiex jitjieb l-a\u010b\u010bess g\u0127as-swieq tax-xog\u0127ol biex ji\u017cdied l-g\u0127add ta' r\u0121iel u nisa fl-impjieg, ikunu \u017cgurati kundizzjonijiet \u0121usti tal-impjieg u tax-xog\u0127ol u jkunu appo\u0121\u0121ati t-tran\u017cizzjonijiet bejn l-impjiegi billi ninvestu fin-nies, filwaqt li nikkunsidraw id-diversit\u00e0 ta' tradizzjonijiet so\u010bjali madwar l-Ewropa.", "B'mod aktar spe\u010bifiku, is-Summit fakkar fil-\u0127tie\u0121a li \u010b-\u010bittadin ji\u0121i l-ewwel permezz ta' sforzi kon\u0121unti fil-livelli kollha, u li tkun \u017cviluppata d-dimensjoni so\u010bjali tal-Unjoni bba\u017cata fuq impenn kondivi\u017c u kompetenzi stabbiliti.", "B\u0127ala l-ewwel pass li jmiss, dan li \u0121ej jin\u0127tie\u0121 li jitmexxa 'l quddiem:", "F'Di\u010bembru, il-Kunsill Ewropew se jsegwi fuq is-Summit ta' Gothenburg, billi jindirizza d-dimensjoni so\u010bjali fid-diskussjoni dwar il-futur tal-Ewropa.", "B\u0127ala ospitant kon\u0121unt tas-Summit So\u010bjali, il-Kummissjoni Ewropea se tkompli twettaq il-parti tag\u0127ha f'dawn id-diskussjonijiet.", "Is-Semestru Ewropew g\u0127all-Koordinazzjoni tal-Politika jin\u0127tie\u0121 li jkun il-qafas ewlieni biex id-diskussjonijiet dwar id-dimensjoni so\u010bjali jimxu 'l quddiem.", "Kuntest", "Il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern iltaqg\u0127u f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017 mal-istituzzjonijiet tal-UE, is-s\u0127ab so\u010bjali, is-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili, l-istudenti u l-esperti ewlenin waqt is-Summit So\u010bjali g\u0127all-Impjiegi \u0120usti u t-Tkabbir, organizzat mill-Gvern \u017bvedi\u017c u mill-Kummissjoni Ewropea.", "Tmien xhur wara \u010b-\u010belebrazzjonijiet tas-60 anniversarju tat-Trattati ta' Ruma, is-Summit kien jikkostitwixxi opportunit\u00e0 straordinarja g\u0127all-mexxejja u g\u0127all-partijiet ikkon\u010bernati biex jiddiskutu su\u0121\u0121etti li jolqtu l-\u0127ajja ta' kuljum ta\u010b-\u010bittadini.", "B\u0127ala tali, huwa kkontribwixxa g\u0127ad-dibattitu dwar il-futur tal-UE, li nbeda fis-Summit ta' Bratislava u li ssawwar mill-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea u mill-\u0127ames dokumenti sussegwenti ta' riflessjoni, b'mod partikolari dak dwar id-dimensjoni so\u010bjali tal-Ewropa, li kien ippre\u017centat aktar kmieni din is-sena.", "Is-Summit iffoka fuq kif g\u0127andha ting\u0127ata spinta lit-tkabbir inklu\u017civ, lill-\u0127olqien tal-impjiegi \u0121usti u jittrawmu opportunitajiet indaqs g\u0127all-ir\u0121iel u g\u0127an-nisa kollha, filwaqt li jkunu rikonoxxuti sfidi komuni u r-rikkezza ta' esperjenzi differenti madwar l-Ewropa.", "Id-diskussjonijiet saru f'format uniku, miftu\u0127 u interattiv li wassal g\u0127al perspettivi differenti biex jinstemg\u0127u u biex ikunu diskussi soluzzjonijiet differenti, waqt li jkunu kkunsidrati l-isfidi komuni u l-ispe\u010bifi\u010bitajiet tal-kuntest u tal-prijoritajiet nazzjonali.", "Streaming dirett ippermetta li \u010b-\u010bittadini madwar l-Ewropa kollha jsegwu d-diskussjoni f'\u0127in reali.", "Is-Summit kien ukoll xhieda tal-proklamazzjoni kon\u0121unta tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni Ewropea.", "Dan bag\u0127at messa\u0121\u0121 qawwi ta' unit\u00e0 u impenn politiku.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Rapport ta' g\u0127eluq dwar is-Summit So\u010bjali", "Sit web dwar is-Summit So\u010bjali g\u0127all-Impjiegi \u0120usti u t-Tkabbir", "Noti ta' input g\u0127at-tliet sessjonijiet ta' \u0127idma tas-Summit dwar kif nippromwovu l-impjiegi \u0121usti u t-tkabbir fil-futur", "Skeda informattiva tal-Kummissjoni dwar is-Summit So\u010bjali g\u0127all-Impjiegi \u0120usti u t-Tkabbir", "Sit web dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4928", "title": "Servizzi ta' pagamenti: Il-konsumaturi se jibbenefikaw minn pagamenti elettroni\u010bi iktar sikuri u innovattivi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Sun, 26 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit ju\u017ca l-cookies biex joffrilek esperjenza a\u0127jar.", "Skopri aktar dwar, kif nu\u017caw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tieg\u0127ek.", "Il-Kummissjoni llum adottat regoli li se jag\u0127mlu l-pagamenti elettroni\u010bi fil-\u0127wienet u online iktar sikuri.", "Dan se jippermetti wkoll lill-konsumaturi ja\u010b\u010bessaw soluzzjonijiet iktar konvenjenti, kosteffika\u010bi u innovattivi offruti minn fornituri ta' pagamenti.", "Dawn ir-regoli jimplimentaw id-Direttiva tal-UE dwar is-Servizzi tal-Pagamenti riveduta ri\u010bentement (Payment Services Directive, PSD2) li g\u0127andha l-g\u0127an li timmodernizza s-servizzi tal-pagamenti tal-Ewropa biex i\u017commu l-pass ma' dan is-suq li qed jevolvi b'mod rapidu u tippermetti li s-suq elettroniku Ewropew jikber.", "Ir-regoli tal-lum jippermettu lill-konsumaturi ju\u017caw servizzi innovattivi offruti minn fornituri terzi, mag\u0127rufin ukoll b\u0127ala kumpaniji FinTech, filwaqt li j\u017commu protezzjoni u sigurt\u00e0 tad-dejta rigoru\u017ci g\u0127al konsumaturi u negozji tal-UE.", "Dawn jinkludu soluzzjonijiet tal-pagamenti u g\u0127odod g\u0127all-\u0121estjoni tal-finanzi personali billi ji\u0121bru informazzjoni minn kontijiet varji.", "Il-Vi\u010bi President Valdis Dombrovskis, responsabbli g\u0127all-Istabbilt\u00e0 Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: \u201cDawn ir-regoli l-\u0121odda se jiggwidaw lill-parte\u010bipanti kollha tas-suq, kemm dawk antiki kif ukoll dawk \u0121odda, biex joffru servizzi ta' pagamenti a\u0127jar lill-konsumaturi filwaqt li ji\u017cguraw is-sigurt\u00e0 tag\u0127hom.\u201d", "G\u0127an prin\u010bipali tal-PSD2 huwa li \u017c\u017cid il-livell ta' sigurt\u00e0 u fidu\u010bja tal-pagamenti elettroni\u010bi.", "B'mod partikolari, il-PSD2 te\u0127tie\u0121 li l-fornituri tas-servizzi ta' pagamenti ji\u017cviluppaw awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur (strong customer authentication, SCA).", "Ir-regoli tal-lum b'hekk g\u0127andhom dispo\u017cizzjonijiet ta' sigurt\u00e0 fihom infushom biex inaqqsu l-livelli ta' frodi tal-pagamenti b'mod sinifikanti u biex jipprote\u0121u l-kunfidenzjalit\u00e0 tad-dejta finanzjarja tal-utenti, spe\u010bjalment rilevanti g\u0127al pagamenti online.", "Huma je\u0127tie\u0121u kombinazzjoni ta' mill-inqas \u017cew\u0121 elementi indipendenti, li jistg\u0127u jkunu o\u0121\u0121ett fi\u017ciku - card jew \u010bellulari - mag\u0127quda ma' password jew identifikatur bijometriku, b\u0127all-marki tas-swaba' qabel ma jsir pagament.", "Il-PSD2 tistabbilixxi wkoll qafas g\u0127al servizzi \u0121odda marbuta ma' kontijiet tal-pagamenti tal-konsumaturi, b\u0127all-hekk imsej\u0127a servizzi ta' bidu ta' pagament u servizzi ta' informazzjoni dwar il-kontijiet.", "Dawn is-servizzi innovattivi di\u0121\u00e0 huma disponibbli f'\u0127afna pajji\u017ci tal-UE i\u017cda bis-sa\u0127\u0127a tal-PSD2 se jkunu disponibbli g\u0127all-konsumaturi madwar l-UE, so\u0121\u0121etti g\u0127al rekwi\u017citi tas-sigurt\u00e0 stretti.", "Dawn ir-regoli tal-lum jispe\u010bifikaw ir-rekwi\u017citi g\u0127al standards komuni u sikuri tal-komunikazzjoni bejn il-banek u l-kumpaniji FinTech.", "Wara l-adozzjoni tal-Istandards Tekni\u010bi Regolatorji mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill g\u0127andhom tliet xhur biex je\u017caminawhom bir-reqqa.", "So\u0121\u0121etti g\u0127all-perjodu ta' skrutinju, ir-regoli l-\u0121odda se jkunu ppubblikati f'Il-\u0120urnal Uffi\u010bjali tal-UE.", "Il-banek u l-fornituri l-o\u0127ra tas-servizzi tal-pagamenti mbag\u0127ad se jkollhom 18-il xahar biex ida\u0127\u0127lu l-mi\u017curi ta' sigurt\u00e0 u l-g\u0127odod ta' komunikazzjoni.", "Kuntest", "L-Istandards Tekni\u010bi Regolatorji tal-lum \u0121ew \u017cviluppati mill-Awtorit\u00e0 Bankarja Ewropea b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Bank \u010aentrali Ewropew.", "Dawn jispjegaw kif g\u0127andha ti\u0121i applikata l-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur (SCA).", "Is-sempli\u010bi provvediment ta' password jew dettalji li jidhru fuq karta tal-kreditu f'\u0127afna sitwazzjonijiet, mhux se jibqg\u0127u suffi\u010bjenti biex isir pagament.", "F'\u010berti ka\u017cijiet, se tkun me\u0127tie\u0121a kodi\u010bi li tkun valida biss g\u0127al tali tran\u017cazzjoni flimkien ma\u017c-\u017cew\u0121 elementi indipendenti l-o\u0127ra.", "L-g\u0127an huwa li jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-livelli ta\u00b4 frodi attwali g\u0127all-metodi kollha ta' pagamenti, spe\u010bjalment il-pagamenti online, u biex ti\u0121i protetta l-kunfidenzjalit\u00e0 tad-dejta finanzjarja tal-utenti.", "Madankollu, ir-regoli jirrikonoxxu wkoll li l-livelli a\u010b\u010bettabli ta' sigurt\u00e0 tal-pagamenti jistg\u0127u, f'\u010berti ka\u017cijiet, jinkisbu b'modi o\u0127ra g\u0127ajr li jintu\u017caw i\u017c-\u017cew\u0121 elementi indipendenti me\u0127tie\u0121a g\u0127all-SCA.", "Pere\u017cempju, il-fornituri tas-servizzi ta' pagament jistg\u0127u ji\u0121u e\u017centati jekk ikunu \u017cviluppaw modi kif jivvalutaw ir-riskji tat-tran\u017cazzjonijiet u jistg\u0127u jidentifikaw tran\u017cazzjonijiet frodulenti.", "Je\u017cistu wkoll e\u017cenzjonijiet g\u0127al pagamenti contactless u tran\u017cazzjonijiet g\u0127al ammonti \u017cg\u0127ar, u b'mod partikolari tipi ta' pagamenti b\u0127at-tariffi tat-trasport urban jew it-tariffi tal-parke\u0121\u0121.", "Bis-sa\u0127\u0127a ta' dawn l-e\u017cenzjonijiet, il-fornituri tas-servizzi ta' pagament jistg\u0127u j\u017commu l-pagamenti konvenjenti ming\u0127ajr ma' jirriskjaw is-sigurt\u00e0 tal-pagamenti.", "Dawn ir-regoli jispe\u010bifikaw ukoll l-obbligi tal-banek u tal-fornituri ta' soluzzjonijiet tal-pagamenti innovattivi u g\u0127odod ta' informazzjoni tal-kontijiet.", "Il-konsumaturi li jridu ju\u017caw servizzi \u0121odda b\u0127al dawn ma jistg\u0127ux jitwaqqfu mill-banek tag\u0127hom.", "Kull bank li joffri a\u010b\u010bess online g\u0127all-kontijiet irid ukoll jikkoopera mal-kumpaniji FinTech jew ma' banek o\u0127ra li jipprovdu servizzi \u0121odda b\u0127al dawn.", "Min\u0127abba f'hekk, il-banek iridu jistabbilixxu metodi ta' komunikazzjoni sikuri biex jittrasmettu d-dejta u jibdew il-pagamenti.", "Il-konsumaturi se jibbenefikaw minn iktar g\u0127a\u017cla u kompetizzjoni meta j\u0127allsu g\u0127all-o\u0121\u0121etti u s-servizzi mixtrija online.", "Se jkunu jistg\u0127u wkoll jimmani\u0121\u0121aw il-finanzi personali tag\u0127hom b'mod iktar effi\u010bjenti permezz tal-applikazzjonijiet li ji\u0121bru informazzjoni mill-kontijiet tag\u0127hom li jinsabu f'banek differenti.", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "MEMO", "Is-sit web tad-D\u0120 FISMA dwar is-servizzi ta' pagament", "Standards Tekni\u010bi Regolatorji tal-PSD2 dwar l-Awtentikazzjoni tal-Konsumatur"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_6316", "title": "Jid\u0127ol fis-se\u0127\u0127 il-ftehim kummer\u010bjali bejn l-UE u Singapore", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Wed, 20 Nov 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Fl-okka\u017cjoni tad-d\u0127ul fis-se\u0127\u0127 illum tal-ftehim kummer\u010bjali bejn l-UE u Singapore, l-Kummissarju g\u0127all-Kummer\u010b Cecilia Malmstr\u00f6m qalet:", "\u201cIl-ftehim kummer\u010bjali bejn l-UE u Singapore - effettiv mil-lum - se jag\u0127ti spinta lill-kummer\u010b, u jkun ta' benefi\u010b\u010bju g\u0127all-kumpaniji, il-bdiewa, il-\u0127addiema u l-konsumaturi fuq i\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at.", "Se jipprovdi wkoll a\u010b\u010bess g\u0127ar-re\u0121jun tal-Asja tax-Xlokk li qed jikber b'rata mg\u0127a\u0121\u0121la.", "Fi \u017cmien meta qed jintefa' dubju fuq il-prin\u010bipji fundamentali tal-kummer\u010b globali miftu\u0127 u bba\u017cat fuq ir-regoli, g\u0127andna b\u017conn ftehimiet b\u0127al dan aktar minn qatt qabel.", "Il-Ftehim bejn l-UE u Singapore huwa s-16-il ftehim kummer\u010bjali li da\u0127\u0127alna fis-se\u0127\u0127 mill-2014 'hawn.", "Issa g\u0127andna l-akbar netwerk kummer\u010bjali fid-dinja, inklu\u017ci 42 ftehim kummer\u010bjali ma' 73 sie\u0127eb.\u201d", "Bid-d\u0127ul fis-se\u0127\u0127 tal-ftehim, Singapore issa se:", "Singapore huwa bil-bosta l-akbar sie\u0127eb kummer\u010bjali tal-UE fir-re\u0121jun tax-Xlokk tal-Asja, b'kummer\u010b bilaterali totali f'merkanzija li jammonta g\u0127al EUR 53 biljun u EUR 51 biljun ie\u0127or ta' kummer\u010b f'servizzi.", "Hemm aktar minn 10,000 kumpanija tal-UE stabbiliti f'Singapore u li ju\u017cawh b\u0127ala fulkru g\u0127ar-re\u0121jun kollu tal-Pa\u010bifiku.", "Il-pajji\u017c huwa wkoll l-iprem post g\u0127all- investiment Ewropew fl-Asja, bi tkabbir rapidu fl-investiment bejn l-UE u Singapore f'dawn l-a\u0127\u0127ar snin: l-istokks ta' investiment bilaterali kkombinati la\u0127qu EUR 344 biljun fl-2017.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "MEMO: L-elementi ewlenin tal-ftehimiet kummer\u010bjali u ta' investiment bejn l-UE u Singapore", "Skedi informattivi temati\u010bi", "Mappa tal-kumpaniji tal-UE li g\u0127andhom kummer\u010b ma' Singapore", "Impatt tal-ftehim g\u0127al kull Stat Membru: l-Awstrija, il-Bel\u0121ju, il-Bulgarija, il-Kroazja, \u010aipru, i\u010b-\u010aekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-\u0120ermanja, il-Gre\u010bja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-I\u017cvezja, ir-Renju Unit", "L-istejjer tal-esportaturi", "Testi tal-ftehimiet kummer\u010bjali u ta' investiment", "Aktar ri\u017corsi dwar il-ftehimiet bejn l-UE u Singapore", "Sit web tad-Delegazzjoni tal-UE g\u0127al Singapore", "Relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_6298", "title": "Materja prima: Il-Kummissjoni tniedi portal online \u0121did biex tappo\u0121\u0121ja l-forniment responsabbli fin-negozji.", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH", "date": "Tue, 19 Nov 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi Due Diligence Ready!, portal online li se jipprovdi lin-negozji bi gwida dwar kif wie\u0127ed jivverifika s-sorsi tal-metalli u tal-minerali li jid\u0127lu fil-ktajjen tal-provvista tag\u0127hom - l-hekk imsejja\u0127 pro\u010bess tad-\u201cdili\u0121enza dovuta\u201d.", "Se jg\u0127inhom ji\u017cguraw li l-u\u017cu tag\u0127hom tal-materja prima jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem filwaqt li jtejjeb it-trasparenza u l-akkontabbilt\u00e0 tul il-ktajjen tal-valur tag\u0127hom.", "Il-Kummissarju El\u017cbieta Bie\u0144kowska, responsabbli mis-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, qalet: \u201cIllum, id-domanda tas-suq g\u0127al materja prima fornuta b'mod responsabbli qed tikber.", "Dawn il-materji huma essenzjali g\u0127as-setturi \u0121odda tan-negozju u g\u0127at-teknolo\u0121iji nodfa b\u0127all-batteriji b'potenza g\u0127olja, u n-negozji g\u0127andhom ji\u017cguraw li kull pass fil-katina tal-valur jitwettaq b'mod trasparenti, responabbli u sostenibbli.", "Nilqa' t-tnedija ta' Due Diligence Ready! li se jg\u0127in lin-negozji jag\u0127mlu g\u0127a\u017cliet iktar infurmati.\u201d", "Due Diligence Ready! se jg\u0127in lin-negozji:", "Sfond", "Ir-ri\u017corsi minerali j\u0127addnu potenzjal kbir g\u0127all-ekonomija tag\u0127na, spe\u010bjalment g\u0127al oqsma tan-negozju strate\u0121i\u010bi b\u0127all-batteriji, il-computing ta' prestazzjoni g\u0127olja u l-mikroelettroni\u010bi.", "Madankollu, meta ji\u0121u estratti f'\u017coni milquta minn kunflitti jew f'\u017coni ta' riskju g\u0127oli, dawn jistg\u0127u jikkontribwixxu g\u0127all-issoktar ta' skontri vjolenti, ta' abbu\u017ci tad-drittijiet tal-bniedem.", "Dan qajjem t\u0127assib fost il-klijenti, fornituri, regolaturi, investituri, organizzazzjonijiet mhux governattivi u konsumaturi a\u0127\u0127arin li qed jitolbu dejjem aktar lill-kumpaniji, inklu\u017ci in-negozji \u017cg\u0127ar u medji, biex juru li l-minerali u l-metalli li jid\u0127lu fil-ktajjen tal-provvista tag\u0127hom ma jkunux ikkontribwew g\u0127al attivitajiet li jag\u0127mlu \u0127sara lill-bniedem.", "Sabiex tindirizza dawn il-problemi, f'Mejju 2017 l-UE approvat ir-Regolament tal-UE dwar il-Forniment Responsabbli tal-Minerali, li kultant jissejja\u0127 ukoll b\u0127ala \u201cr-Regolament tal-Minerali li jori\u0121inaw minn \u017boni ta' Kunflitt\u201d.", "Dawn ir-regoli \u0121odda se ji\u017cguraw li l-minerali li jintu\u017caw fl-industrija Ewropea jkunu fornuti b'mod responsabbli, u jbieg\u0127ed id-d\u0127ul lil hinn mill-gruppi tar-ribelli, il-kunflitt, u t-terrur.", "Ir-regolament jappo\u0121\u0121ja wkoll l-i\u017cvilupp tal-komunitajiet u n-negozji lokali.", "Ir-regoli se jkopru sa 95% tal-importazzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2021.", "Sadanittant, il-Kummissjoni u l-Istati Membri se ja\u0127dmu biex ji\u017cguraw li l-istrutturi ne\u010bessarji jkunu f'posthom sabiex ti\u0121i \u017cgurata implimentazzjoni fl-UE kollha."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_6294", "title": "St\u0127arri\u0121 tal-Ewrobarometru: Il-ma\u0121\u0121oranza ta\u010b-\u010bittadini tal-UE i\u0127ossuhom po\u017cittivi dwar il-kummer\u010b internazzjonali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Tue, 19 Nov 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Ir-ri\u017cultati ta' st\u0127arri\u0121 spe\u010bjali tal-Ewrobarometru ppubblikat illum mill-Kummissjoni Ewropea juru li 60% tal-Ewropej i\u0127ossu li huma jibbenefikaw personalment mill-kummer\u010b internazzjonali, 16-il punt per\u010bentwali aktar minn 10 snin ilu fi\u017c-\u017cmien tal-ist\u0127arri\u0121 pre\u010bedenti.", "L-ist\u0127arri\u0121 wera wkoll li 71% ta' dawk li wie\u0121bu jemmnu li l-UE hija aktar effettiva fid-difi\u017ca tal-interessi kummer\u010bjali tal-pajji\u017ci tag\u0127hom milli kieku dawk il-pajji\u017ci ja\u0121ixxu wa\u0127edhom.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Kummer\u010b, Cecilia Malmstr\u00f6m qalet: \u201dMeta \u0127adt il-kariga tieg\u0127i \u0127ames snin ilu, kien hemm \u0127afna kritika kontra l-kummer\u010b internazzjonali u kif il-Kummissjoni mexxiet in-negozjati tal-kummer\u010b.", "G\u0127alhekk idde\u010bidejna li nirriformaw il-mod kif inwettqu l-politika kummer\u010bjali.", "Permezz ta' aktar trasparenza, ridna no\u0127olqu fidu\u010bja.", "Dan l-ist\u0127arri\u0121 tal-Ewrobarometru juri li kellna su\u010b\u010bess.", "I\u010b-\u010bittadini j\u0127ossuhom aktar po\u017cittivi dwar il-kummer\u010b illum milli g\u0127axar snin ilu.", "Il-ma\u0121\u0121oranza ta\u010b-\u010bittadini jqisu li l-kummer\u010b i\u0121ibilhom benefi\u010b\u010bju direttament, u li l-Kummissjoni hija trasparenti fin-negozjati tag\u0127ha.", "Dan huwa po\u017cittiv \u0127afna fi \u017cminijiet ta' \u017cieda fil-protezzjoni\u017cmu u fil-kunflitti kummer\u010bjali madwar id-dinja!\u201d", "Ir-rapport tal-lum ikopri firxa s\u0127i\u0127a ta' aspetti relatati mal-g\u0127arfien, il-per\u010bezzjonijiet u l-attitudnijiet ta\u010b-\u010bittadini Ewropej lejn il-kummer\u010b internazzjonali, fost l-o\u0127rajn:", "G\u0127alhekk is-sejbiet tal-ist\u0127arri\u0121 jikkonfermaw tqabbil tajjeb bejn il-prijoritajiet imfassla mi\u010b-\u010bittadini tal-UE u dawk stabbiliti fl-istrate\u0121ija tal-UE \u201cKummer\u010b g\u0127al Kul\u0127add\u201d segwita matul l-a\u0127\u0127ar \u0127ames snin.", "Matul dak il-perjodu, l-UE rat 16-il ftehim kummer\u010bjali \u0121odda jid\u0127lu fis-se\u0127\u0127, inklu\u017ci u\u0127ud ewlenin mal-Kanada u l-\u0120appun.", "Il-kummer\u010b internazzjonali llum jappo\u0121\u0121ja 36 miljun impjieg fl-UE, 5 miljuni aktar milli fl-2014.", "It-trasparenza u l-i\u017cvilupp sostenibbli ing\u0127ataw aktar attenzjoni u d-drittijiet ambjentali u tax-xog\u0127ol qed isiru l-pedament tal-politika kummer\u010bjali tal-UE.", "Mi\u017curi protezzjonisti unilaterali \u017ciedu l-\u0127tie\u0121a biex l-UE tintensifika u tiddefendi lill-Ewropej kontra mi\u017curi kummer\u010bjali in\u0121usti u illegali minn o\u0127rajn.", "B\u0127alissa hemm aktar minn 130 mi\u017cura ta' difi\u017ca kummer\u010bjali tal-UE fis-se\u0127\u0127, li jg\u0127inu biex ji\u0121u protetti 343,000 impjieg Ewropew.", "Id-dejta ppre\u017centata fir-rapport se sservi wkoll b\u0127ala ba\u017ci importanti g\u0127ad-definizzjoni ta' objettivi u prattiki ta' politika kummer\u010bjali g\u0127as-snin li \u0121ejjin.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Ir-rapport s\u0127i\u0127"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_6296", "title": "Pakkett Fiskali tal-\u0127arifa: il-Kummissjoni tadotta l-Opinjonijiet dwar l-Abbozzi tal-Pjanijiet Ba\u0121itarji ta\u017c-\u017cona tal-euro", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Tue, 19 Nov 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea ppre\u017centat l-Opinjonijiet tag\u0127ha dwar l-Abbozzi ta' Pjanijiet Ba\u0121itarji tal-2020 tal-Istati Membri ta\u017c-\u017cona tal-euro, idde\u010bidiet mi\u017curi fl-ambitu tal-Patt ta' Stabbilt\u00e0 u Tkabbir u adottat ir-raba' Rapport ta' Sorveljanza Msa\u0127\u0127a\u0127 g\u0127all-Gre\u010bja.", "Minn Lulju ta' din is-sena u g\u0127all-ewwel darba mill-2002, l-ebda Stat Membru ta\u017c-\u017cona tal-euro ma jinsab ta\u0127t il-Pro\u010bedura ta' Defi\u010bit E\u010b\u010bessiv.", "Il-proporzjon tad-dejn g\u0127all-PDG fi\u017c-\u017cona tal-euro huwa mistenni jibqa' fit-triq tan-ni\u017cla li qabad f'dawn l-a\u0127\u0127ar snin u li jin\u017cel minn madwar 86 % fl-2019 g\u0127al madwar 85 % fl-2020.", "Dan qed ise\u0127\u0127 fl-isfond ta' ekonomija Ewropea u dinjija li qed tiddg\u0127ajjef.", "Il-Vi\u010bi President Valdis Dombrovskis, responsabbli g\u0127all-Ewro u g\u0127ad-Djalogu So\u010bjali, kif ukoll inkarigat mill-Istabbilt\u00e0 Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: \u201cB'riskji li qed ji\u017cdiedu u li qed jitfg\u0127u pressjoni fuq il-prospetti ta' tkabbir ekonomiku tal-Ewropa, huwa ta' ser\u0127an il-mo\u0127\u0127 li wie\u0127ed jara li l-pajji\u017ci ta\u017c-\u017cona tal-euro b\u0127all-\u0120ermanja u n-Netherlands ju\u017caw l-ispazju fiskali biex jappo\u0121\u0121jaw l-investiment.", "Madankollu, huma jistg\u0127u jag\u0127mlu aktar.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, Stati Membri b'livelli ta' dejn g\u0127oljin \u0127afna, b\u0127all-Bel\u0121ju, Franza, l-Italja u Spanja, g\u0127andhom jie\u0127du vanta\u0121\u0121 mill-infiq aktar baxx fuq l-img\u0127ax biex inaqqsu d-dejn tag\u0127hom.", "Din g\u0127andha tkun il-prijorit\u00e0 tag\u0127hom.\u201d", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju g\u0127all-Affarijiet Ekonomi\u010bi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: Fl-a\u0127\u0127ar \u0127ames snin, din il-Kummissjoni vvalutat bir-reqqa l-abbozzi tal-pjanijiet ba\u0121itarji tal-Istati Membri ta\u017c-\u017cona tal-euro.", "Bl-opinjonijiet ta' din is-sena nikkonfermaw l-impenn tag\u0127na li napplikaw b'mod flessibbli u intelli\u0121enti r-regoli komuni tag\u0127na, iggwidati minn g\u0127arfien tar-realt\u00e0 ekonomika f'kull pajji\u017c u fi\u017c-\u017cona tal-euro kollha kemm hi.", "F'dan is-sens, il-Kummissjoni tistieden lill-pajji\u017ci b'dejn g\u0127oli biex isegwu politiki fiskali prudenti, waqt li tinkora\u0121\u0121ixxi lil dawk bi spazju fiskali biex ikomplu jinvestu.", "Dan l-appro\u010b\u010b differenzjat se jsa\u0127\u0127a\u0127 i\u017c-\u017cona tal-euro.\u201d", "Valutazzjoni tal-Abbozzi ta' Pjanijiet Ba\u0121itarji tal-Istati Membri ta\u017c-\u017cona tal-euro", "Wara t-Tbassir Ekonomiku ri\u010benti tal-\u0127arifa tal-2019 u l-konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, il-Kummissjoni adottat l-Opinjonijiet tag\u0127ha dwar l-Abbozzi tal-Pjanijiet Ba\u0121itarji tal-pajji\u017ci kollha ta\u017c-\u017cona tal-euro.", "Sabet li l-ebda Abbozz ta' Pjan Ba\u0121itarju g\u0127all-2020 ma juri nuqqas ta' konformit\u00e0 partikolarment serju mar-rekwi\u017citi tal-Patt ta' Stabbilt\u00e0 u Tkabbir.", "Il-Pjanijiet ta' disa' Stati Membri fl-2020 jissodisfaw il-Patt ta' Stabbilt\u00e0 u Tkabbir; \u017cew\u0121 Stati Membri huma \u0121eneralment konformi u g\u0127al tmien Stati Membri, il-Pjanijiet jo\u0127olqu riskju ta' nuqqas ta' konformit\u00e0 mal-Patt ta' Stabbilt\u00e0 u Tkabbir is-sena d-die\u0127la:", "L-Abbozzi tal-Pjanijiet Ba\u0121itarji tal-\u0120ermanja, l-Irlanda, il-Gre\u010bja, \u010aipru il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands u l-Awstrija nstabu li huma konformi mal-Patt ta' Stabbilt\u00e0 u Tkabbir fl-2020.", "L-Abbozzi tal-Pjanijiet Ba\u0121itarji tal-Estonja u l-Latvja nstabu li huma \u0121eneralment konformi mal-Patt ta' Stabbilt\u00e0 u Tkabbir fl-2020.", "L-implimentazzjoni tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Ba\u0121itarji tista' tirri\u017culta f'\u010bertu devjazzjoni mill-objettiv ba\u0121itarju ta' terminu medju tal-pajji\u017c g\u0127al-Latvja u mill-perkors ta' a\u0121\u0121ustament lejn dan l-objettiv fil-ka\u017c tal-Estonja.", "G\u0127all-Bel\u0121ju, Spanja, Franza, l-Italja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja, l-Abbozzi tal-Pjanijiet Ba\u0121itarji jo\u0127olqu riskju ta' nuqqas ta' konformit\u00e0 mal-Patt ta' Stabbilt\u00e0 u Tkabbir fl-2020.", "L-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' dawn l-Istati Membri tista' tirri\u017culta f'devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta' a\u0121\u0121ustament lejn l-objettiv ba\u0121itarju fuq terminu medju.", "Fil-ka\u017cijiet tal-Bel\u0121ju, Spanja, Franza u l-Italja, huwa previst ukoll nuqqas ta' konformit\u00e0 mal-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn.", "B'mod \u0121enerali, bejn l-2019 u l-2020, l-g\u0127add ta' Stati Membri li jkunu la\u0127qu jew qab\u017cu l-objettivi ba\u0121itarji ta' terminu medju huwa stmat li ji\u017cdied minn sitta g\u0127al disg\u0127a.", "Il-Kummissjoni tipprevedi li d-defi\u010bit strutturali aggregat ta\u017c-\u017cona tal-euro se ji\u017cdied b'0.2 % tal-prodott potenzjali fl-2020 (g\u0127al -1.1 %), u b'hekk juri po\u017cizzjoni fiskali \u0121eneralment newtrali.", "Din i\u017c-\u017cieda fil-bilan\u010b strutturali hija xprunata b'mod partikolari minn politiki fiskali espansjonarji previsti fl-Istati Membri bi spazju fiskali, b'mod partikolari n-Netherlands u sa \u010bertu punt il-\u0120ermanja (0.6 % u 0.4 % tal-prodott potenzjali, rispettivament) u \u017c-\u017cieda prevista fid-defi\u010bit strutturali tal-Italja (0.3 % tal-prodott potenzjali).", "B'mod \u0121enerali, il-politiki fiskali g\u0127adhom mhumiex differenzjati bi\u017c\u017cejjed fi\u017c-\u017cona tal-euro.", "L-Istati Membri bi spazju fiskali qed jimplimentaw politika fiskali espansjonarja u g\u0127andhom ikunu lesti jkomplu ju\u017caw l-ispazju fiskali tag\u0127hom.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, in-nuqqas ta' konsolidazzjoni f'pajji\u017ci bi problemi ta' sostenibbilt\u00e0 g\u0127adu jo\u0127loq t\u0127assib.", "Passi skont il-Patt ta' Stabbilt\u00e0 u Tkabbir", "Il-Kummissjoni adottat ukoll serje ta' mi\u017curi fl-ambitu tal-Patt ta' Stabbilt\u00e0 u Tkabbir g\u0127all-Ungerija u r-Rumanija.", "G\u0127amlet \u017cew\u0121 rakkomandazzjonijiet ta\u0127t il-Pro\u010bedura ta' Devjazzjoni Sinifikanti, strument bil-g\u0127an li jibg\u0127at twissija f'ka\u017c ta' devjazzjoni sinifikanti mir-rekwi\u017citi tal-parti preventiva tal-Patt.", "Il-Pro\u010bedura g\u0127andha wkoll l-g\u0127an li tg\u0127in lill-Istati Membri jirritornaw lejn il-po\u017cizzjoni fiskali li kienu jkunu fiha li kieku ma kienx hemm devjazzjoni, jew li jersqu qribha.", "Fir-rigward tal-Ungerija, il-Kummissjoni stabbiliet li ma ttie\u0127det l-ebda azzjoni effettiva b'reazzjoni g\u0127ar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' \u0120unju 2019.", "Tipproponi li l-Kunsill jadotta de\u010bi\u017cjoni dwar azzjoni mhux effettiva u rakkomandazzjoni riveduta g\u0127all-Ungerija sabiex tie\u0127u mi\u017curi fl-2020 biex tikkore\u0121i d-devjazzjoni sinifikanti tag\u0127ha mill-perkors tal-a\u0121\u0121ustament lejn l-objettiv ba\u0121itarju ta' terminu medju.", "Fir-rigward tar-Rumanija, il-Kummissjoni stabbiliet li ma ttie\u0127det l-ebda azzjoni effettiva b'reazzjoni g\u0127ar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' \u0120unju 2019.", "Tipproponi li l-Kunsill jadotta de\u010bi\u017cjoni dwar azzjoni mhux effettiva u rakkomandazzjoni riveduta lir-Rumanija sabiex tie\u0127u mi\u017curi fl-2020 biex tikkore\u0121i d-devjazzjoni sinifikanti tag\u0127ha mill-perkors ta' a\u0121\u0121ustament lejn l-objettiv ba\u0121itarju ta' terminu medju.", "Rapport ta' Sorveljanza Msa\u0127\u0127a g\u0127all-Gre\u010bja", "Il-Kummissjoni adottat ukoll ir-raba' rapport g\u0127all-Gre\u010bja ta\u0127t il-qafas ta' Sorveljanza Msa\u0127\u0127a li \u0121ie attivat wara l-konklu\u017cjoni tal-programm ta' a\u0121\u0121ustament makroekonomiku tal-Mekkani\u017cmu Ewropew ta' Stabbilt\u00e0 f'Awwissu 2018.", "Il-pubblikazzjoni tar-rapport issegwi r-raba' missjoni ta' wara l-programm fil-Gre\u010bja li saret mit-23 sas-26 ta' Settembru 2019.", "Ir-rapport jikkonkludi li l-Gre\u010bja \u0127ejjiet ba\u0121it g\u0127all-2020 li jissodisfa l-mira ta' surplus primarju ta' 3.5 % tal-PDG b'mod li jiffavorixxi t-tkabbir, u li l-gvern b'mod \u0121enerali \u0127a l-mi\u017curi me\u0127tie\u0121a biex jikseb l-impenji ta' riforma spe\u010bifi\u010bi tieg\u0127u g\u0127al nofs l-2019, fil-kuntest ta' a\u0121enda ta' riformi iktar komprensiva.", "Mi\u017curi addizzjonali se jkunu ta' importanza kru\u010bjali biex ji\u0121u kkompletati r-riformi u, fejn ne\u010bessarju, jit\u0127affef il-pass tag\u0127hom.", "Is-sejbiet ta' dan ir-rapport se ji\u0121u diskussi fil-Grupp tal-Euro fl-4 ta' Di\u010bembru 2019.", "X'inhuma l-passi li jmiss?", "Il-Kummissjoni tistieden lill-Grupp tal-Euro u lill-Kunsill jiddiskutu l-pakkett tal-lum u japprovaw il-gwida offruta llum.", "Il-Kummissjoni se tippre\u017centa fi \u017cmien xieraq il-passi li jmiss fl-ambitu tas-Semestru Ewropew, inklu\u017ci l-Ist\u0127arri\u0121 Annwali dwar it-Tkabbir 2020, ir-rakkomandazzjoni g\u0127all-politika ekonomika ta\u017c-\u017cona tal-euro, ir-Rapport dwar il-Mekkani\u017cmu ta' Twissija, l-Abbozz tar-Raport Kon\u0121unt dwar l-Impjiegi.", "G\u0127al iktar informazzjoni", "Komunikazzjoni dwar l-Abbozzi tal-Pjanijiet Ba\u0121itarji tal-2020 ta\u017c-\u017cona tal-euro", "L-Opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-Abbozzi tal-Pjanijiet Ba\u0121itarji tal-2020", "Pro\u010beduri ta' Devjazzjoni Sinifikanti g\u0127all-Ungerija u r-Rumanija", "Ir-Raba' Rapport ta' Sorveljanza Msa\u0127\u0127a g\u0127all-Gre\u010bja", "Tbassir Ekonomiku tal-\u0126arifa 2019", "Segwi lill-Vi\u010bi President Dombrovskis fuq Twitter: @VDombrovskis", "Segwi lill-Kummissarju Moscovici fuq Twitter: @Pierremoscovici", "Segwi lil D\u0120 ECFIN fuq Twitter: @ecfin"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_6287", "title": "\u20ac200 miljun g\u0127all-promozzjoni tal-prodotti agroalimentari Ewropej fl-UE u lil hinn", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Mon, 18 Nov 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Fl-2020, il-Kummissjoni Ewropea se talloka \u20ac200.9 miljun g\u0127all-finanzjament ta' attivitajiet ta' promozzjoni tal-prodotti agroalimentari tal-UE fl-Ewropa u lil hinn.", "Il-programm ta' \u0127idma tal-politika ta' promozzjoni g\u0127all-2020, adottat mill-Kummissjoni, jiddeskrivi l-prijoritajiet ewlenin g\u0127all-appo\u0121\u0121.", "Il-politika tal-UE dwar il-promozzjoni tal-prodotti agroalimentari hija mfassla biex tg\u0127in lis-settur jisfrutta s-suq agroalimentari dinji li kulma jmur qed jikber u jsir iktar dinamiku, biex i\u017c\u017cid l-g\u0127arfien dwar l-iskemi tal-kwalit\u00e0 \u2014 inklu\u017c g\u0127all-prodotti organi\u010bi \u2014, u biex tg\u0127in lill-produtturi meta j\u0127abbtu wi\u010b\u010bhom ma' tfixkil fis-suq.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Agrikoltura u l-I\u017cvilupp Rurali, Phil Hogan, stqarr: \u201cFil-qasam tal-prodotti agroalimentari, l-Ewropa tgawdi reputazzjoni liema b\u0127alha.", "Mhuwiex ta' b'xejn li l-UE hija l-ikbar esportatur tal-prodotti agroalimentari fid-dinja: il-politika ta' promozzjoni tag\u0127na, b'ba\u0121it dejjem jikber, tappo\u0121\u0121a lill-produtturi tal-UE sabiex i\u017cidu r-rikonoxximent tal-prodotti tag\u0127hom fl-UE u lil hinn, kif ukoll sabiex jilqg\u0127u g\u0127ad-diffikultajiet tas-suq billi ji\u017cdied l-g\u0127arfien \u0121enerali dwar il-prodotti tag\u0127hom.", "Il-ftehimiet kummer\u010bjali fis-se\u0127\u0127 ukoll jo\u0127olqu l-kundizzjonijiet biex ji\u017cdiedu l-esportazzjonijiet tag\u0127hom lil swieq li qed jikbru malajr.", "Il-konklu\u017cjoni ri\u010benti tal-ftehim bilaterali bejn l-UE u \u010b-\u010aina dwar l-indikazzjonijiet \u0121eografi\u010bi hija e\u017cempju ie\u0127or tal-\u0127idma tal-Kummissjoni biex to\u0127loq opportunitajiet g\u0127all-produtturi u g\u0127all-prodotti ta' kwalit\u00e0 g\u0127olja tal-UE.\u201d", "Fl-2020, iktar minn nofs il-ba\u0121it (\u20ac118-il miljun) se jmur g\u0127al kampanji mmirati lejn swieq barra mill-UE b'potenzjal ta' tkabbir qawwi, b\u0127all-Kanada, i\u010b-\u010aina, il-\u0120appun, il-Korea, il-Messiku u l-Istati Uniti.", "Is-setturi eli\u0121ibbli jinkludu l-prodotti tal-\u0127alib u l-\u0121obon, i\u017c-\u017cebbu\u0121 tal-mejda u \u017c-\u017cejt ta\u017c-\u017cebbu\u0121a, u l-inbejjed.", "Il-kampanji mag\u0127\u017cula mistennija li jsa\u0127\u0127u l-kompetittivit\u00e0 u j\u017cidu l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-UE, itejbu r-reputazzjoni tag\u0127hom, u j\u017cidu s-sehem mis-suq tag\u0127hom fil-pajji\u017ci msemmija fil-mira.", "Se jkun hemm kampanji wkoll biex jinfurmaw lill-konsumaturi tal-UE u tad-dinja dwar l-iskemi tal-kwalit\u00e0 varji tal-UE u dwar tikketti b\u0127all-indikazzjonijiet \u0121eografi\u010bi jew il-prodotti organi\u010bi.", "Enfa\u017ci o\u0127ra ta' dawn il-kampanji se tkun it-tis\u0127iq fuq l-istandards g\u0127oljin ta' sikurezza u kwalit\u00e0, kif ukoll fuq id-diversit\u00e0 u l-aspetti tradizzjonali tal-prodotti agroalimentari tal-UE.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, fi \u0127dan l-UE, l-enfa\u017ci se tkun fuq il-promozzjoni ta' dieta tajba g\u0127as-sa\u0127\u0127a, u fuq \u017cieda fil-konsum tal-frott u l-\u0127xejjex friski b\u0127ala parti minn dieta bbilan\u010bjata.", "Is-sej\u0127iet g\u0127all-proposti g\u0127all-kampanji tal-2020 se ji\u0121u ppubblikati f'Jannar 2020.", "Firxa wiesg\u0127a ta' entitajiet, fosthom organizzazzjonijiet kummer\u010bjali, organizzazzjonijiet ta' prodotturi u gruppi agroalimentari responsabbli g\u0127al attivitajiet ta' promozzjoni, huma eli\u0121ibbli biex japplikaw g\u0127all-finanzjament u jressqu l-proposti tag\u0127hom.", "Jistg\u0127u jitressqu programmi hekk imsej\u0127a \u201csempli\u010bi\u201d minn organizzazzjoni wa\u0127da jew aktar mill-istess pajji\u017c tal-UE; il-programmi \u201cmultipli\u201d jridu jitressqu minn tal-inqas \u017cew\u0121 organizzazzjonijiet nazzjonali minn tal-inqas \u017cew\u0121 Stati Membri, jew minn organizzazzjoni Ewropea wa\u0127da jew aktar.", "G\u0127all-2020, \u20ac100 miljun huma allokati g\u0127all-programmi sempli\u010bi, u \u20ac91.4 miljun g\u0127all-programmi multipli.", "\u20ac9.5 miljuni o\u0127ra se jin\u017cammu g\u0127all-inizjattivi proprji tal-Kummissjoni, li jinkludu l-parte\u010bipazzjoni f'fieri u kampanji ta' komunikazzjoni, kif ukoll missjonijiet diplomati\u010bi mmexxija mill-Kummissarju Ewropew g\u0127all-agrikultura u l-i\u017cvilupp rurali, bl-akkumpanjament ta' delegazzjoni kummer\u010bjali.", "Dawn l-inizjattivi se jkunu mirfuda b'\u20ac17.2-il miljun addizzjonali, disponibbli mill-programmi multipli g\u0127all-2019.", "Dan ifisser appo\u0121\u0121 addizzjonali g\u0127all-\u0121obon u l-butir, i\u017c-\u017cejt ta\u017c-\u017cebbu\u0121a u \u017c-\u017cebbu\u0121 tal-mejda, f'suq dinji li jippre\u017centa \u0127afna sfidi.", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "Il-Programm ta' \u0126idma Annwali g\u0127all-2020", "Aktar tag\u0127rif dwar il-politika tal-UE dwar il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli", "Anness", "Miljuni ta' \u20ac", "PROGRAMMI SEMPLI\u010aI", "100", "Programmi sempli\u010bi fis-suq intern", "20", "Su\u0121\u0121ett 1.", "Programmi dwar l-iskemi tal-kwalit\u00e0 tal-UE (prodotti organi\u010bi, I\u0120, il-logo tar-\u201dre\u0121juni ultraperiferi\u010bi\u201d)", "12", "Su\u0121\u0121ett 2.", "Programmi li jis\u0127qu fuq il-karatteristi\u010bi spe\u010bifi\u010bi tal-metodi tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni (is-sikurezza tal-ikel, it-tra\u010b\u010babbilt\u00e0, l-awtenti\u010bit\u00e0, it-tikkettar, l-aspetti nutrittivi u tas-sa\u0127\u0127a, it-trattament xieraq tal-annimali\u2026) u fuq il-karatteristi\u010bi tal-prodotti tal-UE mil-lat ta' kwalit\u00e0, tog\u0127ma, diversit\u00e0 jew tradizzjonijiet (= barra l-iskemi ta' kwalit\u00e0 tal-UE)", "8", "Programmi sempli\u010bi fil-pajji\u017ci terzi", "75", "Su\u0121\u0121ett 3.", "I\u010b-\u010aina, il-\u0120appun, il-Korea, ix-Xlokk tal-A\u017cja, In-Nofsinhar tal-A\u017cja", "27.5", "Su\u0121\u0121ett 4.", "Il-Kanada, l-Istati Uniti, il-Messiku", "20", "Su\u0121\u0121ett 5.", "\u017boni \u0121eografi\u010bi o\u0127ra", "22.5", "Su\u0121\u0121ett 6.", "G\u0127oti ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni dwar i\u010b-\u010banga u/jew il-vitella, li jimmiraw g\u0127al pajji\u017c(i) terz(i)", "5", "Programmi sempli\u010bi kontra t-tfixkil fis-suq / sej\u0127a addizzjonali g\u0127al proposti", "5", "PROGRAMMI MULTIPLI", "91.4", "Programmi multipli fis-suq intern", "43", "Su\u0121\u0121ett A. Programmi dwar l-iskemi tal-kwalit\u00e0 tal-UE (il-prodotti organi\u010bi, \u0120I, il-logo tar-\u201cre\u0121juni ultraperiferi\u010bi\u201d) JEW Programmi li jis\u0127qu fuq il-karatteristi\u010bi spe\u010bifi\u010bi tal-metodi tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni (is-sikurezza tal-ikel, it-tra\u010b\u010babbilt\u00e0, l-awtenti\u010bit\u00e0, it-tikkettar, l-aspetti nutrittivi u tas-sa\u0127\u0127a, it-trattament xieraq tal-annimali\u2026) u fuq il-karatteristi\u010bi tal-prodotti tal-UE mil-lat ta' kwalit\u00e0, tog\u0127ma, diversit\u00e0 jew tradizzjonijiet", "35", "Su\u0121\u0121ett B. G\u0127oti ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni li jimmiraw li j\u017cidu l-konsum tal-frott u l-\u0127xejjex friski fis-suq intern b\u0127ala parti minn dieta bbilan\u010bjata u tajba", "8", "Programmi multipli fil-pajji\u017ci terzi", "43.4", "Su\u0121\u0121ett C. Programmi dwar l-iskemi tal-kwalit\u00e0 tal-UE (il-prodotti organi\u010bi, \u0120I, il-logo tar-\u201cre\u0121juni ultraperiferi\u010bi\u201d) JEW Programmi li jis\u0127qu fuq il-karatteristi\u010bi spe\u010bifi\u010bi tal-metodi tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni (is-sikurezza tal-ikel, it-tra\u010b\u010babbilt\u00e0, l-awtenti\u010bit\u00e0, it-tikkettar, l-aspetti nutrittivi u tas-sa\u0127\u0127a, it-trattament xieraq tal-annimali\u2026) u fuq il-karatteristi\u010bi tal-prodotti tal-UE mil-lat ta' kwalit\u00e0, tog\u0127ma, diversit\u00e0 jew tradizzjonijiet", "43.4", "Programmi multipli konta t-tfixkil fis-suq / sej\u0127a addizzjonali g\u0127al proposti", "5", "Inizjattivi proprji tal-Kummissjoni", "9.5", "Total ta' azzjonijiet ta' promozzjoni", "200.9", "Nota:", "Programm sempli\u010bi huwa programm ta' promozzjoni mressaq minn organizzazzjoni wa\u0127da jew aktar mill-istess Stat Membru.", "Programm multiplu huwa programm imressaq minn tal-anqas \u017cew\u0121 organizzazzjonijiet minn tal-anqas \u017cew\u0121 Stati Membri, jew minn organizzazzjoni Ewropea wa\u0127da jew aktar."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_6280", "title": "Qbil fuq il-ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020: l-indirizzar tat-tibdil fil-klima u l-kisba ta' prijoritajiet o\u0127rajn tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BUDFINPROG,BUDGET", "date": "Sun, 17 Nov 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, it-tliet istituzzjonijiet tal-UE qablu dwar il-ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020.", "B'hekk l-UE se tkun tista' tiffoka r-ri\u017corsi tag\u0127ha fuq il-prijoritajiet li huma importanti g\u0127a\u010b-\u010bittadini: it-tibdil fil-klima, l-impjiegi, i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127, is-sigurt\u00e0 u s-solidarjet\u00e0 fl-UE.", "Il-ba\u0121it tas-sena li jmiss se j\u0127ejji wkoll g\u0127at-tran\u017cizzjoni lejn i\u010b-\u010biklu ba\u0121itarju li jmiss peress li se jkun is-seba' u l-a\u0127\u0127ar wie\u0127ed ta\u010b-\u010biklu ba\u0121itarju fit-tul attwali g\u0127all-perjodu 2014-2020.", "G\u00fcnther H. Oettinger, il-Kummissarju Ewropew g\u0127all-Ba\u0121it u r-Ri\u017corsi Umani, qal: \u201cIl-ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020 jirrifletti l-kontinwit\u00e0 \u2013 huwa l-a\u0127\u0127ar wie\u0127ed fl-ambitu tal-ba\u0121it fit-tul attwali u l-a\u0127\u0127ar wie\u0127ed propost u nnegozjat mill-Kummissjoni Juncker.", "Hu se jalloka r-ri\u017corsi fejn ikunu me\u0127tie\u0121a.", "Se jg\u0127in biex jin\u0127olqu l-impjiegi, ji\u0121i indirizzat it-tibdil fil-klima u ji\u0121u mmobilizzati l-investimenti fl-Ewropa kollha.", "Se jinvesti fi\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u biex l-Ewropa ssir aktar sikura.", "Dawn il-prijoritajiet kollha huma riflessi wkoll fil-proposta tal-Kummissjoni g\u0127all-ba\u0121it fit-tul tal-UE wara l-2020.", "Issa g\u0127andna niffukaw fuq l-adozzjoni f'waqtha tal-ba\u0121it fit-tul li jmiss sabiex inkunu nistg\u0127u nipprovdu \u010bertezza u stabbilt\u00e0 g\u0127all-benefi\u010bjarji tag\u0127na u nkomplu no\u0127olqu valur mi\u017cjud tal-UE g\u0127al kul\u0127add.\u201d", "Il-ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020 huwa stabbilit g\u0127al EUR 168.69 biljun f'impenji (finanzjamenti li jistg\u0127u ji\u0121u stabbiliti f'kuntratti f'sena spe\u010bifika) u EUR 153.57 biljun fi krediti ta' pagament (finanzjamenti li se jit\u0127allsu).", "Fatturi ewlenin jinkludu:", "Ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020 (f'miljuni ta' euro):", "APPROPRJAZZJONIJIET SKONT L-INTESTATURA", "Ba\u0121it 2020", "(bidla nominali f'% mill-2019)", "Impenji", "Pagamenti", "1.", "Tkabbir intelli\u0121enti u inklu\u017civ:", "83,931 (+4,1 %)", "72,351 (+7,1 %)", "Kompetittivit\u00e0 g\u0127at-tkabbir u l-impjiegi", "25,285 (+7,9 %)", "22,308 (+8,7 %)", "Il-koe\u017cjoni ekonomika, so\u010bjali u territorjali", "58,646 (+2,5 %)", "50,046 (+6,4 %)", "2.", "Tkabbir sostenibbli: ri\u017corsi naturali", "59,907 (+0,4 %)", "57,904 (+0,9 %)", "Nefqa u g\u0127ajnuniet diretti relatati mas-suq", "43,410 (+0,5 %)", "43,380 (+0,6 %)", "3.", "Sigurt\u00e0 u \u010aittadinanza", "3,729 (-1,5 %)", "3,685 (+4,5 %)", "4.", "Ewropa Globali", "10,262 (-9,3 %)", "8,929 (-4,6 %)", "5.", "Amministrazzjoni", "10,272 (+3,3 %)", "10,275 (+3,3 %)", "Strumenti spe\u010bjali o\u0127ra", "588 (-32,5 %)", "419 (-40,6 %)", "Approprjazzjoni totali", "168,689 (+1,5 %)", "153,566 (+3,4 %)", "Il-ftehim huwa bba\u017cat fuq il-premessa li r-Renju Unit, wara li jo\u0127ro\u0121 mill-Unjoni Ewropea mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2020, se jkompli jikkontribwixxi u jipparte\u010bipa fl-implimentazzjoni tal-ba\u0121it tal-UE sa tmiem l-2020 daqslikieku kien Stat Membru.", "Sfond", "Il-Kummissjoni Ewropea tippre\u017centa abbozz tal-ba\u0121it tal-UE g\u0127as-sena sussegwenti normalment tard fir-rebbieg\u0127a kull sena.", "Din is-sena, il-Kummissjoni ppre\u017centat il-proposta inizjali tag\u0127ha fil-5 ta' \u0120unju 2019.", "Fuq din il-ba\u017ci, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jie\u0127du po\u017cizzjoni rispettiva.", "Din is-sena, il-Kunsill adotta formalment il-po\u017cizzjoni tieg\u0127u fit-3 ta' Settembru 2019, filwaqt li l-Parlament Ewropew ivvota l-po\u017cizzjoni tieg\u0127u waqt is-seduta plenarja fit-23 ta' Ottubru 2019.", "Id-differenzi bejn il-po\u017cizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huma indirizzati fi pro\u010bess ta' negozjar mag\u0127ruf b\u0127ala l-\u201cpro\u010bedura ta' kon\u010biljazzjoni\u201d.", "Din is-sena, il-pro\u010bedura ta' kon\u010biljazzjoni ta' 21 jum saret mid-29 ta' Ottubru sat-18 ta' Novembru 2019.", "In-negozjati jitwettqu minn Kumitat ta' Kon\u010biljazzjoni msejja\u0127 apposta, li kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jibag\u0127tu 28 rappre\u017centant g\u0127alih.", "Min-na\u0127a tal-Parlament Ewropew, in-negozjati kienu mmexxija mis-Sur Johan Van Overtveldt, President tal-Kumitat g\u0127all-Ba\u0121its, is-Sa Monika Hohlmeier u s-Sa Eider Gardiazabal Rubial, relaturi tal-ba\u0121it 2020.", "Min-na\u0127a tal-Kunsill, in-negozjatur ewlieni kien Kimmo Tiilikainen, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Finanzi tal-Finlandja, il-pajji\u017c li b\u0127alissa g\u0127andu l-Presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill.", "Il-Kummissjoni Ewropea g\u0127andha rwol importanti ta' intermedjarju onest u kienet irrappre\u017centata mill-Kummissarju responsabbli g\u0127all-Ba\u0121it, G\u00fcnther H Oettinger, bl-g\u0127ajnuna ta' esperti mid-Direttorat \u0120enerali g\u0127all-Ba\u0121it.", "Din is-sena, in-negozjati g\u0127all-ba\u0121it g\u0127all-2020 kienu qed ise\u0127\u0127u b'mod parallel man-negozjati tal-ba\u0121it fit-tul li jmiss tal-UE g\u0127all-perjodu 2021-2027.", "Dawn bdew wara li fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni ressqet proposta g\u0127al ba\u0121it \u0121ust, ibbilan\u010bjat u modern biex jinkisbu l-prijoritajiet tal-Ewropa kif stabbiliti mill-President Juncker fid-diskorsi tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni u bi qbil mal-Mexxejja tal-UE fi Bratislava fl-2016 u f'Ruma fl-2017.", "Din il-proposta tal-ba\u0121it fit-tul \u0121iet segwita immedjatament minn proposti le\u0121i\u017clattivi g\u0127as-37 programm settorjali li jifformaw parti mill-ba\u0121it fit-tul futur, inklu\u017c il-programm ta' politika ta' koe\u017cjoni.", "Minn dak i\u017c-\u017cmien 'l hawn, il-Kummissjoni \u0127admet id f'id mal-Presidenzi b'rotazzjoni tal-Kunsill, u f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew, biex isir progress fin-negozjati bil-g\u0127an ta' ftehim bikri.", "Il-Kummissjoni hija konvinta li ftehim rapidu huwa essenzjali g\u0127all-mijiet ta' eluf ta' studenti, bdiewa u ri\u010berkaturi fl-Ewropa kollha, kif ukoll g\u0127al kull min jibbenefika mill-ba\u0121it tal-UE.https://europa.eu/rapid/press-release_IP-18-3885_mt.htm", "Il-passi li jmiss", "Sabiex il-kompromess li ntla\u0127aq illum ji\u0121i ssi\u0121illat, huwa me\u0127tie\u0121 li kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill japprovaw formalment it-test fi \u017cmien 14-il jum.", "G\u0127al Iktar Informazzjoni", "- Ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020: il-Kummissjoni tiffoka l-proposta tag\u0127ha fuq l-impjiegi, it-tkabbir u s-sigurt\u00e0 (il-5 ta' \u0120unju 2019)", "- Abbozz tal-Ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2020 \u2013 Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet (il-5 ta' \u0120unju 2019)", "- Ba\u0121it tal-UE 2021-2027: i\u017c-\u017cmien li nidde\u010biedu (id-9 ta' Ottubru 2019)", "- Proposta tal-Kummissjoni dwar il-ba\u0121it fit-tul li jmiss tal-UE", "- \u0126arsa \u0127afifa lejn il-ba\u0121it tal-UE"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/BEI_11_21", "title": "Il-BEI jipprovdi g\u0127oti ta' self rekord g\u0127al azzjoni g\u0127all-klima fl-2010", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Mon, 21 Feb 2011 23:00:00 GMT", "text": ["BEI/11/21", "Lussemburgu, 22 ta' Frar 2011", "Il-BEI jipprovdi g\u0127oti ta' self rekord g\u0127al azzjoni g\u0127all-klima fl-2010", "Lussemburgu, 22 ta' Frar 2011 \u2013 Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) \u017cied il-finanzjament tieg\u0127u g\u0127al pro\u0121etti ta' azzjoni g\u0127all-klima g\u0127al EUR 19-il biljun li jirrappre\u017centa \u010bifra impressjonanti ta' 30 % tal-g\u0127oti ta' self tieg\u0127u fl-Unjoni Ewropea (UE).", "Din kienet \u017cieda sinifikanti mill-EUR 16-il biljun tas-sena ta' qabel; dan huwa punt ta' referenza \u0121did fl-appo\u0121\u0121 g\u0127al tkabbir sostenibbli u l-bini g\u0127al \u0121ejjieni b'u\u017cu baxx tal-karbonju fl-Ewropa.", "Fl-2010, l-g\u0127oti ta' self totali tal-BEI la\u0127aq EUR 72 biljun \u2013 EUR 63 biljun fl-UE u EUR 9 biljun barra mill-UE \u2013 b'appo\u0121\u0121 g\u0127al madwar 460 pro\u0121ett fuq skala kbira.", "Dan huwa ritorn gradwali g\u0127al-livelli ta' qabel il-kri\u017ci billi l-Bank qed jadatta l-attivit\u00e0 tieg\u0127u g\u0127all-ambjent ekonomiku.", "Il-BEI kompla bil-kontribuzzjoni kritika tieg\u0127u g\u0127all-irkupru Ewropew u pprovda pakkett addizzjonali ta' appo\u0121\u0121 ta' EUR 61 biljun matul dawn l-a\u0127\u0127ar tliet snin, EUR 11-il biljun aktar milli kien previst ori\u0121inarjament.", "L-Impri\u017ci ta' daqs \u017bg\u0127ir u Medju (SMEs) \u2013 li jsibuha partikolarment diffi\u010bli biex ikollhom a\u010b\u010bess g\u0127al finanzjament fi\u010b-\u010birkostanzi ekonomi\u010bi diffikultu\u017ci \u2013 u r-re\u0121juni anqas avvanzati fl-Ewropa kienu l-benefi\u010bjarji ewlenin ta' dan l-isforz e\u010b\u010bezzjonali.", "Matul dan il-perjodu ta' tliet snin, madwar 160 000 SME bbenefikaw mill-finanzjament tal-BEI.", "Ir-re\u0121juni anqas avvanzati fl-Ewropa \u0121ew appo\u0121\u0121jati f'dan il-perjodu permezz tal-finanzjament ta' madwar 430 pro\u0121ett.", "Il-President tal-BEI Philippe Maystadt qal: \u201cWettaqna l-missjoni tag\u0127na fir-rigward tal-appo\u0121\u0121 ta' rkupru g\u0127all-Ewropa billi ffinanzjajna pro\u0121etti li jistimulaw it-tkabbir, l-innovazzjoni u l-impjiegi u a\u0127na ninsabu kburin \u0127afna bil-volum rekord tag\u0127na fir-rigward tal-pro\u0121etti ta' azzjoni g\u0127all-klima.", "Il-bini ta' \u0121ejjieni a\u0127jar u aktar sostenibbli huwa l-forza motri\u010bi ta' dak kollu li nwettqu.\u201d", "Il-punt fokali tal-appo\u0121\u0121 tal-BEI g\u0127all-pro\u0121etti ta' azzjoni g\u0127all-klima jibqa' fuq l-ener\u0121ija (ener\u0121ija rinnovabbli u effi\u010bjenza fl-ener\u0121ija), u t-trasport sostenibbli.", "Il-Bank irnexxielu jag\u0127mel sforz biex i\u017cid id-daqs tal-ener\u0121ija rinnovabbli u l-effi\u010bjenza fl-ener\u0121ija fil-portafoll tieg\u0127u.", "Aktar minn EUR 6 biljun ta' finanzjament appo\u0121\u0121ja ener\u0121ija rinnovabbli u aktar minn EUR 2 biljun fi pro\u0121etti ta' effi\u010bjenza fl-ener\u0121ija fl-2010.", "Il-pjanijiet nazzjonali ta' azzjoni rinnovabbli wrew li huma fattur importanti li jinstiga l-investiment f'dawn l-oqsma u t-tliet teknolo\u0121iji emer\u0121enti (tar-ri\u0127, solari u tal-bijomassa) \u0121ew appo\u0121\u0121jati.", "Fis-settur tat-trasport, il-BEI g\u0127andu rwol ewlieni fejn jappo\u0121\u0121ja l-i\u017cvilupp ta' vetturi elettri\u010bi.", "Pajji\u017ci barra mill-UE r\u010bevew EUR 2 biljun f'finanzjament ta' azzjoni g\u0127all-klima fl-2010.", "Fit-tliet snin li \u0121ejjin, il-Bank ser isa\u0127\u0127a\u0127 sostanzjalment l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u g\u0127al pro\u0121etti ta' ener\u0121ija sostenibbli f'dawn il-pajji\u017ci.", "Dan min\u0127abba l-fatt li \u017c-\u017cieda ta' EUR 1.5 biljun miftiehma g\u0127all-Fa\u010bilit\u00e0 g\u0127as-Sostenibbilt\u00e0 tal-Ener\u0121ija biex til\u0127aq ammont globali ta' EUR 4.5 biljun.", "Dan, flimkien mal-mandat propost ta' EUR 2 biljun g\u0127all-bidla fil-klima (li b\u0127alissa qed ji\u0121i diskuss mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill), iqieg\u0127ed lill-Bank f'po\u017cizzjoni tajba biex jg\u0127in lill-UE timplimenta l-g\u0127anijiet globali tag\u0127ha ta' azzjoni g\u0127all-klima barra mill-Ewropa.", "Filwaqt li j\u0127ares 'il quddiem, il-BEI ser jg\u0127in fl-implimentazzjoni tal-istrate\u0121ija Ewropa 2020, il-miri tal-UE ta' azzjoni g\u0127all-klima u l-objettivi tag\u0127ha tal-politika esterna.", "Il-BEI ser ikompli jipprovdi finanzjament fit-tul u kompetenza esperta teknika u ser jag\u0127mel sforzi biex ji\u017cviluppa strumenti \u0121odda mal-Kummissjoni biex jipprovdi kapa\u010bit\u00e0 ta' riskju addizzjonali g\u0127al setturi prijoritarji b\u0127all-infrastruttura u l-SMEs.", "Fl-2010, il-Bank irre\u0121istra qlig\u0127 nett ta' EUR 2.1 biljun.", "Nota lill-editur:", "Il-Bank Ewropew tal-Investiment huwa l-bank ta' self fit-tul tal-Unjoni Ewropea.", "Il-kompitu ewlieni tieg\u0127u huwa li jikkontribwixxi g\u0127all-integrazzjoni, l-i\u017cvilupp bilan\u010bjat u l-koe\u017cjoni ekonomika u so\u010bjali tal-Istati Membri tal-UE.", "Minbarra pro\u0121etti ta' appo\u0121\u0121 fl-Istati Membri, l-attivitajiet ta' self tieg\u0127u jinkludu wkoll investimenti ta' finanzjament fl-Istati Membri futuri tal-UE u l-pajji\u017ci msie\u0127ba tal-UE.", "Il-BEI ji\u0121bor volumi sostanzjali ta' fondi fis-swieq kapitali, li huwa jsellef b'termini favorevoli g\u0127al pro\u0121etti li ji\u017cviluppaw aktar l-objettivi tal-politika tal-UE.", "Huwa l-akbar sellief sovranazzjonali u l-klassisfikazzjoni AAA konsistenti tieg\u0127u hija appo\u0121\u0121jata minn appo\u0121\u0121 sod ta' azzjonisti, ba\u017ci kapitali b'sa\u0127\u0127itha, kwalit\u00e0 ta' assi e\u010b\u010bezzjonali, \u0121estjoni ta' riskju konservattiva u strate\u0121ija soda ta' finanzjament.", "Pro\u0121etti ta' azzjoni g\u0127all-klima huma pro\u0121etti fl-oqsma tal-effi\u010bjenza fl-ener\u0121ija, l-ener\u0121ija rinnovabbli, it-trasport, il-forestrija, l-innovazzjoni (R\u017bI), u l-adattament.", "Sabiex jikkwalifikaw b\u0127ala pro\u0121etti ta' azzjoni g\u0127all-klima, iridu jissodisfaw kriterji stretti \u0127afna g\u0127all-kontribut tag\u0127hom g\u0127at-tnaqqis tas-CO2, l-g\u0127anijiet tal-effi\u010bjenza fl-ener\u0121ija jew is-sekwestru tas-CO2.", "Huma biss it-teknolo\u0121iji l-aktar innovattivi (e\u017c. solari, tar-ri\u0127, tal-bijomassa) li jikkwalifikaw b\u0127ala pro\u0121etti ta' azzjoni g\u0127all-klima.", "Alternattivament, jista' jkun me\u0127tie\u0121 li l-komponent tieg\u0127u ta' adattament g\u0127all-klima jkun tal-anqas 50 % tal-ispi\u017ca totali tal-pro\u0121ett.", "The President's speech and his Powerpoint presentation are available on www.eib.org/press", "Kuntatti g\u0127all-Istampa:", "Rainer Schlitt: E-mail: r.schlitt@eib.org; Gsm: (+352) 621 36 25 09;", "Sabine Parisse: E-mail: s.parisse@eib.org; Gsm: (+352) 621 45 91 59;", "Segretarjat tal-Uffi\u010b\u010bju g\u0127all-Istampa: E-mail: press@eib.org; Tel.: (+352) 43 79 \u2013 21000; Fax: (+352) 43 79 \u2013 61000", "Mistoqsijiet \u0121enerali:", "Infodesk tal-BEI", "E-mail: info@eib.org; Tel.: (+352) 43 79 \u2013 22000; Fax: (+352) 43 79 \u2013 62000"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_486", "title": "Il-valutazzjoni tat-teknolo\u0121ija tas-sa\u0127\u0127a fl-UE: il-Kummissjoni tipproponi li ssa\u0127\u0127a\u0127 il-koperazzjoni fost l-Istati Membri", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Tue, 30 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-valutazzjoni tat-teknolo\u0121ija tas-sa\u0127\u0127a fl-UE: il-Kummissjoni tipproponi li ssa\u0127\u0127a\u0127 il-koperazzjoni fost l-Istati Membri", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposta biex tag\u0127ti spinta lill-koperazzjoni fost l-Istati Membri tal-UE fir-rigward tal-valutazzjoni tat-teknolo\u0121ija tas-sa\u0127\u0127a.", "Trasparenza ikbar tag\u0127ti s-sa\u0127\u0127a lill-pazjenti, hekk kif ti\u017cgura a\u010b\u010bess g\u0127all-informazzjoni dwar il-valur kliniku mi\u017cjud tat-teknolo\u0121ija l-\u0121dida li tista' tkun ta' benefi\u010b\u010bju g\u0127alihom.", "Iktar valutazzjoni tista' twassal g\u0127al g\u0127odod tas-sa\u0127\u0127a effettivi u innovattivi li jil\u0127qu lill-pazjenti iktar malajr.", "G\u0127all-awtoritajiet nazzjonali, dan ifisser li jkunu jistg\u0127u jifformulaw politiki g\u0127as-sistemi tag\u0127hom tas-sa\u0127\u0127a ibba\u017cati fuq evidenza iktar robusta.", "Barra minn hekk, il-manifatturi mhux se jkollhom i\u017cjed g\u0127alfejn jadattaw g\u0127al pro\u010beduri nazzjonali differenti.", "Il-Vi\u010bi President Katainen stqarr: \u201cIt-tis\u0127i\u0127 fil-koperazzjoni g\u0127all-valutazzjoni tat-teknolo\u0121ija tas-sa\u0127\u0127a fil-livell tal-UE jag\u0127ti spinta lill-innovazzjoni u jtejjeb il-kompetittivit\u00e0 tal-industrija medika.", "Is-settur tal-kura tas-sa\u0127\u0127a huwa parti kru\u010bjali mill-ekonomija tag\u0127na; dan jammonta g\u0127al madwar 10 % tal-PDG tal-UE.", "A\u0127na qed nipproponu qafas regolatorju li se j\u0121ib benefi\u010b\u010bji g\u0127all-pazjenti fl-Ewropa kollha, filwaqt li jinkora\u0121\u0121ixxi l-innovazzjoni, jg\u0127in biex ikun hemm bidu g\u0127all-innovazzjonijiet teknolo\u0121i\u010bi medi\u010bi ta' kwalit\u00e0 g\u0127olja u jtejjeb is-sostenibbilt\u00e0 tas-sistema tas-sa\u0127\u0127a fl-UE kollha.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127as-Sa\u0127\u0127a u s-Sikurezza Alimentari, Vytenis Andriukaitis, stqarr: \u201cIllum, il-Kummissjoni bdiet twitti t-triq lejn kura tas-sa\u0127\u0127a innovattiva u ta' kwalit\u00e0 a\u0127jar, g\u0127all-benefi\u010b\u010bju tal-pazjenti, spe\u010bjalment dawk bi \u0127ti\u0121ijiet medi\u010bi mhux issodisfati.", "Nistenna wkoll li din l-inizjattiva twassal g\u0127al u\u017cu aktar effi\u010bjenti ta' ri\u017corsi mill-Istati Membri permezz tal-akkomunament ta' ri\u017corsi u l-iskambju tal-g\u0127arfien espert, biex b'hekk nevitaw id-duplikazzjoni fil-valutazzjoni ta' prodotti identi\u010bi.\u201d", "Ir-Regolament propost dwar il-valutazzjoni tat-teknolo\u0121ija tas-sa\u0127\u0127a (HTA) ikopri medi\u010bini \u0121odda u \u010bertu apparat mediku \u0121did, jipprovdi ba\u017ci g\u0127al koperazzjoni permanenti u sostenibbli fil-livell tal-UE g\u0127al valutazzjonijiet klini\u010bi kon\u0121unti f'dawn l-oqsma.", "L-Istati Membri se jkunu jistg\u0127u ju\u017caw g\u0127odod, metodolo\u0121iji u pro\u010beduri ta' valutazzjoni tat-teknolo\u0121ija tas-sa\u0127\u0127a komuni, li jiffunzjonaw flimkien f'erba' pilastri ewlenin: 1) fuq valutazzjonijiet klini\u010bi kon\u0121unti li jiffukaw fuq l-i\u017cjed teknolo\u0121iji tas-sa\u0127\u0127a innovattivi bl-akbar impatt potenzjali fuq il-pazjenti; 2) fuq konsultazzjonijiet xjentifi\u010bi kon\u0121unti li permezz tag\u0127hom l-i\u017cviluppaturi jkunu jistg\u0127u jitolbu parir ming\u0127and l-awtoritajiet tal-valutazzjoni tat-teknolo\u0121ija tas-sa\u0127\u0127a; 3) fuq l-identifikazzjoni ta' teknolo\u0121iji tas-sa\u0127\u0127a emer\u0121enti biex ji\u0121u identifikati teknolo\u0121iji promettenti sa minn kmieni; u 4) fuq il-kontinwazzjoni ta' koperazzjoni voluntarja f'oqsma o\u0127ra.", "Il-pajji\u017ci individwali tal-UE se jibqg\u0127u responsabbli mill-valutazzjoni ta' aspetti tat-teknolo\u0121ija tas-sa\u0127\u0127a mhux klini\u010bi (pere\u017cempju aspetti ekonomi\u010bi, so\u010bjali, eti\u010bi), u mit-te\u0127id tad-de\u010bi\u017cjonijiet dwar l-ipprezzar u r-rimbor\u017c.", "Il-passi li jmiss", "Il-proposta issa ser ti\u0121i diskussa fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill tal-Ministri.", "Huwa mistenni li ladarba ti\u0121i adottata u tid\u0127ol fis-se\u0127\u0127, tibda tapplika tliet snin wara.", "Wara d-data tal-applikazzjoni, ser ikun hemm perjodu ta' tliet snin li jippermetti appro\u010b\u010b ta' introduzzjoni gradwali g\u0127all-Istati Membri biex jadattaw g\u0127as-sistema l-\u0121dida.", "Sfond", "Il-proposta tressqet wara aktar minn 20 sena ta' koperazzjoni volontarja f'dan il-qasam.", "Wara l-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Sa\u0127\u0127a Transkonfinali (2011/24/UE), fl-2013 \u0121ie stabbilit netwerk volontarju minn madwar l-UE fir-rigward tal-valutazzjoni tat-teknolo\u0121ija tas-sa\u0127\u0127a, mag\u0127mul minn korpi jew a\u0121enziji nazzjonali g\u0127all-valutazzjoni tat-teknolo\u0121ija tas-sa\u0127\u0127a, biex jipprovdi gwida politika u strate\u0121ika dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknika fil-livell tal-UE.", "Din il-\u0127idma, ikkomplementata minn tliet Azzjonijiet Kon\u0121unti 1 dwar il-valutazzjoni tat-teknolo\u0121ija tas-sa\u0127\u0127a, ippermettiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibnu ba\u017ci solida ta' g\u0127arfien dwar metodolo\u0121iji u skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tat-teknolo\u0121ija tas-sa\u0127\u0127a.", "Il-koperazzjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tat-teknolo\u0121ija tas-sa\u0127\u0127a, b'ba\u017ci sostenibbli fil-livell tal-UE, g\u0127andha ti\u017cgura li l-pajji\u017ci kollha tal-UE jkunu jistg\u0127u jibbenefikaw minn gwadanji fl-effi\u010bjenza, \u0127a\u0121a li timmassimmizza l-valur mi\u017cjud tal-UE.", "Il-partijiet ikkon\u010bernati li jkunu interessati fl-a\u010b\u010bess fil-pront tal-pazjenti g\u0127all-innovazzjoni jappo\u0121\u0121jaw bis-s\u0127i\u0127 il-koperazzjoni msa\u0127\u0127a fl-UE kollha f'dan il-qasam.", "Il-partijiet ikkon\u010bernati u \u010b-\u010bittadini li wie\u0121bu g\u0127all-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni wrew appo\u0121\u0121 kbir \u0127afna, fejn kwa\u017ci kul\u0127add (98 %) irrikonoxxa l-utilit\u00e0 tal-valutazzjoni tat-teknolo\u0121ija tas-sa\u0127\u0127a, u fejn 87 % qablu li l-koperazzjoni fl-UE fir-rigward tal-valutazzjoni tat-teknolo\u0121ija tas-sa\u0127\u0127a g\u0127andha tkompli anki wara l-2020.", "Aktar informazzjoni:", "Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet: Il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Valutazzjoni tat-Teknolo\u0121ija tas-Sa\u0127\u0127a", "@EU_Health", "[1] L-Azzjoni Kon\u0121unta 1 tal-EUnetHTA, 2010-2012, l-Azzjoni Kon\u0121unta 2 tal-EUnetHTA, 2012-2015, u l-Azzjoni Kon\u0121unta 3 tal-EUnetHTA, 2016-2019: http://www.eunethta.eu/"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_506", "title": "I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 iressqu l-ideat tag\u0127hom g\u0127all-\u0121ejjieni tal-Ewropa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Tue, 30 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissarju Tibor Navracsics jilqa' li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 biex jiddiskutu l-fehmiet tag\u0127hom dwar il-\u0121ejjieni tal-Ewropa, u kif jistg\u0127u jitqiesu a\u0127jar il-prijoritajiet tag\u0127hom.", "Illum, 100 \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u \u017cag\u0127\u017cug\u0127a mill-Ewropa kollha qed jippre\u017centaw l-ideat konkreti tag\u0127hom dwar kif l-Ewropa tista' ting\u0127ata \u0121ejjieni sabi\u0127, wara diskussjonijiet fil-kuntest tal-Inizjattiva Narrattiva \u0120dida g\u0127all-Ewropa.", "Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ji\u0121u flimkien mar-ri\u017cultati ta' st\u0127arri\u0121 \u0121did tal-Ewrobarometru, li juri li l-parte\u010bipazzjoni ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 f'attivitajiet volontarji, f'organizzazzjonijiet u f'elezzjonijiet \u017cdiedet f'dawn l-a\u0127\u0127ar snin.", "L-avveniment tal-g\u0127eluq tal-inizjattiva Narrattiva \u0120dida g\u0127all-Ewropa, li qed ise\u0127\u0127 fi Brussell illum, ji\u0121bor flimkien ir-ri\u017cultati tad-diskussjonijiet li organizzaw i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 f'dawn l-a\u0127\u0127ar sentejn.", "Dan il-pro\u0121ett la\u0127aq 62,000 \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u \u017cag\u0127\u017cug\u0127a permezz ta' sensiela ta' dibattiti organizzati fl-Ewropa kollha.", "B'ri\u017cultat ta' dan, i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ressqu tnax-il idea konkreta g\u0127all-\u0121ejjieni tal-Ewropa.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Edukazzjoni, il-Kultura, i\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 u l-Isport, Tibor Navracsics, qal, \u201cMeta nara li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 daqstant involuti, u meta nisma' l-ideat friski tag\u0127hom, insir ottimist dwar il-\u0121ejjieni tal-Ewropa.", "Se nistudja r-rakkomandazzjonijiet min-Narrattiva l-\u0120dida g\u0127all-Ewropa bir-reqqa.", "I\u017cda dan mhuwiex tmiem il-pro\u010bess - i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 iridu jkunu fil-qalba tad-dibattitu dwar il-\u0121ejjieni tal-Ewropa, u g\u0127alhekk nixtieq li dawn ir-riflessjonijiet ikomplu.\u201d", "L-ideat ippre\u017centati llum \u0121ew ittestjati f'Ewrobarometru re\u010benti sabiex ir-ri\u017conanza tag\u0127hom ti\u0121i vverifikata ma' grupp usa' ta' \u017cg\u0127a\u017cag\u0127.", "L-ist\u0127arri\u0121, li kkonsulta madwar 11,000 \u010bittadin ta' et\u00e0 ta' bejn 15-il sena u 30 sena f'Settembru 2017 juri li l-ma\u0121\u0121oranza tag\u0127hom jaqblu mal-\u0127tie\u0121a li:", "Sejbiet ewlenin o\u0127ra tal-Ewrobarometru jinkludu:", "Kuntest", "Bid-dibattitu dwar il-\u0121ejjieni tal-Ewropa fl-aqwa tieg\u0127u, l-edukazzjoni u \u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ing\u0127ataw prijorit\u00e0 g\u0127olja fl-a\u0121enda politika tal-UE.", "Fis-17 ta' Novembru 2017, il-kapijiet tal-Istat u l-Gvern iddiskutew il-\u0121ejjieni tal-edukazzjoni, tal-kultura u ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fis-Summit So\u010bjali ta' Gothenburg.", "Dan wassal g\u0127all-konklu\u017cjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Di\u010bembru 2017, li jitolbu lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jmexxu 'l quddiem l-a\u0121enda diskussa f'Gothenburg.", "Ir-rakkomandazzjonijiet li tressqu llum se jikkontribwixxu g\u0127all-\u0127idma futura tal-Kummissjoni dwar il-politiki tal-edukazzjoni, tal-kultura u ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127.", "In-Narrattiva l-\u0120dida g\u0127all-Ewropa sar fi \u017cmien \u0127ames snin, beda b\u0127ala Pro\u0121ett Pilota u kompla b\u0127ala Azzjoni Preparatorja.", "It-tnejn kienu appo\u0121\u0121ati mill-Parlament Ewropew.", "Mill-2013 sal-2014, il-Pro\u0121ett Pilota kien opportunit\u00e0 biex il-komunitajiet artisti\u010bi, kulturali, xjentifi\u010bi u intellettwali jsemmg\u0127u le\u0127inhom, sabiex il-pubbliku \u0121enerali jing\u0127aqad mal-pro\u0121ett ta' integrazzjoni Ewropea permezz tal-arti u tax-xjenzi.", "Mill-2015 'il quddiem, il-pro\u0121ett iffoka fuq l-involviment ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 minn kuntesti differenti.", "Sabiex tkompli tappo\u0121\u0121a d-diskussjonijiet fl-Ewropa kollha u b\u0127ala ri\u017cultat konkret tal-pro\u0121ett, il-Kummissjoni Ewropea se ti\u0121bor l-ideat, il-materjali bil-miktub u dawk awdjovi\u017civi kollha prodotti mi\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 f'sett ta' g\u0127odod online.", "Is-sett ta' g\u0127odod se jkun disponibbli fl-24 lingwa uffi\u010bjali tal-UE u se ji\u0121i akkumpanjat bi gwida dwar kif tista' ti\u0121i mmoderata d-diskussjoni.", "L-UE g\u0127andha numru ta' g\u0127odda fis-se\u0127\u0127 biex tit\u0127e\u0121\u0121e\u0121 il-parte\u010bipazzjoni ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fis-so\u010bjet\u00e0 u fil-\u0127ajja demokratika: il-programm Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0 huma biss \u017cew\u0121 e\u017cempji ta' strumenti b'sa\u0127\u0127ithom biex i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jin\u0121abru flimkien u jit\u0127e\u0121\u0121ew jaqsmu l-fehmiet tag\u0127hom, biex ji\u0121i promoss il-fehim re\u010biproku u biex ji\u0121u kondivi\u017ci l-valuri komuni Ewropej.", "L-Istrate\u0121ija tal-UE g\u0127a\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 tenfasizza \u0127afna wkoll il-parte\u010bipazzjoni, bil-pro\u010bess ta' djalogu strutturat li jinvolvi li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fi skambji u konsultazzjonijiet fl-Ewropa kollha.", "Il-Kummissjoni Ewropea se tippre\u017centa l-proposti tag\u0127ha g\u0127al Strate\u0121ija \u0121dida tal-UE g\u0127a\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 fir-rebbieg\u0127a tal-2018, bl-g\u0127an li til\u0127aq grupp akbar u aktar divers ta' \u017cg\u0127a\u017cag\u0127.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "St\u0127arri\u0121 tal-Ewrobarometru", "Dikjarazzjoni \u201cYOUrope for Youth\u201d"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_542", "title": "Finanzi Sostenibbli: Il-Grupp ta' Esperti ta' Livell G\u0127oli jippre\u017centa pjan direzzjonali g\u0127al ekonomija aktar \u0127adra u aktar nadifa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Tue, 30 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' r-rapport finali mill-Grupp ta' Esperti ta' Livell G\u0127oli tag\u0127ha dwar il-Finanzi Sostenibbli (HLEG), li jistabbilixxi rakkomandazzjonijiet strate\u0121i\u010bi g\u0127al sistema finanzjarja li sservi ta' for\u010bina g\u0127all-investimenti sostenibbli.", "Il-Kummissjoni, issa se tg\u0127addi biex tiffinalizza l-istrate\u0121ija tag\u0127ha dwar il-finanzi sostenibbli abba\u017ci ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet.", "It-twettiq fil-prattika ta' strate\u0121ija tal-UE dwar il-finanzi sostenibbli hija azzjoni prijoritarja tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (USK) tal-Kummissjoni, kif ukoll wie\u0127ed mill-passi ewlenin fid-direzzjoni tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pari\u0121i, li kien wie\u0127ed storiku, u tal-A\u0121enda tal-UE g\u0127all-i\u017cvilupp sostenibbli.", "Sabiex niksbu l-miri tal-UE g\u0127all-2030 li kien hemm qbil dwarhom f'Pari\u0121i, inklu\u017c it-tnaqqis b'40% tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, ne\u0127tie\u0121u madwar EUR 180 biljun f'investimenti addizzjonali kull sena.", "Is-settur finanzjarju g\u0127andu rwol ewlieni x'jaqdi sabiex dawn l-g\u0127anijiet jintla\u0127qu, peress li jistg\u0127u jkunu mobilizzati ammonti kbar ta' kapital privat g\u0127al investimenti sostenibbli ta' dan it-tip.", "Il-Kummissjoni hija ddeterminata li tkun fit-tmun tal-\u0127idma dinjija f'dan il-qasam u tag\u0127ti daqqa t'id lill-investituri konxji mis-sostenibbilt\u00e0 biex jag\u0127\u017clu pro\u0121etti u kumpaniji adattati.", "Valdis Dombrovskis, il-Vi\u010bi President inkarigat mill-Istabbilt\u00e0 Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali qal: \u201cL-iffirmar tal-Ftehim ta' Pari\u0121i fl-2015 kien sinjal ta' mument kru\u010bjali g\u0127ad-dinja u g\u0127all-ekonomija globali.", "Issa qbadna t-triq lejn so\u010bjet\u00e0 b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, li fiha l-ener\u0121ija rinnovabbli u t-teknolo\u0121iji intelli\u0121enti jtejbulna l-kwalit\u00e0 ta' \u0127ajjitna, jixprunaw il-\u0127olqien tax-xog\u0127ol u t-tkabbir, bla ma jag\u0127mlu \u0127sara lill-pjaneta tag\u0127na.", "Il-finanzi g\u0127andhom rwol kbir x'jaqdu fil-finanzjament ta' \u0121ejjieni sostenibbli.", "Nilqa' l-\u0127idma notevoli tal-HLEG li hija kontribut e\u010b\u010bellenti g\u0127all-istrate\u0121ija futura tag\u0127na.\u201d", "Jyrki Katainen, il-Vi\u010bi President inkarigat mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittivit\u00e0 qal: \u201cL-UE di\u0121\u00e0 tinsab fuq quddiem meta ni\u0121u g\u0127all-investiment fl-effi\u010bjenza fir-ri\u017corsi u fl-infrastruttura so\u010bjali, b'mod partikolari bis-sa\u0127\u0127a tal-Fond Ewropew g\u0127all-Investimenti Strate\u0121i\u010bi u l-attenzjoni msa\u0127\u0127a tieg\u0127u fuq l-azzjoni klimatika.", "Fl-istess waqt, sabiex tinkiseb tran\u017cizzjoni fid-direzzjoni ta' ekonomija \u010birkolari aktar nadifa u aktar effi\u010bjenti fir-ri\u017corsi, huwa kru\u010bjali li jin\u0127oloq qafas ta' abilitazzjoni g\u0127all-investituri privati.", "Ir-rapport finali tal-HLEG jag\u0127tina pjan direzzjonali sabiex isir proprju dan u a\u0127na nilqg\u0127u l-kontribut prezzju\u017c tag\u0127hom g\u0127al din il-kwistjoni ferm importanti.\u201d", "Ir-rapport finali tal-lum mill-Grupp ta' Esperti ta' Livell G\u0127oli jiddefinixxi l-isfidi u l-opportunitajiet affa\u010b\u010bjati mill-UE biex ti\u017cviluppa politika ta' finanzi sostenibbli.", "Dan jidentifika modi li bihom is-settur finanzjarju jista' jikkollega ru\u0127u mill-\u0121did mal-ekonomija reali biex ikun ta' for\u010bina fit-tran\u017cizzjoni lejn ekonomija aktar effi\u010bjenti fir-ri\u017corsi u aktar \u010birkolari.", "L-argument imressaq mill-grupp huwa li jekk il-flussi tal-investiment ikunu orjentati mill-\u0121did lejn pro\u0121etti sostenibbli fuq \u017cmien twil, dan se jtejjeb ukoll l-istabbilt\u00e0 tas-sistema finanzjarja.", "Ir-rapport jipproponi:", "sistema ta' klassifikazzjoni, jew \u201ctassonomija\u201d sabiex fis-suq ikun hemm \u010barezza dwar dak li huwa \u201csostenibbli\u201d", "li jkunu \u010b\u010barati d-dmirijiet tal-investituri fejn tid\u0127ol il-kisba ta' sistema finanzjarja aktar sostenibbli", "li tittejjeb id-divulgazzjoni mill-kumpaniji u l-istituzzjonijiet finanzjarji dwar kif is-sostenibbilt\u00e0 qed ti\u0121i inkorporata fit-te\u0127id tad-de\u010bi\u017cjonijiet tag\u0127hom", "tikketta fl-UE kollha g\u0127all-fondi ta' investiment ekolo\u0121iku", "li s-sostenibbilt\u00e0 ssir parti mill-mandati tal-Awtoritajiet Supervi\u017corji Ewropej (ASE)", "standard Ewropew g\u0127all-bonds \u0127odor.", "Ir-rapport tal-grupp se jsawwar il-ba\u017ci tal-Pjan komprensiv ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzi sostenibbli li l-Kummissjoni se tressaq fil-\u0121img\u0127at li \u0121ejjin.", "Kemm il-konklu\u017cjonijiet tar-rapport kif ukoll il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni se ji\u0121u diskussi f'konferenza ta' livell g\u0127oli fit-22 ta' Marzu 2018 fi Brussell.", "Sfond", "L-Unjoni Ewropea \u0127adet it-tmun f'idejha f'dak li jirrigwarda l-isforzi sabiex tinbena sistema finanzjarja li ssostni t-tkabbir sostenibbli.", "Fl-2015, \u0121ew stabbiliti ftehimiet internazzjonali stori\u010bi permezz tal-adozzjoni tal-G\u0127anijiet ta' \u017bvilupp Sostenibbli u tal-A\u0121enda 2030 tan-NU u l-Ftehim ta' Pari\u0121i dwar il-Klima.", "L-UE stabbiliet, g\u0127aliha stess, miri ambizzju\u017ci rigward il-klima, l-ambjent u s-sostenibbilt\u00e0, bis-sa\u0127\u0127a tal-qafas dwar l-Ener\u0121ija u l-Klima g\u0127all-2030 tag\u0127ha, l-Unjoni tal-Ener\u0121ija u l-Pjan ta' Azzjoni tag\u0127ha g\u0127all-Ekonomija \u010airkolari.", "Dawn l-impenji, u s-sensibilizzazzjoni li qed tikber dwar l-ur\u0121enza biex l-isfidi ambjentali u r-riskji g\u0127as-sostenibbilt\u00e0 jkunu indirizzati, jitolbu strate\u0121ija effettiva mill-UE dwar il-finanzi sostenibbli.", "Il-Kummissjoni stabbiliet il-Grupp indipendenti ta' Esperti ta' Livell G\u0127oli f'Di\u010bembru 2016.", "Dan huwa mag\u0127mul minn 20 espert ta' livell g\u0127oli mis-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili, mis-settur finanzjarju, mill-isfera akkademika u osservaturi mill-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali.", "Il-Grupp huwa ppresedut minn Christian Thimann.", "Il-\u0127idma fuq g\u0127add ta' rakkomandazzjonijiet ewlenin li jinsabu fir-rapport ilha li bdiet \u0121mielha, billi dawn \u0121ew diskussi fir-rapport interim tal-grupp tat-13 ta' Lulju 2017.", "Il-Kummissjoni pproponiet li fil-mandati tal-Awtoritajiet Supervi\u017corji Ewropej jidda\u0127\u0127lu l-fatturi ambjentali, so\u010bjali u ta' governanza (il-fatturi ASG).", "Il-Kummissjoni wettqet ukoll, bejn it-13 ta' Novembru 2017 u t-22 ta' Jannar 2018, konsultazzjoni pubblika dwar id-dmirijiet tal-investituri istituzzjonali u tal-mani\u0121ers tal-assi fir-rigward tas-sostenibbilt\u00e0.", "L-HLEG qies il-\u0127idma ta' rilevanza dwar l-aspetti klimati\u010bi, ambjentali u l-finanzi sostenibbli.", "Din tinkludi: il-Linji gwida dwar ir-rappurtar mhux finanzjarju adottati mill-Kummissjoni Ewropea fis-26 ta' \u0120unju 2017; u r-rapport bir-rakkomandazzjonijiet finali ppubblikat mit-Task Force mmexxija mill-industrija dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima (TCFD - Task Force on Climate-related Financial Disclosures) fid-29 ta' \u0120unju 2017.", "Il-grupp wettaq ukoll konsultazzjoni pubblika sabiex jin\u0121abru l-opinjonijiet tal-partijiet ikkon\u010bernati u jinfurmaw ir-rakkomandazzjonijiet finali tag\u0127hom."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_463", "title": "Il-Brexit: Il-Kummissjoni Ewropea ting\u0127ata l-mandat biex tibda n-negozjati mar-Renju Unit dwar l-arran\u0121amenti tran\u017cizzjonali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BREXIT", "date": "Sun, 28 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' d-de\u010bi\u017cjoni me\u0127uda llum tal-Kunsill Affarijiet \u0120enerali (l-Artikolu 50) li tippermetti li jibdew in-negozjati dwar l-arran\u0121amenti tran\u017cizzjonali possibbli wara l-\u0127ru\u0121 ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Dawn id-direttivi ta' negozjati \u2013 li jissupplimentaw id-direttivi ta' negozjati ta' Mejju 2017 u li kienu bba\u017cati fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Di\u010bembru 2017 \u2013 jistabbilixxu dettalji o\u0127ra dwar l-arran\u0121amenti tran\u017citorji possibbli.", "Dawn jinkludu, b'mod partikolari, dan li \u0121ej:", "Id-Direttivi ta' Negozjati tal-lum ifakkru wkoll li hemm il-\u0127tie\u0121a li r-ri\u017cultati tal-ewwel fa\u017ci tan-negozjati jissarrfu f'termini legali, kif spjegat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u fir-Rapport Kon\u0121unt.", "Hija tenfasizza li trid titlesta l-\u0127idma fuq il-kwistjonijiet kollha tal-\u0127ru\u0121, inklu\u017ci dawk li g\u0127adhom ma \u0121ewx indirizzati fl-ewwel fa\u017ci, b\u0127all-governanza \u0121enerali tal-Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121 u kwistjonijiet sostantivi b\u0127ad-drittijiet tal-proprjet\u00e0 intellettwali, il-protezzjoni tad-dejta personali u kwistjonijiet relatati mad-dwana, li huma me\u0127tie\u0121a g\u0127all-\u0127ru\u0121 ordnat tar-Renju Unit mill-UE.", "Il-passi li jmiss", "Fi \u017cmien xieraq il-Kummissjoni se tippubblika l-abbozz tat-test legali tal-Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121, li jag\u0127mlu parti minnu l-Arran\u0121amenti Tran\u017citorji.", "Il-Ftehim globali dwar l-Artikolu 50 je\u0127tie\u0121 li ji\u0121i konklu\u017c mill-Kunsill (l-Artikolu 50), mill-Parlament Ewropew u mir-Renju Unit skont ir-rekwi\u017citi kostituzzjonali tieg\u0127u stess.", "Il-Kuntest", "Fit-8 ta' Di\u010bembru 2017, il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat lill-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) biex jikkonkludi li sar bi\u017c\u017cejjed progress fl-ewwel fa\u017ci tan-negozjati tal-Artikolu 50 mar-Renju Unit.", "Fil-15 ta' Di\u010bembru, il-mexxejja tal-UE27 ikkonfermaw li nkiseb bi\u017c\u017cejjed progress fuq id-drittijiet ta\u010b-\u010bittadini, l-Irlanda u s-saldu finanzjarju, u adottaw linji gwida biex tinbeda t-tieni fa\u017ci ta' negozjati.", "Dan isegwi wkoll ir-ri\u017coluzzjoni tat-13 ta' Di\u010bembru tal-Parlament Ewropew li tikkonferma li sar bi\u017c\u017cejjed progress.", "Fl-20 ta' Di\u010bembru, il-Kummisjsoni Ewropea bag\u0127tet Rakkomandazzjoni lill-Kunsill (l-Artikolu 50) biex tibda diskussjonijiet dwar il-fa\u017ci li jmiss ta' \u0127ru\u0121 ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Il-linji gwida tal-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) tad-29 ta' April 2017 kif ukoll il-prin\u010bipji \u0121enerali u l-arran\u0121amenti pro\u010bedurali g\u0127at-tmexxija tan-negozjati stabbiliti fid-direttivi ta' negozjati tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2017 ikomplu japplikaw fl-intier tag\u0127hom g\u0127al din il-fa\u017ci ta' negozjati.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "It-test tad-Direttivi tan-Negozjati", "Linji gwida tal-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50), il-15 ta' Di\u010bembru 2017", "Is-sit web tat-Task Force g\u0127all-Art.", "50"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3335", "title": "Is-suq tal-prodotti tal-\u0127alib: l-istokks pubbli\u010bi tat-trab tal-\u0127alib xkumat issa huma vojta", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Thu, 20 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Waqt l-a\u0127\u0127ar bejg\u0127 tal-offerti, il-162 tunnellata li kien fadal ta' trab tal-\u0127alib xkumat minn ammont totali ori\u0121inali ta' 380,000 tunnellata inbieg\u0127u b\u0127ala stokks pubbli\u010bi, biex b'hekk l-istokks totali li l-Kummissjoni xtrat u mmani\u0121\u0121jat issa tbattlu kompletament.", "Wara l-kri\u017ci tas-suq tal-prodotti tal-\u0127alib li laqtet lill-produtturi tal-UE bi prezzijiet aktar baxxi fl-2015\u20132016, bejn l-2015 u l-2017 il-Kummissjoni Ewropea xtrat total ta' 380,000 tunnellata ta' trab tal-\u0127alib xkumat permezz ta' intervent pubbliku.", "L-g\u0127an kien li tg\u0127in biex is-suq jistabbilizza u li ssostni d-d\u0127ul tal-bdiewa.", "Minn tmiem l-2016, il-Kummissjoni fet\u0127et pro\u010bess ta' sej\u0127iet g\u0127all-offerti pubbli\u010bi darba fix-xahar u iktar tard darbtejn fix-xahar sabiex tbig\u0127 il-prodotti lura fis-suq b'attenzjoni u ming\u0127ajr ma t\u0127arbtu.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Agrikultura u l-I\u017cvilupp Rurali, Phil Hogan, qal: \u201cMal-bejg\u0127 tal-a\u0127\u0127ar stokks pubbli\u010bi tat-trab tal-\u0127alib xkumat illum qed jing\u0127alaq kapitlu.", "Id-disponiment tal-istokk, li ma \u0127alla l-ebda impatt fuq il-prezz tat-trab tal-\u0127alib xkumat, huwa reb\u0127a \u017cg\u0127ira g\u0127all-pa\u010benzja u t-tmexxija prudenti tal-Kummissjoni fil-pro\u010bess kollu mill-2015.", "Ir-ri\u017cultati tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni sarrfu fi prezzijiet og\u0127la u suq stabbli.", "G\u0127al darb'o\u0127ra, il-Kummissjoni Ewropea wriet impenn, appo\u0121\u0121 u solidarjet\u00e0 mal-bdiewa Ewropej fi \u017cminijiet ta' kri\u017ci.", "Dan huwa xhieda wkoll tal-\u0127tie\u0121a u tal-effi\u010bjenza tal-istrumenti tal-Politika Agrikola Komuni.", "L-g\u0127odod adattati servew ta' xibka ta' sikurezza vitali fi \u017cmien ta' tfixkil sinifikanti fis-suq u l-implimentazzjoni xierqa u f'waqqitha tag\u0127hom g\u0127enet biex ti\u017cgura l-vijabbilt\u00e0 ta' mijiet ta' eluf ta' ra\u0127\u0127ala Ewropej.\u201d", "Sentejn u nofs wara l-ewwel sej\u0127a g\u0127all-offerti lill-pubbliku, l-istokks pubbli\u010bi issa huma battala u l-prezz tal-\u0127alib og\u0127la b'mod sostanzjali minn 26 \u010bente\u017cmu kull kilo fis-sajf 2016 g\u0127al 34 \u010bente\u017cmu kull kilo f'Mejju 2019.", "Id-dettalji tal-pro\u010bess tal-offerta huma ddokumentati online b'mod s\u0127i\u0127 fil-portal tal-Osservatorju tas-Suq tal-\u0126alib Bil-bejg\u0127 tal-lum ta' 162 tunnellata, ma fadal ebda trab tal-\u0127alib xkumat mit-380,000 tunnellata ori\u0121inali, u l-14-il Stat Membru li kienu qed ja\u0127\u017cnu t-trab tal-\u0127alib xkumat f'isem il-Kummissjoni rnexxielhom ibattlu l-istokk tag\u0127hom.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "L-iskeda ta' Informazzjoni \u201cManaging the EU dairy market 2014-2019\u201d", "\u0126arsa \u0121enerali lejn il-\u0127a\u017cniet u l-offerti", "L-Osservatorju tas-Suq tal-\u0126alib"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3324", "title": "L-Istati Membri jaqblu dwar il-proposta tal-Kummissjoni g\u0127all-appo\u0121\u0121 tal-produtturi ta\u010b-\u010banga Irlandi\u017ci li ntlaqtu mill-in\u010bertezza tas-suq", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Wed, 19 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["L-Istati Membri tal-UE llum qablu dwar proposta mill-Kummissjoni Ewropea biex jag\u0127mlu disponibbli \u20ac50 miljun lill-bdiewa Irlandi\u017ci li jipprodu\u010bu \u010b-\u010banga, liema somma tista' ti\u017cdied bil-fondi nazzjonali biex til\u0127aq massimu ta' \u20ac100 miljun.", "Il-\u0127olqien ta' dan il-fond juri li l-Kummissjoni tag\u0127raf l-isfidi partikolari li qed i\u0127abbat wi\u010b\u010bu mag\u0127hom is-settur Irlandi\u017c ta\u010b-\u010banga u tal-vitella min\u0127abba l-in\u010bertezza tas-suq u l-perjodu twil u bla pre\u010bedent ta' prezzijiet baxxi.", "Din il-mi\u017cura e\u010b\u010bezzjonali, prevista skont l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), se toffri appo\u0121\u0121 lill-bdiewa Irlandi\u017ci affettwati.", "Min\u0127abba t-tnaqqis fil-prezzijiet, bi tnaqqis fil-mar\u0121nijiet li huwa stmat bejn 11 u 19 % g\u0127as-sena li g\u0127addiet fis-settur ta\u010b-\u010banga u tal-vitella, l-awtoritajiet Irlandi\u017ci kkalkulaw li l-bdiewa kellhom telf ta' aktar minn \u20ac100 miljun.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Agrikoltura u l-I\u017cvilupp Rurali, Phil Hogan, qal: \u201cDan il-fond huwa rikonoxximent mill-Kummissjoni Ewropea tad-diffikultajiet partikolari li qed jesperjenzaw il-bdiewa Irlandi\u017ci li jipprodu\u010bu \u010b-\u010banga, u li jirri\u017cultaw mit-tnaqqis sinifikanti tal-prezzijiet u mill-in\u010bertezza tas-suq.", "Il-fondi li g\u0127amlet disponibbli l-UE, li jistg\u0127u ji\u017cdiedu mill-gvern Irlandi\u017c, se jipprote\u0121u settur agrikolu fra\u0121li i\u017cda essenzjali.", "Barra minn hekk, se jipprovdu appo\u0121\u0121 dirett lill-bdiewa li ntlaqtu \u0127a\u017cin u se ji\u017cguraw il-vijabbilt\u00e0 fit-tul tas-settur ta\u010b-\u010banga Irlandi\u017c.", "Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni \u0121enerali tas-suq.\u201d", "Ladarba ji\u0121u adottati formalment mill-Kummissjoni fil-bidu tax-xahar id-die\u0127el, l-awtoritajiet Irlandi\u017ci se jkollhom sal-a\u0127\u0127ar ta' Lulju biex ifasslu l-kriterji g\u0127all-g\u0127oti tal-g\u0127ajnuna fi \u0127dan qafas spe\u010bifiku.", "Fit-tqassim tal-g\u0127ajnuna g\u0127andhom jevitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni.", "Wie\u0127ed mill-objettivi ewlenin g\u0127andu jkun li ti\u0121i \u017cgurata l-vijabbilt\u00e0 fit-tul tas-settur ta\u010b-\u010banga u tal-vitella, pere\u017cempju, permezz tal-i\u017cvilupp ta' swieq \u0121odda, l-implimentazzjoni ta' skemi ta' kwalit\u00e0 jew it-titjib tas-sostenibbilt\u00e0 ambjentali tal-bdiewa.", "Kuntest", "L-istruttura tal-industrija ta\u010b-\u010banga u tal-vitella tag\u0127milha vulnerabbli, prin\u010bipalment min\u0127abba \u010b-\u010biklu ta' \u0127ajja twil tag\u0127ha u l-ispejje\u017c g\u0127oljin marbuta mal-produzzjoni estensiva.", "Hemm sfidi \u0121odda addizzjonali li jirri\u017cultaw mit-t\u0127assib dwar il-kontribut tas-settur g\u0127all-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u mit-tnaqqis fil-konsum domestiku.", "Is-settur ta\u010b-\u010banga u tal-vitella tal-Irlanda huwa kbir u jiddependi \u0127afna fuq l-esportazzjonijiet.", "\u0126ames tunnellati \u010banga minn kull sitta li ji\u0121u prodotti ji\u0121u esportati u kwa\u017ci 50 % minn dawn l-esportazzjonijiet huma lejn ir-Renju Unit.", "L-in\u010bertezza dwar il-\u0127ru\u0121 tar-Renju Unit qed tpo\u0121\u0121i pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet u tkompli tiddeterjora s-sitwazzjoni tal-produtturi ta\u010b-\u010banga fl-Irlanda.", "Matul l-a\u0127\u0127ar erba' snin, il-Kummissjoni tat l-appo\u0121\u0121 tag\u0127ha lil g\u0127add ta' setturi li esperjenzaw problemi spe\u010bifi\u010bi, sew jekk kinux jirri\u017cultaw mill-introduzzjoni tal-projbizzjoni Russa jew mid-diffikultajiet partikolari fis-setturi Ewropej tal-prodotti tal-annimali fis-snin ri\u010benti.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Swieq Agrikoli", "L-Osservatorju tas-Suq tal-La\u0127am tal-UE"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3028", "title": "Is-Sej\u0127a ta' Tartu g\u0127al Stili ta' \u0126ajja Sana kisbet g\u0127add ta' ri\u017cultati konkreti g\u0127a\u010b-\u010bittadini tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Tue, 18 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Issa li g\u0127addew sentejn minn mindu tnediet is-Sej\u0127a ta' Tartu, jidher li sar progress tajjeb fl-implimentazzjoni fejn tid\u0127ol il-promozzjoni ta' stili ta' \u0127ajja sana madwar l-UE.", "Fis-Sej\u0127a ta' Tartu g\u0127al Stili ta' \u0126ajja Sana, il-Kummissarju g\u0127all-Edukazzjoni, il-Kultura, i\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 u l-Isport Tibor Navracsics, il-Kummissarju g\u0127as-Sa\u0127\u0127a u s-Sikurezza tal-Ikel Vytenis Andriukaitis, u l-Kummissarju g\u0127all-Agrikoltura u l-I\u017cvilupp Rurali Phil Hogan, g\u0127amlu 15-il impenn biex jippromwovu stili ta' \u0127ajja sana permezz tal-isport, l-ikel, l-innovazzjoni jew ir-ri\u010berka.", "L-ewwel ri\u017cultati juru \u010bar u tond li minn mindu tnediet is-Sej\u0127a ta' Tartu, il-Kummissjoni qed tu\u017ca aktar fondi, tqajjem aktar kuxjenza u ti\u0121bor aktar tag\u0127rif biex tindirizza d-dieti mhux sani, l-obe\u017cit\u00e0 u n-nuqqas ta' attivit\u00e0 fi\u017cika.", "Illum, it-tliet Kummissarji inkarigati qed jospitaw avveniment fi Brussell biex jevalwaw il-kisbiet tas-Sej\u0127a ta' Tartu g\u0127al Stil ta' \u0126ajja Sana u jesploraw aktar passi g\u0127all-\u0121ejjieni.", "Il-Kummissarju Hogan qal: \u201cIl-progress li sar hu sinjal qawwi tar-ri\u017cultati kbar li nistg\u0127u niksbu jekk na\u0127dmu flimkien.", "Kemm fejn jid\u0127lu dieti bilan\u010bjati kif ukoll fejn tid\u0127ol l-attivit\u00e0 fi\u017cika regolari hemm \u0127afna i\u017cjed x'jista' jsir u jien perswa\u017c li qbadna t-triq it-tajba.\u201d", "Il-Kummissarju Andriukaitis qal: \u201cMeta nippromwovu s-sa\u0127\u0127a nkunu qed ninvestu fil-\u0121ejjieni tag\u0127na.", "Is-Sej\u0127a ta' Tartu hija e\u017cempju tajjeb ta' kif nistg\u0127u nag\u0127mlu dan, f'kull politika, billi nqarrbu flimkien is-sa\u0127\u0127a, ir-ri\u010berka u l-ambjent.", "Tajjeb li jissokta dan l-isforz.\u201d", "Il-Kummissarju Navracsics qal: \u201cTul dawn l-a\u0127\u0127ar sentejn bdejna nag\u0127mlu d-differenza, i\u017cda dan hu biss l-ewwel pass.", "Irridu nibqg\u0127u na\u0127dmu flimkien u nsa\u0127\u0127u l-isforzi tag\u0127na biex nippromwovu stili ta' \u0127ajja sana u na\u0127tfu l-opportunitajiet li joffri l-isport biex ntejbu bis-s\u0127i\u0127 il-benessri u t-tiswir tal-komunitajiet.\u201d", "Fost ir-ri\u017cultati ewlenin hemm:", "Fl-avveniment tal-lum, it-tliet Kummissarji se jaffermaw mill-\u0121did l-impenn tag\u0127hom li jippromwovu stili ta' \u0127ajja sana u se jibag\u0127tu messa\u0121\u0121 lill-Kummissjoni li jmiss biex din il-\u0127idma tissokta.", "Is-seminar se jintemm bl-iffirmar ta' dikjarazzjoni kon\u0121unta u \u010berimonja ta' premjazzjoni, sabiex ji\u0121u rikonoxxuti l-aqwa prattiki fl-oqsma tas-sistemi tal-ikel san u sostenibbli u jonqsu l-imwiet ikkaw\u017cati mill-mard mhux komunikabbli.https://ec.europa.eu/sport/policy/societal-role/health-participation_en", "Il-kuntest", "Is-Sej\u0127a ta' Tartu g\u0127al Stili ta' \u0126ajja Sana tnediet waqt seminar dwar l-istili ta' \u0127ajja sana li \u0121ie organizzat matul il-ftu\u0127 tal-\u0120img\u0127a Ewropea tal-Isport 2017 f'Tartu, l-Estonja.", "Il-Kummissarji Navracsics, Andriukaitis u Hogan iffirmaw it-twissija tas-Sej\u0127a ta' Tartu kontra l-obe\u017cit\u00e0 fit-tfulija, id-dieti mhux sani jew in-nuqqas ta' attivit\u00e0 fi\u017cika.", "Ti\u0121bor 15-il impenn li jg\u0127aqqdu flimkien il-\u0127idma li qed issir f'diversi oqsma, fosthom l-isport, l-ikel, is-sa\u0127\u0127a, l-innovazzjoni u r-ri\u010berka, biex tippromwovi stili ta' \u0127ajja sana.", "Minbarra li ssa\u0127\u0127a\u0127 il-koperazzjoni fost id-dipartimenti differenti tal-Kummissjoni, is-Sej\u0127a ta' Tartu tibg\u0127at sinjal qawwi dwar l-importanza tal-istili ta' \u0127ajja sana u tistieden lill-Istati Membri tal-UE u lis-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili biex jikkontribwixxu.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Il-fuljett", "Skeda informattiva", "Attivit\u00e0 Fi\u017cika Favur is-Sa\u0127\u0127a", "Sit web dwar in-nutrizzjoni u l-attivit\u00e0 fi\u017cika", "Pjattaforma tal-Politika tas-Sa\u0127\u0127a tal-UE", "Portal tal-G\u0127arfien g\u0127all-Promozzjoni tas-Sa\u0127\u0127a u l-Prevenzjoni tal-Mard"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3017", "title": "Il-Kummissjoni ti\u010b\u010belebra t-30 anniversarju tal-Attivitajiet Jean Monnet li jippromwovu l-istudji Ewropej madwar id-dinja", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Mon, 17 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissarju g\u0127all-Edukazzjoni, il-Kultura, i\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 u l-Isport, Tibor Navracsics, qed jospita avveniment ta' livell g\u0127oli biex ji\u010b\u010belebra t-30 sena ta' e\u010b\u010bellenza fit-tag\u0127lim u r-ri\u010berka dwar l-UE.", "L-attivitajiet Jean Monnet jag\u0127mlu parti mill-programm Erasmus+.", "Dawn huma ma\u0127suba biex jippromwovu l-e\u010b\u010bellenza fl-istudji Ewropej fil-livell tal-edukazzjoni g\u0127olja madwar id-dinja, u biex jin\u0121iebu flimkien akkademi\u010bi, ri\u010berkaturi u dawk li jfasslu l-politika.", "Bejn l-1989 u l-2019, l-Attivitajiet Jean Monnet appo\u0121\u0121aw aktar minn 1,000 universit\u00e0 f'madwar 100 pajji\u017c biex b'hekk setg\u0127u joffru korsijiet dwar l-istudji Ewropej b\u0127ala parti mill-kurrikuli tag\u0127hom, li minnhom b\u0127alissa qed jibbenefikaw 300,000 student kull sena.", "Il-Kummissarju Navracsics stqarr: \u201c It-30 sena anniversarju tal-Attivitajiet Jean Monnet qed ni\u010b\u010belebrawh fi \u017cmien meta dawn huma me\u0127tie\u0121a aktar minn qatt qabel. .", "Dawn l-attivitajiet ji\u0121\u0121eneraw g\u0127arfien li jsa\u0127\u0127a\u0127 l-Unjoni Ewropea u jtejjeb il-fehim tal-integrazzjoni Ewropea, b'mod partikolari fost i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127.", "Il-pass li jmiss hu li dawn l-attivitajiet ji\u0121u esti\u017ci g\u0127all-iskejjel.", "It-tag\u0127lim dwar l-Unjoni Ewropea sa minn et\u00e0 bikrija jg\u0127in biex i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ikollhom is-setg\u0127a li jsiru \u010bittadini Ewropej infurmati u impenjati fil-pro\u010bessi demokrati\u010bi li jiffurmaw il-futur tag\u0127ha.", "L-Attivitajiet Jean Monnet jg\u0127inu biex il-pro\u0121ett Ewropew isir aktar tan\u0121ibbli u re\u017ciljenti.\u201d", "Kull sena, l-Attivitajiet Jean Monnet jiffinanzjaw aktar minn 250 mi\u017cura \u0121dida li jinvolvu madwar 9,000 lettur universitarju u \u0127afna nies u istituzzjonijiet o\u0127rajn.", "S'issa \u0121ew appo\u0121\u0121jati aktar minn 5,000 azzjoni.", "Sa mit-tnedija tag\u0127ha fl-1989, l-inizjattiva wasslet g\u0127al eluf ta' pubblikazzjonijiet ta' ri\u010berka fil-qasam tal-istudji Ewropej li jkopru g\u0127add ta' dixxiplini u oqsma ta' politika, inklu\u017c il-li\u0121i Ewropea, l-istorja tal-integrazzjoni Ewropea, l-innovazzjoni, l-impjiegi, id-difi\u017ca, il-migrazzjoni, il-kura tas-sa\u0127\u0127a, l-ener\u0121ija, it-trasport u l-azzjoni klimatika.", "\u0126afna minn dan l-g\u0127arfien avvanzat deher f'\u0121urnali ta' livell g\u0127oli u f'diversi fora li jinfurmaw il-politika, li jinfluwenzaw id-dibattitu u li jappo\u0121\u0121aw tfassil a\u0127jar tal-politika fuq livell nazzjonali u Ewropew, u b'hekk jag\u0127mlu differenza fil-\u0127ajja u fl-opportunitajiet tan-nies.", "L-Attivitajiet Jean Monnet saru tassew globali: fl-2018, 60 % tal-1,300 applikazzjoni g\u0127all-g\u0127otjiet \u0121ew minn pajji\u017ci barra mill-Unjoni Ewropea.", "Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea g\u0127all-Programm Erasmus (2021-2027) tal-futur tipprevedi l-estensjoni tal-Attivitajiet Jean Monnet g\u0127al setturi o\u0127ra tal-edukazzjoni, b'mod partikolari g\u0127all-iskejjel, \u0127alli ji\u017cdied l-g\u0127arfien fost i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 dwar l-Unjoni Ewropea.", "Kuntest", "L-Attivitajiet Jean Monnet, imsemmija g\u0127al Jean Monnet (1888-1979), wie\u0127ed tal-missirijiet fundaturi tal-Unjoni Ewropea, huma parti mill-programm Ewropew Erasmus+, li jappo\u0121\u0121a l-edukazzjoni, it-ta\u0127ri\u0121, i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u l-isport.", "Dawn l-attivitajiet huma miftu\u0127a g\u0127all-akkademi\u010bi minn kwalunkwe istituzzjoni ta' edukazzjoni g\u0127olja rikonoxxuta uffi\u010bjalment, li tg\u0127in biex it-tag\u0127lim u r-ri\u010berka relatati mal-Unjoni Ewropea jaslu wkoll f'pajji\u017ci fejn l-g\u0127arfien huwa limitat \u0127afna.", "Dawk li jir\u010bievu l-g\u0127otjiet Jean Monnet g\u0127andhom il-libert\u00e0 akkademika kollha u mistennija jipprodu\u010bu \u0127idma indipendenti u rigoru\u017ca xjentifikament.", "L-attivitajiet Jean Monnet jappo\u0121\u0121aw ukoll diversi istituzzjonijiet mag\u0127\u017cula fl-Ewropa biex isegwu l-e\u010b\u010bellenza fl-istudji u r-ri\u010berka Ewropej.", "L-avveniment tal-lum fi Brussell hu parti mill-kampanja tal-Kummissjoni Ewropea li ti\u010b\u010belebra t-tliet de\u010benji ta' kisbiet mill-Attivitajiet Jean Monnet.", "Din il-kampanja se tintemm fl-a\u0127\u0127ar tal-2019, b'mijiet ta' avvenimenti u attivitajiet madwar id-dinja li matulhom il-benefi\u010bjarji tal-passat u dawk attwali tal-Attivitajiet Jean Monnet qed ja\u0127tfu l-okka\u017cjoni tat-30 anniversarju biex jag\u0127mlu dibattiti, konferenzi, sessjonijiet ta' \u0127idma, u attivitajiet o\u0127ra g\u0127all-istudenti, g\u0127al dawk li jfasslu l-politika u g\u0127a\u010b-\u010bittadini.", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "Skeda informattiva", "Sit web ta' Erasmus+/Jean Monnet", "Skeda informattiva ta' Sibiu \u2014 Ninvestu fi\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3034", "title": "Il-Kummissjoni tippubblika linji gwida biex jittejjeb il-mod kif id-ditti jirrappurtaw informazzjoni relatata mal-klima u tilqa' tliet rapporti importanti \u0121odda dwar il-finanzjament g\u0127all-klima minn esperti ewlenin", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Mon, 17 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum ippubblikat linji gwida \u0121odda dwar ir-rappurtar ta' informazzjoni korporattiva relatata mal-klima, b\u0127ala parti mill-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli tag\u0127ha.", "Dawn il-linji gwida se jipprovdu lill-kumpaniji b'rakkomandazzjonijiet pratti\u010bi dwar kif jista' ji\u0121i rrapportat a\u0127jar l-impatt li l-attivitajiet tag\u0127hom qed ikollhom fuq il-klima kif ukoll l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq in-negozju tag\u0127hom.", "Il-Kummissjoni llum laqg\u0127et ukoll il-pubblikazzjoni ta' tliet rapporti \u0121odda importanti mill-Grupp Tekniku ta' Esperti dwar il-finanzi sostenibbli, inklu\u017ci rakkomandazzjonijiet ewlenin dwar it-tipi ta' attivitajiet ekonomi\u010bi li jistg\u0127u jag\u0127tu kontribut reali g\u0127all-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew l-adattament g\u0127alih (it-tassonomija).", "Valdis Dombrovkis, il-Vi\u010bi President responsabbli mill-Istabbilt\u00e0 Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: \u201cL-emer\u0121enza klimatika t\u0127allina ming\u0127ajr g\u0127a\u017cla o\u0127ra \u0127lief li nimxu lejn mudell ta' ekonomija newtrali mil-lat ta' klima.", "Il-linji gwida l-\u0121odda tal-lum se jg\u0127inu lill-kumpaniji jidduvulgaw l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq in-negozju tag\u0127hom kif ukoll l-impatt tal-attivitajiet tag\u0127hom fuq il-klima u g\u0127alhekk l-investituri jkunu jistg\u0127u jie\u0127du de\u010bi\u017cjonijiet aktar infurmati dwar l-investiment.", "Nilqa' wkoll it-tliet rapporti mill-Grupp ta' Esperti Tekni\u010bi, li huma kontribut importanti g\u0127at-tfassil tal-politika Ewropea u g\u0127al dibattitu globali dwar il-finanzi ekolo\u0121i\u010bi.\u201d", "Il-linji gwida tal-lum huma parti mill-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex ti\u017cgura li s-settur finanzjarju \u2013 il-kapital privat \u2013 jista' jkollu rwol kritiku fit-tran\u017cizzjoni g\u0127al ekonomija newtrali mil-lat ta' klima u fil-finanzjament ta' investimenti fl-iskala me\u0127tie\u0121a.", "Huma se jipprovdu gwida lil madwar 6,000 kumpanija, banek u kumpaniji tal-assigurazzjoni elenkati fl-UE li jridu jiddivulgaw informazzjoni mhux finanzjarja skont id-Direttiva dwar ir-Rappurtar mhux Finanzjarju.", "Huma ispirati minn proposti re\u010benti mill-Grupp ta' Esperti Tekni\u010bi dwar il-finanzi sostenibbli (Technical Expert Group, TEG ), u jintegraw ir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima (Task Force on Climate-related Financial Disclosures, TCFD) stabbilit mill-Bord g\u0127all-Istabilit\u00e0 Finanzjarja tal-G20.", "Illum ukoll, il-Kummissjoni tilqa' tliet rapporti ta' esperti importanti ppubblikati mit-TEG dwar il-finanzi sostenibbli:", "Kuntest", "It-TEG beda l-\u0127idma tieg\u0127u f'Lulju 2018 u kien mag\u0127mul minn 35 membru mis-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili, mill-qasam akkademiku, min-negozju u mis-settur finanzjarju.", "Dawn ir-rapporti huma r-ri\u017cultati ta' sena ta' \u0127idma estensiva fuq aspetti ewlenin tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni.", "Dawn ir-rapporti g\u0127alhekk jissupplimentaw il-proposti le\u0121i\u017clattivi dwar it-tassonomija u l-punti ta' riferiment ippre\u017centati mill-Kummissjoni f'Mejju 2018.", "Huma g\u0127andhom l-g\u0127an li jin\u010bentivaw u jidderie\u0121u ulterjorment l-investiment tas-settur privat fi \u017cvilupp sostenibbli, billi jag\u0127mlu lill-investituri aktar konxji minn dak li jinvestu fih u billi jag\u0127tu lill-investituri g\u0127odod importanti biex jinvestu b'mod sostenibbli.", "F'\u0120unju 24, il-Kummissjoni se tospita djalogu bejn il-partijiet ikkon\u010bernati dwar ir-rappurtar relatat mal-klima u r-rapporti tat-TEG.", "L-avveniment se jkun imxandar dirett fuq pa\u0121na tal-avveniment apposta.", "It-TEG se jmexxi sej\u0127a g\u0127al feedback dwar ir-rapport tat-Tassonomija tal-UE u dwar ir-rapport interim dwar il-punti ta' riferiment dwar il-klima.", "Il-ba\u0121it tal-UE huwa wkoll xprun g\u0127all-integrazzjoni tal-klima.", "Sabiex ji\u0121i implimentat il-Ftehim ta' Pari\u0121i u l-impenn lejn l-G\u0127anijiet ta' \u017bvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni tipproponi li tg\u0127olli l-livell ta' ambizzjoni g\u0127al programmi g\u0127all-integrazzjoni tal-klima mal-UE kollha, b'mira li mill-inqas 25 % tan-nefqa tal-UE tikkontribwixxi g\u0127all-objettivi tal-klima bejn l-2017 u l-2021.", "Aktar informazzjoni", "D\u0120 FISMA il-finanzi sostenibbli - l-ewwel pa\u0121na", "Skeda informattiva dwar il-Finanzi Sostenibbli", "Linji gwida tal-Kummissjoni dwar ir-rappurtar ta' informazzjoni relatata mal-klima", "Taqsira tal-linji gwida tal-KE dwar ir-rappurtar ta' informazzjoni relatata mal-klima", "Grupp ta' Esperti Tekni\u010bi (TEG) \u2013 l-ewwel pa\u0121na", "Rapport tat-TEG dwar it-tassonomija tal-UE", "Taqsira tar-rapport tat-TEG dwar it-tassonomija tal-UE", "Taqsira tar-rapport tat-TEG dwar Standard ta' Bonds \u0126odor tal-UE", "Rapport tat-TEG dwar Standard ta' Bonds \u0126odor tal-UE", "Rapport interim tat-TEG dwar il-punti ta' riferiment dwar il-klima", "Taqsira tar-rapport interim tat-TEG dwar il-punti ta' riferiment dwar il-klima"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2993", "title": "L-Unjoni tal-Ener\u0121ija: Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex ikunu aktar ambizzju\u017ci fil-pjanijiet tag\u0127hom g\u0127all-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pari\u0121i", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=CLIMACTION,ENERGY,ENERU,PRENER", "date": "Mon, 17 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni ppubblikat il-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet tal-Istati Membri g\u0127all-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija tal-UE, u b'mod partikolari l-miri miftiehma tal-UE dwar l-ener\u0121ija u l-klima g\u0127all-2030.", "Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni sabet li l-pjanijiet nazzjonali di\u0121\u00e0 jirrappre\u017centaw sforzi sinifikanti i\u017cda tindika diversi oqsma fejn hemm lok g\u0127al aktar titjib, b'mod partikolari fir-rigward ta' politiki mmirati u individwalizzati li ji\u017cguraw li nil\u0127qu l-miri tal-2030 u li nibqg\u0127u fit-triq lejn in-newtralit\u00e0 tal-klima fuq perjodu ta' \u017cmien itwal.", "L-Unjoni Ewropea hija l-ewwel fost l-ekonomiji ewlenin li stabbiliet qafas legalment vinkolanti biex twettaq il-weg\u0127diet tag\u0127ha skont il-Ftehim ta' Pari\u0121i u din hija l-ewwel darba li l-Istati Membri \u0127ejjew abbozzi ta' pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-ener\u0121ija u l-klima (NECPs).", "Madankollu, l-pjanijiet b\u0127alissa mhumiex suffi\u010bjenti kemm f'termini ta' sorsi rinnovabbli kif ukoll f'termini ta' kontributi g\u0127all-effi\u010bjenza ener\u0121etika, u biex nil\u0127qu l-g\u0127anijiet kumplessivi tal-UE g\u0127all-klima u l-ener\u0121ija je\u0127tie\u0121 li b'mod kollettiv inkunu aktar ambizzju\u017ci.", "Il-Vi\u010bi President tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija, Maro\u0161 \u0160ef\u010dovi\u010d, qal: \u201cB'dawn l-ewwel pjanijiet nazzjonali g\u0127all-ener\u0121ija u l-klima l-Unjoni tal-Ener\u0121ija waslet fil-livell nazzjonali: l-Istati Membri kollha, b\u0127all-UE, jippre\u017centaw politiki g\u0127at-tran\u017cizzjoni tal-klima u l-ener\u0121ija b'mod integrat u b'perspettiva ta' g\u0127axar snin.", "L-Istati Membri kollha pprodu\u010bew abbozzi impressjonanti fi \u017cmien relattivament qasir, i\u017cda l-ebda abbozz ma jista' jkun perfett.", "Il-pjanijiet finali huma mistennija sa tmiem is-sena u r-rakkomandazzjonijiet tag\u0127na juru fejn huma me\u0127tie\u0121a aktar sforzi: pere\u017cempju, aktar ambizzjoni, aktar dettall tal-politika, \u0127ti\u0121ijiet ta' investiment spe\u010bifikati a\u0127jar, jew aktar \u0127idma fuq il-\u0121ustizzja so\u010bjali.", "I\u010b-\u010barezza u l-prevedibbilt\u00e0 huma vanta\u0121\u0121 kompetittiv reali g\u0127all-politika Ewropea g\u0127all-ener\u0121ija u l-klima.", "Ejja nie\u0127du l-a\u0127jar li nistg\u0127u minn din l-opportunit\u00e0 u nag\u0127tu spinta finali lill-pjanijiet nazzjonali.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-Azzjoni Klimatika u l-Ener\u0121ija, Miguel Arias Ca\u00f1ete qal: \u201cF'Novembru li g\u0127adda pproponejna li l-Unjoni Ewropea g\u0127andha tkun newtrali g\u0127all-klima sal-2050.", "Fil-passat urejna u wittejna t-triq 'il quddiem.", "Bi pja\u010bir qed nara li g\u0127add dejjem jikber ta' Stati Membri qed isegwu l-e\u017cempju tag\u0127na u qed ja\u0127dmu lejn dak l-g\u0127an.", "Wara evalwazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri, ninsab po\u017cittiv dwar l-isforzi sinifikanti li saru.", "Madankollu, hemm b\u017conn jer\u0121a' aktar ambizzjoni fil-pjanijiet finali biex l-UE titqieg\u0127ed fit-triq it-tajba fil-\u0121lieda kontra t-tibdil fil-klima u fil-modernizzazzjoni tal-ekonomija tag\u0127na.", "Nistieden lill-Kunsill jifta\u0127 dibattitu dwar il-prijoritajiet ewlenin identifikati mill-Kummissjoni u jg\u0127in biex ni\u017cguraw li l-pjanijiet finali jkun fihom livell adegwat ta' ambizzjoni.\u201d", "L-UE hija impenjata li \u017c\u017comm mal-impenji tag\u0127ha li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra u tipprodu\u010bi ener\u0121ija sigura, affordabbli u sostenibbli g\u0127a\u010b-\u010bittadini tag\u0127ha.", "\u0126loqna sistema unika ta' governanza tal-ener\u0121ija u tal-klima fejn kemm l-Unjoni u kif ukoll l-Istati Membri tag\u0127ha jippjanaw flimkien u jil\u0127qu l-miri tag\u0127na g\u0127all-2030 b'mod kollettiv u jwettqu tran\u017cizzjoni so\u010bjalment \u0121usta u kosteffettiva lejn ekonomija newtrali g\u0127all-klima sal-2050.", "Fl-anali\u017ci tag\u0127ha tal-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali, il-Kummissjoni \u0127arset lejn il-kontribut aggregat tag\u0127hom biex jintla\u0127qu l-objettivi u l-miri g\u0127all-2030 tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija tal-UE.", "Kif inhuma b\u0127alissa, l-abbozzi tal-NECPs ma joffrux bi\u017c\u017cejjed kontributi, la g\u0127as-sorsi ta' ener\u0121ija rinnovabbli u lanqas g\u0127all-effi\u010bjenza ener\u0121etika.", "G\u0127as-sorsi rinnovabbli, id-distakk jista' sa\u0127ansitra jkun daqs 1.6 punti per\u010bentwali.", "G\u0127all-effi\u010bjenza ener\u0121etika, id-distakk jista' sa\u0127ansitra jkun daqs 6.2 punti per\u010bentwali (jekk jitqies il-konsum tal-ener\u0121ija primarja) jew 6 punti per\u010bentwali (jekk jitqies il-konsum tal-ener\u0121ija finali).", "L-a\u0127bar it-tajba hi li l-Istati Membri issa g\u0127andhom sitt xhur biex jg\u0127ollu l-livell ta' ambizzjoni nazzjonali tag\u0127hom.", "Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-valutazzjonijiet dettaljati g\u0127andhom l-g\u0127an li jg\u0127inu lill-Istati Membri jiffinalizzaw il-pjanijiet tag\u0127hom sa tmiem l-2019, u jimplimentawhom b'mod effettiv fis-snin li \u0121ejjin.", "Il-pjanijiet nazzjonali g\u0127andhom ikunu \u010bari u prevedibbli g\u0127an-negozji u g\u0127as-settur tal-finanzi biex jistimulaw l-investimenti privati me\u0127tie\u0121a.", "Il-pjanijiet se jiffa\u010bilitaw ukoll il-programmazzjoni tal-finanzjament tal-Istati Membri mill-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss ta' bejn l-2021 u l-2027.", "Il-passi li jmiss", "Il-li\u0121ijiet tal-UE dwar l-Unjoni tal-Ener\u0121ija jirrikjedu lill-Istati Membri jqisu kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni jew li jippubblikaw ir-ra\u0121unijiet tag\u0127hom biex ma jqisuhomx.", "L-Istati Membri huma wkoll me\u0127tie\u0121a li jinvolvu lill-pubbliku fit-t\u0127ejjija tal-pjanijiet finali sa tmiem is-sena.", "L-iskadenza biex jintbag\u0127tu l-pjanijiet finali hija stabbilita g\u0127all-31 ta' Di\u010bembru 2019.", "Ir-rakkomandazzjonijiet tal-lum u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni huma parti minn pro\u010bess re\u010biproku mal-Istati Membri li se ji\u017cgura li sa dak i\u017c-\u017cmien il-ver\u017cjonijiet finali tal-NECPs ikunu dettaljati, robusti u ambizzju\u017ci bi\u017c\u017cejjed.", "Il-Kummissjoni Ewropea hija lesta li tappo\u0121\u0121a lill-Istati Membri fl-isforzi tag\u0127hom biex jiffinalizzaw l-NECPs tag\u0127hom sa tmiem l-2019, billi tibni fuq il-pro\u010bess ta' kooperazzjoni e\u010b\u010bellenti li je\u017cisti llum.", "Kuntest", "L-Istati Membri huma me\u0127tie\u0121a, skont ir-Regolament il-\u0121did dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija u l-Azzjoni Klimatika (parti mill-pakkett dwar l-Ener\u0121ija Nadifa g\u0127all-Ewropej kollha), li da\u0127al fis-se\u0127\u0127 fl-24 ta' Di\u010bembru 2018, li jistabbilixxu pjan nazzjonali g\u0127all-ener\u0121ija u l-klima ta' g\u0127axar snin g\u0127all-perjodu mill-2021 sal-2030.", "L-Istati Membri kellhom jippre\u017centaw l-abbozzi tal-NECPs tag\u0127hom sa tmiem l-2018, li mbag\u0127ad kellhom ikunu so\u0121\u0121etti g\u0127al valutazzjoni fil-fond mill-Kummissjoni.", "Ir-Regolament jiddikjara li jekk l-abbozzi tal-NECPs ma jikkontribwixxux bi\u017c\u017cejjed biex jintla\u0127qu l-objettivi tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija \u2013 b'mod individwali u/jew kollettiv \u2013 il-Kummissjoni tista', sal-a\u0127\u0127ar ta' \u0120unju 2019, tag\u0127mel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri biex jemendaw l-abbozzi tal-pjanijiet tag\u0127hom.", "L-NECPs finali g\u0127all-perjodu 2021-2030 iridu ji\u0121u ppre\u017centati mill-Istati Membri sa tmiem l-2019.", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "Mistoqsijiet u twe\u0121ibiet", "Skeda informattiva dwar il-pakkett globali", "NECPs", "Governanza tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija", "Komunkazzjoni Pjaneta Nadifa g\u0127al Kul\u0127add \u2013 Strate\u0121ija g\u0127ad-dekarbonizzazzjoni g\u0127all-2050"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_19_2997", "title": "Mistoqsijiet u twe\u0121ibiet: Il-pjanijiet nazzjonali g\u0127all-ener\u0121ija u l-klima spjegati", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=CLIMACTION,ENERGY,ENERU,PRENER", "date": "Mon, 17 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["X'inhuma l-Pjanijiet Nazzjonali g\u0127all-Ener\u0121ija u l-Klima (NECPs)?", "Il-Pjanijiet Nazzjonali g\u0127all-Ener\u0121ija u l-Klima (NECPs) huma l-ewwel g\u0127odod integrati ta' ppjanar ta' nofs it-terminu li l-Istati Membri qatt kellhom i\u0127ejju fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija u partikolarment il-miri miftiehma tal-UE dwar l-ener\u0121ija u l-klima g\u0127all-2030.", "L-NECPs jiddeskrivu kif kull Stat Membru qed jippjana li jikkontribwixxi g\u0127all-ksib tal-objettivi komuni tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija.", "L-NECPs iridu jsegwu struttura vinkolanti stabbilita mir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija u l-Azzjoni Klimatika biex ti\u0121i \u017cgurata l-komparabbilt\u00e0 u l-konsistenza politika filwaqt li ji\u0121i promoss dibattitu Ewropew wiesa' dwar il-prijoritajiet tal-ener\u0121ija u l-klima.", "G\u0127aldaqstant, l-NECPs jirriflettu l-lo\u0121ika tal-\u0127ames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija.", "L-effi\u010bjenza ener\u0121etika l-ewwel; suq tal-ener\u0121ija intern kompletament integrat; id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija; is-sigurt\u00e0, is-solidarjet\u00e0 u l-fidu\u010bja tal-ener\u0121ija, ir-ri\u010berka, l-innovazzjoni u l-kompetittivit\u00e0.", "G\u0127al kull dimensjoni, l-Istati Membri huma me\u0127tie\u0121a jinkludu l-miri, l-objettivi u/jew il-kontributi kif ukoll il-politiki u l-mi\u017curi g\u0127all-ksib tal-g\u0127anijiet nazzjonali.", "L-NECPs iridu jkunu msejsa fuq anali\u017ci soda li tikkunsidra l-impatt mistenni tal-politiki u l-mi\u017curi proposti.", "L-NECPs iridu ji\u0121u diskussi wkoll kemm mal-partijiet ikkon\u010bernati nazzjonali kif ukoll mal-Istati Membri \u0121irien.", "L-NECPs huma g\u0127odod essenzjali g\u0127al tran\u017cizzjoni lejn ener\u0121ija nadifa u jipprovdu \u010bertezza fl-investiment g\u0127all-industrija tal-Ewropa.", "L-Istati Membri kollha tal-UE kellhom jinnotifikaw l-abbozzi tal-Pjanijiet Nazzjonali g\u0127all-Ener\u0121ija u l-Klima tag\u0127hom (NECPs) sal-31 ta' Di\u010bembru 2018.", "L-iskadenza biex jintbag\u0127tu l-pjanijiet finali hija stabbilita g\u0127all-31 ta' Di\u010bembru 2019.", "Ir-rakkomandazzjonijiet tal-lum u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni huma parti minn pro\u010bess iterattiv mal-Istati Membri li se ji\u017cgura li l-ver\u017cjonijiet finali tal-NECPs ikunu dettaljati, robusti u ambizzju\u017ci bi\u017c\u017cejjed.", "X'adottat il-Kummissjoni llum?", "X'inhu l-messa\u0121\u0121 ewlieni li l-Kummissjoni qed twassal lill-Istati Membri llum?", "Bil-Komunikazzjoni u r-Rakkomandazzjonijiet tal-lum, il-Kummissjoni tipprovdi valutazzjoni tal-ewwel abbozzi tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati g\u0127all-Ener\u0121ija u l-Klima (NECPs) li qatt saru u timmira li tappo\u0121\u0121a lill-Istati Membri fil-finalizzazzjoni ta' dawk il-pjanijiet sa tmiem l-2019.", "L-objettiv huwa li ji\u0121u stabbiliti l-istrumenti xierqa tal-ippjanar, li jing\u0127ata appo\u0121\u0121 lill-Istati Membri u li l-Unjoni tkun tista' til\u0127aq kollettivament l-objettivi tag\u0127ha tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija fil-\u0127ames dimensjonijiet kollha, u b'mod partikolari l-miri tal-ener\u0121ija u tal-klima g\u0127all-2030.", "Il-Komunikazzjoni u r-Rakkomandazzjonijiet jitolbu lill-Istati Membri jtejbu l-abbozzi tal-pjanijiet tag\u0127hom f'diversi modi:", "Dan huwa l-ewwel e\u017cer\u010bizzju ta' dan it-tip u, matul ix-xhur li g\u0127addew, l-Istati Membri \u0127admu b'mod kostruttiv mal-Kummissjoni.", "Il-Kummissjoni se tkompli ta\u0127dem flimkien mal-Istati Membri biex tg\u0127inhom itejbu l-ver\u017cjonijiet finali tal-NECPs tag\u0127hom u biex jie\u0127du kont dovut tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni.", "Il-Kummissjoni se tkompli wkoll tippromwovi dibattitu inklu\u017civ dwar l-NECPs, tappo\u0121\u0121a l-kooperazzjoni re\u0121jonali bejn l-Istati Membri u tipprovdi assistenza teknika meta tintalab.", "Il-miri tal-2030 g\u0127all-ener\u0121ija rinnovabbli u g\u0127all-effi\u010bjenza ener\u0121etika huma fir-riskju li ma jintla\u0127qux?", "Kif inhuma b\u0127alissa, l-abbozzi tal-NECPs ma joffrux bi\u017c\u017cejjed kontributi, la g\u0127as-sorsi ta' ener\u0121ija rinnovabbli u lanqas g\u0127all-effi\u010bjenza ener\u0121etika.", "G\u0127as-sorsi rinnovabbli, id-distakk jista' sa\u0127ansitra jkun daqs 1.6 punti per\u010bentwali.", "G\u0127all-effi\u010bjenza ener\u0121etika, id-distakk jista' sa\u0127ansitra jkun daqs 6.2 punti per\u010bentwali (jekk jitqies il-konsum tal-ener\u0121ija primarja) jew 6 punti per\u010bentwali (jekk jitqies il-konsum tal-ener\u0121ija finali).", "L-a\u0127bar it-tajba hi li l-Istati Membri issa g\u0127andhom sitt xhur biex jg\u0127ollu l-livell ta' ambizzjoni nazzjonali tag\u0127hom.", "L-g\u0127an komuni tag\u0127na huwa li ni\u017cguraw li s-somma tal-kontributi nazzjonali kif ippre\u017centata fl-NECPs finali tikkorrispondi mill-inqas g\u0127al-livell tal-miri miftiehma tal-UE (32 % g\u0127as-sorsi tal-ener\u0121ija rinnovabbli; 32.5 % g\u0127all-effi\u010bjenza ener\u0121etika).", "Dawn il-pjanijiet kif jaffettwaw l-impenji tal-UE skont il-Ftehim ta' Pari\u0121i?", "Skont il-Ftehim ta' Pari\u0121i, l-UE u l-Istati Membri tag\u0127ha impenjaw ru\u0127hom li jnaqqsu l-emissjonijiet domesti\u010bi ta' gassijiet b'effett ta' serra b'mill-inqas 40 % sal-2030, meta mqabbel mal-1990.", "Abba\u017ci tal-mi\u017curi ppjanati jew tal-ambizzjonijiet nazzjonali ddikjarati ta' tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra inklu\u017ci fl-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali g\u0127all-klima u l-ener\u0121ija (u permezz ta' suppo\u017cizzjonijiet konservattivi g\u0127all-pajji\u017ci fejn dan mhuwiex disponibbli), huwa stmat li t-tnaqqis kumplessiv tal-gassijiet b'effett ta' serra g\u0127all-UE huwa konformi mal-mira tat-tnaqqis ta' -40 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra g\u0127all-2030, meta mqabbel mal-1990.", "Bl-implimentazzjoni s\u0127i\u0127a tal-miri adottati g\u0127all-2030 g\u0127all-klima, l-ener\u0121ija u l-mobbilt\u00e0 nadifa, nistg\u0127u nistennew sa\u0127ansitra li nnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra b'madwar 45 % fl-2030, meta mqabbel mal-1990.", "Madankollu, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni turi li l-livell ta' ambizzjoni fl-abbozzi tal-NECPs g\u0127adu mhux se jwassalna f'dak il-punt.", "Kemm qed jag\u0127mlu progress l-Istati Membri fil-ksib tal-miri nazzjonali tag\u0127hom g\u0127all-gassijiet b'effett ta' serra g\u0127all-emissjonijiet mhux koperti mis-Skema tal-UE g\u0127all-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet?", "L-Istati Membri qed jippjanaw politiki addizzjonali biex jiksbu l-miri nazzjonali vinkolanti tag\u0127hom g\u0127all-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra li mhumiex koperti mill-Iskema tal-UE g\u0127all-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS).", "Jekk jittie\u0127du f'daqqa, dawn di\u0121\u00e0 jnaqqsu l-emissjonijiet bi 28 % fl-2030, meta mqabbel mal-2005.", "Dan jirrappre\u017centa progress sinifikanti meta mqabbel mal-projezzjonijiet ta' qabel, i\u017cda xorta j\u0127alli distakk g\u0127all-UE s\u0127i\u0127a ta' 2 punt per\u010bentwali fir-rigward tal-mira ta' -30 % miftiehma b\u0127ala l-kontribut minimu tas-setturi li ma jaqg\u0127ux ta\u0127t l-ETS.", "Il-miri tal-Istati Membri jvarjaw bejn tnaqqis ta' \u017cero u 40 %.", "L-Istati Membri g\u0127andhom flessibbilt\u00e0 sinifikanti dwar kif jistg\u0127u jil\u0127qu l-miri.", "Il-mi\u017curi domesti\u010bi jiffukaw b'mod partikolari fuq is-setturi tal-bini u tat-trasport.", "Xi Stati Membri jipprevedu li se ju\u017caw trasferimenti bejn l-Istati Membri jew li ju\u017caw \u010bertu ammont ta' assorbimenti addizzjonali tal-emissjonijiet fis-setturi tal-u\u017cu tal-art, tat-tibdil fl-u\u017cu tal-art u tal-forestrija.", "Dawn il-pjanijiet kif jaffettwaw l-istrate\u0121ija fit-tul tal-UE dwar in-newtralit\u00e0 tal-klima g\u0127all-2050?", "Il-Kummissjoni pproponiet li l-UE ssir newtrali g\u0127all-klima sal-2050.", "Il-Parlament Ewropew di\u0121\u00e0 approva din l-ambizzjoni, filwaqt li l-Kunsill g\u0127adu qed jiddiskuti l-kwistjoni.", "Skont ir-Regolament dwar il-Governanza, l-Istati Membri iridu wkoll ji\u017cviluppaw l-istrate\u0121iji nazzjonali fit-tul tag\u0127hom sa Jannar 2020.", "Kemm l-NECPs kif ukoll l-istrate\u0121iji fit-tul je\u0127tie\u0121 li ji\u0121u \u017cviluppati b'mod kumplimentari, biex ikun hemm konsistenza mal-miri g\u0127all-2030 u l-objettivi fit-tul.", "Sadanittant, aktar minn nofs l-abbozzi tal-NECPs di\u0121\u00e0 jinkludu objettivi jew ambizzjonijiet g\u0127all-2050, g\u0127alkemm b'livelli differenti ta' dettall.", "Dan kif se jaffettwa li\u010b-\u010bittadini u lill-konsumaturi Ewropej?", "Din il-valutazzjoni hija pass kru\u010bjali fid-dawl tal-finalizzazzjoni ta' NECPs solidi, robusti, kompluti u affidabbli.", "Min-na\u0127a tag\u0127hom, dawn il-pjanijiet se jkunu essenzjali biex jinkisbu l-miri ambizzju\u017ci g\u0127all-2030 g\u0127at-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, g\u0127all-ener\u0121ija rinnovabbli u g\u0127all-effi\u010bjenza ener\u0121etika.", "Bil-koordinazzjoni tal-politiki u tal-mi\u017curi u bl-indirizzar tal-\u0127ti\u0121ijiet identifikati g\u0127all-investiment u l-innovazzjoni, l-NECPs se jippromwovu \u010b-\u010bertezza tal-investiment u r-riformi strutturali filwaqt li jixprunaw it-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa.", "L-NECPs se jkollhom ukoll rwol kru\u010bjali fil-promozzjoni tat-trasformazzjoni kosteffettiva tal-ba\u017ci industrijali tag\u0127na lejn industrija newtrali g\u0127all-klima, \u010birkolari u sostenibbli, li tibbenefika lis-so\u010bjet\u00e0 u lill-pjaneta b'mod ugwali.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, NECPs kredibbli jippermettu lill-UE ssa\u0127\u0127a\u0127 il-kooperazzjoni ma' pajji\u017ci li mhux membri tal-UE dwar il-prijoritajiet tat-tran\u017cizzjoni lejn ener\u0121ija nadifa.", "Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-abbozzi tal-NECPs toffri g\u0127arfien uniku dwar id-direzzjoni li mexjin fiha l-objettivi tal-Istati Membri g\u0127all-ener\u0121ija u l-klima.", "Ir-rakkomandazzjonijiet joffru ba\u017ci komuni, solida u komparabbli li s-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili tista' tu\u017ca biex tinvolvi ru\u0127ha aktar fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-isfidi komuni u l-prijoritajiet fit-tul tal-Unjoni fil-qasam tal-ener\u0121ija u tal-klima.", "Din il-valutazzjoni se toffri elementi addizzjonali biex tidderie\u0121i l-konsultazzjonijiet pubbli\u010bi, id-djalogi f'diversi livelli u l-pro\u010bessi ta' kooperazzjoni re\u0121jonali li \u0121ejjin, kif previst mir-Regolament dwar il-Governanza.", "X'inhu l-qafas le\u0121i\u017clattiv g\u0127all-NECPs?", "Ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija u l-Azzjoni Klimatika (ir-Regolament dwar il-Governanza) da\u0127al fis-se\u0127\u0127 fl-24 ta' Di\u010bembru 2018 Ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni g\u0127all-politiki dwar l-ener\u0121ija u l-klima fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Membri tag\u0127ha.", "L-Istati Membri g\u0127andhom juru fl-NECP tag\u0127hom kif se jikkontribwixxu g\u0127all-ksib tal-objettivi tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija, b'mod partikolari l-objettivi tal-UE dwar l-ener\u0121ija u l-klima g\u0127all-2030.", "Dawk jinkludu l-miri tal-UE ta' mill-inqas 32 % g\u0127all-ener\u0121ija rinnovabbli u mill-inqas 32.5 % g\u0127all-effi\u010bjenza ener\u0121etika kif stabbilit mid-Direttiva riveduta dwar l-Effi\u010bjenza Ener\u0121etika u d-Direttiva dwar l-Ener\u0121ija Rinnovabbli li da\u0127lu fis-se\u0127\u0127 tard fl-2018.", "X'inhuma l-passi li jmiss?", "Is-sitt xhur li jmiss \u2014 sa tmiem l-2019 \u2014 se jkunu kru\u010bjali biex ji\u0121u ffinalizzati l-NECPs.", "Il-Kummissjoni issa qed tappella lill-Istati Membri biex itejbu l-NECPs tag\u0127hom fuq il-ba\u017ci tal-Komunikazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-lum.", "Sabiex ji\u0121i \u017cgurat li l-NECPs finali ppre\u017centati sa tmiem l-2019 jissodisfaw ir-rekwi\u017citi kollha u jil\u0127qu l-miri ambizzju\u017ci tal-UE g\u0127all-2030, il-Kummissjoni qed tistieden lill-Kunsill jifta\u0127 dibattitu dwar il-prijoritajiet ewlenin identifikati minn din il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet biex ji\u0121i \u017cgurat li l-NECPs finali jkun fihom livell adegwat ta' ambizzjoni.", "Sabiex ji\u0121i massimizzat l-impatt tal-iskambji li \u0121ejjin, il-Komunikazzjoni identifikat [seba'] prijoritajiet ewlenin sabiex ji\u0121u strutturati l-iskambji futuri: Li neg\u0127lbu d-distakki kollha fl-\u201cambizzjoni\u201d u l-politika g\u0127all-2030; li ji\u0121u involuti l-ministeri rilevanti kollha fil-livell nazzjonali; li jkun hemm l-a\u0127jar kooperazzjoni possibbli mal-Istati Membri \u0121irien; li l-NECPs jintu\u017caw g\u0127all-appo\u0121\u0121 tal-industrija, tal-kompetittivit\u00e0 u tal-innovazzjoni; l-attirar tal-investiment u l-identifikazzjoni tal-opportunitajiet ta' finanzjament; li d-dimensjoni so\u010bjali ti\u0121i integrata bis-s\u0127i\u0127; li ji\u0121u kkunsidrati l-objettivi fuq \u017cmien twil u vi\u017cjoni fit-tul."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2991", "title": "Tabelli ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni g\u0127all-2019: Il-prestazzjoni tal-innovazzjoni fl-UE u fir-re\u0121juni tag\u0127ha qed ti\u017cdied", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH,RESINSC", "date": "Sun, 16 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Je\u0127tie\u0121 li l-Ewropa ssa\u0127\u0127a\u0127 il-kapa\u010bit\u00e0 ta' innovazzjoni tag\u0127ha biex tikkompeti fis-swieq globali u biex i\u017c\u017comm jew sa\u0127ansitra ttejjeb l-istil ta' \u0127ajja Ewropew, kif mitlub mill-Kunsill Ewropew kemm f'\u0120unju 2018 u anki f'Marzu 2019.", "Huwa g\u0127alhekk li l-Kummissjoni Juncker stabbiliet livell \u0121did ta' ambizzjoni g\u0127all-UE u g\u0127all-Istati Membri u r-re\u0121juni tag\u0127ha, u pproponiet il-programm Orizzont Ewropa, l-aktar programm ta' ri\u010berka u innovazzjoni ambizzju\u017c li qatt tfassal.", "Dan se j\u017comm lill-UE fuq quddiem nett tar-ri\u010berka u l-innovazzjoni globali.", "It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea flimkien mat-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Re\u0121jonali tal-Kummissjoni g\u0127all-2019, li \u0121ew ippubblikati llum, juru li l-prestazzjoni tal-innovazzjoni fl-UE ilha titjieb g\u0127al erba' snin wara xulxin.", "G\u0127all-ewwel darba, l-innovazzjoni fl-Ewropa qed tisboq lil dik fl-Istati Uniti.", "Madankollu, l-UE qed tkompli taqa' lura meta mqabbla mal-\u0120appun u mal-Korea t'Isfel, u dan filwaqt li \u010b-\u010aina qed tirkupra b'rata mg\u0127a\u0121\u0121la.", "Id-data tikkumplimenta r-rakkomandazzjonijiet spe\u010bifi\u010bi g\u0127all-pajji\u017ci (CSRs) li saru ri\u010bentement mill-Kummissjoni fil-qafas tas-Semestru Ewropew, li jenfasizzaw ir-rwol tar-ri\u010berka u l-innovazzjoni u jinkludu rakkomandazzjonijiet biex jissa\u0127\u0127u t-tkabbir tal-produttivit\u00e0 u l-kompetittivit\u00e0.", "Il-klassifika tal-pajji\u017ci fit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea.", "Il-kolonni kkuluriti juru l-prestazzjoni tal-innovazzjoni fl-2018, is-singijiet orizzontali juru l-prestazzjoni fl-2017, u l-kolonni l-gri\u017ci juru l-prestazzjoni fl-2011, kollha huma relattivi mal-medja tal-UE fl-2011.", "El\u017cbieta Bie\u0144kowska, il-Kummissarju g\u0127as-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, stqarret: \u201cIt-Tabelli ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni tal-Kummissjoni jg\u0127inu lill-Istati Membri, lir-re\u0121juni u lill-UE b'mod \u0121enerali biex jidentifikaw f'liema oqsma hemm b\u017conn riformi tal-politika biex tissa\u0127\u0127a\u0127 il-po\u017cizzjoni tal-Ewropa b\u0127ala mexxejja tal-innovazzjoni.\u201d", "Carlos Moedas, il-Kummissarju g\u0127ar-Ri\u010berka, ix-Xjenza u l-Innovazzjoni, \u017cied jg\u0127id: \u201cL-innovazzjoni tfisser impjiegi u tkabbir fil-futur.", "Ninsab kuntent li qed nara progress \u0121enerali fl-UE.", "Minkejja dan, biex nibqg\u0127u fuq quddiem fit-tellieqa globali, kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri tag\u0127na je\u0127tie\u0121 li jkomplu jinvestu u ji\u017cviluppaw il-politiki t-tajba sabiex l-innovazzjoni tkompli tikber.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-Politika Re\u0121jonali, Corina Cre\u021bu, \u017ciedet: \u201cIl-fondi tal-politika ta' Koe\u017cjoni tal-UE huma mutur ewlieni g\u0127all-innovazzjoni u g\u0127all-i\u017cvilupp sostenibbli.", "In-negozji l-\u0121odda u l-intrapri\u017ci \u017cg\u0127ar jg\u0127inu biex jin\u0127olqu mudelli ta' negozju \u0121odda fis-settur di\u0121itali jew ekolo\u0121iku.", "Madankollu, i\u010b-\u010bentri tal-innovazzjoni jistg\u0127u jikbru wkoll f'pajji\u017ci b'ekonomiji inqas b'sa\u0127\u0127ithom, u dawn is-sejbiet jg\u0127inuna nappo\u0121\u0121jaw l-innovazzjoni f'ekosistemi re\u0121jonali, inklu\u017c f're\u0121juni inqas \u017cviluppati.\u201d", "It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea g\u0127all-2019: sejbiet ewlenin", "It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Re\u0121jonali g\u0127all-2019: sejbiet ewlenin", "It-Tabella ta' Valutazzjoni g\u0127all-2019 hija akkumpanjata bit-Tabella ta' Valutazzjoni Re\u0121jonali g\u0127all-2019.", "Din tipprovdi valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni tas-sistemi ta' innovazzjoni madwar 238 re\u0121jun ta' 23 Stat Membru tal-UE, filwaqt li \u010aipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Lussemburgu u Malta huma inklu\u017ci fil-livell tal-pajji\u017c.", "Barra minn hekk, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Re\u0121jonali tkopri wkoll re\u0121juni min-Norve\u0121ja, mis-Serbja u mill-I\u017cvizzera.", "L-aktar re\u0121juni innovattivi fl-UE huma Helsinki-Uusimaa, il-Finlandja segwita minn Stokkolma, l-I\u017cvezja u Hovedstaden, id-Danimarka.", "G\u0127al 159 re\u0121jun, il-prestazzjoni \u017cdiedet fil-perjodu ta 'osservazzjoni ta' disa 'snin.", "It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Re\u0121jonali ta' din is-sena turi konver\u0121enza b'sa\u0127\u0127itha fil-prestazzjoni re\u0121jonali bi tnaqqis fid-differenzi tal-prestazzjoni bejn ir-re\u0121juni.", "Kuntest", "Madwar \u017cew\u0121 terzi tat-tkabbir ekonomiku li se\u0127\u0127 fl-Ewropa matul dawn l-a\u0127\u0127ar de\u010bennji kien motivat mill-innovazzjoni.", "Kull ewro investit mill-programm Ewropew ta 'ri\u010berka u innovazzjoni Horizon Europe jista' potenzjalment ji\u0121\u0121enera qlig\u0127 sa \u20ac 11 tal-PGD fuq 25 sena.", "L-investimenti fir-ri\u010berka u l-innovazzjoni huma mistennija ji\u0121\u0121eneraw sa 100,000 impjieg \u0121did f'attivitajiet ta' ri\u010berka u innovazzjoni bejn l-2021 u l-2027.", "Id-data tat-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea u tat-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Re\u0121jonali tg\u0127in lill-Istati Membri, lir-re\u0121juni u lill-UE b'mod \u0121enerali biex jivvalutaw l-oqsma li fihom marru tajjeb u l-oqsma li fihom je\u0127tie\u0121u riformi tal-politika biex jippromwovu aktar l-innovazzjoni.", "Barra minn hekk, fil-qasam tal-anali\u017ci tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni ppre\u017centat ri\u010bentement ir-rakkomandazzjonijiet spe\u010bifi\u010bi g\u0127all-pajji\u017ci (CSRs) g\u0127all-2019 li jag\u0127tu gwida tal-politika ekonomika lill-Istati Membri kollha tal-UE g\u0127at-12 u t-18-il xahar li \u0121ejjin.", "Ir-ri\u010berka u l-innovazjoni kellhom post prominenti fir-Rakkomandazzjonijiet Spe\u010bifi\u010bi g\u0127all-Pajji\u017ci ta' din is-sena.", "G\u0127al aktar tag\u0127rif"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2994", "title": "Ostakli g\u0127all-kummer\u010b: hekk kif ji\u017cdied il-protezzjoni\u017cmu, l-UE qed tkompli tifta\u0127 is-swieq ta' esportazzjoni g\u0127all-kumpaniji Ewropej", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Sun, 16 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikat illum jikkonferma \u017c-\u017cieda kontinwa tal-ostakli li jiltaqg\u0127u mag\u0127hom il-kumpaniji Ewropej fis-swieq barranin.", "Bis-sa\u0127\u0127a tar-rispons qawwi tal-UE, 123 ostaklu b\u0127al dawn \u0121ew eliminati sa mill-bidu tal-mandat attwali tal-Kummissjoni, li ppermetta aktar minn EUR 6 biljun ta' esportazzjonijiet \u017cejda fl-2018.", "L-a\u0127\u0127ar edizzjoni tar-Rapport dwar l-Ostakoli g\u0127all-Kummer\u010b u l-Investiment (Trade and Investment Barriers Report \u2014 TIBR) jidentifika 45 ostaklu g\u0127all-kummer\u010b \u0121did stabbiliti f'pajji\u017ci barra l-UE fl-2018, u b'hekk l-g\u0127add totali la\u0127aq rekord ta' 425 mi\u017cura f'59 pajji\u017c differenti, li jiswew lin-negozji tal-UE biljuni ta' euro kull sena.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Kummer\u010b Cecilia Malmstr\u00f6m qalet: \u201cFil-kuntest kumpless li g\u0127andna llum b'g\u0127add dejjem jikber ta' tensjonijiet kummer\u010bjali u mi\u017curi protezzjonisti, l-UE g\u0127andha tibqa' tiddefendi l-interessi tal-kumpaniji tag\u0127ha fis-swieq globali.", "L-i\u017cgurar li r-regoli e\u017cistenti ji\u0121u rispettati huwa ta' importanza kbira.", "Bis-sa\u0127\u0127a ta' interventi ta' su\u010b\u010bess, 123 ostaklu li jfixklu l-opportunitajiet ta' esportazzjoni tal-UE tne\u0127\u0127ew sa minn meta \u0127adt il-kariga tieg\u0127i lejn l-a\u0127\u0127ar tal-2014.", "Meta na\u0127dmu fuq problemi spe\u010bifi\u010bi rappurtati mill-kumpaniji tag\u0127na, jirnexxielna nwasslu benefi\u010b\u010bji ekonomi\u010bi ekwivalenti f'valur g\u0127al dawk mi\u0121juba mill-ftehimiet kummer\u010bjali tal-UE.", "Dawn l-isforzi \u010bertament g\u0127andhom ikomplu.\u201d", "I\u010b-\u010aina u r-Russja qeg\u0127din fil-qu\u010b\u010bata tal-lista \u0121enerali, u \u017cammew rispettivament 37 u 34 mi\u017cura problematika ta' kummer\u010b.", "Il-ma\u0121\u0121oranza tal-impatt g\u0127all-esportazzjonijiet tal-UE \u0121ejja minn mi\u017curi introdotti mi\u010b-\u010aina, l-Istati Uniti, l-Indja u l-Al\u0121erija.", "Dawn jikkon\u010bernaw 80 % tal-esportazzjonijiet kollha tal-UE affettwati minn mi\u017curi \u0121odda u jiffukaw l-aktar fuq is-setturi tal-azzar, l-aluminju u t-Teknolo\u0121ija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT).", "L-isforzi tal-UE biex tinforza r-regoli kummer\u010bjali internazzjonali e\u017cistenti qed jipprovdu ri\u017cultati \u010bari.", "Filwaqt li tintervjeni f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u n-negozji tal-UE skont l-Istrate\u0121ija tal-UE g\u0127all-A\u010b\u010bess g\u0127as-Swieq imtejba, is-sena l-o\u0127ra l-Kummissjoni eliminat sa 35 ostaklu kummer\u010bjali, fost l-o\u0127rajn fi\u010b-\u010aina, il-\u0120appun, l-Indja u r-Russja.", "Dawn il-mi\u017curi kienu mifruxa fuq tmien setturi ewlenin tal-esportazzjoni u tal-investiment tal-UE, inklu\u017ci l-agrikoltura u s-sajd, il-karozzi, it-tessuti u l-\u0121ilda, l-inbejjed u l-ispirti, il-ko\u017cmeti\u010bi, il-prodotti minerali, il-partijiet tal-in\u0121enji tal-ajru u t-tag\u0127mir tal-ICT.", "Xi w\u0127ud minnhom affettwaw ukoll diversi setturi b'mod orizzontali.", "Ostakli g\u0127all-kummer\u010b u g\u0127all-investiment li \u0121ew eliminati fl-2018 kienu jinkludu, fost l-o\u0127rajn:", "Sfond", "L-infurzar tar-regoli tal-kummer\u010b internazzjonali \u0121ie identifikat b\u0127ala prijorit\u00e0 ewlenija fl-istrate\u0121ija \u201cKummer\u010b g\u0127al Kul\u0127add\u201d tal-Kummissjoni tal-2015.", "It-tne\u0127\u0127ija tal-ostakli kummer\u010bjali huwa kompitu ewlieni tal-Kummissjoni flimkien mal-enfasi aktar b'sa\u0127\u0127itha fuq l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummer\u010bjali tal-UE.", "Is-s\u0127ubija tal-UE g\u0127all-A\u010b\u010bess g\u0127as-Swieq imtejba g\u0127andha l-g\u0127an li ti\u017cgura li l-kumpaniji tag\u0127na jkunu jistg\u0127u jikkompetu f'kundizzjonijiet ekwi meta jkunu qed ifittxu opportunitajiet ta' esportazzjoni u investiment f'pajji\u017ci barra mill-Ewropa.", "Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-Ostakli g\u0127all-Kummer\u010b u l-Investiment \u0121ie ppubblikat kull sena sa mill-bidu tal-kri\u017ci ekonomika tal-2008, u huwa kompletament ibba\u017cat fuq l-ostakli g\u0127all-kummer\u010b u l-investiment fis-swieq barranin, irrapportati mill-kumpaniji Ewropej.", "Il-Kummissjoni nediet ukoll \u0120ranet ta' A\u010b\u010bess g\u0127as-Suq fi Stati Membri biex iqajmu kuxjenza fost kumpaniji i\u017cg\u0127ar dwar kif l-UE tista' tg\u0127in biex ji\u0121u indirizzati l-ostakoli li j\u0127abbtu wi\u010b\u010bhom mag\u0127hom.", "Fi ftit aktar minn 12-il xahar, saru avvenimenti ma' negozji lokali fid-Danimarka, Spanja, in-Netherlands, il-Litwanja, il-Portugall u Franza.", "Wara l-pubblikazzjoni tas-37 Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-UE fir-rigward tal-Antidumping, l-Antisussidji u ta' Salvagwardja fit-28 ta' Marzu 2019, dan huwa t-tieni rapport dwar l-infurzar ma\u0127ru\u0121 mill-Kummissjoni fl-2019.", "Rapport li jippre\u017centa progress fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummer\u010bjali tal-UE se ji\u0121i ppubblikat aktar tard din is-sena.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Rapport dwar l-Ostakli g\u0127all-Kummer\u010b u l-Investiment", "Skeda informattiva", "Lista ta' ostakli koperti fir-rapport", "Studji tal-ka\u017cijiet", "Link g\u0127all-Ba\u017ci ta' Data ta' A\u010b\u010bess g\u0127as-Suq biex ji\u0121u rrapportati l-ostakoli g\u0127all-kummer\u010b", "Is-37 Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-UE fir-rigward tal-Antidumping, l-Antisussidji u ta' Salvagwardja"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_21_266", "title": "Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet: Il-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENERGY,HEALTHPOL,PR-GREENDEAL", "date": "Thu, 04 Feb 2021 23:00:00 GMT", "text": ["Ix-xjenza u t-teknolo\u0121iji radjolo\u0121i\u010bi u dawk nukleari jipprovdu firxa wiesg\u0127a ta' benefi\u010b\u010bji g\u0127a\u010b-\u010bittadini tal-UE f'\u0127afna oqsma lil hinn mill-produzzjoni tal-ener\u0121ija nukleari, b'mod partikolari b'rabta mas-sa\u0127\u0127a tal-bniedem u l-\u0121lieda kontra l-kan\u010ber.", "L-u\u017ci medi\u010bi ta' dawn it-teknolo\u0121iji huma ta' benefi\u010b\u010bju g\u0127all-pazjenti fl-Ewropa kollha.", "L-Ewropa hija l-fornitur dinji ewlieni ta' isotopi radjoattivi medi\u010bi u hi minn ta' quddiem nett fid-dinja fl-i\u017cvilupp tad-dijanjostika u tat-trattamenti radjolo\u0121i\u010bi.", "Konna fit-tmun ukoll fl-istabbiliment ta' standards u ta' le\u0121i\u017clazzjoni g\u0127all-kwalit\u00e0 u g\u0127as-sikurezza fir-radjolo\u0121ija, fir-radjoterapija u fil-medi\u010bina nukleari.", "Il-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA, l-A\u0121enda Strate\u0121ika g\u0127all-Applikazzjonijiet Medi\u010bi tar-Radjazzjoni Jonizzanti, huwa l-ewwel pjan komprensiv tag\u0127na biex tittie\u0127ed azzjoni sabiex ji\u0121i appo\u0121\u0121at l-u\u017cu sikur, ta' kwalit\u00e0 g\u0127olja u ekwu tat-teknolo\u0121ija radjolo\u0121ika u dik nukleari fil-kura tas-sa\u0127\u0127a \u2014 pjan li se jibni fuq il-kisbiet imsemmija hawn fuq u se jwitti t-triq g\u0127all-azzjoni kkoordinata futura tal-UE.", "Il-Pjan iwie\u0121eb g\u0127as-sej\u0127a tal-Kunsill tal-UE li ji\u0121i propost pjan ta' dan it-tip biex ji\u0121i \u017cgurat li \u010b-\u010bittadini tal-UE jkollhom a\u010b\u010bess g\u0127al teknolo\u0121iji radjolo\u0121i\u010bi u dawk nukleari ta' kwalit\u00e0 g\u0127olja fil-qasam tal-medi\u010bina, bl-og\u0127la standards tas-sikurezza.", "G\u0127andu wkoll l-g\u0127an li jtejjeb il-koordinazzjoni tal-UE f'dan il-qasam u li jiggwida l-u\u017cu komplementari tal-programmi u tal-istrumenti tal-UE dwar l-Ener\u0121ija, is-Sa\u0127\u0127a u r-Ri\u010berka.", "Il-Pjan ifittex li jnaqqas l-inugwaljanzi fl-Istati Membri u bejniethom permezz ta' titjib fid-disponibbilt\u00e0 tal-forza tax-xog\u0127ol, fil-kultura tas-sikurezza tar-radjazzjoni, fl-edukazzjoni u fit-ta\u0127ri\u0121.", "Il-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA fih mi\u017curi fi tliet oqsma ta' prijorit\u00e0: (i) l-i\u017cgurar tal-provvista ta' isotopi radjoattivi medi\u010bi, (ii) it-titjib tal-kwalit\u00e0 u tas-sikurezza tar-radjazzjoni fil-qasam tal-medi\u010bina, u (iii) l-iffa\u010bilitar tal-innovazzjoni u tal-i\u017cvilupp teknolo\u0121iku tal-applikazzjonijiet medi\u010bi tar-radjazzjoni jonizzanti.", "Fost azzjonijiet o\u0127ra, jinkludi:", "It-teknolo\u0121iji radjolo\u0121i\u010bi u dawk nukleari huma indispensabbli fil-\u0121lieda kontra l-kan\u010ber.", "Dawn jikkontribwixxu b'mod sinifikanti g\u0127all-istadji kollha tal-kura tal-pazjenti bil-kan\u010ber, inklu\u017ci s-sejbien minn kmieni tal-marda, id-dijanjo\u017ci, it-trattament u l-kura palljattiva.", "Il-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA se jappo\u0121\u0121a bosta mill-objettivi tal-Pjan Ewropew biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber:", "Varjet\u00e0 ta' teknolo\u0121iji nukleari u tar-radjazzjoni jaqdu rwol ewlieni fil-\u0121lieda kontra l-kan\u010ber:", "Je\u0127tie\u0121 li ti\u0121i \u017cgurata l-provvista tal-isotopi radjoattivi medi\u010bi fuq perjodu medju sa twil, sabiex jin\u017camm l-a\u010b\u010bess tal-pazjenti tal-UE g\u0127al pro\u010beduri medi\u010bi vitali u sabiex ji\u0121i appo\u0121\u0121at l-i\u017cvilupp ta' trattamenti \u0121odda biex jg\u0127inu fil-\u0121lieda kontra l-kan\u010ber.", "Il-ktajjen tal-produzzjoni tal-isotopi radjoattivi jiddependu fuq materja prima li mhix fa\u010bilment disponibbli fl-UE u li je\u0127tie\u0121 li ti\u0121i importata minn stokkijiet jew minn produzzjoni limitati f'pajji\u017ci terzi.", "Ir-reatturi tar-ri\u010berka tal-UE li kienu jipprodu\u010bu isotopi radjoattivi medi\u010bi qed jiqdiemu u se jkollhom b\u017conn ji\u0121u sostitwiti sal-2030 biex ji\u0121u evitati skarsezzi ta' isotopi radjoattivi.", "Dan se jirrikjedi investiment sinifikanti i\u017cda jo\u0127loq ukoll opportunitajiet g\u0127al titjib fl-effi\u010bjenza u fis-sostenibbilt\u00e0 permezz tal-innovazzjoni teknolo\u0121ika fil-katina tal-provvista tal-isotopi radjoattivi.", "Wara l-kri\u017ci tal-2009-2010 fil-provvista tal-isotopi radjoattivi, l-UE indirizzat din il-kwistjoni f'Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2010 u fil-konklu\u017cjonijiet tal-Kunsill, li pproponew sett ta' prin\u010bipji u ta' azzjonijiet biex ti\u0121i \u017cgurata l-produzzjoni sostenibbli tal-isotopi radjoattivi fl-UE.", "B'rispons g\u0127al dan, il-Kummissjoni u l-partijiet ikkon\u010bernati tal-industrija stabbilew b'mod kon\u0121unt Osservatorju Ewropew dwar il-Provvista ta' Isotopi Radjoattivi Medi\u010bi biex ti\u0121i appo\u0121\u0121ata l-kontinwit\u00e0 tal-provvista tal-isotopi radjoattivi medi\u010bi.", "L-UE pprovdiet assistenza finanzjarja g\u0127al pro\u0121etti rilevanti, inklu\u017ci fondi g\u0127ar-ri\u010berka tal-Euratom g\u0127al pro\u0121etti u g\u0127al fjuwils tar-reatturi tar-ri\u010berka, u g\u0127al pro\u0121etti tal-isotopi radjoattivi mill-Fond Ewropew g\u0127all-I\u017cvilupp Re\u0121jonali u mill-Bank Ewropew tal-Investiment.", "Il-Kummissjoni ppromwoviet diversi studji u organizzat laqg\u0127at mal-partijiet ikkon\u010bernati biex tag\u0127ti informazzjoni dwar l-azzjonijiet proposti fil-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA.", "It-Trattat Euratom jiddefinixxi l-kompetenza tal-UE g\u0127as-sa\u0127\u0127a u s-sikurezza fir-rigward tar-radjazzjoni jonizzanti.", "G\u0127alhekk, l-Unjoni stabbiliet qafas legali ambizzju\u017c f'dan il-qasam, mag\u0127ruf b\u0127ala d-Direttiva li tistabbilixxi \u201cStandards Ba\u017ci\u010bi tas-Sikurezza\u201d (BSS).", "Id-Direttiva BSS hija xprun ewlieni g\u0127all-kwalit\u00e0 u g\u0127as-sikurezza tal-applikazzjonijiet medi\u010bi tar-radjazzjoni jonizzanti fl-Istati Membri u fil-prattika medika ta' kuljum.", "L-a\u0121\u0121ornament tal-2013 ta' dan il-qafas \u0121ab mieg\u0127u diversi bidliet importanti li jibbenefikaw minnhom il-pazjenti u l-persunal mediku tal-UE.", "Il-Kummissjoni tappo\u0121\u0121a u tippubblika linji gwida g\u0127all-implimentazzjoni tad-Direttiva BSS fil-medi\u010bina.", "L-i\u017cviluppi le\u0121i\u017clattivi rigward l-apparati medi\u010bi, kif ukoll il-linji gwida tal-UE dwar l-iskrinjar tal-kan\u010ber tas-sider huma rilevanti \u0127afna wkoll g\u0127all-kwalit\u00e0 u g\u0127as-sikurezza tal-applikazzjonijiet radjolo\u0121i\u010bi medi\u010bi.", "Il-Kummissjoni qed tikkoopera wkoll ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, ma' regolaturi Ewropej u ma' organizzazzjonijiet professjonali fil-qafas ta' diversi inizjattivi f'dan il-qasam.", "G\u0127al iktar informazzjoni", "Stqarrija g\u0127all-istampa \u2013 IP/21/265", "Skeda informattiva \u2013FS/21/268"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_265", "title": "Il-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA: It-teknolo\u0121ija radjolo\u0121ika u nukleari tappo\u0121\u0121a l-Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENERGY,HEALTHPOL,PR-GREENDEAL", "date": "Thu, 04 Feb 2021 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni ppre\u017centat il-Pjan ta' Azzjoni tag\u0127ha msejja\u0127 SAMIRA \u2013 l-A\u0121enda Strate\u0121ika g\u0127all-Applikazzjonijiet Medi\u010bi tar-Radjazzjoni Jonizzanti.", "Il-Pjan se jtejjeb il-koordinazzjoni tal-UE, se ji\u017cgura li t-teknolo\u0121iji radjolo\u0121i\u010bi u dawk nukleari jkomplu jkunu ta' benefi\u010b\u010bju g\u0127as-sa\u0127\u0127a ta\u010b-\u010bittadini tal-UE, u se jikkontribwixxi g\u0127all-\u0121lieda kontra l-kan\u010ber u mard ie\u0127or.", "Dan il-Pjan ta' Azzjoni huwa l-ewwel segwitu g\u0127all-Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber, adottat mill-Kummissjoni fit-3 ta' Frar.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Ener\u0121ija, Kadri Simson, stqarret: \u201cIl-pandemija attwali fakkritna lkoll dwar l-importanza tas-sa\u0127\u0127a u l-\u0127tie\u0121a li nag\u0127mlu dak kollu li nistg\u0127u biex in\u017cidu l-benesseri ta\u010b-\u010bittadini tag\u0127na.", "L-u\u017cu mediku sikur tat-teknolo\u0121ija radjolo\u0121ika u ta' dik nukleari huwa g\u0127odda utli \u0127afna fl-arsenal tag\u0127na u di\u0121\u00e0 qed ikun ta' benefi\u010b\u010bju g\u0127al mijiet ta' miljuni ta' pazjenti madwar l-Ewropa.", "Dan il-Pjan ta' Azzjoni se ji\u017cgura li l-UE tibqa' l-mexxej globali fil-provvista tal-isotopi radjoattivi medi\u010bi u fl-i\u017cvilupp ta' dijanjostika u ta' trattamenti radjolo\u0121i\u010bi, filwaqt li tapplika l-og\u0127la standards tal-kwalit\u00e0 u tas-sikurezza.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127as-Sa\u0127\u0127a u s-Sikurezza Alimentari, Stella Kyriakides, qalet: \u201cPermezz tal-Pjan Ewropew biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber, se nie\u0127du azzjoni biex ni\u017cguraw li nag\u0127mlu iktar skrinjar, u li nag\u0127mlu skrinjar a\u0127jar.", "U biex nag\u0127mlu dan, je\u0127tie\u0121 li jkollna teknolo\u0121ija tar-radjazzjoni li tkun sikura u ta' kwalit\u00e0 g\u0127olja.", "L-imma\u0121nijiet radjolo\u0121i\u010bi huma indispensabbli g\u0127ad-detezzjoni u g\u0127ad-dijanjo\u017ci bikrin tal-kan\u010ber, filwaqt li iktar minn nofs il-pazjenti bil-kan\u010ber issirilhom ir-radjoterapija.", "Huma element li dejjem ikun pre\u017centi fil-\u0127ajja ta' pazjent bil-kan\u010ber.", "Il-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA huwa l-ewwel ri\u017cultat tag\u0127na fil-qafas tal-Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber, u huwa e\u017cempju e\u010b\u010bellenti ta' kollaborazzjoni bejn il-komunitajiet tal-ener\u0121ija, tas-sa\u0127\u0127a u tar-ri\u010berka.\u201d", "Il-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA ji\u017cgura li \u010b-\u010bittadini tal-UE jkollhom a\u010b\u010bess g\u0127al teknolo\u0121iji radjolo\u0121i\u010bi u nukleari ta' kwalit\u00e0 g\u0127olja fil-qasam tal-medi\u010bina bl-og\u0127la standards tas-sikurezza.", "Il-Pjan jiddefinixxi azzjonijiet u mi\u017curi fi tliet oqsma ewlenin: (i) l-i\u017cgurar tal-provvista ta' isotopi radjoattivi medi\u010bi, (ii) it-titjib tal-kwalit\u00e0 u tas-sikurezza tar-radjazzjoni fil-qasam tal-medi\u010bina, u (iii) l-iffa\u010bilitar tal-innovazzjoni u tal-i\u017cvilupp teknolo\u0121iku tal-applikazzjonijiet medi\u010bi tar-radjazzjoni jonizzanti.", "L-azzjonijiet jinkludu:", "Sfond", "Hemm varjet\u00e0 ta' teknolo\u0121iji nukleari u tar-radjazzjoni li jaqdu rwol ewlieni fil-\u0121lieda kontra l-kan\u010ber.", "Il-mammografija, it-tomografija kompjuterizzata u forom o\u0127ra ta' imma\u0121nijiet radjolo\u0121i\u010bi huma teknolo\u0121iji indispensabbli g\u0127all-istadji kollha tal-\u0121estjoni tal-kan\u010ber.", "Ir-radjoterapija hija fost l-iktar trattamenti tal-kan\u010ber effettivi, effi\u010bjenti u u\u017cati li l-pazjenti u t-tobba g\u0127andhom g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tag\u0127hom.", "Il-medi\u010bina nukleari tintu\u017ca regolarment g\u0127ad-dijanjo\u017ci u g\u0127as-segwitu tal-kan\u010ber, u qed issir dejjem iktar disponibbli g\u0127at-trattament tal-kan\u010ber.", "Permezz tan-network tal-provvista uniku tag\u0127ha, tal-i\u017cviluppi teknolo\u0121i\u010bi innovattivi u tal-impenn qawwi fir-ri\u010berka klinika, l-Ewropa taqdi rwol \u010bentrali fil-qasam tal-medi\u010bina nukleari.", "L-UE hija l-fornitur ewlieni ta' isotopi radjoattivi medi\u010bi fid-dinja, b'sehem mis-suq ta' iktar minn 60 % g\u0127al u\u0127ud mill-isotopi radjoattivi li jintu\u017caw l-iktar.", "U\u0127ud mill-iktar \u017cviluppi farma\u010bewti\u010bi u klini\u010bi importanti re\u010benti fit-trattament tal-kan\u010ber permezz tal-medi\u010bina nukleari ori\u0121inaw fl-UE.", "L-azzjonijiet u l-inizjattivi tal-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA huma bba\u017cati fuq il-qafas le\u0121i\u017clattiv e\u017cistenti.", "Il-Pjan ta' Azzjoni se ji\u0121i implimentat permezz ta' strumenti u ta' programmi fl-oqsma tal-Ener\u0121ija, is-Sa\u0127\u0127a u r-Ri\u010berka u l-Innovazzjoni.", "G\u0127al Iktar Informazzjoni", "Il-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA", "Mistoqsijiet u twe\u0121ibiet", "Skeda informattiva", "Il-pa\u0121na web dwar l-u\u017ci medi\u010bi tar-radjazzjoni", "Il-Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_21_401", "title": "Dikjarazzjoni Kon\u0121unta fid-dawl tal-Jum Internazzjonali ta' Tolleranza \u017bero g\u0127all-Mutilazzjoni \u0120enitali Femminili", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,RESINSC", "date": "Thu, 04 Feb 2021 23:00:00 GMT", "text": ["Fid-dawl tal-Jum Internazzjonali ta' Tolleranza \u017bero g\u0127all-Mutilazzjoni \u0120enitali Femminili, fis-6 ta' Frar 2021, ir-Rappre\u017centant G\u0127oli tal-Unjoni g\u0127all-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurt\u00e0/il-Vi\u010bi President tal-Kummissjoni Josep Borrell Fontelles, il-Vi\u010bi President g\u0127all-Valuri u t-Trasparenza, V\u011bra Jourov\u00e1,, il-Vi\u010bi President g\u0127ad-Demokrazija u d-Demografija, Dubravka \u0160uica, il-Kummissarju g\u0127all-Ugwaljanza, Helena Dalli, u l-Kummissarju g\u0127as-S\u0127ubijiet Internazzjonali, Jutta Urpilainen, ing\u0127aqdu flimkien biex jaffermaw mill-\u0121did l-impenn b'sa\u0127\u0127tu tal-UE li tinqered il-mutilazzjoni \u0121enitali femminili madwar id-dinja u g\u0127amlu d-dikjarazzjoni li \u0121ejja:", "\u201cL-ebda mara jew tifla m'g\u0127andha ssofri mill-vjolenza.", "Il-mutilazzjoni \u0121enitali femminili (M\u0120F) hija ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u att ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet.", "Huwa stmat li aktar minn 200 miljun mara u tifla madwar id-dinja sofrew mill-M\u0120F.", "Fl-Ewropa jg\u0127ixu mill-inqas 600,000 mara u tifla bil-konsegwenzi tal-M\u0120F, \u0127afna drabi b'effett serju fuq is-sa\u0127\u0127a u l-benessri tag\u0127hom, kif ukoll b'periklu g\u0127al \u0127ajjithom.", "Min\u0127abba l-COVID-19 kien hemm tfixkil fil-programmi ta' prevenzjoni, u l-progress biex din il-prattika fa\u0127xija titnaqqas kien imminat serjament.", "Kull pass lura jpo\u0121\u0121i eluf ta' nisa u bniet f'riskju.", "Il-M\u0120F ma tistax ti\u0121i \u0121\u0121ustifikata b\u0127ala prattika kulturali jew tradizzjonali \u2014 hija reat u ksur tad-drittijiet tal-bniedem.", "\u0126afna nies u komunitajiet m'g\u0127adhomx jipprattikaw il-M\u0120F.", "Il-bidla hija possibbli u qed isse\u0127\u0127.", "Il-prevenzjoni tal-vjolenza abba\u017ci tal-\u0121eneru u l-protezzjoni tas-superstiti huma fil-qalba tal-politika tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza.", "B'mod konformi mal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020\u20132024, mal-Istrate\u0121ija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-\u0120eneri 2020\u20132025 u mal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi IIIa\u0127na impenjatili nintensifikaw l-azzjonijiet tag\u0127na biex intemmu l-M\u0120F fl-Ewropa u madwar id-dinja.", "G\u0127al dan il-g\u0127an ng\u0127inu lis-superstiti u na\u0127dmu mag\u0127hom, mal-familji u mal-komunitajiet affettwati, mal-esperti u ma' dawk li jfasslu l-politika, biex intemmu l-M\u0120F.", "Din is-sena se nippre\u017centaw ukoll proposta g\u0127all-prevenzjoni u biex ni\u0121\u0121ieldu forom spe\u010bifi\u010bi ta' vjolenza abba\u017ci tal-\u0121eneru, u Rakkomandazzjoni spe\u010bifika g\u0127all-prevenzjoni ta' prattiki dannu\u017ci.", "L-Istrate\u0121ija li jmiss tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal tag\u0127mel rakkomandazzjonijiet konkreti ulterjuri biex tipprevjeni b'mod effettiv u teqred il-M\u0120F, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha.", "Kemm in-nisa kif ukoll l-ir\u0121iel g\u0127andhom rwol kru\u010bjali fil-qerda tal-M\u0120F.", "Xejn ma jista' ji\u0121\u0121ustifika din il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, u \u0127add m'g\u0127andu jibqa' sieket.", "G\u0127adna impenjati aktar minn qatt qabel biex intemmu l-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa.", "Ma nistg\u0127ux nistennew.", "Dan hu d-dmir tag\u0127na fil-konfront ta' kull mara u tifla f'riskju.\u201d", "Sfond", "Il-mutilazzjoni \u0121enitali femminili (M\u0120F) tinkludi l-pro\u010beduri kollha li jinvolvu t-tne\u0127\u0127ija parzjali jew totali tal-\u0121enitali esterni femminili jew \u0127sara o\u0127ra lill-organi \u0121enitali femminili g\u0127al ra\u0121unijiet mhux medi\u010bi, kif definit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a.", "Il-M\u0120F hija kwistjoni dinjija li te\u017cisti anke fl-Ewropa.", "Huwa stmat li fi 13-il pajji\u017c Ewropew hemm 180,000 tifla li huma f'riskju ta' mutilazzjoni filwaqt li 600,000 mara qed jg\u0127ixu bil-konsegwenzi tal-M\u0120F fl-Ewropa.", "Il-M\u0120F titwettaq b'motivazzjonijiet \u017cbaljati g\u0127al diversi ra\u0121unijiet kulturali, reli\u0121ju\u017ci jew so\u010bjali fuq bniet \u017cg\u0127ar bejn l-infanzja u l-et\u00e0 ta' 15-il sena.", "Il-M\u0120F tikkostitwixxi forma ta' abbu\u017c tat-tfal u vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; hija g\u0127andha konsegwenzi fi\u017ci\u010bi u psikolo\u0121i\u010bi gravi kemm fuq \u017cmien qasir kif ukoll fit-tul.", "Skont il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-\u0120lieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika hi me\u0127tie\u0121a l-kriminalizzazzjoni tal-M\u0120F.", "Il-Konvenzjoni \u0121iet iffirmata mill-Istati Membri kollha u sa issa \u0121iet ratifikata minn 21 Stat Membru.", "Il-Kummissjoni qed ta\u0127dem mal-Kunsill g\u0127all-ade\u017cjoni tal-UE g\u0127all-Konvenzjoni.", "Jekk il-Konvenzjoni ta' Istanbul tibqa' blokkata fil-Kunsill, il-Kummissjoni fl-2021 tressaq proposta \u0121dida biex tipprevjeni u ti\u0121\u0121ieled il-vjolenza abba\u017ci tal-\u0121eneru.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipproponi li l-lista ta' reati b'dimensjoni Ewropea ti\u0121i esti\u017ca bil-forom kollha ta' reat ta' mibeg\u0127da u diskors ta' mibeg\u0127da.", "Anke l-Konvenzjoni tan-NU tal-1989 dwar id-drittijiet tat-tfal, li jiffurmaw parti minnha l-Istati Membri kollha, tikkundanna l-M\u0120F b\u0127ala forma ta' vjolenza kontra n-nisa.", "L-Unjoni Ewropea tibqa' impenjata lejn l-implimentazzjoni s\u0127i\u0127a tal-A\u0121enda 2030 g\u0127all-I\u017cvilupp Sostenibbli, li tindirizza l-M\u0120F permezz tal-G\u0127an numru 5 tag\u0127ha dwar l-Ugwaljanza bejn il-\u0121eneri u l-mira spe\u010bifika 5.3 tag\u0127ha dwar l-eliminazzjoni ta' prattiki dannu\u017ci.", "Fil-kuntest ta' azzjoni esterna u l-kooperazzjoni g\u0127all-i\u017cvilupp, il-qerda tal-M\u0120F tibqa' azzjoni \u010bentrali fil-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020\u20132024 u l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2021\u20132025.", "Dan hu rifless f'azzjonijiet konkreti, pere\u017cempju permezz ta' appo\u0121\u0121 lill-Programm Kon\u0121unt ta' UNFPA/UNICEF g\u0127all-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni \u0121enitali femminili permezz tal-inizjattiva re\u0121jonali Spotlight Africa, fejn \u0121ew iddedikati \u20ac10 miljun g\u0127all-\u0121lieda kontra l-prattika fi 18-il pajji\u017c s\u0127ab.", "Il-Kummissjoni qed tippjana biex tippre\u017centa proposta le\u0121i\u017clattiva g\u0127all-prevenzjoni u g\u0127all-\u0121lieda kontra forom spe\u010bifi\u010bi ta' vjolenza abba\u017ci tal-\u0121eneru.", "Il-Kummissjoni se tipproponi wkoll Rakkomandazzjoni spe\u010bifika g\u0127all-prevenzjoni ta' prattiki dannu\u017ci.", "Barra minn hekk, l-UE tkompli tipprovdi finanzjament permezz tal-ferg\u0127a Daphne tal-programmi tal-UE g\u0127al pro\u0121etti li g\u0127andhom l-g\u0127an li ji\u0121\u0121ieldu l-vjolenza abba\u017ci tal-\u0121eneru, inklu\u017ca l-M\u0120F.", "L-istrate\u0121ija li jmiss tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal tkopri kemm l-azzjoni interna kif ukoll dik esterna.", "Tinkludi azzjonijiet g\u0127all-prevenzjoni u r-rispons g\u0127all-vjolenza kontra t-tfal, kemm fl-azzjonijiet interni kif esterni tal-UE.", "Il-Patt \u0120did dwar il-Migrazzjoni u l-A\u017cil imressaq mill-Kummissjoni f'Settembru 2020 g\u0127andu wkoll l-g\u0127an li jsa\u0127\u0127a\u0127 is-salvagwardji ta' protezzjoni disponibbli g\u0127al persuni bi b\u017connijiet spe\u010bjali, u ji\u017cgura l-eli\u0121ibbilt\u00e0 g\u0127all-protezzjoni internazzjonali g\u0127an-nisa u l-bniet b'bi\u017ca' ta' persekuzzjoni jew li jiffa\u010b\u010bjaw ir-riskju li jisfaw vittmi tal-M\u0120F.", "G\u0127al Iktar Informazzjoni", "Sabiex wie\u0127ed isir jaf aktar dwar il-mutilazzjoni \u0121enitali femminili u dak li qieg\u0127da tag\u0127mel l-Unjoni Ewropea biex telimina din il-prattika, ara l-Q&A.", "Ri\u010berka mill-Istitut Ewropew g\u0127all-Ugwaljanza bejn is-Sessi dwar il-prevalenza tal-mutilazzjoni \u0121enitali femminili fl-Unjoni Ewropea u studju dwar il-prevalenza tal-M\u0120F fil-Bel\u0121ju, il-Gre\u010bja, Franza, l-Italja, \u010aipru u Malta.", "Studju dwar il-M\u0120F: More girls at risk but community opposition growing"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_206", "title": "Il-Kummissjoni tifta\u0127 pro\u010beduri ta' ksur kontra 24 Stat Membru talli ma ttrasponewx regoli \u0121odda tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG,PR-DIGITAL", "date": "Wed, 03 Feb 2021 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni fet\u0127et pro\u010beduri ta' ksur kontra 24 Stat Membru talli ma ppromulgawx regoli \u0121odda tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni.", "Il-Kodi\u010bi Ewropew g\u0127all-Komunikazzjonijiet Elettroni\u010bi jimmodernizza l-qafas regolatorju Ewropew g\u0127all-komunikazzjoni elettronika, sabiex isa\u0127\u0127a\u0127 l-g\u0127a\u017cliet u d-drittijiet tal-konsumaturi, pere\u017cempju billi ji\u017cgura kuntratti iktar \u010bari, servizzi ta' kwalit\u00e0, u swieq kompetittivi g\u0127all-konsumaturi.", "Il-Kodi\u010bi ji\u017cgura wkoll standards og\u0127la tas-servizzi tal-komunikazzjoni, inklu\u017c dawk tal-komunikazzjoni ta' emer\u0121enza iktar effi\u010bjenti u a\u010b\u010bessibbli.", "Barra minn hekk, jippermetti lill-operaturi jibbenefikaw minn regoli li jin\u010bentivaw l-investimenti f'networks b'kapa\u010bit\u00e0 g\u0127olja \u0127afna kif ukoll minn iktar prevedibbilt\u00e0 regolatorja, u dan iwassal g\u0127al servizzi u infrastrutturi di\u0121itali iktar innovattivi.", "L-iskadenza g\u0127at-traspo\u017cizzjoni tal-Kodi\u010bi fil-le\u0121i\u017clazzjoni nazzjonali kienet il-21 ta' Di\u010bembru 2020.", "Sa issa, il-Gre\u010bja, l-Ungerija u l-Finlandja biss innotifikaw lill-Kummissjoni li huma adottaw il-mi\u017curi kollha me\u0127tie\u0121a g\u0127at-traspo\u017cizzjoni tad-Direttiva, u g\u0127aldaqstant iddikjaraw li t-traspo\u017cizzjoni tag\u0127hom kienet kompluta.", "G\u0127alhekk, il-Kummissjoni bag\u0127tet ittri ta' intimazzjoni lill-Bel\u0121ju, lill-Bulgarija, li\u010b-\u010aekja, lid-Danimarka, lill-\u0120ermanja, lill-Estonja, lill-Irlanda, lil Spanja, lil Franza, lill-Kroazja, lill-Italja, lil \u010aipru, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil-Lussemburgu, lil Malta, lin-Netherlands, lill-Awstrija, lill-Polonja, lill-Portugall, lir-Rumanija, lis-Slovenja, lis-Slovakkja u lill-I\u017cvezja u talbithom jadottaw u jinnotifikaw il-mi\u017curi rilevanti.", "L-Istati Membri g\u0127andhom xahrejn biex jirrispondu.", "Il-Kodi\u010bi Ewropew g\u0127all-Komunikazzjonijiet Elettroni\u010bi, li ja\u0121\u0121orna l-qafas regolatorju li jirregola s-settur Ewropew tat-telekomunikazzjoni mal-isfidi l-\u0121odda, da\u0127al fis-se\u0127\u0127 f'Di\u010bembru 2018, u l-Istati Membri kellhom sentejn biex jimplimentaw ir-regoli tieg\u0127u.", "Il-Kodi\u010bi huwa le\u0121i\u017clazzjoni \u010bentrali biex naslu g\u0127al so\u010bjet\u00e0 Ewropea tal-Gigabits u biex ti\u0121i \u017cgurata l-parte\u010bipazzjoni s\u0127i\u0127a ta\u010b-\u010bittadini kollha tal-UE fl-ekonomija u fis-so\u010bjet\u00e0 di\u0121itali.", "Sabiex tappo\u0121\u0121a lill-Istati Membri jittrasponu d-Direttiva fil-li\u0121i nazzjonali, il-Kummissjoni kienet qed timmonitorja l-pro\u010bess tat-traspo\u017cizzjoni u kienet qed tipprovdilhom gwida u assistenza estensiva.", "Barra minn hekk, il-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroni\u010bi (BEREC) \u017cviluppa u ppubblika linji gwida sabiex ikunu ta' g\u0127ajnuna g\u0127al su\u010b\u010bess fl-implimentazzjoni tar-regoli l-\u0121odda.", "F'konformit\u00e0 mal-Kodi\u010bi, f'Di\u010bembru 2020 il-Kummissjoni adottat il-le\u0121i\u017clazzjoni li \u0121ejja biex issa\u0127\u0127a\u0127 il-kompetizzjoni, l-armonizzazzjoni regolatorja u l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni g\u0127all-atturi kollha tas-suq, filwaqt li tipprote\u0121i lill-konsumaturi u tippermetti rati \u0121usti u offerti varjati g\u0127as-servizzi tal-internet u tat-telefon.", "Skeda informattiva dwar il-Kodi\u010bi Ewropew g\u0127all-Komunikazzjonijiet Elettroni\u010bi", "Il-Kodi\u010bi Ewropew g\u0127all-Komunikazzjonijiet Elettroni\u010bi", "Konnettivit\u00e0 g\u0127al so\u010bjet\u00e0 Ewropea tal-Gigabits", "Regoli \u0121odda tal-UE g\u0127at-telekomunikazzjoni: l-a\u0127\u0127ar azzjonijiet qabel l-iskadenza tat-traspo\u017cizzjoni \u2013 Stqarrija g\u0127all-istampa"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_21_344", "title": "Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet: Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Tue, 02 Feb 2021 23:00:00 GMT", "text": ["G\u0127aliex qed tippre\u017centa l-Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber issa?", "Fl-2020, 2.7 miljun persuna \u0121ew dijanjostikati bil-kan\u010ber u 1.3 miljun persuna o\u0127ra tilfu \u0127ajjithom fl-Unjoni Ewropea.", "Minbarra li jikkaw\u017ca tbatija fi\u017cika u emozzjonali kbira g\u0127all-pazjenti u g\u0127al dawk ta' madwarhom, il-kan\u010ber iqieg\u0127ed pi\u017c kbir fuq is-sistemi tas-sa\u0127\u0127a tag\u0127na, fuq l-ekonomija tag\u0127na, u fuq is-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na.", "L-impatt ekonomiku globali tal-kan\u010ber fl-Ewropa huwa stmat li huwa ta' aktar minn EUR 100 biljun fis-sena.", "B'kollox, l-Ewropa tirrappre\u017centa g\u0127axra fil-mija tal-popolazzjoni tad-dinja, i\u017cda kwart tal-ka\u017cijiet tal-kan\u010ber fid-dinja.", "Sal-2035 il-ka\u017cijiet tal-kan\u010ber mistennija ji\u017cdiedu bi kwa\u017ci 25 %, u dan jag\u0127mlu l-kaw\u017ca ewlenija tal-imwiet fl-UE.", "Dawn i\u010b-\u010bifri jenfasizzaw il-\u0127tie\u0121a tal-UE li \u017c\u017cid il-\u0127idma tag\u0127ha fuq il-kan\u010ber permezz ta' politiki konkreti.", "Barra minn hekk, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt serju fuq il-kura tal-kan\u010ber, billi fixklet il-prevenzjoni u t-trattament, \u0127olqot dewmien fid-dijanjo\u017ci, u affettwat l-a\u010b\u010bess g\u0127all-medi\u010bini.", "L-UE mhix di\u0121\u00e0 qed ta\u0121ixxi fuq il-kan\u010ber?", "L-UE fil-fatt ilha ta\u0127dem g\u0127al g\u0127exieren ta' snin biex tindirizza l-kan\u010ber.", "L-azzjonijiet tag\u0127ha jinkludu l-kontroll tat-tabakk u l-protezzjoni minn sustanzi perikolu\u017ci, li di\u0121\u00e0 kkontribwew biex ji\u0121u salvati u mtawla l-\u0127ajjiet.", "Madankollu, l-a\u0127\u0127ar pjan ta' azzjoni Ewropew kontra l-kan\u010ber \u0121ie \u017cviluppat fil-bidu tas-snin 90.", "Minn dak i\u017c-\u017cmien 'il hawn, l-inizjattivi dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kan\u010ber inkludew l-Inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Kan\u010ber tas-Sider (ECIBC) u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar il-Kan\u010ber (ECIS), it-tnejn ikkoordinati mi\u010b-\u010aentru Kon\u0121unt tar-Ri\u010berka.", "Il-programm tas-Sa\u0127\u0127a kkontribwixxa wkoll g\u0127al azzjonijiet kon\u0121unti dwar is-S\u0127ubija Ewropea (EPAAC), il-kontroll komprensiv tal-kan\u010ber (CANCON), is-S\u0127ubija Innovattiva g\u0127all-Azzjoni kontra l-Kan\u010ber (iPAAC) u l-Kodi\u010bi Ewropew Kontra l-Kan\u010ber (ECAC).", "Fi\u017c-\u017cmien li g\u0127adda minn meta \u0121ew imnedija dawk l-inizjattivi, id-dinja rat progress kbir fit-trattament tal-kan\u010ber.", "Il-medi\u010bina personalizzata \u2013 imfassla g\u0127al sitwazzjonijiet u \u0127ti\u0121ijiet individwali \u2013 biddlet il-pronjo\u017ci tal-pazjenti b'mod radikali.", "Sadanittant, ir-ri\u010berka u l-innovazzjoni bl-g\u0127ajnuna tat-teknolo\u0121iji di\u0121itali, avvanzaw b'mod drammatiku l-fehim tag\u0127na ta' kif il-kan\u010ber jibda' u jipprogressa, u tal-prevenzjoni u tad-dijanjo\u017ci tieg\u0127u.", "L-Ewropa te\u0127tie\u0121 mill-aktar fiss possibbli \u0121\u0121edded l-impenn tag\u0127ha g\u0127all-prevenzjoni, g\u0127at-trattament u g\u0127all-kura tal-kan\u010ber, liema impenn g\u0127andu jirrikonoxxi l-isfidi dejjem akbar fir-rigward tal-kan\u010ber u jirrifletti l-i\u017cviluppi fil-kura tal-kan\u010ber.", "Huwa me\u0127tie\u0121 appro\u010b\u010b komprensiv mill-gvernijiet, li jiffoka fuq il-pazjent u jisfrutta l-potenzjal ta' teknolo\u0121iji u g\u0127arfien \u0121odda; li jsa\u0127\u0127a\u0127 il-kooperazzjoni; li jelimina l-inugwaljanzi fir-rigward tal-a\u010b\u010bess g\u0127all-g\u0127arfien, g\u0127all-prevenzjoni, g\u0127ad-dijanjo\u017ci u g\u0127all-kura tal-kan\u010ber; u li jtejjeb l-e\u017citi tas-sa\u0127\u0127a g\u0127all-pazjenti.", "X'qieg\u0127da tippre\u017centa l-Kummissjoni llum?", "Il-Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber huwa pilastru ewlieni g\u0127al Unjoni Ewropea tas-Sa\u0127\u0127a b'sa\u0127\u0127itha, kif ippre\u017centat fil-11 ta' Novembru 2020, li jappella g\u0127al Unjoni Ewropea aktar sigura, re\u017ciljenti u m\u0127ejjija a\u0127jar.", "Il-Pjan dwar il-Kan\u010ber ippre\u017centat illum jie\u0127u appro\u010b\u010b \u0121did g\u0127all-prevenzjoni, g\u0127at-trattament u g\u0127all-kura tal-kan\u010ber billi jimmassimizza l-potenzjal ta' teknolo\u0121iji \u0121odda.", "Fih azzjonijiet konkreti u ambizzju\u017ci li se jappo\u0121\u0121aw u jikkomplementaw l-isforzi tal-Istati Membri biex titnaqqas it-tbatija kkaw\u017cata mill-kan\u010ber.", "Matul is-snin li \u0121ejjin, il-Pjan dwar il-Kan\u010ber se jikkon\u010bentra fuq ir-ri\u010berka u l-innovazzjoni, u se jistudja aktar fil-fond il-potenzjal tad-di\u0121italizzazzjoni u tat-teknolo\u0121iji l-\u0121odda.", "Il-Pjan dwar il-Kan\u010ber se jimmobilizza strumenti finanzjarji biex jappo\u0121\u0121a lill-Istati Membri.", "Bl-objettivi ta' politika tieg\u0127u, appo\u0121\u0121ati minn g\u0127axar inizjattivi ewlenin u minn diversi azzjonijiet ta' appo\u0121\u0121, il-Pjan dwar il-Kan\u010ber se jg\u0127in lill-Istati Membri biex jibdlu l-andament tal-\u0121lieda kontra l-kan\u010ber.", "Dan se jippermetti l-kondivi\u017cjoni ta' g\u0127arfien espert u ta' ri\u017corsi fl-UE kollha billi jappo\u0121\u0121a pajji\u017ci, re\u0121juni u bliet b'inqas g\u0127arfien u kapa\u010bit\u00e0.", "Il-Pjan dwar il-Kan\u010ber se jg\u0127in lir-ri\u010berkaturi biex jiskambjaw is-sejbiet bejn Stati Membri \u017cg\u0127ar u kbar, u biex ikollhom a\u010b\u010bess g\u0127al data kru\u010bjali dwar is-sa\u0127\u0127a fir-rigward tal-kaw\u017ci potenzjali tal-kan\u010ber u tat-trattamenti promettenti g\u0127alih.", "Permezz tal-azzjonijiet u l-inizjattivi tieg\u0127u, il-persunal mediku u l-isptarijiet se jkunu jistg\u0127u jisfruttaw ammont kbir ta' informazzjoni kondivi\u017ca, u b'hekk ji\u0121i \u017cgurat li l-pazjenti fl-UE kollha jkunu jistg\u0127u jibbenefikaw minn kura u trattament a\u0127jar.", "Il-Pjan dwar il-Kan\u010ber se jkollu l-appo\u0121\u0121 ta' firxa wiesg\u0127a ta' politiki tal-UE, fejn id-di\u0121italizzazzjoni, ir-ri\u010berka u l-innovazzjoni jkunu l-punt tat-tluq g\u0127al appro\u010b\u010b \u0121did g\u0127all-kura tal-kan\u010ber fl-UE.", "L-azzjonijiet se jittie\u0127du f'oqsma li jvarjaw mill-impjiegi, l-edukazzjoni, il-politika so\u010bjali u l-ugwaljanza, sal-kummer\u010bjalizzazzjoni, l-agrikoltura, l-ener\u0121ija, l-ambjent u l-klima, sat-trasport, il-politika ta' koe\u017cjoni u t-tassazzjoni.", "Il-Pjan dwar il-Kan\u010ber qed iqis it-tag\u0127limiet me\u0127uda mill-pandemija tal-COVID-19?", "Iva.", "Il-pandemija affettwat b'mod sinifikanti kull fa\u017ci tal-kura tal-kan\u010ber.", "Il-pandemija fixklet it-trattament tal-kan\u010ber, \u0127olqot dewmien fl-iskrinjar, u affettwat l-a\u010b\u010bess g\u0127all-medi\u010bini.", "Affettwat ukoll il-kwalit\u00e0 tal-\u0127ajja u l-kura ta' segwitu g\u0127all-pazjenti.", "Il-Kummissjoni \u017cammet kuntatt regolari u mill-qrib mal-partijiet ikkon\u010bernati u \u0121ew organizzati konsultazzjonijiet immirati ma' asso\u010bjazzjonijiet ewlenin biex ji\u0121i diskuss l-impatt tal-COVID-19 fuq il-pazjenti tal-kan\u010ber u fuq it-trattament tieg\u0127u.", "Il-Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber jinkorpora t-tag\u0127limiet me\u0127uda mill-pandemija u jindirizza l-impatt tal-COVID-19 fuq il-kan\u010ber billi jsa\u0127\u0127a\u0127 il-koordinazzjoni u jistabbilixxi s\u0127ubijiet effettivi kif ukoll enfasi akbar fuq il-gruppi vulnerabbli.", "Azzjoni konkreta tal-Pjan dwar il-Kan\u010ber hija li jitqiesu t-tag\u0127limiet me\u0127uda mill-kri\u017ci tal-COVID-19 biex ji\u0121i \u017cviluppat ippjanar ta' kontin\u0121enza b'rispons g\u0127al avvenimenti simili fil-futur.", "Azzjonijiet o\u0127ra f'dan il-qasam jinkludu t-tis\u0127i\u0127 u l-integrazzjoni tat-telemedi\u010bina u tat-telesorveljanza fis-sistemi tas-sa\u0127\u0127a u tal-kura permezz ta' appo\u0121\u0121 g\u0127ar-ri\u010berka, g\u0127all-innovazzjoni u g\u0127al azzjonijiet ta' implimentazzjoni, permezz ta' fondi tal-UE.", "X'azzjonijiet se tie\u0127u fuq l-alko\u0127ol?", "L-Ewropa g\u0127andha l-og\u0127la livelli ta' konsum tal-alko\u0127ol fid-dinja u l-kan\u010ber attribwibbli g\u0127all-alko\u0127ol huwa ta' t\u0127assib kbir g\u0127as-sa\u0127\u0127a.", "Minkejja dan, l-g\u0127arfien dwar l-alko\u0127ol b\u0127ala fattur ta' riskju g\u0127all-kan\u010ber huwa baxx.", "It-tis\u0127i\u0127 tal-politiki ta' kontroll tal-alko\u0127ol huwa me\u0127tie\u0121 g\u0127all-prevenzjoni ta' ka\u017cijiet ta' kan\u010ber u ta' mwiet attribwibbli g\u0127all-alko\u0127ol.", "Il-Kummissjoni g\u0127alhekk se tappo\u0121\u0121a lill-Istati Membri biex jimplimentaw firxa wiesg\u0127a ta' politiki b\u0127at-tnaqqis fl-affordabbilt\u00e0 u d-disponibbilt\u00e0 tal-alko\u0127ol, il-limiti fuq ir-reklamar u l-promozzjoni, u s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju tal-konsum tal-alko\u0127ol u l-kan\u010ber.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tirrie\u017camina l-le\u0121i\u017clazzjoni tal-UE dwar it-tassazzjoni tal-alko\u0127ol.", "Se tirrie\u017camina wkoll il-le\u0121i\u017clazzjoni tat-taxxa tal-UE dwar ix-xiri transfruntier ta' prodotti tal-alko\u0127ol.", "B\u0127alissa g\u0127addejja konsultazzjoni pubblika dwar din il-kwistjoni.", "X'azzjonijiet se tie\u0127u fuq it-tabakk?", "It-tipjip tas-sigaretti u forom o\u0127ra ta' u\u017cu tat-tabakk huma responsabbli g\u0127al 15 - 20 % tal-ka\u017cijiet kollha tal-kan\u010ber fl-Ewropa, u dan jag\u0127mlu l-akbar fattur ta' riskju li jista' ji\u0121i evitat.", "Minbarra t-trattament ta' kwistjonijiet dwar il-prodotti tat-tabakk tradizzjonali, l-indirizzar tal-\u0121enerazzjoni li jmiss tat-tabakk u ta' prodotti relatati se jibqa' prijorit\u00e0, peress li prodotti \u0121odda b\u0127at-tabakk imsa\u0127\u0127an u prodotti o\u0127ra se jkomplu jid\u0127lu fis-suq.", "Je\u0127tie\u0121 li \u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ji\u0121u protetti milli jaqbdu vizzji dejjiema li huma ta' \u0127sara g\u0127as-sa\u0127\u0127a.", "Il-Pjan se jipproponi azzjonijiet li jg\u0127inu fil-\u0127olqien ta' \u201c\u0120enerazzjoni \u0126ielsa mit-Tabakk\u201d billi jittie\u0127ed appro\u010b\u010b komprensiv g\u0127at-tabakk, inklu\u017c:", "Il-Kummissjoni se tipproponi a\u0121\u0121ornament g\u0127ar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Ambjenti Bla Tipjip u se tirrakkomanda li l-kopertura tag\u0127ha ti\u0121i esti\u017ca g\u0127al prodotti emer\u0121enti, b\u0127as-sigaretti elettroni\u010bi u l-prodotti tat-tabakk imsa\u0127\u0127an.", "Il-Pjan dwar il-Kan\u010ber se jag\u0127ti wkoll impetu \u0121did lill-Istati Membri biex itejbu l-infurzar tal-le\u0121i\u017clazzjoni e\u017cistenti fl-istrate\u0121iji \u0121enerali tag\u0127hom g\u0127all-kontroll tat-tabakk, inklu\u017c fir-rigward tal-bejg\u0127 lill-minorenni u tal-kampanji ta' waqfien mit-tipjip.", "X'azzjonijiet se tie\u0127u fuq l-ikel?", "Id-dieta tista' tinfluwenza r-riskju tal-kan\u010ber \u0127afna snin qabel ma dan ji\u0121i ddijanjostikat, sa\u0127ansitra mi\u017c-\u017cmien tat-tfulija.", "Id-dieti b'konsum abbundanti ta' frott u \u0127axix, ta' \u017crierag\u0127 s\u0127a\u0127 minflok \u017crierag\u0127 raffinati, u b'konsum baxx ta' la\u0127am a\u0127mar u la\u0127am ippro\u010bessat, ta' xarbiet m\u0127ollija biz-zokkor, u ta' mel\u0127 inaqqsu r-riskju mhux biss tal-kan\u010ber, i\u017cda wkoll tal-mard kardjovaskulari, tad-dijabete, kif ukoll il-mortalit\u00e0 \u0121enerali.", "Il-Kummissjoni se tevalwa l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Obe\u017cit\u00e0 fit-Tfal g\u0127all-perjodu 2014-2020 u tipproponi segwitu g\u0127alih.", "Se jkun hemm siner\u0121iji b'sa\u0127\u0127ithom mal-Istrate\u0121ija \u201cMill-G\u0127alqa sal-Platt\u201d u l-Kummissjoni se tipproponi revi\u017cjoni tal-iskema tal-UE dwar il-frott, il-\u0127axix u l-\u0127alib g\u0127all-iskejjel biex il-prodotti tajbin g\u0127as-sa\u0127\u0127a jsiru aktar disponibbli g\u0127at-tfal.", "Il-Kummissjoni qed twettaq rie\u017cami tal-politika ta' promozzjoni g\u0127all-prodotti agrikoli, bil-\u0127sieb li ttejjeb il-kontribut tag\u0127ha g\u0127all-produzzjoni u g\u0127all-konsum sostenibbli, u f'konformit\u00e0 mal-bidla lejn dieta ibba\u017cata aktar fuq il-pjanti, b'inqas la\u0127am a\u0127mar u ppro\u010bessat u b'inqas ikel ie\u0127or marbut mar-riskji tal-kan\u010ber, i\u017cda b'aktar frott u \u0127axix.", "Il-Pjan dwar il-Kan\u010ber se jniedi l-kampanja \u201cHealthyLifestyle4All\u201d fl-2021, li tinvolvi setturi ewlenin li jippromwovu l-isport, l-attivit\u00e0 fi\u017cika u d-dieti tajbin g\u0127as-sa\u0127\u0127a.", "X'se ji\u0121i ffinanzjat fl-ambitu tal-pjan u kif?", "Il-pjan se jag\u0127mel u\u017cu s\u0127i\u0127 mill-istrumenti ta' finanzjament kollha disponibbli, b'total ta' EUR 4 biljuni allokati g\u0127al azzjonijiet li jindirizzaw il-kan\u010ber.", "Dan jinkludi sehem sostanzjali mill-\u201cProgramm l-UE g\u0127as-Sa\u0127\u0127a\u201d l-\u0121did, li minnu se jintu\u017caw EUR 1.25 biljun b'appo\u0121\u0121 g\u0127all-azzjonijiet kontra l-kan\u010ber.", "Barra minn hekk, il-Programm Qafas g\u0127ar-Ri\u010berka u l-Innovazzjoni tal-Orizzont Ewropa l-\u0121did jista' jipprovdi total ta' EUR 2 biljuni biex jappo\u0121\u0121a l-Missjoni proposta dwar il-Kan\u010ber u pro\u0121etti o\u0127ra ta' ri\u010berka relatati mal-kan\u010ber, filwaqt li l-Erasmus+, l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknolo\u0121ija u l-azzjonijiet Marie Sk\u0142odowska-Curie jistg\u0127u jipprovdu sa total ta' EUR 500 miljun g\u0127al pro\u0121etti fl-edukazzjoni, fit-ta\u0127ri\u0121 u fir-ri\u010berka fil-qasam tal-kan\u010ber.", "Il-programm Ewropa Di\u0121itali se jiffoka fuq l-investimenti di\u0121itali, fuq id-data elettronika u fuq il-\u0127iliet di\u0121itali, filwaqt li jipprovdi appo\u0121\u0121 finanzjarju ta' sa EUR 250 miljun g\u0127al pro\u0121etti relatati mal-kan\u010ber.", "Barra minn hekk, il-Fondi tal-Politika ta' Koe\u017cjoni, b\u0127all-Fond Ewropew g\u0127all-I\u017cvilupp Re\u0121jonali, il-Fond ta' Koe\u017cjoni u l-Fond So\u010bjali Ewropew Plus jistg\u0127u jintu\u017caw mill-Istati Membri u mir-re\u0121juni tag\u0127hom biex itejbu r-re\u017ciljenza, l-a\u010b\u010bessibbilt\u00e0 u l-effettivit\u00e0 tas-sistemi tas-sa\u0127\u0127a tag\u0127hom.", "L-azzjonijiet eli\u0121ibbli jvarjaw mill-promozzjoni tas-sa\u0127\u0127a u l-prevenzjoni tal-mard, it-titjib tal-a\u010b\u010bess g\u0127ad-detezzjoni u skrinjar bikrija, sat-trattament, kif ukoll pro\u0121etti ta' ri\u010berka u \u017cvilupp.", "Fl-ambitu tal-ba\u0121it u tal-pjan ta' rkupru tan-\u201cNext Generation EU\u201d, qed tin\u0127oloq Fa\u010bilit\u00e0 g\u0127all-Irkupru u r-Re\u017ciljenza li m'g\u0127andhiex pre\u010bedent, b'ba\u0121it ta' EUR 672.5 biljun f'appo\u0121\u0121 u self li ma jit\u0127allsux lura, biex ji\u0121u ffinanzjati r-riformi u l-investimenti.", "Dawn il-fondi jistg\u0127u jintu\u017caw ukoll g\u0127all-investimenti fl-infrastruttura tas-sa\u0127\u0127a, fit-tag\u0127mir, fit-trasformazzjoni di\u0121itali tal-kura tas-sa\u0127\u0127a, jew fil-kapa\u010bit\u00e0 tal-manifattura g\u0127all-medi\u010bini u g\u0127all-apparat mediku.", "Dawn l-istrumenti huma ta\u0127t \u0121estjoni kondivi\u017ca, u l-Istati Membri se jkunu responsabbli biex jistabbilixxu l-prijoritajiet abba\u017ci tal-\u0127ti\u0121ijiet tag\u0127hom, u biex iwettqu dawn il-pro\u0121etti.", "Il-Kummissjoni t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 bil-qawwa lill-Istati Membri biex jag\u0127mlu u\u017cu s\u0127i\u0127 minn dawn l-opzjonijiet kollha biex jimplimentaw il-mi\u017curi inklu\u017ci fil-Pjan dwar il-Kan\u010ber.", "Biex tiffa\u010bilita l-u\u017cu tal-istrumenti ta' finanzjament tal-UE g\u0127all-investiment fil-qasam tal-kan\u010ber, il-Kummissjoni se tistabbilixxi mekkani\u017cmu g\u0127all-kondivi\u017cjoni tal-g\u0127arfien biex tinforma lill-Istati Membri dwar il-mekkani\u017cmi differenti tal-UE u kif dawn jistg\u0127u jintu\u017caw.", "L-Istati Membri u s-settur privat se jikkontribwixxu finanzjarjament ukoll?", "L-investimenti relatati mal-kan\u010ber mill-Istati Membri u mill-entitajiet pubbli\u010bi u privati jistg\u0127u ji\u0121u mmobilizzati wkoll permezz ta' garanziji tal-ba\u0121it tal-UE, pere\u017cempju permezz tal-programm InvestEU.", "Dan se joffri self u finanzjament ta' ekwit\u00e0 g\u0127all-investimenti fi sptarijiet, f'fa\u010bilitajiet tal-kura primarja u tal-komunit\u00e0, fis-sa\u0127\u0127a online, fil-forza tax-xog\u0127ol tal-kura tas-sa\u0127\u0127a, u fi prodotti, servizzi u mudelli tal-kura tas-sa\u0127\u0127a innovattivi.", "Dan il-Pjan se jne\u0127\u0127i l-attenzjoni tal-UE minn fuq mard ewlieni ie\u0127or mhux komunikabbli?", "Le.", "Peress li \u0127afna mard mhux komunikabbli g\u0127andu l-istess fatturi ta' riskju komuni, l-enfasi akbar fuq il-prevenzjoni tal-kan\u010ber se jkollha wkoll impatt po\u017cittiv f'oqsma o\u0127ra.", "G\u0127alhekk, xi azzjonijiet ambizzju\u017ci li huma indirizzati fil-Pjan tal-Kan\u010ber se jkunu ta' benefi\u010b\u010bju wkoll g\u0127al mard ie\u0127or mhux komunikabbli u g\u0127as-sistemi tas-sa\u0127\u0127a b'mod \u0121enerali.", "Kif se timmonitorja l-progress fl-ambitu tal-Pjan?", "Il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-Grupp ta' Implimentazzjoni tal-Pjan dwar il-Kan\u010ber tal-UE, biex tallinja l-azzjonijiet u l-politiki fil-Kummissjoni Ewropea kollha u f'istituzzjonijiet o\u0127ra tal-UE.", "Il-grupp se jistabbilixxi pjan direzzjonali ta' implimentazzjoni li se jispe\u010bifika f'aktar dettall il-passi differenti g\u0127all-implimentazzjoni tal-azzjonijiet deskritti fil-pjan.", "Il-grupp se jiltaqa' regolarment biex jiddiskuti u jirrevedi l-implimentazzjoni tal-Pjan dwar il-Kan\u010ber abba\u017ci tal-pjan direzzjonali.", "Il-Grupp se ja\u0127dem ukoll mill-qrib mal-Parlament Ewropew, mal-Istati Membri, mal-Bord tal-Missjoni dwar il-Kan\u010ber tal-Orizzont Ewropa u ma' grupp ta' kuntatt tal-partijiet ikkon\u010bernati li g\u0127andu ji\u0121i stabbilit fl-ambitu tal-Pjattaforma tal-Politika tas-Sa\u0127\u0127a tal-Kummissjoni.", "Biex timmonitorja x-xejriet fil-qasam tal-kan\u010ber u l-progress tal-Pjan, il-Kummissjoni se ti\u0121bor u tippubblika wkoll b'mod regolari d-data rilevanti dwar il-kan\u010ber permezz tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar il-Kan\u010ber, li se tikkontribwixxi wkoll informazzjoni g\u0127ar-Re\u0121istru tal-Inugwaljanzi fil-qasam tal-Kan\u010ber.", "X'inhu l-perjodu ta' \u017cmien tal-pjan?", "Ma hemm l-ebda data tat-tmiem g\u0127all-pjan, i\u017cda dan se ji\u0121i rie\u017caminat regolarment g\u0127all-ewwel darba sa tmiem l-2024.", "Dan ir-rie\u017cami se jivvaluta jekk l-azzjonijiet me\u0127uda humiex bi\u017c\u017cejjed biex jintla\u0127qu l-objettivi, jew jekk humiex me\u0127tie\u0121a mi\u017curi addizzjonali.", "X'inhuma l-passi li jmiss?", "Il-Pjan dwar il-Kan\u010ber di\u0121\u00e0 se ji\u0121i e\u017caminat mill-Istati Membri f'laqg\u0127a tal-Ministri tas-Sa\u0127\u0127a skedata li ssir matul il-Presidenza Portugi\u017ca tal-UE.", "Il-Kummissjoni se tkompli ta\u0127dem flimkien mal-Kumitat Spe\u010bjali g\u0127all-\u0120lieda kontra l-Kan\u010ber (BECA) tal-Parlament Ewropew.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Komunikazzjoni dwar il-Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber", "Anness tal-Komunikazzjoni dwar il-Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber", "Stqarrija g\u0127all-istampa", "Skeda informattiva", "Pa\u0121na web tal-Pjan dwar il-Kan\u010ber", "Ewrobarometru dwar it-tabakk", "Il-politika tal-UE dwar il-kan\u010ber"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_342", "title": "Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber: Appro\u010b\u010b \u0121did tal-UE g\u0127all-prevenzjoni, it-trattament u l-kura", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Tue, 02 Feb 2021 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, lejlet il-Jum Dinji kontra l-Kan\u010ber, il-Kummissjoni Ewropea qed tippre\u017centa l-Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber \u2014 prijorit\u00e0 ewlenija fil-qasam tas-sa\u0127\u0127a tal-Kummissjoni von der Leyen u pilastru ewlieni g\u0127al Unjoni Ewropea tas-Sa\u0127\u0127a b'sa\u0127\u0127itha.", "Bit-teknolo\u0121iji \u0121odda, ir-ri\u010berka u l-innovazzjoni b\u0127ala l-punt tat-tluq, il-Pjan dwar il-Kan\u010ber jistabbilixxi appro\u010b\u010b \u0121did tal-UE g\u0127all-prevenzjoni, it-trattament u l-kura tal-kan\u010ber.", "Dan il-pjan se jindirizza l-fa\u017cijiet kollha tal-marda, mill-prevenzjoni sal-kwalit\u00e0 tal-\u0127ajja tal-pazjenti bil-kan\u010ber u ta' dawk li jfiequ minnu filwaqt li jiffoka fuq azzjonijiet fejn l-UE tista' \u017c\u017cid l-aktar valur.", "Il-Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber se jkun appo\u0121\u0121at minn azzjonijiet li jkopru l-oqsma ta' politika kollha mill-impjiegi, l-edukazzjoni, il-politika so\u010bjali u l-ugwaljanza, sal-kummer\u010bjalizzazzjoni, l-agrikoltura, l-ener\u0121ija, l-ambjent u l-klima, sat-trasport, il-politika ta' koe\u017cjoni, u t-tassazzjoni.", "Erba' oqsma ta' azzjoni ewlenin", "Il-Pjan dwar il-Kan\u010ber huwa strutturat madwar erba' oqsma ta' azzjoni ewlenin b'10 inizjattivi prin\u010bipali u diversi azzjonijiet ta' appo\u0121\u0121.", "Dan se ji\u0121i implimentat bl-u\u017cu tal-firxa s\u0127i\u0127a ta' strumenti ta' finanzjament tal-Kummissjoni, b'total ta' EUR 4 biljun allokati g\u0127al azzjonijiet li jindirizzaw il-kan\u010ber, inklu\u017c mill-\"Programm l-UE g\u0127as-Sa\u0127\u0127a\", minn Orizzont Ewropa u mill-programm Ewropa Di\u0121itali.", "Barra minn hekk, biex ji\u0121u appo\u0121\u0121ati teknolo\u0121iji \u0121odda, ir-ri\u010berka u l-innovazzjoni, se jitnieda \u010aentru ta' G\u0127arfien dwar il-Kan\u010ber \u0121did biex jg\u0127in fil-koordinazzjoni ta' inizjattivi xjentifi\u010bi u tekni\u010bi relatati mal-kan\u010ber fil-livell tal-UE.", "Se titwaqqaf Inizjattiva Ewropea tal-Imma\u0121ni tal-Kan\u010ber biex tappo\u0121\u0121a l-i\u017cvilupp ta' g\u0127odod \u0121odda meg\u0127juna bil-kompjuter biex jittejbu l-medi\u010bina personalizzata u s-soluzzjonijiet innovattivi.", "Se jkun hemm fokus partikolari fuq it-tfal, permezz tat-tnedija tal-\u201cInizjattiva g\u0127all-G\u0127ajnuna g\u0127at-Tfal bil-Kan\u010ber\u201d li ti\u017cgura li t-tfal ikollhom a\u010b\u010bess g\u0127al detezzjoni, dijanjo\u017ci, trattament u kura rapidi u ottimali.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, biex ji\u0121u identifikati x-xejriet, id-disparitajiet u l-inugwaljanzi bejn l-Istati Membri u r-re\u0121juni, fl-2021 se ji\u0121i stabbilit Re\u0121istru dwar l-Inugwaljanzi fil-Qasam tal-Kan\u010ber.", "Dan huwa li ntqal miIl-Membri tal-Kulle\u0121\u0121:", "Fi kliem il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen: \u201cFl-2020, filwaqt li lkoll konna qed ni\u0121\u0121ieldu kontra l-pandemija tal-COVID-19, \u0127afna minna kienu qed ji\u0121\u0121ieldu battalja silenzju\u017ca.", "Il-battalja kontra l-kan\u010ber.", "Fl-2020, tlifna 1.3 miljun Ewropew min\u0127abba din il-marda.", "U sfortunatament, l-g\u0127add ta' ka\u017cijiet qed ji\u017cdied.", "Huwa g\u0127alhekk li llum qed nippre\u017centaw il-Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber.", "Il-\u0121lieda ta' dawk li qed jissieltu mal-kan\u010ber hija wkoll il-\u0121lieda tag\u0127na, fl-Ewropa.\u201d", "Margaritis Schinas il-Vi\u010bi-President tal-Kummissjoni Ewropea qal: \u201cFilwaqt li nonoraw wa\u0127da mill-weg\u0127diet \u010bentrali tal-Kummissjoni, illum qed nippre\u017centaw Pjan antropo\u010bentriku g\u0127all-kan\u010ber li jindirizza l-angoli kollha: il-prevenzjoni, id-dijanjosi, it-trattament u l-fejqan.", "Dan il-Pjan huwa uniku min\u0127abba li huwa bba\u017cat fuq appro\u010b\u010b tas-\u201csa\u0127\u0127a fil-politiki kollha\u201d, li jg\u0127aqqad it-trufijiet kollha biex jinkiseb l-g\u0127an komuni, li jing\u0127eleb il-kan\u010ber.", "Dan jikkon\u010berna s-sa\u0127\u0127a, i\u017cda jmur lil hinn mill-politika tas-sa\u0127\u0127a.", "Huwa sforz tas-so\u010bjet\u00e0 kollha.", "F'Unjoni Ewropea tas-Sa\u0127\u0127a b'sa\u0127\u0127itha, il-kan\u010ber isir prijorit\u00e0 politika, operattiva u xjentifika kondivi\u017ca.\u201d", "Stella Kyriakides, il-Kummissarju g\u0127as-Sa\u0127\u0127a u s-Sikurezza Alimentari, qalet: \u201cDan il-pjan huwa l-ewwel u qabel kollox dwar in-nies.", "Huwa dwar i\u010b-\u010belebrazzjoni u t-tis\u0127i\u0127 tar-re\u017ciljenza u t-trattament tal-kan\u010ber b\u0127ala marda li tista' u trid ting\u0127eleb.", "Unjoni Ewropea tas-Sa\u0127\u0127a b'sa\u0127\u0127itha hija Unjoni fejn i\u010b-\u010bittadini huma protetti minn kan\u010bers li jistg\u0127u ji\u0121u evitati, fejn g\u0127andhom a\u010b\u010bess g\u0127al skrinjar u dijanjo\u017ci bikrija, u fejn kul\u0127add jing\u0127ata a\u010b\u010bess g\u0127al kura ta' kwalit\u00e0 g\u0127olja, f'kull pass.", "Dan huwa dak li rridu niksbu bil-Pjan dwar il-Kan\u010ber tag\u0127na \u2014 li nag\u0127mlu impatt konkret g\u0127all-kura tal-kan\u010ber fis-snin li \u0121ejjin.", "G\u0127alija dan mhuwiex biss impenn politiku, huwa impenn personali.\u201d", "Sfond", "Fl-2020, 2.7 miljun persuna fl-Unjoni Ewropea \u0121ew dijanjostikati bil-marda, u 1.3 miljun ru\u0127 o\u0127ra tilfu \u0127ajjithom vittmi tag\u0127ha.", "Il-Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber huwa pilastru ewlieni tal-Unjoni Ewropea tas-Sa\u0127\u0127a ppre\u017centat mill-President von der Leyen f'Novembru 2020, li jappella g\u0127al Unjoni Ewropea aktar sigura, re\u017ciljenti u m\u0127ejjija a\u0127jar.", "L-UE ilha ta\u0127dem fuq il-kan\u010ber g\u0127al g\u0127exieren ta' snin.", "L-azzjonijiet tag\u0127ha, b'mod partikolari dwar il-kontroll tat-tabakk (il-Kummissjoni illum ippubblikat st\u0127arri\u0121 \u0121did dwar l-attitudnijiet tal-Ewropej lejn it-tabakk u s-sigaretti elettroni\u010bi) u l-protezzjoni minn sustanzi perikolu\u017ci, salvaw u tawlu \u0127afna \u0127ajjiet.", "Madankollu, l-a\u0127\u0127ar pjan ta' azzjoni Ewropew komprensiv kontra l-kan\u010ber imur lura g\u0127all-bidu tad-disg\u0127inijiet u l-kura tal-kan\u010ber rat progress kbir minn dak i\u017c-\u017cmien 'l hawn, b'mod partikolari permezz tal-appo\u0121\u0121 g\u0127ar-ri\u010berka u \u017cvilupp (R&D) iffinanzjat mill-ba\u0121it tal-UE.", "Minbarra li jaffettwa b'mod sever il-\u0127ajja tal-pazjenti u dawk ta' madwarhom, il-kan\u010ber g\u0127andu impatt enormi fuq is-sistemi tas-sa\u0127\u0127a tag\u0127na, fuq l-ekonomija tag\u0127na, u fuq is-so\u010bjet\u00e0 in\u0121enerali.", "L-impatt ekonomiku globali tal-kan\u010ber fl-Ewropa huwa stmat li jaqbe\u017c EUR 100 biljun fis-sena.", "Ming\u0127ajr azzjoni konklu\u017civa, sal-2035 il-ka\u017cijiet ta' kan\u010ber huma stmati li se ji\u017cdiedu bi kwa\u017ci 25 %, u dan jag\u0127mlu l-kaw\u017ca ewlenija tal-mewt fl-UE.", "Barra minn hekk, il-pandemija tal-COVID-19 kellha effett serju fuq il-kura tal-kan\u010ber, fixklet it-trattament, dewmet id-dijanjo\u017ci u t-tilqim, u affettwat l-a\u010b\u010bess g\u0127all-medi\u010bini.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Komunikazzjoni dwar il-Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber", "Anness g\u0127all-Komunikazzjoni dwar il-Pjan tal-Ewropa biex Jing\u0127eleb il-Kan\u010ber", "MEMORANDUM", "Skeda informattiva", "Il-pa\u0121na web tal-Pjan dwar il-Kan\u010ber", "Ewrobarometru dwar it-tabakk", "Il-politika tal-UE dwar il-kan\u010ber", "Ir-rispons tal-UE g\u0127all-Coronavirus"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_309", "title": "Il-Kummissjoni ti\u017cbor\u017ca EUR 14-il biljun ta\u0127t SURE lil disa' Stati Membri", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF,BUDFINPROG", "date": "Mon, 01 Feb 2021 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit ju\u017ca l-cookies biex joffrilek esperjenza a\u0127jar.", "Skopri aktar dwar, kif nu\u017caw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tieg\u0127ek.", "Il-Kummissjoni Ewropea \u017cbor\u017cat EUR 14-il biljun lil disa' Stati Membri fir-raba' pagament tal-appo\u0121\u0121 finanzjarju lill-Istati Membri ta\u0127t l-istrument SURE.", "Dan huwa l-ewwel \u017cbor\u017c fl-2021.", "B\u0127ala parti mill-operazzjonijiet tal-lum, il-Bel\u0121ju r\u010bieva EUR 2 biljun, \u010aipru EUR 229 miljun, l-Ungerija EUR 304 miljun, il-Latvja EUR 72 miljun, il-Polonja EUR 4,28 biljun, is-Slovenja EUR 913 miljun, Spanja EUR 1,03 biljun, il-Gre\u010bja EUR 728 miljun u l-Italja EUR 4,45 biljun.", "Id-disa' Stati Membri kollha di\u0121\u00e0 r\u010bevew appo\u0121\u0121 finanzjarju ta\u0127t SURE fl-2020, permezz ta' wa\u0127da mill-ewwel tliet operazzjonijiet ta' \u0127ru\u0121 u \u017cbor\u017c li se\u0127\u0127ew fl-2020.", "Dan is-self se jassisti lill-Istati Membri huma u jindirizzaw \u017cidiet f'daqqa fin-nefqa pubblika biex ji\u0121i ppreservat l-impjieg.", "B'mod spe\u010bifiku, is-self se jg\u0127in lill-Istati Membri jkopru l-ispejje\u017c direttament relatati mal-finanzjament ta' skemi nazzjonali ta' xog\u0127ol b'\u0127inijiet iqsar, u mi\u017curi simili o\u0127ra li jkunu stabbilew b\u0127ala rispons g\u0127all-pandemija tal-coronavirus, inklu\u017c g\u0127al dawk li ja\u0127dmu g\u0127al rashom.", "L-i\u017cbor\u017ci tal-lum isegwu l-\u0127ru\u0121 tar-raba' bond so\u010bjali ta\u0127t l-istrument SURE tal-UE, li attira interess konsiderevoli mill-investituri.", "Is-sottoskrizzjoni \u017cejda notevoli sarrfet f'termini ta' pprezzar favorevoli li l-Kummissjoni qed tg\u0127addi direttament lill-Istati Membri benefi\u010bjarji.", "Wara l-i\u017cbor\u017ci tal-lum, 15-il Stat Membru r\u010bevew total ta' EUR 53,5 biljun ta\u0127t l-istrument SURE.", "Ladarba jitlestew l-i\u017cbor\u017ci kollha ta' SURE, il-Bel\u0121ju jkun ir\u010bieva EUR 7,8 biljun, \u010aipru EUR 479 miljun, l-Ungerija EUR 504 miljun, il-Latvja EUR 192 miljun, il-Polonja EUR 11,2-il biljun, is-Slovenja EUR 1,1 biljun, Spanja EUR 21,3 biljun, il-Gre\u010bja EUR 2,7 biljun u l-Italja EUR 27,4 biljun.", "\u0126arsa \u0121enerali lejn l-ammonti \u017cbor\u017cati s'issa u l-maturitajiet differenti tal-bonds huma disponibbli online hawnhekk.", "Tqassim tal-EUR 90,3 biljun li \u0121ie awtorizzat g\u0127al 18-il Stat Membru s'issa huwa disponibbli hawnhekk.", "L-Istati Membri g\u0127adhom jistg\u0127u jippre\u017centaw talbiet biex jir\u010bievu appo\u0121\u0121 finanzjarju ta\u0127t SURE li g\u0127andu qawwa totali sa EUR 100 biljun.", "Il-Membri tal-Kulle\u0121\u0121 qalu:", "Il-President Ursula von der Leyen qalet: \u201cTa\u0127t il-programm SURE, l-UE mobilizzat sa EUR 100 biljun f'self g\u0127all-Istati Membri tal-UE biex issalva l-impjiegi u \u017c\u017comm in-nies ja\u0127dmu.", "Il-fondi qed jaslu b'mod regolari g\u0127and l-Istati Membri tag\u0127na, u b'hekk jg\u0127inuhom finanzjarjament biex itaffu l-impatt tal-pandemija tal-coronavirus.\u201d", "Il-Kummissarju Johannes Hahn, inkarigat mill-Ba\u0121it u l-Amministrazzjoni, qal: Wara r-raba' \u0127ru\u0121 ta' bonds b'su\u010b\u010bess ta\u0127t SURE, issa \u017cbor\u017cajna aktar minn nofs il-fondi previsti ta\u0127t dan l-istrument.", "Il-15-il Stat Membru li bbenefikaw mill-erba' \u017cbor\u017ci inizjali issa huma mg\u0127ammra a\u0127jar biex itaffu l-impatt so\u010bjali tal-pandemija tal-coronavirus.", "Se nippro\u010bedu bl-implimentazzjoni rapida tal-kumplament tal-programm sabiex nag\u0127tu l-fondi awtorizzati kollha lit-18-il Stat Membru li s'issa talbu appo\u0121\u0121 finanzjarju ta\u0127t dan l-istrument\u201d.", "Paolo Gentiloni, il-Kummissarju g\u0127all-Ekonomija, qal: \u201cIllum, il-Kummissjoni Ewropea t\u0127allas EUR 14-il biljun o\u0127ra biex tappo\u0121\u0121a lill-\u0127addiema f'disa' pajji\u017ci tal-UE li ntlaqtu \u0127a\u017cin.", "Il-pandemija tkompli tkun ta' pi\u017c fuq l-ekonomiji tag\u0127na u filwaqt li nafu li hemm dawl f'tarf ta' din il-mina, ma nafux kemm baqa' biex nilqg\u0127uh.", "Huwa g\u0127alhekk li SURE u s-solidarjet\u00e0 Ewropea li jirrappre\u017centa huma daqstant importanti.\u201d", "Sfond", "Fis-26 ta' Jannar, il-Kummissjoni Ewropea \u0127ar\u0121et ir-raba' bond so\u010bjali ta\u0127t l-istrument SURE tal-UE u l-ewwel wie\u0127ed g\u0127all-2021, g\u0127al valur totali ta' EUR 14-il biljun.", "Il-\u0127ru\u0121 kien jikkonsisti f'\u017cew\u0121 bonds, bi EUR 10 biljun li g\u0127andhom jit\u0127allsu lura f'\u0120unju 2028 u EUR 4 biljun li g\u0127andhom jit\u0127allsu lura f'Novembru 2050.", "Kien hemm domanda g\u0127olja fost l-investituri \u2013 il-bonds \u0121ew sottoskritti b'mod e\u010b\u010bessiv g\u0127al aktar minn 8 darbiet u 12-il darba, rispettivament, li g\u0127al darb'o\u0127ra ppermettew lill-Kummissjoni tikseb kundizzjonijiet ta' pprezzar tajbin \u0127afna.", "B'mod aktar konkret, il-bond ta' seba' snin kien ipprezzat b'rendiment negattiv ta' -0,497 %.", "Dan ifisser li g\u0127al kull EUR 105 li jie\u0127du l-Istati Membri, i\u0127allsu lura EUR 100 meta l-bond jimmatura.", "Il-bond ta' 30 sena kien ipprezzat kemm kemm fuq in-na\u0127a po\u017cittiva, fil-livell ta' 0,134 %, li huwa ri\u017cultati e\u010b\u010bellenti g\u0127al din il-maturit\u00e0.", "Dawn qed jing\u0127addu direttament lill-Istati Membri tal-UE.", "Il-bonds ma\u0127ru\u0121a mill-UE ta\u0127t SURE jibbenefikaw mit-tikketta b\u0127ala bonds so\u010bjali.", "Dan jag\u0127ti fidu\u010bja lill-investituri f'dawn il-bonds li l-fondi mobilizzati se jservu objettiv verament so\u010bjali.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Stqarrija g\u0127all-istampa dwar ir-raba' \u0127ru\u0121 ta' bonds", "Ir-Regolament SURE", "Skeda informattiva: SURE - Appo\u0121\u0121 lill-Istati Membri biex jg\u0127inhom jipprote\u0121u n-nies fix-xog\u0127ol u l-impjiegi - SURE", "Mistoqsijiet u twe\u0121ibiet: Il-Kummissjoni tipproponi l-istrument SURE", "Rispons g\u0127all-Coronavirus", "Qafas tal-Bonds So\u010bjali", "Sit web ta' SURE", "Sit web tal-UE b\u0127ala l-entit\u00e0 li qed tissellef"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5002", "title": "Il-Gre\u010bja tibda kapitolu \u0121did wara l-konklu\u017cjoni tal-programm ta' appo\u0121\u0121 g\u0127all-istabbilt\u00e0 tag\u0127ha", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Sun, 19 Aug 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Gre\u010bja kkonkludiet b'su\u010b\u010bess programm ta' tliet snin ta' appo\u0121\u0121 g\u0127all-istabbilt\u00e0 tal-Mekkani\u017cmu Ewropew ta' Stabbilt\u00e0 (MES) bil-post tag\u0127ha fil-qalba ta\u017c-\u017cona tal-Euro u fl-Unjoni Ewropea \u017cgurat.", "Il-konklu\u017cjoni b'su\u010b\u010bess tal-programm hija xhieda tal-isforzi tal-poplu Grieg, tal-impenn tal-pajji\u017c g\u0127al riforma, u tas-solidarjet\u00e0 tas-s\u0127ab Ewropej tag\u0127ha.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal: \u201cIl-konklu\u017cjoni tal-programm ta' appo\u0121\u0121 g\u0127all-istabbilt\u00e0 timmarka mument importanti g\u0127all-Gre\u010bja u g\u0127all-Ewropa.", "Filwaqt li s-s\u0127ab Ewropej urew is-solidarjet\u00e0 tag\u0127hom, il-poplu Grieg wie\u0121eb g\u0127al kull sfida b'kura\u0121\u0121 u b'determinazzjoni.", "Jien dejjem i\u0121\u0121ilidt biex il-Gre\u010bja tibqa' fil-qalba tal-Ewropa.", "Hekk kif il-poplu Grieg jibda kapitolu \u0121did fl-istorja tieg\u0127u li tmur lura eluf ta' snin, huwa dejjem se jsib fija alleat, sie\u0127eb u \u0127abib.\u201d", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju g\u0127all-Affarijiet Ekonomi\u010bi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: \u201cIl-konklu\u017cjoni tal-programm ta' appo\u0121\u0121 g\u0127all-istabbilt\u00e0 hija a\u0127bar tajba kemm g\u0127all-Gre\u010bja kif ukoll g\u0127a\u017c-\u017bona tal-Euro.", "G\u0127all-Gre\u010bja u l-poplu tag\u0127ha, timmarka l-bidu ta' kapitolu \u0121did wara tmien snin partikolarment diffi\u010bli.", "G\u0127a\u017c-\u017bona tal-Euro, taqta' linja simbolika wara kri\u017ci e\u017cistenzjali.", "Ir-riformi estensivi li wettqet il-Gre\u010bja wittew it-triq g\u0127al irkupru sostenibbli: dan ta' min jie\u0127u \u0127siebu u jrid jin\u017camm biex il-poplu Grieg ikun jista' jisfrutta l-benefi\u010b\u010bji tal-isforzi u s-sagrifi\u010b\u010bji tieg\u0127u.", "L-Ewropa se tkompli tappo\u0121\u0121a lill-Gre\u010bja.\u201d", "Fl-ambitu tal-programm ta' appo\u0121\u0121 g\u0127all-istabbilt\u00e0, il-Gre\u010bja r\u010beviet total ta' \u20ac61.9 biljun f'self abba\u017ci tal-implimentazzjoni ta' pakkett ta' riforma komprensiv u ming\u0127ajr pre\u010bedent.", "Il-programm ta' appo\u0121\u0121 g\u0127all-istabbilt\u00e0 \u0127a appro\u010b\u010b ikkoordinat biex jindirizza kwistjonijiet li ilhom je\u017cistu u profondi li kkontribwew biex il-Gre\u010bja tesperjenza kri\u017ci ekonomika.", "IL-Gre\u010bja \u0127adet mi\u017curi biex ti\u017cgura s-sostenibbilt\u00e0 fiskali tag\u0127ha, li wasslu biex il-bilan\u010b tal-amministrazzjoni pubblika jg\u0127addi minn defi\u010bit sinifikanti g\u0127al surplus fl-2017, li huwa ppro\u0121ettat li jin\u017camm.", "Dawn il-mi\u017curi ta' riforma u l-isforzi ta' konsolidazzjoni se jkollhom effetti kumulattivi tul i\u017c-\u017cmien, u b'hekk se jibqa' jkollhom impatt po\u017cittiv fuq is-sostenibbilt\u00e0 fiskali ferm lil hinn mill-konklu\u017cjoni mill-programm.", "Is-settur finanzjarju issa jinsab f'po\u017cizzjoni \u0127afna iktar b'sa\u0127\u0127itha ri\u017cultat tal-operazzjonijiet ta' rikapitalizzazzjoni li kellhom su\u010b\u010bess, tar-riforma tal-governanza bankarja, u tal-\u0127idma biex ti\u0121i implimentata strate\u0121ija li tnaqqas is-self improduttiv, li trid ti\u0121i sostnuta.", "L-effi\u010bjenza u l-effika\u010bja tal-amministrazzjoni pubblika \u0121ew imtejba, inklu\u017c permezz tal-introduzzjoni ta' regoli \u0121odda dwar il-\u0127atra, il-valutazzjoni u l-mobbilt\u00e0 tal-impjegati tas-settur pubbliku; it-twaqqif tal-Awtorit\u00e0 Indipendenti g\u0127ad-D\u0127ul Pubbliku; u mi\u017curi biex jag\u0127mlu s-sistema \u0121udizzjarja aktar effi\u010bjenti.", "Fl-a\u0127\u0127ar, \u0121ew implimentati mi\u017curi strutturali importanti biex itejbu l-ambjent tan-negozju tal-Gre\u010bja u l-kompetittivit\u00e0 sabiex jag\u0127mlu l-Gre\u010bja destinazzjoni attraenti g\u0127all-investiment u jippermettu lin-negozji li di\u0121\u00e0 je\u017cistu jespandu, jinnovaw u jo\u0127olqu l-impjiegi; kif ukoll biex jistabbilixxu pensjonijiet sostenibbli u universali, kura tas-sa\u0127\u0127a u sistemi ta' benefi\u010b\u010bju so\u010bjali, inklu\u017c skema ta' d\u0127ul minimu garantit.", "Meta me\u0127udin flimkien, dawn ir-riformi trasformattivi stabbilew il-pedamenti g\u0127al irkupru sostenibbli, filwaqt li implimentaw il-kundizzjonijiet fundamentali me\u0127tie\u0121a g\u0127al tkabbir sostenibbli, \u0127olqien ta' impjiegi u finanzi pubbli\u010bi sodi fis-snin li \u0121ejjin.", "It-titjib tal-indikaturi ekonomi\u010bi jikkonferma li filwaqt li g\u0127ad hemm xog\u0127ol xi jsir, l-isforzi li ttie\u0127du di\u0121\u00e0 qed jipprovdu benefi\u010b\u010bji tan\u0121ibbli billi jirrestawraw l-ordni fil-finanzi pubbli\u010bi filwaqt li jnaqqsu l-qg\u0127ad, u ji\u017cguraw ritorn g\u0127at-tkabbir.", "It-tkabbir ekonomiku rkupra minn -5.5% fl-2010 g\u0127al 1.4% fl-2017 u huwa mistenni jibqa' madwar 2% fl-2018 u l-2019.", "Il-bilan\u010b fiskali g\u0127amel progress minn defi\u010bit massiv ta' 15.1 % fl-2009 g\u0127al surplus ta' 0.8 % fl-2017 (li jikkorrispondi g\u0127al surplus primarju ta' 4.2 % f'termini tal-programm).", "G\u0127alkemm il-qg\u0127ad g\u0127adu g\u0127oli b'mod ina\u010b\u010bettabbli, skont \u010bifri ma\u0127ru\u0121a dan l-a\u0127\u0127ar mill-Awtorit\u00e0 Griega tal-Istatistika, il-qg\u0127ad naqas g\u0127al 19.5 % f'Mejju 2018, filwaqt li g\u0127all-ewwel darba minn Settembru 2011 la\u0127aq livell ta' inqas minn 20 %.", "G\u0127all-Gre\u010bja, il-konklu\u017cjoni tal-programm timmarka t-tmiem ta' kapitolu u l-bidu ta' ie\u0127or.", "Je\u0127tie\u0121 li nibqg\u0127u ffokati fuq l-indirizzar tal-konsegwenzi so\u010bjali u ekonomi\u010bi li huma l-konsegwenzi tas-snin tal-kri\u017ci.", "L-awtoritajiet Griegi je\u0127tie\u0121 li jibqg\u0127u responsabbli g\u0127ar-riformi u ji\u017cguraw l-implimentazzjoni sostnuta tag\u0127hom, konformi ma' dak li \u0121ie ddikjarat fil-laqg\u0127a tal-Grupp tal-Euro tat-22 ta' \u0120unju 2018.", "Dan huwa pass kru\u010bjali fil-bini tal-fidu\u010bja fis-suq u biex jissa\u0127\u0127a\u0127 l-irkupru ekonomiku tal-Gre\u010bja, b'mod partikolari fil-perjodu li ji\u0121i immedjatament wara l-programm.", "Il-Gre\u010bja se tkun integrata bis-s\u0127i\u0127 fis-Semestru Ewropew ta' koordinazzjoni ta' politika ekonomika u so\u010bjali biex ji\u0121i \u017cgurat li l-pajji\u017c u l-poplu tieg\u0127u jiksbu l-benefi\u010b\u010bji s\u0127a\u0127 mill-isforzi li ttie\u0127du fl-a\u0127\u0127ar snin.", "Fil-perjodu ta' wara l-programm, it-tlestija, il-provvediment u l-implimentazzjoni ta' riformi miftiehma skont il-programm se jkunu sorveljati wkoll permezz ta' qafas ta' sorveljanza msa\u0127\u0127a.", "Is-Servizz ta' Sostenn g\u0127ar-Riforma Strutturali tal-Kummissjoni se jkompli jassisti lill-awtoritajiet Griegi, fuq talba tag\u0127hom, fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi li jtejbu t-tkabbir.", "Sfond", "Il-Gre\u010bja ilha tibbenefika minn assistenza finanzjarja mis-s\u0127ab Ewropej tag\u0127ha mill-2010.", "L-awtoritajiet Griegi talbu programm ta appo\u0121\u0121 g\u0127all-istabbilt\u00e0 tal-MES \u0121did fit-8 ta' Lulju 2015.", "Fl-20 ta' Awwissu 2015, il-Kummissjoni Ewropea ffirmat, f'isem il-MES, Memorandum ta' Qbil g\u0127al programm ta' appo\u0121\u0121 g\u0127all-istabbilt\u00e0 ta' tliet snin.", "Fit-23 ta' \u0120unju 2018, il-Grupp tal-Euro kkonferma li l-azzjonijiet kollha pre\u010bedenti ta\u0127t ir-raba' u l-a\u0127\u0127ar rie\u017cami tal-programm tal-appo\u0121\u0121 g\u0127all-istabbilt\u00e0 kienu twettqu.", "Il-Grupp tal-Euro la\u0127aq ukoll ftehim dwar pakkett b'sa\u0127\u0127tu ta' mi\u017curi dwar id-dejn, minbarra l-mi\u017curi di\u0121\u00e0 fis-se\u0127\u0127 g\u0127al \u017cmien qasir, biex ji\u017cguraw li d-dejn tal-Gre\u010bja jkun sostenibbli fi \u017cmien fit-tul.", "Fis-6 ta' Awwissu 2018, il-MES approva \u017cbor\u017c finali ta' \u20ac15 biljun ta' assistenza finanzjarja.", "B'kollox, \u20ac288.7 biljun f'self \u0121ew ipprovduti lill-Gre\u010bja mill-2010.", "Dan jinkludi \u20ac256.6 biljun mis-s\u0127ab Ewropej tag\u0127ha u \u20ac32.1 biljun mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI).", "B'mod parallel mal-programm tal-appo\u0121\u0121 g\u0127all-istabbilt\u00e0, il-Kummissjoni nediet il-pjan g\u0127al \u201cBidu \u0120did g\u0127all-Impjiegi u t-Tkabbir fil-Gre\u010bja\u201d f'Lulju 2015 biex tiffa\u010bilita lill-Gre\u010bja timmassimizza l-u\u017cu tag\u0127ha tal-fondi tal-UE biex tistabbilizza l-ekonomija tag\u0127ha u ssa\u0127\u0127a\u0127 l-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment.", "B'ri\u017cultat tal-mi\u017curi e\u010b\u010bezzjonali adottati skont il-pjan, il-Gre\u010bja issa hija fost l-og\u0127la assorbituri tal-fondi tal-UE.", "G\u0127all-perjodu 2014-2020, il-Gre\u010bja di\u0121\u00e0 r\u010beviet kwa\u017ci EUR 16 biljun minn ri\u017cerva kbira ta' fondi tal-UE.", "Dan huwa ekwivalenti g\u0127al aktar minn 9 % tal-prodott domestiku gross annwali tal-2017 tal-Gre\u010bja.", "Il-Gre\u010bja hija wkoll il-benefi\u010bjarju ewlieni tal-Fond Ewropew g\u0127all-Investimenti Strate\u0121i\u010bi (FEIS) tal-Pjan ta' Juncker, b\u0127ala sehem tal-PDG.", "Il-FEIS issa mistenni li jiskatta aktar minn \u20ac10 biljun f'investimenti u jappo\u0121\u0121a aktar minn 20,000 impri\u017ca \u017cg\u0127ar u medja fil-Gre\u010bja.", "Aktar informazzjoni", "Skedi informattivi - Kapitolu \u0121did g\u0127all-Gre\u010bja", "Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tat-22 ta' \u0120unju 2018", "Fuljett: Bidu \u0121did g\u0127all-impjiegi u t-tkabbir fil-Gre\u010bja \u2013 Tliet snin wara", "Aktar informazzjoni \u0121enerali dwar l-assistenza finanzjarja tal-UE lill-Gre\u010bja", "Stqarrija g\u0127all-istampa - Il-Kummissjoni tappo\u0121\u0121ja n-normalizzazzjoni fil-Gre\u010bja permezz tal-attivazzjoni ta' qafas ta' wara l-programm"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_18_5004", "title": "Dikjarazzjoni mir-Rappre\u017centant G\u0127oli/Vi\u010bi President Federica Mogherini u l-Kummissarju g\u0127all-G\u0127ajnuna Umanitarja u l-\u0120estjoni tal-Kri\u017cijiet Christos Stylianides dwar il-Jum Dinji tal-G\u0127ajnuna Umanitarja 2018", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HREXTRELS,ICHACR", "date": "Thu, 16 Aug 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Fil-15-il Anniversarju tal-attakk bil-bombi fuq il-Kwartieri \u0120enerali tan-NU f'Bagdad, l-Unjoni Ewropea tag\u0127ti \u0121ie\u0127 lill-impenn tal-\u0127addiema umanitarji li jissograw \u0127ajjithom biex iwasslu l-g\u0127ajnuna umanitarja madwar id-dinja.Ir-rispett ming\u0127ajr ekwivoki tal-li\u0121i internazzjonali, tas-sigurt\u00e0 u s-sikurezza tal-\u0127addiema umanitarji u l-a\u010b\u010bess bla xkiel tag\u0127hom g\u0127al dawk fil-b\u017conn huma ta' importanza kbira g\u0127all-Unjoni Ewropea.", "Qabel il-Jum Dinji tal-G\u0127ajnuna Umanitarja tal-2018, ir-Rappre\u017centant G\u0127oli/Vi\u010bi President Federica Mogherini u Christos Stylianides, il-Kummissarju tal-UE g\u0127all-G\u0127ajnuna Umanitarja u l-\u0120estjoni tal-Kri\u017cijiet, g\u0127amlu l-istqarrija li \u0121ejja:", "\u201cPersuni paj\u017cana ta' spiss ikollhom i\u0127allsu l-og\u0127la prezz fil-kunflitti, u l-attakki, inklu\u017c kontra \u0127addiema umanitarji, g\u0127adhom qed ise\u0127\u0127u.", "Matul is-sena li g\u0127addiet, mill-Afganistan san-Ni\u0121erja u mir-Repubblika \u010aentru-Afrikana sal-Jemen, dawn l-attakki kkaw\u017caw il-mewt ta' nies paj\u017cana u ta' \u0127addiema umanitarji.", "Dawn l-atti ta' vjolenza huma ksur serju tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali.", "Is-salvata\u0121\u0121 tal-\u0127ajjiet ma g\u0127andux jiswa l-\u0127ajjiet.", "Kwa\u017ci 4,400 \u0127addiem umanitarju sfaw vittmi ta' attakki kbar matul l-a\u0127\u0127ar g\u0127oxrin sena.", "Aktar minn terz minn dawn inqatlu.", "Il-jum Dinji tal-G\u0127ajnuna Umanitarja huwa opportunit\u00e0 biex nag\u0127tu \u0121ie\u0127 lil dawn il-\u0127addiema umanitarji ddedikati, u biex nippromwovu s-sigurt\u00e0 u s-sikurezza tag\u0127hom.", "Il-partijiet kollha f'kunflitti g\u0127andhom obbligu skont id-Dritt Umanitarju Internazzjonali biex ji\u017cguraw is-sikurezza tal-\u0127addiema umanitarji, u biex jiffa\u010bilitaw l-a\u010b\u010bess umanitarju ming\u0127ajr xkiel u sostnut, b'mod li l-g\u0127ajnuna tkun tista' til\u0127aq lill-popli kollha fil-b\u017conn.", "L-UE hija minn ta' quddiem fid-dinja fl-assistenza umanitarja.", "Il-promozzjoni tal-g\u0127ajnuna umanitarja bi prin\u010bipji u tar-rispett g\u0127ad-Dritt Umanitarju Internazzjonali tibqa' fil-qalba tal-impenn internazzjonali tag\u0127na.\u201d", "Sfond", "Persuni \u010bivili f'\u017coni ta' kunflitt huma regolarment maqtula jew midruba f'attakki mmirati jew indiskriminati.", "Il-kunflitti \u0121ieg\u0127lu g\u0127add rekord ta' persuni ja\u0127arbu minn djarhom, b'iktar minn 68.5 miljun persuna spostati b'mod furzat mad-dinja, li nofshom huma tfal ta\u0127t l-et\u00e0 ta' 18-il sena.", "Fl-2017, l-UE mmobilizzat aktar minn EUR 2.43 biljun g\u0127al operazzjonijiet ta' g\u0127ajnuna umanitarja f'aktar minn 80 pajji\u017c madwar id-dinja.", "Proporzjon sinifikanti ta' dan mar g\u0127all-appo\u0121\u0121 ta' popolazzjonijiet milquta mill-kunflitt fis-Sirja u r-refu\u0121jati f'pajji\u017ci u re\u0121juni \u0121irien.", "L-UE kompliet ukoll tappo\u0121\u0121a lil dawk spustati min\u0127abba kunflitti li ilhom g\u0127addejjin, mill-Afganistan sal-Kolombja u l-Qarn tal-Afrika, filwaqt li twie\u0121eb g\u0127al kri\u017cijiet emer\u0121enti, b\u0127alma huma l-ispostament tar-Rohingya.", "I\u017c-\u017cieda qawwija fi ksur apposta tal-Li\u0121i Umanitarja Internazzjonali (IHL) u tal-prin\u010bipji umanitarji g\u0127amlet il-protezzjoni sfida ewlenija fil-kuntesti umanitarji tal-lum.", "Fl-2017, aktar minn 10 % tal-ba\u0121it g\u0127all-g\u0127ajnuna umanitarja tal-UE \u0121ie allokat g\u0127all-attivitajiet tal-protezzjoni umanitarja.", "L-UE kompliet ta\u0127dem favur it-tis\u0127i\u0127 tal-protezzjoni u l-konformit\u00e0 mad-dritt umanitarju internazzjonali, inklu\u017c permezz tad-djalogu, l-istqarrijiet u l-inizjattivi, kif ukoll permezz ta' finanzjament g\u0127al ta\u0127ri\u0121 fid-dritt umanitarju internazzjonali g\u0127all-persunal u l-imsie\u0127ba, u attivitajiet tad-disseminazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tad-dritt umanitarju internazzjonali fost il-pubbliku \u0121enerali.", "Pere\u017cempju, bl-appo\u0121\u0121 tal-UE, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-A\u0127mar (ICRC) \u017cviluppa l-kampanja \u201cKura tas-Sa\u0127\u0127a fil-Periklu\u201d li tqajjem kuxjenza dwar l-impatt mifrux u gravi ta' atti vjolenti li jxekklu t-twassil tal-kura tas-sa\u0127\u0127a, jag\u0127mlu \u0127sara lil fa\u010bilitajiet jew vetturi jew jeqirduhom, u jwe\u0121\u0121g\u0127u jew joqtlu l-\u0127addiema tal-kura tas-sa\u0127\u0127a u l-pazjenti."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3389", "title": "Intg\u0127a\u017clu l-ewwel 17-il universit\u00e0 permezz tal-inizjattiva tal-\u201cUniversitajiet Ewropej\u201d: pass kbir 'il quddiem biex tinbena \u017bona Ewropea tal-Edukazzjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Tue, 25 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea \u0127abbret l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni g\u0127olja mill-Ewropa kollha li se jkunu parti mill-ewwel alleanzi tal-\u201cUniversitajiet Ewropej\u201d.", "Dawn se jtejbu l-kwalit\u00e0 tal-edukazzjoni g\u0127olja Ewropea, se jag\u0127mluha iktar attraenti, u se jixprunaw il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet, kif ukoll bejn l-istudenti u l-persunal tag\u0127hom.", "Mill-54 applikazzjoni li r\u010beviet fil-kuntest tal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, il-Kummissjoni g\u0127a\u017clet 17-il universit\u00e0 (ara l-Anness), li abba\u017ci ta' evalwazzjoni mwettqa minn 26espert estern indipendenti, fosthom retturi, professuri u ri\u010berkaturi, jinvolvu 114-il istituzzjoni tal-edukazzjoni g\u0127olja minn 24 Stat Membru.", "L-Universitajiet Ewropej huma alleanzi transnazzjonali ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni g\u0127olja mill-UE kollha li jikkondividu strate\u0121ija fit-tul u li jippromwovu l-valuri u l-identit\u00e0 Ewropej.", "L-inizjattiva g\u0127andha l-g\u0127an li ssa\u0127\u0127a\u0127 b'mod sinifikanti l-mobbilt\u00e0 tal-istudenti u tal-persunal, u li tkattar il-kwalit\u00e0, l-inklu\u017civit\u00e0 u l-kompetittivit\u00e0 tal-edukazzjoni g\u0127olja Ewropea.", "Tibor Navracsics, il-Kummissarju g\u0127all-Edukazzjoni, il-Kultura, i\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 u l-Isport, stqarr:\u201cKuntent \u0127afna bl-ambizzjoni tal-ewwel 17-il universit\u00e0 tal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, li se jservu ta' mudell g\u0127all-o\u0127rajn fl-UE kollha.", "Bis-sa\u0127\u0127a tag\u0127hom, il-\u0121enerazzjonijiet li jmiss ta' studenti se jesperjenzaw l-Ewropa billi jsiefru biex jistudjaw f'pajji\u017ci differenti minn tag\u0127hom.", "Jien konvint li din l-inizjattiva, li hija element importanti ta\u017c-\u017bona Ewropea tal-Edukazzjoni, se twassal g\u0127al bidla reali fl-edukazzjoni g\u0127olja fl-Ewropa, billi se tag\u0127ti spinta lill-e\u010b\u010bellenza u lill-inklu\u017cjoni.\u201d", "L-g\u0127a\u017cla tal-Universitajiet Ewropej tinkludi firxa wiesg\u0127a ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni g\u0127olja mill-UE kollha, minn universitajiet tax-xjenzi applikati, minn universitajiet tekni\u010bi, minn universitajiet tal-Belle Arti u minn universitajiet komprensivi u intensivi fir-ri\u010berka.", "L-Universitajiet Ewropej se jsiru kampusijiet interuniversitarji fejn l-istudenti, il-kandidati g\u0127al dottorat, il-persunal u r-ri\u010berkaturi jistg\u0127u ji\u010b\u010baqilqu fihom ming\u0127ajr xkiel.", "Dawn se ji\u0121bru flimkien l-g\u0127arfien espert, il-pjattaformi u r-ri\u017corsi tag\u0127hom biex iwasslu kurrikuli jew moduli kon\u0121unti li jkopru diversi dixxiplini.", "Dawn il-kurrikuli se jkunu flessibbli \u0127afna u se jippermettu lill-istudenti jippersonalizzaw l-edukazzjoni tag\u0127hom, billi jkunu jistg\u0127u jag\u0127\u017clu x'se jistudjaw, fejn u meta se jistudjaw, u jiksbu lawrja Ewropea.", "L-Universitajiet Ewropej se jikkontribwixxu wkoll g\u0127all-i\u017cvilupp ekonomiku sostenibbli tar-re\u0121juni fejn jinsabu, peress li l-istudenti tag\u0127hom se ja\u0127dmu mill-qrib mal-kumpaniji, mal-awtoritajiet muni\u010bipali, mal-akkademi\u010bi u mar-ri\u010berkaturi sabiex isibu soluzzjonijiet g\u0127all-isfidi li qed jiffa\u010b\u010bjaw ir-re\u0121juni tag\u0127hom.", "B\u0127ala total, il-ba\u0121it disponibbli g\u0127all-ewwel 17-il universit\u00e0 tal-inizjattiva tal-\u201cUniversitajiet Ewropej\u201d se jil\u0127aq il-\u20ac85 miljun.", "Kull alleanza se tir\u010bievi sa \u20ac5 miljun fit-tliet snin li \u0121ejjin sabiex tibda timplimenta l-pjanijiet tag\u0127ha u twitti t-triq g\u0127al istituzzjonijiet o\u0127ra tal-edukazzjoni g\u0127olja mill-UE kollha biex jimxu fil-passi tag\u0127ha.", "Il-progress ta' kull alleanza se ji\u0121i mmonitorjat mill-qrib.", "Din l-ewwel sej\u0127a \u2013 flimkien mat-tieni wa\u0127da li se ssir din il-\u0127arifa \u2013 se tittestja mudelli differenti g\u0127all-implimentazzjoni tal-kun\u010bett il-\u0121did tal-Universitajiet Ewropej u l-potenzjal tieg\u0127u li jag\u0127ti spinta lill-edukazzjoni g\u0127olja.", "G\u0127all-ba\u0121it fit-tul li jmiss tal-UE g\u0127all-2021-2027, il-Kummissjoni pproponiet li timplimenta g\u0127alkollox l-inizjattiva Universitajiet Ewropej fil-qafas tal-Programm Erasmus+, b'\u017cieda sinifikanti fil-ba\u0121it.", "Filwaqt li xi alleanzi huma komprensivi u jkopru d-dixxiplini kollha, o\u0127rajn pere\u017cempju qed jiffukaw fuq is-sostenibbilt\u00e0 kostali urbana, ix-xjenzi so\u010bjali jew is-sa\u0127\u0127a globali.", "Kull alleanza hija mag\u0127mula minn medja ta' seba' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni g\u0127olja minn kull parti tal-Ewropa, li jwasslu g\u0127al s\u0127ubijiet \u0121odda.", "Dan jirrifletti d-distribuzzjoni tal-applikazzjonijiet li l-Kummissjoni r\u010beviet mid-diversi pajji\u017ci.", "Sfond", "Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet din l-inizjattiva l-\u0121dida lill-mexxejja tal-Unjoni Ewropea qabel is-Summit So\u010bjali ta' Gothenburg f'Novembru 2017.", "L-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej \u0121iet approvata mill-Kunsill Ewropew f'Di\u010bembru 2017, li sejja\u0127 g\u0127al minn tal-inqas 20 universit\u00e0 Ewropea sal-2024 u hija parti mill-ispinta biex ti\u0121i stabbilita \u017bona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025.", "Il-kun\u010bett tal-Universitajiet Ewropej \u0121ie \u017cviluppat flimkien mal-Istati Membri, mal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni g\u0127olja u mal-organizzazzjonijiet tal-istudenti, u attira applikazzjonijiet minn 54 alleanza li jinvolvu iktar minn 300 istituzzjoni tal-edukazzjoni g\u0127olja minn 28 Stat Membru u minn Pajji\u017ci o\u0127ra tal-Programm Erasmus+.", "Dawn wie\u0121bu g\u0127al sej\u0127a tal-Programm Erasmus+ dwar l-\u201cUniversitajiet Ewropej\u201d li saret f'Ottubru 2018.", "Is-\u20ac60 miljun li ori\u0121inarjament \u0121ew imwarrba g\u0127al din l-inizjattiva l-\u0121dida tal-Programm Erasmus+ \u017cdiedu g\u0127al \u20ac85 miljun, u b'hekk jistg\u0127u ji\u0121u ffinanzjati 17-il alleanza minflok it-12-il alleanza previsti inizjalment.", "G\u0127al iktar informazzjoni", "Skeda informattiva", "L-Inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej", "Informazzjoni dwar is-Sej\u0127a g\u0127all-Proposti"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_19_3369", "title": "Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet \u2014 I\u010b-\u010aibersigurt\u00e0 tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Tue, 25 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["X'g\u0127amlet s'issa l-UE biex issa\u0127\u0127a\u0127 i\u010b-\u010bibersigurt\u00e0?", "L-UE issa g\u0127andha firxa ta' strumenti biex tipprote\u0121i n-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika, inklu\u017c id-Direttiva dwar is-Sigurt\u00e0 tan-Netwerks u tas-Sistemi tal-Informazzjoni (id-Direttiva NIS), l-Att tal-UE dwar i\u010b-\u010aibersigurt\u00e0, u r-regoli l-\u0121odda dwar it-telekomunikazzjoni.", "Id-Direttiva introdu\u010biet mekkani\u017cmi \u0121odda li j\u0127e\u0121\u0121u l-kooperazzjoni fil-livell tal-UE, mi\u017curi biex ji\u017cdiedu l-kapa\u010bitajiet nazzjonali, u obbligi fuq l-operaturi tas-servizzi essenzjali u fuq il-fornituri tas-servizzi di\u0121itali biex jadottaw prattiki ta' \u0121estjoni tar-riskju u jirrappurtaw in\u010bidenti sinifikanti lill-awtoritajiet nazzjonali.", "G\u0127all-ewwel darba, l-Att dwar i\u010b-\u010aibersigurt\u00e0 jintrodu\u010bi regoli applikabbli fl-UE kollha g\u0127a\u010b-\u010bertifikazzjoni ta\u010b-\u010bibersigurt\u00e0 ta' prodotti, ta' pro\u010bessi u ta' servizzi.", "Barra minn hekk, l-Att dwar i\u010b-\u010aibersigurt\u00e0 jistabbilixxi mandat permanenti \u0121did g\u0127all-A\u0121enzija tal-UE g\u0127a\u010b-\u010aibersigurt\u00e0 (l-ENISA), u jalloka wkoll aktar ri\u017corsi lill-A\u0121enzija biex din tkun tista' til\u0127aq l-g\u0127anijiet tag\u0127ha.", "Skont ir-Regoli dwar it-Telekomunikazzjoni l-\u0121odda (il-Kodi\u010bi g\u0127all-Komunikazzjonijiet Elettroni\u010bi), l-Istati Membri jridu ji\u017cguraw li j\u0127addnu l-integrit\u00e0 u s-sigurt\u00e0 tan-netwerks tal-komunikazzjoni pubblika, u g\u0127andu jkollhom l-obbligu li ji\u017cguraw li l-operaturi jie\u0127du l-mi\u017curi tekni\u010bi u organizzattivi me\u0127tie\u0121a biex jimmani\u0121\u0121jaw b'mod xieraq kull riskju g\u0127as-sigurt\u00e0 tan-netwerks u tas-servizzi.", "Ir-regoli l-\u0121odda jistipulaw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti jkollhom \u010berti setg\u0127at, inklu\u017ca s-setg\u0127a li jo\u0127or\u0121u struzzjonijiet vinkolanti u li ji\u017cguraw il-konformit\u00e0 mag\u0127hom.", "Barra minn hekk, sabiex tit\u0127ares il-kunfidenzjalit\u00e0 tal-komunikazzjonijiet, l-Istati Membri jistg\u0127u jimponu kundizzjonijiet li jikkon\u010bernaw is-sigurt\u00e0 ta' networks pubbli\u010bi kontra l-a\u010b\u010bess mhux awtorizzat g\u0127all-awtorizzazzjonijiet \u0121enerali g\u0127all-operaturi.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, f'Mejju 2019, il-Kunsill stabbilixxa re\u0121im ta' sanzjonijiet, li jippermetti lill-UE timponi mi\u017curi restrittivi mmirati li jiskora\u0121\u0121ixxu l-attakki \u010biberneti\u010bi u li jirrea\u0121ixxu g\u0127alihom, attakki li jikkostitwixxu theddida esterna g\u0127all-UE u g\u0127all-Istati Membri tag\u0127ha.", "Ir-re\u0121im ta' sanzjonijiet il-\u0121did jag\u0127mel parti mis-Sett ta' g\u0127odod ta\u010b-\u010biberdiplomazija tal-UE, qafas g\u0127al rispons diplomatiku kon\u0121unt tal-UE kontra attivitajiet \u010biberneti\u010bi malizzju\u017ci li jippermetti lill-UE tag\u0127mel u\u017cu s\u0127i\u0127 mill-mi\u017curi fi \u0127dan il-Politika Estera u ta' Sigurt\u00e0 Komuni, li jinkludu stqarrijiet mir-Rappre\u017centant G\u0127oli, inizjattivi diplomati\u010bi u, jekk ikun me\u0127tie\u0121, mi\u017curi restrittivi, biex tirrispondi kontra attivitajiet \u010biberneti\u010bi malizzju\u017ci.", "X'inhu l-Qafas ta' \u010aertifikazzjoni ta\u010b-\u010aibersigurt\u00e0 tal-UE u x'inhuma l-vanta\u0121\u0121i tieg\u0127u?", "Skema Ewropea ta' \u010bertifikazzjoni ta\u010b-\u010bibersigurt\u00e0 hija \u0121abra komprensiva ta' regoli, rekwi\u017citi tekni\u010bi, standards u pro\u010beduri, miftiehma fuq livell Ewropew g\u0127all-evalwazzjoni tal-proprjetajiet ta\u010b-\u010bibersigurt\u00e0 ta' prodott, servizz u pro\u010bess spe\u010bifiku.", "I\u010b-\u010bertifikazzjoni ta\u010b-\u010bibersigurt\u00e0 g\u0127andha rwol importanti biex tikber il-fidu\u010bja u ti\u017cdied is-sigurt\u00e0 fil-prodotti, is-servizzi u l-pro\u010bessi li huma kru\u010bjali g\u0127all-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku Di\u0121itali.", "Min\u0127abba d-diversit\u00e0 kbira u l-\u0127afna u\u017ci ta' prodotti, servizzi u pro\u010bessi tal-ICT, il-Qafas Ewropew ta' \u010aertifikazzjoni ta\u010b-\u010aibersigurt\u00e0 jippermetti l-\u0127olqien ta' skemi ta' \u010bertifikazzjoni tal-UE mfassla apposta u abba\u017ci tar-riskji li jippre\u017centaw.", "B'mod partikolari, kull skema Ewropea g\u0127andha tispe\u010bifika: a) il-kategoriji ta' prodotti u servizzi li huma koperti, b) ir-rekwi\u017citi ta\u010b-\u010bibersigurt\u00e0, pere\u017cempju b'referenza g\u0127all-istandards jew l-ispe\u010bifikazzjonijiet tekni\u010bi, c) it-tip ta' evalwazzjoni (e\u017c. awtovalutazzjoni jew evalwazzjoni minn parti terza), u d) il-livell ta' assigurazzjoni ma\u0127sub (e\u017c. ba\u017ciku, sostanzjali u/jew g\u0127oli).", "Biex juri r-riskju ta' \u010bibersigurt\u00e0, \u010bertifikat jista' jirreferi g\u0127al tliet livelli ta' assigurazzjoni (ba\u017ciku, sostanzjali, g\u0127oli), bil-livell proporzjonat skont ir-riskju asso\u010bjat mal-u\u017cu ma\u0127sub tal-prodott, servizz, jew pro\u010bess f'termini tal-probabbilt\u00e0 ta' in\u010bident u l-impatt tieg\u0127u.", "Pere\u017cempju, livell g\u0127oli ta' assigurazzjoni jfisser li l-prodott li \u0121ie \u010b\u010bertifikat g\u0127adda mill-og\u0127la testijiet ta' sigurt\u00e0.", "I\u010b-\u010bertifikat li jo\u0127ro\u0121 ikun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha, u jag\u0127milha e\u0127fef g\u0127an-negozji biex jag\u0127mlu kummer\u010b transfruntier u g\u0127all-utenti biex jifhmu l-karatteristi\u010bi ta' sigurt\u00e0 tal-prodott jew tas-servizz.", "Dan jippermetti kompetizzjoni po\u017cittiva bejn il-fornituri fis-suq kollu tal-UE, li twassal g\u0127al prodotti a\u0127jar u valur ikbar g\u0127all-flus.", "Is-Sigurt\u00e0 Ppjanata: Il-Qafas jg\u0127in lill-manifatturi jew lill-fornituri involuti fit-tfassil u l-i\u017cvilupp ta' prodotti, servizzi jew pro\u010bessi biex jimplimentaw mi\u017curi fl-istadji l-aktar bikrija ta' tfassil u \u017cvilupp.", "Dan se jippermetti li s-sigurt\u00e0 ta' dawk il-prodotti, is-servizzi jew il-pro\u010bessi ti\u0121i protetta sal-og\u0127la livell possibbli, b'tali mod li l-okkorrenza ta' attakki \u010biberneti\u010bi ti\u0121i anti\u010bipata u minimizzata (\u201cis-sigurt\u00e0 ppjanata\u201d).", "Il-qafas Ewropew ta\u010b-\u010bertifikazzjoni se jiddependi kemm jista' jkun fuq l-istandards internazzjonali b\u0127ala mod kif ji\u0121i evitat il-\u0127olqien ta' ostakli g\u0127all-kummer\u010b jew ta' problemi tekni\u010bi ta' interoperabbilt\u00e0.", "Min se jibbenefika minn dan il-qafas ta' \u010bertifikazzjoni u kif?", "L-abbilt\u00e0 li wie\u0127ed jifhem jekk prodott, sistema jew servizz jissodisfawx ir-rekwi\u017citi spe\u010bifi\u010bi tifforma l-qalba tal-fidu\u010bja fis-sistemi di\u0121itali li niddependu fuqhom.", "G\u0127alhekk, il-Qafas se jkun utli:", "Biex jikber il-valur ta\u010b-\u010bertifikazzjoni ta\u010b-\u010bibersigurt\u00e0, il-manifatturi jew il-fornituri ta' prodotti, servizzi jew pro\u010bessi \u010b\u010bertifikati, inklu\u017ci dawk li g\u0127alihom tkun in\u0127ar\u0121et dikjarazzjoni ta' konformit\u00e0 tal-UE, g\u0127andhom jipprovdu informazzjoni ta' \u010bibersigurt\u00e0 supplimentari spe\u010bifika (e\u017c. gwida u rakkomandazzjonijiet biex jg\u0127inu lill-utenti finali jissettjaw, jinstallaw, i\u0127addmu u jie\u0127du \u0127sieb il-prodotti jew is-servizzi, e\u010b\u010b.).", "B'mod spe\u010bifiku, x'se jkun il-valur mi\u017cjud tal-Qafas g\u0127all-SMEs u l-istartups?", "L-SMEs u n-negozji l-\u0121odda tradizzjonalment i\u0127abbtu wi\u010b\u010bhom ma' aktar diffikultajiet biex jespandu fi swieq \u0121odda b'rekwi\u017citi differenti.", "Il-Qafas se jg\u0127in biex jitnaqqas dan it-tip ta' ostakli g\u0127all-SMEs u biex negozji \u0121odda jid\u0127lu fis-suq, min\u0127abba li l-kumpaniji se jkollhom jg\u0127addu minn pro\u010bess ta' \u010bertifikazzjoni tal-prodotti tag\u0127hom darba biss u \u010b-\u010bertifikat korrispondenti se jkun validu fl-UE kollha.", "Barra minn hekk, hekk kif id-domanda g\u0127al soluzzjonijiet aktar siguri mistennija tikber mad-dinja kollha, il-kumpaniji, inklu\u017c l-SMEs, li l-prodotti tag\u0127hom ji\u0121u \u010b\u010bertifikati, se jgawdu minn vanta\u0121\u0121 kompetittiv biex jissodisfaw din il-\u0127tie\u0121a.", "Barra minn dan, il-possibbilt\u00e0 li l-kumpaniji ji\u010b\u010bertifikaw huma stess il-konformit\u00e0 mar-rekwi\u017citi ta' sigurt\u00e0 g\u0127all-prodotti, il-pro\u010bessi u s-servizzi li huma ta' riskju baxx trendi l-Qafas aktar attraenti g\u0127all-SMEs u n-negozji l-\u0121odda.", "Nie\u0127du l-e\u017cempju ta' SME li ti\u017cviluppa u tbig\u0127 applikazzjonijiet tal-ICT lil kumpaniji akbar li je\u0127tie\u0121u \u010berti assigurazzjonijiet li l-applikazzjonijiet huma sikuri b'mod xieraq, u li \u0121ew \u017cviluppati skont l-a\u0127jar prattiki f'dak li g\u0127andu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni sikura.", "Bis-sa\u0127\u0127a ta' \u010aertifikat Ewropew ta\u010b-\u010aibersigurt\u00e0, l-SME tista' turi s-sigurt\u00e0 tal-prodotti tag\u0127ha kif ukoll il-prattiki ta' \u017cvilupp siguri tag\u0127ha, u b'hekk tissodisfa r-rekwi\u017citi tal-klijenti tag\u0127ha mhux biss fi Stat Membru wie\u0127ed, kif ta' spiss ji\u0121ri llum, i\u017cda wkoll fl-UE kollha.", "I\u010b-\u010bertifikazzjoni ta\u010b-\u010bibersigurt\u00e0 se ssir obbligatorja?", "L-iskemi stabbiliti ta\u0127t il-Qafas huma volontarji, ji\u0121ifieri l-bejjieg\u0127a jistg\u0127u jidde\u010biedu huma stess iridux li l-prodotti tag\u0127hom ikunu \u010b\u010bertifikati ta\u0127thom.", "Madankollu, l-Att dwar i\u010b-\u010aibersigurt\u00e0 jipprevedi li l-Kummissjoni tivvaluta l-effi\u010bjenza u l-u\u017cu tal-iskemi Ewropej adottati ta\u010b-\u010bertifikazzjoni ta\u010b-\u010bibersigurt\u00e0.", "B'mod partikolari, se tivvaluta jekk skema Ewropea spe\u010bifika g\u0127a\u010b-\u010bertifikazzjoni ta\u010b-\u010bibersigurt\u00e0 g\u0127andhiex issir obbligatorja permezz ta' le\u0121i\u017clazzjoni rilevanti tal-UE, biex ti\u017cgura livell adegwat ta' \u010bibersigurt\u00e0 fuq prodotti, servizzi u pro\u010bessi tal-ICT u biex ittejjeb il-funzjonament tas-suq intern.", "Barra minn hekk, le\u0121i\u017clazzjoni o\u0127ra fil-livell nazzjonali jew tal-UE tista' tag\u0127mel u\u017cu minn skemi e\u017cistenti b\u0127ala mod sempli\u010bi biex tiddeskrivi l-obbligi futuri fuq il-prodotti jew is-sistemi.", "L-A\u0121enzija tal-UE g\u0127a\u010b-\u010aibersigurt\u00e0, kif qed tissa\u0127\u0127a\u0127?", "Sa issa l-A\u0121enzija tal-UE g\u0127a\u010b-\u010aibersigurt\u00e0 kellha mandat temporanju, li \u0121\u0121edded l-a\u0127\u0127ar fl-2013 u li kellu jiskadi fl-2020.", "L-Att dwar i\u010b-\u010aibersigurt\u00e0 ta lill-A\u0121enzija mandat permanenti, u b'hekk po\u0121\u0121ieha fuq pedament stabbli g\u0127all-futur.", "Il-kompiti attwali tal-A\u0121enzija tal-UE g\u0127a\u010b-\u010aibersigurt\u00e0, b\u0127all-appo\u0121\u0121 g\u0127all-i\u017cvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika kif ukoll il-bini tal-kapa\u010bit\u00e0 \u010bibernetika, issa\u0127\u0127ew u ng\u0127ataw fokus mill-\u0121did.", "\u017bdiedu kompiti \u0121odda, l-iktar fir-rigward ta\u010b-\u010bertifikazzjoni ta\u010b-\u010bibersigurt\u00e0.", "Il-mandat il-\u0121did jinkludi kompiti addizzjonali importanti di\u0121\u00e0 fdati f'idejn l-A\u0121enzija tal-UE g\u0127a\u010b-\u010aibersigurt\u00e0 permezz tad-Direttiva NIS, li sar ftehim dwarha fl-2016, b\u0127ar-rwol tas-segretarjat tan-Netwerk tal-Iskwadri ta' Rispons g\u0127al In\u010bidenti relatati mas-Sigurt\u00e0 tal-Kompjuters (is-CSIRTs), li ji\u0121bor flimkien is-CSIRTs nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE.", "Sabiex ji\u0121u ssodisfati dawn ir-responsabbiltajiet mi\u017cjuda, il-persunal tal-A\u0121enzija jista' jikber b'50 %, u r-ri\u017corsi finanzjarji rduppjaw, billi \u017cdiedu minn EUR 11-il miljun g\u0127al EUR 23 miljun fuq perjodu ta' 5 snin.", "X'inhuma l-kompiti ewlenin tal-A\u0121enzija tal-UE g\u0127a\u010b-\u010aibersigurt\u00e0 skont il-mandat il-\u0121did?", "X'inhi r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea g\u0127al appro\u010b\u010b komuni tal-UE g\u0127as-sigurt\u00e0 tan-netwerks 5G?", "In-netwerks tal-\u0126ames \u0120enerazzjoni (5G) se jsawru s-sinsla tal-futur tas-so\u010bjetajiet u l-ekonomiji tag\u0127na, inklu\u017c f'\u0127afna setturi kriti\u010bi b\u0127all-ener\u0121ija, it-trasport, il-banek u s-sa\u0127\u0127a, u dan jitfa' dawl qawwi fuq il-\u0127tie\u0121a li ti\u0121i indirizzata kwalunkwe vulnerabbilt\u00e0 fir-rigward tas-sigurt\u00e0 u l-fidu\u010bja.", "F'Marzu 2019 il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat g\u0127add ta' passi u mi\u017curi operazzjonali biex ti\u017cgura livell g\u0127oli ta' \u010bibersigurt\u00e0 g\u0127an-networks 5G fil-livell tal-UE.", "B'mod partikolari, l-Kummissjoni rrakkomandat lill-Istati Membri jlestu valutazzjoni tar-riskju g\u0127all-UE kollha sa Ottubru 2019 u jidentifikaw sett ta' mi\u017curi ta' mitigazzjoni possibbli, sa Di\u010bembru 2019.", "G\u0127al aktar informazzjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni, inklu\u017c il-passi li jmiss, ara l-istqarrija g\u0127all-istampa u dawn il-Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet.", "X'inhuma l-passi li jmiss?", "Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li tag\u0127ti spinta sinifikanti lill-investiment fi\u010b-\u010bibersigurt\u00e0 u fit-teknolo\u0121iji di\u0121itali avvanzati fl-UE matul il-perjodu li jmiss tal-ba\u0121it tal-UE, b'mod partikolari permezz tal-proposta tag\u0127ha g\u0127al Programm Ewropa Di\u0121itali.", "Ipproponiet ukoll \u010aentru Ewropew \u0121did g\u0127all-Kompetenza ta\u010b-\u010aibersigurt\u00e0 u n-netwerk li ti\u0121bor ir-ri\u017corsi u tikkoordina l-prijoritajiet mal-Istati Membri u biex timplimenta pro\u0121etti rilevanti fil-qasam ta\u010b-\u010bibersigurt\u00e0.", "Il-proposta timmira wkoll li to\u0127loq Netwerk ta' \u010aentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali u Komunit\u00e0 ta' Kompetenza ta\u010b-\u010aibersigurt\u00e0 sabiex ti\u017cgura kooperazzjoni u siner\u0121iji a\u0127jar fost l-esperti u l-istrutturi spe\u010bjalizzati e\u017cistenti fl-Istati Membri.", "Dan jimxi id f'id mal-objettiv ewlieni li ti\u017cdied il-kompetittivit\u00e0 tal-industrija ta\u010b-\u010bibersigurt\u00e0 tal-UE u \u010b-\u010bibersigurt\u00e0 tinbidel f'vanta\u0121\u0121 kompetittiv g\u0127al industriji Ewropej o\u0127ra.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Fuljett - Building strong cybersecurity in the European Union", "Skeda informattiva - Re\u017ciljenza, Deterrenza u Difi\u017ca: Nibnu sigurt\u00e0 \u010bibernetika b'sa\u0127\u0127itha fl-Ewropa", "Proposta g\u0127al Netwerk u \u010aentru Ewropew ta' Kompetenza fil-qasam ta\u010b-\u010aibersigurt\u00e0", "Ewropa li Tipprote\u0121i: 15 minn 22 inizjattiva le\u0121i\u017clattiva tal-Unjoni tas-Sigurt\u00e0 miftiehma s'issa", "Stqarrija g\u0127all-istampa - In-negozjaturi tal-UE jaqblu dwar it-tis\u0127i\u0127 ta\u010b-\u010bibersigurt\u00e0 tal-Ewropa", "Stqarrija g\u0127all-istampa- Il-Kummissjoni Ewropea tirrakkomanda appro\u010b\u010b komuni fil-livell tal-UE g\u0127as-sigurt\u00e0 tan-networks 5G"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_19_3374", "title": "Adozzjoni ta' regoli \u0121odda li jipprote\u0121u a\u0127jar lill-minuri li jinqabdu f'tilwim transfruntier tal-\u0121enituri", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC", "date": "Mon, 24 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["X'inhu r-Regolament Brussell IIa?", "Ir-Regolament Brussell IIa huwa l-ba\u017ci tal-kooperazzjoni \u0121udizzjarja tal-UE fi kwistjonijiet matrimonjali transfruntiera (divorzju, separazzjoni, u annullament ta\u017c-\u017cwie\u0121) u kwistjonijiet ta' responsabbilit\u00e0 tal-\u0121enituri, inklu\u017ci l-kustodja u d-drittijiet ta' a\u010b\u010bess, u l-\u0127tif internazzjonali ta' minuri.", "Ir-Regolament ilu japplika fl-Istati Membri kollha, \u0127lief fid-Danimarka, mill-1 ta' Marzu 2005.", "Bl-g\u0127add dejjem jikber ta' familji internazzjonali, li issa huwa stmat g\u0127al 16-il miljun, fl-UE \u017cdiedu t-tilwimiet transfruntiera dwar kwistjonijiet tal-familja.", "Kull sena fl-UE ji\u0121u rre\u0121istrati madwar 140,000 divorzju internazzjonali, kif ukoll madwar 1,800 ka\u017c ta' \u0127tif ta' minuri mill-\u0121enituri.", "Il-Kunsill illum adotta titjib g\u0127ar-regoli tal-UE (\u201cir-Regolament Brussell Ila\u201d) li jipprote\u0121i lill-minuri fil-kuntest ta' tilwim transfruntier marbut ma' responsabbilt\u00e0 tal-\u0121enituri u l-\u0127tif ta' minuri.", "Ir-regoli l-\u0121odda (\u201cir-Regolament Riformulat Brussell Ila\u201d) jag\u0127mlu l-pro\u010bedimenti tal-qorti aktar \u010bari, rapidi u effi\u010bjenti.", "Huma msejsa fuq il-proposta mag\u0127mula mill-Kummissjoni Ewropea fl-2016.", "G\u0127al liema ka\u017cijiet japplika r-Regolament?", "Ir-Regolament japplika biss f'ka\u017cijiet transfruntiera fl-UE:", "Huwa jiffoka fuq is-soluzzjoni ta' aspetti pro\u010bedurali ta' ka\u017cijiet transfruntiera biss.", "Ir-responsabbilt\u00e0 a\u0127\u0127arija ta' kull regola sostantiva, pere\u017cempju dwar kif g\u0127andhom ji\u0121u e\u017cer\u010bitati d-drittijiet ta' a\u010b\u010bess jew dwar liema kriterji japplikaw meta ji\u0121u attribwiti d-drittijiet ta' kustodja lil \u0121enitur, taqa' fuq l-Istati Membri.", "Liema huma l-bidliet ewlenin li \u0121ew adottati llum?", "Il-bidliet jikkon\u010bernaw prin\u010bipalment il-pro\u010bedimenti marbuta ma' kwistjonijiet ta' responsabbilt\u00e0 tal-\u0121enituri u ma' \u0127tif internazzjonali ta' minuri u se jkollhom impatt po\u017cittiv fuq il-pro\u010beduri kollha li jinvolvu l-minuri billi:", "L-iskadenzi li japplikaw g\u0127al stadji differenti tal-pro\u010bedura tar-ritorn ta' minuri se jkunu limitati g\u0127al perjodu massimu ta' sitt (6) \u0121img\u0127at g\u0127all-qorti tal-ewwel istanza u sitt (6) \u0121img\u0127at g\u0127al kull qorti tal-appell.", "Barra minn hekk, l-Awtoritajiet \u010aentrali se jippro\u010bessaw l-applikazzjonijiet g\u0127al ritorn b'mod aktar rapidu.", "Il-minuri ta' et\u00e0 kbira bi\u017c\u017cejjed biex jiffurmaw il-fehmiet tag\u0127hom stess se jing\u0127ataw l-opportunit\u00e0 li jesprimu dawn il-fehmiet fil-pro\u010bedimenti kollha li jikkon\u010bernawhom.", "Dan se japplika fi kwistjonijiet ta' responsabbilt\u00e0 tal-\u0121enituri u f'ka\u017cijiet ta' \u0127tif internazzjonali ta' minuri.", "Id-determinazzjoni ta' kif u minn min il-minuri jinstemg\u0127u hija kwistjoni li se tit\u0127alla g\u0127al-li\u0121i nazzjonali.", "Permezz tar-regoli l-\u0121odda, l-exequatur, pro\u010bedura intermedja me\u0127tie\u0121a biex tinkiseb l-e\u017cekuzzjoni transfruntiera, se titne\u0127\u0127a g\u0127ad-de\u010bi\u017cjonijiet kollha.", "Skont ir-regoli l-\u0121odda, l-e\u017cekuzzjoni tista' ti\u0121i mi\u010b\u0127uda jew sospi\u017ca \u0121eneralment ta\u0127t l-istess kundizzjonijiet fl-Istati Membri kollha, filwaqt li j\u017cidu \u010b-\u010bertezza legali g\u0127a\u010b-\u010bittadini kollha u b'mod partikolari g\u0127all-minuri kkon\u010bernati.", "Il-kooperazzjoni xierqa bejn l-Awtoritajiet \u010aentrali ta' Stati Membri differenti fit-trattament ta' ka\u017cijiet li jinvolvu l-minuri hija prerekwi\u017cit indispensabbli g\u0127all-fidu\u010bja re\u010biproka.", "Ir-regoli l-\u0121odda jippromwovu kooperazzjoni a\u0127jar bejn l-Awtoritajiet \u010aentrali, li huma l-punt ta' kuntatt dirett g\u0127all-\u0121enituri.", "Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-benesseri tal-minuri se ji\u0121u integrati a\u0127jar f'din il-kooperazzjoni transfruntiera.", "Ir-regoli l-\u0121odda ji\u010b\u010baraw ukoll il-kwistjoni sensittiva tat-tqeg\u0127id ta' minuri fi Stat Membru ie\u0127or, u jistabbilixxu pro\u010bedura \u010bara biex jinkiseb il-kunsens mill-Istat Membru fejn il-minuri g\u0127andu jitqieg\u0127ed.", "Min\u0127abba l-g\u0127add dejjem jikber ta' Stati Membri li jippermettu ftehimiet barra mill-qorti dwar separazzjoni legali u divorzju jew dwar kwistjonijiet ta' responsabbilt\u00e0 tal-\u0121enituri, ir-regoli l-\u0121odda se jiffa\u010bilitaw i\u010b-\u010birkolazzjoni tal-istrumenti u l-ftehimiet.", "X'inhuma l-benefi\u010b\u010bji ewlenin tar-regoli l-\u0121odda g\u0127all-minuri u l-\u0121enituri tag\u0127hom?", "Ir-regoli l-\u0121odda ji\u017cguraw i\u010b-\u010barezza legali, inaqqsu l-ispejje\u017c marbuta mal-pro\u010bedimenti u l-assistenza legali u, l-aktar importanti, inaqqsu t-tul tal-pro\u010bedimenti, biex ji\u0121i limitat kemm jista' jkun l-impatt negattiv fuq il-minuri.", "B\u0127alissa, il-pro\u010bedimenti ta' ritorn medji g\u0127al \u0127tif transfruntier ta' minuri mill-\u0121enituri jie\u0127du sa 24 \u0121img\u0127a, jistg\u0127u jkunu wkoll \u0127afna itwal f'\u010berti ka\u017cijiet, spe\u010bjalment meta l-Istati Membri jkollhom diversi livelli ta' appell.", "Bir-regoli l-\u0121odda, il-pro\u010bedimenti ta' ritorn quddiem qorti se jkunu limitati g\u0127al perjodu massimu: 6 \u0121img\u0127at g\u0127all-qorti tal-ewwel istanza u 6 \u0121img\u0127at g\u0127al kull qorti tal-appell.", "Barra minn hekk, l-Awtorit\u00e0 \u010aentrali se jkollha tippro\u010bessa l-applikazzjoni b'mod effi\u010bjenti, bir-regoli l-\u0121odda jintrodu\u010bu skadenza ta' 5 ijiem g\u0127all-konferma tal-wasla tal-applikazzjoni.", "Barra minn hekk, biex tit\u0127affef l-e\u017cekuzzjoni, il-qorti li tkun \u0127ar\u0121et id-de\u010bi\u017cjoni ta' ritorn se tkun tista' tiddikjaraha e\u017cegwibbli b'mod provvi\u017corju.", "Jekk id-de\u010bi\u017cjoni ta' ritorn ma tistax ti\u0121i e\u017cegwita fi \u017cmien 6 \u0121img\u0127at, il-\u0121enitur ji\u0121i infurmat dwar ir-ra\u0121unijiet g\u0127ad-dewmien.", "F'ka\u017cijiet fejn ikun me\u0127tie\u0121 li l-minuri jitqieg\u0127du f'familja tar-rispett jew f'istituzzjoni edukattiva fi Stat Membru ie\u0127or, l-Istat Membru ri\u010beventi jkollu japprova jew jirrifjuta t-tqeg\u0127id fi \u017cmien 3 xhur.", "I\u010b-\u010bittadini se jevitaw l-ispejje\u017c kbar normalment marbuta mal-pro\u010bedimenti tal-qorti.", "Pere\u017cempju, fil-ka\u017c ta' pro\u010bedimenti ta' ritorn, il-\u0121enituri se ji\u0121u mistiedna jag\u0127mlu medjazzjoni.", "Dan jiffranka l-ispejje\u017c possibbli ta' litigazzjoni li jirrappre\u017centaw medja ta' \u20ac 2,200 g\u0127all-pro\u010bedimenti kollha.", "Ir-Regolament riformulat il-\u0121did issa jne\u0127\u0127i wkoll il-pro\u010bedimenti exequatur, li f'xi Stati Membri jinvolvu spejje\u017c ta' madwar EUR 1,100 sa 4,000 g\u0127al kull ka\u017c.", "Barra minn hekk, e\u017cekuzzjoni iktar velo\u010bi se tippermetti lill-familji li jiffrankaw il-flus mix-xog\u0127ol ta' avukat spe\u010bjalizzat, li skont l-Istat Membru, huwa stmat bejn EUR 1,000 u 4,000 g\u0127al kull 10 sig\u0127at ta' xog\u0127ol addizzjonali.", "Ir-regoli l-\u0121odda se ji\u010b\u010baraw, pere\u017cempju, il-pro\u010bedura tat-tqeg\u0127id ta' minuri f'familja tar-rispett jew f'istituzzjoni edukattiva barra mill-pajji\u017c u ji\u017cguraw li talbiet b\u0127al dawn ji\u0121u ttrattati ming\u0127ajr dewmien.", "B\u0127alissa, mhuwiex \u010bar f'liema ka\u017cijiet l-Istat ri\u010beventi jrid jag\u0127ti l-kunsens tieg\u0127u, u liema dokumenti jridu ji\u0121u ppre\u017centati.", "Kjarifika o\u0127ra tag\u0127milha possibbli g\u0127all-qrati u g\u0127all-awtoritajiet li jitolbu rapporti so\u010bjali mhux biss dwar il-minuri, i\u017cda wkoll dwar l-adulti jew l-a\u0127wa jekk dawn ikunu ta' rilevanza fi pro\u010bedimenti marbuta ma' minuri.", "Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-benessri tal-minuri se jkunu jistg\u0127u jiksbu l-informazzjoni me\u0127tie\u0121a ming\u0127and Stati Membri o\u0127ra permezz tal-Awtoritajiet \u010aentrali.", "Ir-regoli l-\u0121odda jistabbilixxu rekwi\u017citi minimi g\u0127al talba g\u0127al rapport so\u010bjali u limitu ta' \u017cmien ta' 3 xhur g\u0127all-awtorit\u00e0 mitluba biex tipprovdi r-rapport.", "X'ji\u0121ri f'ka\u017c ta' \u0127tif ta' minuri mill-\u0121enituri?", "Jekk koppja internazzjonali tissepara, it-tentazzjoni li wie\u0127ed mill-konju\u0121i jirritorna lejn pajji\u017cu u jie\u0127u l-uliedu mieg\u0127u g\u0127andha mnejn tkun kbira.", "Jekk i\u017c-\u017cew\u0121 \u0121enituri jkollhom kustodja kon\u0121unta g\u0127all-minuri, il-\u0121enitur li jie\u0127u l-uliedu mieg\u0127u ming\u0127ajr permess jikser id-drittijiet ta' kustodja tal-\u0121enitur l-ie\u0127or u jpo\u0121\u0121i l-a\u0127jar interessi tal-minuri f'riskju.", "Ir-Regolament Riformulat Brussell IIa il-\u0121did, b\u0127ar-regoli attwali, jipprevjeni l-qsim ta' fruntieri ta' minuri billi jistabbilixxi mekkani\u017cmu g\u0127ar-ritorn fil-pront tal-minuri lejn l-Istat Membru fejn dan kien qed jg\u0127ix qabel il-\u0127tif.", "Dan il-mekkani\u017cmu huwa fil-bi\u010b\u010ba l-kbira bba\u017cat fuq il-mekkani\u017cmu ta' ritorn tal-Konvenzjoni tal-Aja, tal-1980, li r-Regolament jissupplimenta.", "Dawn il-pro\u010bedimenti ta' ritorn isiru fl-Istat Membru li fih ikun sar il-\u0127tif tal-minuri.", "Jekk ir-ritorn ji\u0121i ordnat u l-minuri jirritorna, ikun intla\u0127aq l-g\u0127an, u l-ka\u017c tal-kustodja, jekk il-\u0121enituri jkunu jixtiequ hekk, jista' jinstema' mill-qrati tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-minuri.", "Jekk l-Istat Membru li fih ikun \u0121ie ttrasferit il-minuri ji\u010b\u0127ad ir-ritorn, tid\u0127ol fis-se\u0127\u0127 pro\u010bedura addizzjonali biex ting\u0127ata l-a\u0127\u0127ar kelma dwar ir-ritorn tal-minuri lill-qorti tal-Istat Membru li fih il-minuri jkun g\u0127ex qabel il-\u0127tif tieg\u0127u.", "G\u0127al iktar informazzjoni:", "Skeda informattiva"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3388", "title": "Nhar il-\u0126add l-UE se tiffirma l-ftehimiet kummer\u010bjali u ta' investiment mal-Vjetnam", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PRESIDENCY,TRADEPOL", "date": "Mon, 24 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kunsill tal-Ministri approva l-ftehimiet kummer\u010bjali u ta' investiment bejn l-UE u l-Vjetnam u b'hekk witta t-triq g\u0127all-iffirmar u l-konklu\u017cjoni tag\u0127hom.", "Nhar il-\u0126add 30 ta' \u0120unju l-Kummissarju tal-UE g\u0127all-Kummer\u010b Cecilia Malmstr\u00f6m u l-Ministru Rumen g\u0127an-Negozju, il-Kummer\u010b u l-Intraprenditorija \u0218tefan-Radu Oprea se jiffirmaw il-ftehim f'isem l-UE f'Hanoi.", "Il-ftehimiet mistennija j\u0121ibu benefi\u010b\u010bji bla pre\u010bedent g\u0127all-kumpaniji, il-konsumaturi u l-\u0127addiema Ewropej u dawk Vjetnami\u017ci, filwaqt li jippromwovu r-rispett g\u0127ad-drittijiet tal-\u0127addiema, g\u0127all-protezzjoni ambjentali u l-\u0121lieda kontra t-tibdil fil-klima skont il-Ftehim ta' Pari\u0121i.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, qal: \u201cNilqa' d-de\u010bi\u017cjoni li ttie\u0127det illum mill-Istati Membri tal-UE.", "Wara l-ftehimiet ma' Singapore, il-ftehimiet mal-Vjetnam huma t-tieni sensiela li \u0121ew konklu\u017ci bejn l-UE u pajji\u017c fix-Xlokk tal-Asja, u jirrappre\u017centaw tran\u017cizzjoni g\u0127al impenn akbar bejn l-Ewropa u r-re\u0121jun.", "Huma wkoll dikjarazzjoni politika minn \u017cew\u0121t is\u0127ab u \u0127bieb li huma favur kummer\u010b miftu\u0127, \u0121ust u bba\u017cat fuq regoli.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-Kummer\u010b Cecilia Malmstr\u00f6m qalet: \u201cKuntenta \u0127afna li l-Istati Membri approvaw il-ftehimiet kummer\u010bjali u ta' investiment mal-Vjetnam.", "Il-Vjetnam huwa suq b'sa\u0127\u0127tu u promettenti b'aktar minn 95 miljun konsumatur u \u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at g\u0127andhom \u0127afna x'jiggwadanjaw minn relazzjonijiet kummer\u010bjali aktar b'sa\u0127\u0127ithom.", "Lil hinn mill-benefi\u010b\u010bji ekonomi\u010bi \u010bari, dan il-ftehim g\u0127and wkoll l-g\u0127an li jsa\u0127\u0127a\u0127 id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll li j\u0127ares l-ambjent u d-drittijiet tal-\u0127addiema.", "Nilqa' l-impenn tal-Vjetnam fil-pro\u010bess sal-lum \u2013 ir-ratifika ri\u010benti tal-Konvenzjoni dwar in-negozjar kollettiv tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xog\u0127ol hija e\u017cempju e\u010b\u010bellenti dwar kif il-ftehimiet kummer\u010bjali jistg\u0127u jwasslu g\u0127al standards aktar g\u0127oljin.\u201d", "Il-ftehim kummer\u010bjali se jelimina kwa\u017ci d-dazji doganali kollha fuq il-prodotti nnegozjati bejn i\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at b'mod progressiv li jirrispetta bis-s\u0127i\u0127 il-b\u017connijiet ta' \u017cvilupp tal-Vjetnam.", "Il-ftehim jinkludi wkoll dispo\u017cizzjonijiet spe\u010bifi\u010bi li jne\u0127\u0127u l-ostakli, b\u0127al dawk fuq is-settur tal-karozzi, u se ji\u017cguraw li l-169 prodott tal-ikel u tax-xorb tradizzjonali Ewropej li huma rikonoxxuti b\u0127ala Indikazzjonijiet \u0120eografi\u010bi ji\u0121u protetti fil-Vjetnam.", "Bis-sa\u0127\u0127a tal-ftehim il-kumpaniji Ewropej se jkunu jistg\u0127u wkoll jipparte\u010bipaw f'sej\u0127iet g\u0127al offerti fil-Vjetnam bl-istess mod b\u0127all-kumpaniji domesti\u010bi.", "Minbarra li joffru opportunitajiet ekonomi\u010bi sinifikanti, l-UE u l-Vjetnam ftiehmu dwar mi\u017curi b'sa\u0127\u0127ithom dwar l-i\u017cvilupp sostenibbli.", "Dan jinkludi impenn g\u0127all-implimentazzjoni effettiva tal-ftehim ta' Pari\u0121i dwar il-klima.", "Il-ftehim jimpenja wkoll li\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at li jirrispettaw u jimplimentaw b'mod effettiv il-prin\u010bipji tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xog\u0127ol (International Labour Organisation, ILO) rigward id-drittijiet fundamentali tal-\u0127addiema; G\u0127al dan il-g\u0127an, ri\u010bentement il-Vjetnam irratifika il-Konvenzjoni tal-ILO dwar in-negozjar kollettiv u av\u017ca lill-UE dwar l-intenzjoni tieg\u0127u li jirratifika i\u017c-\u017cew\u0121 konvenzjonijiet fundamentali pendenti tal-ILO sa mhux aktar tard mill-2023.", "Il-Vjetnam jinsab fil-pro\u010bess li jsa\u0127\u0127a\u0127 il-le\u0121i\u017clazzjoni tieg\u0127u dwar ix-xog\u0127ol.", "Il-ftehim jistabbilixxi wkoll pjattaformi apposta biex l-UE u l-Vjetnam jinvolvu s-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili fl-implimentazzjoni ta' dawn l-impenji.", "Barra minn hekk, il-ftehim kummer\u010bjali jinkludi rabta istituzzjonali u legali mal-Ftehim ta' S\u0127ubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Vjetnam, li jippermetti azzjoni xierqa f'ka\u017c ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem.", "Il-ftehim dwar il-protezzjoni tal-investiment jinkludi regoli moderni dwar il-protezzjoni tal-investiment infurzabbli permezz tas-Sistema l-\u0121dida ta' Qorti tal-Investiment u ji\u017cgura li jin\u017camm id-dritt tal-gvernijiet ta\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at li jirregolaw skont l-interess ta\u010b-\u010bittadini tag\u0127hom.", "Dan se jissostitwixxi l-ftehimiet bilaterali ta' investiment li hemm fis-se\u0127\u0127 b\u0127alissa bejn 21 Stat Membru u l-Vjetnam u jda\u0127\u0127al fis-se\u0127\u0127 garanziji legali \u0121odda kontra l-kunflitt ta' interess u favur it-trasparenza.", "Il-Passi li Jmiss", "Wara l-approvazzjoni tal-Kunsill, il-ftehimiet se ji\u0121u ffirmati mill-UE u l-Vjetnam u ji\u0121u ppre\u017centati g\u0127all-kunsens tal-Parlament Ewropew.", "Ladarba l-Parlament Ewropew jag\u0127ti l-kunsens tieg\u0127u, il-Kunsill ikun jista' jikkonkludi l-ftehim kummer\u010bjali uffi\u010bjalment u jid\u0127ol fis-se\u0127\u0127, filwaqt li l-ftehim dwar il-protezzjoni tal-investiment se jkollu ji\u0121i ratifikat l-ewwel mill-Istati Membri b'konformit\u00e0 mal-pro\u010beduri interni rispettivi tag\u0127hom.", "Sfond", "Il-Vjetnam huwa t-tieni l-akbar sie\u0127eb kummer\u010bjali tal-UE fir-re\u0121jun tal-ASEAN wara Singapore, b'kummer\u010b li jiswa EUR 49,3 biljun fir-rigward tal-prodotti u aktar minn EUR 3 biljuni f'servizzi.", "Filwaqt li l-istokk ta' investiment tal-UE fil-Vjetnam g\u0127adu modest u fl-2017 ammonta g\u0127al EUR 6 biljun biss, g\u0127add dejjem qed jikber ta' kumpaniji Ewropej qed jistabbilixxu ru\u0127hom hemmhekk biex jitwaqqaf \u010bentru li jaqdi r-re\u0121jun ta' Mekong.", "L-importazzjonijiet ewlenin tal-UE mill-Vjetnam jinkludu tag\u0127mir tat-telekomunikazzjonijiet, \u017craben u tessuti, g\u0127amara u prodotti agrikoli.", "Il-parti l-kbira tal-esportazzjonijiet mill-UE lejn il-Vjetnam jinkludu o\u0121\u0121etti b\u0127al makkinarju u tag\u0127mir tat-trasport, sustanzi kimi\u010bi u ikel u xorb.", "Il-ftehimiet li ntla\u0127qu mal-Vjetnam, flimkien ma' dawk li \u0121ew iffirmati dawn l-a\u0127\u0127ar ma' Singapore, jg\u0127inu biex titwitta t-triq g\u0127al ftehim bejn re\u0121jun u ie\u0127or mal-Asso\u010bjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (l-ASEAN).", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "Pa\u0121ni dwar il-ftehimiet kummer\u010bjali u ta' investiment bejn l-UE u l-Vjetnam", "Skeda informattiva", "Gwida g\u0127all-ftehim", "Ftehim ta' S\u0127ubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Vjetnam"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3332", "title": "Kwalit\u00e0 Doppja tal-Ikel: Il-Kummissjoni tniedi ri\u010berka li tivvaluta d-differenzi fil-kompo\u017cizzjoni tal-prodotti tal-ikel tal-UE [Updated on 25/06/2019 at 13:25 CEST]", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Sun, 23 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni ppubblikat ir-ri\u017cultati ta' kampanja ta' ttestjar pan-Ewropea tal-prodotti tal-ikel li turi li xi prodotti g\u0127andhom l-istess marka jew marka simili g\u0127alkemm g\u0127andhom kompo\u017cizzjoni differenti.", "Mid-Diskors tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni fl-2017, il-President Jean-Claude Juncker ilu impenjat biex jindirizza l-kwistjoni tal-kwalit\u00e0 doppja tal-ikel.", "Il-Kummissjoni Ewropea qed tmexxi 'l quddiem inizjattivi differenti u llum qed tippubblika ri\u010berka wara li saru testijiet ta' prodotti tal-ikel fl-UE kollha bl-u\u017cu tal-istess metodolo\u0121ija, biex tifhem a\u0127jar il-kwalit\u00e0 doppja tal-prodotti tal-ikel fl-UE.", "Skont ir-ri\u010berka, li fiha \u010b-\u010aentru Kon\u0121unt tar-Ri\u010berka (is-servizz intern tal-Kummissjoni g\u0127ax-xjenza u l-g\u0127arfien) analizza 1,400 prodott tal-ikel f'19-il pajji\u017c tal-UE, 9 % tal-prodotti mqabbla kellhom kompo\u017cizzjoni differenti g\u0127alkemm il-parti ta' quddiem tal-imballa\u0121\u0121 kienet identika.", "22 % o\u0127ra tal-prodotti b'kompo\u017cizzjoni differenti kellhom il-parti ta' quddiem tal-imballa\u0121\u0121 simili.", "Ir-ri\u010berka ma turix tendenza \u0121eografika konsistenti.", "Abba\u017ci tal-metodolo\u0121ija l-\u0121dida \u017cviluppata, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti issa se jkunu jistg\u0127u jwettqu anali\u017ci ka\u017c b'ka\u017c li hija me\u0127tie\u0121a biex ji\u0121u stabbiliti prattiki qarrieqa li huma pprojbiti skont il-li\u0121i tal-konsumatur tal-UE.", "Tibor Navracsics, il-Kummissarju g\u0127all-Edukazzjoni, il-Kultura, i\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 u l-Isport, li huwa responsabbli g\u0127a\u010b-\u010aentru Kon\u0121unt tar-Ri\u010berka, qal: \u201cXi Ewropej i\u0127ossu li l-prodotti tal-ikel tad-ditta li jixtru huma differenti, forsi ag\u0127ar, meta mqabbla ma' dawk disponibbli xi mkien ie\u0127or.", "Il-Kummissjoni sej\u0127et lix-xjentisti tag\u0127na biex jg\u0127inu jivvalutaw o\u0121\u0121ettivament l-estent ta' dawn id-differenzi fis-suq uniku.", "Ir-ri\u017cultati huma m\u0127allta: filwaqt li ninsab kuntent li huma ma sabu l-ebda evidenza ta' distakk bejn il-Lvant u l-Punent fil-kompo\u017cizzjoni ta' prodotti tal-ikel tad-ditta, ninsab inkwetat li huma kixfu sa terz tal-prodotti ttestjati li g\u0127andhom kompo\u017cizzjonijiet differenti filwaqt li g\u0127andhom l-istess marka jew marka simili.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-\u0120ustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-\u0120eneri V\u011bra Jourov\u00e1, qalet: \"Mhu se jkun hemm l-ebda standards doppji fis-suq uniku tal-Ewropa.", "Bil-li\u0121ijiet il-\u0121odda li jippenalizzaw il-kwalit\u00e0 doppja u t-tis\u0127i\u0127 tal-po\u017cizzjoni tal-awtoritajiet tal-konsumatur, g\u0127andna l-g\u0127odod disponibbli biex intemmu din il-prattika.", "Il-konsumaturi Ewropej se jkunu jistg\u0127u jag\u0127mlu x-xiri tag\u0127hom b'fidu\u010bja s\u0127i\u0127a li huma qed jixtru dak li qed jaraw.\u201d", "Sejbiet ewlenin", "Ir-ri\u010berka vvalutat 1,380 kampjun ta' 128 prodott tal-ikel differenti minn 19-il Stat Membru: Dan il-kampjun, madankollu, mhuwiex rappre\u017centattiv tad-diversit\u00e0 kbira ta' prodotti tal-ikel fuq is-suq tal-UE.", "Ir-ri\u010berka sabet li:", "Azzjoni tal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni", "Mill-mument li fih il-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, semma l-kwistjoni tad-differenzi fil-kwalit\u00e0 tal-prodotti tal-ikel fid-Diskors tieg\u0127u dwar l-Istat tal-Unjoni fl-2017, il-Kummissjoni Ewropea ressqet diversi inizjattivi fejn:", "Il-passi li jmiss", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi sej\u0127a g\u0127al proposti \u0121dida b'ba\u0121it totali ta' \u20ac1.26 miljun biex issa\u0127\u0127a\u0127 il-kapa\u010bitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur biex ji\u0121u ttestjati l-prodotti u ji\u0121u identifikati prattiki potenzjalment qarrieqa.", "L-iskadenza g\u0127all-applikazzjonijiet hija s-6 ta' Novembru 2019.", "Sfond", "Skont il-le\u0121i\u017clazzjoni tal-UE, il-kummer\u010bjalizzazzjoni ta' o\u0121\u0121ett b\u0127ala identiku g\u0127al prodott kummer\u010bjalizzat fi Stati Membri o\u0127rajn meta dak l-o\u0121\u0121ett ikollu kompo\u017cizzjoni jew karatteristi\u010bi differenti, li ma jistg\u0127ux ji\u0121u \u0121\u0121ustifikati minn ra\u0121unijiet le\u0121ittimi u o\u0121\u0121ettivi, jista' jqarraq b'mod in\u0121ust u illegali lill-konsumaturi.", "Ir-ri\u010berka, mwettqa mi\u010b-\u010aentru Kon\u0121unt tar-Ri\u010berka tal-Kummissjoni, tiddeskrivi s-sitwazzjoni li nstabet fis-swieq tad-dsatax-il Stat Membru li pparte\u010bipaw matul il-perjodu li fih sar l-ist\u0127arri\u0121 (Novembru-Di\u010bembru 2018).", "Il-kampanja ta' ttestjar kienet parti mir-rispons tal-Kummissjoni Ewropea g\u0127at-t\u0127assib dwar kwalit\u00e0 doppja tal-ikel.", "Il-prodotti \u0121ew ma\u0127tura abba\u017ci tas-su\u0121\u0121erimenti tal-Istati Membri, wara lmenti li saru lill-awtoritajiet jew asso\u010bjazzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur.", "L-ittestjar kien ibba\u017cat fuq metodolo\u0121ija armonizzata \u017cviluppata f'kooperazzjoni mal-Istati Membri mi\u010b-\u010aentru Kon\u0121unt tar-Ri\u010berka.", "Din il-metodolo\u0121ija tippermetti kampjunar, ittestjar u interpretazzjoni tad-data komparabbli fl-UE kollha.", "L-Istati Membri kollha tal-UE \u0121ew mistiedna ji\u0121bru informazzjoni rigward il-kompo\u017cizzjoni tal-prodotti tal-ikel mag\u0127\u017cula offruti fis-swieq tag\u0127hom.", "Dsatax-il Stat Membru ppre\u017centaw informazzjoni dwar 113-il prodott tad-ditta u 15-il prodott b'ditta kummer\u010bjali.", "B\u0127ala l-ewwel pass, din l-anali\u017ci hija bba\u017cata fuq informazzjoni minn tikketti tal-prodott u d-dehra tal-parti ta' quddiem tal-imballa\u0121\u0121 tal-prodott.", "Ir-rapport ippubblikat illum se jipprovdi ba\u017ci a\u0127jar g\u0127ad-diskussjoni ta' kwalit\u00e0 doppja fl-UE.", "Madankollu, je\u0127tie\u0121 li jittie\u0127du passi u li ssir ri\u010berka ulterjuri biex il-valutazzjoni ssir aktar rappre\u017centattiva, u biex wie\u0127ed jifhem a\u0127jar il-konnessjoni bejn il-kompo\u017cizzjoni u l-kwalit\u00e0.", "L-Istati Membri li pparte\u010bipaw fl-ist\u0127arri\u0121 huma: il-Bulgarija, il-Kroazja, \u010aipru, i\u010b-\u010aekja, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-\u0120ermanja, il-Gre\u010bja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u n-Netherlands.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Kwalit\u00e0 Doppja tal-Ikel: Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President Juncker", "Ri\u017cultati tal-kampanja ta' ttestjar fl-UE kollha: Rapport", "Ri\u017cultati tal-kampanja ta' ttestjar fl-UE kollha: Anness", "Sej\u0127a g\u0127al proposti", "Sfond tal-Kwalit\u00e0 Doppja tal-Ikel"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_730", "title": "Il-Presidenti tal-Kummissjoni u\ntal-Parlament jiddiskutu kontribuzzjonijiet eti\u010bi g\u0127all-governanza\nEwropea u ekonomika globali mal-mexxejja tal-fidi Ewropej", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Sun, 10 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["IP/09/730", "Brussell, 11 ta' Mejju 2009", "Din kienet il-\u0127ames laqg\u0127a annwali tal-kapijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE mal-mexxejja reli\u0121ju\u017ci.", "L-inizjattiva kienet tnediet mill-President Barroso fl-2005.", "Din is-sena, id-diskussjonijiet kienu kkon\u010bentrati fuq \"Il-kri\u017ci ekonomika u finanzjarja: Il-kontibuzzjonijiet eti\u010bi g\u0127al governanza Ewropea u ekonomika globali\".", "Il-President Barroso ddikjara: \"Hekk kif tkompli g\u0127addejja l-kri\u017ci finanzjarja u ekonomika, dejjem qed jidher \u010bar li wasal il-mument li ssir rikon\u010biljazzjoni bejn il-governanza ekonomika u l-valuri eti\u010bi fundamentali li fuqhom kien imsejjes il-pro\u0121ett Ewropew matul dawn l-a\u0127\u0127ar 50 sena.", "Il-Kummissjoni \u0127adet inizzjattivi importanti f'dan ir-rigward, spe\u010bjalment fir-regolamenti tas-suq finanzjarju, bil-g\u0127an li tkun imsa\u0127\u0127a r-responsabbilt\u00e0 u s-sostenibbilt\u00e0 fl-ekonomiji tag\u0127na.", "Il-President tal-Parlament Ewropew, Hans-Gert P\u00f6ttering, sa\u0127aq: \"Dawn huma \u017cminijiet ta' sfidi ekonomi\u010bi enormi g\u0127a\u010b-\u010bittadini Ewropej u g\u0127all-Unjoni Ewropea.", "Huma fi \u017cminijiet b\u0127al dawn li l-Ewropa b\u0127ala komunit\u00e0 msejsa fuq il-valuri, u l-prin\u010bipju prin\u010bipali tal-UE tas-solidarjet\u00e0, je\u0127tie\u0121 li jitpo\u0121\u0121a fuq quddiem nett.", "Is-soluzzjonijiet komuni li qed infittxu je\u0127tie\u0121 li jkunu ankrati fid-dinjit\u00e0 umana u li ji\u0121i \u017cgurat li l-oqsma kollha tas-so\u010bjet\u00e0 jkunu m\u0127arsa: Il-kontribuzzjoni tar-reli\u0121jonijiet u tal-knejjes hi kru\u010bjali biex dan isir.", "Ta' sikwit huma jkunu mpenjati f'\u0127idma b'risq il-membri l-aktar vulnerabbli tas-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na.\"", "Il-parte\u010bipanti fil-laqg\u0127a inkora\u0121\u0121ew l-isforzi tal-UE biex tkun ikkoordinata, stimulata u ggwidata azzjoni biex issa\u0127\u0127a\u0127 ir-regolament finanzjarju, tqajjem mill-\u0121did l-ekonomija u tie\u0127u azzjoni g\u0127all-impjiegi fl-Ewropa u madwar id-dinja kollha.", "Huma sa\u0127qu wkoll dwar il-\u0127tie\u0121a li ji\u0121i \u017cgurat li l-\u0121ustizzja so\u010bjali tibqa' fuq quddiem nett fit-tfassil tal-politika u fakkret li f'mument meta l-qag\u0127ad u l-faqar qeg\u0127din dejjem ji\u017cdiedu g\u0127al-livelli inkwetanti, is-so\u010bjetajiet tag\u0127na g\u0127andhom ikunu kapa\u010bi ja\u0121ixxu flimkien fl-i\u017cvilupp u fl-implimentazzjoni ta' mi\u017curi konkreti biex jittaffew l-effetti tal-kri\u017ci fuq i\u010b-\u010bittadini.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett huma sa\u0127qu fuq l-impenn tag\u0127hom biex jg\u0127inu fil-qawmien mill-\u0121did tas-sens ta' solidarjet\u00e0 fost l-Ewropej kollha ta' kull twemmin u konvinzjoni u li tkun ispirata aktar etika fl-im\u0121iba tal-operaturi finanzjarji u ekonomi\u010bi.", "Lista tal-parte\u010bipanti: Ara MEMO/09/227"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_710", "title": "It-Telekomunikazzjoni: Il-Kummissjoni\nta\u0121ixxi fuq ir-rati ta' terminazzjoni biex t\u0127e\u0121\u0121e\u0121\nil-kompetizzjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 06 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["IP/09/710", "Brussell, is-7 ta' Mejju 2009", "''Minkejja l-isforzi ta' xi regolaturi nazzjonali sabiex ir-rati ta' terminazzjoni jin\u0121iebu eqreb lejn l-ispejje\u017c reali tag\u0127hom, dawn jibqg\u0127u differenti fl-UE kollha b'qab\u017ca kbira bejn ir-rati ta' terminazzjoni tas-sej\u0127iet mobbli u dawk tas-sej\u0127iet fissi.", "Dan ma jikkonformax mal-konver\u0121enza li dejjem qed ti\u017cdied bejn it-telefonija fissa u dik mobbli u jista' jwassal g\u0127al tag\u0127wi\u0121 serju tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri u l-operaturi,'' qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE g\u0127at-Telekomunikazzjoni.", "''Il-Kummissjoni dde\u010bidiet li tintervjeni llum kontra dan it-tag\u0127wi\u0121 tal-kompetizzjoni fis-Suq Wa\u0127dieni,li jitfa' lura l-investiment fit-tibdil tan-netwerks fissi g\u0127al dawk tal-fibra u li fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar huwa l-konsumatur li j\u0127allas g\u0127alihom.''", "\"Li r-rati ta' terminazzjoni jin\u0121iebu g\u0127al livell effi\u010bjenti g\u0127andu j\u017cid il-kopmpetizzjoni g\u0127all-benefi\u010b\u010bju tal-konsumaturi Ewropej,\" qal il-Kummissarju tal-UE g\u0127all-Kompetizzjoni Neelie Kroes: \u201cAppro\u010b rigoru\u017c u armonizzat fir-rigward tar-regolament biss jista' ji\u017cgura li t-tag\u0127wi\u0121 e\u017cistenti tal-kompetizzjoni jitne\u0127\u0127a fl-UE kollha kemm hi u li jitwieldu prodotti \u0121odda innovattivi li jikkombinaw sej\u0127iet fissi ma' dawk mobbli.", "Din hija r-ra\u0121uni g\u0127aliex id-De\u010bi\u017cjoni tal-Kummissjoni llum hija l-qofol fl-i\u017cvilupp pro-kompetittiv tar-regolament tat-telekomunikazzjoni tal-UE. \"", "Sabiex jitwettaq il-potenzjal s\u0127i\u0127 tas-suq wa\u0127dieni tat-telekomunikazzjoni, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tistabbilixxi l-fatturi tal-ispejje\u017c li r-regolaturi nazzjonali tat-telekomunikazzjoni tal-UE kollha g\u0127andhom iqisu meta jistabbilixxu r-rati ta' terminazzjoni li mhumiex prezzijiet tas-suq, i\u017cda huma regolati minn regolaturi nazzjonali.", "Dan g\u0127andu jwassal biex ir-rati ta' terminazzjoni jin\u017clu g\u0127al livell konsiderevolment iktar baxx mil-lum (g\u0127al bejn wie\u0127ed u ie\u0127or EUR 1.5 \u010bente\u017cmu sa EUR 3 \u010bente\u017cmi kull minuta sa tmiem l-2012, skont dokument ta' \u0127idma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-Rakkomandazzjoni).", "Ir-rati ta' terminazzjoni g\u0127andhom ikunu bba\u017cati fuq l-ispejje\u017c ta' operatur effi\u010bjenti u g\u0127andhom japplikaw g\u0127all-operaturi kollha fl-istess livell.", "L-e\u010b\u010bezzjonijiet huma permessi f'\u010berti kundizzjonijiet, g\u0127al perjodu limitat ta' \u017cmien, g\u0127ad-differenzi tal-ispejje\u017c li mhumiex fil-kontroll tal-operatur.", "Il-Kummissjoni identifikat xi inkonsistenzi fl-Ewropa kollha f'valutazzjoni li saret madwar 120 proposti regolatorji minn regolaturi tat-telekomunikazzjoni li jirrigwardaw ir-rati ta' terminazzjoni ta' dawn l-a\u0127\u0127ar 6 snin.", "Ir-rati ta' terminazzjoni tas-sej\u0127iet mobbli, (medja ta' EUR 8.55 \u010bente\u017cmi kull minuta) huma wkoll madwar 10 darbiet iktar g\u0127oljin mir-rati ta' terminazzjoni ta' linja fissa (li g\u0127andhom firxa medja minn EUR 0.57/min sa EUR 1.13 \u010bente\u017cmi kull minuta).", "Ir-regolatur Fran\u010bi\u017c ARCEP jistima li r-rati ta' terminazzjoni tas-sej\u0127iet mobbli effi\u010bjenti g\u0127andhom ikunu bejn EUR 1.00 \u010bente\u017cmu u EUR 2.00 \u010bente\u017cmu kull minuta.", "Sussidju indirett g\u0127al operaturi tat-telefonija mobbli", "G\u0127all-Kummissjoni, dawn il-varjazzjonijiet ma jistg\u0127ux ikunu \u0121\u0121ustifikati mid-differenzi fl-ispejje\u017c, fin-netwerks jew fil-karatteristi\u010bi nazzjonali ta' ba\u017ci.", "Huma sussidju indirett ta' benefi\u010b\u010bju g\u0127all-operaturi tat-telefonija mobbli li g\u0127andhom sehem kbir mis-suq u li jag\u0127mlu l-\u0127sara lill-operaturi i\u017cg\u0127ar tat-telefonija fissa.", "Huma jiggwidaw ukoll il-fondi diretti 'l bog\u0127od mill-investimenti kriti\u010bi b\u0127alma huma t-tibdil g\u0127al netwerks tal-internet b'velo\u010bit\u00e0 g\u0127olja, u jfixklu s-servizzi innovattivi b\u0127alma huma prodotti fissi-mobbli pakketti ta' sej\u0127iet bi prezz kompetittiv.", "Ir-rati ta' terminazzjoni huma kemm d\u0127ul kif ukoll spi\u017ca g\u0127all-operaturi: meta l-operatur jag\u0127mel inqas d\u0127ul minnhom, operatur ikollu inqas spejje\u017c.", "Matul il-perjodu ta' erba' snin mill-2009-2012, hekk kif ir-regolaturi jimxu mal-appro\u010b\u010b l-aktar konsistenti enfasizzat fir-Rakkomandazzjoni, l-operaturi \u017cg\u0127ar tat-telefonija mobbli (li ma jibag\u0127tux traffiku tas-sej\u0127iet lil netwerks o\u0127ra) jistennew li j\u0127allsu inqas mill-kompetituri ikbar minnhom, l-operaturi tat-telefonija fissa jistg\u0127u jaqilg\u0127u mill-inqas EUR 2 biljuni ta' d\u0127ul addizzjonali, billi j\u0127allsu rati tat-terminazzjoni iktar baxxi u bba\u017cati fuq l-ispi\u017ca g\u0127al sej\u0127iet minn telefowns fissi sa mobbli u l-konsumatur huwa mistenni li jiffranka mill-inqas EUR 2 biljuni.", "L-impatt fit-tul se jkun sa\u0127ansitra ikbar meta l-operaturi ji\u0121\u0121eneraw d\u0127ul \u0121did, l-operaturi \u0121odda jkollhom l-in\u010bentiv jid\u0127lu fis-suq u jikbru u l-konsumatur igawdi minn prezzijiet iktar baxxi u servizz innovattiv ikbar.", "Ir-regolaturi nazzjonali tal-UE kollha g\u0127andhom japplikaw l-appro\u010b rakkomandabbli g\u0127ar-rati ta' terminazzjoni sal-a\u0127\u0127ar tas-sena 2012.", "Madankollu, ir-regolaturi nazzjonali li g\u0127andhom ri\u017corsi limitati jistg\u0127u ju\u017caw appro\u010bi differenti g\u0127al perjodu limitat ie\u0127or sakemm qed jiksbu l-istess ri\u017cultat pro-kompetittiv.", "Sfond", "Ir-Rakkomandazzjoni tal-lum fuq ir-regolament tar-rati ta' terminazzjoni fl-UE issegwi konsultazzjoni tal-pubbliku (minn \u0120unju sa Settembru 2008 (IP/08/1016) u tal-Istati Membri (minn Ottubru 2008 sa Frar 2009), kif ukoll 30 jum ta' skrutinju mill-Parlament Ewropew.", "Skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva Qafas fuq ir-regoli tat-telekomunikazzjoni tal-UE, il-Kummissjoni tarmonizza l-applikazzjoni tar-regoli tat-telekomunikazzjoni tal-UE fis-Suq Wa\u0127dieni sabiex tippromwovi l-kompetizzjoni u l-benefi\u010b\u010bji tal-konsumatur..", "Ara wkoll MEMO/09/222", "Ir-Rakkomandzzjoni u d-Dokumnt ta' \u0126idma tal-Persunal huma disponibbli hawnhekk:", "http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/implementation_enforcement/article_7/index_en.htm", "Il-po\u017cizzjoni tal-Grupp Ewropew ta' Regolaturi dwar ir-rati ta' terminazzjoni:", "http://www.erg.eu.int/doc/publications/erg_07_83_mtr_ftr_cp_12_03_08.pdf Annex", "[ ] Source: European Electronic Communications Regulation and Markets, 14th Progress Report", "[ ] Source: European Electronic Communications Regulation and Markets, 14th Progress Report", "[ ] Source: European Electronic Communications Regulation and Markets, 14th Progress Report", "[ ] Source: European Electronic Communications Regulation and Markets, 14th Progress Report", "Call termination at local level: refers to the conveyance of calls from the local exchange or switch located nearest to the called subscriber to the premises of the called subscriber where the call is completed.", "Call termination at single transit level: refers to the conveyance of calls from a transit switch located at a higher network level through the local exchange/switch for completion at the called subscriber's premises.", "Call termination at double transit level: refers to the conveyance of calls from a transit switch located at a higher network level through two exchanges/switches for completion at the called subscriber's premises."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_718", "title": "Is-Samit tal-UE dwar l-Impjiegi jaqbel fuq\nmodi ta' azzjoni biex ti\u0121i ttrattata \u017c-\u017cieda\nfil-qg\u0127ad", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 06 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["IP/09/718", "Brussell, 7 ta' Mejju 2009", "Il-President Barroso qal: Is-samit tal-UE dwar l-impjiegi li sar illum huwa pass sinifikanti lejn aktar azzjoni dwar l-impjiegi li tkun ikkoordinata b'mod a\u0127jar.", "A\u0127na ma nistawx nipprevjenu din il-kri\u017ci milli tikkaw\u017ca l-qg\u0127ad.", "Imma jekk na\u0121ixxu issa nistg\u0127u nnaqqsu t-telf ta' impjiegi, u ng\u0127inu lil miljuni ta' nies biex isibu xog\u0127olijiet \u0121odda u a\u0127jar.", "Li na\u0121ixxu issa jfisser ukoll li nkunu qed inwittu t-triq g\u0127al irkupru sostenibbli.", "L-azzjoni tal-UE dwar l-impjieg la se tibda u lanqas se tieqaf mas-samit tal-lum.", "Imma bis-samit tal-lum a\u0127na qed ng\u0127idu li\u010b-\u010bittadini li a\u0127na rridu li l-impjiegi tag\u0127hom ikunu l-g\u0127an numru wie\u0127ed tal-Ewropa.", "Jiena nappella lill-Istati Membri kollha biex jimpenjaw ru\u0127hom biex ja\u0127dmu flimkien biex jit\u0127affef ir-ritmu tal-azzjoni dwar l-impjiegi.\"", "\"L-ewwel prijorit\u00e0 tag\u0127na f'din il-kri\u017ci huma n-nies - li ng\u0127inuhom i\u017commu x-xog\u0127lijiet tag\u0127hom u li ner\u0121g\u0127u nsibulhom xog\u0127lijiet malajr kemm jista' jkun.", "A\u0127na rridu nu\u017caw l-g\u0127odda kollha g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tag\u0127na biex nillimitaw l-impatt tal-kri\u017ci fuq l-ekonomija reali, u fuq in-nies u b'mod partikolari fuq l-g\u0127ajxien tag\u0127hom\" qal Vladimir \u0160pidla, il-Kummissjarju tal-UE g\u0127all-Impjiegi.", "\"Dan is-samit kien pass importanti fid-determinazzjoni ta' kif l-a\u0127jar nittrattaw il-qg\u0127ad u kif no\u0127olqu xog\u0127lijiet \u0121odda.", "L-istrate\u0121ija tag\u0127na g\u0127andha tkun ibba\u017cata fuq djalogu so\u010bjali b'sa\u0127\u0127tu, filwaqt li na\u0121ixxu flimkien u no\u0127olqu siner\u0121ija bejn il-politiki so\u010bjali u ekonomi\u010bi.", "M'hemmx bilan\u010b bejn valuri so\u010bjali fundamentali u suq intern kompetittiv.\"", "Is-samit wera li hemm qbil wiesa' bejn il-parte\u010bipanti dwar it-triq 'il quddiem.", "Il-messa\u0121\u0121i ewlenin li kien hemm qbil dwarhom jenfasizzaw li kull azzjoni li se tittie\u0127ed fil-futur dwar l-impjiegi g\u0127andha tkun iggwidata min-numru ta' prin\u010bipji u g\u0127andha ikollha l-g\u0127an li \u017c\u017comm n-nies fl-impjiegi tag\u0127hom u li to\u0127loq xog\u0127lijiet; i\u017c\u017cid l-a\u010b\u010bess g\u0127all-impjiegi spe\u010bjalment g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u ttejjeb l-\u0127iliet, tqabbel il-b\u017connijiet tas-suq tax-xog\u0127ol u tippromwovi l-mobilit\u00e0.", "Qed ji\u0121i ssu\u0121\u0121erit li g\u0127axar azzjonijiet konkreti, li jindirizzaw kemm l-isfidi fuq medda qasira ta' \u017cmien kif ukoll dawk fuq medda twila, ji\u0121u implimentati kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew flimkiem mal-imsie\u0127ba so\u010bjali:", "Is-samit iddiskuta wkoll kif l-azzjoni f'livell nazzjonali kif ukoll dik f'livell Ewropew jistg\u0127u ja\u0127dmu flimkien biex jinkiseb l-a\u0127jar ri\u017cultat, u kif jistg\u0127u jag\u0127mlu l-a\u0127jar u\u017cu tal-g\u0127odda u r-ri\u017corsi tal-UE b\u0127all-Fond So\u010bjali Ewropej u l-Fond ta' A\u0121\u0121ustament g\u0127all-Globalizzazzjoni Ewropea.", "I\u017c-\u017cew\u0121 fondi \u0121ew irreveduti dan l-a\u0127\u0127ar biex l-effettivit\u00e0 tag\u0127hom tkun immassimizzata fi \u017cmien ta' kri\u017ci.", "Biex tipprepara s-samit, il-Kummissjoni Ewropea organizzat serje ta' workshops mal-Presidenzi attwali u futuri tal-UE (li n\u017cammu f'Madrid fil-15 ta' April, fi Stokkolma fl-20 ta' April u fi Praga fis-27 ta' April).", "B'\u017cieda ma' dan, in\u017camm dibattitu spe\u010bjali fil-Parlament Ewropew fi Brussell fil-5 ta' Mejju.", "Dan il-pro\u010bess ta' konsultazzjoni \u0121abar fehmiet mill-i\u017cjed firxa wiesg\u0127a possibbli ta' partijiet interessati inklu\u017ci l-imsie\u0127ba so\u010bjali fil-livelli kollha, rapre\u017centanti minn diversi istituzzjonijiet tal-UE, Stati Membri, servizzi ta' impjiegi nazzjonali, akkademi\u010bi u s-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili.", "G\u0127al aktar informazzjoni:", "Messa\u0121\u0121i ewlenin tas-samit dwar l-Impjiegi", "http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=88&langId=en&eventsId=173&furtherEvents=yesConsolidated report from the preparatory workshops", "http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=2623&langId=en", "MEMO/09/223 fuq is-samit dwar l-Impjiegi", "Il-websajt fi \u017cmien ta' kri\u017ci tal-President Barroso:", "http://ec.europa.eu/commission_barroso/president/focus/credit_crunch/index_en.htm", "Il-websajt ta' D\u0120 Impjiegi / Il-Kummissarju Spidla dwar l-impatti so\u010bjali tal-kri\u017ci:", "http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=en&catId=736", "Infoklipp: Re\u010bessjoni Ekonomika l-061271: Impjiegi:", "IP/09/703: It-triq g\u0127all-irkupru: Il-Politika ta' Koe\u017cjoni se tg\u0127in lill-Ewropa biex to\u0127ro\u0121 mill-kri\u017ci, jg\u0127idu l-Kummissarji H\u00fcbner u \u0160pidla:", "MEMO/09/221: Revi\u017cjoni tal-Fond ta' A\u0121\u0121ustament g\u0127all-Globalizzazzjoni Ewropea (EGF):"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4453", "title": "Regoli tal-Konsumatur tal-UE: Il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet tal-konsumaturi tal-UE jo\u0127olqu pressjoni fuq Airbnb biex tikkonforma", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=CONSUMPOL,JFRC", "date": "Sun, 15 Jul 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet tal-konsumaturi tal-UE qed jitolbu li Airbnb tallinja t-termini u l-kundizzjonijiet tag\u0127ha mar-regoli tal-konsumatur tal-UE biex tkun trasparenti fuq il-pre\u017centazzjoni tag\u0127ha tal-prezzijiet.", "Il-Kummissarju Jourov\u00e1, il-Kummissarju g\u0127all-\u0120ustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, qalet: \u201cAktar u aktar konsumaturi qed jipprenotaw l-akkomodazzjoni tal-vaganzi tag\u0127hom online u dan is-settur \u0121ab mieg\u0127u bosta opportunitajiet \u0121odda lit-turisti.", "I\u017cda l-popolarit\u00e0 ma tistax tkun sku\u017ca g\u0127an-nuqqas ta' konformit\u00e0 mar-regoli tal-konsumatur tal-UE.", "Il-konsumaturi g\u0127andhom jifhmu fa\u010bilment xi jridu j\u0127allsu u kemm mistennija j\u0127allsu g\u0127as-servizzi u jkollhom regoli \u0121usti e\u017cempju dwar il-kan\u010bellazzjoni tal-akkomodazzjoni mill-proprjetarju.", "Nistenna li Airbnb jsegwu malajr bis-soluzzjonijiet it-tajba.\u201d", "Il-pre\u017centazzjoni pre\u017centi tal-prezzijiet ta' Airbnb u g\u0127add mit-termini tag\u0127ha ma jikkonformawx mad-Direttiva dwar il-Prattiki Kummer\u010bjali \u017bleali, id-id-Direttiva dwar it-Termini Kuntrattwali In\u0121usti, u r-Regolament dwar il-\u0121urisdizzjoni fi kwistjonijiet \u010bivili u kummerj\u010bali.", "G\u0127alhekk l-Awtoritajiet Ewropej tal-Konsumatur u l-Kummissjoni talbu lill-Airbnb g\u0127add ta' bidliet.", "Il-kumpanija g\u0127andha sal-a\u0127\u0127ar t'Awwissu biex tippre\u017centa l-proposti tag\u0127ha.", "Ladarba Airbnb tippre\u017centa s-soluzzjonijiet biex tirrettifika dan, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-konsumatur tal-UE se jirrevedu l-bidliet proposti.", "Jekk dawn ma jitqiesux sodisfa\u010benti, Airbnb tista' taffa\u010b\u010bja azzjoni ta' infurzar.", "It-trasparenza tal-prezzijiet u prattiki kummer\u010bjali \u017clejali o\u0127ra", "Il-pre\u017centazzjoni tal-prezzijiet ta' Airbnb, kif ukoll id-distinzjoni bejn l-ospitanti privati u professjonali b\u0127alissa ma tikkonformax mar-rekwi\u017citi tal-li\u0121i tal-UE, b'mod partikolari d-Direttiva dwar Pratti\u010bi Kummer\u010bjali \u017blejali", "Airbnb g\u0127andha:", "Kjarifika tat-termini jew it-tne\u0127\u0127ija ta' termini illegali", "It-termini tas-servizz ta' Airbnb je\u0127tie\u0121 li jin\u0121iebu f'konformit\u00e0 mal-li\u0121i Ewropea tal-konsumatur.", "Id-Direttiva dwar il-Klaw\u017coli Kuntrattwali In\u0121usti te\u0127tie\u0121 li t-termini u kundizzjonijiet standard ma jo\u0127olqux \u017cbilan\u010b sinifikanti bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, g\u0127ad-detriment tal-konsumatur.", "Id-Direttiva tirrikjedi wkoll li t-termini ji\u0121u abbozzati b'lingwa sempli\u010bi u \u010bara biex il-konsumaturi jkunu infurmati b'mod \u010bar u li jinftiehem dwar id-drittijiet tag\u0127hom.", "Fir-rigward ta' Airbnb dan ifisser pere\u017cempju:", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, Airbnb g\u0127andha tipprovdi \u0127olqa fa\u010bilment a\u010b\u010bessibbli g\u0127al pjattaforma g\u0127ar-Ri\u017coluzzjoni tat-Tilwim Onlajn (ORD) fiq is-sit tag\u0127ha u g\u0127all-informazzjoni ne\u010bessarja kollha relatata mar-ri\u017coluzzjoni tat-tilwim, skont ir-Regolament dwar l-ODR.", "Il-passi li jmiss", "Airbnb issa g\u0127andha sal-a\u0127\u0127ar ta' Awwissu biex tipproponi soluzzjonijiet dettaljati dwar kif i\u0121\u0121ib il-kondotta tag\u0127ha f'konformit\u00e0 mal-le\u0121i\u017clazzjoni tal-konsumatur tal-UE.", "Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-konsumaturi se jiltaqg\u0127u jekk hemm b\u017conn, ma' Airbnb f'Settembru biex isolvu kwalunkwe kwistjoni pendenti.", "Jekk dawn il-proposti tal-kumpanija ma jkunux sodisfa\u010benti, l-awtoritajiet tal-konsumaturi jistg\u0127u fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar jirrikorru g\u0127al mi\u017curi ta' infurzar.", "Kuntest", "Ir-Regolament tal-UE dwar il-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi (CPC) jg\u0127aqqad l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur f'netwerk pan-Ewropew tal-infurzar.", "Skont dan il-qafas, awtorit\u00e0 nazzjonali f'pajji\u017c tal-UE tista' titlob l-assistenza tal-kontroparti tag\u0127ha f'pajji\u017c ie\u0127or tal-UE biex twaqqaf ksur transfruntier tal-li\u0121i tal-konsumatur tal-UE.", "Il-kooperazzjoni tista' ti\u0121i attivata biex tinforza diversi korpi ta' le\u0121i\u017clazzjoni tal-UE dwar il-konsumatur, b\u0127al pere\u017cempju d-Direttiva dwar Pratti\u010bi Kummer\u010bjali \u017bleali, id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur jew id-Direttiva dwar iit-Termini Kuntrattwali In\u0121usti.", "Netwerk ta' Kooperazzjoni g\u0127all-\u0126arsien tal-Konsumatur (CPC) wettaq valutazzjoni kon\u0121unta (po\u017cizzjoni komuni) ta' prattiki ta' negozju ta' Airbnb skont il-kooperazzjoni tal-Awtorit\u00e0 Norve\u0121i\u017ca tal-Konsumatur (Forbrukertilsynet) f'\u0120unju 2018.", "Din l-azzjoni \u0121iet iffa\u010bilitata mill-Kummissjoni Ewropea.", "G\u0127al iktar informazzjoni", "Ittra tal-po\u017cizzjoni komuni tal-Awtoritajiet tan-Netwerk CPC", "Aktar informazzjoni dwar l-azzjonijiet ta' infurzar tal-konsumatur"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4521", "title": "Is-Summit UE-\u010aina: napprofondixxu s-s\u0127ubija strate\u0121ika globali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HREXTRELS", "date": "Sun, 15 Jul 2018 22:00:00 GMT", "text": ["L-20 Summit bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu ta\u010b-\u010aina li sar illum f'Beijing issottolinja li din is-s\u0127ubija la\u0127qet livell \u0121did ta' importanza g\u0127a\u010b-\u010bittadini tag\u0127na, g\u0127ar-re\u0121juni \u0121irien rispettivi tag\u0127na u g\u0127all-komunit\u00e0 internazzjonali in\u0121enerali.", "Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk irrappre\u017centaw lill-Unjoni Ewropea fis-Summit.", "Ir-Repubblika tal-Poplu ta\u010b-\u010aina kienet irrappre\u017centata mill-Premier Li Keqiang Il-Vi\u010bi President tal-Kummissjoni Ewropea g\u0127all-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittivit\u00e0, Jyrki Katainen, il-Kummissarju g\u0127all-Kummer\u010b Cecilia Malmstr\u00f6m, u l-Kummissarju g\u0127at-Trasport Violeta Bulc ukoll attendew is-Summit.", "Il-President Tusk u l-President Juncker iltaqg\u0127u wkoll mal-President tar-Repubblika tal-Poplu ta\u010b-\u010aina, Xi Jinping.", "\u201cMinn dejjem emmint fil-potenzjal ta' s\u0127ubija bejn l-UE u \u010b-\u010aina.", "U fid-dinja tal-lum, dik is-s\u0127ubija hija iktar importanti minn qatt qabel.", "Il-kooperazzjoni bejnietna hija \u0127a\u0121a li, sempli\u010biment, tag\u0127mel sens\u201d qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker.", "\u201cL-Ewropa hija l-ikbar sie\u0127eb kummer\u010bjali ta\u010b-\u010aina, u \u010b-\u010aina hija t-tieni l-ikbar tag\u0127na.", "Il-kummer\u010b f'merkanzija bejnietna g\u0127andu valur li jisboq il-\u20ac1.5 biljun kull jum.", "I\u017cda nafu wkoll li nistg\u0127u nag\u0127mlu \u0127afna aktar minn hekk.", "Huwa g\u0127alhekk li huwa tant importanti li llum g\u0127amilna progress fuq il-Ftehim Komprensiv dwar l-Investiment permezz tal-ewwel skambju ta' offerti dwar l-a\u010b\u010bess g\u0127as-suq, u lejn ftehim dwar l-Indikazzjonijiet \u0120eografi\u010bi.", "Dan juri li rridu no\u0127olqu iktar opportunitajiet g\u0127an-nies fi\u010b-\u010aina u fl-Ewropa.\u201d", "Il-kummenti s\u0127a\u0127 li g\u0127amel il-President Juncker waqt il-konferenza stampa ta' wara s-Summit huma disponibbli online.", "Id-Dikjarazzjoni Kon\u0121unta tas-Summit maqbula bejn l-Unjoni Ewropea u \u010b-\u010aina turi l-wisa' u l-fond tar-relazzjoni bejn l-UE u \u010b-\u010aina u l-impatt po\u017cittiv li tali s\u0127ubija jista' jkollha, partikolarment biex ji\u0121u indirizzati sfidi globali u re\u0121jonali b\u0127at-tibdil fil-klima, it-theddid komuni g\u0127as-sigurt\u00e0, il-promozzjoni tal-multilaterali\u017cmu, u l-promozzjoni tal-kummer\u010b miftu\u0127 u \u0121ust.", "Is-Summit isegwi d-Djalogu Strate\u0121iku f'livell g\u0127oli, kopresedut mir-Rappre\u017centant G\u0127oli tal-Unjoni g\u0127all-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurt\u00e0 u Vi\u010bi President tal-Kummissjoni, Federica Mogherini u l-Kunsillier tal-Istat \u010aini\u017c, Wang Yi, fi Brussell fl-1 ta' \u0120unju, u d-Djalogu Ekonomiku u Kummer\u010bjali f'livell g\u0127oli, kopresedut mill-Vi\u010bi President Katainen u l-Vi\u010bi Premier \u010aini\u017c, Liu He, f'Beijing fil-25 ta' \u0120unju.", "Dan l-20 Summit juri l-bosta mezzi li bihom l-Unjoni Ewropea u \u010b-\u010aina qeg\u0127din isa\u0127\u0127u konkretament dik li di\u0121\u00e0 hija relazzjoni komprensiva.", "Barra mid-Dikjarazzjoni Kon\u0121unta, \u0121ew miftiehma ri\u017cultati konkreti mixtieqa o\u0127ra, fosthom:", "Na\u0127dmu flimkien g\u0127al pjaneta iktar sostenibbli", "Fid-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja dwar it-tibdil fil-klima u l-ener\u0121ija nadifa, l-Unjoni Ewropea u \u010b-\u010aina impenjaw irwie\u0127hom li j\u017cidu l-kooperazzjoni favur ekonomiji b'emissjonijiet baxxi tal-gassijiet serra u l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pari\u0121i tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima.", "Huma u jag\u0127mlu dan, l-UE u \u010b-\u010aina se jintensifikaw il-kooperazzjoni politika, teknika, ekonomika u xjentifika dwar it-tibdil fil-klima u l-ener\u0121ija nadifa.", "Hu u jilqa' dan l-impenn, il-President Juncker qal: \u201cFlimkien issottolinjajna d-determinazzjoni b'sa\u0127\u0127itha li g\u0127andna bejnietna li ni\u0121\u0121ieldu t-tibdil fil-klima u li nuru tmexxija globali.", "Dan juri l-impenn tag\u0127na g\u0127all-multilaterali\u017cmu u jirrikonixxi li t-tibdil fil-klima huwa sfida globali li taffettwa l-pajji\u017ci kollha tad-dinja.", "M'hemmx \u0127in biex ne\u0127duha bil-kalma u nkunu passivi.", "Issa huwa l-waqt li nie\u0127du azzjoni de\u010bi\u017civa.\u201d", "Il-Vi\u010bi President Katainen u l-Ministru tal-Ekolo\u0121ija u l-Ambjent, Li Ganjie*, ukoll iffirmaw il-Memorandum ta' Qbil biex Tittejjeb il-Kooperazzjoni dwar l-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet, li jirrikonoxxi l-potenzjal sinifikanti tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet biex jikkontribwixxi g\u0127al ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet baxxi tal-karbonju u jkompli jsa\u0127\u0127a\u0127 il-kooperazzjoni tal-ikbar \u017cew\u0121 sistemi ta' skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet fid-dinja.", "Huma u jibnu fuq is-su\u010b\u010bess tas-Sena Blu tal-UE u \u010b-\u010aina tal-2017, l-UE u \u010b-\u010aina ffirmaw ukoll Ftehim ta' S\u0127ubija dwar l-O\u010beani.", "Tnejn mill-ikbar ekonomiji tal-o\u010beani fid-dinja se ja\u0127dmu flimkien biex itejbu l-governanza internazzjonali tal-o\u010beani, inklu\u017c billi ji\u0121\u0121ieldu s-sajd illegali u jesploraw opportunitajiet potenzjali ta' negozju u ri\u010berka, abba\u017ci ta' teknolo\u0121iji nodfa, fl-ekonomija marittima.", "Is-s\u0127ubija fiha impenji \u010bari favur il-\u0127arsien tal-ambjent tal-ba\u0127ar kontra t-tni\u0121\u0121is, inklu\u017c l-iskart tal-plastik, u li ji\u0121i indirizzat it-tibdil fil-klima skont il-Ftehim ta' Pari\u0121i u li ti\u0121i implimentata l-A\u0121enda 2030 g\u0127all-I\u017cvilupp Sostenibbli, b'mod partikolari l-G\u0127an 14.", "L-iffirmar ta' dan il-ftehim tal-o\u010beani huwa l-ewwel wie\u0127ed tat-tip tieg\u0127u u jifta\u0127 il-bieb g\u0127al s\u0127ubijiet futuri bejn l-UE u atturi tal-o\u010beani ewlenin o\u0127rajn.", "Il-Vi\u010bi President Katainen u l-Ministru tal-Ekolo\u0121ija u l-Presidenta tal-Kummissjoni g\u0127all-I\u017cvilupp u r-Riforma Nazzjonali, He Lifeng*, ukoll iffirmaw il-Memorandum ta' Qbil dwar il-Kooperazzjoni fuq l-Ekonomija \u010airkolari li se jag\u0127ti qafas g\u0127all-kooperazzjoni, inklu\u017c djalogu politiku ta' livell g\u0127oli, biex ti\u0121i appo\u0121\u0121ata t-tran\u017cizzjoni g\u0127al ekonomija \u010birkolari.", "Il-kooperazzjoni se tkopri strate\u0121iji, le\u0121i\u017clazzjoni, politiki u ri\u010berka f'oqsma ta' interess re\u010biproku.", "Se tindirizza sistemi ta' \u0121estjoni u g\u0127odod ta' politika b\u0127ad-disinn ekolo\u0121iku, it-tikkettar ekolo\u0121iku, ir-responsabbilt\u00e0 esti\u017ca tal-produtturi u ktajjen tal-provvista ekolo\u0121i\u010bi, kif ukoll il-finanzjament tal-ekonomija \u010birkolari.", "I\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at se jiskambjaw l-a\u0127jar prattika f'oqsma importanti b\u0127all-parks industrijali, il-prodotti kimi\u010bi, il-plastik u l-iskart.", "Fil-Kntest tal-programm dwar il-Kooperazzjoni Urbana Internazzjonali tal-UE, fil-mar\u0121ni tas-Summit il-Kummissarju Cre\u0163u kienet xhieda g\u0127all-iffirmar ta' dikjarazzjoni kon\u0121unta bejn bliet \u010aini\u017ci u Ewropej: Kunming u Granada (ES); Haikou u Nizza (FR); Yantai u Ruma (IT); Liuzhou u Barnsley (UK); u Weinan u Reggio Emilia (IT).", "Dawn is-s\u0127ubijiet se jiffa\u010bilitaw l-iskambji biex ji\u0121u e\u017caminati u \u017cviluppati pjanijiet ta' azzjoni lokali li jirriflettu l-appro\u010b\u010b integrat tal-UE g\u0127all-i\u017cvilupp urban sostenibbli flwaqt li ji\u0121u indirizzati sfidi so\u010bjali, ekonomi\u010bi, demografi\u010bi u ambjentali.", "Inqieg\u0127du s-sistema internazzjonali abba\u017ci tar-regoli fil-qalba tal-kummer\u010b miftu\u0127 u \u0121ust", "\u201cJien konvint iktar minn qatt qabel li, fl-era tal-globalizzazzjoni u l-interdependenza, il-multilaterali\u017cmu g\u0127andu jkun fil-qalba ta' dak li nag\u0127mlu.", "A\u0127na nistennew li s-s\u0127ab kollha tag\u0127na jirrispettaw ir-regoli internazzjonali u l-impenji li jkunu \u0127adu, partikolarment fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija g\u0127all-Kummer\u010b\u201d, qal il-President Jean-Claude Juncker fid-diskors ewlieni tieg\u0127u fid-Diskussjoni Madwar Mejda dwar in-Negozju UE-\u010aina f'Beijing, li tat opportunit\u00e0 lill-mexxejja tal-UE u \u010aini\u017ci biex jiskambjaw il-fehmiet tag\u0127hom ma' rappre\u017centanti tal-komunit\u00e0 kummer\u010bjali.", "\u201cFl-istess \u0127in, huwa minnu li r-regoli e\u017cistenti tad-WTO ma jag\u0127mluhiex possibbli li l-prattiki in\u0121usti ji\u0121u ttrattati bl-iktar mod effettiv, i\u017cda biex nevitaw li narmu kollox u mal-\u0127a\u017cin je\u0127el it-tajjeb, irridu kollha kemm a\u0127na nippreservaw is-sistema multilaterali u ntejbuha minn \u0121ewwa.\u201d", "Id-diskors s\u0127i\u0127 tal-President Juncker huwa disponibbli online.", "Il-Kummissarju Malmstr\u00f6m wkoll g\u0127amlet intervent fl-attivit\u00e0.http://europa.eu/rapid/press-release_SPEECH-18-4543_fr.htm", "Fis-Summit, l-UE u \u010b-\u010aina kkonfermaw l-appo\u0121\u0121 sod tag\u0127hom favur is-sistema kummer\u010bjali multilaterali bba\u017cata fuq ir-regoli, trasparenti, nondiskriminatorja, miftu\u0127a u inklu\u017civa, bid-WTO fil-qalba u taw impenn li jimxu mar-regoli e\u017cistenti tad-WTO.", "Impenjaw irwie\u0127hom ukoll li jikkooperaw dwar ir-riforma tad-WTO biex jg\u0127inuha tindirizza sfidi \u0121odda, u waqqfu grupp kon\u0121unt ta' \u0127idma dwar ir-riforma tad-WTO, presedut fil-livell Vi\u010bi Ministerjali, g\u0127al dan il-g\u0127an.", "Sar progress tajjeb fin-negozjati li g\u0127addejjin dwar il-Ftehim ta' Investiment, li huwa prijorit\u00e0 ewlenija u pro\u0121ett ewlieni biex ji\u0121i stabbilit u jin\u017camm ambjent tan-negozju miftu\u0127, prevedibbli, \u0121ust u trasparenti g\u0127all-investituri Ewropej u \u010aini\u017ci.", "L-UE u \u010b-\u010aina skambjaw offerti ta' a\u010b\u010bess g\u0127as-suq, u b'hekk in-negozjati da\u0127lu f'fa\u017ci \u0121dida, li fiha jista' ji\u0121i a\u010b\u010bellerat ix-xog\u0127ol fuq l-offerti u aspetti ewlenin o\u0127rajn tan-negozjati.", "Il-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI), parti mill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, u s-Silk Road Fund (SRF) \u010aini\u017c iffirmaw Memorandum ta' Qbil bil-g\u0127an li jikkonfermaw l-ewwel koinvestiment li se jsir ta\u0127t il-Fond ta' Koinvestiment \u010aina-UE (\u201cCECIF\u201d) li twaqqaf m'ilux, li jippromwovi l-kooperazzjoni tal-investiment bejn l-Unjoni Ewropea u \u010b-\u010aina u l-i\u017cvilupp ta' siner\u0121iji bejn l-Inizjattiva Belt and Road ta\u010b-\u010aina u l-Pjan ta' Investiment g\u0127all-Ewropa.", "Rigward l-azzar, i\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at qablu li jsa\u0127\u0127u l-kooperazzjoni tag\u0127hom fil-Forum Globali dwar il-Kapa\u010bit\u00e0 E\u010b\u010bessiva tal-Azzar u impenjaw irwie\u0127hom, f'konformit\u00e0 mad-de\u010bi\u017cjonijiet tas-Summits ta' Hangzhou fl-2016 u ta' Hamburg fl-2017, kif ukoll mad-de\u010bi\u017cjonijiet Ministerjali tal-2017, favur l-g\u0127an li ji\u0121u implimentati r-rakkomandazzjonijiet politi\u010bi maqbula.", "L-UE u \u010b-\u010aina qablu wkoll li jikkonkludu n-negozjati dwar Ftehim rigward il-kooperazzjoni dwar, u l-protezzjoni mill-imitazzjoni ta' prodotti tal-ikel u tax-xorb distintivi, l-hekk imsej\u0127a Indikazzjonijiet \u0120eografi\u010bi, qabel it-tmiem ta' Ottubru jekk jista' jkun.", "Ftehim f'dan il-qasam ikun jirri\u017culta f'livell g\u0127oli ta' \u0127arsien tal-Indikazzjonijiet \u0120eografi\u010bi rispettivi tag\u0127na, li jirrappre\u017centaw tradizzjonijiet importanti u ri\u017corsi rikki kemm g\u0127all-UE kif ukoll g\u0127a\u010b-\u010aina.", "Fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel, l-UE u \u010b-\u010aina qablu li jippromwovu l-og\u0127la standards ta' sikurezza tal-ikel, u huma lesti li jqisu l-prin\u010bipju tar-re\u0121jonalizzazzjoni, u impenjaw irwie\u0127hom li jespandu l-a\u010b\u010bess g\u0127as-suq g\u0127all-prodotti tal-ikel.", "L-UE u \u010b-\u010aina ffirmaw ukoll il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Kooperazzjoni Doganali bejn i\u010b-\u010aina u l-UE dwar id-Drittijiet ta' Proprjet\u00e0 Intellettwali (2018\u20132020), bl-g\u0127an li jissa\u0127\u0127a\u0127 l-infurzar doganali fil-\u0121lieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija fil-kummer\u010b bejn it-tnejn.", "Il-Pjan ta' Azzjoni se jippromwovi wkoll il-kooperazzjoni bejn id-dwana u a\u0121enziji u awtoritajiet o\u0127rajn tal-infurzar tal-li\u0121i biex titwaqqaf il-produzzjoni u biex ji\u0121u xolti n-netwerks ta' distribuzzjoni.", "L-Uffi\u010b\u010bju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Amministrazzjoni \u0120enerali tad-Dwana \u010aini\u017ca ffirmaw Ftehim ta' Kooperazzjoni Amministrattiva Strate\u0121ika u Pjan ta' Azzjoni (2018\u20132020) dwar it-tis\u0127i\u0127 tal-kooperazzjoni fil-\u0121lieda kontra l-frodi doganali, partikolarment fil-qasam tal-frodi trasbord, it-traffiku illegali tal-iskart u l-frodi tas-sottovalutazzjoni.", "Fit-tielet laqg\u0127a tal-Pjattaforma ta' Konnettivit\u00e0 UE-\u010aina, li saret fil-mar\u0121ni tas-Summit u li \u0121iet preseduta g\u0127all-UE mill-Kummissarju Violeta Bulc, i\u017c-\u017cew\u0121 partijiet tennew l-impenn tag\u0127hom favur il-konnettivit\u00e0 tat-trasport abba\u017ci tal-prijoritajiet tal-politika rispettivi, tas-sostenibbilt\u00e0, tar-regoli tas-suq u tal-koordinazzjoni internazzjonali.", "L-iskambji kienu ffukati fuq:", "Il-minuti kon\u0121unti miftiehma tal-laqg\u0127a tal-Presidenti huma disponibbli online, flimkien mal-lista tal-pro\u0121etti ta' trasport Ewropej ippre\u017centati ta\u0127t il-Pjattaforma ta' Konnettivit\u00e0 UE-\u010aina.", "S\u0127ubija bejn il-popli", "L-Unjoni Ewropea u \u010b-\u010aina qed iqieg\u0127du \u010b-\u010bittadini rispettivi tag\u0127hom fil-qalba tas-s\u0127ubija strate\u0121ika.", "Kien hemm ta\u0127ditiet tajbin dwar il-kooperazzjoni barranija u tas-sigurt\u00e0 u dwar is-sitwazzjoni fil-vi\u010binati rispettivi tag\u0127hom.", "Fis-Summit, il-mexxejja tal-UE u ta\u010b-\u010aina ddiskutew modi biex jappo\u0121\u0121aw soluzzjoni pa\u010bifika fil-Peni\u017cola Koreana; l-impenn tag\u0127hom favur l-implimentazzjoni mkomplija, s\u0127i\u0127a u effettiva tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Kon\u0121unt \u2014 il-ftehim nukleari mal-Iran; il-\u0127idma kon\u0121unta u koordinata fuq il-pro\u010bess ta' pa\u010bi fl-Afganistan; u s-sitwazzjoni u l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol.", "Iddiskutew ukoll sfidi ta' politika barranija u ta' sigurt\u00e0 o\u0127rajn, b\u0127al-Lvant Nofsani, il-Libja, u l-Afrika, kif ukoll l-impenn komuni tag\u0127hom favur il-multilaterali\u017cmu u l-ordni internazzjonali bba\u017cat fuq ir-regoli bin-Nazzjonijiet Uniti fil-qalba tieg\u0127u.", "Di\u0121\u00e0 saru bosta attivitajiet ta' su\u010b\u010bess fil-qafas tas-Sena tat-Turi\u017cmu \u010aina-UE tal-2018, imfassla biex tippromwovi destinazzjonijiet mhux daqstant popolari, biex ittejjeb l-esperjenzi tal-ivvja\u0121\u0121ar u tat-turi\u017cmu, u biex tipprovdi opportunitajiet biex ti\u017cdied il-kooperazzjoni ekonomika.", "Fis-Summit, il-mexxejja impenjaw irwie\u0127hom li javvanzaw l-attivitajiet rilevanti aktar, li jiffa\u010bilitaw il-kooperazzjoni dwar it-turi\u017cmu u l-kuntatti bejn in-nies.", "Il-protezzjoni u t-titjib tad-drittijiet tal-bniedem qeg\u0127din fil-qalba tal-Unjoni Ewropea u tas-s\u0127ubijiet globali tag\u0127ha u g\u0127alhekk il-mexxejja indirizzaw ukoll kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem, \u0121img\u0127a wara l-UE u \u010b-\u010aina kellhom l-a\u0127\u0127ar Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.", "I\u017c-\u017cew\u0121 partijiet ikkonfermaw li se jkomplu bin-negozjati paralleli fit-tieni fa\u017ci tal-pjan direzzjonali tad-Djalogu dwar il-Mobilit\u00e0 u l-Migrazzjoni bejn l-UE u \u010b-\u010aina, spe\u010bifikament dwar ftehim dwar il-fa\u010bilitazzjoni tal-vi\u017ci u ftehim dwar il-kooperazzjoni biex ti\u0121i indirizzata l-migrazzjoni irregolari.", "L-UE u \u010b-\u010aina qablu wkoll li jvaraw djalogi \u0121odda li jkopru kwistjonijiet relatati mad-droga u mal-assistenza umanitarja.", "* Ismijiet ikkore\u0121uti 16:42 16/07/2018", "Aktar informazzjoni", "Is-sit web tas-Summit UE-\u010aina", "Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u \u010b-\u010aina", "Dikjarazzjoni kon\u0121unta wara l-20 Summit UE-\u010aina", "Kummenti tal-President Jean-Claude Juncker fil-konferenza stampa wara l-20 Summit UE-\u010aina", "Id-diskors ewlieni tal-President Jean-Claude Juncker waqt id-diskussjoni madwar mejda dwar in-negozju UE-\u010aina", "Is-sit web tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea g\u0127a\u010b-\u010aina"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4395", "title": "L-Impjiegi u l-I\u017cviluppi So\u010bjali fl-Ewropa: ir-rie\u017cami tal-2018 jikkonferma x-xejriet po\u017cittivi i\u017cda jo\u0127ro\u0121 fid-dieher xi sfidi, b'mod partikolari marbuta mal-awtomatizzazzjoni u d-di\u0121italizzazzjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI", "date": "Thu, 12 Jul 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni ppubblikat l-edizzjoni tal-2018 tar-rie\u017cami annwali tag\u0127ha tal-Impjiegi u l-I\u017cviluppi So\u010bjali fl-Ewropa (l-ESDE).", "L-edizzjoni ta' din is-sena tikkonferma x-xejriet po\u017cittivi kontinwi fis-suq tax-xog\u0127ol u titjib fis-sitwazzjoni so\u010bjali.", "L-g\u0127add ta' persuni li g\u0127andhom impjieg la\u0127aq livelli rekord \u0121odda.", "Ir-rata tal-impjiegi fl-UE qatt ma la\u0127qet dawn il-livelli, fil-fatt b\u0127alissa hawn kwa\u017ci 238 miljun persuna li g\u0127andhom impjieg.", "Fl-2017 kien hemm ftit aktar minn tliet miljun u nofs persuna li kellhom impjieg, meta mqabbla mal-2016.", "Madankollu, g\u0127alkemm fl-a\u0127\u0127ar snin \u017cdied l-g\u0127add ta' sig\u0127at ma\u0127duma g\u0127al kull persuna impjegata, dan xorta g\u0127adu inqas mil-livelli fl-2008.", "Fl-istess waqt qed ji\u017cdiedu l-introjti disponibbli u qed jonqos il-faqar.", "Id-deprivazzjoni materjali estrema naqset g\u0127all-anqas livell fl-istorja, b'16.1-il miljun persuna inqas affettwata, meta mqabbla mal-2012.", "Jekk wie\u0127ed janalizza l-impatt tal-i\u017cviluppi teknolo\u0121i\u010bi, je\u017cistu in\u010bertezzi dwar l-effetti futuri tal-awtomatizzazzjoni u d-di\u0121italizzazzjoni.", "G\u0127alhekk ir-rie\u017cami tal-ESDE tal-2018 hu ffukat fuq id-dinja tax-xog\u0127ol li qed tinbidel.", "Skont il-Kummissarju g\u0127all-Impjiegi, l-Affarijiet So\u010bjali, il-\u0126iliet u l-Mobbilt\u00e0 tal-\u0126addiema, Marianne Thyssen: \u201cL-ekonomija Ewropea qed tikber aktar malajr u b'mod aktar omo\u0121enju minn qabel.", "Dan jiffavorixxi l-impjiegi, i\u017cid il-flus fil-bwiet tal-familji u jtejjeb il-kundizzjonijiet so\u010bjali.", "Il-bidla teknolo\u0121ika g\u0127andha potenzjal kbir li tixpruna t-tkabbir u l-impjiegi, i\u017cda dan ise\u0127\u0127 biss jekk din il-bidla ssir bi pjan.", "Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali hu l-boxxla li tiggwidana biex inkunu lesti g\u0127al din it-trasformazzjoni.", "Il-proposti tag\u0127na jsarrfu l-Pilastru fil-prattika billi jag\u0127nu li\u010b-\u010bittadini fl-Ewropa b'edukazzjoni u \u0127iliet a\u0127jar tul \u0127ajjithom, u ji\u017cguraw li l-\u0127addiema kollha jkollhom drittijiet ba\u017ci\u010bi f'din id-dinja tax-xog\u0127ol li qed tinbidel malajr, jimxu 'l quddiem bil-proposti tag\u0127na g\u0127al kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol trasparenti u prevedibbli, u jkollhom a\u010b\u010bess g\u0127al protezzjoni so\u010bjali.\u201d", "Ir-rapport ta' din is-sena g\u0127andu l-g\u0127an li janalizza l-opportunitajiet u r-riskji marbuta mal-innovazzjoni teknolo\u0121ika, il-bidla demografika u l-globalizzazzjoni.", "Ir-rie\u017cami juri x'je\u0127tie\u0121 isir biex kul\u0127add ikun jista' jgawdi minn dawn l-i\u017cviluppi.", "B\u0127alma jiddeskrivi r-rie\u017cami, il-progress teknolo\u0121iku hu essenzjali biex ti\u017cdied il-produttivit\u00e0 \u0121enerali.", "I\u017cda dan qed jie\u0127u post il-kompiti ta' rutina li je\u0127tie\u0121u l-inqas \u0127iliet, u qed i\u017cid il-livell tal-\u0127iliet li wie\u0127ed je\u0127tie\u0121 biex ikun impjegabbli: filwaqt li m'hemmx konklu\u017cjoni dwar kemm jista' jkun l-impatt tat-teknolo\u0121ija fuq l-impjiegi, studji juru li l-aktar kompiti fix-xog\u0127lijiet attwali li g\u0127andhom \u010bans ji\u0121u awtomatizzati parzjalment jew g\u0127alkollox huma l-kompiti ta' rutina ripetittivi; skont studju minnhom, fil-futur qrib minn 37 % sa 69 % tal-impjiegi jistg\u0127u ji\u0121u awtomatizzati parzjalment.", "Biex nadattaw g\u0127al din id-dinja tax-xog\u0127ol li qed jinbidel, hemm b\u017conn ikollna edukazzjoni u tag\u0127lim tul il-\u0127ajja a\u0127jar u ni\u017cguraw li s-suq tax-xog\u0127ol u l-istituzzjonijiet tal-protezzjoni so\u010bjali jkunu adattati g\u0127all-iskop tag\u0127hom.", "Bl-A\u0121enda tal-\u0126iliet g\u0127all-Ewropa u bil-finanzjament tal-UE, il-Kummissjoni wittiet it-triq biex i\u010b-\u010bittadini fl-Ewropa jiksbu \u0127iliet a\u0127jar fil-livelli kollha, id f'id mill-qrib mal-Istati Membri, ma' dawk li j\u0127arr\u0121u u mal-kumpaniji.", "Anki s-s\u0127ab so\u010bjali jaqdu rwol importanti biex il-forza tax-xog\u0127ol issa\u0127\u0127a\u0127 il-\u0127iliet tag\u0127ha u tikseb \u0127iliet \u0121odda, u biex ti\u0121i mmani\u0121\u0121jata \u017c-\u017cieda fil-flessibbilt\u00e0 li g\u0127andha d-dinja tax-xog\u0127ol li qed tinbidel.", "Is-s\u0127ab so\u010bjali jg\u0127inu biex jitfasslu programmi ta' ta\u0127ri\u0121 u ji\u0121u identifikati l-opportunitajiet u l-i\u017cvanta\u0121\u0121i li qed jo\u0127loq it-tibdil mg\u0127a\u0121\u0121el li qed jaffettwa s-swieq tax-xog\u0127ol.", "It-teknolo\u0121iji \u0121odda jg\u0127inu biex ji\u017cdied l-g\u0127add ta' \u0127addiema mhux standard u \u0127addiema g\u0127al rashom.", "Skont ir-rie\u017cami tal-ESDE, il-forom \u0121odda tax-xog\u0127ol huma ta' \u0121id g\u0127all-\u0127addiema u anki g\u0127an-negozji, g\u0127ax i\u017cidu l-flessibbilt\u00e0, itejbu l-bilan\u010b bejn il-\u0127ajja u x-xog\u0127ol, u jift\u0127u bibien \u0121odda tal-opportunitajiet g\u0127an-nies, fosthom g\u0127all-persuni b'di\u017cabbilt\u00e0 u dawk akbar fl-et\u00e0, biex jid\u0127lu jew jibqg\u0127u fis-suq tax-xog\u0127ol.", "I\u017cda r-rie\u017cami tal-ESDE jiskopri wkoll korrelazzjoni bejn l-in\u010bidenza dejjem akbar ta' xog\u0127ol mhux standard u deterjorament fil-kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol, ma' aktar volatilit\u00e0 fl-introjtu, inqas sigurt\u00e0 tal-impjieg u nuqqas ta' a\u010b\u010bess g\u0127al protezzjoni so\u010bjali, b\u0127alma \u0121ie osservat fil-ka\u017c tal-\u0127addiema tal-pjattaformi.", "Il-Kummissjoni qed tindirizza din is-sitwazzjoni bi proposti li jimmodernizzaw il-le\u0121i\u017clazzjoni dwar is-suq tax-xog\u0127ol u s-sistemi tal-protezzjoni so\u010bjali \u0127alli dawn jirrea\u0121ixxu g\u0127al din id-dinja tax-xog\u0127ol \u0121dida.", "Il-proposta g\u0127al Direttiva dwar kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol aktar trasparenti u prevedibbli tinkludi standards minimi \u0121odda g\u0127all-\u0127addiema kollha, fosthom g\u0127al dawk b'forom ta' impjieg mhux standard.", "U bil-proposta g\u0127al Rakkomandazzjoni dwar l-a\u010b\u010bess g\u0127al protezzjoni so\u010bjali, in\u0127e\u0121\u0121u lill-Istati Membri biex jipprovdu a\u010b\u010bess g\u0127al kopertura tas-sigurt\u00e0 so\u010bjali g\u0127all-impjegati kollha u g\u0127al dawk li ja\u0127dmu g\u0127al rashom, inklu\u017c it-trasferibbilt\u00e0 tad-drittijiet bejn l-impjiegi u s-sitwazzjonijiet tax-xog\u0127ol.", "Fl-a\u0127\u0127ar nett, ir-rie\u017cami tal-ESDE tal-2018 isemmi \u010berti sfidi strutturali li g\u0127adhom fostna, ng\u0127idu a\u0127na fejn tid\u0127ol l-inugwaljanza, b\u0127al pere\u017cempju l-inugwaljanzi fl-introjtu u bejn is-sessi, u fejn jid\u0127lu l-i\u017cvilupp tal-\u0127iliet u l-edukazzjoni.", "Kuntest", "Ir-rie\u017cami annwali tal-Impjiegi u l-I\u017cviluppi So\u010bjali fl-Ewropa jipprovdi anali\u017ci ekonomika a\u0121\u0121ornata tax-xejriet so\u010bjali u tal-impjiegi fl-Ewropa.", "Fid-dawl ta' dawn ix-xejriet, ir-rie\u017cami jag\u0127raf g\u0127add ta' sfidi potenzjali u jipprovdi reazzjonijiet potenzjali ta' politika biex dawn jing\u0127elbu.", "Dan huwa r-rapport ewlieni li g\u0127andha l-Kummissjoni Ewropea biex tg\u0127arbel l-evidenza u te\u017camina x-xejriet u l-isfidi li \u0121ejjin b'rabta mas-swieq tax-xog\u0127ol.", "Hemm diversi e\u017cempji ta' kif il-Kummissjoni tindirizza l-isfidi msemmija fir-rapporti annwali tal-ESDE.", "Pere\u017cempju, il-proposta ri\u010benti tal-Kummissjoni g\u0127all-Qafas Finanzjarju Pluriennali talloka aktar fondi g\u0127al investimenti fin-nies, fosthom permezz tal-Fond So\u010bjali Ewropew Plus (FSE+) il-\u0121did u permezz ta' Fond Ewropew ta' A\u0121\u0121ustament g\u0127all-Globalizzazzjoni (FEG) imtejjeb.", "B'inizjattivi u g\u0127odod b\u0127all-A\u0121enda tal-\u0126iliet g\u0127all-Ewropa, il-Garanzija g\u0127a\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 u l-Inizjattiva favur l-Impjieg ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127, b'aktar tis\u0127i\u0127 tal-programm Erasmus, u l-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0, se tissokta l-\u0127idma biex jintla\u0127qu dawn l-g\u0127anijiet.", "Mag\u0127hom jing\u0127aqdu l-proposti tal-Kummissjoni g\u0127al a\u010b\u010bess g\u0127al protezzjoni so\u010bjali u g\u0127al kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol trasparenti u prevedibbli.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Memo: Ir-Rie\u017cami tal-2018 dwar l-Impjiegi u l-I\u017cviluppi So\u010bjali fl-Ewropa \u2013 Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "Skeda informattiva: Ir-Revi\u017cjoni Trimestrali tal-2018 \u2013 l-Impjiegi u l-I\u017cviluppi So\u010bjali fl-Ewropa Dinja tax-xog\u0127ol li qed tinbidel: lil hinn mid-di\u0121italizzazzjoni", "Ir-rie\u017cami tal-2018 dwar l-Impjiegi u l-I\u017cviluppi So\u010bjali", "Taqsima dwar l-Impjiegi u l-Anali\u017ci So\u010bjali fuq is-sit web tad-D\u0120 EMPL", "Segwi lil Marianne Thyssen fuq Facebook u Twitter", "Abbona bla \u0127las g\u0127all-bullettin elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impjiegi, l-affarijiet so\u010bjali u l-inklu\u017cjoni"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4295", "title": "Il-konformit\u00e0 tal-Istati Membri mal-li\u0121i tal-UE: lok g\u0127al titjib", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GENINFO", "date": "Wed, 11 Jul 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-konformit\u00e0 tal-Istati Membri mal-li\u0121i tal-UE: lok g\u0127al titjib", "Ir-Rapport Annwali dwar il-Monitora\u0121\u0121 tal-Applikazzjoni tad-Dritt tal-UE ppubblikat illum, jag\u0127ti \u0127arsa lejn kif il-Kummissjoni ssorveljat u infurzat il-li\u0121i tal-UE tul l-2017.", "It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku li \u0121iet ippubblikata llum ukoll fuq l-internet, fil-25 anniversarju mit-twaqqif tas-Suq Uniku tal-UE, turi li qed jixxejnu \u0127afna mill-ostakli g\u0127all-moviment liberu tal-persuni, tas-servizzi, tal-o\u0121\u0121etti u tal-kapital, i\u017cda f'\u010berti oqsma s-sitwazzjoni sta\u0121nat jew sa\u0127ansitra sejra g\u0127all-ag\u0127ar.", "Il-li\u0121i tal-UE je\u0127tie\u0121 ti\u0121i applikata b'mod effettiv \u0127alli \u010b-\u010bittadini u n-negozji jkollhom garanzija li jistg\u0127u jgawdu mill-benefi\u010b\u010bji li toffrilhom il-li\u0121i tal-UE.", "L-effettivit\u00e0 ta' kull regola, irrispettivament minn kemm tfasslet u t\u0127ejjiet bir-reqqa, tiddependi biss mill-implimentazzjoni tag\u0127ha.", "G\u0127aldaqstant, il-Kummissjoni meta tmexxi 'l quddiem il-prijoritajiet ta' politika tag\u0127ha, tag\u0127ti attenzjoni mhux biss biex tipproponi le\u0121i\u017clazzjoni \u0121dida, i\u017cda anki biex ti\u017cgura li din ti\u0121i applikata u infurzata kif xieraq.", "Ng\u0127idu a\u0127na fl-2017, il-Kummissjoni kienet soda fl-infurzar tar-regoli relatati mal-protezzjoni tad-data, il-migrazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-\u0121lieda kontra l-\u0127asil tal-flus u l-finanzjament tat-terrori\u017cmu jew il-kwalit\u00e0 tal-arja.", "Fl-istess waqt, il-koperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri tibqa' fundamentali biex ti\u0121i implimentata l-li\u0121i tal-UE u biex jing\u0127elbu l-problemi li jistg\u0127u jinqalg\u0127u.", "Matul is-sena, il-Kummissjoni assistiet lill-Istati Membri biex i\u0127ejju ru\u0127hom g\u0127ad-d\u0127ul fis-se\u0127\u0127 tar-Regolament \u0120enerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (ir-Regolament (UE) 2016/679).", "Ir-Rapport Annwali dwar il-Monitora\u0121\u0121 tal-Applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2017", "Ir-Rapport Annwali g\u0127all-2017 juri tnaqqis \u017cg\u0127ir (b'5.91 %) fil-kaw\u017ci ta' ksur miftu\u0127a meta mqabbel mas-sena ta' qabel.", "B'hekk, wara li fl-2016 la\u0127aq l-og\u0127la livell fil-\u0127ames snin ta' qabel, fl-2017 l-g\u0127add ta' kaw\u017ci beda jistabbilizza ru\u0127u (ara l-Grafika 1).", "I\u017cda kull nuqqas fl-implimentazzjoni korretta tad-dritt tal-UE j\u010ba\u0127\u0127ad li\u010b-\u010bittadini u lin-negozji mid-drittijiet u l-benefi\u010b\u010bji li toffrilhom il-li\u0121i Ewropea.", "Fil-qasam tal-ambjent, pere\u017cempju, it-traspo\u017cizzjoni u l-implimentazzjoni s\u0127a\u0127 tad-Direttiva dwar it-tnaqqis tal-u\u017cu tal-basktijiet tal-plastik huma essenzjali biex ji\u0121i indirizzat it-t\u0127assib dejjem jikber ta\u010b-\u010bittadini b'rabta mal-plastik.", "Il-Grafika 2 ta' hawn ta\u0127t tag\u0127ti \u0127arsa \u0121enerali lejn is-sitwazzjoni g\u0127al kull Stat Membru.", "Fejn jid\u0127lu l-ka\u017cijiet ta' traspo\u017cizzjoni tard, il-Bel\u0121ju, \u010aipru, u l-Portugall kellhom l-akbar ammont ta' kaw\u017ci miftu\u0127a, filwaqt li l-inqas kaw\u017ci miftu\u0127a kienu fl-Italja, fid-Danimarka u fl-Ungerija.", "Spanja, l-Italja u l-\u0120ermanja kellhom l-akbar ammont ta' kaw\u017ci pendenti min\u0127abba traspo\u017cizzjoni skorretta u/jew applikazzjoni \u017cbaljata tal-li\u0121i tal-UE, filwaqt li d-Danimarka kellha l-inqas ammont ta' kaw\u017ci miftu\u0127a s-sena li g\u0127addiet.", "L-oqsma ta' politika fejn infet\u0127u l-aktar kaw\u017ci ta' ksur fl-2017 kienu l-mobbilt\u00e0 u t-trasport, l-ambjent kif ukoll l-istabbilt\u00e0 finanzjarja, is-servizzi u s-swieq kapitali (ara l-Grafika 3).", "Nevitaw it-traspo\u017cizzjoni tard tad-Direttivi", "Biex i\u010b-\u010bittadini u n-negozji jibbenefikaw mil-li\u0121i tal-UE, hu kru\u010bjali li l-Istati Membri jittrasponu d-Direttivi Ewropej fl-ordni \u0121uridiku nazzjonali tag\u0127hom sal-iskadenzi miftiehma.", "Fl-2017, l-g\u0127add ta' pro\u010beduri ta' ksur \u0121odda relatati mat-traspo\u017cizzjoni tard naqas \u0121mielu b'34 % (minn 847 kaw\u017ca fl-2016 g\u0127al 558 fl-2017) u hu eqreb lejn il-livell fl-2015 (543 kaw\u017ca).", "Il-Kummissjoni fet\u0127et pro\u010beduri \u0121odda ta' ksur kontra l-ma\u0121\u0121oranza tal-Istati Membri talli naqsu milli jittrasponu d-Direttivi dwar l-u\u017cu tal-basktijiet tal-plastik, dwar l-iskart u dwar l-affidabbilt\u00e0 stradali tal-vetturi[1].", "Biex isibuha e\u0127fef jittrasponu b'mod korrett u fil-\u0127in, il-Kummissjoni kompliet tassisti lill-Istati Membri billi \u0127ejjiet pjanijiet ta' implimentazzjoni, siti web apposta u dokumenti ta' gwida, u qasmet l-aqwa prattiki waqt laqg\u0127at tal-gruppi ta' esperti.", "Pere\u017cempju, qabel id-d\u0127ul fis-se\u0127\u0127 tar-Regolament \u0120enerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (il-GDPR) fil-25 ta' Mejju 2018, f'Jannar 2018 il-Kummissjoni kienet di\u0121\u00e0 ppubblikat gwida dettaljata biex tg\u0127in lill-Istati Membri japplikaw ir-regoli l-\u0121odda fil-\u0127in.", "Is-sena l-o\u0127ra, il-Kummissjoni ressqet \u0127ames Stati Membri quddiem il-Qorti tal-\u0120ustizzja tal-UE u talbet li ji\u0121u applikati penali finanzjarji: \u017cew\u0121 kaw\u017ci kontra l-Bel\u0121ju[2], \u017cew\u0121 kaw\u017ci kontra l-Kroazja[3], kaw\u017ca kontra s-Slovakkja[4], o\u0127ra kontra s-Slovenja[5] u o\u0127ra kontra Spanja[6].", "Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku g\u0127all-2018", "It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku tag\u0127ti \u0127arsa \u0121enerali dettaljata u pre\u010bi\u017ca tal-qag\u0127da tal-implimentazzjoni tar-regoli tas-Suq Uniku tal-UE fi\u017c-\u017bona Ekonomika Ewropea (i\u017c-\u017bEE) fl-2017.", "Din tevalwa kif l-UE u l-Istati Membri ta\u017c-\u017bEE japplikaw dawn ir-regoli u tidentifika n-nuqqasijiet fejn il-pajji\u017ci u l-Kummissjoni g\u0127andhom i\u017cidu l-isforzi tag\u0127hom.", "Skont il-prestazzjoni tag\u0127hom fl-2017, l-Istati Membri ng\u0127ataw 152 sinjal a\u0127dar, 135 sinjal isfar u 49 sinjal a\u0127mar.", "Is-sinjali juru f'liema oqsma marru tajjeb \u0127afna (a\u0127dar), kisbu ri\u017cultati medji (isfar) jew marru ag\u0127ar mill-medja (a\u0127mar).", "Il-\u0127arsa \u0121enerali (ara l-Grafika 4 hawn ta\u0127t) to\u0127ro\u0121 fid-dieher li l-Istati Membri tejbu r-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, it-traspo\u017cizzjoni tar-regoli relatati mas-Suq Uniku, u l-i\u017cvilupp ta' g\u0127odod li jappo\u0121\u0121aw il-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku fil-prattika (L-Ewropa tieg\u0127ek, e-Certis, u l-EURES).", "I\u017cda meta mqabbla mal-edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni ta' qabel, l-Istati Membri r\u010bevew aktar sinjali \u0127omor fejn jid\u0127ol il-ftu\u0127 g\u0127all-kummer\u010b transfruntier tal-merkanzija u s-servizzi, l-ekwit\u00e0 tas-sistemi tal-akkwist pubbliku u l-g\u0127add ta' pro\u010bedimenti ta' ksur.", "B'mod \u0121enerali, il-pajji\u017ci bl-aqwa prestazzjoni kienu l-Finlandja, id-Danimarka u s-Slovakkja, filwaqt li l-akbar g\u0127add ta' sinjali \u0127omor ing\u0127ata lir-Repubblika \u010aeka, lill-Irlanda u lill-Gre\u010bja.", "Il-Kummissjoni tirrea\u0121ixxi g\u0127all-ilmenti ta\u010b-\u010bittadini", "I\u010b-\u010bittadini, in-negozji, l-NGOs u partijiet kon\u010bernati o\u0127ra jistg\u0127u jirrapportaw suspetti ta' ksur tal-li\u0121i tal-UE permezz ta' formola online a\u010b\u010bessibbli mill-portal Europa Id-drittijiet tieg\u0127ek.", "Fl-2017, \u0127afna mill-ilmenti kellhom x'jaqsmu mal-\u0121ustizzja u d-drittijiet tal-konsumatur, l-impjiegi, is-Suq Uniku tal-UE, l-industrija u l-SMEs.", "B\u0127ala parti mill-formola g\u0127all-ilmenti, is-SOLVIT jista' jg\u0127in li\u010b-\u010bittadini u lin-negozji biex isolvu l-problemi tag\u0127hom ma' awtorit\u00e0 pubblika f'pajji\u017c ie\u0127or tal-UE.", "Il-kuntest", "Sa mill-1984, wara talba tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni tippre\u017centa rapport annwali dwar il-monitora\u0121\u0121 tal-applikazzjoni tal-li\u0121i tal-UE tul is-sena ta' qabel.", "Imbag\u0127ad il-Parlament Ewropew jadotta ri\u017coluzzjoni dwar ir-rapport tal-Kummissjoni.", "B\u0127ala prijorit\u00e0, il-Kummissjoni tiffoka fuq il-problemi fejn l-azzjoni ta' infurzar tista' tag\u0127mel differenza reali u tipprovdi valur mi\u017cjud reali g\u0127all-individwi u g\u0127an-negozji.", "Fejn jid\u0127ol il-qsim tar-responsabbiltajiet bejn l-istituzzjonijiet Ewropej, il-Kummissjoni Ewropea g\u0127andha responsabbilt\u00e0 \u0121enerali li tibda l-pro\u010bess le\u0121i\u017clattiv.", "Imbag\u0127ad il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jiddiskutu l-proposti tal-Kummissjoni.", "L-Istati Membri huma responsabbli biex japplikaw, jimplimentaw u jinfurzaw sew u fil-\u0127in il-li\u0121i tal-UE fl-ordni \u0121uridiku nazzjonali.", "Il-Kummissjoni tag\u0127laq dan il-pro\u010bess: \u0121aladarba l-proposti tag\u0127ha ji\u0121u adottati b\u0127ala li\u0121i tal-UE, din tie\u0127u \u0127sieb li l-Istati Membri japplikaw din il-li\u0121i kif suppost u tie\u0127u azzjoni jekk dan ma jsirx.", "G\u0127aldaqstant, il-Kummissjoni g\u0127andha ta\u0121ixxi b'mod sod u ming\u0127ajr dewmien kull meta l-ksur ifixkel il-kisba tal-g\u0127anijiet ta' politika tal-UE.", "F'dan il-kuntest, dan l-a\u0127\u0127ar il-Kummissjoni \u0127olqot appro\u010b\u010b aktar strate\u0121iku g\u0127al infurzar fejn jid\u0127ol it-trattament tal-ksur, bi qbil mal-impenn tag\u0127ha li tkun \u201cakbar u aktar ambizzju\u017ca fejn jid\u0127lu l-affarijiet il-kbar, u i\u017cg\u0127ar u aktar modesta fl-affarijiet i\u017c-\u017cg\u0127ar\u201d[7].", "It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku tevalwa kull sena kif l-Istati Membri:", "- jimplimentaw ir-regoli tal-UE;", "- jo\u0127olqu swieq miftu\u0127a u integrati (e\u017cempju, l-akkwist pubbliku u l-kummer\u010b tal-merkanzija u tas-servizzi);", "- jittrattaw kwistjonijiet amministrattivi fejn jid\u0127lu l-\u0127addiema barranin (e\u017c. il-kwalifiki professjonali);", "- jikkoperaw u jag\u0127tu sehemhom fejn jid\u0127lu g\u0127add ta' g\u0127odod ta' governanza g\u0127all-UE kollha (e\u017c. il-portal L-Ewropa Tieg\u0127ek, Solvit, u l-EURES)", "Din is-sena tfakkar il-25 anniversarju tas-Suq Uniku tal-UE.", "Din l-edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku tevalwa l-prestazzjoni f'erba' oqsma ta' politika, f'\u017cew\u0121 oqsma rigward il-ftu\u0127 u l-integrazzjoni tas-suq, u 13-il g\u0127odda ta' governanza.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "a) Ir-Rapport Annwali dwar il-Monitora\u0121\u0121 tal-Applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2017", "- Rapport annwali dwar l-implimentazzjoni nazzjonali tad-dritt tal-UE", "- Skedi informattivi skont il-pajji\u017ci", "- Skeda informattiva tal-EU-28", "- Dwar il-pro\u010bedura \u0121enerali ta' ksur tal-UE, ara l-MEMO kollha 17/01/2012.", "b) It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku (l-edizzjoni tal-2018):", "- Tabella ta' Valutazzjoni", "- Skedi informattivi skont il-pajji\u017ci", "- \u0126arsa \u0121enerali lejn il-prestazzjoni", "[1] Id-Direttiva 2015/720/UE dwar l-u\u017cu tal-basktijiet tal-plastik; Id-Direttivi 2015/720/UE; 2015/863/UE; U 2016/774/UEdwar l-iskart u d-Direttiva 2014/47/UE l-affidabbilt\u00e0 stradali tal-vetturi", "[2] Il-Kummissjoni vs Il-Bel\u0121ju (C-543/17).", "Il-Kummissjoni ressqet lill-Bel\u0121ju quddiem il-Qorti talli naqas milli jimplimenta bis-s\u0127i\u0127 id-Direttiva dwar mi\u017curi li jnaqqsu l-ispi\u017ca g\u0127all-installazzjoni ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b'velo\u010bit\u00e0 g\u0127olja.", "Din ipproponiet li jit\u0127allsu penali ta' \u20ac 54 639.36 kuljum.", "Fit-tieni kaw\u017ca (Il-Kummissjoni vs Il-Bel\u0121ju, C-564/17), il-Kummissjoni ressqet lill-Bel\u0121ju quddiem il-Qorti talli naqas milli jimplimenta bis-s\u0127i\u0127 id-Direttiva dwar il-Permess Uniku.", "Din ipproponiet li jit\u0127allsu penali ta' \u20ac70 828.80 kuljum.", "[3] Il-Kummissjoni vs Il-Kroazja (C-381/17).", "Il-Kummissjoni ressqet lill-Kroazja quddiem il-Qorti talli naqset milli timplimenta bis-s\u0127i\u0127 id-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju.", "Din ipproponiet li jit\u0127allsu penali ta' \u20ac9 865.40 kuljum.", "Fit-tieni kaw\u017ca (Il-Kummissjoni vs Il-Kroazja, C-415/17), il-Kummissjoni ressqet lill-Kroazja quddiem il-Qorti talli naqset milli timplimenta bis-s\u0127i\u0127 id-Direttiva dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati.", "Din ipproponiet li jit\u0127allsu penali ta' \u20ac9 275.20 kuljum.", "[4] Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja (C-605/17).", "Il-Kummissjoni ressqet lis-Slovakkja quddiem il-Qorti talli naqset milli timplimenta bis-s\u0127i\u0127 id-Direttiva dwar mi\u017curi li jnaqqsu l-ispi\u017ca g\u0127all-installazzjoni ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b'velo\u010bit\u00e0 g\u0127olja.", "Din ipproponiet li jit\u0127allsu penali ta' \u20ac10 036.80 kuljum.", "[5] Il-Kummissjoni vs Is-Slovenja (C-594/17).", "Il-Kummissjoni ressqet lis-Slovenja quddiem il-Qorti talli naqset milli timplimenta bis-s\u0127i\u0127 id-Direttiva tal-Kunsill dwar ir-rekwi\u017citi g\u0127all-oqfsa ba\u0121itarji tal-Istati Membri.", "Din ipproponiet li jit\u0127allsu penali ta' \u20ac7 099.20 kuljum.", "[6] Il-Kummissjoni vs Spanja (C-569/17).", "Il-Kummissjoni ressqet lil Spanja quddiem il-Qorti talli naqset milli timplimenta bis-s\u0127i\u0127 id-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju.", "Din ipproponiet li jit\u0127allsu penali ta' \u20ac105 991.60 kuljum.", "[7] Il-Komunikazzjoni \u201cId-dritt tal-UE: Ri\u017cultati a\u0127jar permezz ta' applikazzjoni a\u0127jar\u201d, C(2016)8600, \u0120U C 18, id-19 ta' Jannar 2017"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4467", "title": "Il-Kambodja: Il-missjoni tal-UE tivvaluta s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xog\u0127ol", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL,EEAS", "date": "Wed, 11 Jul 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Servizz Ewropew g\u0127all-Azzjoni Esterna (SEAE) \u017caret il-Kambodja mill-5 sal-11 ta' Lulju 2018 biex tivvaluta s-sitwazzjoni fuq il-post wara \u017cviluppi ri\u010benti fil-pajji\u017c dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xog\u0127ol li qajmu t\u0127assib.", "L-Unjoni Ewropea issa se tanalizza b\u0127ala prijorit\u00e0 l-informazzjoni mi\u0121bura matul il-missjoni biex tikkunsidra passi ulterjuri.", "Din l-anali\u017ci se tqis ukoll aktar sottomissjonijiet bil-miktub ming\u0127and l-awtoritajiet tal-Kambodja, rapporti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xog\u0127ol (ILO) u korpi o\u0127ra responsabbli mill-monitora\u0121\u0121 tal-implimentazzjoni mill-Kambodja tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti g\u0127all-iskema tal-kummer\u010b bla dazju Kollox \u0126lief Armi (Everything But Arms, EBA).", "L-iskema tal-kummer\u010b tal-EBA tippermetti lill-Kambodja tesporta l-prodotti kollha (\u0127lief armi u munizzjon) lejn l-UE, ming\u0127ajr kwoti u tariffi.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Kummer\u010b Cecilia Malmstr\u00f6m qalet: \u201cL-UE hija kburija li tipprovdi lill-aktar pajji\u017ci ekonomikament vulnerabbli tad-dinja b'a\u010b\u010bess \u0127ieles g\u0127as-suq tag\u0127na.", "L-inizjattiva Kollox \u0126lief l-Armi kellha impatt sinifikanti fuq l-i\u017cvilupp u fuq l-eradikazzjoni tal-faqar fil-Kambodja.", "Madankollu, l-i\u017cviluppi preokkupanti ri\u010benti fil-pajji\u017c sej\u0127u g\u0127al valutazzjoni aktar mill-qrib dwar jekk il-Kambodja hijiex qed tissodisfa l-impenji tag\u0127ha.", "Id-diskussjonijiet u l-\u0121bir ta' informazzjoni matul il-missjoni tal-UE tag\u0127na ffukaw fuq it-tnaqqis serju fil-qasam tad-drittijiet politi\u010bi u elettorali, kif ukoll it-tra\u017c\u017cin tal-attivitajiet tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili.", "Hemm ukoll nuqqasijiet fir-rigward tal-mekkani\u017cmi g\u0127as-soluzzjoni tat-tilwim dwar l-art, u theddid serju g\u0127al-libert\u00e0 ta' asso\u010bjazzjoni u g\u0127ad-drittijiet ta' negozjar kollettiv.", "Il-\u0121ustizzja so\u010bjali, inklu\u017c ir-rispett g\u0127ad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-istandards tax-xog\u0127ol, hija aspett vitali fil-politika kummer\u010bjali tal-Unjoni Ewropea.", "Wara l-missjoni ta' \u0121bir ta' informazzjoni, se nippro\u010bedu sabiex nanalizzaw il-fatti fid-dettall, u nikkunsidraw passi ulterjuri.", "It-tne\u0127\u0127ija tal-Kambodja mill-iskema kummer\u010bjali hija mi\u017cura tal-a\u0127\u0127ar istanza, jekk l-isforzi l-o\u0127ra kollha tag\u0127na jkunu naqsu milli jindirizzaw dan it-t\u0127assib.\u201d", "Id-delegazzjoni tal-UE ltaqg\u0127et ma' bosta membri tal-gvern tal-Kambodja, kif ukoll trejdjunjins, is-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili, negozji, u rappre\u017centanti tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xog\u0127ol (ILO) fil-pajji\u017c.", "Kuntest", "Skont l-arran\u0121ament EBA tal-Iskema \u0120eneralizzata ta' Preferenzi, l-UE unilateralment tag\u0127ti lill-esportaturi tal-Pajji\u017ci l-Anqas \u017bviluppati (Least Developed Countries, LDCs) a\u010b\u010bess ming\u0127ajr tariffi u ming\u0127ajr kwoti g\u0127as-suq tag\u0127ha g\u0127all-prodotti kollha (\u0127lief armi u munizzjon) bl-g\u0127an li tikkontribwixxi g\u0127all-i\u017cvilupp ekonomiku ta' dawn il-pajji\u017ci u g\u0127all-integrazzjoni tag\u0127hom fis-sistema tal-kummer\u010b globali.", "L-EBA wassal g\u0127al benefi\u010b\u010bji kbar g\u0127all-ekonomija tal-Kambodja.", "L-UE hija d-destinazzjoni prin\u010bipali tal-esportazzjoni, u tirrappre\u017centa 40 % tal-esportazzjonijiet globali tal-Kambodja.", "L-esportazzjonijiet mill-Kambodja lejn l-UE \u017cdiedu b'mod sostanzjali fis-snin ri\u010benti, u \u017cdiedu b'227 % bejn l-2011 u l-2016.", "Fl-2017, l-esportazzjonijiet totali tal-Kambodja lejn l-UE la\u0127qu l-EUR 5 biljun, li jpo\u0121\u0121iha fit-tieni post fost il-benefi\u010bjarji kollha tal-EBA.", "Mill-esportazzjonijiet kollha tal-Kambodja eli\u0121ibbli g\u0127all-EBA, 95.5 % saru bil-preferenzi EBA.", "L-EBA kkontribwixxa b'mod partikolari g\u0127al \u0127olqien sinifikanti ta' impjiegi u tkabbir fis-settur tat-tessuti, li jammonta g\u0127al 75 % tal-esportazzjonijiet tal-Kambodja lejn l-UE, u jipprovdi impjieg g\u0127al u\u0127ud mill-aktar setturi vulnerabbli tas-so\u010bjet\u00e0 tal-Kambodja.", "L-UE \u017ciedet l-impenn tag\u0127ha mal-Kambodja (ara r-rapport tal-GSP ta' Jannar 2018 biennali tal-UE) bi twe\u0121iba g\u0127al t\u0127assib serju dwar id-deterjorament li qed ikompli g\u0127addej tad-demokrazija, tar-rispett g\u0127ad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, kif di\u0121\u00e0 \u0121ie indikat ukoll mill-Parlament Ewropew (ir-Ri\u017coluzzjoni tal-14 ta' Di\u010bembru 2017) u mill-Kunsill (il-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE tas-26 ta' Frar 2018).", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Ir-relazzjonijiet kummer\u010bjali bejn l-UE u l-Kambodja", "L-Iskema Kollox \u0126lief l-Armi"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_2543", "title": "Il-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0: L-ewwel voluntiera fl-Italja sabiex jg\u0127inu biex jinbnew mill-\u0121did ir-re\u0121juni milquta mit-terremot", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Wed, 16 Aug 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, l-ewwel grupp tal-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0 se jasal f'Norcia, l-Italja, sabiex jg\u0127in fl-isforzi li g\u0127addejjin biex tissewwa l-\u0127sara u biex jer\u0121g\u0127u jinbnew is-servizzi so\u010bjali g\u0127all-komunit\u00e0 lokali milquta mit-terremoti severi li laqtu r-re\u0121jun is-sena l-o\u0127ra.", "16-il voluntier \u017cag\u0127\u017cug\u0127 tal-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0 \u2013 li qed jipparte\u010bipaw fil-pro\u0121ett \u201cI\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 Ewropej g\u0127al Norcia\u201d immexxi mill-organizzazzjoni Taljana \u201cKora\u201d \u2013 se jg\u0127inu biex jer\u0121a' jinbena l-bini storiku li \u0121arrab \u0127sarat kbar min\u0127abba t-terremoti, inklu\u017ci l-Ba\u017cilika ta' San Benedittu u l-Monasteru tal-Benedittini.", "Huma se ja\u0127dmu wkoll flimkien ma\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u l-anzjani ta' Norcia, u se jorganizzaw sessjonijiet ta' \u0127idma, attivitajiet fil-bera\u0127 u avvenimenti kulturali.", "Tibor Navracsics, il-Kummissarju g\u0127all-Edukazzjoni, i\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127, l-Isport u l-Kultura, qal: \u201cInqas minn sena wara li l-President Juncker \u0127abbar l-idea tieg\u0127u li jin\u0127oloq il-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0, dan \u0121ie stabbilit u qed jiffunzjona, u qieg\u0127ed jipprovdi solliev lill-persuni li g\u0127andhom b\u017connu.", "Norcia u \u010b-\u010bittadini tag\u0127ha sofrew \u0127afna, u jien kburi b'dawn i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 Ewropej li qed juru solidarjet\u00e0 billi jg\u0127inu lil din il-komunit\u00e0 tikupra.", "Ninsab \u0127erqan biex nara l-pro\u0121etti jien stess u biex niltaqa' mal-voluntiera u l-awtoritajiet lokali waqt i\u017c-\u017cjara tieg\u0127i fl-4 u l-5 ta' Settembru.", "Permezz tal-isforzi tag\u0127hom, spe\u010bjalment biex ter\u0121a' tinbena l-Ba\u017cilika ta' Sen Benedittu, dawn i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 qeg\u0127din jibnu wkoll pont bejn l-img\u0127oddi tal-Ewropa u l-\u0121ejjieni tag\u0127ha, li huwa kontribut importanti g\u0127as-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali li \u0121ejja.\u201d", "Il-voluntiera li sejrin Norcia \u0121ejjin mill-Awstrija, Franza, il-Gre\u010bja, l-Ungerija, il-Portugall u Spanja.", "Il-pro\u0121ett li qeg\u0127din jipparte\u010bipaw fih huwa wie\u0127ed minn tliet pro\u0121etti li jag\u0127mlu mal-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0 attwalment mag\u0127\u017cula g\u0127al attivitajiet fir-re\u0121juni Taljani milquta mit-terremoti.", "F'Settembru ta' din is-sena, iktar membri tal-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0 se jing\u0127aqdu ma\u017c-\u017cew\u0121 pro\u0121etti l-o\u0127ra, immexxija mill-organizzazzjoni Arci Culture Solidari u l-Muni\u010bipalit\u00e0 ta' Pescara rispettivament.", "B'kollox, sal-2020, 230 membru tal-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0 se jkunu qed jappo\u0121\u0121aw il-komunitajiet Taljani milquta mit-terremoti, u \u0121ew allokati EUR 790,000 g\u0127al dawn il-pro\u0121etti.", "Sfond", "Fl-24 ta' Awwissu 2016 se\u0127\u0127 terremot b'sa\u0127\u0127tu vi\u010bin Norcia, li kkaw\u017ca \u0127sara kbira lill-ibliet fir-re\u0121jun u qatel madwar 300 ru\u0127.", "Il-belt ta' Norcia soffriet \u0127sara strutturali, fortunatament ming\u0127ajr korrimenti fatali, i\u017cda \u0127afna nies kellhom i\u0127allu darhom.", "Fit-30 ta' Ottubru 2016 laqat lil Norcia terremot qawwi ie\u0127or li kompla kkaw\u017ca iktar \u0127sarat estensivi lill-belt.", "Issa li ng\u0127atat l-g\u0127ajnuna kollha immedjata wara d-di\u017castru, se jibda l-bini mill-\u0121did.", "Il-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0, im\u0127abbar mill-President Juncker waqt id-diskors tieg\u0127u tal-2016 dwar l-Istat tal-Unjoni, \u0121ie stabbilit pre\u010bi\u017cament biex iwie\u0121eb g\u0127al b\u017connijiet b\u0127al dawn, u biex jag\u0127ti l-opportunit\u00e0 li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 bejn l-etajiet ta' 18 u 30 sena sabiex jie\u0127du sehem f'dawn it-tip ta' attivitajiet ta' solidarjet\u00e0 madwar l-UE.", "Il-pro\u0121etti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0 jiffurmaw parti minn firxa wiesg\u0127a ta' appo\u0121\u0121 mill-UE wara t-terremoti tal-2016 u l-2017 fir-re\u0121juni Taljani ta' Abruzzo, Lazio, Marche u Umbria.", "F'\u0120unju, il-Kummissjoni pproponiet EUR 1.2 biljun mill-Fond ta' Solidarjet\u00e0 tal-UE, l-og\u0127la ammont li qatt ing\u0127ata minn dan il-fond, u l-Italja di\u0121\u00e0 hi l-ikbar benefi\u010bjarja tieg\u0127u.", "Minn mindu tnieda fis-7 ta' Di\u010bembru 2016, fil-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0 issie\u0127bu iktar minn 34,000 \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u \u017cag\u0127\u017cug\u0127a.", "F'Marzu tal-2017 bdiet l-g\u0127a\u017cla tal-kollokamenti mal-organizzazzjonijiet; minn dak i\u017c-\u017cmien 'l hawn, \u0121ew ikkuntattjati madwar 15,000 parte\u010bipant u \u0121ew a\u010b\u010bettati 700 kollokament.", "L-g\u0127an huwa li sal-a\u0127\u0127ar tal-2020 ikun hemm 100,000 \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u \u017cag\u0127\u017cug\u0127a jipparte\u010bipaw fil-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0.", "Fit-30 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni ppre\u017centat proposta biex il-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0 jitpo\u0121\u0121a fuq sisien sodi, b'ba\u0121it ta' \u20ac341.5 miljun g\u0127as-snin 2018 sa 2020 u b'ba\u017ci \u0121uridika apposta g\u0127alhekk.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni pproponiet li testendi l-opportunitajiet g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127.", "Minbarra li joffri kollokamenti f'volontarjat, fi traineeships u f'impjiegi, fil-\u0121ejjieni l-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0 se jag\u0127ti wkoll l-opportunit\u00e0 lill-parte\u010bipanti li jistabbilixxu l-pro\u0121etti ta' solidarjet\u00e0 tag\u0127hom stess jew li jivvolontarjaw b\u0127ala grupp.", "Issa je\u0127tie\u0121 li l-proposta g\u0127al abbozz ta' Regolament ti\u0121i adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill qabel ma tkun tista' tid\u0127ol fis-se\u0127\u0127.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Skeda informattiva: EU-support in Italy (Appo\u0121\u0121 fl-Italja mill-UE)", "Skeda informattiva: Taking the European Solidarity Corps forward (Immexxu lill-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0 'l quddiem)", "Skeda informattiva g\u0127all-organizzazzjonijiet", "MEMO Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0", "MEMO Taking the European Solidarity Corps forward (Immexxu lill-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0 'l quddiem) Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "Il-pa\u0121na tar-re\u0121istrazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0", "Il-pa\u0121na ta' facebook tal-Korp Ewropew ta' Solidarjet\u00e0", "Twitter: #EUSolidarityCorps", "Segwi lill-Kummissarju Oettinger fuq Twitter", "Segwi lill-Kummissarju Navracsics fuq Twitter", "Segwi lill-Kummissarju Thyssen fuq Twitter u Facebook"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5433", "title": "Il-flussi tad-internazzjonali: il-Kummissjoni tniedi l-adozzjoni tad-de\u010bi\u017cjoni ta' adegwatezza tag\u0127ha dwar il-\u0120appun", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,DATAPR", "date": "Tue, 04 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Wara l-konklu\u017cjoni tat-ta\u0127didiet dwar il-protezzjoni tad- bejn l-UE u l-\u0120appun li saru f'Lulju 2018, il-Kummissjoni llum nediet pro\u010bedura g\u0127all-adozzjoni tad-de\u010bi\u017cjoni ta' adegwatezza tag\u0127ha.", "Il-Kummissarju Jourov\u00e1 illum infurmat lill-Kulle\u0121\u0121 dwar il-passi li jmiss u l-Kummissjoni qed tippubblika l-abbozz tad-de\u010bi\u017cjoni ta' adegwatezza u d-dokumenti relatati.", "Dan jinkludi salvagwardji addizzjonali li l-\u0120appun se japplika g\u0127al data personali tal-UE trasferita lejn il-\u0120appun, kif ukoll impenji rigward l-a\u010b\u010bess g\u0127al data personali minn awtoritajiet pubbli\u010bi \u0120appuni\u017ci g\u0127al skopijiet ta' infurzar tal-li\u0121i u ta' sigurt\u00e0 nazzjonali, li jiggarantixxu li l-livell tag\u0127hom ta' protezzjoni tad-data huwa adegwata g\u0127al dak tal-UE.", "Il-\u0120appun qieg\u0127ed ukoll jg\u0127addi minn pro\u010bess simili biex jirrikonoxxi l-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-UE.", "V\u011bra Jourov\u00e1, il-Kummissarju g\u0127all-\u0120ustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-\u0120eneri, stqarret: \u201cA\u0127na qed no\u0127olqu l-akbar \u017cona ta' flussi tad-data sikura fid-dinja.", "Id-data personali se tkun tista' tivvja\u0121\u0121a b'mod sikur bejn l-UE u l-\u0120appun sabiex tkun ta' benefi\u010b\u010bju kemm g\u0127a\u010b-\u010bittadini tag\u0127na kif ukoll g\u0127all-ekonomiji tag\u0127na.", "Is-s\u0127ubija tag\u0127na se tippromwovi standards globali g\u0127all-protezzjoni tad-data u tkun ta' e\u017cempju g\u0127al s\u0127ubiji futuri f'dan il-qasam ewlieni.\u201d", "Issa kull na\u0127a qed twettaq il-pro\u010beduri interni rilevanti tag\u0127ha g\u0127all-adozzjoni tal-konstatazzjoni tal-adegwatezza re\u010biproka tag\u0127ha.", "G\u0127all-UE, dan jinvolvi li tikseb l-opinjoni mill-Bord Ewropew g\u0127all-Protezzjoni tad-Data (BEPD) u l-approvazzjoni ta' kumitat kompost minn rappre\u017centanti tal-Istati Membri tal-UE.", "Ladarba din il-pro\u010bedura titlesta, il-Kummissjoni se tadotta d-de\u010bi\u017cjoni ta' adegwatezza dwar il-\u0120appun.", "L-elementi ewlenin tad-de\u010bi\u017cjoni ta' adegwatezza", "Sabiex jiggarantixxi livell essenzjalment ekwivalenti g\u0127all-istandards Ewropej, il-\u0120appun impenja ru\u0127u li jimplimenta s-salvagwardji addizzjonali li \u0121ejjin biex jipprote\u0121i d-data personali ttrasferita lill-\u0120appun , qabel ma l-Kummissjoni tadotta formalment id-de\u010bi\u017cjoni ta' adegwatezza tag\u0127ha:", "L-Ewropej se jibbenefikaw minn protezzjoni b'sa\u0127\u0127itha tad-data personali tag\u0127hom f'konformit\u00e0 mal-istandards tal-privatezza tal-UE meta d-data tag\u0127hom ti\u0121i ttrasferita lejn il-\u0120appun.", "Dan l-arran\u0121ament se jikkomplementa wkoll il-Ftehim ta' S\u0127ubija Ekonomika bejn l-UE u l-\u0120appun, min\u0127abba li l-kumpaniji Ewropej se jibbenefikaw minn flus liberu tad-data ma' dan is-sie\u0127eb kummer\u010bjali ewlieni, kif ukoll minn a\u010b\u010bess privile\u0121\u0121at g\u0127all-127 miljun konsumatur \u0120appuni\u017c.", "L-UE u l-\u0120appun jaffermaw li, fl-era di\u0121itali, il-promozzjoni ta' standards g\u0127oljin g\u0127all-privatezza u g\u0127all-protezzjoni ta' data personali u l-iffa\u010bilitar tal-kummer\u010b internazzjonali jmorru id f'id.", "Il-passi li jmiss", "L-abbozz tad-de\u010bi\u017cjoni ta' adegwatezza issa se jg\u0127addi mill-pro\u010bedura li \u0121ejja:", "Sfond", "Kif im\u0127abbar f'Jannar 2017, fil-Komunikazzjoni tag\u0127ha dwar L-Iskambju u l-Protezzjoni ta' data personali f'dinja globalizzata, il-Kummissjoni nediet djalogu bil-g\u0127an li til\u0127aq de\u010bi\u017cjoni ta' adegwatezza mal-\u0120appun.", "Fis-17 ta' Lulju 2018, l-UE u l-\u0120appun ikkonkludew b'su\u010b\u010bess it-ta\u0127ditiet tag\u0127hom dwar l-adegwatezza re\u010biproka.", "Huma qablu li jirrikonoxxu s-sistemi ta' protezzjoni tad-data ta' xulxin b\u0127ala adegwati, li se jippermetti li d-data personali tkun ittrasferita b'mod sikur bejn l-UE u l-\u0120appun.", "L-ippro\u010bessar tad-data personali fl-UE huwa bba\u017cat fuq ir-Regolament \u0120enerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, li jipprovdi strumenti differenti g\u0127at-trasferiment ta' data personali lejn pajji\u017ci terzi, inklu\u017ci de\u010bi\u017cjonijiet ta' adegwatezza.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Skeda informattiva", "Stqarrija g\u0127all-istampa dwar il-konklu\u017cjonijiet tat-ta\u0127didiet ta' adegwatezza (is-17 ta' Lulju 2018)", "Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet dwar id-De\u010bi\u017cjoni ta' Adegwatezza tal-\u0120appun", "Link g\u0127all-abbozz tad-de\u010bi\u017cjoni ta' adegwatezza u g\u0127ad-dokumenti relatati"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5382", "title": "Lura l-iskola: It-tfal tal-iskola jir\u010bievu \u0127alib, frott u \u0127xejjex fl-iskejjel bis-sa\u0127\u0127a ta' programm tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Sun, 02 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["L-iskema tal-UE tal-frott, tal-\u0127axix u tal-\u0127alib fl-iskejjel ter\u0121a' tibda mas-sena skolastika fil-pajji\u017ci tal-UE li qed jipparte\u010bipaw.", "L-g\u0127an tal-iskema fl-iskejjel tal-UE huwa li din tippromwovi drawwiet tal-ikel tajbin g\u0127as-sa\u0127\u0127a fost it-tfal; hija skema li tiddistribwixxi frott, \u0127xejjex u prodotti tal-\u0127alib u torganizza wkoll programmi edukattivi spe\u010bifi\u010bi biex jg\u0127allmu lill-istudenti dwar l-importanza ta' nutrizzjoni tajba u biex jispjegaw kif ji\u0121i prodott l-ikel.", "Bl-g\u0127add tal-iskejjel parte\u010bipanti dejjem ji\u017cdied, fis-sena skolastika 2017/2018 l-inizjattiva favur ikel tajjeb la\u0127qet aktar minn 30 miljun tifel u tifla fl-Unjoni Ewropea kollha.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Agrikoltura u l-I\u017cvilupp Rurali, Phil Hogan, qal: \u201cHuwa importanti li nkunu nafu minn fejn \u0121ej l-ikel tag]na u x-xog\u0127ol iebes li jinvolvi.", "Bl-iskemi tal-UE fl-iskejjel, mhux biss it-tfal isiru jafu dwar l-agrikoltura u l-produzzjoni tal-ikel imma jduqu wkoll prodotti tal kwalit\u00e0 u jibbenefikaw mill-valuri nutrizzjonali tag\u0127hom.", "Qatt mhu kmieni wisq biex wie\u0127ed igawdi l-ikel!\u201d", "B'din l-iskema, kull sena skolastika jitwarrbu \u20ac150 miljun g\u0127all-frott u l-\u0127axix u \u20ac100 miljun g\u0127all-\u0127alib u g\u0127al prodotti tal-\u0127alib o\u0127rajn.", "Minkejja li l-parte\u010bipazzjoni hija volontarja, l-Istati Membri kollha tal-UE g\u0127a\u017clu li jkunu involuti fl-iskema, jew b'mod s\u0127i\u0127 jew b'mod parzjali.", "F'Marzu 2018, il-Kummissjoni Ewropea approvat u adottat l-allokazzjonijiet nazzjonali g\u0127al kull wie\u0127ed mit-28 Stat Membru li qed jie\u0127u sehem fl-iskema fis-sena skolastika 2018-19.", "L-Istati Membri g\u0127andhom ukoll l-g\u0127a\u017cla li j\u017cidu l-g\u0127ajnuna tal-UE b'g\u0127ajnuna nazzjonali biex jiffinanzjaw l-iskema.", "L-g\u0127a\u017cla tal-prodotti distribwiti ssejset fuq konsiderazzjonijiet tas-sa\u0127\u0127a u konsiderazzjonijiet ambjentali, fuq l-ista\u0121jonalit\u00e0, il-varjet\u00e0 u d-disponibbilt\u00e0.", "L-Istati Membri jistg\u0127u j\u0127e\u0121\u0121u x-xiri ta' prodotti lokali jew re\u0121jonali, prodotti organi\u010bi, ktajjen qosra tal-provvista, benefi\u010b\u010bji ambjentali u skemi ta' kwalit\u00e0 agrikola.", "Id-distribuzzjoni tal-frott, tal-\u0127xejjex u tal-\u0127alib tkun akkumpanjata minn varjet\u00e0 ta' attivitajiet edukattivi g\u0127at-tfal tal-iskola.", "Kwa\u017ci l-pajji\u017ci kollha stabbilixxew kumitati li fihom jipparte\u010bipaw l-awtoritajiet u l-partijiet kkon\u010bernati fis-settur tal-agrikoltura, tas-sa\u0127\u0127a u tal-edukazzjoni li diversi minnhom iltaqg\u0127u matul is-sena skolastika biex jissorveljaw l-attivitajiet.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "L-iskema tal-UE tal-frott, tal-\u0127axix u tal-\u0127alib fl-iskejjel", "Pakkett edukattiv g\u0127at-tfal dwar l-ikel u l-agrikoltura fl-Ewropa"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5481", "title": "Il-kummer\u010b bejn l-UE u l-Istati Uniti: Il-Kummissjoni Ewropea tirrakkomanda li tinqata' t-tilwima twila tad-WTO", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Sun, 02 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni dde\u010bidiet li titlob mandat mill-Kunsill biex tiddiskuti mal-Istati Uniti r-revi\u017cjoni tal-funzjonament ta' kwota e\u017cistenti fuq l-importazzjoni ta\u010b-\u010banga \u0127ielsa mill-ormoni fl-Unjoni Ewropea.", "Il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata li tonora, kelma b'kelma u fl-ispirtu, id-Dikjarazzjoni Kon\u0121unta miftiehma fil-25 ta' Lulju bejn il-Presidenti Juncker u Trump, biex ivaraw fa\u017ci \u0121dida fir-relazzjoni kummer\u010bjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.", "Apparti l-implimentazzjoni tal-elementi spe\u010bifi\u010bi identifikati fid-Dikjarazzjoni Kon\u0121unta, i\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at g\u0127andhom jag\u0127mlu \u0127ilithom ukoll biex isolvu kwistjonijiet kummer\u010bjali o\u0127ra pendenti.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Agrikoltura, Phil Hogan, stqarr: \u201cBilli titlob dan il-mandat mill-Kunsill, il-Kummissjoni qieg\u0127da taqdi l-impenn li \u0127adet aktar kmieni din is-sena biex tindirizza \u010berti punti ta' t\u0127assib li tqajmu mill-Istati Uniti rigward il-funzjonament tal-kwota, b'soluzzjoni li tkun sodisfa\u010benti g\u0127a\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at u li tkun g\u0127alkollox bi qbil mar-regoli tad-WTO.", "B'hekk qeg\u0127din nikkontribwixxu wkoll biex in\u0127ollu t-tensjonijiet bejn xaqliba u o\u0127ra tal-Atlantiku, skont il-ftehim li kiseb il-President Juncker f'Lulju li g\u0127adda.", "A\u0127na u nibag\u0127tu din il-proposta lill-Kunsill, nixtieq inserra\u0127 mo\u0127\u0127 il-produtturi Ewropej li l-kwota di\u0121\u00e0 e\u017cistenti ta\u010b-\u010banga skont il-Memorandum ta' Qbil se tibqa' e\u017cattament fl-istess livell.", "Nixtieq ukoll inserra\u0127 mo\u0127\u0127 il-konsumaturi li dik l-istess kwota se tibqa' tkopri biss il-prodotti li jkunu konformi mal-istandards g\u0127oljin Ewropej tas-sikurezza alimentari u tas-sa\u0127\u0127a, f'dan il-ka\u017c i\u010b-\u010banga mhux ittrattata bl-ormoni biss.\u201d", "Fil-proposta tag\u0127ha lill-Kunsill, il-Kummissjoni tissu\u0121\u0121erixxi li ti\u0121i allokata lill-Istati Uniti parti mill-kwota e\u017cistenti li hija disponibbli wkoll g\u0127all-esportaturi minn pajji\u017ci o\u0127ra.*", "Fl-2009, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti kkonkludew Memorandum ta' Qbil (MtQ), li \u0121ie rrevedut fl-2014, u li ppreveda soluzzjoni intermedja g\u0127al tilwima twila fi \u0127dan id-WTO rigward l-u\u017cu ta' \u010berti ormoni li jippromwovu t-tkabbir fil-produzzjoni ta\u010b-\u010banga.", "Skont il-ftehim, l-UE fet\u0127et kwota ta' 45 000 tunnellata \u010banga mhux prodotta bl-ormoni g\u0127all-fornituri li jikkwalifikaw, fosthom l-Istati Uniti.", "Ir-revi\u017cjoni tal-MtQ talbitha l-amministrazzjoni pre\u010bedenti tal-Istati Uniti fl-2016, u minn dakinhar 'l hawn i\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at iddiskutew b'mod regolari l-punti ta' t\u0127assib tal-Istati Uniti rigward l-implimentazzjoni tal-MtQ.", "L-g\u0127an tal-mandat ta' negozjar huwa li ji\u0121u indirizzati dawk il-punti ta' t\u0127assib, u li tinstab soluzzjoni li tkun sodisfa\u010benti g\u0127a\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at, bi qbil mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummer\u010b (WTO).", "Kuntest", "Fid-Dikjarazzjoni Kon\u0121unta tag\u0127hom tal-25 ta' Lulju, il-President Juncker u l-President Trump ftiehmu li \u201cjvaraw fa\u017ci \u0121dida fir-relazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea\u201d, ukoll permezz ta' sett ta' mi\u017curi spe\u010bifi\u010bi.", "Il-Kummissjoni Ewropea ilha ssegwi u ta\u0127dem fuq l-elementi differenti ta' dik id-dikjarazzjoni, spe\u010bifikament dwar i\u017c-\u017cieda tal-kummer\u010b fil-fa\u017cola tas-sojja u fil-gass naturali likwifikat (LNG).", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "Rakkomandazzjoni g\u0127al De\u010bi\u017cjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftu\u0127 ta' negozjati g\u0127al ftehim mal-Istati Uniti tal-Amerka dwar l-Importazzjoni ta\u010b-\u010aanga ta' Kwalit\u00e0 G\u0127olja minn annimali li ma jkunux \u0121ew ittrattati b'\u010berti ormoni tat-tkabbir", "* A\u0121\u0121ornat fil-11/10/2018, fis-17:10"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_11_128", "title": "Im\u0127abbra r-rebbie\u0127a tal-Kompetizzjoni Tradutturi \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 2010", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Thu, 03 Feb 2011 23:00:00 GMT", "text": ["IP/11/128", "Brussell, l-4 ta' Frar 2011", "Im\u0127abbra r-rebbie\u0127a tal-Kompetizzjoni Tradutturi \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 2010", "L-ismijiet tas-27 rebbie\u0127a tal-Kompetizzjoni Tradutturi \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 \"Juvenes Translatores\" tal-Kummissjoni Ewropea t\u0127abbru llum (ara l-lista s\u0127i\u0127a hawn ta\u0127t).", "Madwar 3, 000 student ta' 17-il sena tal-iskola sekondarja - minn Kells fl-Irlanda sa Maratona fil-Gre\u010bja - qag\u0127du g\u0127all-kompetizzjoni u waqqfu rekord \u0121did fl-istess waqt: l-g\u0127add ta' konkorrenti kien 25% aktar mis-sena l-o\u0127ra u aktar skejjel minn qatt qabel applikaw biex jie\u0127du sehem \u2013 aktar minn 1,600 meta mqabbla mal-1,430 tal-a\u0127\u0127ar darba.", "Ir-rebbie\u0127a \u2013 wie\u0127ed minn kull pajji\u017c tal-UE \u2013 se ji\u0121u mistiedna g\u0127al \u010berimonja tal-premjijiet fi Brussell fis-7 ta' April.", "Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew g\u0127all-edukazzjoni, il-kultura, il-multilingwi\u017cmu u \u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 qalet: \"In\u0127ossni fer\u0127ana \u0127afna nara li l-Kompetizzjoni Tradutturi \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 tibqa' dejjem tissa\u0127\u0127a\u0127.", "L-g\u0127add ta' parte\u010bipanti rekord li kellna jenfasizza impenn qawwi g\u0127at-tag\u0127lim tal-lingwi u nittama li dan se jispira skejjel o\u0127ra.", "It-tag\u0127lim tal-lingwi jifta\u0127 bibien \u0121odda u jg\u0127in biex jag\u0127ti spinta fl-i\u017cvilupp ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u fil-kapa\u010bit\u00e0 tag\u0127hom li jsibu x-xog\u0127ol.\"", "Il-Kummissarju attribwixxiet is-su\u010b\u010bess tal-kompetizzjoni parzjalment g\u0127all-promozzjoni li kellha permezz tal-midja so\u010bjali.", "\"Ma hemmx dubju li dan kabbar il-popolarit\u00e0 tal-kompetizzjoni fost i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127, hekk kif il-parte\u010bipanti bdew jiskambjaw il-fehmiet u l-esperjenzi tag\u0127hom b'mod intensiv fuq Facebook u Twitter,\" \u017ciedet tg\u0127id il-Kummissarju.", "Il-kompetizzjoni saret fit-23 ta' Novembru 2010 \u2013 fl-istess \u0127in u bis-sorveljanza tal-iskejjel tag\u0127hom stess.", "Kull student kellu sag\u0127tejn biex jittradu\u010bi test ta' pa\u0121na wa\u0127da minn lingwa li g\u0127a\u017cel huwa stess fi kwalunkwe lingwa mit-22 lingwa uffi\u010bjali tal-UE li jifdal.", "It-traduzzjonijiet kompluti rawhom it-tradutturi tad-Direttorat \u0120enerali g\u0127at-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.", "Kull traduzzjoni \u0121iet evalwata minn kelliem nattiv tal-lingwa li fiha \u0121ie tradott it-test.", "Bord tal-g\u0127a\u017cla mbag\u0127ad idde\u010bieda dwar l-aqwa traduzzjoni minn kull pajji\u017c tal-UE.", "Il-premju se jkun vja\u0121\u0121 ta' tlett ijiem fi Brussell g\u0127al kull rebbie\u0127 u adult li jakkumpanjah.", "Ir-rebbie\u0127a se jir\u010bievu l-premjijiet u \u010b-\u010bertifikati minn Rytis Martikonis, il-kap il-\u0121did tad-Direttorat \u0120enerali g\u0127at-Traduzzjoni tal-Kummissjoni waqt i\u010b-\u010berimonja tal-premjijiet nhar is-7 ta' April 2011.", "Huma se jkollhom i\u010b-\u010bans li jiltaqg\u0127u mat-tradutturi tal-UE waqt xog\u0127olhom fil-Kummissjoni.", "\"Juvenes Translatores\" (bil-Latin, li tfisser \"tradutturi \u017cg\u0127a\u017cag\u0127\") hija l-unika kompetizzjoni li fiha \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ta' 17-il sena jistg\u0127u jittestjaw il-\u0127iliet tag\u0127hom ta' traduzzjoni fi kwalunkwe lingwa uffi\u010bjali tal-UE.", "Il-konkors sar g\u0127all-ewwel darba fl-2007 b\u0127ala pro\u0121ett bi prova bil-mira li jag\u0127ti tog\u0127ma ta' xi tfisser tkun traduttur u biex jg\u0127olli l-profil kemm tal-professjoni tat-traduzzjoni u kemm tat-tag\u0127lim tal-lingwa fl-iskejjel.", "Skont ma qalu l-g\u0127alliema u l-istudenti wkoll kienet esperjenza mimlija divertiment.", "Il-kompetizzjoni g\u0127enet ukoll li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jidde\u010biedu dwar il-karriera tag\u0127hom fil-\u0121ejjieni: xi w\u0127ud mir-rebbie\u0127a tas-snin ta' qabel idde\u010bidew li jistudjaw il-lingwi fl-universit\u00e0.", "L-ismijiet tal-istudenti rebbie\u0127a (flimkien mal-kombinazzjoni tal-lingwi mag\u0127\u017cula minnhom) u l-iskola tag\u0127hom huma:", "PAJJI\u017b", "STUDENT", "SKOLA", "L-Awstrija", "Pavel Brezina (DE-CS1)", "pORg3 Komensky, Wien", "Il-Bel\u0121ju", "Timothy Vanderstraeten (FR-NL)", "Technisch Instituut Heilig Hart, Hasselt", "Il-Bulgarija", "\u0411\u043e\u0440\u044f\u043d\u0430 \u0418\u0432\u0430\u043d\u043e\u0432\u0430 (DE-BG)", "\u0413\u0438\u043c\u043d\u0430\u0437\u0438\u044f \u0437\u0430 \u0447\u0443\u0436\u0434\u0438 \u0435\u0437\u0438\u0446\u0438 \"\u0415\u043a\u0437\u0430\u0440\u0445 \u0419\u043e\u0441\u0438\u0444 I\", \u041b\u043e\u0432\u0435\u0447", "\u010aipru", "\u03a7\u03b1\u03c1\u03ac\u03bb\u03b1\u03bc\u03c0\u03bf\u03c2 \u0394\u03b1\u03bc\u03b9\u03b1\u03bd\u03bf\u03cd (EN-EL)", "\u039f\u03bb\u03cd\u03bc\u03c0\u03b9\u03bf\u03bd \u0393\u03c5\u03bc\u03bd\u03ac\u03c3\u03b9\u03bf - \u039b\u03cd\u03ba\u03b5\u03b9\u03bf \u03a0\u03b1\u03bb\u03b9\u03bf\u03bc\u03ad\u03c4\u03bf\u03c7\u03bf", "Ir-Repubblika \u010aeka", "Andrea Zl\u00e1malov\u00e1 (EN-CS)", "Gymn\u00e1zium Ladislava Jaro\u0161e, Hole\u0161ov", "Id-Danimarka", "Oliver Christensen (EN-DA)", "Bornholms Gymnasium, Bornholms", "L-Estonja", "Ruuben Saal (EN-ET)", "Hugo Treffneri G\u00fcmnaasium, Tartu", "Il-Finlandja", "Aino Sassi (EN-FI)", "Kemij\u00e4rven lukio, Kemij\u00e4rvi", "Franza", "Celia Mu\u00f1oz Ortega (FR-ES)", "IES Liceo espa\u00f1ol \"Luis Bu\u00f1uel\", Neuilly sur Seine", "Il-\u0120ermanja", "Bianca Niedermeier (EN-DE)", "Gymnasium St Christophorus, Werne", "Il-Gre\u010bja", "\u0391\u03b9\u03ba\u03b1\u03c4\u03b5\u03c1\u03af\u03bd\u03b7 \u03a7\u03b1\u03c4\u03b6\u03b7\u03b4\u03ac\u03ba\u03b7 (EN-EL)", "\u0393\u03b5\u03bd\u03b9\u03ba\u03cc \u039b\u03cd\u03ba\u03b5\u03b9\u03bf \u0395\u03bb\u03b5\u03c5\u03b8\u03b5\u03c1\u03af\u03bf\u03c5 \u0392\u03b5\u03bd\u03b9\u03b6\u03ad\u03bb\u03bf\u03c5, \u03a7\u03b1\u03bd\u03b9\u03ac", "L-Ungerija", "Anna Czenthe (DE-HU)", "De\u00e1k T\u00e9ri Evang\u00e9likus Gimn\u00e1zium, Budapest", "L-Irlanda", "Fintan McGrath (GA-EN)", "Confey College, Kildare", "L-Italja", "Anca Maria Matei (RO-IT)", "Liceo Scientifico \"Bruno Toushek\", Grottaferrata", "Il-Latvja", "Elizabete Tauri\u0146a (EN-LV)", "R\u012bgas Centra humanit\u0101r\u0101 vidusskola, Riga", "Il-Litwanja", "Dovil\u0117 Misi\u016bnait\u0117 (EN-LT)", "Vilnius U\u017eupis gymnasium, Vilnius", "Il-Lussemburgu", "Daniel Hentzen (FR-DE)", "Lyc\u00e9e Aline Mayrisch de Luxembourg", "Malta", "Laura Cioffi (EN-MT)", "Skola Sekondarja Og\u0127la Giovanni Curmi, in-Naxxar", "Il-Pajji\u017ci l-Baxxi", "Eline Westra (FR-NL)", "Stedelijk Gymnasium, Leiden", "Il-Polonja", "Sylwester Zieli\u0144ski (DE-PL)", "Zesp\u00f3\u0142 Szk\u00f3\u0142 Budowlanych im.", "E. Kwiatkowskiego, Lublin", "Il-Portugall", "Jo\u00e3o Marques (EN-PT)", "Instituto Educativo do Juncal, Juncal - Porto de M\u00f3s", "Ir-Rumanija", "Dona Bianca Dumitrescu (RO-ES)", "Liceul Teoretic \"Eugen Pora\", Cluj-Napoca (Cluj)", "Is-Slovakkja", "J\u00e1n \u017div\u010d\u00e1k (FR-SK)", "Gymn\u00e1zium P.O. Hviezdoslava, Ke\u017emarok", "Is-Slovenja", "Tina Zorko (FR-SL)", "Gimnazija Novo Mesto, Novo Mesto", "Spanja", "Jaime Vega Costa (EN-ES)", "IES Camilo Jos\u00e9 Cela, Pozuelo de Alarc\u00f3n", "L-Isvezja", "Josefine Thunborg (EN-SV)", "F\u00e5gelviksgymnasiet, Tibro", "Ir-Renju Unit", "Emma Robertson (FR-EN)", "Morrison's Academy, Crieff, Perthshire", "Mappa li turi minn fejn \u0121ejjin ir-rebbie\u0127a:", "G\u0127al aktar tag\u0127rif:", "Il-websajt tal-kompetizzjoni: http://ec.europa.eu/translatores", "Facebook: JuvenesTranslatores", "Twitter: @translatores", "D\u0120 Traduzzjoni: http://ec.europa.eu/dgs/translation", "1 :", "BG: Bulgarian; ES: Spanish; CS: Czech; DA: Danish; DE: German; ET: Estonian; EL: Greek; EN: English; FR: French; GA: Irish; IT: Italian; LV: Latvian; LT: Lithuanian; HU: Hungarian; MT: Maltese; NL: Dutch; PL: Polish; PT: Portuguese; RO: Romanian; SK: Slovak; SL: Slovenian; FI: Finnish; SV: Swedish."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_433", "title": "Il-ksiba lura tal-fidu\u010bja fil-flussi transatlanti\u010bi tad-dejta permezz ta' salvagwardji aktar b'sa\u0127\u0127ithom: Il-Kummissjoni Ewropea tippre\u017centa l-\u0126arsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,DATAPR", "date": "Sun, 28 Feb 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum ippre\u017centat t-testi \u0121uridi\u010bi li se jistabbilixxu l-Protezzjoni tal-Privatezza tad-Dejta bejn l-UE u l-Istati Uniti.", "Il-Kummissjoni Ewropea llum ippre\u017centat t-testi \u0121uridi\u010bi li se jistabbilixxu l-\u0126arsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE u Komunikazzjoni li ti\u0121bor fil-qosor l-azzjonijiet li ttie\u0127du fl-a\u0127\u0127ar snin biex ter\u0121a' tinkiseb lura tal-fidu\u010bja fil-flussi transatlanti\u010bi tad-dejta sa mir-rivelazzjonijiet ta' sorveljanza tal-2013.", "Skont il-linji gwida politi\u010bi tal-President Juncker, il-Kummissjoni (i) iffinalizzat ir-riforma tar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE, li japplikaw g\u0127all-kumpaniji kollha li jipprovdu servizzi fis-suq tal-UE, (ii) innegozjat il-Ftehim Komprensiv bejn l-Istati Uniti u l-UE li ji\u017cgura standards g\u0127oljin tal-protezzjoni tad-dejta g\u0127at-trasferimenti tad-dejta mill-Atlantiku g\u0127all-finijiet tal-infurzar tal-li\u0121i, u (iii) kisbet qafas b'sa\u0127\u0127tu m\u0121edded g\u0127all-iskambju tad-dejta kummer\u010bjali: il-\u0126arsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE.", "Il-Kummissjoni ppre\u017centat llum ukoll abbozz ta' \"de\u010bi\u017cjoni ta\u2019 adegwatezza\" tal-Kummissjoni kif ukoll tat-testi li se jikkostitwixxu l-\u0126arsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE.", "Dan jinkludi l-Prin\u010bipji tal-\u0126arsien tal-Privatezza li l-kumpaniji jridu jirrispettaw, kif ukoll impenji bil-miktub mill-Gvern tal-Istati Uniti (li g\u0127andhom ji\u0121u ppubblikati fir-Re\u0121istru Federali tal-Istati Uniti) dwar l-infurzar tal-ftehim, inklu\u017ci l-i\u017cgurar dwar is-salvagwardji u l-limitazzjonijiet dwar l-a\u010b\u010bess g\u0127ad-dejta mill-awtoritajiet pubbli\u010bi.", "Il-Vi\u010bi-President Ansip qal: \"Issa se nibdew inbiddlu l-\u0126arsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE f'realt\u00e0.", "I\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at tal-Atlantiku qed ja\u0127dmu biex ji\u017cguraw li d-dejta personali ta\u010b-\u010bittadini tkun protetta bis-s\u0127i\u0127 u li a\u0127na nkunu adatti g\u0127all-opportunitajiet tal-era di\u0121itali.", "In-negozji huma dawk li se jimplimentaw il-qafas; issa qeg\u0127din f'kuntatt kuljum biex ni\u017cguraw li t-t\u0127ejjija ssir bl-a\u0127jar mod possibbli.", "Se nissoktaw l-isfor\u017ci tag\u0127na, kemm fil-livell tal-UE u dak globali, biex insa\u0127\u0127u l-fidu\u010bja fis-sinja di\u0121itali.", "Il-fidu\u010bja hija \u010bentrali, hija dik il-\u0127a\u0121a li se tmexxi l-\u0121ejjieni di\u0121itali tag\u0127na.\"", "Il-Kummissarju Jourov\u00e1 qalet: \"Il-protezzjoni tad-dejta personali hija l-prijorit\u00e0 tieg\u0127i kemm fl-UE u internazzjonalment.", "Il-\u0126arsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE huwa qafas \u0121did b'sa\u0127\u0127tu, ibba\u017cat fuq infurzar u monitora\u0121\u0121 b'sa\u0127\u0127tu, rimedju aktar fa\u010bli g\u0127al individwi u, g\u0127all-ewwel darba, garanzija bil-miktub mis-s\u0127ab tag\u0127na tal-Istati Uniti dwar il-limitazzjonijiet u salvagwardji dwar l-a\u010b\u010bess g\u0127ad-dejta mill-awtoritajiet pubbli\u010bi g\u0127all-finijiet tas-sigurt\u00e0 nazzjonali.", "Kif ukoll, issa li l-President Obama ffirma l-Judicial Redress Act li jippermetti li\u010b-\u010bittadini tal-UE d-dritt li jinfurzaw d-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta fil-qrati tal-Istati Uniti, a\u0127na dalwaqt se nipproponu l-iffirmar bejn l-Istati Uniti u l-UE li jiggarantixxi s-salvagwardji g\u0127at-trasferiment tad-dejta g\u0127all-finijiet tal-infurzar tal-li\u0121i.", "Dawn is-salvagwardji b'sa\u0127\u0127ithom jippermettu lill-Ewropa u lill-Istati Uniti biex jer\u0121g\u0127u jiksbu l-fidu\u010bja fil-flussi transatlanti\u010bi tad-dejta\".", "Ladarba ti\u0121i adottata, ir-ri\u017cultat tal-adegwatezza tal-Kummissjoni tistabbilixxi li s-salvagwardji mog\u0127tija meta d-dejta ti\u0121i ttrasferita skont il-Protezzjoni l-\u0121dida tal-Privatezza tad-Dejta bejn l-UE u l-Istati Uniti jkunu ekwivalenti mal-istandards tal-protezzjoni tad-dejta fl-UE.", "Il-qafas il-\u0121did jirrifletti r-rekwi\u017citi stabbiliti mill-Qorti Ewropea tal-\u0120ustizzja fis-sentenza tag\u0127ha tas-6 ta\u2019 Ottubru 2015.", "L-awtoritajiet tal-Istati Uniti pprovdew impenji b'sa\u0127\u0127ithom li l-\u0126arsien tal-Privatezza se ji\u0121i infurzat b'mod strett u ggarantixxu li ma hemmx sorveljanza indiskriminata jew tal-massa mill-awtoritajiet tas-sigurt\u00e0 nazzjonali.", "Dan se jkun garantit permezz ta\u2019:", "- obbligi qawwija fuq il-kumpaniji u infurzar strett: l-arran\u0121ament il-\u0121did se jkun trasparenti u jkollu supervi\u017cjoni effettiva ta\u2019 mekkani\u017cmi biex ji\u0121i \u017cgurat li l-kumpaniji jirrispettaw l-obbligi tag\u0127hom, inklu\u017ci s-sanzjonijiet jew l-esklu\u017cjoni jekk ma jikkonformawx.", "Ir-regoli l-\u0121odda jinkludu wkoll kundizzjonijiet iktar stretti g\u0127al trasferimenti ulterjuri lil s\u0127ab o\u0127ra mill-kumpaniji li qed jipparte\u010bipaw fl-iskema.", "- obbligi \u010bari ta' salvagwardja u trasparenza rigward l-a\u010b\u010bess tal-Gvern tal-Istati Uniti: g\u0127all-ewwel darba, il-gvern tal-Istati Uniti ta lill-UE garanzija bil-miktub mill-Uffi\u010b\u010bju tad-Direttur tal-Intelligence Nazzjonali li kwalunkwe a\u010b\u010bess tal-awtoritajiet pubbli\u010bi g\u0127all-finijiet tas-sigurt\u00e0 nazzjonali jkun su\u0121\u0121ett g\u0127al mekkani\u017cmi \u010bari ta' limitazzjonijiet, salvagwardji u sorveljanza li jipprevjenu a\u010b\u010bess \u0121eneralizzat tal-protezzjoni tad-dejta.", "Is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti John Kerry impenja ru\u0127u li jistabbilixxi l-possibbilt\u00e0 ta\u2019 rimedju fil-qasam tal-intelligence nazzjonali ta\u010b-\u010bittadini tal-UE permezz ta\u2019 mekkani\u017cmu ta' Ombudsman fid-Dipartiment tal-Istat, li jkun indipendenti mis-servizzi tas-sigurt\u00e0 nazzjonali.", "L-Ombudsman se jsegwi ilmenti u mistoqsijiet ming\u0127and \u010bittadini individwali u jinformahom jekk il-li\u0121ijiet rilevanti jkunux \u0121ew im\u0127arsa.", "L-impenji kollha bil-miktub ji\u0121u ppubblikati fir-Re\u0121istru Federali tal-Istati Uniti.", "- Protezzjoni effettiva tad-drittijiet ta\u010b-\u010bittadini tal-UE b'bosta possibbiltajiet ta' rimedju: L-ilmenti g\u0127andhom ji\u0121u ri\u017colti mill-kumpaniji f'45 jum.", "Se jkunu disponibbli Metodi ta\u2019 Soluzzjoni Alternattiva g\u0127at-Tilwim ming\u0127ajr \u0127las.", "I\u010b-\u010bittadini tal-UE jistg\u0127u jmorru g\u0127and l-Awtoritajiet nazzjonali tag\u0127hom tal-Protezzjoni tad-Dejta, li se ja\u0127dmu mal-Kummissjoni Federali tal-Kummer\u010b biex ji\u017cguraw li l-ilmenti mi\u010b-\u010bittadini tal-UE jkunu \u0121ew investigati u solvuti .", "Jekk il-ka\u017c ma jissolviex b\u2019xi mezz ie\u0127or, b\u0127ala l-a\u0127\u0127ar alternattiva, ikun hemm mekkani\u017cmu ta' arbitra\u0121\u0121.", "Barra minn hekk, il-kumpaniji jistg\u0127u jimpenjaw li jkunu konformi mal-parir tal-Awtoritajiet Ewropej dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.", "Dan huwa obbligatorju g\u0127all-kumpaniji li jittrattaw mad-dejta tar-ri\u017corsi umani.", "- Mekkani\u017cmi ta' rie\u017cami kon\u0121unt annwali: Il-mekkani\u017cmu se jag\u0127mel monitora\u0121\u0121 tat-t\u0127addim tal-\u0126arsien tal-Privatezza, inklu\u017ci l-impenji u l-garanziji rigward l-a\u010b\u010bess g\u0127ad-dejta g\u0127all-infurzar tal-li\u0121i u g\u0127all-finijiet tas-sigurt\u00e0 nazzjonali.", "Il-Kummissjoni Ewropea u d-Dipartiment tal-Kummer\u010b tal-Istati Uniti se jwettqu r-rie\u017cami u jistiednu lill-esperti tal-intelligence nazzjonali mill-Istati Uniti u mill-Awtoritajiet Ewropej tal-Protezzjoni tad-Dejta biex ikunu parti minnu.", "Il-Kummissjoni se tibba\u017ca fuq kwalunkwe sors ie\u0127or ta\u2019 informazzjoni disponibbli, inklu\u017ci rapporti ta' trasparenza mill-kumpaniji dwar il-livell ta\u2019 talbiet g\u0127all-a\u010b\u010bess mill-gvern.", "Il-Kummissjoni se torganizza wkoll laqg\u0127a ta' livell g\u0127oli dwar il-privatezza mal-NGOs u l-entitajiet interessati biex ji\u0121u diskussi \u017cviluppi usa' fil-qasam tal-li\u0121i dwar il-privatezza tal-Istati Uniti u l-impatt tag\u0127hom fuq l-Ewropej.", "Abba\u017ci tar-rie\u017cami annwali, il-Kummissjoni se to\u0127ro\u0121 rapport pubbliku lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.", "Il-passi li jmiss", "Issa, kumitat mag\u0127mul minn rappre\u017centanti tal-Isati Membri se ji\u0121u kkonsultati u Awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (Grupp ta' \u0126idma tal-Artikolu 29) se jag\u0127tu l-opinjoni tag\u0127hom, qabel de\u010bi\u017cjoni finali mill-Kulle\u0121\u0121.", "Sadanittant, in-na\u0127a tal-Istati Uniti se tag\u0127mel it-t\u0127ejjijiet me\u0127tie\u0121a biex idda\u0127\u0127al fis-se\u0127\u0127 il-qafas il-\u0121did, il-mekkani\u017cmi ta' monitora\u0121\u0121 u l-mekkani\u017cmu tal-Ombudsman il-\u0121did.", "Wara l-adozzjoni tal-Judicial Redress Act mill-Kungress Amerikan, iffirmat mill-President Obama fl-24 ta' Frar, il-Kummissjoni dalwaqt se tipproponi l-iffirmar tal-Ftehim Komprensiv.", "Id-de\u010bi\u017cjoni li tikkonkludi l-Ftehim g\u0127andha ti\u0121i adottata mill-Kunsill wara li jinkiseb il-kunsens mill-Parlament Ewropew.", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "Komunikazzjoni", "Q&A", "Skeda informattiva", "Abbozz ta' \"de\u010bi\u017cjoni ta\u2019 adegwatezza", "Anness 1", "Anness 2", "Anness 3", "Anness 4", "Anness 5", "Anness 6", "Anness 7", "Stqarrija g\u0127all-istampa rigward il-ftehim politiku dwar it-Tarka ta' Privatezza bejn l-UE u l-Istati Uniti", "Stqarrija g\u0127all-istampa dwar ir-riforma tal-protezzjoni tad-dejta u Q&A", "Stqarrija dwar il-Ftehim Komprensiv bejn l-Istati Uniti u l-UE u Q&A", "L-a\u0127bar fuq is-sit web tad-D\u0120 Impjiegi"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2052", "title": "T\u0127ejjija g\u0127al Brexit \u201cta' ebda ftehim\u201d: Il-Kummissjoni Ewropea qed tikkunsidra t-t\u0127ejjijiet u tipprovdi gwida prattika biex ti\u017cgura appro\u010b\u010b koordinat tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BREXIT", "date": "Tue, 09 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, qabel il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50), il-Kummissjoni Ewropea qed tikkunsidra t-t\u0127ejjijiet intensi tal-UE \u201cta' ebda ftehim\u201d u \u0127ar\u0121et gwida prattika g\u0127all-Istati Membri f'\u0127ames oqsma.", "Dawn l-oqsma jinkludu l-intitolamenti ta\u010b-\u010bittadini g\u0127as-sigurt\u00e0 so\u010bjali u r-residenza, il-protezzjoni tad-data, il-medi\u010bina u l-apparat mediku, il-kooperazzjoni tal-pulizija u \u0121udizzjarja f'materji kriminali, u s-sajd.", "L-g\u0127an tal-gwida tal-lum huwa li ti\u0121i \u017cgurata l-implimentazzjoni prattika bla xkiel ta' mi\u017curi ta' kontin\u0121enza nazzjonali u tal-UE, li kieku r-Renju Unit kellu jo\u0127ro\u0121 mill-UE ming\u0127ajr ftehim fit-12 ta' April, jew f'data aktar tard, \u00adu li jin\u017camm appro\u010b\u010b koordinat f'kull tali fa\u017ci \u201cta' ebda ftehim\u201d.", "\u0126ru\u0121 \u201cta' ebda ftehim\u201d jikkaw\u017ca tfixkil u mhuwiex mixtieq, i\u017cda l-UE hija m\u0127ejjija b'mod s\u0127i\u0127 g\u0127al dan.", "Kif deskritt mill-President Juncker fil-Parlament Ewropew fit-3 ta' April 2019, f'ka\u017c li jse\u0127\u0127 xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d, ir-Renju Unit ikun mistenni li jindirizza tliet kwistjonijiet ewlenin ta' separazzjoni b\u0127ala prekundizzjoni qabel ma l-UE tikkunsidra li tid\u0127ol f'diskussjonijiet dwar ir-relazzjoni futura.", "Dawn huma: (1) il-protezzjoni u \u017c-\u017camma tad-drittijiet ta\u010b-\u010bittadini li u\u017caw id-dritt tag\u0127hom g\u0127all-moviment liberu qabel il-Brexit, (2) li ji\u0121u onorati l-obbligi finanzjarji li r-Renju Unit g\u0127amel b\u0127ala Stat Membru u (3) il-preservazzjoni tal-kelma u l-ispirtu tal-Ftehim tal-\u0120img\u0127a l-Kbira u l-pa\u010bi fil-g\u017cira tal-Irlanda, kif ukoll l-integrit\u00e0 tas-suq intern.", "Gwida f'\u0127ames oqsma", "1.", "Drittijiet ta' residenza u sigurt\u00e0 so\u010bjali ta\u010b-\u010bittadini", "Il-Kummissjoni Ewropea b'mod konsistenti g\u0127amlitha \u010bara li l-protezzjoni tad-drittijiet ta\u010b-\u010bittadini tar-Renju Unit fl-UE f'xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d hija prijorit\u00e0 u li l-Istati Membri jen\u0127tie\u0121 li jadottaw appro\u010b\u010b \u0121eneru\u017c fir-rigward tad-drittijiet tag\u0127hom.", "Ir-Renju Unit huwa mistenni li jirre\u010biproka dan l-appro\u010b\u010b.", "L-Istati Membri tal-UE27 \u0127ejjew mi\u017curi ta' kontin\u0121enza nazzjonali biex ji\u017cguraw residenza legali kontinwa fix-xenarju immedjat \u201cta' ebda ftehim\u201d li jsegwi, g\u0127a\u010b-\u010bittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu b'mod legali fl-UE27.", "Il-gwida tal-lum qed tipprovdi \u0127arsa \u0121enerali lejn il-mi\u017curi ta' kontin\u0121enza tal-UE, b'mod partikolari lejn ir-Regolament ta' kontin\u0121enza dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurt\u00e0 So\u010bjali.", "Il-Kummissjoni pproponiet li l-Istati Membri jadottaw appro\u010b\u010b koordinat unilaterali biex jindirizzaw xi kwistjonijiet mhux koperti b'dan ir-Regolament u biex tikkomplementa dan l-appro\u010b\u010b, qed ti\u0121bed l-attenzjoni lejn oqsma li fihom l-Istati Membri individwali jistg\u0127u jipprovdu protezzjoni ulterjuri permezz tal-mi\u017curi proprji unilaterali u nazzjonali tag\u0127hom.", "2.", "Il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik \u0121udizzjarja f'materji kriminali", "F'xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d, il-qafas legali tal-UE dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik \u0121udizzjarja ma jibqax japplika g\u0127ar-Renju Unit.", "Il-kooperazzjoni mar-Renju Unit g\u0127alhekk se jkollha tkun ibba\u017cata fuq oqfsa legali alternattivi u mekkani\u017cmi ta' kooperazzjoni, ibba\u017cati fuq il-li\u0121i internazzjonali u nazzjonali.", "Il-gwida tal-lum tiddeskrivi l-istrumenti ta' ri\u017cerva rilevanti li l-UE u l-Istati Membri tag\u0127ha jistg\u0127u jiddependu fuqhom biex ji\u017cguraw li l-infurzar tal-li\u0121i u l-kooperazzjoni \u0121udizzjarja jkunu jistg\u0127u jkomplu sabiex ji\u0121i garantit livell g\u0127oli kontinwu ta' sigurt\u00e0 g\u0127a\u010b-\u010bittadini.", "Hija tipprovdi wkoll gwida lill-Istati Membri dwar l-iskonnessjoni tar-Renju Unit minn diversi ba\u017cijiet tad-data, networks u sistemi ta' informazzjoni tal-UE.", "3.", "Prodotti medi\u010binali u tag\u0127mir mediku", "Is-settur mediku kien prijorit\u00e0 tal-\u0127idma ta' t\u0127ejjija tal-Kummissjoni sa mill-bidu nett, bi gwida li ilha tin\u0127are\u0121 minn Lulju 2017.", "Bis-sa\u0127\u0127a ta' mi\u017curi ta' t\u0127ejjija, il-ma\u0121\u0121oranza tal-prodotti medi\u010binali kkon\u010bernati mill-\u0127ru\u0121 tar-Renju Unit jen\u0127tie\u0121 li issa jkunu konformi mal-le\u0121i\u017clazzjoni tal-UE mid-data tal-\u0127ru\u0121 tar-Renju Unit.", "Huwa possibbli, madankollu, li minkejja l-a\u0127jar sforzi, xi prodotti medi\u010binali u apparat mediku g\u0127andhom mnejn ma jkunux konformi fil-\u0127in.", "Hemm, g\u0127alhekk, riskju ta' nuqqasijiet jekk l-operaturi ekonomi\u010bi ma ja\u0121ixxux malajr biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni.", "Il-gwida tal-lum tenfasizza kif il-Kummissjoni se ta\u0127dem mal-A\u0121enzija Ewropea g\u0127all-Medi\u010bini (European Medicines Agency , EMA) u r-regolaturi tal-medi\u010bini nazzjonali biex jimmonitorjaw is-sitwazzjoni mill-qrib u jindirizzaw kull problema potenzjali.", "Hija tiddeskrivi wkoll il-possibbiltajiet li jsir u\u017cu mill-e\u017cenzjonijiet u mid-derogi disponibbli fir-rigward tar-regoli e\u017cistenti, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' nuqqas ta' prodotti medi\u010binali u ta' apparat mediku kritiku f'ka\u017c ta' xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d.", "4.", "Il-protezzjoni tad-data", "Kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-t\u0127ejjija tat-13 ta' Novembru, il-Kummissjoni tqis li l-g\u0127odod e\u017cistenti skont ir-Regolament \u0120enerali dwar il-Protezzjoni tad-Data g\u0127all-iskambju tad-data ma' pajji\u017ci terzi huma bi\u017c\u017cejjed biex ikopru l-\u0127ti\u0121ijiet immedjati ta' trasferimenti tad-data lejn ir-Renju Unit f'xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d.", "Il-gwida tal-lum tipprovdi dettalji dwar dawn l-g\u0127odod, il-kundizzjonijiet definiti sew biex isir u\u017cu mid-derogi, kif ukoll dwar il-passi pratti\u010bi li l-kumpaniji u l-awtoritajiet tal-UE se jkollhom jie\u0127du biex ji\u017cguraw konformit\u00e0 kontinwa mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data.", "5.", "Is-Sajd", "L-UE adottat \u017cew\u0121 mi\u017curi ta' kontingenza fil-qasam tas-sajd biex tkopri x-xenarji kollha fil-ka\u017c ta' Brexit \u201cta' ebda ftehim\u201d.", "Min-na\u0127a wa\u0127da, l-UE \u0127olqot il-qafas legali xieraq biex tippermetti a\u010b\u010bess re\u010biproku g\u0127all-bastimenti tar-Renju Unit fl-ib\u0127ra tal-UE tul l-2019, jekk ir-Renju Unit jipprovdi tali a\u010b\u010bess g\u0127all-bastimenti tal-UE fl-ib\u0127ra tieg\u0127u.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, l-UE a\u0121\u0121ustat ukoll il-kriterji ta' eli\u0121ibbilt\u00e0 tal-Fond Ewropew g\u0127all-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, biex ti\u017cgura li s-sajjieda li jkollhom iwaqqfu l-attivitajiet tag\u0127hom, ikunu jistg\u0127u jir\u010bievu kumpens, f'ka\u017c li r-Renju Unit ma jibqax jippermetti a\u010b\u010bess kontinwu g\u0127all-ib\u0127ra tieg\u0127u.", "F'ka\u017c ta' xenarju b\u0127al dan, ikun essenzjali li l-Istati Membri jadottaw appro\u010b\u010b koordinat biex ji\u0121u \u017cgurati kundizzjonijiet ekwi bejn is-sajjieda tal-UE fl-Istati Membri differenti u biex ji\u0121u protetti r-ri\u017corsi tal-ba\u0127ar.", "Il-gwida tal-lum tipprovdi dettalji dwar appro\u010b\u010b ikkoordinat b\u0127al dan.", "Il-Kummissjoni qed ta\u0127dem mal-Istati Membri l-aktar ikkon\u010bernati fuq qafas g\u0127all-monitora\u0121\u0121 ta' bidliet fl-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE, sabiex ji\u0121i evitat kull tfixkil.", "Xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d", "F'xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d, ir-Renju Unit se jsir pajji\u017c terz ming\u0127ajr ebda arran\u0121amenti tran\u017cizzjonali.", "Id-dritt primarju u sekondarju kollu tal-UE jieqaf japplika g\u0127ar-Renju Unit minn dak il-mument 'il quddiem.", "Mhu se jkun hemm l-ebda perjodu ta' tran\u017cizzjoni, kif previst fil-Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121.", "Dan ovvjament se jo\u0127loq tfixkil sinifikanti g\u0127a\u010b-\u010bittadini u n-negozji.", "F'tali xenarju, ir-relazzjonijiet tar-Renju Unit mal-UE ji\u0121u rregolati mid-dritt internazzjonali pubbliku, inklu\u017ci r-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummer\u010b.", "L-UE se tkun me\u0127tie\u0121a tapplika minnufih ir-regoli u t-tariffi tag\u0127ha fil-fruntieri mar-Renju Unit.", "Dan jinkludi verifiki u kontrolli doganali u g\u0127all-istandards sanitarji u fitosanitarji, u l-verifika ta' konformit\u00e0 man-normi tal-UE.", "Minkejja t-t\u0127ejjijiet konsiderevoli tal-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri, dawn il-kontrolli jistg\u0127u jo\u0127olqu dewmien sinifikanti fil-fruntiera.", "Barra minn hekk, l-entitajiet tar-Renju Unit mhumiex se jibqg\u0127u eli\u0121ibbli li jir\u010bievu g\u0127otjiet Komunitarji u li jie\u0127du sehem fi pro\u010beduri ta' akkwist tal-UE skont it-termini attwali.", "B'mod simili, i\u010b-\u010bittadini tar-Renju Unit mhumiex se jibqg\u0127u \u010bittadini tal-Unjoni Ewropea.", "Se jkunu so\u0121\u0121etti g\u0127al verifiki addizzjonali meta jaqsmu l-fruntiera g\u0127all-Unjoni Ewropea.", "Hawn ukoll, l-Istati Membri g\u0127amlu t\u0127ejjijiet konsiderevoli fil-portijiet u l-ajruporti biex ji\u017cguraw li l-verifiki jsiru bl-iktar mod effi\u010bjenti possibbli, i\u017cda madankollu dawn jistg\u0127u jo\u0127olqu dewmien.", "Il-\u0127idma ta' t\u0127ejjija u ta' kontin\u0121enza tal-UE g\u0127al xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d", "Il-Kummissjoni Ewropea ilha minn Di\u010bembru 2017 t\u0127ejji g\u0127al xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d.", "Sal-lum, il-Kummissjoni ppre\u017centat 19-il proposta le\u0121i\u017clattiva, li 18 minnhom \u0121ew adottati jew miftiehma mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill (ara l-ANNESS 1).", "Proposta wa\u0127da biss dwar il-ba\u0121it tal-UE g\u0127all-2019 g\u0127andha ti\u0121i finalizzata mi\u017c-\u017cew\u0121 kole\u0121i\u017claturi fi \u017cmien debitu.", "Din se tapplika b'mod retroattiv mid-data tal-irtirar, ladarba ti\u0121i finalizzata.", "Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ukoll 92 avvi\u017c ta' t\u0127ejjija spe\u010bifi\u010bi g\u0127as-settur bi gwida dettaljata g\u0127as-setturi differenti affettwati mill-Brexit.", "Kif indikat fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-T\u0127ejjija g\u0127all-Brexit, il-mi\u017curi ta' kontin\u0121enza tal-UE mhumiex se \u2013 u ma jistg\u0127ux \u2013 itaffu l-impatt \u0121enerali ta' xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d, u bl-ebda mod ma jikkumpensaw g\u0127an-nuqqas ta' t\u0127ejjija jew jirrepplikaw il-benefi\u010b\u010bji s\u0127a\u0127 tas-s\u0127ubija fl-UE jew it-termini favorevoli ta' xi perjodu ta' tran\u017cizzjoni, kif previst fil-Ftehim dwar il-\u0126ru\u0121.", "Dawn il-proposti huma ta' natura temporanja, limitati fil-kamp ta' applikazzjoni tag\u0127hom u se ji\u0121u adottati unilateralment mill-UE.", "Dawn mhumiex \u201cmini ftehimiet\u201d u ma \u0121ewx negozjati mar-Renju Unit.", "Il-Kummissjoni kellha wkoll diskussjonijiet tekni\u010bi estensivi mal-Istati Membri tal-UE27 kemm dwar kwistjonijiet \u0121enerali ta' t\u0127ejjija u ta' kontin\u0121enza kif ukoll dwar kwistjonijiet spe\u010bifi\u010bi marbuta mat-t\u0127ejjija settorjali, legali u amministrattiva.", "Il-Kummissjoni temmet ukoll \u017cjara lill-ibliet kapitali tas-27 Stat Membru tal-UE.", "L-g\u0127an ta' dawn i\u017c-\u017cjarat kien li ti\u0121i pprovduta kull kjarifika ne\u010bessarja dwar l-azzjoni ta' t\u0127ejjija u ta' kontin\u0121enza tal-Kummissjoni u biex ji\u0121u diskussi t-t\u0127ejjijiet nazzjonali u l-pjanijiet ta' kontin\u0121enza.", "Dawn i\u017c-\u017cjarat urew grad g\u0127oli ta' t\u0127ejjija mill-Istati Membri g\u0127ax-xenarji kollha.", "L-Istati Membri kienu wkoll involuti fi t\u0127ejjijiet nazzjonali intensivi.", "\u0126arsa \u0121enerali lejn id-drittijiet ta' residenza fl-Istati Membri UE27 tinsab hawn, kif ukoll links diretti g\u0127al siti web nazzjonali dwar it-t\u0127ejjija.", "Appo\u0121\u0121 finanzjarju", "Filwaqt li l-impatt ta' xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d se jin\u0127ass madwar l-Unjoni Ewropea, huwa \u010bar li xi re\u0121juni u setturi ekonomi\u010bi se ji\u0121u affettwati b'mod aktar dirett.", "Il-Kummissjoni esplorat kif il-fondi u l-programmi attwali tal-UE jistg\u0127u ji\u0121u mobilizzati f'ka\u017c ta' \u201cebda ftehim\u201d u fil-ka\u017c li r-Renju Unit jonqos milli j\u0127allas dak li hu previst skont ir-Regolament dwar il-ba\u0121it ta' kontin\u0121enza tal-UE.", "Jista' jsir disponibbli finanzjament addizzjonali apposta, permezz tar-riprogrammazzjoni ta' \u010berti fondi strutturali, l-attivazzjoni ta' mi\u017curi kontra d-disturb fis-swieq tal-agrikoltura, u l-u\u017cu ta' strumenti spe\u010bifi\u010bi b\u0127all-programm g\u0127all-Kompetittivit\u00e0 tal-Intrapri\u017ci \u017bg\u0127ar u Medji (Competitiveness of Small and Medium-Sized Enterprises, COSME), il-Fond Ewropew ta' A\u0121\u0121ustament g\u0127all-Globalizzazzjoni, (European Globalisation Adjustment Fund (EGF)), il-Fond ta' Solidarjet\u00e0 u l-Fond Ewropew g\u0127all-Investimenti Strate\u0121i\u010bi (FEIS).", "Tista' ssir disponibbli wkoll l-g\u0127ajnuna teknika u finanzjarja mill-Unjoni Ewropea f'\u010berti oqsma, b\u0127at-ta\u0127ri\u0121 ta' uffi\u010bjali tad-dwana skont il-programm Dwana 2020.", "Programmi o\u0127ra jistg\u0127u jg\u0127inu pro\u0121etti ta' ta\u0127ri\u0121 simili fil-qasam ta' kontrolli sanitarji u fitosanitarji.", "Rigward l-agrikoltura, id-dritt tal-UE jipprovdi varjet\u00e0 ta' strumenti biex ji\u0121u indirizzati l-iktar effetti immedjati tal-\u0127ru\u0121 tar-Renju Unit, b'mod partikolari f'xenarju ta' ebda ftehim.", "G\u0127al aktar appo\u0121\u0121 immedjat lill-partijiet ikkon\u010bernati affettwati, pere\u017cempju kumpaniji \u017cg\u0127ar u ta' daqs medju b'esponiment sinifikanti g\u0127ar-Renju Unit, ir-regoli tal-UE dwar l-g\u0127ajnuna mill-Istat joffru soluzzjonijiet flessibbli g\u0127al mi\u017curi ta' appo\u0121\u0121 nazzjonali.", "G\u0127al iktar informazzjoni: x'g\u0127andi nag\u0127mel f'xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d?", "Biex ikunu jafu aktar dwar kif i\u0127ejju g\u0127al xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d, i\u010b-\u010bittadini tal-UE jistg\u0127u jikkuntattjaw lil Europe Direct g\u0127al kwalunkwe mistoqsija.", "\u010aempel bla \u0127las in-numru 00 800 6 7 8 9 10 11 minn kwalunkwe post fl-UE, fi kwalunkwe lingwa uffi\u010bjali tal-UE.", "Links utli o\u0127ra:", "\u010aittadini tal-UE", "- Il-Komunikazzjoni tal-lum flimkien mal-annessi", "- Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-t\u0127ejjija", "- \u0126arsa \u0121enerali tad-drittijiet ta' residenza f'kull Stat Membru tal-UE27", "- Siti web nazzjonali tal-Istati Membri dwar xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d", "- Avvi\u017c dwar l-ivvja\u0121\u0121ar", "- Skedi informattivi dwar l-ivvja\u0121\u0121ar, id-drittijiet ta\u010b-\u010bittadini, l-istudju, u d-drittijiet tal-konsumatur", "- M&T dwar l-Erasmus", "- M&T f'ka\u017c ta' xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d", "- Informazzjoni g\u0127al \u010bittadini tal-UE li jg\u0127ixu fir-Renju Unit", "Negozji tal-UE", "- Firxa ta' materjal dwar id-dwana u t-tassazzjoni indiretta (inklu\u017ca lista sempli\u010bi ta' kontroll b'\u0127ames passi) g\u0127an-negozji", "- Informazzjoni relatata mal-Agrikoltura", "- Seba' affarijiet li n-negozji fl-UE27 je\u0127tie\u0121 li jkunu jafu biex i\u0127ejju g\u0127all-Brexit", "ANNESS 1: Il-mi\u017curi ta' kontin\u0121enza f'ka\u017c \u201cta' ebda ftehim\u201d jinkludu:", "- il-programm PEACE: it-tkomplija tal-programm PEACE fil-g\u017cira tal-Irlanda sa tmiem l-2020.", "Rigward il-perjodu ta' wara l-2020, il-Kummissjoni di\u0121\u00e0 pproponiet b\u0127ala parti mill-proposti tag\u0127ha g\u0127all-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss biex tkompli u ssa\u0127\u0127a\u0127 l-appo\u0121\u0121 transfruntier g\u0127all-pa\u010bi u r-rikon\u010biljazzjoni fil-kontej tal-fruntiera tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq.", "- Il-Ba\u0121it tal-UE (fil-pro\u010bess tal-adozzjoni finali): f'xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d, l-UE se tkun f'po\u017cizzjoni li tonora l-impenji tag\u0127ha u li tkompli bil-\u0127lasijiet fl-2019 lill-benefi\u010bjarji fir-Renju Unit g\u0127al kuntratti ffirmati u de\u010bi\u017cjonijiet li jkunu saru qabel il-\u0127ru\u0121, bil-kundizzjoni li r-Renju Unit jonora l-obbligi tieg\u0127u skont il-ba\u0121it tal-2019 u li ja\u010b\u010betta l-verifiki u l-kontrolli tal-awditjar ne\u010bessarji.", "- Drittijiet u kumpens g\u0127as-sajd: dawn il-mi\u017curi jipprevedu kumpens g\u0127as-sajjieda u l-operaturi mill-Istati Membri tal-UE ta\u0127t il-Fond Ewropew g\u0127all-Affarijiet Marittimi u s-Sajd g\u0127all-waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd.", "Ji\u017cguraw ukoll li l-UE tkun f'po\u017cizzjoni li tag\u0127ti lill-bastimenti mir-Renju Unit a\u010b\u010bess g\u0127all-ilmijiet tal-UE sa tmiem l-2019, bil-kundizzjoni li l-bastimenti tal-UE wkoll jing\u0127ataw a\u010b\u010bess re\u010biproku g\u0127all-ilmijiet tar-Renju Unit.", "- Servizzi finanzjarji: mi\u017curi temporanji u limitati biex ji\u0121i \u017cgurat li ma jkunx hemm tfixkil immedjat fl-ikklerjar \u010bentrali tad-derivattivi u fis-servizzi ta' depo\u017citarji \u010bentrali g\u0127all-operaturi tal-UE li b\u0127alissa qed ju\u017caw operaturi tar-Renju Unit, u biex ti\u0121i fa\u010bilitata n-novazzjoni, g\u0127al perjodu fiss ta' 12-il xahar, ta' \u010berti kuntratti ta' derivattivi barra l-bor\u017ca, meta kuntratt ikun trasferit minn kontroparti tar-Renju Unit g\u0127al kontroparti tal-UE27.", "- -Konnettivit\u00e0 u sikurezza tal-ajru: dawn i\u017c-\u017cew\u0121 mi\u017curi se ji\u017cguraw il-konnettivit\u00e0 ba\u017cika tal-ajru sabiex jevitaw l-interruzzjoni kompleta tat-traffiku tal-ajru bejn l-UE u r-Renju Unit fil-ka\u017c ta' xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d.", "- Konnettivit\u00e0 bit-toroq: tippermetti l-kontinwazzjoni ta' konnettivit\u00e0 ba\u017cika sigura bit-toroq bejn l-UE u r-Renju Unit g\u0127al perjodu limitat ta' \u017cmien, dment li r-Renju Unit jag\u0127ti trattament re\u010biproku lill-kumpaniji u lill-operaturi tal-UE.", "- Konnettivit\u00e0 ferrovjarja: ti\u017cgura l-validit\u00e0 tal-awtorizzazzjonijiet ta' sikurezza g\u0127al \u010berti partijiet tal-infrastruttura ferrovjarja g\u0127al perjodu strettament limitat ta' tliet xhur sabiex ikunu jistg\u0127u ji\u0121u stabbiliti soluzzjonijiet fit-tul konformi mad-dritt tal-UE.", "Din, b'mod partikolari, hija marbuta mal-Mina ta\u0127t il-Kanal Ingli\u017c u se tkun bil-patt li r-Renju Unit i\u017comm standards ta' sikurezza identi\u010bi g\u0127ar-rekwi\u017citi tal-UE.", "- Spezzjonijiet tal-bastimenti: dawn g\u0127andhom l-g\u0127an li ji\u017cguraw i\u010b-\u010bertezza tad-dritt u ji\u017cguraw il-kontinwit\u00e0 tal-operat fit-tba\u0127\u0127ir.", "- Ir-riallinjament tal-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni bejn il-Ba\u0127ar tat-Tramuntana u l-Mediterran: Dan i\u017cid konnessjonijiet marittimi \u0121odda bejn l-Irlanda, Franza, il-Bel\u0121ju u n-Netherlands g\u0127an-network ewlieni, u jintrodu\u010bi prijorit\u00e0 \u0121dida ta' finanzjament g\u0127all-Fa\u010bilit\u00e0 Nikkollegaw l-Ewropa (FNE): billi jadatta l-infrastruttura tat-trasport g\u0127all-finijiet tas-sigurt\u00e0 u g\u0127all-verifika fil-fruntieri esterni.", "- Il-politika dwar il-klima: din il-mi\u017cura ti\u017cgura li xenarju \u201cta' ebda ftehim\u201d ma jaffettwax il-funzjonament bla xkiel u l-integrit\u00e0 ambjentali tal-Iskema g\u0127all-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet.", "- Re\u010bipro\u010bit\u00e0 tal-vi\u017ca: vja\u0121\u0121ar ming\u0127ajr vi\u017ca lejn l-UE g\u0127a\u010b-\u010bittadini tar-Renju Unit jekk ir-Renju Unit ukoll jippermetti vvja\u0121\u0121ar re\u010biproku u nondiskriminatorju ming\u0127ajr vi\u017ci li\u010b-\u010bittadini kollha tal-UE.", "- Intitolamenti g\u0127as-sigurt\u00e0 so\u010bjali: l-intitolamenti (b\u0127all-perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg (indipendenti) jew residenza fir-Renju Unit qabel il-\u0127ru\u0121) ta' dawk il-persuni li e\u017cer\u010bitaw id-dritt tag\u0127hom g\u0127all-moviment liberu qabel il-\u0127ru\u0121 tar-Renju Unit huma salvagwardjati.", "- Il-programm Erasmus+: l-istudenti u t-trainees imsefrin li jkunu qed jie\u0127du sehem fl-Erasmus+ fil-waqt tal-\u0127ru\u0121 tar-Renju Unit ikunu jistg\u0127u jlestu l-istudji tag\u0127hom u jkomplu jir\u010bievu l-finanzjament jew l-g\u0127otjiet rilevanti."]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2053", "title": "Xjenzjati ffinanzjati mill-UE ji\u017cvelaw l-ewwel imma\u0121ni li qatt ittie\u0127det ta' toqba sewda (black hole(s))", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RESINSC", "date": "Tue, 09 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni qed ti\u017cvela l-ewwel imma\u0121ni li qatt ittie\u0127det ta' toqba sewda me\u0127uda minn \u201cEvent Horizon Telescope\u201d, kollaborazzjoni xjentifika globali li tinvolvi xjenzati ffinanzjati mill-UE.", "Din l-iskoperta fenomenali tipprovdi evidenza vi\u017cwali tal-e\u017cistenza ta' toqob suwed u twessa' l-limiti tax-xjenza moderna.", "L-ewwel osservazzjoni li qatt saret ta' toqba sewda hija r-ri\u017cultat ta' Event Horizon Telescope (EHT), kollaborazzjoni fir-ri\u010berka internazzjonali fuq skala kbira fejn ri\u010berkaturi ffinanzjati mill-UE kellhom rwol ewlieni.", "Din il-kisba xjentifika kbira timmarka bidla fundamentali fil-fehim tag\u0127na ta' toqob suwed, tikkonferma l-previ\u017cjonijiet tat-Teorija \u0120enerali tar-Relattivit\u00e0 ta' Albert Einstein u tifta\u0127 perspettivi \u0121odda fl-istudju tal-univers tag\u0127na.", "L-ewwel imma\u0121ni ta' toqba sewda li ttie\u0127det b'su\u010b\u010bess \u0121iet \u017cvelata llum f'sitt konferenzi stampa simultanji mad-dinja kollha.", "Il-Kummissarju Carlos Moedas, responsabbli mir-Ri\u010berka, ix-Xjenza u l-innovazzjoni, qal: \u201cIl-finzjoni ta' spiss tispira x-xjenza u t-toqob suwed ilhom is-snin i\u0121eg\u0127luna no\u0127olmu u jqajmulna l-kur\u017cit\u00e0.", "Illum, bis-sa\u0127\u0127a tal-kontribuzzjoni ta' xjenzati Ewropej, l-e\u017cistenza ta' toqob suwed m'g\u0127adhiex biss kun\u010bett teoretiku.", "Din l-iskoperta tal-g\u0127a\u0121eb turi g\u0127al darb' o\u0127ra li meta na\u0127dmu flimkien ma' s\u0127ab madwar id-dinja kollha nistg\u0127u niksbu l-inimma\u0121inabbli u nwessg\u0127u l-orizzonti tal-g\u0127arfien tag\u0127na.\u201d", "Il-President tal-Kunsill Ewropew tar-Ri\u010berka (l-ERC), il-Professur Jean-Pierre Bourguignon, \u017cied jg\u0127id: \u201cNifra\u0127 lix-xjenzati minn madwar id-dinja, li g\u0127amlu din l-iskoperta tant stimulanti u li wessg\u0127u l-fruntieri tal-g\u0127arfien tag\u0127na.", "Ninsab partikolarment kuntent li x-xjenzati ffinanzjati mill-Kunsill Ewropew tar-Ri\u010berka kkontribwew tabil\u0127aqq sabiex inkisbet din l-iskoperta revoluzzjonarja.", "L-appro\u010b\u010b awda\u010bi tal-UE g\u0127all-finanzjament ta' din it-tip ta' ri\u010berka fundamentali g\u0127all-a\u0127\u0127ar g\u0127al darb'o\u0127ra rri\u017culta f'su\u010b\u010bess.", "Barra minn hekk, dan ikompli jivvalida l-objettiv tal-ERC li jiffinanzja ri\u010berka b'riskji kbar i\u017cda ta' gwadann kbir.\u201d", "Il-finanzjament tal-UE permezz tal-Kunsill Ewropew tar-Ri\u010berka (l-ERC) ipprovda appo\u0121\u0121 kru\u010bjali g\u0127all-EHT.", "B'mod partikolari, l-UE pprovdiet finanzjament g\u0127al tlieta mix-xjenzati ewlenin u t-timijiet tag\u0127hom involuti fl-iskoperta, u appo\u0121\u0121at ukoll l-i\u017cvilupp u t-titjib tal-infrastruttura tat-teleskopji l-kbar li kienu essenzjali g\u0127as-su\u010b\u010bess tal-pro\u0121ett.", "Ir-ri\u017cultati tal-lum ji\u017cdiedu mal-\u0127afna kisbiet tal-programmi ta' finanzjament tal-UE g\u0127ar-ri\u010berka u l-innovazzjoni Orizzont 2020 u l-Programmi Qafas prede\u010bessuri tieg\u0127u.", "Biex tkompli tisfrutta dan is-su\u010b\u010bess, il-Kummissjoni pproponiet Orizzont Ewropa, l-aktar programm ambizzju\u017c li l-UE qatt kellha u li se j\u017commha fuq quddiem nett tar-ri\u010berka u l-innovazzjoni globali.", "SFOND", "It-toqob suwed huma o\u0121\u0121etti kosmi\u010bi kkompressati \u0127afna, li fihom ammonti inkredibbli ta' massa f're\u0121jun \u010bkejken.", "Il-pre\u017cenza tag\u0127hom taffettwa l-in\u0127awi ta' madwarhom b'modi estremi, billi tg\u0127awwe\u0121 il-\u0127in spazjali u ssa\u0127\u0127an ferm kull materjal li jaqa' \u0121o fihom.", "L-imma\u0121ni turi t-toqba sewda fi\u010b-\u010bentru ta' Messier 87, galassja enormi fil-kostellazzjoni ta' Virgo.", "Din it-toqba sewda tinsab 55 miljun sena dawl 'il bog\u0127od mid-Dinja u g\u0127andha massa ta' 6.5 biljun darba akbar mix-xemx tag\u0127na.", "Sabiex jippermetti l-osservazzjoni diretta tal-ambjent immedjat ta' toqba sewda, l-Event Horizon Telescope fittex li jtejjeb u jg\u0127aqqad netwerk dinji ta' tmien teleskopji madwar id-dinja.", "Dawn jinsabu f'siti i\u017colati b'altitudni g\u0127olja, inklu\u017c fis-Sierra Nevada ta' Spanja, fuq vulkani fil-Hawaii u fil-Messiku, fil-muntanji ta' Arizona, fid-De\u017cert \u010ailen ta' Atacama u fl-Antartika.", "Aktar minn 200 ri\u010berkatur mill-Ewropa, mill-Kontinent Amerikan u mill-Asja tal-Lvant qed jipparte\u010bipaw f'din l-operazzjoni internazzjonali ewlenija.", "Il-Kunsill Ewropew g\u0127ar-Ri\u010berka tal-UE pprovda finanzjament lix-xjenzati involuti fil-kollaborazzjoni EHT permezz tal-pro\u0121etti li jaqg\u0127u ta\u0127t Orizzont 2020 u s-Seba' Programm Qafas tal-UE:", "Il-Kunsill Ewropew tar-Ri\u010berka, stabbilit mill-UE fl-2007, huwa l-organizzazzjoni ewlenija ta' finanzjament Ewropew g\u0127ar-ri\u010berka e\u010b\u010bellenti fil-fruntieri tal-g\u0127arfien.", "Kull sena jag\u0127\u017cel u jiffinanzja l-aqwa ri\u010berkaturi kreattivi ta' kwalunkwe nazzjonalit\u00e0 u et\u00e0, biex iwettqu pro\u0121etti bba\u017cati fl-Ewropa.", "L-ERC joffri erba' skemi fundamentali ta' g\u0127otjiet: L-g\u0127otja g\u0127ar-Ri\u010berkaturi Debuttanti, l-g\u0127otja ta' Konsolidazzjoni, l-g\u0127otja Avvanzata u l-g\u0127otja g\u0127as-Siner\u0121ija.", "Permezz tal-iskema addizzjonali tieg\u0127u tal-g\u0127otja tal-Prova tal-Kun\u010bett l-ERC jg\u0127in lill-benefi\u010bjarji jeliminaw id-distakk bejn ir-ri\u010berka pijuniera tal-benefi\u010bjarji u l-fa\u017cijiet bikrija tal-kummer\u010bjalizzazzjoni tag\u0127ha.", "G\u0126AL AKTAR TAG\u0126RIF", "Ritratti ta' toqob suwed u filmati fuq il-portal awdjovi\u017civ tal-Kummissjoni", "Stqarrija g\u0127all-istampa dwar Event Horizon Telescope", "Konferenza stampa tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Ewropa bis-Satellita", "Konferenza stampa tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-EUtube", "Segwi l-a\u0127barijiet fuq Facebook, Instagram u Twitter bl-u\u017cu tal-hashtag #RealBlackhole", "L-a\u0127barijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Ri\u010berka"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2088", "title": "Jid\u0127ol fis-se\u0127\u0127 ir-regolament tal-UE dwar l-iskrinjar tal-investiment barrani", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PRESIDENCY,TRADEPOL", "date": "Tue, 09 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-qafas il-\u0121did tal-UE g\u0127all-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin da\u0127al fis-se\u0127\u0127 uffi\u010bjalment fl-10 ta' April 2019.", "Il-qafas il-\u0121did huwa bba\u017cat fuq proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea f'Settembru 2017 u se jkun strumentali biex jissalvagwardja s-sigurt\u00e0 u l-ordni pubbliku tal-Ewropa b'rabta mal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker qal: \u201cDan il-qafas \u0121did se jg\u0127in lill-Ewropa biex tiddefendi l-interessi strate\u0121i\u010bi tag\u0127ha.", "G\u0127andna b\u017conn ta' skrutinju fuq l-akkwisti minn kumpaniji barranin, li g\u0127andhom fil-mira tag\u0127hom l-assi strate\u0121i\u010bi tal-Ewropa.", "Irrid li l-Ewropa tibqa' miftu\u0127a g\u0127an-negozju, i\u017cda g\u0127idt kemm-il darba li m'a\u0127niex kummer\u010bjanti \u0127ielsa in\u0121enwi.", "L-adozzjoni u d-d\u0127ul fis-se\u0127\u0127 ta' din il-proposta fi \u017cmien kwa\u017ci rekord turi li qed ne\u0127duha bis-serjet\u00e0 u li meta ni\u0121u g\u0127ad-difi\u017ca tal-interessi tal-Ewropa dejjem se nitkellmu bil-fatti.\u201d", "Il-qafas il-\u0121did se:", "Sa llum, l-Istati Membri tal-UE huma me\u0127tie\u0121a jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-mekkani\u017cmi ta' skrinjar tal-investiment nazzjonali tag\u0127hom.", "B\u0127alissa hemm 14-il Stat Membru li g\u0127andhom mekkani\u017cmi nazzjonali ta' skrinjar fis-se\u0127\u0127.", "Diversi Stati Membri jinsabu fil-pro\u010bess li jirriformaw il-mekkani\u017cmi ta' skrinjar tag\u0127hom jew li jadottaw mekkani\u017cmi \u0121odda.", "Matul it-18-il xahar li \u0121ejjin, il-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE se jie\u0127du l-passi me\u0127tie\u0121a biex ji\u017cguraw li l-UE tkun tista' tapplika g\u0127alkollox ir-Regolament dwar l-Iskrinjar tal-Investiment mill-11 ta' Ottubru 2020.", "Dawn il-passi jikkon\u010bernaw, b'mod partikolari, it-twaqqif ta' mekkani\u017cmu \u0121did ta' kooperazzjoni g\u0127all-UE kollha, li jippermetti li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiskambjaw informazzjoni u jqajmu t\u0127assib relatat ma' investimenti barranin spe\u010bifi\u010bi.", "Il-kompiti li jmiss jinkludu:", "Kuntest", "Il-proposta biex jin\u0127oloq l-ewwel qafas g\u0127all-UE kollha g\u0127all-iskrinjar tal-investiment dirett barrani \u0121iet ippre\u017centata mill-President Juncker waqt id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017.", "Wara l-adozzjoni tag\u0127ha mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fid-19 ta' Marzu 2019, il-le\u0121i\u017clazzjoni l-\u0121dida tal-UE issa da\u0127let fis-se\u0127\u0127.", "L-UE g\u0127andha wie\u0127ed mill-aktar re\u0121imi ta' investiment miftu\u0127a fid-dinja, kif rikonoxxut mill-OECD fl-indi\u010bi tag\u0127ha g\u0127ar-restrizzjoni tal-investiment.", "L-UE hija d-destinazzjoni ewlenija tal-investiment dirett barrani fid-dinja: fi tmiem l-2017, l-istokks ta' investiment dirett barrani li huma ta' investituri minn barra l-UE kienu jammontaw g\u0127al EUR 6,295 biljun, u pprovdew 16-il miljun impjieg dirett g\u0127all-Ewropej.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Qafas \u0121did g\u0127all-iskrinjar tal-investiment tal-UE: Regolament, Stqarrija g\u0127all-Istampa, Skeda informattiva", "Il-politika tal-investiment barrani tal-UE", "Investiment Dirett Barrani fl-UE: Rapport"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1876", "title": "L-Unjoni tal-Ener\u0121ija: minn vi\u017cjoni g\u0127al realt\u00e0", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENERGY", "date": "Mon, 08 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Ir-raba' rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija, li \u0121ie adottat illum, juri li l-Kummissjoni rnexxielha twettaq bis-s\u0127i\u0127 il-vi\u017cjoni tag\u0127ha ta' strate\u0121ija tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija li ti\u017cgura ener\u0121ija a\u010b\u010bessibbli, affordabbli, sigura, kompetittiva u sostenibbli g\u0127all-Ewropej kollha.", "Illum l-Ewropa di\u0121\u00e0 hija mexxejja dinjija fejn tid\u0127ol il-\u0121lieda kontra t-tibdil fil-klima.", "Il-politiki Ewropej li twettqu tul l-a\u0127\u0127ar \u0127ames snin fl-oqsma kollha tal-politika taw id-direzzjoni t-tajba lill-UE biex t\u0127addan g\u0127alkollox it-tran\u017cizzjoni lejn ener\u0121ija nadifa, ta\u0127taf l-opportunitajiet ekonomi\u010bi li din toffri, to\u0127loq it-tkabbir u l-impjiegi u tipprovdi ambjent aktar b'sa\u0127\u0127tu g\u0127all-konsumaturi.", "Minbarra li timmodernizza l-politika Ewropea dwar l-ener\u0121ija u l-klima, l-Unjoni tal-Ener\u0121ija tixpruna t-tran\u017cizzjoni lejn ener\u0121ija nadifa tal-ekonomija Ewropea fis-setturi ewlenin, bi qbil mal-impenji tag\u0127na fil-Ftehim ta' Pari\u0121i, filwaqt li ti\u017cgura tran\u017cizzjoni \u0121usta so\u010bjalment.", "It-tiswir ta' Unjoni tal-Ener\u0121ija re\u017ciljenti b'politika dwar il-klima u l-ener\u0121ija li t\u0127ares 'il quddiem kienet wa\u0127da mill-prijoritajiet politi\u010bi tal-Kummissjoni Juncker.", "Dik li fl-2014 kienet il-vi\u017cjoni ta' Unjoni tal-Ener\u0121ija mag\u0127quda, interkonnessa, sigura u sostenibbli, illum qed nirrikonoxxu li rnexxielna nwettquha b'su\u010b\u010bess.", "Mar-rapport hemm mehmu\u017cin \u017cew\u0121 dokumenti li juru l-progress li sar fejn jid\u0127lu l-ener\u0121ija rinnovabbli u l-effi\u010bjenza ener\u0121etika.", "Fl-istess waqt, il-Kummissjoni qed tressaq ukoll rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni strate\u0121iku dwar il-batteriji flimkien ma' komunikazzjoni g\u0127al te\u0127id tad-de\u010bi\u017cjonijiet aktar effi\u010bjenti u aktar demokratiku fil-politika tal-UE dwar l-ener\u0121ija u l-klima.", "Il-Vi\u010bi President Maro\u0161 \u0160ef\u010dovi\u010d responsabbli mill-Unjoni tal-Ener\u0121ija qal: \u201cL-Unjoni tal-Ener\u0121ija hi l-Ewropa fl-aqwa tag\u0127ha: qed nindirizzaw flimkien il-kwistjonijiet ewlenin tas-sigurt\u00e0 tal-ener\u0121ija u tat-tran\u017cizzjoni tal-ener\u0121ija, li ma jistg\u0127ux isolvuhom il-pajji\u017ci wa\u0127edhom.", "L-isfida tant iebsa tat-tran\u017cizzjoni tal-ener\u0121ija rnexxielna nbiddluha f'opportunit\u00e0 ekonomika g\u0127all-Ewropej kollha.", "U biex g\u0127amilna dan, kellna nbiddlu tassew il-politiki tag\u0127na dwar l-ener\u0121ija u l-klima mill-qieg\u0127: mhux sempli\u010biment bidliet \u017cg\u0127ar 'l hemm u 'l hawn, i\u017cda bidliet sistemi\u010bi.", "L-ebda Stat Membru ma seta' jikseb dan kollu wa\u0127du.", "Ir-rapport tag\u0127na juri kif il-mi\u017curi kollha tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija qed jing\u0127aqdu biex il-politika tag\u0127na tkun valida g\u0127all-\u0121ejjieni.", "Illum, il-qafas tag\u0127na qed jidderie\u0121i mill-\u0121did l-investimenti lejn teknolo\u0121iji u soluzzjonijiet orjentati lejn il-\u0121ejjieni.", "Tnedew ukoll mi\u017curi g\u0127all-industrija fosthom il-manifattura tal-batteriji fl-Ewropa, filwaqt li \u017cgurajna li ma n\u0127allu lil \u0127add mill-Ewropej jinqata' lura bit-tran\u017cizzjoni.", "Issa sta g\u0127al kull Stat Membru biex jag\u0127mel il-parti tieg\u0127u u jintegra mi\u017curi nazzjonali dwar l-ener\u0121ija, il-klima, il-mobbilt\u00e0 u l-oqsma relatati l-o\u0127ra ming\u0127ajr dewmien, biex l-Ewropa tibqa' twettaq il-mira ta' newtralit\u00e0 klimatika sa nofs is-seklu.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-Azzjoni Klimatika u l-Ener\u0121ija, Miguel Arias Ca\u00f1ete qal: \u201cFejn tid\u0127ol il-klima u l-ener\u0121ija, l-Ewropa issa g\u0127andha l-aktar qafas ambizzju\u017c u avvanzat fid-dinja.", "Irnexxielna niftiehmu fuq il-le\u0121i\u017clazzjoni kollha biex nil\u0127qu l-miri tag\u0127na g\u0127all-2030, b'miri og\u0127la g\u0127as-sorsi tal-ener\u0121ija rinnovabbli u l-effi\u010bjenza ener\u0121etika.", "I\u017cda l-Unjoni tal-Ener\u0121ija hi ferm aktar minn sempli\u010biment regoli u politiki: attirajna livelli rekord ta' investimenti fl-ener\u0121ija nadifa fl-Ewropa, konna parti integrali mill-Ftehim ta' Pari\u0121i u g\u0127amilna l-almu kollu biex dan seta' jid\u0127ol fis-se\u0127\u0127 kemm jista' jkun malajr, komplejna nintegraw is-suq Ewropew tal-ener\u0121ija, u fassalna vi\u017cjoni fit-tul biex sal-2050 l-Ewropa ssir newtrali fejn tid\u0127ol il-klima.", "Madanakollu g\u0127ad baqg\u0127alna triq twila x'nimxu.", "Irridu nissoktaw bl-implimentazzjoni tal-ener\u0121ija rinnovabbli madwar l-Ewropa u n\u017cidu l-isforzi biex niffrankaw aktar ener\u0121ija.", "Irridu nid\u0127lu fi pro\u010bess ta' trasformazzjoni b'sens ferm akbar ta' ur\u0121enza milli jit\u0127addem illum.", "Bl-istrate\u0121ija tag\u0127na ta' newtralit\u00e0 tal-klima sal-2050, \u0127ejjejna pjan ta' kif dan jista' jsir u ppre\u017centajna anali\u017ci soda dwar g\u0127alfejn u kif l-Ewropa tista' tikseb in-newtralit\u00e0 tal-klima; g\u0127alfejn dan il-mudell jista' ji\u0121i rreplikat minn pajji\u017ci o\u0127ra fid-dinja; kif jistg\u0127u u g\u0127andhom jintrabtu flimkien in-newtralit\u00e0 tal-klima, il-prosperit\u00e0 ekonomika u l-\u0121ustizzja so\u010bjali.\u201d", "L-Unjoni tal-Ener\u0121ija sa\u0127\u0127et is-suq intern tal-ener\u0121ija u \u017ciedet is-sigurt\u00e0 tal-ener\u0121ija tal-UE billi investiet f'infrastruttura \u0121dida intelli\u0121enti (inklu\u017c bejn il-fruntieri), billi pprovdiet tfassil \u0121did tas-suq mill-aktar modern u introdu\u010biet mekkani\u017cmu ta' koperazzjoni bejn l-Istati Membri bba\u017cat fuq is-solidarjet\u00e0 li jwie\u0121eb g\u0127all-kri\u017cijiet potenzjali b'mod aktar effettiv u effi\u010bjenti.", "B\u0127alma stabbiliet dan l-a\u0127\u0127ar il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tag\u0127ha \u201cPjaneta Nadifa g\u0127al Kul\u0127add\u201d, it-tran\u017cizzjoni tal-ener\u0121ija te\u0127tie\u0121 trasformazzjoni ekonomika u so\u010bjetali komprensiva, li tinvolvi lis-setturi kollha tal-ekonomija u tas-so\u010bjet\u00e0 biex tinkiseb it-tran\u017cizzjoni lejn newtralit\u00e0 tal-klima sal-2050.", "Il-qafas tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija jag\u0127ti d-direzzjoni t-tajba lill-Ewropa biex issir ekonomija g\u0127anja, moderna, kompetittiva u newtrali g\u0127all-klima.", "Il-Kummissjoni Juncker da\u0127\u0127let fis-se\u0127\u0127 qafas le\u0121i\u017clattiv \u0121did g\u0127all-Unjoni tal-Ener\u0121ija.", "Bil-qafas le\u0121i\u017clattiv a\u0121\u0121ornat, l-UE baqg\u0127et fuq quddiem nett fl-azzjoni klimatika billi \u017ciedet il-livell ta' ambizzjoni tag\u0127ha g\u0127all-2030 f'g\u0127add ta' setturi relatati mal-ener\u0121ija, minn miri og\u0127la g\u0127all-ener\u0121ija rinnovabbli u l-effi\u010bjenza ener\u0121etika, g\u0127al miri dwar l-emissjonijiet mill-karozzi, mill-vannijiet u mit-trakkijiet.", "Minbarra l-qafas le\u0121i\u017clattiv il-\u0121did, il-Kummissjoni da\u0127\u0127let fis-se\u0127\u0127 qafas abilitattiv ta' mi\u017curi ta' appo\u0121\u0121 biex ti\u017cgura tran\u017cizzjoni bla xkiel g\u0127all-industriji, ir-re\u0121juni u l-bliet Ewropej.", "In\u0127olqu g\u0127add ta' inizjattivi mmirati biex ikun \u017cgurat li r-re\u0121juni u \u010b-\u010bittadini kollha jibbenefikaw indaqs mit-tran\u017cizzjoni tal-ener\u0121ija.", "Wa\u0127da minn dawn l-inizjattivi hi l-alleanza Ewropea tal-batteriji.", "Fil-kuntest ta' strate\u0121ija ta' politika industrijali msa\u0127\u0127a, l-industrija Ewropea tal-batteriji \u0121iet identifikata b\u0127ala katina tal-valur strate\u0121ika g\u0127all-UE.", "Flimkien mar-rapport tal-Unjoni tal-Ener\u0121ija hemm rapport separat dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni strate\u0121iku dwar il-batteriji.", "It-tieni Komunikazzjoni li \u0121iet ippubblikata llum tappella biex tissa\u0127\u0127a\u0127 ir-responsabbilt\u00e0 demokratika tal-pro\u010bess tat-te\u0127id tad-de\u010bi\u017cjonijiet skont it-Trattat Euratom.", "Il-Kummissjoni Ewropea se tistabbilixxi Grupp ta' Esperti ta' Livell G\u0127oli biex jevalwa l-istat attwali tat-Trattat Euratom \u0127alli ji\u0121i kkunsidrat kif, abba\u017ci tat-Trattat attwali, tista' titjieb ir-responsabbilt\u00e0 demokratika tieg\u0127u.", "Fl-istess komunikazzjoni, il-Kummissjoni titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jirriflettu fuq kif it-tassazzjoni fuq l-ener\u0121ija tista' tikkontribwixxi a\u0127jar g\u0127all-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-ener\u0121ija u l-klima, u kif it-te\u0127id tad-de\u010bi\u017cjonijiet b'votazzjoni ta' ma\u0121\u0121oranza kwalifikata (QMV) fost l-Istati Membri jista' jg\u0127in biex isir progress f'dan il-qasam.", "Din il-parti tal-\u0127idma hi msejsa fuq il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni g\u0127al tran\u017cizzjoni gradwali lejn it-te\u0127id tad-de\u010bi\u017cjonijiet b'votazzjoni ta' ma\u0121\u0121oranza kwalifikata fl-oqsma kollha tat-tassazzjoni, li \u0121ie ppubblikat l-ewwel darba f'Jannar.", "Iktar Informazzjoni:"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2016", "title": "Il-Futur tax-Xog\u0127ol: Konferenza ta' livell g\u0127oli tiddiskuti kif l-UE tista' tiffa\u010b\u010bja l-isfidi u ta\u0127taf l-opportunitajiet", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI,JOBGIC", "date": "Mon, 08 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-konferenza \u201cIl-Futur tax-Xog\u0127ol: Illum.", "G\u0127ada.", "G\u0127al Kul\u0127add\u201d, ospitata mill-Kummissjoni Ewropea, illum xprunat diskussjoni miftu\u0127a dwar il-bidliet ewlenin li qed ise\u0127\u0127u fid-dinja tax-xog\u0127ol.", "Fil-Konferenza ospitata mill-President Jean-Claude Juncker, il-Vi\u010bi President Valdis Dombrovskis u l-Kummissarju Thyssen, madwar 500 parte\u010bipant, fosthom Ministri, rappre\u017centanti mill-istituzzjonijiet u l-a\u0121enziji tal-UE, il-gvernijiet nazzjonali, s\u0127ab so\u010bjali, is-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili u d-dinja akkademika esploraw kif l-a\u0127jar jisfruttaw il-bidliet fid-dinja tax-xog\u0127ol g\u0127all-benefi\u010b\u010bju tal-\u0127addiema, in-negozji, is-so\u010bjet\u00e0 u l-ekonomija bl-istess mod.", "It-trasformazzjonijiet li qed ise\u0127\u0127u b'pass mg\u0127a\u0121\u0121el \u0121ieg\u0127lu lill-Unjoni Ewropea tie\u0127u azzjoni biex ti\u017cgura li l-politiki so\u010bjali u tal-impjiegi tal-Ewropa jibqg\u0127u adatti g\u0127ad-dinja tal-lum u ta' g\u0127ada.", "Bil-Proklamazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali, l-UE stabbilixxiet 20 prin\u010bipju u drittijiet essenzjali g\u0127al swieq tax-xog\u0127ol u sistemi ta' protezzjoni so\u010bjali \u0121usti u li jiffunzjonaw tajjeb fis-seklu 21.", "B\u0127alissa g\u0127addejja \u0127idma biex ti\u0121i \u017cgurata l-implimentazzjoni tag\u0127ha fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri.", "Il-Vi\u010bi President Valdis Dombrovskis qal: \u201cL-i\u017cvilupp teknolo\u0121iku mg\u0127a\u0121\u0121el u t-trasformazzjoni di\u0121itali g\u0127andhom il-potenzjal li j\u017cidu t-tkabbir ekonomiku.", "I\u017cda dan g\u0127andu jkun tkabbir inklu\u017civ - u l-qofol ta' dan huwa li l-Ewropa tibqa' fit-triq lejn \u017cieda fil-konver\u0121enza.", "Huwa billi nirb\u0127u l- \"ellieqa g\u0127at-telg\u0127a' li nistg\u0127u nsa\u0127\u0127u l-koe\u017cjoni ekonomika u so\u010bjali fl-UE .\u201d", "Il-Kummissarju Ewropew g\u0127all-Impjiegi, l-Affarijiet So\u010bjali, il-\u0126iliet u l-Mobbilt\u00e0 tal-\u0126addiema, Marianne Thyssen, enfasizzat: \u201cF'dinja tax-xog\u0127ol li qed tinbidel, ma nistg\u0127ux nistennew biss li n-nies ikunu lesti u jadattaw ru\u0127hom g\u0127all-bidla.", "A\u0127na, b\u0127ala dawk li jfasslu l-politika, g\u0127andna nadattaw ukoll l-istituzzjonijiet so\u010bjali, ir-regolamenti u s-sistemi edukattivi tag\u0127na biex jappo\u0121\u0121jaw lin-nies, sabiex in-nies ikunu kunfidenti dwar il-futur tag\u0127hom, u ta' wliedhom, f'dinja tax-xog\u0127ol \u0121dida wkoll.\u201d", "Messa\u0121\u0121i ewlenin", "Mid-diskussjonijiet \u0127ar\u0121u dawn il-g\u0127axar messa\u0121\u0121i ewlenin li \u0121ejjin:", "Kuntest", "Fid-9 ta' April 2019, il-Kummissjoni Ewropea ospitat konferenza ta' livell g\u0127oli dwar il-Futur tax-Xog\u0127ol.", "Fl-ispirtu tas-Summit So\u010bjali f'Gothenburg f'Novembru 2017, fejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni pproklamaw il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali, il-Konferenza tal-lum kellha l-g\u0127an li ssa\u0127\u0127a\u0127 ir-riflessjoni dwar id-dinja tax-xog\u0127ol futura, u kif se tiffa\u010b\u010bja l-isfidi u ta\u0127taf l-opportunitajiet li tista' \u0121\u0121ib mag\u0127ha.", "Matul il-konferenza, sitt sessjonijiet ta' breakout iffukaw fuq aspetti differenti tal-futur tax-xog\u0127ol: a) Trasformazzjoni \u0121usta: Inwasslu l-opportunitajiet tad-di\u0121italizzazzjoni lil kul\u0127add, b) Konver\u0121enza \u2018l fuq: L-impjiegi, il-koe\u017cjoni so\u010bjali u territorjali, c) Ir-responsabbilt\u00e0 globali: L-UE u x-xena internazzjonali, d) Aktar setg\u0127at lin-nies: Tran\u017cizzjonijiet ta\u010b-\u010biklu tal-\u0127ajja, edukazzjoni u sfidi tal-\u0127iliet, e) Protezzjoni u investiment: Nimmodernizzaw is-sistemi so\u010bjali, nag\u0127mluhom sostenibbli u inklu\u017civi, f) Nimmani\u0121\u0121jaw il-bidla: Governanza u S\u0127ubijiet.", "Jum qabel l-avveniment, il-Grupp ta' Livell G\u0127oli dwar l-impatt tat-trasformazzjoni di\u0121itali fuq is-swieq tax-xog\u0127ol tal-UE ppubblika r-rapport konklu\u017civ tieg\u0127u.", "Ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin jinkludu kontijiet ta' tag\u0127lim personali, intermedjarji tas-suq tax-xog\u0127ol biex jitnaqqsu d-diskrepanzi fil-\u0127iliet strutturali u l-protezzjoni so\u010bjali a\u010b\u010bessibbli indipendentement mill-istatus tal-impjieg.", "Il-President Martin Goods ippre\u017centa s-sejbiet tal-grupp lill-parte\u010bipanti.", "Din il-konferenza Ewropea ta' livell g\u0127oli saret qabel l-avveniment ta\u010b-\u010aentenarju tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xog\u0127ol (ILO) f'\u0120inevra f'\u0120unju, fejn id-diskussjoni dwar il-futur tax-xog\u0127ol se ti\u0121i segwita f'perspettiva globali.", "G\u0127al Aktar Informazzjoni", "Link g\u0127all-pa\u0121na tal-web tal-konferenza b'programm dettaljat u bil-video streaming", "Skeda informattiva: \u010aifri ewlenin dwar l-impjiegi", "Skeda informattiva: Il-Prijoritajiet So\u010bjali skont il-Kummissjoni Juncker", "Aktar skedi informattivi dwar diversi inizjattivi tal-Kummissjoni fil-qasam so\u010bjali jinstabu hawnhekk.", "Segwi lil Valdis Dombrovskis fuq Facebook u Twitter", "Segwi lil Marianne Thyssen fuq Facebook u Twitter", "Inkiteb biex tir\u010bievi bl-email u bla \u0127las il-bullettin tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impjiegi, l-affarijiet so\u010bjali u l-inklu\u017cjoni"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2018", "title": "L-Unjoni tas-Sigurt\u00e0: Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' l-adozzjoni finali tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali dwar \u010bittadini ta' pajji\u017ci terzi kkundannati.", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,CRIMLAW", "date": "Mon, 08 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kunsill illum approva b'mod finali l-proposta mill-Kummissjoni g\u0127all-\u0127olqien ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali rigward \u010bittadini ta' pajji\u017ci terzi li jkollhom kundanna.", "Din is-sistema \u010bentrali g\u0127andha l-g\u0127an li ttejjeb l-iskambju tal-informazzjoni dwar rekords kriminali rigward \u010bittadini mhux tal-UE, kif ukoll dawk apolidi, li jkunu \u0121ew ikkundannati permezz tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) e\u017cistenti.", "V\u0115ra Jourov\u00e1, il-Kummissarju g\u0127all-\u0120ustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi qalet: Bis-sistema l-\u0121dida l-awtoritajiet tal-infurzar tal-li\u0121i se jkunu jistg\u0127u aktar malajr u b'mod aktar fa\u010bli jindunaw b'\u010bittadini ta' pajji\u017ci terzi li jkunu \u0121ew pre\u010bedentement ikkundannati fl-UE, permezz ta' tiftixa sempli\u010bi f'ECRIS.", "Dan se jg\u0127in fit-titjib tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik \u0121udizzjarja biex tkun tista' ssir a\u0127jar il-\u0121lieda kontra l-kriminalit\u00e0 u t-terrorizmu madwar l-UE, biex l-Ewropa ssir post aktar sikur g\u0127a\u010b-\u010bittadini tag\u0127ha kollha.\u201d", "L-elementi ewlenin ta' ECRIS TCN", "Il-passi li jmiss", "Kif di\u0121\u00e0 \u0121ew adottati mill-Parlament Ewropew, ir-regoli l-\u0121odda se jid\u0127lu fis-se\u0127\u0127 fl-Istati Membri kollha mal-pubblikazzjoni fil-\u0120urnal Uffi\u010bjali fil-\u0121img\u0127at li \u0121ejjin.", "Qeg\u0127din isiru wkoll negozjati dwar le\u0121izlazzjoni addizzjonali proposta mill-Kummissjoni li permezz tag\u0127ha jkun possibbli wkoll li ti\u0121i kkonsultata l-ba\u017ci ta' data tal-ECRIS-TCN meta tintalab awtorizzazzjoni g\u0127all-ivvja\u0121\u0121ar g\u0127ad-d\u0127ul fl-UE (permezz tas-sistema ETIAS), fil-kunsiderazzjoni ta' applikazzjonijiet g\u0127all-vi\u017ci (permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Vi\u017ci), jew meta ti\u0121i investigata frodi konnessa mal-identit\u00e0.", "F'dawk il-ka\u017cijiet tkun disponibbli biss l-informazzjoni dwar l-identit\u00e0 ta' dawk ikkundannati g\u0127al atti kriminali serji jew terrorimu", "L-isfond", "ECRIS b\u0127alissa qieg\u0127da tintu\u017ca madwar tliet miljun darba fis-sena g\u0127all-iskambju ta' informazzjoni dwar kundanni kriminali pre\u010bedenti.", "F'madwar 30% tal-ka\u017cijiet meta tintalab informazzjoni dwar rekords kriminali, ting\u0127ata twe\u0121iba po\u017cittiva, li jfisser li ting\u0127ata informazzjoni dwar rekords kriminali attwali.", "Dan isir l-aktar fil-ka\u017c ta' pro\u010bedimenti kriminali.", "Madankollu, tista' tintu\u017ca wkoll g\u0127al skopijiet le\u0121ittimi o\u0127ra awtorizzati, b\u0127all-kisba ta' xi li\u010benzja g\u0127all-armi tan-nar, jew g\u0127al xi approvazzjoni g\u0127al \u0127idma mat-tfal.", "It-titjib ta' ECRIS g\u0127ar-rigward ta' \u010bittadini ta' pajji\u017ci terzi huwa parti mill-A\u0121enda Ewropea dwar is-Sigurt\u00e0.", "ECRIS-TCN hija wkoll parti mill-appro\u010b\u010b il-\u0121did imfisser mill-Kummissjoni Ewropea lejn \u0121estjoni tad-data dwar il-fruntieri u s-sigurta li permezz tag\u0127ha s-sistemi ta' informazzjoni \u010bentralizzati kollha tal-UE g\u0127all-\u0121estjoni tas-sigurt\u00e0, il-fruntieri u l-migrazzjoni jsiru interoperabbli fir-rispett s\u0127i\u0127 tad-drittijiet fundamentali.", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "ECRIS-TCN"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2048", "title": "Facebook jobdi t-talba tal-Kummissjoni Ewropea u tal-awtoritajiet tal-konsumaturi biex ibiddel it-termini u ji\u010b\u010bara kif ju\u017ca d-data tal-konsumaturi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=CONSUMPOL,JFRC", "date": "Mon, 08 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur laqg\u0127u t-termini u s-servizzi a\u0121\u0121ornati ta' Facebook.", "Issa dawn jispjegaw b'mod \u010bar kif il-kumpanija tu\u017ca d- data tal-utenti tag\u0127ha biex ti\u017cviluppa attivitajiet ta' tfassil ta' profili u reklamar immirat biex jiffinanzja l-kumpanija.", "It-termini l-\u0121odda jispjegaw liema servizzi mibjug\u0127a minn Facebook lil partijiet terzi ju\u017caw id-data tal-utenti tag\u0127hom, kif il-konsumaturi jistg\u0127u jag\u0127lqu l-kontijiet tag\u0127hom u g\u0127al liema ra\u0121unijiet il-kontijiet jistg\u0127u ji\u0121u di\u017cattivati.", "Dawn l-i\u017cviluppi \u0121ew wara skambji li kellhom l-g\u0127an li jwasslu biex l-informazzjoni dwar il-mudell kummer\u010bjali ta' Fa\u010bebook tkun a\u010b\u010bessibbli b'mod s\u0127i\u0127 g\u0127all-utentib'lingwa\u0121\u0121 sempli\u010bi u li jinftiehem.", "V\u011bra Jourov\u00e1, il-Kummissarju g\u0127all-\u0120ustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-\u0120eneri laqg\u0127et il-ftehim: \u201cFl-a\u0127\u0127ar illum Facebook wera l-impenn favur aktar trasparenza u lingwa\u0121\u0121 sempli\u010bi fit-termini tal-u\u017cu tieg\u0127u.", "Kumpanija li trid tre\u0121\u0121a' lura l-fidu\u010bja tal-konsumaturi wara l-iskandlu ta' Facebook/ Cambridge Analytica ma g\u0127andhiex tin\u0127eba wara lingwa\u0121\u0121 ikkumplikat u legalistiku dwar kif qieg\u0127da tag\u0127mel il-biljuni minn fuq dahar id-data tan-nies.", "Issa l-utenti se jkunu jistg\u0127u jifhmu b'mod \u010bar kif id-data tag\u0127hom qieg\u0127da tintu\u017ca min-netwerk so\u010bjali biex ibig\u0127 reklami mmirati.", "Permezz ta' \u0127idma id f'id l-awtoritajiet tal-konsumaturi u l-Kummissjoni Ewropea qeg\u0127din i\u0127arsu d-drittijiet tal-konsumaturi tal-UE.\u201d", "Wara l-iskandlu ta' Cambridge Analytica u b\u0127ala segwitu g\u0127all-investigazzjoni tal-pjattaformi tal-midja so\u010bjali fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tal-konsumatur talbu lil Facebook biex jinforma lill-konsumaturi b'mod \u010bar dwar minn fejn \u0121ej il-finanzjament tan-netwerk so\u010bjali u liema d\u0127ul jori\u0121ina mill-u\u017cu ta' data tal-konsumaturi.", "Talbu wkoll lill-pjattaforma biex tikkonforma l-bqija tat-termini ta' servizz tag\u0127ha mal-li\u0121i tal-Konsumatur tal-UE.", "B'ri\u017cultat ta' dan, Facebook se jintrodu\u010bi test \u0121did fit-Termini u s-Servizzi tieg\u0127u li jispjega li ma jitlobx \u0127las ming\u0127and l-utenti fir-rigward tas-servizzi li jag\u0127ti, i\u017cda jistenna li l-utenti jaqblu li jikkondividu d-data tag\u0127hom u li ji\u0121u esposti g\u0127al reklami kummer\u010bjali.", "Issa t-termini ta' Facebook se jispjegaw b'mod \u010bar li l-mudell kummer\u010bjali tieg\u0127u jiddependi fuq il-bejg\u0127 ta' servizzi ta' reklamar immirat lil kummer\u010bjanti permezz tal-u\u017cu ta' data mill-profili tal-utenti tieg\u0127u.", "Barra minn hekk, wara l-azzjoni ta' infurzar, Facebook emenda wkoll:", "- il-politika tieg\u0127u dwar il-limitazzjoni tar-responsabbilt\u00e0 u issa jirrikonoxxi r-responsabbilt\u00e0 tieg\u0127u f'ka\u017ci ta' negli\u0121enza, pere\u017cempju fil-ka\u017c li data ma tintu\u017cax sew minn partijiet terzi;", "- is-setg\u0127a tieg\u0127u li jibdel it-termini u l-kundizzjonijiet billi jirri\u017cervahom g\u0127al dawk il-ka\u017ci fejn it-tibdil ikun ra\u0121onevoli filwaqt li jqis ukoll l-interess tal-konsumatur;", "- ir-regoli dwar i\u017c-\u017camma temporanja tal-kontenut li jkun t\u0127assar mill-konsumaturi.", "Dan il-kontenut jista' jin\u017camm f'ka\u017ci spe\u010bifi\u010bi \u2013 pere\u017cempju g\u0127all-konformit\u00e0 ma' talba g\u0127al infurzar min-na\u0127a ta' awtorit\u00e0 \u2013 u g\u0127al massimu ta' 90 jum fil-ka\u017c ta' ra\u0121unijiet tekni\u010bi;", "- il-lingwa\u0121\u0121 li ji\u010b\u010bara d-dritt g\u0127al appell tal-utenti meta l-kontenut tag\u0127hom jitne\u0127\u0127a.", "Il-passi li jmiss", "Facebook se jiffinalizza l-implimentazzjoni tal-impenji kollha sa mhux aktar tard minn tmiem \u0120unju 2019.", "Il-Kummissjoni u n-netwerk ta' Kooperazzjoni g\u0127all-Protezzjoni tal-Konsumaturi se jwettqu monitora\u0121\u0121 mill-qrib tal-implimentazzjoni.", "Jekk Facebook ma jissodisfax l-impenji tieg\u0127u, l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur jistg\u0127u jidde\u010biedu li jirrikorru g\u0127al mi\u017curi ta' infurzar, fosthom sanzjonijiet.", "Kuntest", "Ir-Regolament tal-UE dwar il-Kooperazzjoni g\u0127all-Protezzjoni tal-Konsumaturi iservi b\u0127ala konnessjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur f'netwerk tal-infurzar pan-Ewropew.", "Abba\u017ci ta' dan, awtorit\u00e0 nazzjonali f'pajji\u017c tal-UE tista' titlob l-assistenza tal-kontroparti tag\u0127ha f'pajji\u017c ie\u0127or tal-UE biex twaqqaf ksur transfruntier tal-li\u0121i tal-UE g\u0127all-konsumaturi.", "In-Netwerk ta' Kooperazzjoni g\u0127all-Protezzjoni tal-Konsumaturi g\u0127amel valutazzjoni kon\u0121unta tat-termini ta' servizz ta' Facebook ta\u0127t il-koordinazzjoni tad-Direttorat \u0120enerali g\u0127all-Politika tal-Kompetizzjoni, l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Kontroll tal-Frodi Fran\u010bi\u017c (id-DGCCRF) u talab lill-kumpanija, kif ukoll lil Twitter u Google+ biex itejbu g\u0127add ta' termini kuntrattwali.", "G\u0127al iktar informazzjoni", "Skeda informattiva dwar il-bidliet implimentati minn Facebook", "Stqarrija g\u0127all-istampa dwar l-e\u017citu tal-azzjoni tal-midja so\u010bjali"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2055", "title": "Is-Summit bejn l-UE u \u010b-\u010aina: Ibbilan\u010bjar mill-\u0121did tas-s\u0127ubija strate\u0121ika", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HREXTRELS", "date": "Mon, 08 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-21 Summit bejn l-UE u \u010b-\u010aina se\u0127\u0127 fid-9 ta' April fi Brussell, u pprovda forum g\u0127al \u0127idma flimkien fl-og\u0127la livell u biex ti\u0121i avvanzata r-relazzjoni fir-rigward tal-a\u0121endi bilaterali u multilaterali.", "Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk irrappre\u017centaw lill-Unjoni Ewropea fis-Summit.", "Ir-Repubblika tal-Poplu ta\u010b-\u010aina kienet irrappre\u017centata mill-Premier Li Keqiang.", "Ir-Rappre\u017centant G\u0127oli tal-UE g\u0127all-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurt\u00e0/il-Vi\u010bi President tal-Kummissjoni Ewropea, Federica Mogherini, u l-Vi\u010bi President tal-Kummissjoni Ewropea g\u0127all-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittivit\u00e0, Jyrki Katainen, attendew is-Summit ukoll.", "\u201cFid-dinja tal-lum, is-s\u0127ubija tag\u0127na hija iktar importanti minn qatt qabel.", "A\u0127na g\u0127andna l-istess twemmin li meta na\u0127dmu flimkien nag\u0127mlu d-dinja post aktar b'sa\u0127\u0127tu, aktar sikur u aktar g\u0127ani\u201d, qal il-President Jean-Claude Juncker.", "\u201cB\u0127ala \u0127bieb tajbin, g\u0127andna nkunu onesti wkoll billi ng\u0127idu li g\u0127adu ma sarx bi\u017c\u017cejjed biex nimxu lejn relazzjoni ekonomika aktar bilan\u010bjata u re\u010biproka jew biex inwettqu l-impenji li saru fis-Summit tas-sena li g\u0127addiet f'Beijing, b'mod partikolari dwar il-kummer\u010b u l-investiment.", "L-Ewropa trid tinvesti aktar fi\u010b-\u010aina \u2013 u tag\u0127mel aktar kummer\u010b mag\u0127ha.", "I\u017cda biex dan ise\u0127\u0127 hemm b\u017conn li jkun hemm ir-regoli li jippermettu lill-kummer\u010b u l-investiment jevolvu.", "Irridu na\u0127dmu ma\u010b-\u010aina, g\u0127aliex nemmnu fil-potenzjal tas-s\u0127ubija tag\u0127na.\u201d", "Il-kummenti s\u0127a\u0127 tal-President Juncker waqt il-konferenza stampa kon\u0121unta ta' wara s-Summit huma disponibbli online.", "L-Unjoni Ewropea u \u010b-\u010aina \u0127ar\u0121u Dikjarazzjoni Kon\u0121unta tas-Summit.", "Appro\u010b\u010b tal-UE realistiku, assertiv u multidimensjonali", "Filwaqt li l-influwenza ekonomika u politika ta\u010b-\u010aina tag\u0127milha sie\u0127eb vitali g\u0127all-Unjoni Ewropea, kif ukoll vice versa, hemm apprezzament dejjem jikber fl-Ewropa li l-bilan\u010b tal-isfidi u l-opportunitajiet ippre\u017centati mi\u010b-\u010aina nbidel.", "F'konformit\u00e0 mal-Komunikazzjoni Kon\u0121unta dwar i\u010b-\u010aina tax-xahar li g\u0127adda u d-diskussjoni fost il-mexxejja tal-UE matul id-diskussjoni tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu, l-UE ssegwi appro\u010b\u010b realistiku u multidimensjonali bil-\u0127sieb li ji\u0121u \u017cgurati relazzjonijiet \u0121usti, bilan\u010bjati u ta' benefi\u010b\u010bju re\u010biproku.", "L-UE se ta\u0127dem g\u0127al relazzjoni ekonomika aktar bilan\u010bjata ma\u010b-\u010aina filwaqt li fl-istess \u0127in tfittex impenn akbar fi kwistjonijiet globali u multilaterali, inklu\u017ca r-riforma tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummer\u010b.", "Flimkien mad-Dikjarazzjoni Kon\u0121unta tas-Summit, li turi l-firxa u l-profondit\u00e0 tal-kooperazzjoni bejn l-UE u \u010b-\u010aina, intla\u0127aq qbil dwar g\u0127add ta' ri\u017cultati tan\u0121ibbli konkreti o\u0127ra waqt is-Summit, fosthom:", "I\u017c-\u017camma tas-sistema kummer\u010bjali internazzjonali bba\u017cata fuq ir-regoli u t-tis\u0127i\u0127 tal-kummer\u010b u l-investiment bilaterali", "Fis-Summit, l-UE u \u010b-\u010aina kkonfermaw l-appo\u0121\u0121 sod tag\u0127hom g\u0127as-sistema kummer\u010bjali multilaterali bba\u017cata fuq ir-regoli, trasparenti, nondiskriminatorja, miftu\u0127a u inklu\u017civa, bl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummer\u010b (WTO) fil-qalba tag\u0127ha.", "Filwaqt li jibnu fuq il-\u0127idma tal-grupp ta' \u0127idma kon\u0121unt dwar ir-riforma tad-WTO stabbilit fis-summit tas-sena li g\u0127addiet, se jintensifikaw id-diskussjonijiet bil-g\u0127an li jsa\u0127\u0127u r-regoli internazzjonali dwar is-sussidji industrijali.", "L-g\u0127an komuni ta' kooperazzjoni fil-kummer\u010b u l-investiment bilaterali bba\u017cata fuq prin\u010bipji kondivi\u017ci, inklu\u017c l-i\u017cgurar ta' kundizzjonijiet ekwi, kien wie\u0127ed mis-su\u0121\u0121etti ewlenin diskussi.", "L-UE u \u010b-\u010aina tennew ir-rieda tag\u0127hom li jipprovdu lil xulxin b'a\u010b\u010bess usa' u mhux diskriminatorju g\u0127as-suq.", "B'dan il-\u0127sieb, il-partijiet se ja\u0127dmu b'\u0127effa fuq numru ta' ostakli ewlenin g\u0127all-a\u010b\u010bess g\u0127as-suq qabel is-Summit li jmiss bejn l-UE u \u010b-\u010aina.", "Sar ukoll progress fin-negozjati li g\u0127addejjin dwar il-Ftehim ta' Investiment, li huwa prijorit\u00e0 ewlenija biex jin\u017camm ambjent tan-negozju miftu\u0127, prevedibbli, \u0121ust u trasparenti g\u0127all-investituri Ewropej u \u010aini\u017ci.", "Il-mexxejja impenjaw ru\u0127hom li jiksbu progress de\u010bi\u017civ biex jikkonkludu n-negozjati fl-2020.", "F'dan ir-rigward, huma stabbilixxew ukoll mekkani\u017cmu politiku biex jimmonitorjaw kontinwament il-progress fin-negozjati.", "Bi ftehim provi\u017corju mil\u0127uq dwar it-test tal-ftehim dwar l-Indikazzjonijiet \u0120eografi\u010bi (I\u0120) u dwar il-protezzjoni g\u0127all-ma\u0121\u0121oranza tal-ismijiet tal-I\u0120, il-Mexxejja impenjaw ru\u0127hom li ja\u0127dmu flimkien biex isolvu l-kwistjonijiet li fadal biex ji\u0121u konklu\u017ci n-negozjati fl-2019.", "L-UE u \u010b-\u010aina qablu li l-kapa\u010bit\u00e0 \u017cejda tal-azzar g\u0127adha sfida globali li te\u0127tie\u0121 reazzjonijiet kollettivi.", "G\u0127al dan il-g\u0127an, l-UE u \u010b-\u010aina se jkomplu l-komunikazzjoni fil-Forum Globali dwar il-Kapa\u010bit\u00e0 E\u010b\u010bessiva tal-Azzar, qabel ir-rapport sostantiv sa \u0120unju 2019.", "L-UE u \u010b-\u010aina ffirmaw Memorandum ta' Qbil dwar djalogu fil-qasam tal-Kontroll tal-G\u0127ajnuna mill-Istat u r-Rie\u017cami tal-Kompetizzjoni \u0120usta, li jikkonferma mill-\u0121did Memorandum ta' Qbil li \u0121ie ffirmat fl-2017.", "Id-djalogu dwar l-g\u0127ajnuna mill-Istat huwa mekkani\u017cmu ta' konsultazzjoni, kooperazzjoni u trasparenza bejn i\u010b-\u010aina u l-UE fil-qasam tal-kontroll tal-g\u0127ajnuna mill-Istat.", "Dan id-djalogu se jkompli jmexxi 'l quddiem l-interess re\u010biproku u l-\u0127idma kon\u0121unta tal-UE u ta\u010b-\u010aina g\u0127all-promozzjoni ta' kompetizzjoni globali \u0121usta.", "Huwa wkoll parti mill-istrate\u0121ija usa' tal-Kummissjoni sabiex tindirizza d-distorsjoni li l-politiki nazzjonali tas-sussidji jikkaw\u017caw fuq il-kundizzjonijiet globali ekwi li bihom il-kumpaniji jistg\u0127u jikkompetu fuq il-merti tag\u0127hom.", "Il-Ftehim dwar it-Termini ta' Referenza tad-Djalogu dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni bejn l-UE u \u010b-\u010aina, miftiehem ukoll illum, se jie\u0127u post \u017cew\u0121 dokumenti pre\u010bedenti ffirmati mill-UE u \u010b-\u010aina sabiex ji\u0121u ffa\u010bilitati talbiet g\u0127all-investigazzjoni ta' allegata m\u0121iba antikompetittiva.", "Il-Ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-UE u \u010b-\u010aina g\u0127andhom interess komuni li jimminimizzaw kull effett negattiv potenzjali tal-attivitajiet ta' infurzar fuq l-interessi ta' xulxin.", "Nindirizzaw l-isfidi globali u re\u0121jonali flimkien", "Lil hinn mill-kummer\u010b u l-investiment, i\u010b-\u010aina g\u0127andha r-responsabbilt\u00e0 li tikkontribwixxi g\u0127al ordni globali bba\u017cat fuq ir-regoli, li jista' jkun de\u010bi\u017civ biex ji\u017cgura rispons multilaterali effettiv g\u0127all-isfidi globali.", "Il-kooperazzjoni bejn l-UE u \u010b-\u010aina di\u0121\u00e0 wriet li hija kru\u010bjali, mill-\u0121lieda kontra t-tibdil fil-klima sas-sostenn g\u0127all-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Kon\u0121unt dwar il-programm nukleari tal-Iran.", "Wara d-Djalogu Strate\u0121iku ta' Livell G\u0127oli, kopresedut mir-Rappre\u017centant G\u0127oli/Vi\u010bi President, Federica Mogherini u l-Kunsillier tal-Istat \u010aini\u017c, Wang Yi, kif ukoll id-diskussjoni bejn il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE u l-Kunsillier tal-Istat Wang dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u \u010b-\u010aina fit-18 ta' Marzu, il-mexxejja organizzaw diskussjonijiet produttivi dwar il-kooperazzjoni barranija u tas-sigurt\u00e0 u s-sitwazzjoni fil-vi\u010binati rispettivi tag\u0127hom.", "Modi biex ti\u0121i appo\u0121\u0121jata soluzzjoni pa\u010bifika fuq il-Peni\u017cola Koreana; it-tkomplija ta' implimentazzjoni s\u0127i\u0127a u effettiva tal-ftehim nukleari mal-Iran; \u0127idma kon\u0121unta u koordinata fuq il-pro\u010bess ta' pa\u010bi fl-Afganistan; u s-sitwazzjoni fl-Ukraina kollha \u0121ew indirizzati.", "Il-mexxejja ddiskutew ukoll sfidi o\u0127ra barranin u ta' sigurt\u00e0, b\u0127al dawk fil-Venezwela u fl-Afrika.", "L-UE fakkret l-importanza tal-applikazzjoni tad-dritt internazzjonali u l-kooperazzjoni kontra attivitajiet \u010biberneti\u010bi malizzju\u017ci, inklu\u017c is-serq ta' proprjet\u00e0 intellettwali permezz tal-ICT, g\u0127al \u010biberspazju miftu\u0127, stabbli u sigur.", "Is-Summit irrikonoxxa wkoll li n-netwerks 5G se jipprovdu s-sinsla g\u0127all-i\u017cvilupp ekonomiku u so\u010bjali futur.", "Fis-26 ta' Marzu l-Kummissjoni rrakkomandat li meta jiskjeraw in-networks tal-5G l-Istati Membri kollha jwettqu valutazzjoni tar-riskju s\u0127i\u0127a u jie\u0127du l-mi\u017curi tas-sigurt\u00e0 xierqa.", "Ir-rakkomandazzjoni g\u0127andha wkoll l-g\u0127an li tibni appro\u010b\u010b koordinat tal-UE kemm g\u0127all-valutazzjoni kif ukoll g\u0127all-\u0121estjoni tar-riskju.", "Hija ma g\u0127andhiex fil-mira tag\u0127ha kumpaniji jew pajji\u017ci spe\u010bifi\u010bi.", "Il-protezzjoni u t-titjib tad-drittijiet tal-bniedem qeg\u0127din fil-qalba tal-Unjoni Ewropea u tas-s\u0127ubijiet globali tag\u0127ha u g\u0127alhekk il-Mexxejja indirizzaw ukoll kwistjonijiet b\u0127al dawn, \u0121img\u0127a wara li l-UE u \u010b-\u010aina kellhom l-a\u0127\u0127ar Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.", "Il-mexxejja ddiskutew il-potenzjal enormi biex ikomplu jg\u0127aqqdu l-Ewropa u l-Asja b'mod sostenibbli u bba\u017cat fuq il-prin\u010bipji tas-suq.", "Filwaqt li jibnu fuq ir-raba' laqg\u0127a tal-Pjattaforma ta' Konnettivit\u00e0 bejn l-UE u \u010b-\u010aina, li saret fil-mar\u0121ini tas-Summit, l-UE u \u010b-\u010aina e\u017caminaw modi biex jo\u0127olqu siner\u0121iji bejn l-appro\u010b\u010b tal-UE g\u0127all-konnettivit\u00e0, inklu\u017c in-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport, u l-Inizjattiva \u201cBelt and Road\u201d ta\u010b-\u010aina.", "Il-mexxejja impenjaw ru\u0127hom favur il-ftu\u0127, it-trasparenza u kundizzjonijiet ekwi fil-qasam tal-konnettivit\u00e0 infrastrutturali, kif ukoll l-implimentazzjoni, li tag\u0127ti benefi\u010b\u010bju re\u010biproku, tal-pro\u0121etti tal-Pjattaforma ta' Konnettivit\u00e0 bejn l-UE u \u010b-\u010aina.", "Il-mexxejja laqg\u0127u wkoll il-ftehim li ntla\u0127aq ta\u0127t il-Pjattaforma tal-Konnettivit\u00e0 dwar it-Termini ta' Referenza g\u0127al Studju Kon\u0121unt biex ji\u0121u identifikati l-aktar kurituri tat-trasport sostenibbli ibba\u017cati fuq il-ferrovija bejn l-Ewropa u \u010b-\u010aina.", "L-UE u \u010b-\u010aina jmexxu t-tran\u017cizzjoni lejn ener\u0121ija nadifa lejn l-il\u0127uq tal-g\u0127anijiet skont il-Ftehim ta' Pari\u0121i.", "Il-Kummissarju g\u0127all-Azzjoni Klimatika u l-Ener\u0121ija, Miguel Arias Ca\u00f1ete, u l-kontroparti \u010aini\u017c tieg\u0127u, Zhang Jianhua, l-Amministratur tal-A\u0121enzija Nazzjonali tal-Ener\u0121ija \u010aini\u017ca, iffirmaw, fil-mar\u0121ini tas-Summit, Dikjarazzjoni Kon\u0121unta dwar l-Implimentazzjoni tal-Kooperazzjoni bejn l-UE u \u010b-\u010aina dwar l-Ener\u0121ija li se tipprovdi qafas g\u0127all-approfondiment u l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-UE u \u010b-\u010aina fil-qasam tal-ener\u0121ija.", "Il-kooperazzjoni se tkopri l-espansjoni tas-sorsi tal-ener\u0121ija rinnovabbli, l-effi\u010bjenza ener\u0121etika, l-i\u017cvilupp ta' swieq u sistemi tal-ener\u0121ija, kif ukoll involviment akbar g\u0127all-kumpaniji fis-settur tal-ener\u0121ija bba\u017cat fuq skambju ugwali u opportunitajiet ta' negozju re\u010bipro\u010bi.", "G\u0127add ta' laqg\u0127at o\u0127ra ta' livell g\u0127oli se\u0127\u0127ew fil-mar\u0121ini tas-summit, inklu\u017c ir-Raba' Djalogu dwar il-Kooperazzjoni fl-Innovazzjoni, kopresedut minn Carlos Moedas, il-Kummissarju g\u0127ar-Ri\u010berka, ix-Xjenza u l-Innovazzjoni, u Wang Zhigang, il-Ministru \u010aini\u017c g\u0127ax-Xjenza u t-Teknolo\u0121ija.", "L-UE u \u010b-\u010aina se ji\u017cviluppaw pjan direzzjonali kon\u0121unt biex jarrikkixxu u jibbilan\u010bjaw il-kooperazzjoni fir-ri\u010berka u l-innovazzjoni, filwaqt li d-Djalogu ffoka wkoll fuq il-kundizzjonijiet qafas g\u0127all-kooperazzjoni, inklu\u017c il-ftu\u0127 re\u010biproku tal-programmi rispettivi tar-ri\u010berka u innovazzjoni.", "Id-Djalogu dwar il-Politika Re\u0121jonali u Urbana, kopresedut mill-Kummissarju g\u0127all-Politika Re\u0121jonali, Corina Cre\u021bu, u l-Vi\u010bi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali g\u0127all-I\u017cvilupp u r-Riforma, Luo Wen, se jsir g\u0127ada.", "Huma se jiddiskutu modi biex titkabbar il-kooperazzjoni li tinsab g\u0127addejja g\u0127all-innovazzjoni, l-appo\u0121\u0121 g\u0127an-negozji \u0121odda u n-negozji \u017cg\u0127ar u ta' daqs medju, kif ukoll it-tran\u017cizzjoni industrijali.", "G\u0127al dan il-g\u0127an, l-UE u \u010b-\u010aina dalwaqt se jniedu studju kon\u0121unt li jqabbel l-appro\u010b\u010b tal-UE g\u0127all-innovazzjoni re\u0121jonali (\u201cspe\u010bjalizzazzjoni intelli\u0121enti\u201d) u l-istrate\u0121iji tal-innovazzjoni rilevanti mi\u010b-\u010aina, sabiex ji\u0121u identifikati oqsma ta' kooperazzjoni futura f'dan il-qasam.", "Aktar informazzjoni", "Dikjarazzjoni kon\u0121unta wara l-21 Summit bejn l-UE u \u010b-\u010aina", "Kummenti tal-President Jean-Claude Juncker fil-konferenza stampa wara l-21 Summit bejn l-UE u \u010b-\u010aina", "Is-sit web tas-Summit bejn l-UE u \u010b-\u010aina", "Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u \u010b-\u010aina", "Is-sit web tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea g\u0127a\u010b-\u010aina"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1893", "title": "Intelli\u0121enza artifi\u010bjali: Il-Kummissjoni tmexxi 'l quddiem il-\u0127idma tag\u0127ha fuq il-linji gwida dwar l-etika", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Sun, 07 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum qed tippre\u017centa l-passi li jmiss biex tinbena l-fidu\u010bja fl-intelli\u0121enza artifi\u010bjali billi tmexxi 'l quddiem il-\u0127idma tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell G\u0127oli.", "Filwaqt li tibni fuq il-\u0127idma tal-grupp ta' esperti indipendenti ma\u0127tura f'\u0120unju 2018, il-Kummissjoni llum qed tniedi fa\u017ci pilota biex ti\u017cgura li l-linji gwida dwar l-etika g\u0127all-i\u017cvilupp u l-u\u017cu tal-Intelli\u0121enza Artifi\u010bjali (IA) ikunu jistg\u0127u ji\u0121u implimentati fil-prattika.", "Il-Kummissjoni tistieden lill-industrija, lill-istituti ta' ri\u010berka u lill-awtoritajiet pubbli\u010bi biex jittestjaw il-lista ta' valutazzjoni dettaljata abbozzata mill-Grupp ta' Esperti ta' Livell G\u0127oli, li tikkomplementa l-linji gwida.", "Il-pjanijiet tal-lum jistg\u0127u ji\u0121u implimentati fi \u0127dan l-istrate\u0121ija tal-IA ppre\u017centata mill-Kummissjoni f'April 2018, li g\u0127andha l-g\u0127an li \u017c\u017cid l-investimenti pubbli\u010bi u privati g\u0127al mill-inqas \u20ac20 biljun fis-sena matul l-g\u0127axar snin li \u0121ejjin, billi tag\u0127mel aktar data disponibbli, trawwem it-talent u ti\u017cgura l-fidu\u010bja.", "Il-Vi\u010bi President g\u0127as-Suq Uniku Di\u0121itali Andrus Ansip qal: \u201cNapprezza l-\u0127idma tal-esperti indipendenti tag\u0127na.", "Id-dimensjoni etika tal-IA mhijiex xi \u0127a\u0121a ta' lussu jew xi \u0127a\u0121a \u017cejda.", "Huwa biss bil-fidu\u010bja li s-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na tkun tista' tibbenefika bis-s\u0127i\u0127 mit-teknolo\u0121iji.", "L-IA etika hija proposta fejn kul\u0127add jirba\u0127, li tista' ssir vanta\u0121\u0121 kompetittiv g\u0127all-Ewropa: li tkun il-mexxejja tal-IA \u010b\u010bentrata fuq il-bniedem li n-nies jistg\u0127u jafdaw.\u201d", "Il-Kummissarju g\u0127all-Ekonomija u s-So\u010bjet\u00e0 Di\u0121itali, Mariya Gabriel, \u017ciedet: \u201cIllum qed nie\u0127du pass importanti \u2018' quddiem lejn IA etika u sikura fl-UE.", "Issa g\u0127andna ba\u017ci soda bba\u017cata fuq il-valuri tal-UE li \u0121ejja wara impenn estensiv u kostruttiv minn \u0127afna partijiet ikkon\u010bernati inklu\u017ci n-negozji, l-akkademja u s-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili.", "Issa se nqieg\u0127du dawn ir-rekwi\u017citi fil-prattika u fl-istess \u0127in se nrawmu diskussjoni internazzjonali dwar l-IA \u010b\u010bentrata fuq il-bniedem.\u201d", "L-intelli\u0121enza artifi\u010bjali (IA) tista' tkun ta' benefi\u010b\u010bju g\u0127al firxa wiesg\u0127a ta' setturi, b\u0127all-kura tas-sa\u0127\u0127a, il-konsum tal-ener\u0121ija, is-sikurezza tal-karozzi, il-biedja, it-tibdil fil-klima u l-\u0121estjoni tar-riskju finanzjarju.", "L-IA tista' tg\u0127in ukoll biex ji\u0121u identifikati theddidiet ta' frodi u ta' \u010bibersigurt\u00e0, u tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-li\u0121i ji\u0121\u0121ieldu l-kriminalit\u00e0 b'mod aktar effi\u010bjenti.", "Madankollu, l-IA \u0121\u0121ib ukoll sfidi \u0121odda g\u0127all-futur tax-xog\u0127ol, u tqajjem mistoqsijiet legali u eti\u010bi.", "Il-Kummissjoni qed tie\u0127u appro\u010b\u010b ta' tliet stadji: l-iffissar ta' rekwi\u017citi ewlenin g\u0127al IA affidabbli, it-tnedija ta' pro\u010bess pilota fuq skala kbira g\u0127all-feedback mill-partijiet ikkon\u010bernati, u l-\u0127idma g\u0127all-i\u017cvilupp ta' kunsens internazzjonali favur IA \u010b\u010bentrata fuq il-bniedem.", "1.", "Seba' affarijiet essenzjali g\u0127all-kisba ta' IA affidabbli", "Biex tkun affidabbli, jen\u0127tie\u0121 li l-IA tirrispetta l-li\u0121ijiet u r-regolamenti kollha applikabbli, kif ukoll serje ta' rekwi\u017citi; il-listi tal-valutazzjoni spe\u010bifi\u010bi g\u0127andhom l-g\u0127an li jg\u0127inu jivverifikaw l-applikazzjoni ta' kull wie\u0127ed mir-rekwi\u017citi ewlenin:", "2.", "Pro\u0121ett pilota fuq skala kbira mas-s\u0127ab", "Fis-sajf tal-2019, il-Kummissjoni se tniedi fa\u017ci pilota li tinvolvi firxa wiesg\u0127a ta' partijiet ikkon\u010bernati.", "Illum, il-kumpaniji, l-amministrazzjonijiet pubbli\u010bi u l-organizzazzjonijiet di\u0121\u00e0 jistg\u0127u jaderixxu mal-Alleanza Ewropea g\u0127all-IA u jir\u010bievu notifika meta tibda l-fa\u017ci pilota.", "Barra minn hekk, membri tal-grupp ta' esperti ta' livell g\u0127oli dwar l-IA se jg\u0127inu jippre\u017centaw u jispjegaw il-linji gwida lill-partijiet ikkon\u010bernati rilevanti fl-Istati Membri.", "3.", "\u017bvilupp ta' kunsens internazzjonali g\u0127al IA \u010b\u010bentrata fuq il-bniedem", "Il-Kummissjoni trid i\u0121\u0121ib dan l-appro\u010b\u010b lejn l-etika fl-IA g\u0127al-livell dinji g\u0127aliex it-teknolo\u0121iji, id-data u l-algoritmi ma jafu l-ebda fruntiera.", "G\u0127al dan il-g\u0127an, il-Kummissjoni se ssa\u0127\u0127a\u0127 il-kooperazzjoni ma' s\u0127ab li jaqsmu l-istess \u0127sieb b\u0127all-\u0120appun, il-Kanada jew Singapor u se tkompli jkollha rwol attiv f'diskussjonijiet u inizjattivi internazzjonali, inklu\u017ci l-G7 u l-G20.", "Il-fa\u017ci pilota se tinvolvi wkoll kumpaniji minn pajji\u017ci o\u0127ra u organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Passi li jmiss", "Il-membri tal-grupp ta' esperti tal-IA se jippre\u017centaw il-\u0127idma tag\u0127hom fid-dettall waqt it-tielet ,Jum Di\u0121itali fi Brussell fid-9 ta' April.", "Wara l-fa\u017ci pilota, fil-bidu tal-2020, il-grupp ta' esperti tal-IA se jirrevedi l-listi ta' valutazzjoni g\u0127ar-rekwi\u017citi ewlenin, filwaqt li jibni fuq ir-rispons li jkun ir\u010beva.", "Fuq il-ba\u017ci ta' din ir-revi\u017cjoni, il-Kummissjoni se tevalwa r-ri\u017cultat u tipproponi l-passi li jmiss.", "Barra minn hekk, sabiex ti\u017cgura l-i\u017cvilupp etiku tal-IA, sal-\u0127arifa tal-2019, il-Kummissjoni se: tniedi sett ta' netwerks ta' \u010bentri ta' e\u010b\u010bellenza fir-ri\u010berka dwar l-IA; tibda twaqqaf netwerks ta' \u010bentri ta' innovazzjoni di\u0121itali; u flimkien mal-Istati Membri u l-partijiet ikkon\u010bernati, se tniedi diskussjonijiet biex ji\u0121i \u017cviluppat u implimentat mudell g\u0127all-kondivi\u017cjoni tad-data u jsir l-a\u0127jar u\u017cu tal-ispazji komuni tad-data.", "Kuntest Il-Kummissjoni qed tiffa\u010bilita u ttejjeb il-kooperazzjoni fil-qasam tal-IA fl-UE kollha biex issa\u0127\u0127a\u0127 il-kompetittivit\u00e0 tag\u0127ha u biex ti\u017cgura l-fidu\u010bja bba\u017cata fuq il-valuri tal-UE.", "Wara l-istrate\u0121ija Ewropea dwar l-IA tag\u0127ha, ippubblikata f'April 2018, il-Kummissjoni waqqfet il-Grupp ta' Esperti ta' Livell G\u0127oli dwar l-IA, li jikkonsisti minn 52 espert indipendenti li jirrappre\u017centaw l-akkademi\u010bi, l-industrija u s-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili.", "Dawn ippubblikaw l-ewwel abbozz tal-linji gwida dwar l-etika f'Di\u010bembru 2018, segwit minn konsultazzjoni mal-partijiet ikkon\u010bernati u laqg\u0127at ma' rappre\u017centanti mill-Istati Membri biex ji\u0121bru l-feedback.", "Dan isegwi l-pjan ikkoordinat mal-Istati Membri biex jit\u0127e\u0121\u0121u l-i\u017cvilupp u l-u\u017cu tal-IA fl-Ewropa, li kien ippre\u017centat ukoll f'Di\u010bembru 2018.", "G\u0127al aktar informazzjoni", "Il-Komunikazzjoni: \u201cIl-bini tal-fidu\u010bja fl-intelli\u0121enza artifi\u010bjali \u010b\u010bentrata fuq il-bniedem\u201d", "Il-linji gwida dwar l-etika tal-IA", "Skeda informattiva dwar l-intelli\u0121enza artifi\u010bjali", "Il-Grupp ta' Esperti ta' Livell G\u0127oli dwar l-IA", "Alleanza Ewropea g\u0127all-IA", "Intelli\u0121enza Artifi\u010bjali: Perspettiva Ewropea", "AI Watch"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_3603", "title": "L-Unjoni Ewropea minn ta' quddiem fl-azzjonijiet globali favur governanza a\u0127jar tal-o\u010beani", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW,EEAS,DEVEL,MARAFFISH", "date": "Thu, 05 Oct 2017 22:00:00 GMT", "text": ["F'konferenza ospitata mill-Unjoni Ewropea f'Malta, \u0121ew impenjati aktar minn sitt biljun ewro minn atturi pubbli\u010bi u privati g\u0127at-titjib fil-\u0121estjoni tal-o\u010beani tag\u0127na.", "Waqt il-Konferenza \u201cOur Ocean 2017\u201d f'Malta, ospitata minn Federica Mogherini, ir-Rappre\u017centant G\u0127oli u Vi\u010bi President tal-UE, u minn Karmenu Vella, il-Kummissarju g\u0127all-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, il-Kummissjoni Ewropea \u0127abbret inizjattivi ffinanzjati mill-UE li jammontaw g\u0127al aktar minn \u20ac550 miljun, sabiex jaffrontaw l-isfidi tal-o\u010beani dinjija.", "L-impenji m\u0127abbra f'Malta, me\u0127uda mill-Kummissjoni u minn atturi pubbli\u010bi u privati o\u0127ra minn 112-il pajji\u017c madwar id-dinja, la\u0127qu 'l fuq minn \u20ac6 biljun.", "Dawn ir-ri\u017corsi se ji\u0121u investiti biex jintensifikaw il-\u0121lieda kontra t-tni\u0121\u0121is tal-ba\u0127ar, biex jitkabbru \u017c-\u017coni protetti, biex tissa\u0127\u0127a\u0127 is-sigurt\u00e0 tal-o\u010beani, biex jitrawmu inizjattivi tal-ekonomija blu u tas-sajd sostenibbli, u biex jitkattru l-isforzi tal-UE kontra t-tibdil fil-klima, bi qbil mal-Ftehim ta' Pari\u0121i u mal-G\u0127anijiet ta' \u017bvilupp Sostenibbli fil-qafas tal-A\u0121enda 2030.", "Il-parte\u010bipanti \u0127abbru wkoll il-\u0127olqien ta' \u017boni Protetti tal-Ba\u0127ar \u0121odda li jkopru iktar minn 2.5 miljun km2, jew iktar minn nofs id-daqs tal-Unjoni Ewropea kollha.", "Il-lista s\u0127i\u0127a ta' aktar minn 400 impenn (36 mill-UE, aktar minn 200 mill-gvernijiet ta' pajji\u017ci terzi, aktar minn 100 minn negozji, u o\u0127rajn minn NGOs, minn fondazzjonijiet, minn istituti tar-ri\u010berka u minn organizzazzjonijiet internazzjonali) hija disponibbli fuq l-internet.", "Frans Timmermans, l-ewwel Vi\u010bi President tal-Kummissjoni, stqarr: \u201cB'weg\u0127diet konkreti, il-Kummissjoni Ewropea wriet l-impenn qawwi tag\u0127ha favur is-sostenibbilt\u00e0, is-sigurt\u00e0 u l-prosperit\u00e0 tal-o\u010beani tag\u0127na.", "Jekk l-o\u010beani jinsabu f'periklu, ifisser li a\u0127na ninsabu f'periklu wkoll.", "L-o\u010beani jg\u0127ajxu l-pjaneta u l-popli tag\u0127na, u jikkollegawna ma' s\u0127abna mad-dinja kollha.\u201d", "Federica Mogherini, ir-Rappre\u017centant G\u0127oli u Vi\u010bi President tal-UE, qalet: \u201cIl-ba\u0127ar huwa \u0121id komuni globali.", "Nistg\u0127u ng\u0127idu \u201cOur Ocean\u201d g\u0127aliex jappartjeni g\u0127all-umanit\u00e0, g\u0127al kull bniedem.", "A\u0127na g\u0127andna r-responsabbilt\u00e0 li nikkonservaw il-\u0121id komuni \u2013 nikkonservawh b\u0127al te\u017cor u nevitaw li jinbidel f'theddida.", "L-Unjoni Ewropea temmen li dinja globalizzata te\u0127tie\u0121 governanza dinjija iktar kooperattiva.", "A\u0127na nemmnu fis-setg\u0127a tad-diplomazija u ninvestu fiha, nemmnu u ninvestu fis-setg\u0127a ta' regoli komuni u ta' istituzzjonijiet internazzjonali.", "U huwa diffi\u010bli, effettivament impossibbli, nimma\u0121inaw governanza dinjija ming\u0127ajr governanza kooperattiva tal-o\u010beani.", "Il-Kummissarju Karmenu Vella stqarr: \u201cTliet snin ilu, il-President Juncker talabni niddefinixxi r-rwol globali tal-UE fir-rigward tal-o\u010beani.", "Na\u0127seb li ksibna flimkien ir-ri\u017cultati mixtieqa.", "Il-politiki tag\u0127na fuq l-art, b\u0127all-impenn tag\u0127na favur l-ekonomija \u010birkolari u t-tnaqqis tal-iskart tal-plastik; kif ukoll fuq il-ba\u0127ar, kontra t-tni\u0121\u0121is tal-ba\u0127ar, favur i\u017c-\u017coni protetti, u l-isfruttar tal-ener\u0121ija nadifa mill-o\u010beani huma turija \u010bara tas-su\u010b\u010bess tag\u0127na.", "L-Unjoni Ewropea qieg\u0127da tikseb ir-rispett u qieg\u0127da tnebba\u0127 l-azzjoni mal-pjaneta kollha.\u201d", "Il-Kummissarju Neven Mimica stqarr: \u201cDawn il-jumejn taw ir-ri\u017cultati mixtieqa rigward l-impenji tag\u0127na fir-rigward tal-G\u0127anijiet ta' \u017bvilupp Sostenibbli g\u0127all-o\u010beani.", "Is-sajjieda fuq skala \u017cg\u0127ira mad-dinja kollha g\u0127andhom opportunitajiet a\u0127jar biex jistadu b'mod sikur, legali u sostenibbli.", "Il-ktajjen alimentari huma aktar siguri.", "I\u017c-\u017coni kostali huma aktar protetti.", "Qeg\u0127din nie\u0127du azzjoni fuq l-isfida tat-tibdil fil-klima.", "G\u0127al \u0127afna mill-pajji\u017ci s\u0127abna f'fa\u017ci ta' \u017cvilupp, il-governanza sostenibbli tal-o\u010beani hija kwistjoni ta' sopravvivenza.", "Fadlilna x'naqdfu, i\u017cda qed inba\u0127\u0127ru fid-direzzjoni t-tajba.\u201d", "Il-Konferenza \u201cOur Ocean\u201d laqqg\u0127et atturi pubbli\u010bi u privati minn sitt kontinenti, li impenjaw ru\u0127hom kollettivament fuq it-titjib tal-governanza tal-o\u010beani u l-u\u017cu sostenibbli tal-o\u010beani.", "L-impenji me\u0127uda mill-UE jmorru \u0127afna lil hinn mir-re\u0121jun \u0121eografiku tag\u0127ha, sabiex jappo\u0121\u0121jaw l-u\u017cu internazzjonali sostenibbli tal-o\u010beani fid-dinja kollha, b'enfasi partikulari fuq il-pajji\u017ci li qeg\u0127din ji\u017cviluppaw.", "G\u0127all-ewwel darba, il-Konferenza \u0121abret impenji sinifikanti mis-settur privat, inklu\u017c minn Airbus, Unilever, Procter & Gamble, PepsiCo, Marks & Spencer, Carrefour, Royal Caribbean Cruises, AXA u Sky fost l-o\u0127rajn.", "L-impenji se ji\u0121u ttra\u010b\u010bjati, u se ji\u0121u rappurtati fil-Konferenza \u201cOur Ocean\u201d li jmiss, li se tittella' fl-Indone\u017cja fl-2018.", "Kuntest", "Il-konferenzi \u201cOur Ocean\u201d pre\u010bedenti, ospitati mill-gvernijiet tal-Istati Uniti (2014, 2016) u ta\u010b-\u010ail\u00ec (2015), raw firxa wiesg\u0127a ta' impenji u biljuni ta' ewro mwieg\u0127da.", "Il-Konferenza \u201cOur Ocean 2017\u201d ittrattat it-temi ta\u017c-\u017coni protetti tal-ba\u0127ar, is-sajd sostenibbli, it-tni\u0121\u0121is tal-ba\u0127ar, u t-tibdil fil-klima.", "Din is-sena, il-Kummissjoni da\u0127\u0127let it-temi tal-ekonomija blu u tas-sigurt\u00e0 marittima.", "Il-konferenza \u201cOur Ocean\u201d wasslet biex parte\u010bipanti mid-dinja kollha \u0127adu impenji sinifikanti.", "B'enfasi fuq impenn, s\u0127ubija u azzjoni ta' livell g\u0127oli, l-UE tkompli tmexxi sforzi internazzjonali o\u0127ra, fosthom l-il\u0127uq tal-G\u0127anijiet ta' \u017bvilupp Sostenibbli fil-qafas tal-A\u0121enda 2030.", "Il-konferenza tikkomplementa wkoll l-inizjattiva tal-UE g\u0127all-governanza internazzjonali tal-o\u010beani, li fasslet a\u0121enda g\u0127all-\u0121ejjieni tal-o\u010beani madwar id-dinja, bil-proposta ta' 50 azzjoni konkreta.", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "Is-sit web ta' Our Ocean 2017", "Skeda informattiva: L-UE minn ta' quddiem b'azzjoni ambizzju\u017ca g\u0127al ib\u0127ra aktar nodfa u aktar sikuri", "MEMO: L-Unjoni Ewropea ti\u0121\u0121enera azzjoni globali g\u0127all-o\u010beani tag\u0127na"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_17_3604", "title": "L-Unjoni Ewropea ti\u0121\u0121enera azzjoni globali g\u0127all-o\u010beani tag\u0127na", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW,EEAS,DEVEL,MARAFFISH", "date": "Thu, 05 Oct 2017 22:00:00 GMT", "text": ["F'konferenza ospitata mill-UE f'Malta, t\u0127abbar l-impenn ta' aktar minn sitt biljun ewro minn atturi pubbli\u010bi u privati sabiex ikun hemm \u0121estjoni a\u0127jar ta' 70 % tal-pjaneta \u2013 l-o\u010beani tag\u0127na.", "L-o\u010beani jkopru iktar minn 70 % tal-pjaneta.", "Jipprodu\u010bu l-bi\u010b\u010ba l-kbira mill-ossi\u0121nu li minnu ni\u0121bdu n-nifs, u jassorbu 30 % mill-karbonju li nemettu.", "Fid-dinja kollha, tliet biljun ru\u0127 jiddependu fuq l-o\u010beani g\u0127all-g\u0127ajxien tag\u0127hom.", "Biljun ru\u0127 iserr\u0127u fuq l-ikel mill-ba\u0127ar b\u0127ala s-sors ewlieni tag\u0127hom ta' proteina tal-annimali.", "I\u017cda hemm g\u0127ad ta' theddidiet g\u0127all-o\u010beani, fosthom it-tni\u0121\u0121is, it-tibdil fil-klima, is-sajd e\u010b\u010bessiv, u l-attivitajiet kriminali fuq il-ba\u0127ar.", "Il-konferenzi \u201cOur Ocean\u201d huma twe\u0121iba g\u0127al dawn l-isfidi li kulma jmur qed jikbru.", "Bi t\u0127ejjija g\u0127all-konferenza ta' din is-sena, l-UE ilha ta\u0127dem b'su\u010b\u010bess mal-gvernijiet, ma' kumpaniji privati u ma' organizzazzjonijiet ming\u0127ajr skop ta' qlig\u0127 minn firxa wiesg\u0127a ta' setturi, bil-g\u0127an li t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 impenji ambizzju\u017ci ta' azzjoni u li jistg\u0127u jitkejlu, u li jvarjaw minn appro\u010b\u010bi \u017cg\u0127ar i\u017cda innovattivi u bi potenzjal kbir, g\u0127al pro\u0121etti globali fuq skala industrijali.", "E\u017cempji ta' impenji", "It-tni\u0121\u0121is tal-ba\u0127ar huwa problema kolossali, b'iktar minn 10 miljun tunnellata skart jispi\u010b\u010ba fil-ba\u0127ar kull sena.", "Hemm \u010bans li qabel l-2050, l-o\u010beani jkun fihom aktar plastik milli \u0127ut.", "Fost il-\u0127afna inizjattivi proposti fil-konferenza ospitata mill-UE, kien hemm dawn li \u0121ejjin:", "Il-\u0127arsien tal-ba\u0127ar - B\u0127alissa inqas minn 5 % ta\u017c-\u017coni marini u kostali fid-dinja jinsabu protetti bil-li\u0121i, u sa\u0127ansitra g\u0127al dawk il-5 % il-li\u0121i mhux dejjem ti\u0121i infurzata.", "Madankollu, ir-4a' konferenza \u201cOur Ocean\u201d \u0127olqot ritmu tajjeb u progress importanti lejn il-mira tan-NU li sal-2020 ikunu protetti 10 % mill-o\u010beani dinjija.", "Is-sigurt\u00e0 marittima hija s-sies tal-kummer\u010b u tal-prosperit\u00e0 globali, i\u017cda tinsab mhedda \u2013 mid-di\u017castri naturali, mill-piraterija, mit-traffikar u mill-kunflitt armat.", "Il-konferenza mmexxija mill-UE meddet pass sinifikanti 'l quddiem lejn ib\u0127ra inqas perikolu\u017ci.", "Huwa mistenni li l-ekonomija blu sostenibbli tirdoppja sal-2030, mill-istima ta' \u20ac1.3 triljun tal-lum.", "L-UE \u017ciedet din it-tema mal-edizzjoni ta' din is-sena tal-konferenza \u201cOur Ocean\u201d, bil-g\u0127an li t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 siner\u0121iji iktar qawwijin bejn soluzzjonijiet sostenibbli u \u010birkolari g\u0127all-o\u010beani, tkabbir ekonomiku u impjieg, inklu\u017c f'komunitajiet kostali f'fa\u017ci ta' \u017cvilupp.", "Is-sajd sostenibbli huwa prerekwi\u017cit g\u0127all-a\u010b\u010bess kontinwu g\u0127al ikel mill-ba\u0127ar suffi\u010bjenti u bnin g\u0127all-\u0121enerazzjonijiet li \u0121ejjin.", "It-tibdil fil-klima g\u0127andu konsegwenzi diretti g\u0127all-a\u0127\u0127ar g\u0127all-o\u010beani, fost l-iktar allarmanti minnhom il-livelli tal-ba\u0127ar dejjem telg\u0127in u l-a\u010bidifikazzjoni li kulma jmur qed ti\u017cdied.", "L-impenji kollha f'din il-lista huma biss e\u017cempji.", "Il-lista s\u0127i\u0127a tal-impenji li saru matul il-konferenza \u201cOur Ocean\u201d tal-2017 tinsab hawn.", "Kuntest", "Mill-2014 'il quddiem, parte\u010bipanti ta' livell g\u0127oli ta' aktar minn [100] pajji\u017c attendew il-konferenzi \u201cOur Ocean\u201d (ospitati mill-Gvernijiet tal-Istati Uniti fl-2014 u fl-2016, ta\u010b-\u010ail\u00ec fl-2015, u din is-sena mill-Unjoni Ewropea f'Malta), fosthom Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern u ministri, u kumpaniji li jvarjaw mill-industrija l-kbira tas-sajd sas-settur tas-sajd tradizzjonali, kif ukoll kumpaniji teknolo\u0121i\u010bi minn Silicon Valley, NGOs u organizzazzjonijiet filantropi\u010bi.", "Dawn il-parte\u010bipanti \u0127abbru 'l fuq minn 700 impenn konkret u li jista' jitkejjel u ji\u0121i ttra\u010b\u010bjat.", "Il-konferenza tas-sena d-die\u0127la se tkun ospitata mill-Indone\u017cja, u dik tal-2019 min-Norve\u0121ja.", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "Is-sit web u xandira diretta ta' Our Ocean 2017", "L-impenji ta' Our Ocean 2017", "I\u010b-\u010bentru tal-midja ta' Our Ocean 2017 (e\u017c. b'infografiki dwar it-temi kollha ta' \u201cOur Ocean\u201d).", "Skeda informattiva: L-UE minn ta' quddiem b'azzjoni ambizzju\u017ca g\u0127al ib\u0127ra aktar nodfa u aktar sikuri"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_3585", "title": "Il-Kummissjoni tadotta inizjattiva li tag\u0127tu spinta lill-apprendistati fl-Ewropa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=EURSO,JOBGIC,ESAI", "date": "Wed, 04 Oct 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tadotta inizjattiva li tag\u0127tu spinta lill-apprendistati fl-Ewropa", "Illum il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta g\u0127al Qafas Ewropew g\u0127al Apprendistati Effettivi u ta' Kwalit\u00e0.", "Din l-inizjattiva, fil-forma ta' Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, hija parti mill-A\u0121enda l-\u0120dida g\u0127all-\u0126iliet g\u0127all-Ewropa, imnedija f'\u0120unju 2016.", "Torbot ukoll mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali, li jipprevedi d-dritt g\u0127al edukazzjoni, ta\u0127ri\u0121 u tag\u0127lim tul il-\u0127ajja inklu\u017civi u ta' kwalit\u00e0.", "Abba\u017ci ta' konsultazzjoni wiesg\u0127a, Ir-rakkomandazzjoni tidentifika 14-il kriterju ewlieni li l-Istati Membri u l-partijiet ikkon\u010bernati g\u0127andhom ju\u017caw biex ji\u017cviluppaw apprendistati effettivi u ta' kwalit\u00e0.", "Din l-inizjattiva se tikkontribwixxi sabiex i\u017c\u017cid l-impjegabbilt\u00e0 u l-i\u017cvilupp personali tal-apprendisti u b'hekk se tikkontribwixxi g\u0127al forza tax-xog\u0127ol b'\u0127iliet spe\u010bjalizzati u kwalifikati reattivi g\u0127all-\u0127ti\u0121ijiet tas-suq tax-xog\u0127ol.", "Valdis Dombrovskis, il-Vi\u010bi President g\u0127all-Euro u d-Djalogu So\u010bjali, responsabbli mill-Istabbilt\u00e0 Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali: \"L-apprendistat huwa ta' spiss me\u0127tie\u0121 g\u0127al persuna \u017cag\u0127\u017cug\u0127a biex ting\u0127ata spinta lejn il-karriera tag\u0127ha.", "Illum qed no\u0127or\u0121u bi proposti biex inkomplu ntejbu din esperjenza ta' ta\u0127ri\u0121 ta' valur, u b'hekk jibbenefikaw minnha kemm l-istudenti kif ukoll l-impjegaturi.", "Filwaqt li nirrispettaw id-diversit\u00e0 tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-ta\u0127ri\u0121 fl-Istati Membri, l-g\u0127an a\u0127\u0127ari tag\u0127na huwa li ti\u0121i ffa\u010bilitata l-integrazzjoni ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fis-suq tax-xog\u0127ol.\u201d", "Jyrki Katainen, il-Vi\u010bi President tal-Kummissjoni Ewropea g\u0127all-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittivit\u00e0, qal: \u201cBil-provvediment ta' \u0127olqiet diretti bejn it-teorija u l-prattika, bejn l-edukazzjoni u s-suq tax-xog\u0127ol, l-apprendistati effettivi u ta' kwalit\u00e0 huma modi konkreti kif ng\u0127inu li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jid\u0127lu fid-dinja tax-xog\u0127ol u jkunu sodi f'\u0127ajjithom, filwaqt li jissa\u0127\u0127a\u0127 il-kapital uman tal-Ewropa.", "Dan min-na\u0127a tieg\u0127u huwa kru\u010bjali biex ting\u0127ata spinta lill-kompetittivit\u00e0 tas-so\u010bjetajiet u lill-ekonomiji tag\u0127na.\u201d", "Marianne Thyssen, il-Kummissarju g\u0127all-Impjiegi, l-Affarijiet So\u010bjali, il-\u0126iliet u l-Mobilit\u00e0 tal-\u0126addiema, qalet: \u201cIrridu ni\u017cguraw li \u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jitg\u0127allmu l-\u0127iliet li je\u0127tie\u0121u biex ja\u0127dmu.", "L-apprendistati huma l-\u2018Gold Standard' fl-edukazzjoni u t-ta\u0127ri\u0121 vokazzjonali.", "Tnejn minn tliet apprendisti ji\u0121u impjegati direttament wara li jispi\u010b\u010baw l-edukazzjoni tag\u0127hom.", "Bil-qafas il-\u0121did tal-lum, qed niddefinixxu dak li permezz tieg\u0127u l-apprendistati jibbrillaw.", "Ladarba ji\u0121i adottat, il-qafas se ji\u017cgura li kemm l-istudenti kif ukoll min i\u0127addem jibbenefikaw minn apprendistati ta' kwalit\u00e0.\u201d", "Li jevalwa l-kwalit\u00e0 u l-effika\u010bja ta' apprendistat, settijiet ta' Qafas propost mis-seba' kriterji tat-tag\u0127lim u l-kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol:", "(1) Kuntratt bil-miktub; (2) Ri\u017cultati tat-tag\u0127lim; (3) Appo\u0121\u0121 pedago\u0121iku; (4) Komponent tal-post tax-xog\u0127ol; (5) \u0126las u/jew kumpens; (6) Protezzjoni so\u010bjali; (7) Kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol, is-sa\u0127\u0127a u s-sikurezza.", "Il-Qafas jipproponi wkoll seba' kriterji g\u0127all-kundizzjonijiet ta' qafas:", "(8) Qafas regolatorju; (9) Involviment tas-s\u0127ab so\u010bjali; (10) Appo\u0121\u0121 g\u0127all-kumpaniji; (11) Mog\u0127dijiet flessibbli u mobilit\u00e0; (12) Gwida u sensibilizzazzjoni dwar il-karrieri; (13) Trasparenza; (14) Assigurazzjoni tal-kwalit\u00e0 u tra\u010b\u010bar tal-lawreati.", "Il-Kummissjoni tappo\u0121\u0121a l-implimentazzjoni ta' dawn il-kriterji permezz ta' finanzjament rilevanti tal-UE.", "Il-Fond So\u010bjali Ewropew wa\u0127du jikkontribwixxi sa EUR 27 biljun g\u0127all-edukazzjoni u t-ta\u0127ri\u0121, u l-UE tappo\u0121\u0121a wkoll l-apprendistati permezz ta' diversi strumenti o\u0127ra.", "L-Alleanza Ewropea g\u0127all-Apprendistati s'issa mmobilizzat aktar minn 750,000 post g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127.", "Skont il-Garanzija g\u0127a\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 di\u0121\u00e0 \u0121ew offruti mill-inqas 390,000 apprendistat, peress li l-apprendistat huwa wie\u0127ed mill-erba' g\u0127a\u017cliet li huma offruti li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 wara erba' xhur qieg\u0127da.", "Erasmus+ jappo\u0121\u0121a l-mobilit\u00e0 tal-apprendisti, inklu\u017ca inizjattiiva \u0121dida ta' ErasmusPro mmirata biex tappo\u0121\u0121a 50,000 kollokament ta' studenti vokazzjonali f'kumpaniji barra minn pajji\u017chom g\u0127all-perjodu 2018-2020.", "Hekk kif l-isforzi qed i\u0127allu l-frott tag\u0127hom bl-espansjoni tal-provvista tal-apprendistati, huwa importanti ferm li wie\u0127ed ikun jaf x'inhuma l-kriterji ta' su\u010b\u010bess.", "Dan huwa dak li jipprovdi l-Qafas il-\u0121did.", "Il-passi li jmiss", "Il-proposta se ti\u0121i diskussa mill-Istati Membri, bil-\u0127sieb li ti\u0121i adottata mill-Kunsill.", "Il-Kummissjoni qed t\u0127ejji sett \u0121did ta' servizzi ta' appo\u0121\u0121 biex jg\u0127inu lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkon\u010bernati jimplimentaw dan il-Qafas permezz ta' attivitajiet qsim ta' g\u0127arfien, netwerking u tag\u0127lim bejn il-pari.", "Din l-inizjattiva se ti\u0121i promossa wkoll permezz tal-Alleanza Ewropea g\u0127all-Apprendistati u l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni b\u0127all-\u0120img\u0127a Ewropea g\u0127all-\u0126iliet Vokazzjonali, li se tittella' g\u0127at-tieni sena bejn l-20 u l-24 ta' Novembru 2017.", "Kuntest", "L-apprendistati, li huma ta\u0127lita ta' tag\u0127lim fl-iskola u ta\u0127ri\u0121 fuq il-post tax-xog\u0127ol, jiffa\u010bilitaw it-tran\u017cizzjoni ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 mill-edukazzjoni u t-ta\u0127ri\u0121 g\u0127ax-xog\u0127ol.", "Illum, hemm madwar 3.7 miljun apprendistat fl-Ewropa.", "Dan jitqabbel ma' madwar 20 miljun student universitarju.", "Xi Stati Membri g\u0127andhom tradizzjoni twila \u0127afna u effettiva tal-apprendistati.", "O\u0127rajn g\u0127adhom qeg\u0127din fil-pro\u010bess li jistabbilixxu jew isa\u0127\u0127u s-sistemi tal-apprendistati tag\u0127hom.", "B'mod \u0121enerali, bejn 60 u 70% tal-apprendisti jid\u0127lu f'impjieg direttament wara l-apprendistat tag\u0127hom, u f'xi ka\u017cijiet din i\u010b-\u010bifra titla' g\u0127al 90%.", "Il-proposta g\u0127al Qafas Ewropew g\u0127al Apprendistati Effettivi u ta' Kwalit\u00e0 tikkontribwixxi g\u0127all-prijorit\u00e0 tal-UE dwar l-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment u tirrispetta d-diversit\u00e0 tas-sistemi nazzjonali.", "Hija tag\u0127mel parti mill-A\u0121enda l-\u0120dida g\u0127all-\u0126iliet g\u0127all-Ewropa u l-ambizzjoni tag\u0127ha li ttejjeb il-kwalit\u00e0 u r-relevanza tat-tiswir tal-\u0127iliet.", "Wa\u0127da mill-prijoritajiet hija li l-edukazzjoni u t-ta\u0127ri\u0121 vokazzjonali jsiru l-ewwel g\u0127a\u017cla \u0121enwina g\u0127al aktar nies.", "Qed titpo\u0121\u0121a enfasi partikolari fuq l-adozzjoni mill-SMEs, li f'\u0127afna pajji\u017ci rri\u017cultaw b\u0127ala fattur ewlieni ta' su\u010b\u010bess.", "Din il-proposta qed issir fil-kuntest tal-politika tad-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017, fejn il-mexxejja Ewropej wieg\u0127du li ja\u0127dmu lejn \u201cUnjoni fejn i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jir\u010bievu l-aqwa edukazzjoni u ta\u0127ri\u0121 u jistg\u0127u jistudjaw u jsibu impjiegi mal-kontinent kollu\u201d.", "L-inizjattiva tikkontribwixxi wkoll g\u0127at-twettiq tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet So\u010bjali, li b\u0127ala l-ewwel prin\u010bipju tieg\u0127u jiddikjara li kul\u0127add g\u0127andu d-dritt g\u0127al edukazzjoni, ta\u0127ri\u0121 u tag\u0127lim tul il-\u0127ajja inklu\u017civi u ta' kwalit\u00e0.", "L-inizjattiva proposta hi wkoll segwitu g\u0127all-Komunikazzjoni tal-2016 Ninvestu fi\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 tal-Ewropa, li fiha l-Kummissjoni \u0127abbret l-intenzjoni tag\u0127ha li tipproponi dan il-Qafas g\u0127all-Apprendistati.", "Barra minn hekk, din l-inizjattiva qed tkompli tibni fuq il-kontributi importanti tas-S\u0127ab So\u010bjali Ewropej.", "Din l-inizjattiva tikkomplementa l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex issa\u0127\u0127a\u0127 l-Edukazzjoni u t-Ta\u0127ri\u0121 Vokazzjonali (ETV), ji\u0121ifieri l-Qafas ta' Kwalit\u00e0 g\u0127at-Traineeships e\u017cistenti.", "Matul dawn l-a\u0127\u0127ar tliet snin, il-qg\u0127ad fost i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 naqas b'rata aktar mg\u0127a\u0121\u0121la mir-rata \u0121enerali tal-qg\u0127ad minn 21.4% fl-2014 g\u0127al 16.7%, i\u017cda din xorta g\u0127adha ferm og\u0127la mill-medja tal-UE (7.6% f'Awwissu 2017).", "Aktar informazzjoni", "Inizjattiva li tag\u0127tu spinta lill-apprendistati fl-Ewropa", "MEMO/17/3586: Mistoqsijiet u Twe\u0121ibiet", "Abbona g\u0127all-bulettin dwar l-impjiegi, l-affarijiet so\u010bjali u l-inklu\u017cjoni tal-Kummissjoni Ewropea mibg\u0127ut b'xejn bil-posta elettronika"]}
{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_17_3588", "title": "L-UE minn ta' quddiem b'azzjoni ambizzju\u017ca g\u0127al ib\u0127ra aktar nodfa u aktar sikuri", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW,EEAS,DEVEL,MARAFFISH", "date": "Wed, 04 Oct 2017 22:00:00 GMT", "text": ["L-UE minn ta' quddiem b'azzjoni ambizzju\u017ca g\u0127al ib\u0127ra aktar nodfa u aktar sikuri", "Fil-konferenza \u201cOur Ocean\u201d li g\u0127addejja b\u0127alissa f'Malta (il-5 u s-6 t'Ottubru), l-Unjoni Ewropea impenjat ru\u0127ha fuq 36 azzjoni tan\u0121ibbli favur ib\u0127ra aktar f'sa\u0127\u0127ithom, aktar nodfa, aktar sikuri u aktar siguri.", "L-impenji m\u0127abbra mill-UE, li jammontaw g\u0127al aktar minn \u20ac550 miljun u li jinvolvu attivitajiet mad-dinja kollha, jissottolinjaw id-determinazzjoni tal-UE biex ittejjeb is-sitwazzjoni tal-ib\u0127ra, kif ukoll biex tibg\u0127at sinjal po\u017cittiv ta' inkora\u0121\u0121iment lill-atturi tal-bqija tad-dinja \u2013 kemm il-gvernijiet u kemm is-settur privat \u2013 sabiex jie\u0127du passi biex jaffrontaw l-isfidi tal-o\u010beani li kulma jmur qed jikbru, fosthom it-tni\u0121\u0121is bil-plastik, il-protezzjoni tal-flora u l-fawna tal-ba\u0127ar, l-impatt tat-tibdil fil-klima, u l-attivitajiet kriminali fuq il-ba\u0127ar.", "Is-36 impenn tal-UE huma deskritti fid-dettall hawn isfel.", "Is-sigurt\u00e0 marittima hija s-sies tal-kummer\u010b u tal-prosperit\u00e0 globali, i\u017cda tinsab mhedda \u2013 mid-di\u017castri naturali, mill-piraterija, mit-traffikar u mill-kunflitti armati.", "Biex l-o\u010beani tag\u0127na jkunu aktar sikuri u aktar siguri, l-Unjoni Ewropea \u0127abbret:", "It-tni\u0121\u0121is tal-ba\u0127ar huwa problema kolossali, b'iktar minn 10 miljun tunnellata skart jispi\u010b\u010ba fil-ba\u0127ar kull sena.", "Hemm \u010bans li qabel l-2050, l-o\u010beani jkun fihom aktar plastik milli \u0127ut.", "Biex taffronta dawn l-isfidi, l-UE \u0127abbret:", "Huwa mistenni li l-ekonomija blu sostenibbli tirdoppja sal-2030, mill-istima ta' \u20ac1.3 triljun tal-lum.", "L-UE \u017ciedet din it-tema mal-edizzjoni ta' din is-sena tal-konferenza \u201cOur Ocean\u201d, bil-g\u0127an li t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 siner\u0121iji iktar qawwijin bejn soluzzjonijiet sostenibbli g\u0127all-o\u010beani, tkabbir ekonomiku, u l-\u0127olqien ta' impjiegi fil-komunitajiet kostali tad-dinja kollha.", "G\u0127al dan il-g\u0127an, l-UE \u0127abbret:", "It-tibdil fil-klima g\u0127andu konsegwenzi diretti g\u0127all-a\u0127\u0127ar g\u0127all-o\u010beani, fost l-iktar allarmanti minnhom il-livelli tal-ba\u0127ar dejjem telg\u0127in u l-a\u010bidifikazzjoni li kulma jmur qed ti\u017cdied.", "G\u0127al dawn ir-ra\u0121unijiet, l-Unjoni Ewropea \u0127abbret:", "Il-\u0127arsien tal-ba\u0127ar: Illum inqas minn 5 % ta\u017c-\u017coni tal-ba\u0127ar u kostali fid-dinja jinsabu protetti bil-li\u0121i, u xorta wa\u0127da, g\u0127al dawk il-5 % il-li\u0121i mhux dejjem ti\u0121i infurzata \u2013 u dan minkejja l-mira tan-Nazzjonijiet Uniti ta' protezzjoni ta' 10 % sal-2020.", "G\u0127al dawn ir-ra\u0121unijiet, l-Unjoni Ewropea \u0127abbret:", "Is-sajd sostenibbli huwa prerekwi\u017cit g\u0127all-a\u010b\u010bess kontinwu g\u0127al ikel mill-ba\u0127ar suffi\u010bjenti u bnin g\u0127all-\u0121enerazzjonijiet li \u0121ejjin.", "Sabiex ti\u017cgura sajd sostenibbli madwar id-dinja, l-UE \u0127abbret:", "G\u0127al aktar tag\u0127rif", "Is-sit web tal-Konferenza \u201cOur Ocean\u201d", "Ara x-xandira diretta tal-konferenza \u201cOur Ocean\u201d (disponibbli b'dawn il-lingwi: EN, FR, ES, CN, RU, AR)", "Ara x-xandira diretta tal-konferenza stampa tal-UE minn Malta (il-\u0120img\u0127a 6 t'Ottubru, fis-13:00 CET)", "* A\u0121\u0121ornat fis-6.10.2017, fis-13:00 bl-impenn pre\u010bi\u017c"]}