{"id": "23132", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23132", "title": "Daniel Sturridge", "text": ["Daniel Sturridge", "Daniel Sturridge huwa futboler Ingli\u017c.", "Fil-karriera tieg\u0127u lag\u0127ab ma' Manchester City, Chelsea, Bolton Wanderers, Liverpool, West Bromwich Albion u Trabzonspor."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23140", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23140", "title": "Gerry Zammit", "text": ["Gerry Zammit", "Gerry Zammit (1 ta' Awwissu, 1930 - 6 ta' Lulju 1961) kien figura prominenti fil-moviment Laburista tas-snin 50 u \u0127adem spalla ma' spalla mal-mexxejja tal-Partit Laburista fil-\u0121lieda g\u0127all-\u0127elsien ta' Malta.", "Kien fundatur u l-ewwel Segretarju ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 tal-Partit Laburista u aktar tard Segretarju tat-Taqsima Gvern tal-GWU.", "Kien wie\u0127ed minn dawk li mexxew l-istrajk nazzjonali ta' April 1958.", "Ta' dan serva sentenza ta' \u0127abs ftit qabel ma kellu jmur jistudja Oxford biex i\u0127ejji g\u0127al attivit\u00e0 ikbar b'ri\u017cq pajji\u017cu.Kien g\u0127adu Oxford meta l-marda tal-kan\u010ber qatlitu \u0127esrem fl-1961 fl-et\u00e0 ta' 30 sena ftit qabel ma miet ukoll il-\u0127abib kbir tieg\u0127u \u0120u\u017c\u00e8 Ellul Mercer.", "Gerry kien persuna \u0121eneru\u017ca u tip intellettwali li jaqra \u0127afna u dejjem bil-gazzetti jew kotba ta\u0127t dirg\u0127ajh.", "O\u0127tu \u0120u\u017ca tiddeskrivih b\u0127ala bravu \u0127afna i\u017cda ta' ftit kliem u fl-et\u00e0 ta' disa' snin \u0121ie l-ewwel fl-e\u017cami tal-Li\u010beo.", "\u0120or\u0121 Agius, \u0127abib ta' Gerry, li aktar tard sar Segretarju \u0120enerali tal-GWU, jiddeskrivih b\u0127ala bniedem mill-iktar simpatiku u leali li kull fejn kien dejjem impressjona bil-mod kif janalizza sitwazzjoni.", "Il-veteran Laburista Anton Cassar jg\u0127id li Gerry kien wie\u0127ed mill-avangwardja tal-partit u fost l-aktar motivati fl-ideali tax-xellug.", "F'dawk is-snin, Gerry Zammit kien jissemma b\u0127ala 'rising star' tal-Partit Laburista flimkien ma' nies b\u0127al Patrick Holland u Joe Micallef Stafrace u aktar tard Lorry Sant u Lino Spiteri, kollha \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 prominenti li bdew jitg\u0127abbew b'responsabbiltajiet kbar fi \u0127dan il-Moviment Laburista.", "Lino Spiteri jiddeskrivi l-'aura' madwar Gerry u jg\u0127id li kien jimpressjona lil Mintoff bl-argumenti tieg\u0127u.", "Richard Matrenza, li b\u0127al Gerry studja f'Ruskin College, kien ukoll Segretarju tat-Taqsima Gvern tal-GWU jiddeskrivi lil Gerry b\u0127ala \u017cag\u0127\u017cug\u0127 im\u0127ejji g\u0127at-tmexxija tal-moviment.", "Lino Cassar, li jfisser lil Gerry b\u0127ala so\u010bjalist pur, kien sar jafu meta kienu jistampaw il-gazzetta Is-Seb\u0127 f'Mayfair House.", "Aktar tard, kien mar i\u017curu l-isptar l-Ingilterra f'Di\u010bembru 1960.", "J. G. Vassallo, li wara l-isplit kien la\u0127aq Segretarju tal-Partit ta' Boffa, jiddeskrivih b\u0127ala 'fire brand' u agitatur li kien jifforma parti mill-'core group' ta' Mintoff.", "Effie Mifsud, li fis-snin 60 kien uffi\u010bjal tal-partit ta' Toni Pellegrini, jg\u0127id li titkellem ma' min titkellem, kul\u0127add jg\u0127idlek li Gerry kien stilla.", "Gerry Zammit beda l-\u0127idma tieg\u0127u mal-Partit Laburista ftit wara li sar l-'isplit' tal-Partit fl-1949.", "Mintoff kien \u0127a t-tmexxija tal-Partit filwaqt li l-ex-mexxej, it-tabib Pawlu Boffa, waqqaf partit ie\u0127or tal-\u0127addiema.", "Gerry kellu biss 19 il-sena u kien apprentist fit-tarzna.", "Kien f'dawk il-\u0121ranet li ntefa' b'sa\u0127\u0127a f'\u0127idma fi \u0127dan il-Partit.", "F'temp ta' ftit xhur kellu sehem ewlieni fit-twaqqif tal-Kumitat tal-Partit Laburista fil-G\u017cira, kif ukoll fit-twaqqif ta' l-G\u0127aqda ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 tal-Partit mag\u0127rufa b\u0127ala l-Labour League of Youth.", "Gerry beda jfittex Laburisti mill-G\u017cira li kienu ja\u0127dmu fid-Dockyard biex jing\u0127aqdu mieg\u0127u bil-\u0127sieb li jitwaqqaf l-ewwel Kumitat Laburista fil-G\u017cira.", "L-ewwel laqg\u0127a \u0121enerali tal-lokal saret nhar it-2 ta' Novembru 1949 u Gerry in\u0127atar l-ewwel segretarju.", "J.M. Baldacchino, li kien l-ewwel assistent segretarju u aktar tard sar segretarju flok Gerry, jirrakkonta kemm Gerry kien serju f'xog\u0127lu, tal-punt u tip li jimpenja ru\u0127u bil-kbir u li bil-\u0127idma tieg\u0127u po\u0121\u0121a lill-kumitat tal-G\u017cira fuq sisien sodi.", "Skont il-minuti tal-E\u017cekuttiv Nazzjonali tal-partit tat-3 ta' Ottubru 1950, Gerry Zammit bag\u0127at ittra li fiha ppropona g\u0127aqda ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fil-partit.", "Dom Mintoff irrisponda billi \u0127atar kummissjoni ta' tlieta minn nies biex i\u0127ejju pjan g\u0127at-twaqqif ta' l-g\u0127aqda.", "Din kienet tinkludi s-Segretarju \u0120enerali tal-Partit, Joe Attard Kingswell.", "L-E\u017cekuttiv tas-6 ta' Novembru 1950 idde\u010bieda favur il-proposta u \u0121iet imsej\u0127a laqg\u0127a g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 Laburisti fl-14 ta' Jannar, 1951 fil-Belt.", "Il-laqg\u0127a, li fiha kien approvat l-istatut ta' l-g\u0127aqda, kienet indirizzata mid-Deputat Mexxej tal-Partit, l-Avukat Joe Flores, li kien tefa' g\u0127ajnejh fuq Gerry u kien jinkoraggih \u0127afna.", "I\u010b-chairman tal-laqg\u0127a kien Danny Cremona.", "Din il-laqg\u0127a kienet irrapportata bi prominenza fil-gazzetta Is-Seb\u0127 tat-18 ta' Jannar li fiha wkoll deher avvi\u017c iffirmat minn Gerry Zammit fejn appella biex il-membri jibag\u0127tu nominazzjonijiet g\u0127all-karigi uffi\u010bjali ta' l-g\u0127aqda.", "Il-laqg\u0127a tkompliet fit-28 ta' Jannar b'diskors ta' Mintoff, li spjega kif mill-g\u0127aqda ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ried jinbena l-pedament sod biex il-Partit Laburista jissa\u0127\u0127a\u0127 fil-\u0121lieda g\u0127all-\u0127elsien mill-kolonjalizmu.", "Gerry in\u0127atar l-ewwel segretarju ta' l-g\u0127aqda.", "Aktar tard, Gerry Zammit serva wkoll fuq l-e\u017cekuttiv tal-Partit Laburista sakemm fl-1953 idde\u010bieda li jmur ja\u0127dem g\u0127al numru ta' snin l-Ingilterra.", "Baqa' l-Ingilterra sa 1957.", "\u0126adem ukoll g\u0127al perjodu twil imbarkat fuq il-merkantili bil-\u0127sieb li jevita l-lieva.", "F'dak il-perjodu, Gerry ivvja\u0121\u0121a \u0127afna madwar id-dinja, inklu\u017c fl-Asja u l-Awstralja.", "Yvonne Micallef Stafrace, l-ewwel mara impjegata mal-GWU, issemmi kif Gerry kien i\u0127obb jirrakkonta stejjer dwar il-vja\u0121\u0121i li kien jag\u0127mel, b'mod partikolari l-mod kif kien jimpressjonah il-faqar li kien jiltaqa' mieg\u0127u f'\u010bertu pajji\u017ci Asjatici.", "Fl-1957, fuq insistenza tal-mexxejja tal-moviment Laburista, Gerry \u0121ie lura Malta u g\u0127amel sena fil-kariga ta' Segretarju ta' Taqsima fil-GWU sakemm f'Settembru 1958 mar jistudja Oxford.", "Mill-Ingilterra baqa' jg\u0127in xorta wa\u0127da lill-partit u kien jirrappre\u017centa lill-Partit Laburista f'numru ta' laqg\u0127at internazzjonali.", "L-iktar wa\u0127da prominenti kienet f'Marzu tas-sena 1960 meta Gerry kien ing\u0127aqad mad-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-famu\u017ca 'Goodwill Mission' li mexxa Dom Mintoff fil-Lvant Nofsani qabel ma attendew il-Kunsill ta' l-Internazzjonali So\u010bjalista fl-I\u017crael.", "Ma' Gerry u Mintoff kienu marru Anton Buttigieg u \u0120u\u017c\u00e8 Cassar.", "Gerry Zammit sar Segretarju tat-Taqsima tal-Gvern tal-GWU f'Settembru 1957 flok J. C. Saliba.", "G\u0127alkemm dam biss sena f'din il-kariga la\u0127aq g\u0127amel impatt qawwi fuq il-\u0127idma tat-taqsima.", "Il-minuti tal-Kunsill tal-GWU ta' dik is-sena jag\u0127tu indikazzjoni \u010bara tad-dedikazzjoni li kellu Gerry g\u0127ax-xog\u0127ol ta' l-Union.", "Kien ikun fil-qalba ta' \u0127afna mill-inizjattivi li kienu jittie\u0127du.", "Matul dik is-sena Gerry kien \u0127a sehem prominenti fl-istrajk nazzjonali organizzat mill-GWU f'April 1958.", "Alfred Sant fil-ktieb tieg\u0127u '28 ta'April 1958 \u2013 il-\u0126ob\u017c u l-\u0126elsien' jispjega fid-dettal l-isfond tal-\u0121rajja.", "Il-protesta kontra l-Gvern Ingli\u017c saret g\u0127ax l-Ingli\u017ci naqsu milli jonoraw l-obbligazzjonijiet tag\u0127hom.", "Il-ktieb ta' Sant jikkonkludi li t-triq lejn il-\u0127elsien u n-newtralit\u00e0 kellha l-bidu tag\u0127ha fil-\u0121rajja tat-28 ta' April.", "Gerry kien wera kura\u0121\u0121 u inizjattiva kbira dak in-nhar u flimkien ma' uffi\u010bjali o\u0127rajn ta' l-union serva sentenza ta' \u0127abs fuq akku\u017ca ta' intimidazzjoni.", "Id-dettalji tal-pro\u010beduri fil-qorti kontra Gerry u s\u0127abu huma dokumentati fil-ktieb ta' Alfred Sant.", "Meta \u0127are\u0121 mill-\u0127abs fid-19 ta'Lulju, il-gazzetta The Torch \u0121abet rapport prominenti fil-fa\u010b\u010bata tag\u0127ha b'ritratt ta' Gerry imdawwar bl-uffi\u010bjali ta' l-Union, inklu\u017c is-Segretarju \u0120enerali Reggie Miller.", "It-titlu tar-rapport kien jg\u0127id Last of the \"Terrorists\" b'referenza g\u0127all-mod kif l-Ingli\u017ci kienu jirreferu g\u0127al dawk il-Maltin qalbiena li organizzaw l-istrajk nazzjonali.", "J.C. Saliba ja\u0127seb li Gerry kien jil\u0127aq Segretarju \u0120enerali ta' l-Union kieku spi\u010b\u010ba l-istudju l-Ingilterra, g\u0127ax il-membri tal-Kunsill tal-GWU kellhom fidu\u010bja kbira fih.", "Ftit wara li beda l-istudju f'Ruskin College Oxford, Gerry iltaqa' ma' Ann Johnson, li kienet studenta Ingli\u017ca tistudja fl-istess kulle\u0121\u0121.", "Kienu jistudjaw flimkien u jattendu diversi attivitajiet ta' l-Universit\u00e0.", "Ma damux ma saru \u0127bieb kbar u iktar tard inseparabbli.", "I\u017c\u017cew\u0121u Oxford fl-1960, meta di\u0121\u00e0 kienu bdew jidhru s-sinjali tal-mard f'Gerry u baqg\u0127et i\u017c\u017comm kunjomu sal-lum.", "Ann Zammit illum tg\u0127ix Franza, u g\u0127amlet karriera b\u0127ala ekonomista fil-qafas tal-Gnus Mag\u0127quda.", "Fis-snin 70 \u0127admet b\u0127ala konsulenta ekonomika mal-Gvern Malti.", "Ann g\u0127andha memorji \u010bari \u0127afna tas-sofferenzi li \u0121arrab Gerry fl-a\u0127\u0127ar xhur ta' \u0127ajtu.", "Tirrakkonta kif, minkejja l-ugiegh, Gerry baqa' juri kura\u0121\u0121 kbir fl-istudju tieg\u0127u.", "Wara li lestew id-diploma f'Ruskin College, Gerry beda kors ta' studju ie\u0127or f'Wadham College, Oxford.", "I\u017cda wara l-ewwel xahrejn, in\u0127akem mill-marda tal-kan\u010ber u baqa' jistudja mid-dar u mill-isptar.", "Kien imur jarah kull \u0121img\u0127a l-\u0127abib tieg\u0127u Frans Massa, li kien jg\u0127ix Londra u kien l-unika persuna apparti Ann li kien jaf bil-marda fatali li kien qieg\u0127ed i\u0121arrab.", "F'Marzu 1961, tliet xhur qabel miet, Gerry \u017car Malta g\u0127all-a\u0127\u0127ar darba flimkien ma' Ann.", "Kienu allo\u0121\u0121jati fil-villa tal-Perit Dom Mintoff, li mieg\u0127u Gerry kien jikkorrispondi regolari minn Oxford.", "Minn ftit wara li sar l-'isplit' tal-Partit Laburista fl-1949, Gerry kien reba\u0127 il-fidu\u010bja u l-kunfidenza ta' Mintoff u baqa' jg\u0127inu fil-\u0127idma tal-Partit sa l-a\u0127\u0127ar.", "Wara ftit \u0121ranet biss li kienu Malta, Gerry \u0127assu \u0127a\u017cin fir-residenza ta' Mintoff u kien ordnat mit-tabib tieg\u0127u biex jirritorna lura l-Ingilterra immedjatament biex jing\u0127ata medi\u010bina spe\u010bjali.", "Dak kellu jkun l-a\u0127\u0127ar vja\u0121\u0121 ta' Gerry.", "Kienet Ann Zammit li \u0121abet l-a\u0127bar tal-mewt tieg\u0127u li se\u0127\u0127et il-\u0126amis, 6 ta' Lulju.", "L-a\u0127bar \u0127asdet bil-kbir lill-Partit Laburista u lill-GWU.", "\u0126asdet iktar lill-familjari tieg\u0127u, li sa dak in-nhar kienu g\u0127adhom ma jafux bil-gravit\u00e0 tal-marda li kellu.", "Kien Gerry stess li ma xtaqhomx ikunu jafu biex ma jinkwetawx.", "Ann baqg\u0127et Malta matul dak is-sajf allo\u0121\u0121jata fir-residenza ta' Mintoff.", "G\u0127al Mintoff, it-telfa ta' Gerry kienet wa\u0127da mill-akbar g\u0127afsiet ta' qalb li \u0121arrab f'\u0127ajtu.", "Il-mewt ta' Gerry saret fi \u017cmien meta r-relazzjonijiet bejn il-partit u l-knisja kienu \u0127\u017ciena \u0127afna.", "F'dik is-sena l-e\u017cekuttiv kollu tal-partit ing\u0127ata l-interdett u Gerry innifsu, skond Ann, kien mhedded bl-istess interdett anke fuq is-sodda tal-mewt.", "Sa l-a\u0127\u0127ar Gerry baqa' ma \u010bediex il-prin\u010bipji Laburisti tieg\u0127u.", "Hu kien idde\u010bieda li wara mewtu, \u0121ismu jintu\u017ca g\u0127ar-ri\u010berka medika li g\u0127al dak i\u017c-\u017cmien kienet \u0127a\u0121a radikali u kontroversjali.", "Din ir-ri\u010berka damet sejra tmien xhur sa April tas-sena 1962.", "Ann tirrakkonta li sabuha diffi\u010bli biex Gerry jindifen kif xieraq f'Malta u g\u0127alhekk ittie\u0127det de\u010bi\u017cjoni li jindifen l-Ingilterra.", "B\u0127al James Dean, l-artist li kien jammira u li \u0127adem il-film 'Rebel without a cause', Gerry kien karizmatiku u spikka kemm g\u0127ax kien bniedem kapa\u010bi, kif ukoll g\u0127ax kellu \u0127ajja qasira.", "Gerry Zammit ukoll hu simbolu ribellu\u017c li kien ta' ispirazzjoni g\u0127al \u0127afna nies li \u0121ew warajh.", "Il-memorja ta' Gerry Zammit jixraq li ting\u0127ata qima minn kull min jg\u0127o\u017c\u017c il-valuri tal-\u0127elsien li g\u0127alihom tant i\u0121\u0121ieled b'dedikazzjoni."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23141", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23141", "title": "Santa Marija", "text": ["Santa Marija", "Id-devozzjoni lejn it-tlugh is-sema ta' Marija Santissima hija wahda li ghandha g\u0127eruq sodi u antiki f'Malta.", "L-istorja kompliet sawret avvenimenti mall-festi tal-Madonna li komplit ziedet id-devozzjoni lejn omm Alla.", "Dan narawh fit-tmienja ta' Settembru meta intrebah l-assedju l-kbir u fl-istess data naraw l-Italja cedit fit-tieni gwerra u ghalhekk kien ifisser li l-gwerra kienet spiccat ghall-Malta.", "Matul it-tieni gwerra kelna avveniment iehor li intrabat mad-devozzjoni li l-Maltin ghandhom ghall-Madonna.", "Dan kien meta fil-hmistax ta' Awissu kien dahal il-Konvoj ta' Santa Marija li kien ifisser is-salvazzjoni tal-Maltin.", "Meta inharsu lejn l-istorja naraw li skond it-tradizzjoni d-devozzjoni lejn il-Madonna bdiet sahansitra mall-migja ta' San Pawl fostna meta San Luqa li kien qieghed jivjagga ma' San Pawl kien nafragat mieghu fuq Malta.", "Jinghad li San Luqa li kien pittur kien pitter pittura tal-Madonna bil-Bambina li llum skond it-tradizzjoni tinsab fis-santwarju tal-Mellieha.", "Ghalkemm ma jezistux dokumenti li jikkonfermaw dan bill-miktub xorta din hija tradizzjoni qadima hafna li baqghet tigi tramandata minn generazzjoni ghall-ohra.", "Din id-devozzjoni tidher li kompliet tifjorixxi meta naraw li fost l-eqdem knejjes li nafu bihom f'pajjizna nsibu bosta minnhom iddedikati lill-Madonna bhall-Knisja tal-Lunzjata ta' Hal Millieri, Santa Marija ta' Hal Xluqq u ohrajn li kienu dig\u00e0 jezistu fil-Medjuevu.", "Meta nharsu lejn il-parrocci naraw li fost il-parrocci l-iktar qodma nsibu l-parrocca ta' Santa Marija ta' Bir Miftuh u ta' Santa Marija ta' Ghawdex insibu ukoll, it-twelid tal-Madonna tan-Naxxar.", "Wara dawn naraw parrocci ohra qodma bhall-Mosta, l-Qrendi, l-iMqabba, Hal Ghaxaq, H'Attard, Had Dingli, l-iMgarr, Malta u Haz-Zebbug, Ghawdex.", "Ma' dawn ta' min insemmu numru kbir ta' kappelli li nsibu f'l-irhula u fil-kampanja kollha iddedikati lil Santa Marija.", "Fit-toroq ta' l-irhula taghna u fil-pjazzez kwazi dejjem tara fi xbiha tat-Tlugh is-Sema ta' Marija Santissima.", "F'bosta minn dawn il-kappelli ghadna naraw li tigi organizzata festa ckejkna lil Santa Marija bhal nghidu ahna fil-Hamrun, fil-knisja tal-Madonna ta' Atocja, f'Hal Qormi, fil-knisja ta' Santa Marija tal-Hlas.", "F'Haz-Zebbug insibu l-festa ta' Santa Marija fill-kappella ta' Mamo.", "Ma' dawn imbaghad insibu kappelli ohrajn li fil-qedem kellhom xi tradizzjoni marbuta maghhom bhall-kappella ta' Santa Marija ta' Qrejca f'Hal Qormi li fil-qedem nhar il-15 ta' Awissu minnha kienu iqassmu laham mixwi lill-foqra.", "Meta nharsu lejn il-festa ta' Assunta naraw li din ma kinitx issir minn dejjem fil-15 ta' Awissu.", "San Glormu fil-martirologju tieghu nizzila biex tigi ccelebrata fit-18 ta' Jannar.", "Kien fi zmien l-Imperatur Maurizio fis-seklu VI li din il-festa bdiet tigi ccelebrata fil-15 ta' Awissu kif nafuha llum.", "Fil-qedem kien isirilha Ottavarju u kien obbligu s-sawm lejlietha.", "Fil-Mosta jidher li d-devozzjoni lejn Santa Marija hija wahda qadima hafna.", "Meta fis-sena 1436 l-Isqof Senatore de Mello li dig\u00e0 semmejna ghamel ir-rullo jew ahjar l-inventarju tad-djocesi ta' Malta u Ghawdex waqt il-vista pastorali tieghu nnota li fejn illum insibu l-Mosta kienet tghix kommunit\u00e0 li kellha knisja zghira ddedikata lit-Tlugh is-sema ta' Marija Santissima.", "Dan juri li n-nies li kienu jghixu f'l-inhawi fejn illum insibu l-Mosta kien ghazlu li jiddedikaw il-kappella li kellhom u li kienet taqdihom fil-bzonnijiet spiritwali taghhom lil Santa Marija Assunta.", "Il-Mostin komplew kabbru din id-devozzjoni u sahhewha meta bnew knisja ikbar.", "Dan wassal biex wara li l-popolazzjoni kompliet tikber dan ir-rahal sar parrocca.", "Il-festa ta' Santa Marija tibqa marbuta ma' pajjizna, l-iktar meta fil-gwerra, propju fil-15 ta' Awissu ta' l-1942 meta Malta kienet wasslet f'l-ahhar nifs matul il-gwerra li kien ilha li bdiet sa mill-1939.", "Il-provvisti kienu spiccaw u l-poplu kien qieghed ibati l-guh.", "Kien propju nhar il-festa ta' Santa Marija Assunta meta mill-bokka tal-port dehru dehlin xi vapuri li kienu jiffurma parti mill-konvoj li kien tela' xi jiem qabel minn Gibilt\u00e0 biex iwasslu l-munizzjoni biex Malta setghat tiddefendi ruhha u l-ikel tant mistenni mill-poplu li kien qieghed ibati l-guh.", "Dawn il-vapuri dahlu fil-port qalb id-daqq tal-qniepen u l-ferh tal-Maltin li xerrdu dmugh meta raw li kien proprju nhar il-festa ta' Santa Marija li kien ilhom iqimuha sa mill-qedem.", "Kellu jkun proprju f'din il-festa li Malta taghna giet salvata minn halq l-ghadu.", "Minn dik il-grajja 'l hawn il-Maltin baqghu dejjem jghozzu l-festa tat-Tlugh fis-Sema ta' Ommna Marija Santissima.", "Dan ir-rokkont ckejken juri kif id-devozzjoni lejn Santa Marija tnigzet mall-hajja tal-poplu Malti, li sa mill-bidu tal-fidi nisranija tieghu zamm lill-Madonna bhala ommu u protettura ta' pajjizna."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23143", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23143", "title": "Johnny Navarro", "text": ["Johnny Navarro", "Johnny Navarro (Valletta, 23 ta' Ottubru 1912 - 5 ta' Awwissu 1997) kien wie\u0127ed mill-aqwa atturi li qatt \u0127ar\u0121u minn Malta, li jibqa' mag\u0127\u00adruf g\u0127all-versatilit\u00e0 tieg\u0127u u l-kapa\u010bit\u00e0 kbira li kellu li b'\u0127ar\u00adsa biss jifqa' l-udjenza f'da\u0127ka jew f'bikja wa\u0127da.", "Bin Enrico Navar\u00adro u Pasqualina ne\u00e8 Cutajar, Johnny studja fl-iskola Umberto Primo u wara g\u0127adda g\u0127al Flores College fejn is-su\u0121\u0121ett preferut tieg\u0127u kien it-Taljan.", "B\u0127ala \u017cag\u0127\u017cug\u0127 kien membru attiv tal-Azzjoni Kattolika tal-Belt, imbag\u0127ad kien mid-\u0127la sew tas-Salesjani.", "Kien bnie\u00addem li j\u0127obb ix-xog\u0127ol u jie\u0127u kollox bis-serjet\u00e0, spe\u010bjalment fl-g\u0127ajnuna siewja li kien jag\u0127ti lill-missieru fin-negozju tieg\u0127u.", "Sa minn et\u00e0 \u017cg\u0127ira bdiet tit\u00adrawwem fih il-passjoni lejn il-palk, fejn fil-fatt \u0127a parti f're\u010b\u00adta fl-g\u0127aqda tal-Giovent\u00f9 Kattolika (tal-Pawlini) ta' 12-il sena.", "Sentejn wara \u0127a sehem fir-re\u010bta \"Il Ventaglio\" ta' Carlo Goldoni fit-Teatru Rjal, il-Belt u minn hemm ma waqaf qatt.", "\u0126adem \u0127afna operetti bl-Ingli\u017c b\u0127al \"Maid of the Mountains\" u anke bit-Taljan ta' Pirandello kif ukoll ta' Eduardo de Filippo.", "Johnny Navaro kellu karrie\u00adra twila ta' attur 'self-made' b'rappre\u017centazzjonijiet fuq il-palk f'diversi teatri f'Malta u G\u0127awdex, il-Kanada u l-Aws\u00adtralja.", "Fil-Manoel kellu \u0127afna 'plays' tqal u serji b\u0127al \"La Torre sul Pollaio\", \"Lo Sbaglio di essere vivo\" u \"Nina non Far La Stupida\".", "Minbarra dan, kellu wirjiet g\u0127all-emigranti Maltin fejn tela' jferra\u0127 lil \u0127utna Maltin u G\u0127awdxin tliet darbiet f'Syd\u00adney u f'Melbourne l-Awstralja, fi New York l-Istati Uniti u f'Ontario l-Kanada.", "Atturi li \u0127admu ma' John-ny Navarro jg\u0127idulek li kien jib\u00adril\u00adla fl-improvizzazzjoni.", "Skript li kien mejjet kien jag\u0127\u00adtih il-\u0127ajja u jag\u0127mlu aktar rikk.", "L-udjenza kienet f'idejh, tistenna xi qab\u017ca bla \u0127sieb minn fuq xi attur ie\u0127or jew g\u0127al fuqhom.", "Kien flessibbli u l-istatura tieg\u0127u kienet tg\u0127inu biex fi ftit mumenti kapa\u010bi jo\u0127loqlok paradossi billi jitg\u0127awwe\u0121, jaqbe\u017c u j\u010baqlaq \u0121ismu bl-aktar mod tad-da\u0127k.", "I\u017cda dan kollu kien jag\u0127mlu fit-teatru, mhux fit-triq jew id-dar.", "Kif kienet tispi\u010b\u010ba l-pro\u00adduzzjoni kien jo\u0127ro\u0121 is-Sur John Navarro.", "Peress li kien jag\u0127mel xog\u0127ol b\u0127ala awditur qatt ma kien i\u0127alli \u010b-\u010bajt jid\u0127ol fl-affarjiet serji b\u0127ax-xog\u0127ol tieg\u0127u.", "Johnny Navarro \u017c\u017cewwe\u0121 ftit wara l-mewt ta' missieru lil Maria Criscuoli hekk kif faqqg\u0127et it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Kellhom erba' wlied bniet \u2013 Gladys, Marlene, Marcelle u Valerie \u2013 u kienu joqog\u0127du fi Triq Dingli, Tas-Sliema.", "Fl-1990, John u Mary Navarro i\u010b\u010belebraw il-50 sena mi\u017c-\u017cwie\u0121 tag\u0127hom.", "Ftit snin wara mietet \u0127esrem il-mara u disa' xhur wara Malta tilfet wie\u0127ed mill-akbar atturi li qatt rat.", "Johnny Navarro miet fl-g\u0127omor ta' 84 sena."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23144", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23144", "title": "Johnny Catania", "text": ["Johnny Catania", "Johhny Catania (Msida, 23 ta' \u0120unju 1925 - 11 ta' Novembru 1991) kien attur u makjettista Malti.", "Bejn l-1941 u l-1964 \u0127adem b\u0127ala armament fitter fit-Tarzna.", "Fl-1945 huwa waqqaf il-kumpanija teatrali Stage Commandoes, u sena wara r-Radju Muskettieri.", "Bejn l-1956 u l-1964 mexxi diversi kuntesti ta' talent.", "Kien kummidjant ma\u0127bub minn \u0127afna u g\u0127amel wirjiet f'Londra, Toronto, San Francisco, New York, Melbourne u Sydney barra f'Malta.", "Fl-1964 huwa emigra lejn il-Kanada fejn \u0127adem bla heda g\u0127all-komunit\u00e0 Maltija u b'ri\u017cq id-Dar tal-Providenza.", "Huwa miet f'Windsor, Ontario, fl-g\u0127omor ta' 66 sena."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23147", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23147", "title": "Battalja ta' Verdun", "text": ["Battalja ta' Verdun", "Il-Battalja ta' Verdun li damet sejra g\u0127axar xhur kienet fost l-itwal battalji u b'telf enormi ta' suldati.", "Din il-battalja li bdiet fil-21 ta' Frar u damet sat-18 ta' Di\u010bembru tal-1916 se\u0127\u0127et madwar l-g\u0127oljiet ta' Verdun-sur-Muese fil-Grigal ta' Franza.", "Is-serje ta' \u0127ames battalji flimkien ma' numru kbir ta' taqbidiet kienu damu sejrin, sa mid-19 ta' Ottubru tal-1914 u kwa\u017ci bla waqfien sad-29 ta' April tal-1918, medda ta' tliet snin u nofs.", "G\u0127alhekk il-battalja ta' Verdun se\u0127\u0127et fl-istess waqt li l-battalja ta' Ypres kienet g\u0127addejja ming\u0127ajr waqfien.", "Il-\u0121lied madwar Vedrun kien mibdi mill-\u0120ermani\u017ci li \u0127asbu li l-Fran\u010bi\u017ci kienu se jirritaljaw.", "Il-Fran\u010bi\u017ci damu ma \u0127adu xi azzjoni g\u0127ax kienu jistennew ir-rinforzi u g\u0127alhekk il-\u0120ermani\u017ci tilfu \u017cmien ferm kru\u010bjali.", "Sas-6 ta' Marzu l-Fran\u010bi\u017ci kienu tqawwew hekk li l-isparar qawwi tal-\u0120ermani\u017ci ftit kel\u00adlu effett.", "Sad-29 ta' Marzu l-ar\u00adtillerija Fran\u010bi\u017ca bdiet b'bum\u00adbardament kontinwu fuq il-\u0120er\u00admani\u017ci li rri\u017culta f'\u0127afna mwiet fil-qawwiet \u0120ermani\u017ci.", "F'Mejju l-\u0120ermani\u017ci esten\u00addew l-assalt imma l-Fran\u010bi\u017ci ma \u010bedewx u da parti tag\u0127hom bdew attakk l-aktar a\u0127rax kontra l-Forti Douaumont.", "L-offensiva \u0120ermani\u017ca kompliet hekk li resqu sa erba' kilometri mi\u010b-\u010bittadella ta' Verdun.", "Sadanittant kienet bdiet il-battalja ta' Somme u l-\u0120ermani\u017ci kellhom i\u010baqilqu l-artillerija u s-suldati tag\u0127hom lejn dawk l-inhawi.", "Dan ifisser li fuq il-Front tal-Punent kienu g\u0127addejjin tliet battalji ferm kbar b'mod simultanju.", "Matul il-\u0121lied, bejn it-23 ta' \u0120unju u s-17 ta' Awwissu, Fleury kienet inbidlet 16-il darba minn idejn il-\u0120ermani\u017ci g\u0127al idejn il-Fran\u010bi\u017ci.", "L-offensiva \u0120ermani\u017ca kompliet titnaqqas min\u0127abba l-kampanja tas-Somme.", "F'Awwissu u Di\u010bembru kontra-offensivi Fran\u010bi\u017ci re\u0121g\u0127u akkwistaw i\u017c-\u017cona kollha li kienu tilfu matul il-\u0121lied u akkwistaw ta\u0127t idejhom il-Forti Douaumont u l-Forti Vaux.", "It-telf ta' \u0127ajjiet kien enormi.", "Huwa kkalkolat li l-Fran\u010bi\u017ci tilfu mal-515,000 suldat waqt li l-\u0120ermani\u017ci tilfu 461,000 suldati, total ta' 976,000 imwiet, jew a\u0127jar medja ta' 98,000 imwiet kull xahar li damet il-battalja.", "Il-Battalja ta' Verdun kellha importanza enormi g\u0127a\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at.", "Il-\u0120ermani\u017ci kienu ppjanaw li jikka\u0121unaw l-akbar ammont ta' mwiet fuq il-Fran\u010bi\u017ci, hekk li l-armata Fran\u010bi\u017ca kienet tikkrolla.", "Min-na\u0127a tal-Fran\u010bi\u017ci huma ma setg\u0127ux i\u010bedu, l-aktar meta kienu di\u0121\u00e0 tilfu \u0127afna eluf ta' suldati u Verdun kellha aspett ta' inkorra\u0121\u0121iment g\u0127all-moral tat-truppi.", "F'din il-battalja, b\u0127al f'\u0127afna o\u0127rajn, il-\u0120ermani\u017ci kienu wrew qilla fenomenali u l-iskop tag\u0127hom kien li jirb\u0127u indipendentament mill-imwiet tas-suldati.", "G\u0127all-Fran\u010bi\u017ci kienet battalja ta' qlubija u kura\u0121\u0121 fenominali.", "B'kollox kien hemm \u0127ames fa\u017cijiet.", "L-ewwel fa\u017ci kienet mill-21 ta' Frar sal-1 ta' Marzu tal-1916 u li kienet tikkonsisti minn \u017cew\u0121 taqbidiet li se\u0127\u0127ew matul Frar.", "It-tieni fa\u017ci damet sejra mis-6 ta' Marzu sal-15 ta' April u kienet tikkonsisti minn \u017cew\u0121 taqbidiet.", "It-tielet fa\u017ci kellha erba' taqbidiet li se\u0127\u0127ew bejn is-16 ta' April u l-1 ta' Lulju.", "Ir-raba' fa\u017ci wkoll kellha erba' taqbidiet li damu sejrin mill-1 ta' Lulju sas-17 ta' Di\u010bembru, 1916.", "L-a\u0127\u0127ar fa\u017ci, u l-aktar kru\u010bjali, se\u0127\u0127et mill-20 ta' Awwissu tal-1917 sas-7 ta' Settembru tal-1917.", "F'dik il-fa\u017ci \u0127adu sehem kemm ir-Raba' Armata Fran\u010bi\u017ca u wkoll l-Ewwel Armata tal-Istati Uniti min\u0127abba li sa dak i\u017c-\u017cmien l-Amerika kienet issie\u0127bet mal-Alleati.", "Flimkien, dawn attakkaw minn Moronvillers g\u0127al fuq ix-Xmara Meuse.", "Wara tliet sig\u0127at ta' bumbardament it-truppi Amerikani malajr \u0127atfu Malancourt, Bethincourt u Forges u sa nofsinhar tal-g\u0127ada komplew javvanzaw lejn Gercourt, Cuisy, u l-parti tan-Nofsinhar ta' Montfaucon u Cheppy.", "Il-\u0120ermani\u017ci g\u0127al xi \u017cmien irnexxielhom i\u017commu lill-Amerikani imma mbag\u0127ad tilfu Ivoiry u Epinon-Tille.", "Reb\u0127iet g\u0127all-Fran\u010bi\u017ci-Amerikani kienu jinkludu wkoll Brabant, Haumont, Bois d'Haumont u Bois des Caures.", "Sa Novembru l-forzi alleati \u0127atfu ta\u0127t idejhom madwar 20,000 pri\u0121unier, 150 kanun, 1,000 mortar u diversi eluf ta' machine guns.", "Il-\u0120ermani\u017ci bdew b'irtirata li baqg\u0127et sejra sal-armistizju.", "Din il-battalja ta' Verdun kienet fost l-aktar battalji qerrieda fl-istorja umana u estimi konservattivi jikkalkolaw li kwa\u017ci miljun suldat kienu tilfu \u0127ajjithom."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23148", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23148", "title": "Il-Waqfien mill-\u0120lied tal-Milied", "text": ["Il-Waqfien mill-\u0120lied tal-Milied", "Meta kien qorob l-ewwel Milied, is-suldati mi\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at bdew jag\u0127tu l-awguri lin-na\u0127a l-o\u0127ra.", "Kien ikun hemm \u0127afna kant u anki festini.", "L-atmosfera tant kienet saret pa\u010bifika, li xi suldati \u0127ar\u0121u mit-trun\u010bieri u ltaqg\u0127u fin-nofs jifir\u0127u b'xulxin.", "Anki kien hemm numru ta' log\u0127\u00adob tal-futbol.", "Sfortunatament il-Kmandanti ta\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at xejn ma g\u0127ogbithom dik il-\u0127biberija.", "Aktar minn hekk wara l-battalji mdemmijin tas-Somme u Verdun u wkoll bl-u\u017cu estensiv tal-gass velenu\u017c, l-ebda \u0127biberija jew im\u0127abba ma kienet te\u017cisti aktar.", "In-nuqqas ta' fidu\u010bja kienet \u0127raxet tant li g\u0127alkemm g\u0127all-bidu, i\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at kienu jit\u0127allew ji\u0121bru l-mejtin u l-feru\u00adti, aktar ma l-gwerra saret qalila u kattiva, il-feruti kienu jit\u0127allew imutu bla ebda g\u0127ajnuna waqt li l-mejtin kienu jispi\u010b\u010baw mg\u0127aff\u00ad\u0121in mit-tankijiet.", "B'dan kollu l-akbar ammont ta' \u0127in kien jit\u00adqatta bis-suldati g\u0127assa u jisparaw biss jekk jilm\u0127u lil xi \u0127add.", "Kien hemm numru ta' battaljuni, imma dawk rari kienu jkunu involuti fil-\u0121lied, sempli\u010biment xi attakk rari jew biex jiddefendu t-trun\u010bieri meta jkun hemm xi \u0127bit mill-avversarji.", "U\u0127ud mis-setturi kienu jiffa\u010b\u010b\u00adjaw \u0121lied kontinwu imma l-ma\u0121\u0121or parti tat-trun\u010bieri kienu pjuttost kwieti.", "B'dan kollu, l-ammont ta' mejtin f'dawk it-trun\u010bieri, kien di\u0121\u00e0 la\u0127aq xi 108,000.", "Kien biss wie\u0127ed minn kull tnejn li kien jer\u0121a' lura mit-trun\u010biera qawwi u s\u0127i\u0127, ming\u0127ajr ma jkun sofra xi ferita, jew g\u0127ar, ikun miet.", "Kull na\u0127a kienet torganizza attakki li b'dan kollu, avolja kie\u00adnu jse\u0127\u0127u matul il-lejl, kienu jirri\u017cultaw f'\u0127afna feruti u mejtin.", "Kull dominanza kienet tfis\u00adser telf kbir ta' \u0127ajjiet.", "Qabel kull attakk kien ikun hemm bumbardament qawwi bil-kanuni imma g\u0127alkemm dawk il-bumbardamenti kienu j\u0127ejju xi parti g\u0127all-attakk, fl-istess waqt kienu jservu b\u0127ala avvi\u017c fuq in-na\u0127a l-o\u0127ra hekk li kien ikun hemm l-opportunit\u00e0 li jissej\u0127u r-riservi u j\u0127ejju g\u0127all-\u0121lied.", "L-intensit\u00e0 tal-\u0121lied kienet tali li aktar minn 10% tas-suldati fit-trun\u010bieri sfaw mejtin.", "Il-medi\u010bina kienet g\u0127adha ferm primittiva.", "L-antibijoti\u010bi ma kinux je\u017cistu hekk li anki ferita \u017cg\u0127ira setg\u0127et tkun fatali.", "Il-kangrena kienet komuni \u0127afna.", "Il-\u0120ermani\u017ci kienu iddikjaraw li 15% tal-feriti fis-saqajn u 25% tal-feriti fid-dirg\u0127ajn kienu jirri\u017cultaw fil-mewt.", "L-Amerikani kellhom 44% li mietu bil-kangrena.", "Feriti o\u0127rajn kienu kwa\u017ci jfissru mewt awtomatika.", "B\u0127al f'kull gwerra, l-aktar aspetti fatali kienu kaw\u017ca tan-nuqqas ta' i\u0121ene u sanit\u00e0.", "Id-disenterija, it-tifu u l-kolera kie\u00adnu ferm komuni.", "Is-suldati anki kienu jsofru minn parassiti u minn infezzjonijiet fungali, l-aktar fil-\u0127alq u s-saqajn.", "It-trun\u010bieri kienu jkunu bl-ilma fil-qieg\u0127, li fix-xitwa kien jiksa\u0127 tant li s-suldati kienu jmutu min\u0127abba l-bard.", "Id-dfin tal-mejtin kien xi \u0127a\u0121a li l-ebda na\u0127a ma setg\u0127et tesi\u0121i u l-katavri kienu jibqg\u0127u fin-nofs hekk li wara xi \u017cmien ma kienux jintag\u0127rfu aktar.", "Anki sal-lum stess, waqt li l-bdiewa jkunu ja\u0127artu l-g\u0127elieqi, ta' spiss isibu l-i\u0121sma tas-suldati mejtin.", "Is-suldati fit-trun\u010bieri ftit li xejn kellhom armamenti, l-aktar xi azzarin, bajjunetta u bombi tal-idejn.", "\u0126afna kienu jivvintaw armament spe\u010bjali, b\u0127al xi pala imsinna daqs sikkina jew xi g\u0127odod tal-g\u0127elieqi.", "L-aktar arma favorita kienu l-pistoli, imma dawk ma tantx kienu disponibbli g\u0127as-suldati komuni.", "Mhux il-ka\u017c li nid\u0127ol fid-dettall.", "Dwar dawn l-esperjenzi inkitbu kotba s\u0127a\u0127 u g\u0127alhekk min irid ikun jaf aktar fa\u010bli li jsib x'jaqra."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23149", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23149", "title": "James Cook", "text": ["James Cook", "Il-Kaptan James Cook (Yorkshire,l-Ingilterra, 27 ta' Ottubru, 1728 - 14 ta' Frar, 1779) kien l-akbar esploratur ba\u0127\u0127ar Ingli\u017c tas-Seklu Tmintax.", "Bin \u0127addiem Sko\u010b\u010bi\u017c.", "Il-familja marret tg\u0127ix fi Great Ayton fl-1736.", "James beda l-apprendistat fl-1745 fil-villa\u0121\u0121 ta' Straithes, u wara kiseb esperjenza fit-tba\u0127\u0127ir b\u0127ala apprendist ma' merkant tal-fa\u0127am fuq bastimenti fil-belt ta' Whitby.", "Fl-1755 ing\u0127aqad mal-flotta Ingli\u017ca.", "It-talenti tieg\u0127u spikkaw b\u0127ala ba\u0127ri u kartografu kapa\u010bi.", "Huwa g\u0127adda mill-e\u017cami f'\u0120unju 1757.", "Cook immappja d-da\u0127la tax-Xmara St. Lawrence matul il-Gwerra ta' Seba' Snin bejn l-1756 u l-1763, u kien pre\u017centi fi\u010b-\u010bediment tal-fortizza Fran\u010bi\u017ca ta' Louisbourg fuq Cape Breton Island fis-26 ta' Lulju 1758.", "L-ist\u0127arri\u0121 tieg\u0127u tas-St.", "Lawrence g\u0127en fis-su\u010b\u010bess tal-\u0120eneral James Wolfe (1727-1759) fil-Plains of Abraham matul l-Assedju ta' Quebec f'Settembru 1759.", "Cook st\u0127arre\u0121 il-g\u017cejjer ta' St. Pierre u Miquelon qabel ma l-g\u017cejjer ing\u0127ataw lil Franza fl-1763.", "Fuq l-ewwel vja\u0121\u0121 tieg\u0127u, Cook kien kmandant tal-bastiment Endeavour.", "Hu\u00adwa ttestja l-kronometru marit\u00adtimu mmanifatturat minn John Harrison (1693-1776); dan kien strument li jiddetermina l-longitudni billi jkejjel bl-e\u017catt il-\u0127in, minflok joqg\u0127od fuq il-metodu l-antik lunari.", "L-Ammiraljat ikkummissjona lil Cook biex josserva l-moviment ta' Venus f'Tahiti, imbassra li sa ti\u0121ri fit-3 ta' \u0120unju 1769, mill-astronomu Edmund Halley (1656-1742).", "Il-moviment ta' Venus ti\u0121ri meta l-orbitu tal-pjaneta tittraversja bejn id-dinja u x-xemx.", "Osservazzjoni ta' dan l-avveniment kien jidher b\u0127ala mezz possibbli biex tikkalkula d-distanza bejn id-dinja u x-xemx.", "Cook ing\u0127ata wkoll struzzjonijiet sigrieti biex jiskopri l-e\u017cistenza ta' Terra Australis Incognita, massa ta' art enormi, u li kellu jara jekk New Zealand kinetx parti mill-kontinent tan-Nofsinhar.", "L-Endeavour salpa minn Plymouth fil-25 ta' Awwissu 1768 b'ekwipa\u0121\u0121 ta' 83 u 11-il passi\u0121\u0121ier asso\u010bjati ma' studji xjentifi\u010bi.", "Il-bastiment segwa vja\u0121\u0121 twil u g\u0127adda minn Madeira, Rio de Janeiro, u wara madwar Cape Horn.", "Cook wasal Tahiti fit-13 ta' April 1769 u beda preparazzjonijiet biex josserva l-Moviment ta' Venus.", "Ir-re\u0121istru tal-bastiment tieg\u0127u jirrekordja d-dehra ta' Venus b\u0127ala \"atmosfera jew dell skur\" fuq wi\u010b\u010b ix-xemx.", "Cook wara salpa lejn New Zealand fis-6 ta' Ottubru 1769 u kien it-tieni Ewropew li ni\u017cel hemm; l-esploratur Olandi\u017c Abel Tasman (1603-1659) kien ni\u017cel fl-1642.", "Cook ba\u0127\u0127ar madwar u g\u0127amel mappa kwa\u017ci tal-kosta kollha ta' New Zealand, u semma l-istrett li jissepara lill-g\u017cejjar g\u0127alih.", "Fil-25 ta' Marzu 1770 ba\u0127\u0127ar lejn Van Damien (illum Tasmania).", "Madankollu, irji\u0127at qawwijin \u0121arrew il-bastiment lejn t-Tramuntana.", "L-art, li llum hija New South Wales, dehret fid-19 ta' April, u Cook semmiha Point Hicks.", "Dik l-okka\u017cjoni serviet b\u0127ala l-iskoperta tal-kontinent Awstraljan g\u0127alkemm l-esploratur Ingli\u017c William Dampier (1651-1715) kien st\u0127arre\u0121 partijiet mill-kosta tat-Tramuntana fl-1688.", "Fid-29 ta' April Cook salpa fil-Bajja Stingaree (aktar tard mag\u0127rufa b\u0127ala l-Bajja Botany).", "Din l-art serviet b\u0127ala d-destinazzjoni tal-flotta Ngli\u017ca fl-1778 meta l-Ingilterra bdiet tittrasporta pri\u0121unieri lejn il-kolonja penali tal-Awstralja.", "L-Endeavour wara salpa matul il-kosta tal-Lvant, g\u0127adda minn in\u0127awi li llum nafuhom b\u0127ala Victoria u Queensland.", "Fil-11 ta' \u0120unju l-bastiment inkalja fuq sikka fil-Great Barrier Reef u n\u0127eles wara li rema bejn 40 u 50 tunnellati ta' pi\u017c.", "Il-bastiment issewwa f'port sigur fi Queensland, u waqt li kien hemm qed jissewwa, ir-ri\u010berkaturi setg\u0127u jesploraw l-art.", "Il-bastiment kompla jba\u0127\u00ad\u0127ar qalb is-sikek tal-Barrier Reef, u wara salpa lejn it-Tramuntana, g\u0127adda minn Cape York, Queensland, u wara lejn l-Istrett ta' Torres li jissepara lill-Awstralja minn New Guinea.", "Wara li waqaf f'Batavia (illum Jakarta), Cook dawwar il-bastiment lejn il-Kap tat-Tama t-Tajba, u fl-a\u0127\u0127ar wasal l-Ingilterra fit-13 ta' Lulju 1771.", "Minkejja l-fatt li l-kalkoli tal-Moviment ta' Venus kienu ta' ftit valur xjentifiku, l-ewwel vja\u0121\u0121 ta' Cook irnexxielu li jimmappja New Zealand.", "Kemm l-Awstralja u kemm New Zealand \u0121ew okkupati mill-Gran Brittanja b\u0127ala ri\u017cultat ta' din l-esplorazzjoni.", "G\u0127alkemm l-esploratur Fran\u010bi\u017c Louis de Bougainville (1729-1811) huwa l-ewwel Ewropew li ba\u0127\u0127ar fil-Great Barrier Reef f'\u0120unju 1768, il-vja\u0121\u0121 ta' Cook huwa probabbli l-ewwel tilqig\u0127a Ewropea mal-akbar orga\u00adni\u017c\u00admu \u0127aj fid-dinja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23150", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23150", "title": "Charles Arrigo", "text": ["Charles Arrigo", "Charles Arrigo (Valletta, 6 ta' April 1929 - 13 ta' Frar 2006) kien attur u xandar Malti.", "Kien l-ikbar fost seba' a\u0127wa; \u017cew\u0121 subien u \u0127amest ibniet.", "Fi \u017cmien it-Tieni Gwerra Dinija, meta Arrigo kien g\u0127adu l-Li\u010beo, kienu jippubblikaw gazzetta jisimha 'Young Malta' u hu kiteb poe\u017cija jisimha 'The Flag' u ppubblikawhielu fiha.", "Ftit wara intalab imur jaqra din il-poe\u017cija fuq ir-Rediffusion.", "Sadattant deher avvi\u017c li kien jg\u0127id li riedu announcer mar-Rediffusion.", "Minn dawk kollha li applikaw, intag\u0127\u017cel hu u minn hemm bdiet il-karriera tieg\u0127u li kellha ddum sittin sena.", "Fit-2 ta' Marzu 1947 huwa g\u0127amel l-ewwel xandira tieg\u0127u fuq ir-Rediffusion.", "Effie Ciantar kien inkarigat mill-programmi.", "Il-vu\u010bi distinta ta' Charles ma damitx ma \u0121iet rikonoxxuta u meta Ciantar xtaq i\u017cid prog\u00adramm ie\u0127or bil-Malti, staqsieh kienx lest li jibda jag\u0127mel programm \u0121did bil-qari tar-rumanzi.", "A\u010b\u010betta u l-ewwel rumanz li qara kien 'Ra\u0121el bil-G\u0127aqal' ta' \u0120u\u017c\u00e8 Galea.", "Wara dan, qara mijiet ta' rumanzi u baqa' jag\u0127mel dan sal-a\u0127\u0127ar nifs ta' \u0127ajtu.", "Fl-1950, in\u0127atar produttur tad-drama u tad-dokumentarji g\u0127ar-Rediffusion.", "Fl-istess \u017cmien huwa kien involut ukoll b\u0127ala attur mal-British Institute Players u mal-Atturi Theatre Group u g\u0127alhekk ma damx ma beda jie\u0127u sehem fid-drammi li kien jipprodu\u010bi huwa stess u anki o\u0127rajn.", "Aktar tard, meta feta\u0127 it-televi\u017cjoni Malti, huwa \u0127a sehem ukoll f'diversi teleserials, fosthom: fil-parti tal-kappillan f''Il-Ga\u0121\u0121a', b\u0127ala qassis f''Leli ta' \u0126a\u017c-\u017bg\u0127ir', b\u0127ala isqof f''Wirt', b\u0127ala tabib f''Il-Madonna ta\u010b-\u010aoqqa', u b\u0127ala kulunell f''Villa Sunset'.", "Kien \u0127a sehem fil-film klassiku 'The Malta Story'.", "Studja fil-Li\u010beo u fl-Universit\u00e0 ta' Perugia.", "Fl-1959, ir-Rediffusion idde\u010bidiet li tibg\u0127at lill-produtturi Maltin l-Ingilterra sabiex dawn jit\u0127arr\u0121u b'mod aktar professjonali mal-BBC, fosthom Arrigo.", "Hemmhekk t\u0127arre\u0121 f'bosta oqsma fosthom dwar kif isir l-editing, kif ji\u0121u prodotti r-radjudrammi u kif ju\u017caw le\u0127inhom a\u0127jar.", "Fl-1962, numru ta' \u0127addiema o\u0127ra, inklu\u017c Arrigo, re\u0121g\u0127u ntbag\u0127tu g\u0127and il-BBC, din id-darba sabiex jit\u0127arr\u0121u fis-seng\u0127a relatata mat-televi\u017cjoni min\u0127abba li f'Malta kienu qed isiru l-preparamenti biex jinfeta\u0127 l-istazzjon Malti \u2013 Malta Television Service.", "U eventwalment kien Charles stess li feta\u0127 l-istazzjon.", "Fid-29 ta' Settembru 1962, hu kien il-persuna mag\u0127\u017cula biex tifta\u0127 g\u0127all-ewwel darba l-istazzjon televi\u017civ Malti:", "\"Dan huwa l-Malta Television Service.", "Jiena Charles Arrigo qieg\u0127ed insellmilkom f'isem il-kollegi kollha tieg\u0127i tal-Malta Television Service, waqt li nawguralkom divertiment bil-programmi tal-lejla.", "Illum in\u0127oss li qed niltaqa' mag\u0127kom wi\u010b\u010b imb'wi\u010b\u010b u nix\u00adtieq li kienet \u0127a\u0121a possibbli li nie\u0127u b'id kull wie\u0127ed u wa\u0127da minnkom.", "Mill-lum 'il quddiem se tibdew tarawni ta' spiss nippre\u017centalkom il-programmi u nwasslilkom l-a\u0127barijiet fi djarkom.\"", "Dan il-kliem tieg\u0127u, flimkien mal-filmat ta' dan l-avveniment saru sinonimi mal-qasam tax-xandir.", "Fl-1971 Charles sar l-assistent kap tal-programmi tar-radju u tliet snin wara, hu la\u0127aq b\u0127ala kap tad-drama u d-dokumentarji.", "Fl-1987 huwa ng\u0127ata r-responsabbilt\u00e0 b\u0127ala deputat kap ta' Xandir Malta u fl-1991 sar id-direttur e\u017cekuttiv tal-board tal-Public Broadcasting Services u mani\u0121er ta' Television Malta.", "Fost il-programmi li baqa' mag\u0127ruf g\u0127alihom Arrigo hemm il-programm 'Staqsini 20' li hu kien introdu\u010ba f'Malta wara li n-nies kienet drat tisimg\u0127u jixxandar bl-Ingli\u017c minn fuq il-General Overseas Service tal-BBC.", "L-ewwel programm kien ix-xandar g\u0127all-\u0127abta tal-1957 meta l-istudios kienu f'121 Triq Brittanja, l-Belt.", "F'Jannar 1958 imxew g\u0127all-istudios ta' Gwardamangia.", "Il-popolarit\u00e0 ta' dan il-programm tant kibret li \u0121ieli tellg\u0127uh fit-Teatru Manoel.", "Il-programm 'Staqsini 20' kien ibba\u017cat fuq g\u0127a\u017cla ta' kliem partikolari li kienu jibag\u0127tu n-nies mid-djar, u panel ta' individwi kien jipprova jaqta' dan il-kliem permezz ta' mistoqsijiet li kienu jag\u0127mlu.", "Meta l-kliem ma kienx jinqata' mill-panel, dawk li jkunu ssu\u0121\u0121erewhom, kienu jirb\u0127u lapes tal-fidda.", "L-aktar aspett li Arrigo baqa' mag\u0127ruf g\u0127alih kien dak ta' kummentatur f'bosta okka\u017cjonijiet statali u kif ukoll reli\u0121ju\u017ci.", "Infatti hu kien wie\u0127ed minn tal-ewwel li \u0127are\u0121 bl-outside broadcasting.", "Fost id-diversi kummentarji tieg\u0127u huwa g\u0127amel dak ta' meta Malta saret Repubblika, i\u017c-\u017cjarat tal-Papa \u0120wanni Pawlu II, u tar-Re\u0121ina Eli\u017cabetta II f'Malta.", "L-a\u0127\u0127ar kummentarju li g\u0127a\u00admel kien tliet \u0121img\u0127at qabel miet u dan kien il-Pontifikal Solenni tal-Konsagrazzjoni Epis\u00adkopali ta' Mons. Mario Grech, Isqof t'G\u0127awdex.", "Fl-1995, Charles Arrigo ng\u0127ata l-Midalja g\u0127all-Qadi Tar-Repubblika.", "Miet g\u0127all-g\u0127arrieda, waqt li kien qieg\u0127ed ix-xog\u0127ol \u2013 jaqra silta ta' rumanz maqlub g\u0127all-Malti mill-kollega tieg\u0127u Charles Abela Mizzi \"Qalb ta' Omm\" u jevalwa l-programmi li kellhom isiru.", "Il-Partit Nazzjonalista qal li mewtu \u0127alliet \"vojt kbir fil-qasam tax-xandir\" billi Arrigo kien segwit minn eluf ta' nies.", "Il-Mexxej Laburista u awtur Alfred Sant, li Arrigo kien qara wkoll ir-rumanzi tieg\u0127u, esprima dieqa fit-telfa ta' \"talent kbir\" u pijunier fil-qasam tax-xandir.", "Il-funeral tieg\u0127u sar fil-15 ta' Frar, fil-Knisja Parrokjali tan-Naxxar fejn hu kien Ministru Straordinarju tat-Tqarbin.", "Attendew mijiet ta' nies fosthom il-President u l-Prim Ministru.", "Arrigo serva wkoll ta' President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23152", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23152", "title": "San \u0120u\u017cepp ta' Kopertinu", "text": ["San \u0120u\u017cepp ta' Kopertinu", "Giuseppe minn Copertino, jew Giuseppe Maria Desa (Copertino, Italja, 17 ta' \u0120unju 1603 \u2013 Osimo, 18 ta' Settembru 1663), kien Patri Fran\u0121iskan Konventwali Taljan.", "Kien iddikjarat qaddis minn Papa Klement XIII fl-1767.", "Bin Felice Desa, \u0127ajjat u bniedem ta' qalb tajba u ma kienx sabha bi tqila li j\u0127allas id-djun ta' x'uhud mill-hbieb tieghu; imma l-istess generozit\u00e0 tieghu kienet il-htija li hu nnifsu kellu jiddejjen biex izomm il-familja fqira tieghu, u kellu sahansitra jahrab minn daru biex ma jaqax taht il-pieni tal-ligi.", "Fi zmien meta martu Franceschina, imwielda Panaca, kienet se twelled lil Giuseppe, il-pulizija kienet qed tigri warajhom.", "Ghal\u00adhekk hi kellha tinheba fi stalla fil-qrib sabiex ma tinstabx.", "Kienet tilfet erbgha minn uliedha f'eta ckejkna hafna.", "Fi zmien meta ulied il-ghonja biss kienu jistudjaw, ommu baghtitu jitghallem.", "Guzeppi, fi tfulitu, kellu natural difficli u, billi kien malajr jirrabja, hu ma tantx kellu hbieb.", "Guzeppi kien ghadu ta' seba' snin meta meta kellu jaqta' mill-iskola.", "Tumur f'dahru, li deher li kien il-bidu ta' kankru, tefghu f'qiegh ta' sodda ghal hames snin shah.", "Ir-rimedji tat-tobba ma swew ghalxejn.", "Imma, imbaghad, ommu fis-sena 1615 haditu fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f'Galatone, u dilkitlu dahru biz-zejt li kien jixghel quddiem il-Madonna.", "Hu dlonk hassu ghaddej ghall-ahjar, u, tul hajtu kollha, baqa' dejjem konvint li dak in-nhar il-Madonna gham\u00adlet miraklu mieghu.", "Guzeppi ta' tnax-il sena beda jaqla' xi haga billi jbigh il-haxix; imbaghad hu beda jghin 'il wiehed mastrudaxxa.", "Imma hu donnu ma kien jinqala' ghal xejn.", "Guzeppi beda jhass ukoll li Alla kien qieghed sejjahlu ghall-hajja religjuza.", "L-ewwel gibda tieghu kienet lejn l-Ordni tal-Frangiskani Konventwali, kellu xi qraba; imma l-Frangiskani ma rawhx adattat.", "Guzeppi qatt ma habbat hlief bibien ta' Ordnijiet Frangiskani ohrajn.", "Hu xxennaq ghall-hajja religjuza fost il-Frangiskani Riformati; imma dawn baqghu jtawlulu.", "Fis-sena 1620, il\u00ad-Kapuccini laqghuh bhala Fratell, u bdewlu n-novizzjat f'Martina\u00adfranca bl-isem ta' Fra Stiefnu.", "Imma, ghalkemm twajjeb, ma sata' jaqbad f'xejn: la biex jaghmel xi haga fl-g\u0127alqa, u lanqas biex jg\u0127in fil-kcina.", "Kollox deher kontra tieghu gha\u00adliex, fi zmien in-novizzjat, kellu tumur f'irkopptu, u hu nnifsu ghamel l-izball li pprova jnehhih minghajr ghajnuna ta' ta\u00adbib.", "Ghalhekk, wara tmien xhur novizzjat, il-Kapuccini bagh\u00adtuh lura lejn daru bhala wiehed li ma kienx kapaci ghall-hajja tal-kunvent.", "Guzeppi kien g\u0127ad g\u0127andu ta' 18-i1 sena.", "Imma kien dig\u00e0 bata hafna; b'mod specjali, in-nuqqas ta' hila tieghu ghaddieh minn hafna umiljazzjonijiet.", "Fis-sena 1621, il-Frangiskani Konventwali raw ir-rieda tajba ta' dak iz-zaghzugh, u accettawh bhala Fratell fil-kunven\u00adt ta' Santa Maria della Grottella, qrib Copertino.", "Xi pass 'il quddiem kien sar ghax Guzeppi ghamel hiltu kollha biex, flimkien mar-rebh fuqu nnifsu biex jghix dejjem ahjar, hu qaghad attent halli bl-akbar ezattezza jiddedika ruhu wkoll g\u0127at-tindif tal-kunvent.", "Imma l-Patrijiet intebhu li Guzeppi, matul il-lejl, fil-hinijiet ta' l-akbar hemda, meta kulhadd kien jistrieh, kien qed jghaddi sighat fl-istudju.", "Wiehed miz-zijiet tieghu li kien Patri Frangiskan, ghalkemm fi zminijiet ohrajn ma ried jaghmel xejn ghalih ghax iz-zaghzugh ma kienx qed jispiralu fiducja, ghenu biex mill-istat ta' Fratell, ghaddi ghal dak ta' kjerku, u jibda jithejja biex isir sacerdot.", "Dan gara fis-sena 1625.", "F'dik is-sena hu beda n-novizzjat tieghu.", "Xejn ma kienet haga haffa ghaz-zaghzugh meta hu kellu jistudja l-Latin.", "Kien sforz kbir fuqu nnifsu biex lilu sehhlu jistudja bl-amment it-tnax-il kapitlu tar-Regola Frangiskana.", "Imma, fis-sena 1626, huwa radd hajr minn qalbu lil Alla talli s-Superjuri tieghu accettawh ghall-professjoni relig\u00adjuza fi hdan il-Frangiskani Konventwali.", "Ghalkemm b'passi tqal, Guzeppi baqa' miexi 'l quddiem.", "Kien b'ferh kbir ghalih meta beda tiela' t-tarag tal-artal.", "Wara ezami li swieh tant qtigh il-qalb, fis-6 ta' Jannar, 1627, Guzeppi rcieva l-ordni sagru tad-djakonat, u ma kienx fadallu hlief l-ahhar pass biex isir sacerdot.", "F'dak iz-zmien, hu kien fil-belt ckejkna ta' Nard\u00f2 fejn kien qed jaghmel l-ahhar thejjijiet ghas-sacerdozju.", "Qatt f'hajtu ma kellu tant biza' mill-ezami.", "Imma, min-naha l-ohra, qatt ma helisha b'tant heffa.", "Hu baqa' jipprepara sal-ahhar, u shabu bdew dehlin qablu.", "Imma l-Isqof baqa' mista\u00adghgeb kemm kienu ippreparati tajjeb dawk iz-zghazagh fran\u00adgiskani; ghalhekk, hu ggudika li ma kienx hemm ghalfejn jib\u00adqa' jezamina lill-ftit li kien fadal.", "Ghalhekk, Guzeppi helisha, u gie ordnat sacerdot minghajr ma resaq ghall-ezami.", "Dan kien fit-18 ta' Marzu, 1628.", "San Guzepp ta' Copertino temm perjodu difficli hafna fil-\u00adhajja tieghu meta, bil-ghajnuna li tah Alla, hu gie ordnat sa\u00adcerdot.", "Minbarra mill-preparazzjoni bl-istudju, Guzeppi thejja ghall-ezamijiet bis-sawm u bit-talb.", "Barra minn hekk, il-biza' kien il-htija li hu ghadda ljieli shah li matulhom ma satax jor\u00adqod.", "Ghal din ir-raguni, kull min jistudja jara f'San Guzepp ta' Copertino l-qaddis li jharsu mis-sema.", "L-istudenti tad-dinja kollha jirrikorru lejh sabiex jghinhom b'mod specjali fiz-zmien difficli tal-ezamijiet.", "F'Ottubru, 1638, Guzeppi rcieva l-ordni biex jidher quddiem l-Inkwizitur ta' Napli wara rapporti li kien qed jinqata' mill-art waqt it-talb.", "Guzeppi vvjagga minn Copertino ghal Napli, u mar fil-kunvent tal-Frangiskani Konventwali ta' San Lorenzo Maggiore.", "Il-Patrijiet ma hadux gost jilqghu fost\u00adhom 'il wiehed li gie akkuzat quddiem l-Inkizizzjoni.", "Quddiem l-Inkizitur, b'diffikulta kbira, Guzeppi rrakkonta l-ghegubijiet li Alla kien qed jaghmel mieghu.", "Ghall-ewwel, hu ma impress\u00adjona 'l hadd.", "Lilu ordnawlu jaqra bicca mill-Ufficcju Divin biex jaraw kellux xi kwalita tajba biex ikun sacerdot.", "Jumejn wara, dawk l-imhallfin ordnawlu jqaddes, u huma attendew ghall-Quddiesa tieghu.", "Waqt il-Quddiesa, hu tala' estasi.", "Hu\u00adma riedu jkunu jafu minghandu x'kien jigri fost il-poplu meta kien ji\u0121rilu hekk.", "Imma hu ma kienx jaf x'jaqbad iwegibhom.", "Kien ahjar li jistaqsu lin-nies.", "L-Inkwizizzjoni ta' Napli ma sabitx fiex tikkundannah; imma hu ma giex iddikjarat innocenti.", "Il-process kellu jkompli qudd\u00adiem il-Papa nnifsu, u ma ntemmx b'dikjarazzjoni ta' inno\u00adcenza hlief wara disa' xhur.", "Imma Guzeppi ntbaghat quddiem il-Miinistru General ta' l-ordni li kien P. Gwannbattista Berar\u00addicelli.", "Bhala Patri li habat difru mat-Tribunal ta' l-Inkwiziz\u00adzjoni, Guzeppi ma satax jintlaqa' tajjeb mill-General tal-Ord\u00adni.", "Anki jekk kien innocenti, kien hemm bzonn li jghix maq\u00adtugh min-nies u mbieghed minn artu.", "Hu rcieva l-ordni li jmur fil-komunita tas-Sacro Convento ta' Assisi.", "Guzeppi wasal Assisi fit-30 ta' April, 1639, u baqa' jghix hemm ghat-tul ta' erbatax-il sena.", "Hu kellu jghix maqtugh min-nies; imma l-qdusija tieghu kienet tinhass hafna.", "Persunaggi maghrufin bdew ifittxuh; imma dawn ma setghux jit\u00adkellmu mieghu hlief wara li kien jinqala' l-permess.", "Fost l-ohrajn, il-princep Luteran Gwanni Federiku ta' Brunswick tqanqal minn kliemu u kkonverta ghar-religjon Kattolika.", "Ghalkemm ta' ftit skola, il-pariri tieghu kienu juru gherf kbir.", "Il-Papa Innocenzu X, fis-sena 1653, osserva li Guzeppi ma kienx qed jghix maqtugh min-nies.", "L-ordni kien li hu jghix mifrud sahansitra minn shabu l-Patrijiet stess.", "Kienu ghaddew 14-i1 sena; imma dak l-ordni kien ghadu jghodd fil\u00ad-qawwa tieghu.", "Ghalhekk, il-kaz ta' Guzeppi raga' tressaq ghal darb'ohra quddiem l-Inkwizizzjoni.", "Il-kastig li Guzeppi rcieva kien wiehed ahrax, u li ma kienx soltu jinghata.", "Hu rcieva l-ordni li jitlaq minn fost hutu, il-Frangiskani Kon\u00adventwali, u jmur jghix ghal zmien indeterminat gewwa Pie\u00adtrarubbia, f'kunvent tal-Kapuccini li kien qieghed f'quccata ta' gholja; minn hemm, hu rega' ttiehed fil-kunvent kapuc\u00adcin ta' Fossombrone.", "Guzeppi kien fl-istat ta' wiehed habsi; imma l-Kapuccini taffewlu hafna minn dik it-tbatija gha\u00adliex huma ntebhu li l-prigunier li kellhom kien persunagg straordinarju.", "F'dak iz-zmien, Guzeppi kien jilbes ta' Kapuccin.", "Il-Ka\u00adpuccini, li kienu saru qishom hutu, kienu jmorru ta' sikwit fil-kamra tieghu biex jisimghuh jitkellem, u jiehdu pariri \u00adminghandu.", "Bil-mod il-mod, kulhadd sar konvint mill-qdusija ta' Guzeppi.", "Din issaffiet bi provi mill-izjed kbar.", "Il-Frangiskani Konventwali ta' Assisi kienu hallewlu c-cella tieghu kif kienet biex hu jkun jista' jerga' jirritorna fiha.", "Id-decizjoni fil\u00adkaz tieghu riedet tigi mill-Papa.", "Imma Papa Alessandru VII wiegeb lill-Frangiskani Konventwali b'dawn il-kelmiet: \"Ahna ma rriduhx f'dak is-Santwarju.", "Hemm, intom diga ghand\u00adkom 'il San Frangisk.", "Ma rridux li jkun hemm San Frangisk iehor\".", "Sadanittant, fl-10 ta' Lulju, 1657, Guzeppi rcieva l-ordni li jhalli l-kunvent tal-Kapuccini u jirritorna fost hutu l-Frangiskani Konventwali tal-kunvent ta' Osimo fil-Marche.", "Guzeppi laqa' dak l-ordni bil-ferh.", "Huwa u diehel f'dak il-kunvent b'farag fil-galb tieghu, Guzeppi stqarr: \"Dan hu l-post tal-mistrieh tieghi\".", "Il-belt ta' Osimo ferrhet il-qalb ta' Guzeppi ta' Copertino\u00ad.", "Hu kien mimli bl-imhabba lejn il-Madonna.", "Dak il-kun\u00advent ma hux imbieghed wisq mill-belt ckejkna ta' Loreto fejn hemm Santwarju tad-dar tal-Madonna.", "Fis-sena 1663, meta hu ghalaq 60 sena, is-sahha ta' Guzeppi baqghet sejra dejjem lura.Fis-17 ta' Settembru, nhar il-festa tal-Pjagi ta' Missieru San Frangisk, Guzeppi bilkemm sata' jibla' l-ostja li s-sacerudot qarbnu biha.", "Hu offra dik l-ahhar tqarbina tieghu ghall-bzonnijiet tat-Papa u tal-knisja.", "Nhar it-18 ta' Settembru, 1663, Guzeppi talab fis-skiet waqt li qaghad jistenna bil-kalma lill-mewt li, bhal San Fran\u00adgisk, sejhilha \"Ohti\".", "Ftit qabel nofs il-lejl, miet.", "Fis-16 ta' Lulju, 1767, il-Papa Klement XIII ghollieh ghall\u00ad-gieh ta' Qaddis.", "Minn dak iz-zmien 'il hawn, il-fdal tieghu baqa' dejjem meqjum fil-belt ta' Osimo fejn il-Frangiskani Konventwali ddedikaw ghalih Santwarju li gie moghti t-titlu ta' bazilka.", "Ghalkemm ma ghex f'din il-belt ckejkna hlief fl-ahhar snin ta' hajtu, illum, l-akbar qima li tinghatalu hi minn dan il-post ckejken qrib il-belt ta' Ancona.", "Imma ismu baqa' marbut mal-post fejn hu twieled ghaliex minn dejjen: baqa' maghruf bhala \"San Guzepp ta' Copertino\"."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23153", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23153", "title": "Ahron Daum", "text": ["Ahron Daum", "Ahron Daum (bil-Lhudi: \u05d0\u05d4\u05e8\u05df \u05d3\u05d0\u05d5\u05dd\u200e; twieled nhar is-6 ta' Jannar tal-1951).", "Hu Rabbi Modern-Ortodoss imwieled f'I\u017crael, hu wkoll edukatur, awtur, u kien ukoll Rabbi ta' Frankfurt am Main, Illum jg\u0127ix f'Antwerp fil-Bel\u0121ju.", "Ahron Daum twieled nhar is-6 ta' Jannar tal-1951 fi Bnei Brak,f'I\u017crael.", "Twieled f'familja reli\u0121ju\u017ca Ashkenazi.", "Missieru, Schmuel Daum kien edukatur importanti, kittieb, u figura fil-komunit\u00e0, \u0121ej minn familja Rabbinika prominenti mill-Polonja u mill-Bohemia.", "Ommu Rivka Gina Daum \u0121ejja minn familja ta' negozjanti ta' prospetti tajbin minn Sopron, l-Ungerija.", "G\u0127andu tliet \u0127utu subien i\u017cg\u0127ar minnu.", "It-ta\u0127ri\u0121 intensiv reli\u0121ju\u017c tieg\u0127u beda fl-et\u00e0 ta' 13-il sena fil-mag\u0127rufa Chassidic tal-Litwanja \"Ruzhin\" Yeshiva fi Bnei Brak.", "Fl-et\u00e0 ta' 14\u2013il sena, telaq lejn il-Gran Brittanja fejn kompla l-istudji tieg\u0127u fil-Yeshiva Ha-Rama u aktar 'il quddiem mar lejn il-mag\u0127rufa Zionistic Yeshiva Etz Chaim f'Montreux, l-I\u017cvizzera .", "Fl-1975, wara li kiseb il-Grad ta' Baccalaureate mill-I\u017cvizzera, hu mar jistudja fil-Kulle\u0121\u0121 tal-Lhud tal-Universit\u00e0 ta' Londra minn fejn kiseb Grad ta' Bachelor fl-Istudji Lhud (bl-Unuri).", "Mill-1978 hu attenda s-Seminarju Teolo\u0121iku Rabbi Isaac Elchanan(RIETS '82) tal-Universit\u00e0 Yeshiva fi New York minn fejn kiseb il-grad ta' Master fl-Istudji Bibbli\u010bi (bl-Unuri) u l-ordinazzjoni Rabbinika tieg\u0127u \u0121iet iffirmata u mog\u0127tija personalment lilu minn Prof. Rabbi Joseph Soloveitchik.", "Wara li m'a\u010b\u010bettax l-offerta biex ikompli jistudja biex jikseb it-titlu ta' Dayan, hu \u0121ie lura lejn l-Ewropa fejn i\u017c\u017cewwe\u0121 lil Francine Frenkel u mag\u0127ha g\u0127andu tlett ibniet.", "Hu jitkellem l-Ebrajk, l-Ingli\u017c, il-\u0120ermani\u017c, il-Fran\u010bi\u017c, l-Olandi\u017c u l-Yiddish u g\u0127andu g\u0127arfien passiv tal-Aramajk u tal-Latin.", "Fl-1982 huwa beda l-karriera rabbinika tieg\u0127u fl-I\u017cvizzera b\u0127ala Rabbi tal-komunit\u00e0 bil-belt \u017cg\u0127ira ta' Biel, belt \u017cg\u0127ira bilingwi fil-Fran\u010bi\u017c u l-\u0120ermani\u017c.", "Hu \u0127alla dan ix-xog\u0127ol fl-1986 biex sar doctoral fellow fil-Christlich-J\u00fcdische Institut f'Lucerne, dan hu affiljat mal-Fakult\u00e0 tat-Teolo\u0121ija tal-Universit\u00e0 ta' Lucerne, fl-I\u017cvizzera.", "Fl-1987 hu a\u010b\u010betta l-post ta' Rabbi Ewlieni tal-komunit\u00e0 Lhudija ta' Frankfurt am Main, fil-\u0120ermanja li f'dak i\u017c-\u017cmien din kienet l-akbar u l-aktar komunit\u00e0 Lhudija presti\u0121ju\u017ca fil-\u0120ermanja tal-Punent.Waqt i\u017c-\u017cmien tieg\u0127u b\u0127ala Rabbi Ewlieni ta' Frankfurt kien hemm mew\u0121a kbira ta' immigranti Lhud Russi, \u0121ejjin minn eksUnjoni Sovjetika lejn il-\u0120ermanja u partikularment lejn Frankfurt.", "L-ewwel g\u0127ajnuna g\u0127al dawn in-nies \u2013 li kellhom kundizzjoni ekonomika in\u010berta \u2013 kienet li dawn ji\u0121u integrati fil-komunit\u00e0 Lhudija.", "Din kienet il-prijorit\u00e0 prin\u010bipali ta' Rabbi Daum, li jintegra lil dawn in-nies li kienu ilhom maqtug\u0127a mill-g\u0127eruq Lhud tag\u0127hom g\u0127al aktar minn 90 sena.", "\u0126afna drabi din kienet \u0127a\u0121a kumplessa \u0127afna, g\u0127ax fl-Unjoni Sovjetika ftit li xejn sar sforz biex dawn isa\u0127\u0127u l-identit\u00e0 Lhudija tag\u0127hom, b'hekk kienet diffi\u010bli \u0127afna li wie\u0127ed jara fi\u010b-\u010bar l-istatus Lhudi ta' dawn in-nies.", "U\u0127ud minn dawn l-immigranti ma taw l-edba kas u wrew apatija kbira lejn il-\u0127ajja Lhudija.", "B'hekk, wa\u0127da mill-ewwel bi\u010b\u010biet xog\u0127ol b\u0127ala Rabbi tal-komunit\u00e0 fi Frankfurt am Main kien li jsolvi l-problema kbira li jikkjarifika l-istatus Lhudi ta' dawn li \u0121ew mill-eks Unjoni Sovjetika.", "Minbarra dan, Rabbi Daum kien ukoll dak li mexxa l-komunit\u00e0 fejn jid\u0127lu attivitajiet reli\u0121ju\u017ci u kulturali, mhux biss, imma spe\u010bjalment g\u0127all-membri l-\u0121odda tal-Komunit\u00e0 Lhudija \u0121ejjin mill-EksUnjoni Sovjetika.", "Hu organizza jiem iddedikati lill-Kultura Lhudija, li fost l-o\u0127rajn kien hemm il-mu\u017cika Lhudija Klezmer u kien hemm kelliema li jispe\u010bjalizzaw fil-kuntatt reli\u0121ju\u017c, li addattaw g\u0127all-b\u017connijiet tal-membri l-\u0121odda tal-komunit\u00e0 mill-Eks Unjoni Sovjetika.", "Hu organizza wkoll vi\u017cti f'siti ta' patrimonju u f'postijiet ta' vulur storiku kbir Lhudi, pere\u017cempju bliet b\u0127al Worms, Mainz, u Michelstadt.", "Waqt il-\u0127ames snin b\u0127ala Rabbi tal-komunit\u00e0 fi Frankfurt, ir-Rabbi Ahron Daum kien l-uniku Rabbi.", "Huwa g\u0127amel ix-xog\u0127ol kollu g\u0127all-komunit\u00e0 fi Frankfurt, li f'dak i\u017c-\u017cmien kienet tg\u0127odd bejn 6000 u 7000 ru\u0127.", "Huwa g\u0127amel ix-xog\u0127ol waqt is-servizzi nhar ta' Sibt (Shabbat) u waqt festi o\u0127ra, inklu\u017c prietki fuq kwistjonijiet kontemporanji.", "Minbarra li g\u0127allem lezzjonijiet fuq it-Torah regolarment nhar ta' Sibt (Shabbat) u fost il-\u0121img\u0127a lill-membri tal-komunit\u00e0, hu kien i\u017cur l-erba' sinagogi e\u017cistenti regolarment u \u017car ukoll li\u017c-\u017cew\u0121t idjar tal-anzjani Lhud b'mod regolari g\u0127all-okka\u017cjonijiet tal-Festi Importanti, i\u010b-Chanukkah (il-festa tad-dawl) u fl-G\u0127id tal-Lhud.", "Hu ta sehmu wkoll f'funerali b'mod regolari u g\u0127amel vi\u017cti fi\u017c-\u017cmien tal-vi\u017ctu, minkejja l-istat tal-membru l-mejjet; jekk hux mag\u0127ruf jew le, fqir jew sinjur.", "Hu kien imexxi wkoll il-li\u0121i fuq l-ikel (il-Kashrut) tal-istituzzjonijiet tal-komunit\u00e0, b\u0127al ristoranti, il-\u0127wienet tal-la\u0127am, l-ikel kosher tal-Lufthansa u \u010belebrazzjonijiet f'okka\u017cjonijiet, b\u0127all-Bar-/Bat Mitzvahs u \u017cwi\u0121ijiet f'lukandi kbar.", "Minbarra dan, kien importanti \u0127afna g\u0127al Rabbi Daum li jibda l-bidla fil-banjijiet li jintu\u017caw mil-Lhud g\u0127ar-ritwali (il-Mikvah) skont l-istandards g\u0127oljin tal-Li\u0121i Lhudija (il-Halacha).", "Bl-g\u0127ajnuna ta' Rabbi Meir Posen, li fl-Ewropa ta' dak i\u017c-\u017cmien kien l-og\u0127la awtorit\u00e0 tal-Li\u0121i Lhudija fuq il-bini ta' dawn l-imsemmija banjijiet li l-Lhud ju\u017caw g\u0127ar-ritwali, huwa assigura li l-istandards g\u0127oljin tal-Li\u0121i Lhudija u li l-li\u0121i fuq l-ikel tal-Lhud (il-Kashrut) u fuq il-banjijiet li l-Lhud ju\u017caw g\u0127ar-ritwali (il-Mikvah) fi Frankfurt ji\u0121u mil\u0127uqa.", "Hu ma mexxiex biss l-Ikliet tal-G\u0127id tal-komunit\u00e0 ta' kull sena, b'mijiet ta' parte\u010bipanti, hu organizza wkoll komunit\u00e0 tas-Sukkah g\u0127all-membri tal-komunit\u00e0 u \u017car ta' spiss lill-membri tal-komunit\u00e0 u stedinhom fuq il-mejda tieg\u0127u n\u0127ar ta' Sibt (ix-Shabbat), ming\u0127ajr ma g\u0127amel l-ebda distinzjoni bejn membri mill-qalba jew mill-periferija tal-komunit\u00e0.", "Flimkien ma' missieru, Shmuel Daum, huwa organizza b'mod regolari it-talb Kabbalat Shabbat Minyanim g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fis-Sinagoga ta' Baumweg u waqt i\u017c-\u017cmien li kien inkarigat kien ukoll l-Av Beth Din ta' Frankfurt.B'hekk huwa kellu x'jaqsam b'mod attiv ma' kwistjonijiet ta' dawk li xtaqu jikkonvertu g\u0127ar-reli\u0121jon Lhudija (Giyurim), kwistjonijiet li jikkon\u010bernaw il-li\u0121i tal-ikel tal-Lhud (il-Kashrut), mal-Li\u0121i Lhudija (id-Dinei Torah) u ma' divorzji reli\u0121ju\u017ci (Gittin).", "Rigward dawk li riedu jikkonvertu g\u0127ar-reli\u0121jon Lhudija (il-Giyurim), Rabbi Daum g\u0127andu esperjenza kemm mill-perspettiva ta' m\u0127allef Rabbinku reli\u0121ju\u017c (Beth Din), kif ukoll b\u0127ala g\u0127alliem u gwida.", "Hu g\u0127andu aktar minn 15-il sena esperjenza fil-preparazzjoni fil-Li\u0121i Lhudija biex ji\u0121u rikonoxxuti dawk li mhumiex ori\u0121inarjament Lhud li jixtiequ jikkonvertu g\u0127ar-reli\u0121jon Lhudija.", "Fl-1993, g\u0127al ra\u0121unijiet familjari, huwa rri\u017cenja minn xog\u0127lu ta' Rabbi Ewlieni u mar jg\u0127ix f'Antwerp, il-Bel\u0121ju, fejn il-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-familja tieg\u0127u kienet tg\u0127ix di\u0121\u00e0.", "Hemmhekk huwa beda jg\u0127allem ir-reli\u0121jon Lhudija fis-sistema tal-iskejjel tal-istat u fl-iskejjel Lhud ta' matul il-jum.", "Fl-1995 huwa a\u010b\u010betta l-po\u017cizzjoni ta' lek\u010berer tal-Li\u0121i Lhudija fil-Fakult\u00e0 tar-Reli\u0121jon Komparattiva f'Wilrijk (Antwerp), fil-Bel\u0121ju.", "B\u0127ala rikonoxximent tat-tag\u0127lim tieg\u0127u hemmhekk, u tax-xog\u0127ol tieg\u0127u fuq il-Li\u0121i Lhudija, il-Fakult\u00e0 g\u0127amlitu Professur b' Honoris Causa fil-Li\u0121i Lhudija.", "Mill-2001, flimkien ma' martu, hu beda wkoll numru ta' pro\u0121etti biex jil\u0127aq aktar nies g\u0127all-indiema (il-Baalei Tshuva), g\u0127al persuni li mhumiex Lhud li huma interessati fl-Istudji Lhud u g\u0127al dawk li jixtiequ li jikkonvertu g\u0127ar-Reli\u0121jon Lhudija.", "Illum, dan jie\u0127u l-ma\u0121\u0121oranza tal-\u0127in u tax-xog\u0127ol tieg\u0127u u b\u0127ala parti mill-attivitajiet biex jil\u0127aq aktar nies, jorganizza regolarment, f'koperazzjoni ma\u010b-\u010aentru Shalom tal-Olanda, jiem ta' studju fuq su\u0121\u0121etti varji li huma relatati mal-Istudji Lhud.", "Il-Prof.", "Rabbi Ahron Daum huwa awtur prolifiku li kiteb fuq \u0127afna su\u0121\u0121etti relatati mal-Istudji Lhud.", "Waqt li kien jg\u0127ix fl-I\u017cvizzera, huwa kien jikkontribwixxi b'mod regolari artikli fuq il-Li\u0121i Lhudija fir-rivista ta' kull \u0121img\u0127a Lhudija Svizzera-\u0120ermani\u017ca msej\u0127a \"J\u00fcdische Rundschau\".", "Waqt i\u017c-\u017cmien tieg\u0127u b\u0127ala Rabbi Ewlieni ta' Frankfurt am Main, huwa regolarment kiteb artikli fid-\"Die J\u00fcdische Allgemeine\" u fir-rivista ta' kull xahrejn \"Die Gemeinde\".", "Ilu mill- 2010 jikteb artiklu ta' kull xahar g\u0127ar-rivista Joods Actueel, l-aktar pubblikazzjoni Lhudija li timxi fil-Bel\u0121ju.", "F'dawn l-artikli, huwa jikteb fuq kull aspett tal-Istudji Lhud, pere\u017cempju, is-serje tieg\u0127u li ntg\u0127o\u0121bot ferm fuq l-istorja tar-Reli\u0121jon Lhudija mill-Illumi\u017cmu.", "Huwa awtur ta' \u017cew\u0121 kotba.", "L-ewwel ktieb tieg\u0127u \"Halacha aktuell\" huwa xog\u0127ol ta' \u017cew\u0121 volumi, miktub bil-\u0120ermani\u017c, li jittratta problemi tal-Li\u0121i Lhudija u kwistjonijiet ta' interess kurrenti kif jidhru fil-letteratura tal-Li\u0121i Lhudija u spe\u010bifikament ir-Responsa.", "Dan ix-xog\u0127ol huwa uniku g\u0127aliex huwa l-ewwel ktieb li nkiteb bil-\u0120ermani\u017c fil-perjodu ta' wara l-gwerra li jittratta b'mod komprensiv fuq kwistjonijiet tal-Li\u0121i Lhudija fil-letteratura Responsa.", "B'hekk dan \u0121ie milqug\u0127 b'\u0127afna entu\u017cja\u017cmu fid-dinja tal-Li\u0121i Lhudija u ng\u0127ata titli minn \u0127afna awtoritajiet distinti tal-Li\u0121i Lhudija.", "\u010aerti artikli minn dan il-ktieb \u0121ew miktuba bl-Ebrajk Rabbiniku u \u0121ew ippubblikati separatament ta\u0127t it-titlu \"Iyunim b'Halacha\".", "It-tieni ktieb tieg\u0127u huwa \"Die J\u00fcdische Feiertage in Sicht der Tradition\" (Il-Festi Lhud fit-Tradizzjoni).", "Din hi antolo\u0121ija ta' \u017cew\u0121 volumi li tg\u0127aqqad artikli fuq il-Li\u0121i Lhudija, prietki, rimarki litur\u0121i\u010bi, \u0127sibijiet ta' omeliji u stejjer folkloristi\u010bi u umoristi\u010bi li huma relatati ma' festi Lhud u mal-jum tas-Sibt (Shabbat).", "B\u0127alissa huwa qieg\u0127ed ja\u0127dem fuq numru ta' kotba bl-Olandi\u017c fuq diversi su\u0121\u0121etti b\u0127all-Kabbalah, l-Istorja Lhudija, id-Dinja Kontemporanja Lhudija u l-affiljazzjonijiet differenti tag\u0127ha u kwistjonijiet o\u0127ra.", "Kotba"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23180", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23180", "title": "Mario Beccaria", "text": ["Mario Beccaria", "Franco Trappoli (San'Angelo Lodigiano, 18 ta' \u0120unju 1920 \u2013 22 ta' Novembru 2003) huwa politiku mal-Partit Demokristjan Taljan.", "Imwieled f'Sant'Angelo Lodigiano fl-1920, bejn l-1960 u l-1964 serva b\u0127ala sindku Demokristjan ta' Sant'Angelo Lodigiano.", "Kien ukoll membru tal-Kamra tad-Deputati mill-1968 sal-1972 u mill-1972 sal-1976.", "Matul il-karriera politika tieg\u0127u kien Segretarju tat-9-il Kummissjoni (xog\u0127lijiet pubbli\u010bi).;", "F'Sant'Angelo Lodigiano hemm triq imsemmija g\u0127alih.;"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23183", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23183", "title": "Lodi", "text": ["Lodi", "Lodi hi belt Taljana b'xi 44.769 abitant, li qieg\u0127da fit-tramuntana tal-pajji\u017c, bejn ix-xmara Adda u xmara Po.", "Hi l-kapitali tal-provin\u010bja tal-istess isem (re\u0121juni tal-Lombardija)"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23208", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23208", "title": "Attakki ta' Novembru 2015 f'Pari\u0121i", "text": ["Attakki ta' Novembru 2015 f'Pari\u0121i", "Fit-13 ta' Novembru 2015 filg\u0127axija, numru ta' attakki terroristi\u010bi koordinati se\u0127\u0127ew f'Pari\u0121i, Franza u fis-subborg Saint-Denis fit-Tramuntana ta' Pari\u0121i.", "L-attakki kkonsistew fi sparar tal-massa, bombi suwi\u010bidjali, bombi u nies me\u0127udin b\u0127ala osta\u0121\u0121i.", "Bdew fid-21:16 CET, fejn se\u0127\u0127ew tliet splu\u017cjonijiet u sitt sparaturi tal-massa, b'bombi wkoll \u0127dejn l-iStade de France f'Saint-Denis.", "L-ag\u0127ar attakk kien fit-teatru Bataclan fejn l-attakkanti \u0127adu osta\u0121\u0121i u b'konfronti mal-pulizija, sakemm spi\u010b\u010ba kollox fis-00:58 14 ta' Novembru CET.", "Tal-inqas 129 persuna inqatlu, 89 minnhom fit-teatru Bataclan.", "Iktar minn 350 persuna \u0121ew feruti mill-attakki, inklu\u017ci 99 persuna irrappurtati f'qag\u0127da serja.", "Apparti l-vittmi paj\u017cani, tmien attakkanti inqatlu wkoll u awtoritajiet komplew ifittxu g\u0127al kull kompli\u010bi.", "F'dikjarazzjoni televi\u017civa f'23:58 CET, il-President Fran\u010bi\u017c Fran\u00e7ois Hollande \u0127abbar stat nazzjonali t'emer\u0121enza, l-ewwel stat t'emer\u0121enza nazzjonali mill-2005, u min\u0127abba f'hekk po\u0121\u0121a kontrolli temporanji madwar il-fruntiera tal-pajji\u017c.", "In-nies \u0121ew ordnati biex ma joqog\u0127dux barra fit-toroq ta' Pari\u0121i, l-ewwel darba sa mill-1944.", "Fl-14 ta' Novembru, l-Istat I\u017clamiku tal-Iraq u l-Lvant (ISIS) ikklejmja r-responsabbilt\u00e0 tal-attakki.", "Skont il-gazzetta \"The Wall Street Journal\", l-attakki kienu motivati mill-Istat I\u017clamiku b\u0127ala \"ritaljazzjoni\" tal-irwol tal-Fran\u010bi\u017ci fil-Gwerra \u010aivili tas-Sirja u fil-Gwerra \u010aivili tal-Iraq.", "Hollande qal ukoll li l-attakki kienu organizzati minn barra l-pajji\u017c \"mill-Istat I\u017clamiku b'g\u0127ajnuna interna\" u ddeskriviehom b\u0127ala \"atti ta' gwerra\".", "Dawn l-attakki kienu l-ag\u0127ar li se\u0127\u0127ew fi Franza mit-Tieni Gwerra Dinjija u l-iktar li mietu fl-Unjoni Ewropea mill-bombi tal-ferrovija f'Madrid fl-2004.", "L-attakki \u0121ew jum biss wara attakki o\u0127rajn mill-Istat I\u017clamiku fil-Libanu fit-12 ta' Novembru 2015, fejn inqatlu 43 persuna; \u0121urnata wara l-qtil tal-membru tal-ISIS Jihadi John u 14-il jum wara li \u0121\u0121arraf l-ajruplan Metrojet Flight 9268, fejn mietu 217-il passi\u0121\u0121ier u 7 membri tal-kru, li l-ferg\u0127a Sinaj tal-Istat I\u017clamiku qieg\u0127da tikklejmja responsabbilt\u00e0.", "Qabel dan l-attakk ta' Pari\u0121i, Franza kienet di\u0121\u00e0 kien fuq allarm g\u0127oli mill-attakki ta' Jannar 2015 fl-istess belt ta' Pari\u0121i fejn inqatlu 17-il persuna, inklu\u017ci paj\u017cani u uffi\u010bjali tal-pulizija.", "Dan l-avveniment \u0121ie msemmi mit-Telegraph b\u0127ala l-attakki f'Pari\u0121i tal-\"Friday the 13th\", min\u0127abba li \u0121ara fil-jum tradizzjonali ta' sfortuna tal-\u0120img\u0127a t-13."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23211", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23211", "title": "Dritt Internazzjonali", "text": ["Dritt Internazzjonali", "Id-Dritt Internazzjonali hu \u0121abra ta' regoli li huma a\u010b\u010bettati b'mod \u0121enerali b\u0127ala vinkolanti fir-relazzjonijiet bejn l-Istati u n-Nazzjonijiet.", "Huwa qafas g\u0127all-prattika ta' relazzjonijiet internazzjonali stabbli u organizzati.", "Id-differenza bejn id-Dritt Internazzjonali u l-ordinamenti \u0121uridi\u010bi msejsin fuq l-Istat hi li d-Dritt Internazzjonali hu primarjament applikabbli g\u0127all- pajji\u017c u mhux g\u0127a\u010b-\u010bittadini privati.", "Id-Dritt Nazzjonali jista' jsir Dritt Internazzjonali meta t-trattati jiddelegaw il-\u0121urisdizzjoni nazzjonali lit-tribunali sovranazzjonali, b\u0127alma hi l-Qorti Ewropea tal-Jeddijiet tal-Bniedem jew il-Qorti Kriminali Internazzjonali.", "Trattati b\u0127all-Konvenzjoni ta' \u0120inevra jistg\u0127u je\u017ci\u0121u li d-Dritt Nazzjonali jikkonforma ma' xi partijiet tag\u0127hom.", "\u0126afna mid-Dritt Internazzjonali hu governanza msejsa fuq il-kunsens.", "Dan ifisser li Stat Membru ma huwiex marbut jottempera ru\u0127u ma' dan it-tip ta' Dritt Internazzjonali, sakemm ma jkunx ta l-kunsens g\u0127al \u010berta m\u0121iba.", "Din hi kwestjoni ta' sovranit\u00e0 tal-Istat.", "Imbag\u0127ad hemm aspetti o\u0127rajn tad-Dritt Internazzjonali la ma humiex imsejsin fuq il-kunsens imma xorta wa\u0127da huwa obbligatorju g\u0127all-Istati u g\u0127all-atturi non-Statali li jimxu mag\u0127hom, b\u0127al ng\u0127idu a\u0127na d-Dritt Internazzjonali Konswetudinarju u l-\"jus cogens\".", "It-terminu \"Dritt Internazzjonali\" japplika g\u0127al tliet dixxiplini legali distinti:", "Id-Dritt Internazzjonali Pubbliku, li jirregola r-relazzjoni bejn l-Istati u l-entitajiet internazzjonali.", "Dan jinkludi dawn il-kampi legali: id-Dritt tat-Trattati, id-Dritt tal-Ba\u0127ar, id-Dritt Kriminali Internazzjonali, id-Dritt tal-Gwerra jew id-Dritt Umanitarju Internazzjonali, u d-Dritt tar-Refu\u0121jati.", "Id-Dritt Internazzjonali Privat li jittratta kwestjonijiet ta' (i) liema \u0121urisdizzjoni tista' tisma' ka\u017c u (ii) id-Dritt li jirregola liema \u0121urisdizzjoni tapplika g\u0127all-kwestjonijiet sollevati fil-ka\u017c.", "Id-Dritt Sovranazzjonali jew id-Dritt tal-Organizzazzjonijiet Sovranazzjonali, li jirrigwardjaw ftehimiet re\u0121jonali fejn id-Drittijiet tal-Istati Nazzjon jistg\u0127u jitqiesu inapplikabbli meta jikkonfli\u0121\u0121u ma' sistema legali sovranazzjonali meta dak l-Istat ikollu obbligu bi Trattat versu kollettiv sovranazzjonali.", "I\u017c-\u017cew\u0121 ferg\u0127at tradizzjonali huma: \"jus gentium\" \u2013 id-Dritt tan-Nazzjonijiet \"jus inter gentes\" \u2013 il-ftehimiet bejn in-Nazzjonijiet."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23212", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23212", "title": "Dritt", "text": ["Dritt", "It-terminu \"dritt\" jintu\u017ca b'modi differenti:", "B\u0127ala fakult\u00e0 ggarantita mill-ordinament lil kull persuna jew organizzazzjoni jissejja\u0127 jedd."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23213", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23213", "title": "Jedd", "text": ["Jedd", "Il-jeddijiet huma prin\u010bipji legali, so\u010bjali, jew eti\u010bi ta' libert\u00e0 jew intitolament.", "Fi kliem ie\u0127or, il-jeddijiet huma regoli normattivi fundamentali dwar in-nies x'tista' tag\u0127mel jew in-nies x'inhu dovut lilha skont xi sistema legali, konvenzjoni so\u010bjali, jew teorija etika.", "Il-jeddijiet huma ta' importanza essenzjali fid-dixxiplini b\u0127ad-Dritt u l-etika, l-aktar fit-teoriji dwar il-\u0121ustizzja u d-deontolo\u0121ija.", "Il-jeddijiet huma ta' spissa meqjusin fundamentali g\u0127a\u010b-\u010bivilizzazzjoni, billi jitqiesu pilastri stabbiliti tas-so\u010bjet\u00e0 u l-kultura, u l-istorja tal-kunflitti so\u010bjali tista' tinstab fl-istorja ta' kull jedd u tal-i\u017cvilupp tieg\u0127u.", "Skond l-i\"Stanford Encyclopedia of Philosophy\", \"il-jeddijiet jistrutturaw il-form tal-gvernijiet, il-kontenut tal-li\u0121ijiet, u l-g\u0127amla tal-moralit\u00e0 kif per\u010bepita fil-pre\u017cent\"."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23221", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23221", "title": "Argenteuil", "text": ["Argenteuil", "Argenteuil () huwa komun fil-majjistral tas-subborgi ta' Pari\u0121i, Franza.", "Il-komun jinsab 12.3 km (7.6 mi) mi\u010b-\u010bentru ta' Pari\u0121i.", "Argenteuil huwa sub-prefettura tad-dipartiment Val-d'Oise, is-sede tal-arrondissement t'Argenteuil.", "Argenteuil huwa t-tieni l-aktar komun popolat fis-subborgi ta' Pari\u0121i (wara Boulogne-Billancourt) u l-aktar wie\u0127ed popolat fid-dipartiment Val-d'Oise, g\u0127alkemm mhuwiex prefettura tieg\u0127u, huwa maqsum bejn il-komuni ta' Cergy u Pontoise.", "L-isem Argenteuil kien irre\u0121istrat g\u0127all-ewwel darba fil-karta rjali tas-sena 697 b\u0127ala Argentoialum.", "Il-komun t'Argenteuil twaqqaf b\u0127ala kunvent fis-seklu 7.", "Il-monasteru li rri\u017culta milll-kunvent kien meqrud matul ir-Rivoluzzjoni Fran\u010bi\u017ca.", "\u0126arba rurali g\u0127al Pari\u0121ini, issa huwa subborg ta' Pari\u0121i.", "Fost il-pitturi li g\u0127amlu Argenteuil famu\u017ca huma Claude Monet, Jean-\u00c9tienne Delacroix, Auguste Renoir, Gustave Caillebotte, Alfred Sisley u Georges Braque", "Argenteuil huwa servut minn \u017cew\u0121 stazzjonijiet tal-linja tal-ferrovija suburbana Transilien Paris \u2013 Saint-Lazare li huma Gare d'Argenteuil u Val d'Argenteuil.", "Il-Conservatoire \u00e0 rayonnement d\u00e9partemental de Musique (Konservatorju tal-Mu\u017cika radjazzjoni dipartimentali) jinsab f'Argenteuil.", "Andr\u00e9 Bon huwa wie\u0127ed mill-eks studenti tieg\u0127u.", "Koordinati:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23223", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23223", "title": "Salvador Dal\u00ed", "text": ["Salvador Dal\u00ed", "Salvador Dom\u00e8nec Felip Jacint Dal\u00ed i Dom\u00e8nech, Marki\u017c ta' P\u00fabol (Figueres, 11 ta' Mejju 1904 \u2013 Figueres, 23 ta' Jannar 1989) kien pittur Spanjol surrealista li \u0127adem ukoll b\u0127ala skultur, kittieb, fotografu, re\u0121ista, disinjatur u xene\u0121\u0121jatur.", "Dal\u00ed kellu \u0127ila kien fil-pittura u fid-disinn, imma famu\u017c ukoll g\u0127all-immagini su\u0121\u0121estivi u bizzarri tax-xog\u0127lijiet surrealisti tieg\u0127u.", "Is-seng\u0127a pittorika tieg\u0127u \u0121iet attribwita g\u0127all-influwenza li kellhom fuqu il-maestri tar-Rinaxximent.", "Wa\u0127da mix-xog\u0127lijiet l-aktar famu\u017ci tieg\u0127u, \"Il-persistenza tal-memorja,\" pin\u0121ieha fl-1931.", "It-talent artistiku tieg\u0127u, Dal\u00ed esprimieh f'bosta oqsma o\u0127ra, fosthom i\u010b-\u010binema, l-iskultura u l-fotografija, fejn ikkollabora ma' artisti ta' kull settur.", "Kien jattribwixxi \"\"l-im\u0127abba g\u0127al kull mhu indurat u e\u010b\u010bessiv, il-passjoni tieg\u0127i g\u0127al-lussu u l-im\u0127abba g\u0127all-ilbies orjentali\"\" g\u0127al \"\"dixxendenza G\u0127arbija\"\", g\u0127ax kien isostni li l-antenati tieg\u0127u kienu \u0121ejjin mill-G\u0127arab ta' Spanja.", "Dal\u00ed kien mog\u0127ni b'imma\u0121inazzjoni kbira u kien i\u0127obb l-im\u0121iba stramba u grandju\u017ca.", "Il-maniera e\u010b\u010bentrika tieg\u0127u u l-im\u0121iba diretta biex tattira l-attenzjoni tal-pubbliku xi minn daqqiet i\u017cjed kienu ji\u0121bdu aktar attenzjoni mill-arti tieg\u0127u.", "Dan kien jinkwieta lil dawk li kienu japprezzaw l-arti tieg\u0127u u jdejjaq lill-kriti\u010bi..", "Salvador Dal\u00ed twieled fil-11 ta' Mejju 1904 fil-belt ta' Figueres, fir-re\u0121jun tal-Alt Empord\u00e0 fil-Katalonja, qrib il-fruntiera Fran\u010bi\u017ca.", "\u0126uh il-kbir, li ukoll kien jismu Salvador (twieled fit-12 ta' Ottubru 1901), miet bil-menin\u0121ite disa' xhur qabel, fl-1 ta' Awwissu 1903.", "Missieru, Salvador Dal\u00ed i Cus\u00ed, avukat u nutar, kien jemmen fid-dixxiplina, imma r-ri\u0121idit\u00e0 tieg\u0127u kienet ittaffiha ommu, Felipa Dom\u00e8nech i Ferr\u00e9s, li kienet tinkora\u0121\u0121ixxi l-aspirazzjonijiet artisti\u010bi ta' binha."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23224", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23224", "title": "Fl\u00f3ra K\u00e1d\u00e1r", "text": ["Fl\u00f3ra K\u00e1d\u00e1r", "Fl\u00f3ra K\u00e1d\u00e1r (; (Ungeri\u017c: \"K\u00e1d\u00e1r Fl\u00f3ra\") (Budapest, 4 t'Awwissu 1938 \u2013 3 ta' Jannar 2003) kienet attri\u010bi Ungeri\u017ca.", "Imwielda Budapest fl-1928.", "Fl\u00f3ra K\u00e1d\u00e1r bdiet il-karriera tag\u0127ha ta' 25-il sena fit-\u010binema, g\u0127alkemm it-tra\u0121itt tal-karriera tag\u0127ha mexa aktar fuq il-linja tat-teatru."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23230", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23230", "title": "Pari\u0121i", "text": ["Pari\u0121i", "Pari\u0121i () hija l-belt kapitali ta' Franza.", "Il-belt tinsab fuq ix-xmara Seine, fit-tramuntana tal-pajji\u017c, kif ukoll tinsab fir-re\u0121jun \u00cele-de-France, li hu mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala r\u00e9gion parisienne, \"Re\u0121jun Pari\u0121in\".", "Il-Belt ta' Pari\u0121i g\u0127anda \u017cona ta' 105 km2 u popolazzjoni ta' 2,241,346 ru\u0127 (stima tal-2014) \u0121ewwa l-fruntieri amministrattivi tag\u0127ha li huma essenzjalment kif kienu fl-1860.", "Mis-seklu 19, i\u017c-\u017cona mibnija ta' Pari\u0121i kibret aktar lilhinn mill-fruntieri amministrattivi tag\u0127ha: flimkien mas-subborgi tag\u0127ha, i\u017c-\u017cona metropolitana ta' Pari\u0121i g\u0127andha popolazzjoni ta' 12,341,418 ru\u0127 (\u010bensiment tal-2012), jew 18.9% tal-popolazzjoni ta' Franza.", "Ir-re\u0121jun amministrattiv ta' Pari\u0121i jkopri 12,012 km2 (4,638 mi2), bil-kunsill re\u0121jonali tieg\u0127u stess u l-president.", "Pari\u0121i twaqqfet fis-seklu 3 QK minn xi nies \u010belti\u010bi imsej\u0127a il-Parisii, li taw l-isem lil belt.", "Mis-seklu 12, Pari\u0121i kienet l-akbar belt fl-dinja tal-Punent, b'\u010bentru kummer\u010bjali prosperu, u d-domi\u010bilju tal-Universit\u00e0 ta' Pari\u0121i, wa\u0127da mill-ewwel fl-Ewropa.", "Fis-seklu 18, kienet l-istadju ta\u010b-\u010bentru g\u0127ar-Rivoluzzjoni Fran\u010bi\u017ca, u saret \u010bentru importanti ta' finanzi, kummer\u010b, moda, xjenza, u arti, po\u017cizzjoni li xorta baqg\u0127at sal-llum.", "Ir-Re\u0121jun ta' Pari\u0121i g\u0127andu PGD ta' \u20ac624 biljun fl-2012, li jammonta g\u0127al 30 fil-mija tal-PGD ta' Franza, u ji\u0121i klassifikat b\u0127ala wie\u0127ed mill-\u0127ames re\u0121juni g\u0127onja fl-Ewropa; huwa l-bankarju u \u010b-\u010bentru finanzjarju ta' Franza, u fih l-kwartieri \u0121enerali ta' 29 minn 31 kumpanija fi Franza kklassifikati fil-Fortune Global 500 tal-2015.", "Pari\u0121i hija l-belt tal-mu\u017cew tal-arti li hija l-aktar vi\u017citata fid-dinja , il-Louvre, kif ukoll il-Mus\u00e9e d'Orsay, innotat g\u0127all-\u0121bir ta' arti impressjonisti Fran\u010bi\u017ci, u l-Mus\u00e9e National d'Art Moderne, mu\u017cew ta' arti moderni u kontemporanji.", "Il-postijiet familjari arkitettorali notevoli ta' Pari\u0121i jinkludu Katidral Notre Dame (seklu 12); is-Sainte-Chapelle (seklu 13); it-Torri Eiffel (1889); il-Ba\u017cilika tas-Sacr\u00e9-C\u0153ur \u0121ewwa Montmartre (1914).", "Fl-2014 Pari\u0121i r\u010beviet 22.4 miljun vi\u017citatur, biex b'hekk il-belt hija wa\u0127da mill-awqa destinazzjoni turistika fid-dinja.", "Pari\u0121i hija wkoll mag\u0127rufa g\u0127all-moda tag\u0127ha.", "\u0126afna mill-universitajiet ewlenin ta' Franza u l-\"grandes \u00e9coles\" jinsabu f'Pari\u0121i, hekk kif il-gazzetti ewlenin ta' Franza, li jinkludu \"Le Monde\", \"Le Figaro\" u \"Lib\u00e9ration\".", "Pari\u0121i hija post tal-klabb tal-futbol Paris Saint-Germain u l-klabb tar-ragbi Stade Fran\u00e7ais.", "L-istadium li jesa' 80,000, Stade de France, li kien inbena ghat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-1998, huwa allokat fit-tramuntana ta' Pari\u0121i fil-komun ta' Saint-Denis.", "Pari\u0121i ospitat kampjonat annwali tat-tennis French Open fuq it-tafal a\u0127mar ta' Roland Garros.", "Pari\u0121i ospitat ukoll l-Olimpjadi tas-Sajf tal-1900 u kif ukoll tal-1924, \u017cew\u0121 edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-1938 u tal-1998, u t-Tazza Tad-Dinja tar-Ragbi tal-2007.", "Pari\u0121i hija moqdija b'\u017cew\u0121 ajruporti internazzjonali li huma Paris-Charles de Gaulle u Paris-Orly.", "Infet\u0127et fl-1900, is-sistema sotterranja tal-belt, il-Paris M\u00e9tro, iservi 4.5 miljun passi\u0121\u0121ier kuljum.", "Pari\u0121i hija \u010b-\u010bentru tan-netwerk nazzjonali tat-toroq, u hija mdawra minn tliet toroq orbitali: il-P\u00e9riph\u00e9rique, l-awtostrada tal-A86, u l-awtostrada Francilienne fis-subborgi ta' barra.", "L-isem \"Paris\" huwa derivat minn abitanti bikrin, mit-trib\u00f9 \u010belti\u010bi Parisii.", "Pari\u0121i hija spiss imsej\u0127a b\u0127ala \"\"La Ville Lumi\u00e8re\"\", (Il-Belt tad-Dawl), kemm min\u0127abba r-rwol ewlieni tag\u0127ha matul i\u017c-\u017bmien tal-Illumini\u017cmu, u aktar letteralment g\u0127aliex Pari\u0121i kienet wa\u0127da mill-ewwel bliet Ewropej li adottataw id-dwal tal-gass fit-toroq.", "Fi\u017c-\u017cminijet tal-1860, il-boulevards u t-toroq ta' Pari\u0121i kienu mdawwlin minn 56,000 bozza tal-gass.", "Sa mis-seklu 19, Pari\u0121i kienet mag\u0127rufa wkoll b\u0127ala \"Panam(e)\" bis-slang Fran\u010bi\u017c.", "L-abitanti huma mag\u0127rufa bil-Malti b\u0127ala \"Pari\u0121ini\", bl-Ingli\u017c b\u0127ala \"Parisians\" u bil-Fran\u010bi\u017c b\u0127ala \"Parisiens\" (), kienu mag\u0127rufa wkoll b\u0127ala \"Parigots\" ().", "Il-\"Pari\u017ci\" (bil-Latin Parisii), it-tribujiet \u010belti\u010bi, abitaw i\u017c-\u017cona ta' Pari\u0121i minn madwar nofs is-seklu 3 QK.", "Wa\u0127da mir-rotot ma\u0121\u0121uri ta\u017c-\u017cona g\u0127all-kummer\u010b bejn it-tramuntana u n-nofsinhar kienet taqsam is-Seine fuq l-\u00eele de la Cit\u00e9; dal-post fejn kienu jiltaqg\u0127u ir-rotot tal-kummer\u010b bl-art u bl-ilma, ftit ftit sar belt u \u010bentru kummer\u010bjali importanti.", "Il-Pari\u017ci kienu jinnegozjaw ma' \u0127afna bliet li kienu \u0127dejn xmara, \u0127afna 'l bog\u0127od sal-Peni\u017cola Iberika, u g\u0127al dan l-g\u0127an kienu jistampaw il-muniti tag\u0127hom.", "Ir-Rumani \u0127akmu l-ba\u010bin ta' Pari\u0121i fis-sena 52 QK u wara g\u0127amlu l-belt kamp ta' gwarni\u0121\u0121jon, kif ukoll bdew jestendu l-kolonja tag\u0127hom b'mod aktar permanenti g\u0127ax-Xatt tax-Xellug ta' Pari\u0121i.", "Il-belt tal-Gallo-Rumani kienet ori\u0121inarjament imsej\u0127a Lutetia (aktar fid-dettal, \"Lutetia Parisiorum\", \"Lutetia tal-Parisii\").", "Hija saret belt prospera b'forum, banjijiet, tempji, teatri, u anfiteatru.", "Sal-a\u0127\u0127ar tal-Imperu Ruman tal-Punent, il-belt kienet mag\u0127rufa sempli\u010bement b\u0127ala \"Parisius\" bil-Latin u \"Paris\" bil-Fran\u010bi\u017c.", "Il-Kristjane\u017cmu \u0121ie ntrodott fin-nofs tas-seklu 3 AD.", "Skond it-tradizzjoni, l-ewwel Isqof ta' Pari\u0121i kien San Dijoni\u017cju (Saint Denis bil-Fran\u010bi\u017c).", "Meta huwa rrifjuta li jirrinunzja l-fidi tieg\u0127u, kien miet martri wara li \u0127anxrulu rasu fuq l-g\u0127olja li saret mag\u0127rufa b\u0127ala l-\"Muntanja tal-Martri\" (\"Mons Martyrum\"), u aktar tard \"Montmartre\".", "Il-post fejn indifen kien santwarju reli\u0121ju\u017c importanti; il-Ba\u017cilika ta' Saint-Denis inbniet hemmhekk u saret il-post tfejn jindifnu r-Rejiet Fran\u010bi\u017ci.", "Clovis il-Frank, l-ewwel re tad-dinastija Merovin\u0121jana, g\u0127amel il-belt il-belt kapitali tieg\u0127u mill-508.", "Il-fortifikazzjoni ta' \u00cele-de-France ma kinitx sodda bi\u017c\u017cejjed biex twaqqaf is-sakke\u0121\u0121 mill-Vikingi fis-sena 845, i\u017cda l-importanza strate\u0121ika ta' Pari\u0121i bil-pontijiet li jwaqqfu l-mog\u0127dija tal-vapuri g\u0127addiet u \u0121iet stabbilita bid-difi\u017ca li rexxiet fl-Assedju ta' Pari\u0121i (885\u201386).", "Fid-987 Hugh Capet, il-Konti ta' Pari\u0121i (\"comte de Paris\"), id-Duka tal-Franki (\"duc des Francs\") kien elett ir-Re tal-Franki (\"roi des Franks\").", "Ta\u0127t ir-regola tar-Rejiet Kapetingi, Pari\u0121i ftit ftit saret l-akbar u l-aktar belt g\u0127anja fi Franza.", "Sal-a\u0127\u0127ar tas-seklu 12, Pari\u0121i kienet saret il-belt kapitali politika, ekonomika, reli\u0121ju\u017ca u kulturali ta' Franza.", "L-\"\u00cele de la Cit\u00e9\" kienet is-sit tal-palazz irjali.", "Fl-1163, matul ir-renju ta' Louis VII, Maurice de Sully, l-Isqof ta' Pari\u0121i, wettaq il-kostruzzjoni tal-Katidral Notre Dame fl-estremit\u00e0 tal-lvant tag\u0127ha.", "Ix-Xatt Xellugi kien is-sit tal-Universit\u00e0 ta' Pari\u0121i, korporazzjoni ta' studenti u g\u0127alliema ffurmati matul is-seklu 12 li j\u0127arre\u0121 l-ewwel skulari fit-teolo\u0121ija, u aktar tard fil-li\u0121i kanonika, fil-medi\u010bina u fl-arti.", "Ix-Xatt Lemini sar i\u010b-\u010bentru tal-kummer\u010b u l-finanzi.", "In-negozjanti li kkontrollaw il-kummer\u010b fuq ix-xmara ffurmaw lega u din malajr saret forza qawwija.", "Bejn l-1190 u l-1202, Philip Augustus bena l-fortizza enormi tal-Louvre, kompla l-bini tan-Notre Dame, bena \u017cew\u0121 pontijiet, beda l-pavimentar tat-toroq ewlenin imdawlin ta' Pari\u0121i u l-kostruzzjoni tal-\u0127ajt iffortifikat madwar il-belt.", "Matul il-Gwerra ta' Mitt Sena, l-armata tad-Duka ta' Borgonja u l-forza ta' madwar mitejn suldat Ingli\u017ci okkupaw Pari\u0121i minn Mejju tal-1420 sal-1436.", "Huma mbuttaw lura t-tentattiv minn Joan tal-Arka sabiex te\u0127les il-belt fl-1429.", "Seklu wara, matul il-Gwerer Fran\u010bi\u017ci tar-Reli\u0121jon, Pari\u0121i kienet fortizza tal-Lega Kattolika.", "Fl-24 ta' Awwissu 1572, Pari\u0121i kienet sit tal-Massakru tal-Jum San Bartilmew, meta eluf ta' Protestanti Fran\u010bi\u017ci \u0121ew maqtula.", "L-a\u0127\u0127ar fost dawn il-gwerer, it-tmien wa\u0127da, spi\u010b\u010bat fl-1594, wara li Neriku IV ikkonverta g\u0127all-Kattoli\u010bi\u017cmu u seta' fl-a\u0127\u0127ar jid\u0127ol Pari\u0121i meta jg\u0127idu li stqarr \"Paris vaut bien une messe\" (\"Pari\u0121i tiswiha quddiesa\").", "Il-belt kienet \u0121iet traskurata g\u0127al de\u010bennji; sal-assassinju tieg\u0127u fl-1610, Neriku IV kien bena il-\"Pont Neuf\", l-ewwel pont f'Pari\u0121i bil-bankini u mhux bill-bini fil-\u0121nub, g\u0127aqqad b'bini \u0121did il-Louvre mal-Palazz tat-Tuileries, u \u0127oloq l-ewwel pjazza residenzjali f'Pari\u0121i, il-\"Place Royale\", illum mag\u0127ruf b\u0127ala l-Place des Vosges.", "Fis-seklu 17, il-Kardinal Richelieu, kap ministru ta' Louis XIII, kien determinat li jag\u0127mel Pari\u0121i l-isba\u0127 belt fl-Ewropa.", "Huwa bena \u0127ames pontijiet \u0121odda, kappella \u0121dida g\u0127all-Kulle\u0121\u0121 tas-Sorbonne, u palazz g\u0127alih innifsu, il-\"Palais Cardinal\", li wara \u0127alli\u0127 lil Lwi\u0121iLouis XIII.", "Wara il-mewt tieg\u0127u fl-1642, il-palazz sar mag\u0127ruf b\u0127ala l-Palais-Royal.", "Lwi\u0121i XIV ma kienx jafda l-Pari\u0121ini u mexxa il-qorti tieg\u0127u g\u0127al Versailles fl-1682, imma renju tieg\u0127u ra wkoll twarrid liema b\u0127alu tal-arti u x-xjenzi f'Pari\u0121i.", "Twaqqfu l-Com\u00e9die-Fran\u00e7aise, l-Akkademja tal-Pittura, u l-Akkademja tax-Xjenzi Fran\u010bi\u017ca u g\u0127amlu l-kwartieri \u0121enerali tag\u0127hom fil-belt.", "Biexjiuri li l-belt kienet sigura kontra l-attakki, waqg\u0127a l-\u0127itan tal-belt, biex minflok bena l-\"Grands Boulevards\".", "Biex i\u0127alli l-monumenti lir-renju tieg\u0127u, huwa bena l-\"Coll\u00e8ge des Quatre-Nations\", il-\"Place Vend\u00f4me\", il-\"Place des Victoires\" u l-\"Les Invalides\".", "Bejn l-1640 u l-1789, Pari\u0121i kibret fil-popolazzjoni minn 400,000 g\u0127al 600,000. il-Boulevard \u0121dida, Champs-\u00c9lys\u00e9es, estendiet il-belt fil-punent g\u0127all-\"\u00c9toile\", filwaqt li l-klassi tal-\u0127addiema tal-in\u0127awi ta' \"Faubourg Saint-Antoine\" fil-lvant tal-belt, kibret u b'hekk \u017cdiedu immigranti foqra mir-re\u0121juni l-o\u0127ra ta' Franza.", "Pari\u0121i kienet i\u010b-\u010bentru ta' splu\u017cjoni ta' attivit\u00e0 filosofiska u xjentifika mag\u0127rufa b\u0127ala \u017c-\u017bmien tal-Illumini\u017cmu.", "Diderot u d'Alembert ippubblikaw l-\"Encyclop\u00e9die\" tag\u0127hom fis-snin 1751-52, u l-A\u0127wa Montgolfier tajru l-ewwel mongolfiera ekwipa\u0121\u0121ata fil-21 ta' Novembru 1783, mill-\u0121onna ta' Ch\u00e2teau de la Muette.", "Pari\u0121i kienet il-kapital finanzjarja tal-Ewropa kontinentali, i\u010b-\u010bentru primarju Ewropej tal-pubblikazzjoni tal-kotba, moda, u l-manifattura tal-g\u0127amara fina u o\u0121\u0121etti ta' lussu.", "Fis-sajf tal-1789, Pari\u0121i sfat b\u0127ala \u010b-\u010bentru tar-Rivoluzzjoni Fran\u010bi\u017ca.", "Fl-14 ta' Lulju, folla \u0127adu l-armerija tal-Invalides, b'hekk akkwistaw eluf ta' armi tan-nar, u attakkaw il-Bastilja, simbolu ta' awtorit\u00e0 rjali.", "L-ewwel Komun ta' Pari\u0121i indipendenti, jew kunsill tal-belt, iltaqg\u0127a fil-\"H\u00f4tel de Ville\" u fil-15 ta' Lulju, l-astronomu Jean Sylvain Bailly \u0121ie elett b\u0127ala sindku.", "Lwi\u0121i XVI u l-familja rjali n\u0121abu Pari\u0121i b\u0127ala pri\u0121unieri fil-Palazz Tuileries.", "Matul ir-Renju tat-Terrur fl-1793, ir-rivoluzzjoni saret aktar u aktar radikali, ir-re, r-re\u0121ina, u s-sindku \u0121ew maqtula bil-giljottina, flimkien ma' 16,000 ru\u0127 oo\u0127ra (ma' Franza kollha).", "Il-proprjet\u00e0 tal-aristokrazija u l-knisja \u0121iet nazzjonalizzata, u l-knejjes tal-belt ing\u0127alqu, inbig\u0127u jew twaqqg\u0127u.", "Sensiela ta' fazzjonijiet rivoluzzjonarji mexxew Pari\u0121i sad-9 ta' Novembru 1799 (\"coup d'\u00e9tat du 18 brumaire\"), meta Napuljun Bonaparti \u0127a l-poter f'idejh b\u0127ala l-Ewwel Konslu.", "Il-popolazzjoni ta' Pari\u0121i ni\u017clet b'100,000 ru\u0127 matul ir-Rivoluzzjoni, imma bejn l-1799 u l-1815, re\u0121g\u0127et g\u0127oliet b'160,000 resident \u0121did, u b'kollox la\u0127qet is-660,000.", "Bonaparti issostitwixxa l-gvern elett ta' Pari\u0121i b'prefett jirrapporta g\u0127andu biss.", "Beda jibni monumenti lil glorja militari, inklu\u017c l-\"Arc de Triomphe\", u tejjeb l-infrastruttura traskurata tal-belt b'funtani \u0121odda, il-Canal de l'Ourcq, il-\u010aimiterju P\u00e8re Lachaise u l-ewwel pont tal-\u0127adud tal-belt, il-\"Pont des Arts\".", "Matul ir-Restawrazzjoni, il-pontijiet u l-pjazez ta' Pari\u0121i re\u0121g\u0127u ing\u0127ataw l-ismijiet li kellhom qabel ir-rivoluzzjoni, imma r-Rivoluzzjoni ta' Lulju fl-1830 f'Pari\u0121i, (ikkommemorata mill-Kolonna ta' Lulju fil-Place de la Bastille), waqqfet monarkija kostituzzjonali b' Louis Philippe I b\u0127ala re.", "L-ewwel linja tal-ferrovija lejn Pari\u0121i fet\u0127et fl-1837, dan kien bidu ta' perjodu \u0121did ta' migrazzjoni massiva mill-provin\u010bji g\u0127all-belt kapitali.", "Fl-1848 Louis-Philippe tne\u0127\u0127a mit-tron minn rewwixta popolari fit-toroq ta' Pari\u0121i fl-1848.", "Is-su\u010b\u010bessur tieg\u0127u, Napuljun III u l- prefett tas-Seine li n\u0127atar, Georges-Eug\u00e8ne Haussmann, nidew pro\u0121ett \u0121gantesk ta' xog\u0127lijiet pubbli\u010bi biex jinbnew boulevards wiesg\u0127in \u0121odda, teatru tal-opra \u0121did, suq \u010bentrali, akwadotti \u0121odda, sistema tad-drana\u0121\u0121 u l-parkijiet, fosthom il-Bois de Boulogne u l-Bois de Vincennes.", "Fl-1860, Napuljun III annessa wkoll il-bliet tal-madwar u \u0127oloq tmien arrondissements \u0121odda, biex b'hekk Pari\u0121i espandiet g\u0127al-limiti li g\u0127andha llum.", "Matul il-Gwerra Franko-Prussjana (1870\u20131871), Pari\u0121i kien assedjata mill-armata Prussjana.", "Wara xhur ta' imblokk, \u0121u\u0127, u mbag\u0127ad bumbardament mill-Prussi, il-belt i\u0121\u0121ielg\u0127et i\u010b\u010bedi fit-28 ta' Jannar 1871.", "Fit-28 ta' Marzu, gvern rivoluzzjonarju msejja\u0127 il-Komun ta' Pari\u0121i \u0127ataf il-poter f'Pari\u0121i.", "Il-Komun \u017camm il-poter g\u0127al xahrejn, sakemm kien soppress bl-a\u0127rax mill-armata Fran\u010bi\u017ca matul il-\"\u0120img\u0127a tad-Dmija\" fl-a\u0127\u0127ar ta' Mejju tal-1871.", "Tard fis-seklu 19, Pari\u0121i organizzat \u017cew\u0121 espo\u017cizzjonijiet internazzjonali ewlenin: l-Ekspo\u017cizzjoni Universali tal-1889, li saret biex tfakkar i\u010b-\u010bentinarju tar-Rivoluzzjoni Fran\u010bi\u017ca u g\u0127al din l-okka\u017cjoni nbena t-Torri Eiffel; u l-Espo\u017cizzjoni Universali tal-1900, li tat lill-Pari\u0121i il-\"Pont Alexandre III\", il-\"Grand Palais\", il-\"Petit Palais\" u l-ewwel linja tal-M\u00e9tro.", "Pari\u0121i saret il-laboratorju tan-naturali\u017cmu (\u00c9mile Zola) u tas-simboli\u017cmu (Charles Baudelaire u Paul Verlaine), u tal-impressjoni\u017cmu fl-arti (Courbet, Manet, Monet, Renoir.)", "Sal-1901, il-popolazzjoni ta' Pari\u0121i kienet kibret sa 2,715,000 ru\u0127.", "Fil-bidu tas-seklu, artisti minn madwar id-dinja, inklu\u017ci Picasso, Modigliani u Matisse marru jg\u0127ixu Pari\u0121i; Hemm twieldu wkoll il-Fauvi\u017cmu, il-Kubi\u017cmu u l-arti astratta, u awturi b\u0127al Marcel Proust li kien jesplora appro\u010b\u010bi \u0121odda g\u0127all-letteratura.", "Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, kultant Pari\u0121i sabet ru\u0127ha fuq il-front; bejn 600 u 1,000 taksi ta' Pari\u0121i kellhom rwol \u017cg\u0127ir i\u017cda importanti u simboliku ferm billi ttrasportaw 6,000 suldat g\u0127all-front.", "Fl-Ewwel Battalja tal-Marne.", "Il-belt kienet ukoll ibbumbardjata mi\u017c-\u017beppellini u ntlaqtet ukoll minn armi tan-nar \u0120ermani\u017ci.", "Fis-snin ta' wara l-gwerra, mag\u0127rufa b\u0127ala \"Les Ann\u00e9es Folles\", Par\u0121i kompliet tkun mekka g\u0127all-kittieba, mu\u017ci\u010bisti u artisti minn madwar id-dinja, inklu\u017ci Ernest Hemingway, Igor Stravinsky, James Joyce, Josephine Baker, Sidney Bechet u Salvador Dal\u00ed.", "Fis-snin wara l-konferenza tal-pa\u010bi, fil-belt \u0121ew joqg\u0127odu numru kbir ta' studenti u attivisti mill-kolonji Fran\u010bi\u017ci u minn pajji\u017ci Asjati\u010bi u Afrikani o\u0127ra, li aktar tard saru l-mexxejja tal-pajji\u017ci tag\u0127hom stess, b\u0127al Ho Chi Minh, Zhou Enlai u L\u00e9opold S\u00e9dar Senghor.", "Fl-14 ta' \u0120unju 1940, l-armata \u0120ermani\u017ca da\u0127let bil-forza Pari\u0121i, li kienet \u0121iet iddikjarata \"belt miftu\u0127a\".", "Fis-16 u s-17 ta' Lulju 1942, bl-ordni tal-\u0120ermani\u017ci, il-pulizija Fran\u010bi\u017ca u l-\u0121endarmi arrestaw 12,884 lhudi, inklu\u017ci 4,115-il tifel u tifla, u g\u0127alquhom g\u0127al \u0127amest ijiem fil-\"Vel d'Hiv\" (\"V\u00e9lodrome d'Hiver\"), minn fejn \u0121ew trasportati bil-ferrovija g\u0127all-kamp ta' sterminazzjoni f'Auschwitz, l-ebda wie\u0127ed mit-tfal ma' \u0121ie lura.", "Fil-25 ta' Awwissu 1944, il-belt in\u0127elset mit-Tieni Divi\u017cjoni Armata Fran\u010bi\u017ca u mir-Raba' Divi\u017cjoni tal-Infanterija tal-Armata tal-Istati Uniti.", "Il-\u0120eneral Charles de Gaulle mexxa folla enormi u emozzjonali mill-Champs \u00c9lys\u00e9es lejn in-Notre Dame de Paris, u g\u0127amel diskors stimolanti mill-H\u00f4tel de Ville.", "Fil-\u0127amsinijiet u s-sittinijiet, Pari\u0121i inqabdet fil-Gwerra Al\u0121erina g\u0127all-indipendenza; f'Awwissu 1961, xi nies tal-Front Liberali Nazzjonali li kien favur l-ndipendenza u qatlu 11-il pulizija pari\u0121in u dan wassal g\u0127all-impo\u017cizzjoni ta' curfew fuq Musulmani tal-Al\u0121erija (li f'dak i\u017c-\u017cmien kienu \u010bittadini Fran\u010bi\u017ci).", "Fis-17 ta' Ottubru 1961, protesta pa\u010bifika i\u017cda mhux awtorizzata mill-Al\u0121erini kontra l-curfew, waslet g\u0127al konfrontazzjonijiet vjolenti bejn il-pulizija u d-dimostranti u mietu mill-inqas 40 ru\u0127, xi w\u0127ud mitfuha fis-Seine.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra l-\"Organisation de l'arm\u00e9e secr\u00e8te\" (OAS), li kienu kontra l-indipendeza g\u0127amlu sensiela ta' bombi f'Pari\u0121i bejn l-1961 u l-1962.", "F'Mejju tal-1968, l-istudenti li kienu qed jie\u0127du sehem fil-protesti okkupaw is-Sorbonne u g\u0127amlu barrikati fil-Kwartier latin.", "Eluf ta' \u0127addiema manwali Pari\u0121ini ssie\u0127bu mal-istudenti, u l-moviment kiber fi strajk \u0121enerali ta' \u0121img\u0127atejn.", "Il-partiti tal-gvern reb\u0127u l-elezzjonijiet ta' \u0120unju b'ma\u0121\u0121oranza kbira.", "Dawn il-protesti ta' Mejju tal-1968 irri\u017cultaw fil-qsim tal-Universit\u00e0 ta' Pari\u0121i fi 13-il kampus indipendenti.", "Fl-1975, l-Assemblea Nazzjonali bidlet l-istatus ta' Pari\u0121i g\u0127al dak tal-bliet l-o\u0127ra Fran\u010bi\u017ci u, fil-25 ta' Marzu 1977, Jacques Chirac kien l-ewwel sindku elett ta' Pari\u0121i mill-1793.", "It-Torri Maine Montparnasse, l-itwal bini fil-belt b'57 sular u 210 metru g\u0127oli, inbena bejn l-1969 u l-1973.", "It-torri kien kontroversjali \u0127afna, u baqg\u0127a l-uniku bini fi\u010b-\u010bentru tal-belt g\u0127oli aktar minn 32 sular.", "Il-popolazzjoni ta' Pari\u0121i ni\u017clet minn 2,850,000 fl-1954 g\u0127al 2,152,000 fl-1990, min\u0127abba li l-familji tal-klassi tan-nofsi marru jg\u0127ixu lejn il-subborgi.", "In-netwerk ferrovjarju suburban, ir-RER (\"R\u00e9seau Express R\u00e9gional\"), inbena biex jikkumplimenta l-\"M\u00e9tro,\" u l-\"P\u00e9riph\u00e9rique\", dan il-pro\u0121ett tlesta fl-1973.", "\u0126afna mill-pre\u017cidenti ta' wara l-gwerra tal-\u0126ames Repubblika riedu j\u0127allu l-monumenti tag\u0127hom f'Pari\u0121i; il-President Georges Pompidou beda \u010b-\u010aentru Georges Pompidou (1977), Val\u00e9ry Giscard d'Estaing beda l-Mus\u00e9e d'Orsay (1986); il-President Fran\u00e7ois Mitterrand li kien fil-poter g\u0127al 14-il sena, bena l-Op\u00e9ra Bastille (1985-1989), il-Biblioth\u00e8que nationale de France (1996), l-Arche de la D\u00e9fense (1985-1989), u l-Piramida tal-Louvre b'bit\u0127a ta\u0127t l-art tag\u0127ha (1983-1989); Jacques Chirac (2006), il-Mus\u00e9e du quai Branly.", "Kmieni fis-seklu 21, il-popolazzjoni ta' Pari\u0121i bdiet ti\u017cdied bilmod mill-\u0121did, billi aktar \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 marru jg\u0127ixu fil-belt.", "La\u0127qet 2.25 miljuni ru\u0127 fl-2011.", "F'Marzu 2001, Bertrand Delano\u00eb sar l-ewwel sindku so\u010bjalista ta' Pari\u0121i.", "Fl-2007, bl-g\u0127an li jitnaqqas it-traffiku tal-karozzi fil-belt, introdu\u010ba l-V\u00e9lib', sistema g\u0127all-kiri tar-roti g\u0127all-u\u017cu mir-re\u017cidenti lokali u l-vi\u017citaturi.", "Bertrand Delano\u00eb trasforma wkoll sezzjoni tal-awtostrada tul ix-xatt tax-xellug tas-Seine fi promenade urbana u park, il-\"Promenade des Berges de la Seine\", li nnawgura f'\u0120unju 2013.", "Fl-2007, il-President Nicolas Sarkozy feta\u0127 il-pro\u0121ett \"Grand Paris\", biex jintegra l-Pari\u0121i aktar mill-qrib mal-bliet fir-re\u0121jun tal-madwar.", "Wara \u0127afna modifiki, i\u017c-\u017cona l-\u0121dida, imsemmija l-Metropoli ta' Grand Paris, b'popolazzjoni ta' 6.7 miljuni ru\u0127, hija skedata g\u0127all-\u0127olqien fl-1 ta' Jannar 2016.", "Fl-2011, il-Belt ta' Pari\u0121i u l-gvern nazzjonali approvaw il-pjanijiet g\u0127all-Grand Paris Express, b'total ta' 205 kilometri ta' linji tal-metro awtomatizzati li jikkonnetjaw lil-Pari\u0121i, il-\u0121ewwanett tat-tliet dipartimenti madwar Pari\u0121i, l-ajruporti u l-istazzjon tal-velo\u010bit\u00e0 qawwija TGV, jistmaw li dawn b'kollox \u0127a jqumu \u20ac35 biljun.", "Is-sistema hija skedata li titlesta sal-2030.", "Fil-5 ta' April 2014, is-so\u010bjalista Anne Hidalgo, \u0121iet eletta l-ewwel sindku mara ta' Pari\u0121i.", "Fis-7 ta' Jannar 2015, \u017cew\u0121 estremisti Musulmani Fran\u010bi\u017ci attakkaw il-kwartieri \u0121enerali ta' \"Charlie Hebdo\" f'Pari\u0121i, u qatlu tlettax-il ru\u0127, fid-9 ta' Jannar, it-tielet terrorist qatel erba' osta\u0121\u0121i waqt attakk f'\u0127anut tal-mer\u010ba Lhudi \u0121ewwa l-\"Porte de Vincennes\".", "Fil-11 ta' Jannar kien stmat li 1.5 miljun ru\u0127 immar\u010bjaw flimkien mal-politi\u010bi mexxejja internazzjonali biex juru solidarjet\u00e0 kontra t-terrori\u017cmu u d-difi\u017ca tal-libert\u00e0 tal-kelma.", "G\u0127axar xhur wara, fit-13 ta' Novembru 2015, waslu serje ta' attakki kkordinati terroristi\u010bi f'Par\u0121i u Saint-Denis allegati mill-organizzazzjoni tal-'Istat I\u017clamiku', ISIL ('Dag\u0127ex', ISIS); 130 persuna nqatlu minn sparaturi u bombi, u ndarbu aktar minn 350.", "Sebg\u0127a mill-attakkanti qatlu lilhom infushom u o\u0127rajn splodew lilhom infushom.", "Fl-g\u0127odwa tat-18 ta' Novembru, tliet terroristi suspettati, inklu\u017c l-allegat mill-pjan tal-attakki Abdelhamid Abaaoud, inqatlu minn sparaturi tal-pulizija fis-subborg ta' Pari\u0121i, Saint-Denis.", "Il-Pre\u017cident Hollande iddikjara stat ta' emer\u0121enza g\u0127al tlett xhur fi Franza.", "Pari\u0121i tinsab fit-tramuntana \u010bentrali ta' Franza.", "Il-belt hija 450 kilometru 'l bog\u0127od mix-xlokk ta' Londra, 287 kilometru min-nofsinhar ta' Calais, 305 kilometri mil-lbi\u010b ta' Brussell, 774 kilometru mit-tramuntana ta' Marsilja, 385 kilometru mill-grigal ta' Nantes u 135 kilometru mix-xlokk ta' Rouen.", "Pari\u0121i tinsab fl-ark tat-tramuntana tax-xmara Seine u tinkludi \u017cew\u0121 g\u017cejjer, l-\"\u00cele Saint-Louis\" u l-\"\u00cele de la Cit\u00e9\", l-akbar wa\u0127da, kif ukoll parti qadima tal-belt.", "Il-bokka tax-xmara fuq il-Kanal Ingli\u017c (\"La Manche\"), stabbilit xi 8000 sena QK, huwa madwar 375 km l-isfel mill-belt.", "Il-belt hija mifruxa fil-wisa' fuq i\u017c-\u017cew\u0121 xtut tax-xmara.", "Jekk in\u0127arsu lejha kollha, il-belt hija relattivament \u010batta, u l-aktar \u017cona baxxa hija 35 m 'l fuq mil-livell ba\u0127ar.", "Pari\u0121i g\u0127andha diversi g\u0127oljiet prominenti, l-og\u0127la wa\u0127da hija l-Montmartre li hi g\u0127olja 130 metru.", "Montmartre kisbet isimha mill-martirju ta' San Dijoni\u017cju, l-ewwel isqof ta' Pari\u0121i, fuq il-\"Mons Martyrum\", \"l-G\u0127olja tal-Martri\", fil-250.", "Barra l-parkijiet periferi\u010bi ta' \"Bois de Boulogne\" u l-\"Bois de Vincennes\", Pari\u0121i tkopri erja ovali ta' madwar 87 km2, imdawra bil-Boulevard P\u00e9riph\u00e9rique, triq ta' 35 km li tag\u0127mel \u010birku madwar il-belt.", "Fl-1860, l-a\u0127\u0127ar annessjoni importanti tat-territorji ta' madwar, mhux biss tatha il-forma li g\u0127andha i\u017cda \u0127olqot ukoll spiral li jdur skont l-arlo\u0121\u0121 mag\u0127mul minn 20 arrondissements.", "Fl-1860 kellha \u017cona ta' 78 km2, u fl-1920 il-limiti tal-belt tkabbru bi ftit g\u0127al 86.9 km2.", "Fl-1929, il-parkijiet foresti\u010bi, il-\"Bois de Boulogne\" u l-\"Bois de Vincennes\" \u0121ew uffi\u010bjalment annessi mal-belt, biex b'hekk i\u017c-\u017cona kibret g\u0127al 105 km2.", "I\u017c-\u017cona metropolitana tal-belt hija 2,300 km2 (890 mi kw).", "Pari\u0121i g\u0127andha klima o\u010beanika Ewropea tal-Punent tipika li hija affettwata mill-Kurrent Atlantiku tat-Tramuntana.", "Il-klima \u0121enerali matul is-sena hi moderata bix-xita spissa.", "Il-\u0121ranet tas-sajf huma normalment s\u0127an u pja\u010bevoli b'temperaturi medji bejn 15 u 25 \u00b0C (59 u 77 \u00b0F) u ammont sewwa ta' xemx.", "Kull sena, hemm ftit jiem fejn it-temperatura tog\u0127la 'l fuq minn 32 \u00b0C (90 \u00b0F).", "Sa\u0127ansitra f'\u010bertu snin kien hemm perjodi twal ta' temp b'sajf a\u0127rax, b\u0127all-mew\u0121a ta' s\u0127ana tal-2003 meta t-temperaturi qab\u017cu it-30 \u00b0C (86 \u00b0F) g\u0127al \u0121img\u0127at twal, kif ukoll l-40 \u00b0C (104 \u00b0F) f'\u010bertu jiem.", "Aktar re\u010bentement, it-temperatura medja g\u0127al Lulju-2011 kienet 17.6 \u00b0C (63.7 \u00b0F), b'temperatura medja minima ta' 12.9 \u00b0C (55.2 \u00b0F) u b'temperatura medja massima ta' 23.7 \u00b0C (74.7 \u00b0F).", "B\u0127ala medja, ir-rebbieg\u0127a u l-\u0127arifa jkollhom jiem moderati u ljieli friski, imma variabbli u mhux stabbli.", "\u0126a\u0121a li ma tistennihiex, spiss ikun hemm temp s\u0127un jew frisk, fi\u017c-\u017cew\u0121 sta\u0121uni.", "Fix-xitwa, il-klima nieqsa mix-xemx; il-\u0121ranet kis\u0127in imma \u0121eneralment og\u0127la mit-temperatura tal-iffri\u017car b'temperaturi ta' madwar 7\u00b0C (45\u00b0F).", "Madankollu billejl mhux rari li jkun hemm \u0121lata \u0127afifa, it-temperatura tin\u017cel i\u017cjed baxx minn 5\u00b0C (9\u00b0F) ta\u0127t i\u017c-0\u00b0C (32\u00b0F) g\u0127al ftit jiem fis-sena.", "Tag\u0127mel il-borra kull sena, i\u017cda rari li tibqa' fl-art.", "Fil-belt kultant ikun hemm burraxka ta' borra \u0127afifa imma din ma tin\u0121abarx.", "Pari\u0121i g\u0127andha pre\u010bipitazzjoni annwali medja ta' 652 mm, u jkollha xita \u0127afifa mifruxa sewwa mas-sena.", "Madankollu l-belt hija mag\u0127rufa g\u0127all-\u0127albiet ta' xita qawwija li jkun hemm kultant.", "L-og\u0127la temperatura rre\u0121istrata hija ta' 40.4\u00b0C (104.7\u00b0F) (28 ta' Lulju 1948), u l-anqas hija ta' \u221223.9\u00b0C (\u221211.0\u00b0F) (10 ta' Di\u010bembru 1879).", "Matul kwa\u017ci l-istorja twila kollha tal-belt, \u0127lief g\u0127al xi ftit perjodi qosra, Pari\u0121i kienet iggvernata direttament mir-rappre\u017centanti tar-reijiet, imperaturi, jew pre\u017cidenti ta' Franza.", "Il-belt ma kinitx moghtija awtonomija muni\u010bipali mill-Assemblea Nazzjonali sal-1974.", "L-ewwel sindku elett modern ta' Pari\u0121i kien Jacques Chirac, dan \u0121ie elett fl-20 ta' Marzu 1977, u kien l-ewwel sindku tal-belt mill-1793.", "B\u0127alissa s-sindku hu Anne Hidalgo, so\u010bjalista li \u0121iet eletta fil-5 ta' April 2014.", "Is-sindku ta' Pari\u0121i huwa elett b'mod indirett mill-votanti Pari\u0121ini; il-votanti ta' kull arrondissement ja\u0127tru l-\"Conseil de Paris\" (Kunsill ta' Pari\u0121i), mag\u0127mul minn 163 membru.", "Kull arrondissement g\u0127andhu numru ta' membri li jiddependi fuq il-popolazzjoni tieg\u0127u, minn 10 membri g\u0127al kull wie\u0127ed mill-inqas arrondissement popolat (1 sa 9) sas-36 membru g\u0127all-aktar arrondissement popolat (il-15).", "Il-membri tal-kunsill eletti jag\u0127\u017clu s-sindku.", "Xi kultant il-kandidat li jir\u010bievi l-aktar voti mill-belt kollha ma jintg\u0127a\u017cilx jekk il-kandidat l-ie\u0127or ikun reba\u0127 l-appo\u0121\u0121 tal-ma\u0121\u0121oranza tal-membri tal-kunsill.", "Is-sindku Bertrand Delano\u00eb (2001-2014) \u0121ie elett minn minoranza ta' votanti tal-belt biss, i\u017cda kellu l-ma\u0121\u0121oranza tal-membri tal-kunsill.", "Wara l-elezzjoni, il-kunsill g\u0127andu rwol aktar passiv fil-gvern tal-belt; huwa jiltaqa' biss darba fix-xahar.", "Il-kunsill attwali huwa maqsum bejn koalizzjoni tax-xellug ta' 91 membri, inklu\u017ci s-so\u010bjalisti, komunisti, \u0127odor, u x-xellug estrem; u 71 membri ta\u010b-\u010bentru lemini, kif ukoll ftit mill-membri mill-partiti \u017c-\u017cg\u0127ar.", "Kull wie\u0127ed mill-20 arrondissements ta' Pari\u0121i g\u0127andu muni\u010bipju u kunsill elett direttament (\"conseil d'arrondissement\"), li mbag\u0127ad, itellg\u0127u sindku ta' arrondissement.", "Il-kunsill ta' kull arrondissement huwa mag\u0127mul minn membri tal-\"Conseil de Paris\" u membri o\u0127ra li jservu biss fuq il-kunsill tal-arrondissement.", "In-numru ta' sindki deputati f'kull arrondissement ivarja skond il-popolazzjoni tieg\u0127u.", "B'kollox hemm 20 sindku ta' arrondissement u 120 sindku deputati.", "Il-ba\u0121it tal-belt g\u0127all-2013 kienet \u20ac7.6 biljun, li 5.4 biljun minnhom marru g\u0127all-amministrazzjoni tal-belt, filwaqt \u20ac2.2 biljun l-o\u0127ra, marru g\u0127all-investiment.", "L-akbar parti tal-ba\u0121it (38 fil-mija) marret g\u0127all-akkomodazzjoni pubblika u l-pro\u0121etti urbani\u010bi; 15 fil-mija g\u0127at-toroq u t-trasport; 8 fil-mija g\u0127all-iskejjel (li huma fil-parti l-kbira finanzjati mill-ba\u0121it statali); 5 fil-mija g\u0127all-parkijiet u l-\u0121onna; u 4 fil-mija g\u0127all-kultura.", "Is-sors ewlieni ta' d\u0127ul g\u0127all-belt hija taxxa diretta (35 fil-mija), supplimentata minn 13 fil-mija tat-taxxa tal-proprjet\u00e0 immobbli, 19 fil-mija tal-ba\u0121it \u0121ejja minn trasferiment mill-gvern nazzjonali.", "In-numru tal-impjegati jew a\u0121enti tal-belt, kiber minn 40,000 fl-2000 g\u0127al 73,000 fl-2013.", "Id-dejn tal-belt kiber minn \u20ac1.6 biljun fl-2000 g\u0127al 3.1 biljuni fl-2012.", "Min\u0127abba d-dejn kbir u dejjem jikber, il-klassifikazzjoni tal-bond tal-belt ni\u017clet minn AAA g\u0127al AA+ fis-snin 2012 u 2013.", "F'Settembru 2014, is-sindku Hidalgo \u0127abret li l-belt se jkollha \u017cbilan\u010b fil-ba\u0121it ta' \u20ac400 miljun, l-aktar min\u0127abba tnaqqis fl-appo\u0121\u0121 mill-gvern nazzjonali.", "Il-\"M\u00e9tropole du Grand Paris\", jew il-Metropoli ta' Grand Paris, formalment se tibda te\u017cisti fl-1 ta' Jannar, 2016.", "Dan il-pro\u0121ett hu struttura amministrattiva g\u0127all-kooperazzjoni bejn il-belt ta' Pari\u0121i u s-subborgi qrib tag\u0127ha.", "Dan jinkludi il-Belt ta' Pari\u0121i, il-komuni, u l-bliet tat-tliet dipartimenti tas-subborgi ta' madwar; Hauts-de-Seine, Seine-Saint-Denis u Val-de-Marne; kif ukoll seba' komuni fis-subborgi ta' barra, inklu\u017ci Argenteuil f'Val d'Oise u Paray-Vieille-Poste f'Essonne, li \u0121ew mi\u017cjuda biex jinkludu l-ajruporti ewlenin ta' Pari\u0121i.", "Il-Metropoli se tkopri 814 kilometru kwadru u se jkollha popolazzjoni ta' 6.945 miljun ru\u0127.", "L-istruttura l-\u0121dida se tkun amministrata minn Kunsill Metropolitan ta' 210 membri, mhux eletti b'mod dirett, i\u017cda mag\u0127\u017cula mill-kunsilli membri tal-komuni.", "Finalment, il-kompetenzi ba\u017ci\u010bi se jinkludu l-ippjanar urban, l-akkomodazzjoni, u l-protezzjoni tal-ambjent.", "Il-Grand Paris se jkollha il-kwartieri \u0121enerali f'rue Leblanc fil-15-il arrondissement ta' Pari\u0121i.", "L-ewwel president tal-kunsill metropolitan se jkun elett fit-22 ta' Jannar, 2016.", "Ir-Re\u0121jun ta' \u00cele de France, li jinkludi Pari\u0121i u komunitajiet tal-madwar, huwa ggvernat mill-Kunsill Re\u0121jonali.", "Ir-re\u0121jun g\u0127andhu l-kwartieri tieg\u0127u fis-7 arrondissement ta' Pari\u0121i.", "Huwa mag\u0127mul minn 209 membri li jirrappre\u017centaw il-komuni differenti fi \u0127dan ir-re\u0121jun.", "Fil-15 ta' Di\u010bembru, 2015, lista ta' kandidati tal-Unjoni tad-Dritt u koalizzjoni ta' partiti \u010bentrali u lemini, immexxija minn Valerie Pecresse, reb\u0127u l-elezzjoni re\u0121jonali b'mod restrittiv, billi g\u0127elbu l-koalizzjoni tas-so\u010bjalisti u l-ekolo\u0121isti.", "Is-so\u010bjalisti kienu ggvernaw ir-re\u0121jun g\u0127al sbatax-il sena.", "Fl-2016, il-kunsill re\u0121jonali l-\u0121did se jkollhu 121 membru mill-Unjoni tad-Dritt, 66 mill-Unjoni tax-Xellug u 22 mill-Front Nazzjonali estrem lemini.", "Peress li l-belt hija l-kapitali ta' Franza, Pari\u0121i hija s-sede tal-gvern nazzjonali.", "G\u0127all-e\u017cekuttiv, i\u017c-\u017cew\u0121 uffi\u010bjali prin\u010bipali g\u0127andhom residenza uffi\u010bjali kull wie\u0127ed, li jservu wkoll b\u0127ala uffi\u010b\u010bji tag\u0127hom.", "Il-President tar-Repubblika Fran\u010bi\u017ca jirrisjedi fil-Palazz \u00c9lys\u00e9e fit-8 arrondissement, filwaqt li s-sede tal-Prim Ministru jinsab fil-H\u00f4tel Matignon fis-7 arrondissement.", "Il-ministeri tal-gvern jinsabu fil-partijiet differenti tal-belt; \u0127afna minnhom jinsabu fis-7 arrondissement, vi\u010bin il-Matignon.", "I\u017c-\u017cew\u0121 djar tal-Parlament Fran\u010bi\u017c jinsabu fuq ix-Xatt tax-Xellug.", "Id-dar ta' fuq, is-Senat, jiltaqa fil-Palais du Luxembourg fis-6 arrondissement, filwaqt li d-dar t'isfel, li hija l-aktar importanti, l-Assembl\u00e9e Nationale, tiltaqa' fil-Palais Bourbon fis-7 arrondissement.", "Il-President tas-Senat, it-tieni l-og\u0127la uffi\u010bjal pubbliku fi Franza (wara l-President tar-Repubblika), jirrisjedi fil-\"Petit Luxembourg\", palazz \u017cg\u0127ir anness mal-Palais du Luxembourg.", "L-og\u0127la qrati ta' Franza jinsabu f'Pari\u0121i.", "Il-Qorti tal-Kassazzjoni, l-og\u0127la qorti fl-ordni \u0121udizzjarja, dan jirrevedi kaw\u017ci kriminali u \u010bivili, huwa allokat fil-Palais de Justice fl-\"\u00cele de la Cit\u00e9\", filwaqt li l-Kunsill tal-Istat, li jipprovdi pariri legali lill-e\u017cekuttiv u ja\u0121ixxi b\u0127ala l-og\u0127la qorti fl-ordni amministrattiva, ji\u0121\u0121udika l-litigazzjoni kontra entitajiet pubbli\u010bi, huwa allokat fil-Palais-Royal fl-1 arrondissement.", "Il-Kunsill Kostituzzjonali, huwa korp konsultattiv b'awtorit\u00e0 dwar il-kostituzzjonalit\u00e0 tal-li\u0121ijiet u d-digrieti tal-gvern, huwa jiltaqa wkoll fil-Palais Royal.", "Pari\u0121i u r-re\u0121jun tag\u0127ha jospitaw l-kwartieri \u0121enerali ta' diversi organizzazzjonijiet internazzjonali inklu\u017ci l-UNESCO, l-Organizzazzjoni g\u0127all-Kooperazzjoni Ekonomika u l-I\u017cvilupp, il-Kamra tal-Kummer\u010b Internazzjonali, il-Klabb ta' Pari\u0121i, l-A\u0121enzija Spazjali Ewropea, l-A\u0121enzija Internazzjonali tal-Ener\u0121ija, l-\"Organisation internationale de la Francophonie\", l-Istitut Ewropew g\u0127all-Istudji tas-Sigurt\u00e0, il-Bureau Internazzjonali tal-Pi\u017cijiet u l-Kejl, il-Bureau tal-Ekspo\u017cizzjonijiet Internazzjonali u l-Federazzjoni Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Skond il-motto \"Pari\u0121i biss hija denja ta' Ruma; Ruma biss hija denja ta' Pari\u0121i\"; l-unika belt tewmija ta' Pari\u0121i hija Ruma, g\u0127alkemm Pari\u0121i g\u0127andha ftehim ta' s\u0127ubija ma' \u0127afna bliet o\u0127ra madwar id-dinja.", "Is-sigurt\u00e0 ta' Pari\u0121i hija prin\u010bipalment ir-responsabbilt\u00e0 tal-Prefettura tal-Pulizija ta' Pari\u0121i, sottodivi\u017cjoni tal-Ministeru tal-Intern ta' Franza.", "Hi tissorvelja l-unitajiet tal-Pulizija Nazzjonali li jg\u0127assu l-belt u t-tliet dipartimenti vi\u010binati.", "Hija wkoll responsabbli biex tipprovdi servizzi ta' emer\u0121enza.", "Hemm 30,200 uffi\u010bjal ta\u0127t il-prefettura, u flotta ta' aktar minn 6,000 vettura, inklu\u017ci l-karozzi tal-pulizija, muturi, trakkijiet tan-nar, dg\u0127ajjes u \u0127elikopters.", "Minbarra r-responsabbiltajiet tal-pulizija tradizzjonali, il-pulizija lokali timmonitorja l-g\u0127add ta' bejg\u0127 bl-iskont mi\u017cmum minn \u0127wienet kbar u wara jivverifikaw, matul il-vaganzi tas-sajf, talanqas furnar wie\u0127ed ikun miftu\u0127 f'kull lokal.", "Il-pulizija nazzjonali g\u0127andha unit\u00e0 spe\u010bjali g\u0127all-kontroll tal-irvellijiet u kontroll tal-folla u s-sigurt\u00e0 tal-bini pubbliku, imsej\u0127a \"Compagnies R\u00e9publicaines de S\u00e9curit\u00e9\" (\"CRS\"), unit\u00e0 li ffurmat fl-1944 e\u017catt wara l-liberazzjoni ta' Franza.", "Vannijiet tal-a\u0121enti CRS jidhru spiss fi\u010b-\u010bentru tal-belt meta jkun hemm dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbli\u010bi.", "Il-pulizija huma appo\u0121\u0121jati mill-\"Gendarmerie nationale\", ferg\u0127a tal-Forzi Armati ta' Franza, g\u0127alkemm issa, l-operazzjonijiet tal-pulizija huma ssorveljati mill-Ministeru tal-Intern.", "Il-kepis tradizzjonali tal-\"gendarmes\" \u0121ew sostitwiti mill-kapep fl-2002, u l-forza immodernizzat, g\u0127alkemm il-kepis g\u0127adhom jintlibsu f'okka\u017c\u017cjonijiet \u010berimonjali.", "Il-kriminalit\u00e0 f'Pari\u0121i hija simili ma \u0127afna bliet kbar.", "Il-kriminalit\u00e0 vjolenti hija relattivament rari fi\u010b-\u010bentru tal-belt.", "Il-vjolenza politika hija rari, g\u0127alkemm dimostrazzjonijiet kbar \u0127afna jistg\u0127u jse\u0127\u0127u f'Pari\u0121i u fi bliet Fran\u010bi\u017ci o\u0127ra simultanjament.", "Dawn id-dimostrazzjonijiet, normalment amministrati minn pre\u017cenza qawwija tal-pulizija, jistg\u0127u jduru f'konfrontazzjoni u teskala l-vjolenza.", "Sa mid-9 ta' April 1956, Pari\u0121i hija esklussivament u re\u010biprokament tewmija biss ma:", "Pari\u0121i g\u0127andha patt ta' \u0127biberija u koperazzjoni ma:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23247", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23247", "title": "U\u017cbekistan", "text": ["U\u017cbekistan", "L-U\u017cbekistan, uffi\u010bjalment ir-Repubblika tal-U\u017cbekistan (U\u017cbek: \"O\u02bbzbekiston Respublikasi/\u040e\u0437\u0431\u0435\u043a\u0438\u0441\u0442\u043e\u043d \u0420\u0435\u0441\u043f\u0443\u0431\u043b\u0438\u043a\u0430\u0441\u0438\"), huwa pajji\u017c interkju\u017c dobbju fl-Asja \u010aentrali.", "Il-pajji\u017c huwa kostituzzjonali, repubblika presidenzjali, jinkludi 12-il provin\u010bja, repubblika awtonoma wa\u0127da, u belt kapitali wa\u0127da.", "L-U\u017cbekistan hija mdawra minn \u0127ames pajji\u017ci: il-Ka\u017cakistan lejn it-tramuntana; it-Ta\u0121ikistan lejn ix-Xlokk; il-Kir\u0121i\u017cistan lejn il-grigal; l-Afganistan lejn in-nofsinhar; u t-Turkmenistan lejn il-Lbi\u010b.", "Il-pajji\u017c kien parti mit-Turkic Khaganate u wara mill-Imperi Timurid, ir-re\u0121jun li llum jinkludi r-Repubblika tal-U\u017cbekistan intreba\u0127 kmieni fis-seklu 16 mit-Turkic tal-Lvant.", "I\u017c-\u017cona \u0121iet gradwalment inkorporata mill-Imperu Russu matul is-seklu 19, u fl-1924, l-U\u017cbekistan saret repubblika kostitwenti mdawra mill-Unjoni Sovjetika, mag\u0127rufa b\u0127ala r-Repubblika Sovjetika So\u010bjalista U\u017cbeka (RSS U\u017cbeka).", "Wara t-tifrik tal-Unjoni Sovjetika, il-pajji\u017c iddikjara l-indipendenza b\u0127ala r-Repubblika tal-U\u017cbekistan fil-31 ta' Awwissu 1991 (uffi\u010bjalment i\u010b\u010belebrata fil-jum ta' wara)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23248", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23248", "title": "Kir\u0121i\u017cistan", "text": ["Kir\u0121i\u017cistan", "Il-Kir\u0121i\u017cistan (Kir\u0121i\u017c: \"\u041a\u044b\u0440\u0433\u044b\u0437\u0441\u0442\u0430\u043d Kyrgyzstan\"; Russu: \"\u041a\u0438\u0440\u0433\u0438\u0437\u0438\u044f jew \u041a\u044b\u0440\u0433\u044b\u0437\u0441\u0442\u0430\u043d\"), uffi\u010bjalment ir-Repubblika Kir\u0121i\u017ca (Kir\u0121i\u017c: \"\u041a\u044b\u0440\u0433\u044b\u0437 \u0420\u0435\u0441\u043f\u0443\u0431\u043b\u0438\u043a\u0430\u0441\u044b Kyrgyz Respublikasy\"; Russu: \"\u041a\u044b\u0440\u0433\u044b\u0437\u0441\u043a\u0430\u044f \u0420\u0435\u0441\u043f\u0443\u0431\u043b\u0438\u043a\u0430 Kyrgyzskaya Respublika\"), li qabel kien mag\u0127ruf b\u0127ala Kirghizia, huwa pajji\u017c allokat fl-Asja \u010aentrali.", "Peress li huwa interkju\u017c u muntanju\u017c, il-Kir\u0121i\u017cistan huwa mdawwar mill-Ka\u017cakistan lejn it-tramuntana, l-U\u017cbekistan lejn il-punent, it-Ta\u0121ikistan lejn il-Lbi\u010b u c-\u010aina lejn il-Lvant.", "Il-kapitali u l-akbar belt hija Bishkek.", "L-Istorja tal-Kirgi\u017ctan tmur lura g\u0127al aktar minn 2,000 sena, tinkludi varjet\u00e0 ta' kulturi u imperi.", "G\u0127alkemm il-pajji\u017c huwa \u0121eografikament i\u017colat mill-art muntanju\u017ca \u0127afna tieg\u0127u, dan ikkontribwixxa biex i\u017comm il-kultura antika tieg\u0127u.", "Storikament, il-Kir\u0121i\u017cistan kien f'salib it-toroq ta' diversi \u010biviltajiet kbar, ji\u0121ifieri b\u0127ala parti mir-Rotta Silk u rotot kummer\u010bjali u kulturali o\u0127ra.", "Hekk kif kien hemm sensiela abitata twila ta' tribujiet indipendenti u mexxejja ta' gruppi, il-Kir\u0121i\u017cistan kien perjodikament ta\u0127t il-\u0127akma barranija u la\u0127aq is-sovranit\u00e0 b\u0127ala stat-nazzjon wara t-tifrik tal-Unjoni Sovjetika fl-1991."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23249", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23249", "title": "Pawlu l-Appostlu", "text": ["Pawlu l-Appostlu", "San Pawl l-Appostlu (ori\u0121inarjament Sawl ta' Tarsu) jew Pawlu ta' Tarsu hu karattru prin\u010bipali fl-i\u017cvilupp u t-tixrid tal-Kristjane\u017cmu.", "\u0126afna Insara jarawh b\u0127ala interpretu e\u010b\u010bellenti tat-tag\u0127lim ta' is-Sultan (gesu) jsej\u0127ulu \"l-Appostlu tal-\u0120nus\".", "Pawlu hu deskritt fit-Testment il-\u0120did b\u0127ala Lhudi u \u010bittadin Ruman minn Tarsu, u kien jippersegwita \u0127afna l-Insara qabel ma kkonverta \"fit-Triq lejn Damasku\".", "Pawlu huwa meqjum b\u0127ala qaddis minn kull Knisja li tqim lill-qaddisin, ji\u0121ifieri l-Kattoli\u010bi, Ortodossi u Anglikani, kif ukoll xi denominazzjonijiet Protestanti.", "Hu pprova u rnexxielu jag\u0127mel \u0127afna biex ida\u0127\u0127al il-Kristjane\u017cmu fost il-pagani.", "L-Ittri tieg\u0127u jamplifikaw u jfissru \u0127afna mit-tag\u0127lim ta' \u0120es\u00f9.", "Xi w\u0127ud jg\u0127idu li kien hu li rnexxielu jbiddel il-Kristjane\u017cmu f'reli\u0121jon, biex ma baqg\u0127etx setta tal-\u0120udai\u017cmu.", "Il-figura ta' San Pawl hi l-aktar wahda maghrufa fl-istorja tal-Knisja Nisranija.", "Tnejn huma l-ghejjun importanti li jaghtuna hjiel dirett fuq l-hekk imsejja\u0127 \"Appostlu tal-\u0120nus\": il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli u l-istess Ittri ta' San Pawl.", "It-tnejn flimkien jaghtuna materjal kotran ta' grajjiet li sehhew fi zmien determinat u f'ambjent storiku u geografiku maghruf.", "B'hekk l-istorja, il-geografija, l-arkeologija, l-istudju ta' l-ambjent so\u010bjali, kulturali, politiku u religjuz ilkoll jghinuna nifhmu min kien San Pawl, x'kien il-messagg li wassal u liema huma l-grajjiet prin\u010bipali tal-hajja tieghu u l-karatteristi\u010bi tal-personalit\u00e0 tieghu.", "Dan il-ktieb jithaddet fit-tul u b'mod sistematiku fuq il-persuna ta' San Pawl.", "Nofs il-ktieb huwa ddedikat ghas-sejha u ghall-hidma ta' l-Appostlu.", "L-awtur tieghu huwa San Luqa, kollaboratur ta' Pawlu, li jikteb ukoll fuq kif il-Kelma xterdet bil-qawwa ta' l-Ispirtu s-Santu, anki bil-hidma wtieqa ta' l-Appostlu tal-Gnus.", "Kiteb madwar is-sena 80 w.k., snin wara li nkitbu l-Ittri ta' Pawlu.", "Luqa ghagen flimkien il-grajjiet marbuta ma' Pawlu: juri li l-Appostlu kien maghzul ghal missjoni pre\u010biza, dik li jwassal, bil-qawwa ta' l-Ispirtu s-Santu, il-Vangelu sa truf l-art.", "Mela Luqa fl-Atti jaghtina materjal li jintegra ruhu tajjeb ma' dak li nsibu fl-Ittri biex nibnu l-hajja ta' Pawlu, il-hidma u l-messagg tieghu.", "L-Ittri huma tlettax u jitqiesu bhala l-ghajn prin\u010bipali ghall-messagg u t-teologija ta' San Pawl, kif ukoll ghajn indispensabbli biex nibnu l-grajjiet prin\u010bipali tal-hajja tieghu.", "F'dawn il-kitbiet okkazjonali li jesprimu sikwit sitwazzjoni konkreta u l-bzonn tal-mument tad-diversi Knejjes u persuni li lilhom Pawlu jikteb u li fihom sikwit jiddefendi ruhu minn dawk li haduha kontrieh, huma ghajn tajba hafna biex nifhmu ahjar lil Pawlu.", "Juri min hu, kemm Kristu kien biddillu hajtu fit-triq lejn Damasku, x'kien jemmen, u l-preokkupazzjoni kontinwa li kellu ghall-knejjes tieghu.", "Il-gabra ta' l-Ittri hija tezor kbir u fihom wiehed jilmah b'mod \u010bar l-izvilupp tal-Knisja Nisranija fil-bidu bikri taghha.", "Huma xhieda prezzjuza tad-djalogu miftuh bejn l-Appostlu u l-Knejjes tieghu.", "Joffrulna kuntatt haj u dirett mal-personalit\u00e0 ta' l-Appostlu tal-Gnus, l-esperjenzi differenti tieghu, il-messagg, il-hsieb u l-intimu tieghu.", "Hu San Pawl innifsu li ji\u0121bor fi ftit kliem l-identit\u00e0 tieghu quddiem l-awtorit\u00e0 Rumana: \"Jiena Lhudi; twelidt f'Tarsu ta\u010b-\u010aili\u010bja, \u010bittadin ta' belt maghrufa\" (Atti 21: 37-39).", "Pawlu twieled bejn is-sena 5 u 10 wara Kristu.", "\"Jiena twelidt fil-poplu ta' Israel, mit-trib\u00f9 ta' Benjamin, Lhudi mil-Lhud\" (Fil 3: 5); fit-tmien jum ghamlulu \u010b-\u010birkon\u010bizjoni u semmghuh Sawl ('mitlub minn Alla'), isem li ha l-ghamla Griega ta' Saulos.", "Inghata wkoll it-tieni isem, Paulus, bil-Latin, isem li juza l-Appostlu fl-Ittri tieghu, u hekk ukoll jaghmel San Luqa minn Atti 13: 9 'l quddiem.", "Il-formazzjoni kulturali ta' Pawlu sehhet skond il-hsieb tal-Mishnah: beda jaqra l-Bibbja ta' hames snin, ta' ghaxra beda l-qari tal-Mishnah, ta' tlettax kien obbligat ghall-harsien tal-kmandamenti u ta' hmistax beda l-istudju u l-qari tat-Talmud.", "Billi kien minn Tarsu, il-qari tal-Bibbja kien isir mill-verzjoni Griega tas-LXX, li jfisser li studja tajjeb il-Grieg, minbarra l-Ebrajk u l-Aramajk biex seta' jaqraha fl-ilsna originali.", "Il-formazzjoni tieghu kienet ikkumplimentata billi Pawlu tghallem sengha: dik li jaghmel it-tined.", "Wahda mill-esperjenzi l-aktar importanti fil-formazzjoni ta' Pawlu meta kellu daqs sittax-il sena, \u010bertament kienet l-esperjenza akkademika tieghu ghal erba' snin f'riglejn Gamaljel (Atti 22: 3), mghallem kbir, gharef u moderat.", "Fl-istudju tal-Li\u0121i jidher li Pawlu, li kien Farizew, ghamel progress kbir, kif jistqarr hu stess, tant li sar bniedem tassew imhe\u0121\u0121e\u0121 ghat-tradizzjonijiet ta' missirijietu: \"Tharri\u0121t bir-reqqa fil-harsien tal-Li\u0121i ta' missirjietna\" (Atti 22: 3; Gal 1: 13-14), tant li ried jiddefendi l-\u0120udajizmu mit-theddida tal-fidi Nisranija fil-bidu taghha (Atti 9: 1-2)./.,MNBVCXZ\\", "San Pawl \"kien fehma wa\u0127da mag\u0127hom fil-mewt li taw\" lil San Stiefnu.", "\"Sawl kien qieg\u0127ed jag\u0127mel \u0127erba mill-Knisja; kien jid\u0127ol minn dar g\u0127al o\u0127ra, jaqbad ir\u0121iel u nisa u jitfag\u0127hom il-\u0127abs.\"", "Bejn is-snin tal-formazzjoni tieghu u s-sena tat-tha\u0121\u0121ir ta' Stiefnu (Atti 7: 54-60) ma nafu xejn fuq il-hajja ta' Pawlu.", "Li nistghu nghidu huwa dan: anki jekk il-\u0120udajizmu kien jinsisti hafna fuq iz-zwieg, ma ghandniex hjiel li Pawlu kien mizzewwe\u0121 (ara 1 Kor 7: 8).", "Jista' jkun li Pawlu ma zzewwigx biex jinghata kollu kemm hu ghall-istudju tal-Li\u0121i.", "Jekk Pawlu ltaqax ma' Ges\u00f9 storiku nistghu biss naghmlu suppozizzjoni: hu probabbli li Pawlu telaq minn \u0120erusalemm qabel ma Ges\u00f9 beda l-ministeru pubbliku tieghu.", "Il-hjiel li nsibu f'1 Kor 3: 1 u 15: 8 fejn Pawlu jitkellem fuq il-laqgha tieghu mal-Mulej jirreferu ghall-esperjenza tieghu fit-Triq lejn Damasku.", "Hi l-\u0121rajja l-aktar importanti fil-hajja ta' Pawlu.", "Fl-Ittri tieghu qatt ma jaghti hjiel dirett fuq din l-esperjenza.", "Hu jitkellem fuq esperjenza li bidlet bis-shih il-hajja tieghu.", "Izda ma jqishiex bhala esperjenza izolata fil-hajja tieghu: Alla kien dejjem prezenti fl-ezistenza tieghu u mexxieh fit-toroq providenzjali tieghu sa minn guf ommu.", "L-Atti ta' l-Appostli u l-Ittri ta' Pawlu jirrakkuntaw din il-grajja fid-dawl tal-Vangelu.", "F'Gal 1: 15-16 l-esperjenza ta' Pawlu titqieghed fil-kamp tal-hatra appostolika tieghu li taghmel minnu habbar ta' l-Iben ta' Alla fost il-gnus.", "L-istess fl-Atti: wara l-vizjoni li kellu ta' Kristu, Pawlu jir\u010bievi l-mandat profetiku li jhabbar u jixhed ghal Kristu (Atti 26: 17-18) quddiem il-gnus, is-slaten u wlied Israel (Atti 9: 15).", "Hu mela l-Van\u0121elu li jbiddel lil Pawlu l-Lhudi mheggeg, u jaghmel minnu Nisrani awtentiku, missjunarju u appostlu mimli entuzjazmu, xhud profetiku u kurragguz ta' l-Imghallem Irxoxtat.", "Il-bidla li ssehh f'Pawlu hija radikali: il-kuntatt tieghu ma' Kristu ghamel minnu hlejqa gdida, persuna kwalitattivament u radikalment gdida, kif jistqarr hu stess: \"Meta wiehed jinghaqad ma' Kristu, isir holqien gdid\" (2 Kor 5: 17) u jzid li d-dawl ta' Kristu idda fil-hajja tieghu: \"Dan Alla li qal: 'Ha jiddi d-dawl mid-dlam', dak hu li idda fi qlubna biex jaghtina d-dawl tal-gharfien tal-glorja ta' Alla, li tiddi f'wi\u010b\u010b Kristu\" (2 Kor 4: 6).", "Fejn qabel il-Li\u0121i ta' Mos\u00e9 kienet il-ftahir ta' Pawlu, wara l-esperjenza fit-triq ta' Damasku, Pawlu kellu jistqarr ukoll: \"Nghid ghalija ma jkun qatt li niftahar jekk mhux bis-salib ta' Sidna Ges\u00f9 Kristu, li bih id-dinja hi msallba ghalija u jien ghad-dinja\" (Gal 6: 14).", "Fil-\u0121rajja li ssehh fit-triq ta' Damasku Pawlu jara l-milja ta' l-ezistenza tieghu.", "Minn \u0121uf ommu Alla mexxieh lejn il-mument de\u010biziv, mument li fih Kristu hatfu u ghamlu tieghu ghal dejjem (ara Fil 3: 12).", "Alla jbiddel l-ezistenza ta' Pawlu: \"Imma dak kollu li ghalija kien qligh, jien ghaddejtu bhala telf fi Kristu\" (Fil 3: 7).", "Hu proprju f'din l-imhabba ta' Kristu li ghandna \u010b-\u010bavetta biex nifhmu dil-\u0121rajja, li ghamlet minn Pawlu appostlu mhe\u0121\u0121e\u0121 li habb lil Kristu b'qalbu kollha u bil-qawwa tieghu kollha.", "Wara l-hatra tieghu bhala Appostlu tal-Gnus Pawlu jistqarr lill-Galatin: Minnufih, bla ma qghadt infittex li niehu parir minghand bnedmin tad-demm u l-laham, bla ma tlajt \u0120erusalemm ghand dawk li kienu appostli qabli, jien mort fl-Gharabja, u mbaghad ergajt lura lejn Damasku (Gal 1: 16-17).", "Pawlu probabbilment irtira ghal ftit taz-zmien fir-regjun semi-dezert tal-Gharabja, zona li tinkludi fiha l-Gharabja u parti mis-Sirja u l-Gordanja tallum, u li kienet parti mis-Saltna tan-Nabatej, li mis-sena 4 sas-sena 40 WK kienet taht il-hakma tas-Sultan Areta.", "F'din iz-zona kien hemm prezenza ta' djaspora Lhudija kbira.", "San Glormu jghid li Pawlu mar fl-Gharabja biex jirrifletti u japprofondixxi l-hatra tieghu u l-esperjenza li kien ghex fit-triq lejn Damasku.", "Kien il-mument li fih Pawlu seta' jirrifletti sewwa fuq il-Mulej Ges\u00f9, jikber fir-relazzjoni mieghu u jifhem hajtu fid-dawl ta' l-Iskritturi Lhud li Pawlu tant kien jaf tajjeb.", "Kienet ukoll esperjenza li Pawlu jirreferi ghaliha biex ikompli jsahhah l-awtonomija tieghu bhala Appostlu.", "Lura f'Damasku Pawlu malajr beda jxandar lil Ges\u00f9 fis-sinagogi u jghid li hu l-Iben ta' Alla (Atti 9: 20).", "Il-predikazzjoni tieghu qanqlet staghgib fost l-Insara li fahhru lil Alla ghal dan il-fatt: Dak li qabel kien jippersegwitana, issa qieghed ihabbar il-fidi li darba hu ried jeqred; u huma fahhru lil Alla minhabba fija (Gal 1: 23-24).", "Il-bidla ta' Pawlu saret mottiv ta' mibeghda tant li, wara li ghadda hafna zmien (Atti 9: 23), xi tliet snin (Gal 1: 18), il-Lhud ftiehmu li joqtlu lil Sawl (Atti 9: 23).", "Il-Lhud dawru ghal maghhom il-gvernatur tas-Sultan Areta, li fis-sena 37 WK kien re\u0121a' kiseb minn Kaligola l-awtorit\u00e0 fuq Damasku, u dan qieghed ghassa mal-bibien tal-belt biex Pawlu ma jkunx jista' jahrab.", "Imma hu sar jaf bil-hsieb taghhom, u ghalhekk, darba billejl id-dixxipli tieghu qabduh u nizzluh \u0121o qoffa mas-sur tal-belt (Atti 9: 25; ara wkoll 2 Kor 11: 33), ha\u0121a li aktarx kienet komuni fil-Lvant.", "Tliet snin kienu ghaddew mill-hatra tieghu bhala Appostlu tal-Gnus sa dan il-lejl drammatiku.", "Fis-sena 37-39 WK Pawlu jitla' \u0120erusalemm biex izur lil Kefa (Gal 1: 18; Atti 9: 26).", "Wara li Pawlu jahrab minn Damasku jitla' \u0120erusalemm biex inzur lil Kefa (Gal 1: 18).", "Skond Pawlu din il-laqgha kienet qasira: bqajt mieghu hmistax-il gurnata u privata: mill-appostli l-ohra ma rajt lil hadd hlief lil Gakbu, qarib il-Mulej (Gal 1: 18).", "X'qalu bejniethom Pietru u Pawlu t-test bibbliku ma jghid xejn.", "Hu possibbli li Pawlu tela' \u0120erusalemm biex izur u jsir jaf lil dak li l-Knisja tal-bidu kienet taghraf bhala l-ewwel fost l-Appostli u l-kap tal-komunit\u00e0 Nisranija (ara Atti 12: 1-20 u Gal 2: 8-9).", "Hu possibbli li Pawlu tkellem fuq l-esperjenza tieghu fit-triq lejn Damasku u l-hatra tieghu bhala Appostlu ghall-Gnus, filwaqt li Pietru seta' tkellem fuq ix-xhieda li kellu fuq Ges\u00f9 storiku.", "B'din iz-zjara Pawlu jidhol f'kuntatt dirett mal-komunit\u00e0 Nisranija-omm tal-bidu.", "U dan mhux biex l-appostolat tieghu jitwettaq imma biex ikun f'komunjoni mal-Knisja ta' \u0120erusalemm li kienet tippresjedi fil-karit\u00e0 fuq il-knejjes l-ohra.", "F'\u0120erusalemm ghenitu hafna l-persuna ta' Barnaba, anki hu \u0121ej mill-\u0120udajizmu Elleniku, minn Cipru, u forsi anki sieheb ta' Pawlu fl-iskola ta' Gamaljel (Atti 9: 27).", "F'\u0120erusalemm Pawlu ma setax dam hafna ghax malajr il-predikazzjoni tieghu saret okkazjoni ta' polemika mal-Lhud tad-djaspora li kienu fil-belt tant li kienu jfittxu li joqtluh (Atti 9: 30).", "Meta l-ahwa saru jafu b'dan nizzluh lejn Cesarija u baghtuh Tarsu (Atti 9: 30).", "Pawlu ma hadhiex kontra din id-de\u010bizjoni (Atti 22: 17-21).", "Hu Pawlu li jiddeskrievi x'ghamel f'dan iz-zmien: Imbaghad mort fl-inhawi tas-Sirja u tac-Cilicja.", "Il-Knejjes ta' Kristu fil-Lhudija kienu ghadhom qatt ma raw wicci; kienu semghu biss in-nies jghidu li: dak li darba kien jippersegwitana, issa qieghed ihabbar il-fidi li darba hu ried jeqred, u huma fahhru lil Alla zobb minhabba fija (Gal 1: 21-24).", "Aktarx li f'dal-kliem Pawlu jigbor zmien twil ta' predikazzjoni.", "Probabbilment kellu l-bazi tieghu f'Tarsu (Atti 11: 25) minn fejn seta' jdur fil-Provincja Rumana tas-Sirja-Cilicja biex jipprietka.", "Jidher li kellu success tant li l-predikazzjoni tieghu saret mottiv ta' tifhir lil Alla fil-Knejjes tal-Lhudija.", "L-istess Barnaba, mibghut jorganizza il-komunit\u00e0 mhallta ta' Antjokja (ara Atti 11: 19-24), riedu mieghu f'dan l-appostolat (Atti 11: 25-26).", "Il-kollaborazzjoni bejn Barnaba u Pawlu kellha twassal ghal azzjoni missjunarja aktar wiesgha fl-Asja Minuri u fir-regjun tal-bacir tal-Mediterran.", "Il-vja\u0121\u0121i missjunarji ta' San Pawl huma l-\u0121rajjiet l-aktar dokumentati tal-hajja tieghu.", "L-Atti ta' l-Appostli joffrulna xhieda ta' min joqghod fuqha fuq dawn il-vja\u0121\u0121i minkejja l-ghamla skematika u attwalizzanti taghhom.", "L-espressjoni t-tliet vjaggi missjunarji tipprezentalna mhux biss l-itinerarju tas-safar ta' Pawlu, imma wkoll il-grajjiet prin\u010bipali li taghhom l-Appostlu hu protagonista importanti, bhalma huma l-Kon\u010bilju ta' \u0120erusalemm, it-tilwima tieghu ma' Pietru f'Antjokja, ir-relazzjoni epistolari tieghu u l-grajjiet li ghaddewh minn Atjokja tas-Sirja, minn \u010aipru, l-ibliet ta' l-Asja Minuri u tal-Gre\u010bja, sa Ruma u forsi anki sa Spanja.", "Il-vja\u0121\u0121i missjunarji tieghu kienu mghejjuna mill-ambjent storiku, politiku u kulturali tal-Gre\u010bja, ta' l-Asja Minuri u tal-Lvant ta' zmienu.", "Qeghdin fi zmien it-tixrid tal-kultura Ellenistika u tal-qawwa politiko-militari Rumana.", "L-espansjoni imperjalistika ta' Ruma ftit ftit hakmet fuq is-saltniet il-kbar tal-Lvant li kienet organizzata fi Provin\u010bji.", "Hu ghalhekk li fil-Lvant Ruma saret sinjal ta' ghaqda, ta' stabbilt\u00e0 ekonomika u guridika filwaqt li ssawret ghaqda kulturali, dik Ellenistika bit-tifrix tal-lingwa Griega, u ghaqda politika, dik Rumana.", "Fil-vja\u0121\u0121i appostoli\u010bi tieghu Pawlu sab ir-rih fil-qala' b'din il-ghaqda doppja.", "L-ghaqda politika ghenitu biex jiehu vantagg tal-pax romana li tatu wkoll l-unur li jkun \u010bittadin Ruman.", "L-ghaqda kulturali ghenitu filli seta' jitkellem bil-Grieg kull fejn mar u seta' jifhem il-mentalit\u00e0 kulturali u religjuza generali taz-zmien.", "Is-sinkretizmu religjuz qawwi msawwar mill-Ellenizmu tah l-okkazjoni jipprietka bil-miftuh il-fidi Nisranija.", "Vanta\u0121\u0121 iehor li ghenu fit-tixrid tal-messa\u0121\u0121 Nisrani kienet is-sistema tat-toroq ta' komunikazzjoni fuq l-art u fil-bahar, organizzata mill-Imperu Ruman.", "L-ghaqda amministrattiva u kulturali kien irnexxielha tohloq komunikazzjoni relattivament fa\u010bli ghaz-zmien.", "Id-distanzi, meqjusa bil-miljari, kienu jinkura\u0121\u0121ixxu lin-nies biex jivvja\u0121\u0121aw b'sikurezza relattiva u b'xi programm imhejji minn qabel.", "Is-safar kien sar possibbli ghal hafna minkejja d-diffikultajiet li kienu joffru t-temp, it-toroq qalb il-muntanji u l-biza' tas-serq.", "U dan nistghu nghiduh ukoll ghall-vja\u0121\u0121i fuq il-bahar minkejja li dawn kienu jsiru fl-ista\u0121uni tajba bejn April/Mejju \u2013 Ottubru/Novembru.", "Hu f'dan l-ambjent li jsehhu l-vja\u0121\u0121i missjunarji ta' Pawlu.", "Hu stess jisfrutta l-mument prezenti ta' safar aktar fa\u010bli, imma mhux nieqes mit-tbatija: bosta drabi sibt ruhi wi\u010b\u010b'imb wi\u010b\u010b mal-mewt...tliet darbiet rajt l-gharqa...ghamilt safar bla ghadd; sibt ruhi f'perikli ta' xmajjar, perikli mill-hallelin...perikli fid-dezert, perikli fil-bahar...kemm-il darba kelli nghaddi sahriet bla rqad, bil-\u0121uh u bil-ghatx: kemm-il darba kelli nghaddi fis-sawm, fil-ksieh u fil-ghera! (2 Kor 11: 23-28).", "Pawlu jitkellem fuq zew\u0121 vja\u0121\u0121i prin\u010bipali ghal \u0120erusalemm (Gal 1: 15 \u2013 2: 10): l-ewwel wiehed wara tliet snin mill-esperjenza tieghu fit-triq lejn Damasku, u li fiha ried izur lil Kefa; it-tieni vja\u0121\u0121 wara erbatax-il sena, fejn probabbilment telaq mis-Sirja ghall-Kon\u010bilju ta' \u0120erusalemm.", "L-Atti ta' l-Appostli jitkellmu fuq tliet vjaggi prin\u010bipali lejn \u0120erusalemm: l-ewwel wiehed, wara l-harba mill-belt ta' Damasku (Atti 9: 26-30); it-tieni wiehed flimkien ma' Barnaba (Atti 11: 30) meta telqu minn Antjokja bil-gabra ghall-Knisja ta' \u0120erusalemm; u t-tielet vjagg ghall-Kon\u010bilju ta' \u0120erusalemm (Atti 15: 2-29).", "Li jinteressana mhux tant in-numru tal-vjaggi.", "Dan ghaliex Pawlu wkoll ja\u010b\u010benna ghal vjagg lejn Gersusalemm bil-gabra ghall-Knisja f'Gal 2: 10 u 1 Kor 16: 1-4 u Rum 15: 23-32.", "Liema ordni tal-vjaggi ghandna nzommu?", "Irridu nistqarru li jkollna nikkuntentaw irwiehna b'konkordanza bejn iz-zewg ghejjun li ghandna f'idejna.", "Dan ghaliex Pawlu u Luqa jiktbu ghal zewg skopijiet differenti.", "Nghidu ahna fl-Ittra lill-Galatin Pawlu jaghmel ghazla soggettiva ghal skopijiet apologeti\u010bi u ma jiktibx biex jaghtina kronaka ezatta tal-vjaggi tieghu.", "Nistghu nghidu biss li skond Gal 2: 10: talbuna biss, li min-naha taghna nibqghu niftakru fil-fqar, haga li fittixt naghmilha minn qalbi, Pawlu jidher li qed juri li l-gbir ghall-Knisja ta' \u0120erusalemm u l-vjagg marbut mieghu, saru wara l-Kon\u010bilju ta' \u0120erusalemm.", "Il-kronologija ta' Pawlu hi ahjar.", "Dan meta nqabblu dak li jghid Pawlu ma' l-Atti ta' l-Appostli li ma jaghtuniex ordni kronologiku tal-grajjiet imma zvilupp tematiku ta' l-istess grajjiet.", "Probabbilment, mela, l-ordni tal-vjaggi prin\u010bipali ghal \u0120erusalemm hu l-ewwel vjagg li jsir wara tliet snin mill-esperjenza fit-triq ta' Damasku, aktarx fis-sena 37-38 WK; it-tieni vjagg, li bhala skop kellu l-Kon\u010bilju ta' \u0120erusalemm (Atti 15: 2-29), u li sar wara l-ewwel vjagg missjunarju.", "Qeghdin aktarx fis-sena 48-49 WK.", "F'\u0120erusalemm Pawlu u Barnaba jirrakkuntaw il-grajjiet li sehhew fl-ewwel vjagg missjunarju taghhom (Atti 15: 3.4.12) u Pawlu jikkonferma l-hatra tieghu bhala Appostlu ghall-Gnus (Gal 2: 7-9).", "It-tielet vjagg 'tal-gabra' (Atti 11: 30), li Pawlu ja\u010b\u010benna ghalih f'Gal 2: 10 u 2 Kor 8-9, u li aktarx sar wara l-Kon\u010bilju f'data li mhux fa\u010bli li nippruvaw.", "Aktarx li Luqa f'Atti 11: 30, jaghtina sommarju tal-gbir perjodiku li kien isir ghall-fqar ta' \u0120erusalemm b'referenza ghall-profezija ta' Agabu f'Atti 11: 27-30.", "Wara sena ta' hidma flimkien f'Antjokja tas-Sirja, Pawlu u Barnaba, waqt \u010belebrazzjoni liturgika, jinhatru ghal missjoni gdida fost il-pagani f'\u010aipru u fl-Asja z-zghira.", "Kienet ir-rebbiegha tas-sena 45 w.K.", "Pawlu, Barnaba u Gwanni-Marku rhewlha jevangelizzaw fil-gzira ta' \u010aipru b'su\u010b\u010bess.", "Qasmu l-gzira kollha sa Pafos.", "Hawnhekk Pawlu, minkejja l-oppozizzjoni tas-sahhar Elimas Barjesu, irnexxielu jikkonverti ghall-Kristjanezmu lill-Prokonslu Ruman Sergju Pawlu.", "Wara \u010aipru Pawlu u shabu telqu bil-bahar minn Pafos u waslu Perge fil-Pamfilja.", "Mill-port ta' Attalja komplew il-vjagg sakemm waslu Antjokja ta' Pisidja.", "Hawn Gwanni-Marku halliehom u mar lura \u0120erusalemm.", "Fl-ewwel Sibt Pawlu jaghmel diskors u jxandar lil Ges\u00f9 bhala l-Messija l-imwieghed.", "Is-Sibt ta' wara, hafna, kemm mil-Lhud u kemm mill-proseliti twajba, marru ma' Pawlu u Barnaba, u dawn hegguhom biex jibqghu fil-grazzja ta' Alla (Atti 13: 42).", "Is-Sibt ta' wara, hafna mill-mexxejja Lhud haduha bl-ahrax kontra l-predikazzjoni ta' Pawlu, tant li l-Appostlu kellu jistqarr: Hekk kien mehtieg, li l-kelma ta' Alla tithabbar lilkom l-ewwel.", "Billi intom qeghdin twarrbuha, u jidhrilkom li ma tisthoqqilkomx il-hajja ta' dejjem, ahna sa nduru fuq il-pagani.", "Ghax hekk ordnalna l-Mulej (Atti 13: 46-47).", "Pawlu u Barnaba waqfu fit-tul f'Antjokja ta' Pisidja.", "Fl-ahhar tke\u010b\u010bew minn hemm u huma komplew il-missjoni taghhom f'Ikonju, il-belt ewlenija ta' Likaonja.", "Anki hawn: kien hemm min emmen u kien hemm min holoq oppozizzjoni.", "Ghal darb'ohra kellhom jaharbu u komplew il-missjoni taghhom f'Listra fejn, ghall-ewwel darba z-zewg Appostli ppritkaw direttament lill-pagani.", "Mal-fejqan ta' maghtub in-nies hasbu li l-Appostli kienu l-allat Zews u Ermi li nizlu fosthom!", "Id-diskors li jaghmel Pawlu kellu jinqata' hesrem minhabba xi Lhud li minn Antjoka u Ikonju gew u tawh xebgha gebel!", "L-Appostli marru Derbe u hemmhekk xandru l-Bxara t-tajba f'dik il-Belt u ghamlu hafna dixxipli (Atti 14: 21).", "Fi triqthom lura ghaddew minn Listra, Ikonju u Antjokja, jaghmlu l-qalb lid-dixxipli u jhegguhom jibqghu shah fil-fidi.", "Minn Perge, fejn xandru wkoll il-kelma ta' Alla, marru lura Antjokja.", "Kienet ir-rebbiegha tas-sena 49 w.K. F'Antjokja laqqghu l-membri tal-Knisja u qaghdu jgharrfuhom b'dak kollu li Alla ghamel maghhom, u urewhom kif fetah il-bieb tal-fidi ghall-pagani.", "Hemm qaghdu ghal ftit zmien sewwa mad-dixxipli (Atti 14: 27-28).", "B'hekk intemm l-ewwel vjagg missjunarju ta' Pawlu u Barnaba.", "Waqt l-ewwel vjagg missjunarju ta' Pawlu u Barnaba, il-komunit\u00e0 ta' Antjokja kellha thabbat wi\u010b\u010bha mal-probema li holqu whud mill-ahwa Nsara ta' nisel Lhudi: Imbaghad nizlu xi whud mil-Lhudija u bdew jghallmu lill-ahwa: jekk ma toqoghdux gha\u010b-\u010birkon\u010bizjoni skond id-drawwa li gejja minn Mos\u00e8, ma tistghux issalvaw (Atti 15: 1).", "Pawlu u Barnaba qamu kontra taghhom u haduha maghhom bis-shih.", "Pawlu kien fehem sewwa l-problema li kienu qed joholqu: inholoq ir-riskju li l-verit\u00e0 tal-Vangelu (Gal 2: 5) tithassar.", "Pawlu fehem li dan l-atteggament zbaljat kien qed imiss direttament il-qalba tal-fidi Nisranija: is-salvazzjoni u l-perfezzjoni tal-hajja Nisranija ma tigix mill-harsien tal-Ligi ta' Mos\u00e8, imma biss minn Kristu.", "Pawlu hawn iddefenda bis-shih il-helsien li n-Nisrani ghandu fi Kristu Ges\u00f9.", "B'hekk l-Insara ta' nisel pagan, kif ukoll dawk gejjin mir-religjon Lhudija, ma kienu obbligati jharsu l-ebda pre\u010bett tal-Ligi, imma kellhom jghixu ta' bnedmin hielsa fi Kristu, permezz tal-fidi li ssir fl-imhabba (Gal 5: 6).", "F'\u0120erusalem, Pawlu u Barnaba, flimkien ma' l-Appostli u l-presbiteri u l-komunit\u00e0 tal-Knisja-Omm, iltaqghu.", "Huma sahqu fuq il-konvinzjonijiet taghhom billi gabu bhala provi l-ghemejjel kbar li Alla kien wettaq fl-appostolat missjunarju taghhom.", "Pietru wkoll jitkellem u jinsisti li l-Bxara t-Tajba hija wkoll ghall-pagani u jistqarr: Mela issa ghaliex iggarrbu lil Alla billi tridu tqieghdu fuq ghonq id-dixxipli madmad li la missirijietna u lanqas ahna ma flahna nerfghuh?", "Wara kollox ahna nemmnu li, bhalhom, ahna nsalvaw permezz tal-grazzja tal-Mulej Ges\u00f9 (Atti 15: 10-11).", "F'din il-laqgha hu \u0120akbu, li wara d-diskorsi ta' Pawlu u Petru, jishaq fuq il-ghaqda tal-Knisja fit-thabbir tal-Kerygma fundamentali tal-fidi.", "Fi Kristu l-Knisja hi maghquda u minnu tiehu l-qawwa biex tehodha kontra l-izbalji li qamu fil-Knisja tal-bidu, filwaqt li thalli spazju biex il-karizmi jitfissru b'mod vitali.", "Dan il-hsieb gabru Pawlu f'Gal 2: 7-10: Meta raw li lili kien fdat ix-xandir ta' l-Evangelju fost il-gnus, bhalma kien lil Pietru fost il-Lhud...\u0120akbu, Kefa u \u0120wanni... taw lili u 'l Barnaba l-id il-leminija taghhom b'sinjal ta' hbiberija bejnietna, biex ahna nahdmu fost il-gnus u huma fost il-Lhud...talbuna biss li, min-naha taghna nibqghu niftakru fil-fqar, haga li fittixt naghmilha minn qalbi.", "It-tentattiv tal-ahwa foloz (Gal 2: 4) li jifridu l-Knisja spi\u010b\u010ba fix-xejn, u lkoll gharfu l-unika verit\u00e0 tal-Vangelu fil-helsien tan-nisrani li jghix permezz ta' l-Ispirtu fi Kristu (Gal 4: 4-6; 5: 1.13).", "Ma' tmiem il-Kon\u010bilju, Pawlu u Barnaba, il-kollaboraturi taghhom, flimkien ma' \u0120uda Barsaba u Sila, mibghuta mill-Knisja ta' \u0120erusalemm, regghu lura f'Antjokja.", "Hemm laqqghu l-gemgha u tawhom l-ittra, qrawha u ferhu ghall-farag li tathom.", "\u0120uda u Sila, li kienu wkoll profeti, farrgu lill-ahwa u wettquhom b'hafna kliem (Atti 15: 30-32).", "Pawlu u Barnaba baqghu Antjokja jghallmu u jxandru l-Bxara t-Tajba tal-Kelma ta' Alla.", "Kien aktarx f'dan iz-zmien li Pawlu, f'Antjokja, \u010banfar lil Pietru ghal imgibtu.", "Aktarx ghall-habta ta' nofs is-sena 50 w.K. Pietru mar Antjokja.", "Aktarx li ried jaghmel esperjenza hajja tal-hidma appostolika ta' Pawlu u Barnaba fi hdan komunit\u00e0 Nisranija mhallta.", "Hu wkoll kien dig\u00e0 kellu esperjenza ma' l-Insara ta' nisel pagan (Atti 10: 1-48) u hu wkoll kien qed jiekol mal-gnus (Gal 2: 12) waqt din iz-zjara fraterna.", "Niftakru li skond il-Ligi ta' Mos\u00e8 l-Lhud ma kinux jieklu mal-pagani.", "Kienet il-fidi Nisranija li waqqghet kull hajt li kien jifred Lhud u pagani.", "Izda l-prudenza e\u010b\u010bessiva ta' Pietru, ikkawzata mill-prezenza ta' xi Lhud-Insara, gaghlitu jwarrab milli jiekol ma' l-Insara ta' nisel pagan; il-konsegwenzi kienu gravi ghax kien hemm ohrajn li ghamlu bhalu!", "Il-Lhud l-ohra bdew jimxu bl-u\u010buh bhalu, u sahansitra Barnaba halla ruhu jithajjar minnhom bil-wiri ta' haga b'ohra (Gal 2: 12-13).", "Dan qanqal dispja\u010bir fil-komunit\u00e0 Nisranija ta' Antjokja li f'Pietru raw bniedem dghajjef, mhux kapa\u010bi jkun koerenti ghall-Kerygma \u010bentrali tal-fidi Nisranija \u2013 fi Kristu jintemmu d-differenzi razzjali, personali u religjuzi.", "Pawlu hadha bl-ahrax kontra Pietru u l-kompromess mal-verit\u00e0 tal-Vangelu (Gal 2: 14) u ghamel diskors \u010bar u iebes li fih jiddefendi l-gustifikazzjoni bil-fidi fi Kristu f'oppozizzjoni ghall-opri tal-Ligi ta' Mos\u00e8 li bihom ebda bniedem ma hu ggustifikat (Gal 2: 14-21).", "Meta Kefa gie Antjokja, jiena waqaftlu f'wi\u010b\u010bu, ghaliex kellu tort (Gal 2: 11).", "Pawlu ma jitkellimx fuq ir-reazzjoni u t-twegiba ta' Pietru izda jidher li Pietru, wara li gharaf li l-hafna prudenza umana setghet twassal ghall-kompromess tal-Vangelu, rega' zamm ma' dak li ntqal fil-Kon\u010bilju ta' \u0120erusalemm (ara: Diskors ta' Pietru, Atti 15: 6-11) u d-digriet appostoliku (Atti 19: 15-21).", "Dan ma kien bl-ebda mod xi impozizzjoni ta' osservanza minima tal-Ligi, imma mod ta' kif fil-prattika tithares l-imhabba u l-ghaqda bejn l-Insara ta' nisel Lhudi u dawk ta' nisel pagan fil-Knisja tal-bidu.", "Din id-darba Pawlu jitlaq flimkien ma' Sila, wara li tlewwem ma' Barnaba li mbaghad telaq jahdem fil-gzira ta' \u010aipru: Pawlu ghazel ghal mieghu lil Sila u telaq wara li l-ahwa rrikmandawhom f'idejn il-hniena tal-Mulej.", "U Pawlu, li dejjem kellu fi hsiebu l-Knejjes li kien dig\u00e0 waqqaf, dar is-Sirja u \u010b-\u010aili\u010bja kollha, iwettaq il-Knejjes (Atti 15: 40-41).", "F'Listra Pawlu ltaqa' maz-zaghzugh Timotju u siehbu mieghu fil-missjoni tieghu.", "Pawlu mbaghad haseb biex jiftah il-qasam tax-xoghol tieghu.", "Ghal din ir-raguni huwa u Sila marru lejn il-Frigja u l-Galazja bl-intenzjoni li jilhqu xi belt importanti tal-Provin\u010bja Rumana ta' l-Asja Prokonsolari.", "Izda Pawlu marad.", "Hu approfitta minn dan iz-zmien biex jevangelizza l-inhawi tal-Galazja u jwaqqaf komunitajiet Insara godda (Gal 4: 13-14).", "Fl-inhawi tal-Misja, ippruvaw jidhlu f'Bitinja, imma l-ispirtu ta' Ges\u00f9 ma hallihomx.", "Ghalhekk nizlu Troas.", "Alla jqawwi lil Pawlu permezz ta' dehra u jurih fejn kellu jipprietka: Bil-lejl Pawlu kellu vizjoni ta' ragel mill-Ma\u010bedonja, wieqaf u jitolbu hekk: Ejja l-Ma\u010bedonja u ghinna!", "(Atti 16: 9).", "Fi Troas Pawlu jiltaqa' ma' Luqa, li kien jaf tajjeb il-Ma\u010bedonja u l-Gre\u010bja u jsir kollaboratur tieghu.", "Il-missjunarji jaslu fil-belt ta' Filippi.", "Sinagoga ma kienx hemm imma fejn ix-xmara, fejn kienu ltaqghu xi nisa jitolbu: hemmhekk il-grazzja tmiss lil Lidja, li tghammdet hi u l-familja taghha (Atti 16: 15) u mid-dar taghha Pawlu u shabu baqghu jahdmu ghal xi ftit xhur.", "Jidher li kien zmien li halla hafna frott ghax hawn Pawlu waqqaf komunit\u00e0 Nisranija hajja, li tant habb (ara: Fil 1: 3-11; 4: 10-20), u li ghenitu fil-mumenti li l-aktar kellu bzonn.", "Wara li Pawlu ke\u010b\u010ba spirtu hazin li kien jaqra x-xorti permezz ta' tfajla lsira, Pawlu u l-kumpanija tieghu jaqilghu xebgha u jintbaghtu l-habs!", "Luqa jirrakkonta kif inhelsu b'mod mirakuluz, miraklu li qanqal il-fidi fl-ghassies li wkoll tghammed hu u niesu kollha (ara: Atti 16: 30-34).", "Minn Filippi Pawlu u shabu marru fil-belt ta' Tessalonika.", "Pawlu hawn ihabbar il-fidi lil-Lhud u mbaghad lill-pagani, u wara li sab xoghol fil-belt, kien imur fis-sinagoga jxandar lil Kristu.", "Uhud emmnu, ohrajn haduha bl-ahrax kontra Pawlu u Sila.", "Hemmhekk damu tliet xhur, b'hidma li halliet il-frott f'dawk li laqghu minn qalbhom il-Kelma ta' Alla (1 Tess 2: 13).", "Minn hemm Pawlu u shabu kellhom jitilqu hesrem minhabba l-oppozizzjoni tal-Lhud li ma emmnux.", "Wara li Pawlu u shabu telqu hesrem minn Filippi huma marru l-Berija fejn kien hemm kolonja Lhudija li skond l-Atti kienu nies ta' qalb kbira aktar minn dawk ta' Tessalonika, dawn laqghu l-kelma bil-hegga kollha, u kuljum bdew iqallbu l-Iskrittura biex jaraw dak li semghu kienx minnu.", "Ghalhekk hafna minnhom emmnu, fosthom ghadd gmielu ta' Griegi, irgiel kif ukoll nisa nobbli (17: 11-12).", "Imma xi Lhud mibghuta minn Tessalonika gew jehduha bl-ahrax ma' Pawlu tant li l-Appostlu ntbaghat Ateni wahdu.", "Kemm dam Ateni jistenna lil Sila u lil Timotju kien jinkedd fih innifsu jara l-belt mimlija idoli (Atti 17: 16).", "F'Ateni Pawlu kien imur fis-sinagoga jiddiskuti mal-Lhud u ddiskuta anki ma' l-Atenin fis-suq tal-Belt.", "Meta semma l-qawmien minn bejn l-imwiet xi whud minnhom bdew jidhku u ohrajn qalu: nergghu nisimghuk fuq dan darb'ohra (Atti 17: 32).", "Wara dan Pawlu halla Ateni u mar Korintu.", "Hemmhekk issieheb ma' Akwila u Prixxilla u maghhom hadem it-tined.", "Meta Sila u Timotju waslu mill-Ma\u010bedonja ta ruhu kollu kemm hu ghax-xandir tal-Kelma u kien jixhed lil Lhud li Ges\u00f9 hu l-Messija (Atti 18: 4-5).", "Hafna Lhud ma a\u010b\u010bettawx il-messagg u ghalhekk Pawlu baqa' jahdem, ixandar il-kelma lill-pagani ghal sena u sitt xhur shah.", "Il-Mulej sahhu b'dehra: la tibzax, imma tkellem u tiskotx ghax jiena mieghek, u hadd mhu sa jmidd idu fuqek biex jaghmillek hsara; ghax poplu kbir hawn ghalija f'din il-belt (Atti 18: 9-10).", "Minn Korintu Pawlu jikteb l-I u t-II Ittra lit-Tessalonkin biex isahhilhom il-fidi fit-tieni migja tal-Mulej u kif ghandhom jishru u jitolbu fil-konkret ta' hajjithom.", "Is-su\u010b\u010bess ta' Pawlu f'Korintu qanqal il-ghejra tal-Lhud.", "Wara li pprovaw jakkuzawh bla su\u010b\u010bess quddiem il-Prokonslu Galljon, Pawlu baqa' hemm fit-tul.", "Fi tmiem il-missjoni, flimkien ma' Akwila u Prixxilla, infired mill-ahwa u rhielha bil-bahar lejn is-Sirja.", "Waqaf Efesu u hemm iddiskuta mal-Lhud fis-sinagoga u riduh jibqa' hemm.", "Imma Pawlu ried jerga' lejn Antjokja.", "Kienet il-harifa tas-sena 52 w.K, u wara li sellem ukoll il-Knisja f'\u010aesarija, wasal f'Antjokja meta kienet ix-xitwa.", "Dat-tieni vjagg missjunarju dam sentejn.", "Matulhom Pawlu sahhah il-Knejjes imwaqqfa fl-ewwel vjagg u fetah qasam ta' xoghol gdid fl-Ma\u010bedonja u l-Akaja.", "Kienet ir-rebbieg\u0127a tas-sena 53 WK meta Pawlu jibda t-tielet vjagg missjunarju tieg\u0127u li bhala skop aktarx li kellu l-belt ta' Efesu.", "Huwa ma marx bil-bahar imma g\u0127azel it-triq it-twila fuq l-art biex jasal hemmhekk.", "Dan g\u0127amlu biex jerga' jzur il-knejjes tal-Galazja u l-Frigja li hu kien waqqaf matul it-tieni vjagg missjunarju.", "F'Efesu Pawlu ltaqa' ma' grupp ta' dixxipli li hu nduna li kienu laqg\u0127u lil Ges\u00f9 bhala l-Messija mwieg\u0127ed ming\u0127ajr ma kienu rcevew katekezi Nisranija, il-Mag\u0127mudija fl-Isem ta' Ges\u00f9 u t-tqeg\u0127id ta' l-idejn bid-don ta' l-Ispirtu s-Santu.", "Hu g\u0127alhekk hejjihom u g\u0127ammidhom.", "Wara li g\u0127al tliet xhur kien imur fis-sinagoga jxandar lil Ges\u00f9 lil-Lhud u whud webbsu rashom, hu telaq minn mag\u0127hom, gabar mieg\u0127u d-dixxipli, u kien joqg\u0127od jitkellem mag\u0127hom kuljum fl-iskola ta' wiehed jismu Tirannu.", "Pawlu nnifsu aktar tard jistqarr li l-attivit\u00e0 tieg\u0127u f'Efesu kienet intensa, meta jkellem il-presbiteri ta' l-Asja Prokonsolari f'Miletu (ara: Atti 20: 17-38).", "Hu g\u0127allem b'impenn, fil-pubbliku u fil-privat, f'nofs hafna perikli u billi hu nnifsu haseb g\u0127all-bzonnijiet tieg\u0127u.", "Il-hidma tieg\u0127u damet ftit aktar minn sentejn.", "Flimkien ma' Timotju u Erastu, li ntbag\u0127tu fil-Ma\u010bedonja, Gaju u Aristarku, li ntbag\u0127tu Kolossi, Laodikija u Gerapoli, Pawlu waqqaf u sahhah il-knejjes ta' l-Asja Prokonsolari u g\u0127amel b'tali mod li dawk kollha li kienu joqog\u0127du fl-Asja, kemm Lhud u kemm Griegi, semg\u0127u l-Kelma tal-Mulej (Atti 19: 10).", "Kien proprju f'dan iz-zmien li Pawlu hass il-bzonn li jikteb kemm lill-Insara ta' Korintu kif ukoll lill-Insara tal-Galazja.", "Lill-Korintin biex ma jithalltux ma' nies medhija fil-vizzju, ma jinqasmux f'partiti bejniethom u biex iwiegeb g\u0127al diversi kwistjonijiet pratti\u010bi li l-istess Korintin talbuh jag\u0127tihom kelma fuqhom ma' ittra li kienu bag\u0127tu ma' Stefana, Akajku u Fortunat.", "Lill-Galatin biex jinsisti li Kristu biss huwa s-salvazzjoni wahdanija g\u0127an-Nisrani li bil-qawwa ta' twemminu huwa hieles.", "F'din l-istess ittra Pawlu jag\u0127mel apologija ta' l-appostolat tieg\u0127u.", "Il-hidma ta' Pawlu f'Efesu tintemm b'esperjenza qarsa: l-argentiera ta' Efesu, immexxija minn Demetriju, qajmu rvell kontra Pawlu.", "Hija opinjoni komuni li Pawlu daq il-habs f'Efesu.", "Probabbilment kienet esperjenza qasira li matulha Pawlu jirnexxilu jikteb lill-Filippin biex isahhahhom fil-fidi u jroddilhom hajr tal-g\u0127ajnuna li bag\u0127tulu.", "Sakemm telaq rega' kiteb ittra ohra lill-Korintin miktuba b'g\u0127afsa ta' qalb u bid-dmug\u0127 (2 Kor 2: 4), ittra li ntilfet jew twahhdet mat-2 Korintin li g\u0127andna f'idejna llum.", "Malli halla Efesu Pawlu telaq g\u0127al Troas minn fejn ried jasal sal-Ma\u010bedonja.", "Hemmhekk stenna lil Titu biex igiblu ahbarijiet mill-Knisja ta' Korintu.", "Meta ma sabux telaq g\u0127al Ma\u010bedonja.", "Lil Titu sabu Filippi u wara li dan wassallu ahbarijiet tajba minn Korintu, hejja ruhu biex jerga' jmur hemm billi kiteb it-2 Korintin li g\u0127andna f'idejna llum u rega' bag\u0127atha ma' Titu.", "Wara li zar il-Knejjes ta' Filippi, Tessalonika u Berija, Pawlu ma damx fil-Ma\u010bedonja, fejn huwa u g\u0127addej minn dawk l-inhawi, kien iheggeg lid-dixxipli b'hafna kliem (Atti 20: 2).", "Sadattant wasal il-Gre\u010bja u sakemm stenna li jg\u0127addu t-tliet xhur tax-xitwa biex ikun jista' jaqbad il-gifen g\u0127as-Sirja kiteb l-Ittra lir-Rumani.", "Din kellha sservi bhala thejjija g\u0127all-vjagg li hu tant xtaq jag\u0127mel biex izur lil din il-komunit\u00e0 Nisranija.", "Fir-rebbieg\u0127a tas-sena 58 WK, meta Pawlu kien sa jitlaq g\u0127as-Sirja bil-gifen minn Kenkre, il-Lhud nasbu konfoffa kontra tieg\u0127u, u g\u0127alhekk g\u0127amel il-hsieb li jerga' lura u jg\u0127addi mill-Ma\u010bedonja (Atti 20: 3).", "Wara li \u010b\u010belebra l-G\u0127id f'Filippi telaq g\u0127al Troas u hemm iltaqa' mal-kollaboraturi tieg\u0127u.", "Wara li mar Assos, shabu tellg\u0127uh fuq il-gifen sakemm waslu Miletu.", "Billi ma riedx idum fl-Asja biex jasal \u0120erusalemm g\u0127all-Festa ta' G\u0127id il-Hamisn, Pawlu bag\u0127at lil shabu jsejhu l-presbiteri tal-Knisja ta' Efesu biex isellmilhom g\u0127all-ahhar darba (ara Atti 20: 13-17).", "Id-diskors li jag\u0127mel Pawlu f'Miletu jitqies bhala t-Testment Pastorali tieg\u0127u.", "Huwa diskors li g\u0127andu ton kunfidenzjali u personali li jixhed g\u0127all-ispirtu uman u appostoliku ta' l-Appostlu tal-Gnus.", "Fid-diskors tieg\u0127u Pawlu jitkellem fuq kemm kien hadem fl-Asja Prokonsolari; juri x-xewqa tieg\u0127u li jilta' \u0120erusalemm, anki jekk kien jaf li kien sa jbati; jehodha kontra l-g\u0127alliema foloz u jerhi l-Knisja f'idejn Alla u l-Kelma tal-grazzja tieg\u0127u.", "Kif temm jg\u0127id dan nizel g\u0127arkobbtejh jitlob mag\u0127hom ilkoll.", "Imbag\u0127ad infexxew f'bikja kbira u bdew jg\u0127annqu lil Pawlu u jbusuh (Atti 20: 36-37).", "Kemm f'Tir u kemm f'\u010aesarija, l-ahwa hegguh biex ma jitlax \u0120erusalemm.", "Imma Pawlu kien de\u010biz: G\u0127alfejn qeg\u0127din tibku u tiksruli qalbi?", "Jiena lest biex g\u0127all-isem ta' Ges\u00f9, mhux biss jorbtuni f'Gerusaelmm, imma wkoll jag\u0127tuni l-mewt.", "Billi ma ried jisma' b'xejn, ahna skitna u g\u0127idna biss: Tkun mag\u0127mula r-rieda tal-Mulej!", "(Atti 21: 13-14)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23250", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23250", "title": "Korea ta' Fuq", "text": ["Korea ta' Fuq", "Il-Korea ta' Fuq, uffi\u010bjalment ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK; Chos\u014fn'g\u016dl: \uc870\uc120\ubbfc\uc8fc\uc8fc\uc758\uc778\ubbfc\uacf5\ud654\uad6d, han\u010ba: \u671d\u9bae\u6c11\u4e3b\u4e3b\u7fa9\u4eba\u6c11\u5171\u548c\u570b, MK: \"Chos\u014fn Minjuju\u016di Inmin Konghwaguk\"), huwa pajji\u017c fl-Asja tal-Lvant, fil-parti tat-tramuntana tal-Peni\u017cola Koreana.", "L-isem \"Korea\" huwa derivat mir-Renju ta' Goguryeo, miktub ukoll b\u0127ala \"Kory\u014f\".", "Il-kapitali u l-akbar belt hija Pyongyang.", "Il-Korea ta' Fuq taqsam fruntiera ta' art ma\u010b-\u010aina fit-tramuntana u fil-majjistral, flimkien max-xmajjar Amnok (Yalu) u Tumen, u sezzjoni \u017cg\u0127ira tax-Xmara Tumen tiffurma wkoll fruntiera mar-Russja fil-grigal.", "I\u017c-\u017bona Demilitarizata Koreana timmarka l-konfini bejn l-Korea ta' Fuq u l-Korea t'Isfel.", "Il-Korea ta' Fuq hija dittatorjat kommunista (mil-1945) u hija wahda mil-izjed pajjiezi izolati u minajr drittijiet basici umani illum.", "Ir-regim tal-Korea ta' Fuq ghandha l-fuq min-1000 cittadini Korejani gewwa kampi tal-kontrencament u hemm kazi ta' kannibalizmu li kien ir-rezultat tal-poliziji ekonomici tar-regim kommunist Korejan ta' Kim Jong-Il, kif ukoll missieru Kim il-Sung u t-tifel tieghu, Kim Jong-Un"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23260", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23260", "title": "Enghien-les-Bains", "text": ["Enghien-les-Bains", "Enghien-les-Bains huwa komun fit-tramuntana tas-subborgi ta' Pari\u0121i, Franza.", "Il-komun jinsab 13.5 km (8.4 mi) mi\u010b-\u010bentru ta' Pari\u0121i, fid-d\u00e9partement ta' Val-d'Oise.", "Qabel ir-Rivoluzzjoni Fran\u010bi\u017ca, li b\u0127alissa hi Enghien-les-Bains, kienet lag u art bassasa ta\u0127t il-\u0121urisdizzjoni ta' Montmorency.", "Fl-1766, qassis fl-oratorju ta' Montmorency skopra sulfur s\u0127un vi\u010bin il-lag ta' Enghien, u \u017c-\u017cona bdiet ti\u017cviluppa b\u0127ala resort spa.", "Fil-\u0127olqien tal-\"komuni\" fl-1790, matul ir-Rivoluzzjoni Fran\u010bi\u017ca, i\u017c-\u017cona ta' Enghien \u0121iet irtirata mill-\u0121urisdizzjoni ta' Montmorency u nqasmet bejn diversi komuni.", "Fis-seklu dsatax, l-i\u017cvilupp ta' Enghien wassal g\u0127all-inkorporazzjoni b\u0127ala komun.", "Il-komun, li huwa msemmi Enghien-les-Bains, in\u0127oloq fis-7 ta' Awwissu 1850 u kiseb parti mit-territorju ta' Deuil-la-Barre u ng\u0127aqad ma' parti mit-territorju ta' Saint-Gratien, parti mit-territorju ta' Soisy-sous-Montmorency u parti mit-territorju ta' \u00c9pinay-sur-Seine.", "Enghien-les-Bains huwa servut minn \u017cew\u0121 stazzjonijiet tal-linja tal-ferrovija suburbana Transilien Paris \u2013 Nord li huma Gare d'Enghien-les-Bains u Gare de La Barre-Ormesson.", "Koordinati:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23263", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23263", "title": "Nepal", "text": ["Nepal", "In-Nepal (Nepali:\u0928\u0947\u092a\u093e\u0932), uffi\u010bjalment ir-Repubblika Federali Demokratika tan-Nepal, huwa pajji\u017c interkju\u017c fl-Asja t'Isfel.", "B'erja ta' 147,181 kilometri kwadri (56,827 mi kw) u b'popolazzjoni ta' madwar 27 miljun, in-Nepal huwa t-93 l-akbar pajji\u017c mill-erja u l-41 l-akbar pajji\u017c mill-popolazzjoni.", "Il-pajji\u017c huwa allokat fil-\u0126imalajas u mdawwar mi\u010b-\u010aina fit-tramuntana u mill-Indja minn nofsinhar, mill-lvant, u mill-Punent.", "In-Nepal huwa separat mill-Bangladexx minn kuritur dejjaq Indjan ta' Siliguri u mill-Butan minn stat Indjan ta' Sikkim.", "Kathmandu hija l-belt kapitali u l-akbar metropoli tal-pajji\u017c."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23268", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23268", "title": "Knisja Ar\u010bipretali San Gwann Battista", "text": ["Knisja Ar\u010bipretali San Gwann Battista", "Il-Knisja Ar\u010bipretali San Gwann Battista huwa knisja Kattolika fl Xewkija, G\u0127awdex, Malta.", "Fl-1845, mija u sebg\u0127in sena ilu, il-Parro\u010b\u010ba tax-Xewkija kkummissjonat l-istatwa titulari ta' San \u0120wann, minquxa fl-injam mill-iskultur Pietru Pawl Azzopardi.", "Il-knisja parrokkjali tax-Xewkija saret Ar\u010bipretali fl-10 ta' Frar 1893, fi \u017cmien l-Ar\u010bipriet Pietru Pawl Ciantar.", "B'digriet tal-Isqof Nikol \u0120.", "Cauchi fil-21 ta' Mejju 1978, ir-Rotunda tax-Xewkija \u0121iet mg\u0127ollija g\u0127all-\u0121ie\u0127 ta' Santwarju Djo\u010besan; fl-istess sena twaqqfet uffi\u010bjalment b\u0127ala s-Sede Spiritwali tal-Ordni ta' San \u0120wann f'G\u0127awdex."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23270", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23270", "title": "Universit\u00e0 Amerikana ta' Malta", "text": ["Universit\u00e0 Amerikana ta' Malta", "L-Universit\u00e0 Amerikana ta' Malta (Ingli\u017c: \"American University of Malta\", AUM) hi istituzzjoni edukattiva privata proposta fin-Nofsinhar ta' Malta.", "Huwa ppjanat li l-kampus jinqasam bejn Bormla u Marsaskala, u l-pro\u0121ett huwa ma\u0127sub li jirri\u0121enera n-Nofsinhar ta' Malta u jag\u0127ti spinta ekonomika u so\u010bjali lil dik i\u017c-\u017cona.", "Minn mindu \u0121iet ippre\u017centata l-proposta f'Mejju 2015, \u0121iet i\u0121\u0121enerata kontroversja, spe\u010bjalment peress li parti kbira mill-kammpus g\u0127andu jinbena fuq art barra \u017c-\u017cona tal-i\u017cvilupp; mag\u0127rufa bl-Ingli\u017c bhala \"Outside Development Zone\" (ODZ)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23276", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23276", "title": "2016", "text": ["2016", "L-2016 hija sena bi\u017cestili u hija s-Sena Internazzjonali tal-Pi\u017celli.", "Tul dan ix-xahar mietu:", "Tul dan ix-xahar mietu:", "Tul dan ix-xahar mietu:", "Tul dan ix-xahar mietu:", "Tul dan ix-xahar mietu:", "Tul dan ix-xahar mietu:", "Tul dan ix-xahar mietu:", "Tul dan ix-xahar mietu:", "Tul dan ix-xahar mietu:", "Tul dan ix-xahar mietu:", "Tul dan ix-xahar mietu:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23277", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23277", "title": "Marlene Farrugia", "text": ["Marlene Farrugia", "Marlene Farrugia (\u017burrieq, 24 ta' Lulju 1966) hija Dentista u Kap tal-Partit Demokratiku u Deputat Parlamentari fil-Lista tal-Partit Nazzjonalista.", "Farrugia twieldet u trabbiet fi\u017c-\u017burrieq.", "\"Gawdejt il-\u0121miel kollu ta' ra\u0127al twelidi bil-kampanja, x-xag\u0127ri u l-widien ta' madwar.", "Mill-ba\u0127ar ma konniex neqsin.", "Konna nqattg\u0127u sjuf s\u0127a\u0127 f'Wied i\u017c-\u017burrieq u kultant f'Wied ix-Xoqqa jew f'Wied il-Buni \u0121o Bir\u017cebbu\u0121a, fejn kien joqg\u0127od il-bu\u017cnannu.\"", "Attendiet l-Iskola Primarja ta\u017c-\u017burrieq u wara l-Iskola Sekondarja tal-Qrendi u dik ta' Marija Assunta, fil-\u0126amrun.", "Ta' sittax-il sena bdiet il-kors tad-dentistrija l-Universit\u00e0 ta' Malta.", "Hawnhekk kienet rappre\u017centanta tal-istudenti tad-dentistrija fuq il-Bord tal-Fakult\u00e0 u membru tal-KSU.", "Iggradwat fl-1986, u baqg\u0127et tipprattika l-professjoni mill-klini\u010bi privati tag\u0127ha f'\u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121, is-Si\u0121\u0121iewi u \u017c-\u017burrieq.", "Minkejja li \u0121ejja minn familja Laburista, hija bdiet isservi b\u0127ala kunsilliera mal-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali ta' \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 fl-1996.", "Ikkontestat l-Elezzjoni \u0120enerali g\u0127all-ewwel darba fl-1998, mal-Partit Nazzjonalista, u ma kinitx eletta, l-iktar g\u0127ax kienet taqbel ma' s\u0127ubija s\u0127i\u0127a fl-Unjoni Ewropea.", "\"Kont nippreferi kieku l-PL dak i\u017c-\u017cmien ta kontribut aktar siewi, g\u0127ax forsi kien ikollna pakkett ta' s\u0127ubija a\u0127jar minn dak li rnexxielhom i\u0121ibu l-PN wa\u0127edhom.\"", "Meta kkontestat g\u0127all-ewwel darba mal-Partit Laburista fl-2008, wara li fi kliemha dawn ukoll adottaw l-g\u0127a\u017cla tal-poplu fir-referendum u l-elezzjoni \u0121enerali g\u0127all-politika barranija fi \u0127dan l-UE, g\u0127a\u017clet il-PL g\u0127ax emmnet li Malta kellha b\u017conn bidla fil-mod ta kif issir il-politika.", "\"Minn politika tal-weg\u0127di u retorika, xtaqt u nixtieq nara politika prattika, msejsa fuq l-interess nazzjonali u mhux parti\u0121\u0121jan, u m\u0127addma b'mod responsabbli li jirrendi l-aktar \u0121id minn dak li nkunu qeg\u0127din ninvestu b\u0127ala poplu, kemm jekk hu xog\u0127ol u finanzi f'kull qasam.\"", "Hija kienet eletta b\u0127ala Deputata Laburista fl-2008 mill-5 Distrett minn fejn \u0121abet 3,375 vot, fejn ing\u0127atat ir-responsabbilt\u00e0 ta' Kelliema g\u0127all-Utilitajiet.", "Wara r-ri\u017cenja ta' Alfred Sant minn Mexxej tal-Partit Laburista, hija appo\u0121\u0121jat in-nomina ta' George Abela g\u0127al Mexxej \u0121did tal-Partit li i\u017cda ntreb\u0127et minn Joseph Muscat.", "Fl-2013, hija re\u0121g\u0127et kienet eletta mal-Partit Laburista li din id-darba reba\u0127 l-Elezzjoni \u0120enerali b'ma\u0121\u0121oranza storika.", "F'din l-elezzjoni hija naqqset 850 vot, u \u0121abet 2,525 vot.", "Is-sie\u0127eb tag\u0127ha, Godfrey Farrugia n\u0127atar Ministru tas-Sa\u0127\u0127a.", "Ftit jiem biss wara li saret Assistenta tal-Ministru, hija irri\u017cenjat wara kritika kbira mill-Partit Nazzjonalista u mill-opinjoni pubblika.", "Fis-17 ta' Novembru 2015 hija rri\u017cenjat mill-Partit Laburista wara li vvutat mal-Oppo\u017cizzjoni kontra emendi fl-Att g\u0127all-\u0126arsien tal-Ambjent, i\u017cda baqg\u0127et i\u017c\u017comm is-si\u0121\u0121u parlamentari b\u0127ala Membru Indipendenti.", "Nhar l-4 ta' Mejju 2016, hija ressqet mozzjoni ta' sfidu\u010bja fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi, li i\u017cda ma g\u0127additex b'31 vot favur u 36 kontra.", "Nhar l-4 ta' \u0120unju 2016, hija nediet partit \u0121did f'Malta, il-Partit Demokratiku.", "Fit-22 ta' Ottubru 2016, in\u0127atret b\u0127ala kap ta' dan il-partit.", "Skont st\u0127arri\u0121 tal-Malta Today, 0.5% biss tal-Laburisti li vvutaw PL fl-2013 kieku jivvutaw lil Farrugia f'elezzjoni \u0121enerali.", "2% ta' dawk li vvutaw PN fl-2013, jivvutawlha kieku kellha ssir elezzjoni.", "Fis-6 ta' \u0120unju 2017, hija \u0121iet eletta fuq il-lista tal-PN b\u0127ala kandidata \"tal-Oran\u0121jo\" (Partit Demokratiku) fuq l-G\u0127axar distrett.", "Fis-6 ta' \u0120unju 2017, meta intervistata qalet li ma teskludix li tikkontesta biex tkun Kap tal-Partit Nazzjonalista, wara li jum qabel t\u0127abbret ir-ri\u017cenja ta' Simon Busuttil.", "F'kumment li tat lill-midja fil-post tal-g\u0127add tal-voti, Farrugia sostniet li jekk ma tikkontestax tixtieq li jkollha sehem fil-pro\u010bess biex jintg\u0127a\u017cel Kap \u0121did.", "Hija kienet mi\u017c\u017cew\u0121a lil Jeffrey Pullicino Orlando u hija omm ta' tlett itfal.", "Is-sie\u0127eb tag\u0127ha hu t-Tabib Godfrey Farrugia, l-eks Whip tal-Partit Laburista u eks Ministru tas-Sa\u0127\u0127a.", "Tahdem g\u0127al rasha b\u0127ala dentista, b'numru ta' klini\u010bi privati f'diversi lokalitajiet.", "Fost il-passatempi li g\u0127andha, hi t\u0127obb l-i\u017cjed il-qari, l-ivja\u0121\u0121ar u l-antikit\u00e0."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23278", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23278", "title": "Godfrey Farrugia", "text": ["Godfrey Farrugia", "Godfrey Farrugia (\u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121) huwa tabib, membru tal-Partit Demokratiku u eks Whip tal-Partit Laburista fil-Parlament.", "Kien Ministru tas-Sa\u0127\u0127a minn Marzu 2013 sa Marzu 2014.", "Bin David u Rina, huwa twieled, g\u0127ex u \u0127adem l-aktar f'\u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121.", "Il-formazzjoni \u017cag\u0127\u017cug\u0127a tieg\u0127u \u0127adha kemm fl-iskejjel tal-gvern u kemm f'tal-\u0120i\u017cwiti, i\u017cda wkoll mill-g\u0127aqdiet tal-volontarjat, b'mod partikolari l-Iscouts, il-Museum u l-ka\u017cin tal-banda.", "Farrugia kien wie\u0127ed mill-pijuniera tal-Kulle\u0121\u0121 Malti tat-Tobba tal-Familja.", "\u017bew\u0121 \u0127utu, i\u017cg\u0127ar minnu, it-tnejn huma tobba.", "Kien it-tabib tal-familja tag\u0127hom, Dr. Mario Tua, li rnexxielu j\u0127ajjarhom b'g\u0127emilu biex ilkoll kemm huma jaqbdu din it-triq.", "G\u0127al Farrugia, \"il-professjoni medika hi xjenza li sservi u teduka, hija vokazzjoni li tag\u0127ti lilek inifsek lil \u0127addie\u0127or.\"", "Farrugia jg\u0127allem il-prattika lill-istudenti fir-raba' sena tal-kors tal-medi\u010bina u tobba o\u0127ra li jixtiequ jispe\u010bjalizzaw f' dan il-qasam.", "Farrugia jag\u0127ti sehem qawwi fil-festa ta' \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121.", "\"Il-festi tradizzjonali nqishom b\u0127ala vetrina tal-mod kif il-poplu Malti hu msawwar: poplu ferrie\u0127i, devot, bie\u017cel u anki artistiku.", "Xi drabi tennejt fil-pubbliku li jien prodott tal-festi, u dan ng\u0127idu b'\u0121ie\u0127.", "Fuq kollox kien missieri David li ntrodu\u010bieni g\u0127all-festi ta' \u0126a\u017c-\u017bebbug u g\u0127eni nifhem is-sehem bla qies tag\u0127hom fil-\u0127ajja komunitarja.\"", "Huwa President Onorarju ta' \u017cew\u0121 so\u010bjetajiet bandisti\u010bi, u President tal-G\u0127aqda Nazzjonali tal-Armar tal-Festi fit-Toroq, li kien fundatur taghha, u s-Segretarju tal-G\u0127aqda Piroteknika Maltija.", "Da\u0127al fil-Politika fl-1993 meta sar l-ewwel Sindku indipendenti ta' \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121.", "Dam f'din il-kariga sas-sena 2000.", "Is-sie\u0127ba tieg\u0127u, id-dentista Marlene Farrugia, kienet membru parlamentari mal-Partit Laburista sa mill-2008.", "Il-Mexxej tal-Partit Joseph Muscat ikkonvin\u010ba lil Godfrey Farrugia biex hu wkoll jikkontesta mal-Partit Laburista fl-Elezzjoni \u0120enerali tal-2013.", "Wara li \u0121ie elett ful is-seba' distrett, Farrugia n\u0127atar Ministru tas-Sa\u0127\u0127a.", "Huwa rri\u017cenja mill-kariga ta' Ministru tas-Sa\u0127\u0127a f'24 ta' Marzu 2014.", "F'Jannar 2015 huwa n\u0127atar Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista.", "Fid-29 ta' April 2017, it-tabib Godfrey Farrugia rri\u017cenja mill-kariga ta' Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista.", "Fl-ittra pubblika indirizzata lill-Prim Ministru Joseph Muscat, huwa offra ir-ri\u017cenja tieg\u0127u, u stqarr li l-fidu\u010bja tal-poplu Malti fil-Partit Laburista \u0121iet \"ttraduta u u\u017cata biex ti\u0121i imbuttata l-a\u0121enda tal-ftit, li jidher \u010bar li m'g\u0127andhomx l-Interess Nazzjonali f'qalbhom u wisq inqas f' mo\u0127\u0127hom.\"", "Ftit jiem wara, Farrugia irri\u017cenja wkoll mill-Partit Laburista u sar membru tal-Partit Demokratiku.", "Fit-3 ta' \u0120unju 2017, huwa kkontesta l-Elezzjoni \u0120enerali b\u0127ala kandidat tal-Partit Demokratiku, imwaqqaf mis-sie\u0127ba tieg\u0127u Marlene Farrugia, fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista, u kien elett f'elezzjoni ka\u017cwali."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23279", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23279", "title": "Donald Trump", "text": ["Donald Trump", "Donald John Trump (14 ta' \u0120unju 1946) huwa l-President attwali tal-Istati Uniti tal-Amerika u huwa wkoll negozjant biljunarju Amerikan.", "Huwa di\u0121\u00e0 kien mag\u0127ruf \u0127afna, anke b\u0127ala personalit\u00e0 televi\u017civa, qabel \u0127are\u0121 b\u0127ala kandidat g\u0127al President tal-Istati Uniti g\u0127all-Elezzjoni Presidenzjali tal-2016.", "Trump huwa \u010b-chairman u l-president ta' The Trump Organization u l-fundatur ta' Trump Entertainment Resorts.", "Imwieled fi New York City , huwa bin Fred Trump, li ispirah jid\u0127ol fir-real estate.", "Kien ja\u0127dem mal-kumpanija ta' missieru, Elizabeth Trump & Son, filwaqt li jistudja l-business f'Wharton, u ng\u0127aqad mal-kumpanija fl-1968 hekk kif iggradwa.", "Fl-1971, beda jmexxiha hu u taha isem \u0121did: \"The Trump Organization\".", "Bena lukandi, golf courses, u bini f'Manhattan u fi bliet o\u0127ra li \u0127afna drabi j\u0121ibu ismu.", "Ir-reality show fuq NBC, \"The Apprentice\", kabbarlu l-popolarit\u00e0 tieg\u0127u.", "It-tliet \u017cwi\u0121ijiet tieg\u0127u \u0121ibdu \u0127afna l-attenzjoni tal-media.", "Fis-16 ta' \u0120unju 2015, Trump \u0127abbar il-kandidatura tieg\u0127u g\u0127al President u fittex li jkun innominat mill-Partit Repubblikan.", "Trump mexxa kampanja populista li tappella g\u0127all-klassi tal-\u0127addiema u dawk li huma bla xog\u0127ol, u dawk inkwetati bl-immigrazzjoni u bit-theddida terroristika.", "G\u0127amel g\u0127edewwa mill-Ispani\u010bi, \"business leaders\", u Repubblikani o\u0127ra, u ippropona li ma jid\u0127lux iktar Musulmani fl-Istati Uniti.", "Clinton kellha distakk sew fuq ir-Repubblikan Donald Trump fi kwa\u017ci s-sonda\u0121\u0121i nazzjonali kollha li saru matul l-2016.", "I\u017cda fil-bidu ta' Lulju 2016, u fl-a\u0127\u0127ar \u0121imag\u0127tejn tal-kampanja elettorali, Trump u Clinton kienu ras imb'ras fis-sonda\u0121\u0121i wara l-konklu\u017cjonijiet tal-FBI rigward l-investigazzjoni tal-emails tag\u0127ha.", "F'Lulju d-Direttur tal-FBI James Comey ikkonkluda li Clinton kienet \"traskurata g\u0127all-a\u0127\u0127ar\" fil-mod kif trattat materjal klassifikat tal-gvern.", "Lejn l-a\u0127\u0127ar ta' Lulju 2016, Trump kien \u0121ab l-ewwel vanta\u0121\u0121 fuq Clinton b'erba' punti per\u010bentwali iktar minnha wara l-Konvenzjoni Nazzjonali Repubblikana.", "I\u017cda meta ftit wara, saret il-Konvenzjoni Demokratika Clinton re\u0121g\u0127et \u0121iet minn fuq b'seba' punti per\u010bentwali.", "I\u017cda \u0127dax-il jum biss qabel l-elezzjoni, nhar it-28 ta' Ottubru 2016, id-Direttur tal-FBI Comey innotifika lill-Kungress Amerikan li l-FBI beda jinvestiga emails o\u0127ra li kienu g\u0127adhom kif sabu f'device elettroniku ta' dik li kienet deputy chief of staff ta' Clinton.", "Clinton sej\u0127et lill-FBI biex jo\u0127ro\u0121 mill-ewwel kull informazzjoni fuq dawn l-emails \"\u0121odda\" u qalet li kienet kunfidenti li l-FBI se ter\u0121a' tasal g\u0127all-konklu\u017cjoni li ma kienx hemm ba\u017ci g\u0127al prosekuzzjoni kriminali, konklu\u017cjoni li l-FBI waslet g\u0127aliha jumejn biss qabel l-elezzjoni.", "Wa\u0127da mill-ewwel ordnijiet e\u017cekuttivi li ffirma Trump kienet tipprojbixxi d-d\u0127ul ta' nies minn seba' pajji\u017ci fil-ma\u0121\u0121oranza tag\u0127hom Musulmana.", "Din l-ordni kkaw\u017cat kaos fl-ajruporti Amerikani, qasmet familji u qanqlet protesti kbar.", "Im\u0127allef ma damx ma ssospenda din l-ordni fil-waqt li l-A\u0121ent Avukat-\u0120enerali li sostniet li din l-ordni mhix kostituzzjonali u ma tistax ti\u0121i difi\u017ca mid-Dipartiment tal-\u0120ustizzja, \u0121iet imke\u010b\u010bija.", "Id-Dipartiment tal-\u0120ustizzja pprova jirrevoka din is-sospensjoni imma m\u0127allef qatag\u0127ha kontrih.", "Trump spi\u010b\u010ba jg\u0127ajjar dan l-im\u0127allef.", "Fl-appell, it-tliet im\u0127allfin qatg\u0127uha unanimament kontra l-gvern.", "Din l-ordni ta' Trump kienet kritikata g\u0127aliex l-ebda \u010bittadin minn dawn is-seba' pajji\u017ci ma wettaq xi attentat terroristiku fl-Amerika mill-2001 'il hawn.", "L-anqas min kien involut fl-attentati ta' 9/11 ma kien ji\u0121i minn xi wie\u0127ed minn dawn is-seba' pajji\u017ci.", "Imma Trump ried din l-ordni \u0127alli jwettaq in parti l-weg\u0127da elettorali tieg\u0127u li ma j\u0127allix Musulmani jid\u0127lu l-Amerika.", "F'Mejju 2017 sar mag\u0127ruf li A\u0121enti Federali tal-Immigrazzjoni fl-Amerka qed jarrestaw mal-400 immigrant kuljum.", "Fl-ewwel 100 jum ta' Trump b\u0127ala President, \u0121ew arrestati 41,318 immigrant, \u017cieda ta' 37.6% fuq l-istess perjodu fis-sena ta' qabel.", "Madwar 3 minn kull 4 minn dawk arrestati g\u0127andhom rekord kriminali, inklu\u017c membri ta' gangs u nies imfittxija fuq qtil.", "Per\u00f2 l-ikbar \u017cieda hija fl-immigranti arrestati u li m'g\u0127andhomx rekord kriminali.", "Jiem wara li n\u0127atar fil-kariga, Trump iffirma ordni e\u017cekuttiva biex kull min jinstab fl-Istati Uniti illegalment, ji\u0121i deportat.", "Oppo\u017cizzjoni qawwija kontra t-trattament tal-immigranti \u0121iet minn \u0127afna bnadi, fosthom l-Isqfijiet Amerikani.", "L-Isqof Joe V\u00e1squez stqarr li huma kontra l-ordni li ji\u0121i sospi\u017c g\u0127al 120 \u0121urnata, il-programm li bih refu\u0121jati jibdew \u0127ajja \u0121dida fl-Istati Uniti.", "Dwar is-sospensjoni tal-programm g\u0127ar-refu\u0121jati Sirjani biex jid\u0127lu fl-Istati Uniti, l-Isqof V\u00e1squez sostna li r-reli\u0121jon m'g\u0127andux ikun fattur g\u0127ad-de\u010bi\u017cjoni jekk l-Istati Uniti tassistix persuni vulnerabbli li jkunu \u0127arbu min\u0127abba l-persekuzzjoni.", "Ftit jiem biss wara l-\u0127atra tieg\u0127u, il-President Trump iffirma ordni e\u017cekuttiva biex pajji\u017cu jo\u0127ro\u0121 mill-ftehim ekonomiku li kien je\u017cisti bejn l-Istati Uniti u pajji\u017ci Asjati\u010bi.", "Dan il-ftehim li kien ferm imbuttat mill-amministrazzjoni t'Obama kien iffirmat minn tnax-il pajji\u017c u kien jolqot mal-40% tal-ekonomija tad-dinja.", "Il-President il-\u0121did kien ikkritika bl-a\u0127rax dan il-ftehim ekonomiku li skontu jmur kontra l-interessi tal-Amerka.", "Intant Trump \u0127abbar li se jkun qed jaqta' b'mod massi\u010b\u010b it-taxxi fuq kumpaniji li j\u017commu l-ba\u017ci tag\u0127hom fl-Istati Uniti.", "Trump \u0127abbar dan waqt li fil-Whitehouse kien qed jiltaqa' ma diversi sidien ta' negozji kbar fil-pajji\u017c.", "Il-President Amerikan qal li se jkun qed jimponi taxxa ferm g\u0127ola fuq dawk il-kumpaniji li jmexxu l-manifattura tag\u0127hom barra mill-pajji\u017c.", "Dawn ir-rimarki waslu fl-ewwel \u0121urnata ufficjali tieg\u0127u fil-White House wara protesti kbar li saru direttament fil-konfront ta' Trump.", "Ftit wara l-\u0127atra ta' Trump b\u0127ala President, Michael Flynn irri\u017cenja minn National Security Adviser.", "Flynn instab li gideb lill-amministrazzjoni u spe\u010bjalment lill-vi\u010bi-president Mike Pence dwar il-kuntatti tieg\u0127u mal-ambaxxatur Russu wara t-tke\u010b\u010bija ta' 35 diplomatiku Russu mill-amministrazzjoni Obama.", "Huwa mag\u0127ruf li Trump irre\u017cista din it-tke\u010b\u010bija g\u0127ax kien ilu jaf bil-komportament ta' Flynn.", "Madankollu, Flynn ma kellux triq o\u0127ra \u0127lief li jirri\u017cenja wara li l-Washington Post akku\u017catu li gideb.", "Din ir-ri\u017cenja kompliet titfa' dawl xejn sabi\u0127 fuq in-natura vera tar-rapporti bejn Trump u r-Russi.", "Skont indiskrezzjonijiet li \u0121ew ippubblikati mill-istampa Amerikana u li \u0127ar\u0121uhom l-istess membri tas-servizzi sigrieti, il-kampanja elettorali ta' Trump kellha kuntatti regolari mad-diplomati\u010bi Russi qabel l-elezzjoni.", "Trump iddefenda l-fatt li hu qasam informazzjoni sensittiva mar-Russja waqt li insista li hu g\u0127amel dan 'bi dritt assolut' u fl-interessi tal-mi\u017curi anti-terroristi\u010bi li, fost o\u0127rajn, ja\u010b\u010bertaw is-sigurt\u00e0 tan-nies waqt it-titjiriet.", "Trump sostna li hu ma g\u0127amel xejn illegali bl-iskambju tal-fatti 'asso\u010bjati mat-terrori\u017cmu u s-sigurt\u00e0 tat-traffiku tal-ajru'.", "Hu, fl-istess \u0127in, insista li jrid li r-Russja tie\u0127u aktar mi\u017curi konkreti kontra t-terrori\u017cmu u gruppi qattiela b\u0127all-ISIS.", "F'Mejju 2017, Trump iltaqa' mal-Ministru Russu g\u0127all-Affarijiet Barranin, Sergei Lavrov, fl-Oval Office tal-White House; bl-istampa Amerikana tg\u0127id li hu kien qasam mieg\u0127u informazzjoni sigrieta relatata g\u0127al xi kumplott potenzjali tal-ISIS.", "Rapport fil- Washington Post qal, intant, li l-informazzjoni spe\u010bifika kienet \u0121ejja minn sie\u0127ba tal-Istati Uniti li ma tatx il-permess biex id-dettalji jinqasmu mar-Russja \u2014 i\u017cda Trump insista li g\u0127andu d-dritt kollu li ja\u0121ixxi fl-a\u0127jar interessi tas-sigurt\u00e0.", "Dan meta l-Post qal li Trump kien qasam informazzjoni mill-aktar sigrieta u x'aktarx relatata 'g\u0127all-u\u017cu ta' kompjuters (ta' tip laptop) fuq l-ajruplani'.", "Matul il-kampanja g\u0127all-Presidenza tal-Istati Uniti, Donald Trump ikkritika ripetutament lill-kandidat tal-Partit Demokratiku, Hillary Clinton dwar il-mod kif hi kienet \u0127adet \u0127sieb \u010bertu materjal sensittiv.", "U waqt li l-President Amerikan g\u0127andu l-awtorit\u00e0 biex jiddeklassifika l-informazzjoni, l-azzjoni spe\u010bifika ta' Trump qanqlet kritika kbira ming\u0127and id-Demokrati\u010bi fl-Oppo\u017cizzjoni u sej\u0127iet g\u0127al spjegazzjoni ming\u0127and il-Partit Repubblikan tieg\u0127u stess.", "Obamacare kienet li\u0121i mfassla mill-President Barack Obama li \u0121abet 'il quddiem is-servizzi pubbli\u010bi tas-sa\u0127\u0127a.", "Madankollu, dawn is-servizzi sabu oppo\u017cizzjoni kbira minn Trump li tul il-kampanja wieg\u0127ed li jwettaq tibdil sostanzjali fihom.", "Nhar il-25 ta' Marzu 2017, Trump kellu jirtira l-abbozz ta' li\u0121i tieg\u0127u dwar is-sa\u0127\u0127a wara li ma ntlaqax tajjeb u ma kellux voti bi\u017c\u017cejjed biex jg\u0127addi mill-kungress.", "Dan wara li l-\u0126amis, il-vot dwar is-sa\u0127\u0127a kellu jkun pospost \u0127abba li sab oppo\u017cizzjoni minn xi Repubblikani.", "Madankollu, Trump xorta ta t-tort lid-Demokrati\u010bi li \u0127add minnhom ma kien favur l-abbozz ta' li\u0121i propost.", "G\u0127alkemm Trump kien g\u0127amilha \u010bara li jekk ma jivvutawx favur l-abbozz kien se jkollhom jibqg\u0127u b'Obamacare, l-abbozz xorta wa\u0127da sab oppo\u017cizzjoni minn xi Repubblikani.", "Dan tant li meta \u0121ie g\u0127all-vot, Trump flimkien mal-Ispeaker tal-kamra, Paul Ryan, idde\u010bidew li jirtirawh.", "Fit-23 ta' Jannar 2017, Trump iffirma azzjoni e\u017cekuttiva li twaqqaf il-fondi mill-Gvern Amerikan lil kull g\u0127aqda u organizzazzjoni internazzjonali li tippromwovi jew toffri l-abort.", "Din il-politika, imsej\u0127a l-\"\"Mexico City Policy\"\" kienet ori\u0121inarjament mnedija waqt l-amministrazzjoni ta' Ronald Reagan, i\u017cda mne\u0127\u0127ija fl-2009 mill-amministrazzjoni ta' Obama.", "Filwaqt li finanzjament dirett g\u0127all-abort ma kienx legali lanqas waqt l-amministrazzjoni ta' Obama, g\u0127aqdiet u organizzazjonijiet, anke barranin kienu jir\u010bievu fondi mill-Gvern Amerikan b\u0127ala g\u0127ajnuna g\u0127all-promozzjoni ta' abort b\u0127ala metodu ta' pjanar g\u0127all-familji u trattament g\u0127al wara l-abort li dawn kienu joffru.", "B'din l-azzjoni, l-NGOs mhux se jibqg\u0127u jie\u0127du ebda fondi."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23280", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23280", "title": "Forti Rika\u017cli", "text": ["Forti Rika\u017cli", "Il-Forti Rika\u017cli (jew Ricasoli) hija fortizza fil-Kalkara, Malta, li nbniet mill-Ordni ta' San \u0120wann bejn l-1670 u l-1698.", "Il-forti tinsab fid-da\u0127la tal-Port il-Kbir, u tipprotegi l-entratura tal-port flimkien mal-Forti Sant'Iermu.", "Rika\u017cli hija l-ikbar fortizza f'Malta, u qieg\u0127da fuq il-lista tentattiva ta' Patrimonju tal-umanit\u00e0 tal-UNESCO, b\u0127ala parti mill-\"Fortifikazzjonijiet tal-Kavallieri madwar il-Portijiet ta' Malta\".", "Fort Rika\u017cli rat u\u017cu matul l-inva\u017cjoni Fran\u010bi\u017ca fl-1798, u l-insurrezzjoni Maltija li spi\u010b\u010bat fl-1800, meta Malta spi\u010b\u010bat ta\u0127t l-idejn tal-Ingli\u017ci.", "Fl-1807, Rika\u017cli kienet is-sit t'ammutinament mir-Re\u0121iment Froberg, u matul is-seklu dsatax intu\u017cat ukoll b\u0127ala sptar militari.", "Fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-forti kienet parti mid-difi\u017ca ta' Malta, u partijiet minnha inqerdu minn bumbardament mill-ajru.", "Il-fortizza ing\u0127atat lill-Gvern Malti fl-1964, u wara intu\u017cat g\u0127al skopijiet industrijali.", "Illum, il-fortizza g\u0127ada te\u017cisti, i\u017cda tinsab fi stat dilapidat, u hija u\u017cata b\u0127ala post fejn jin\u0121ibdu l-films, kif ukoll b\u0127ala fa\u010bilit\u00e0 g\u0127at-tindif tat-tankijiet.", "Il-Forti Rika\u017cli tinsab fuq l-ewwel peni\u017cola fuq in-na\u0127a tal-lvant tal-Port il-Kbir.", "Il-promontorju ori\u0121inarjament kien mag\u0127ruf b\u0127ala l-Ponta ta' Rinella jew \"Punta Sottile\".", "Fl-1531, \u017cew\u0121 skjavi li kienu pruvaw jie\u0127du l-Forti Sant'An\u0121lu inqatlu fuq din il-ponta, li saret mag\u0127rufa b\u0127ala l-Ponta tal-Forka.", "Fl-Assedju l-Kbir tal-1565, it-Torok bnew batteriji fuq din il-ponta sabiex jibbumbardjaw il-Forti Sant'Iermu.", "Fit-18 ta' Jannar 1629, il-kavallier Taljan Alessandro Orsi iffinanzja l-kostruzzjoni ta' torri fuq din il-bi\u010b\u010ba art.", "Dan it-torri kien imsejja\u0127 uffi\u010bjalment b\u0127ala \"Torre San Petronio\", imma kien komunament mag\u0127ruf b\u0127ala t-Torri Orsi jew it-Torri Teftef mill-Maltin.", "It-torri kien tond, u kien mibni biex ma j\u0127allix l-iskjavi milli ja\u0127arbu minn Malta.", "Aktar tard, \u0121iet mibnija batterija semi-\u010birkulari madwar it-torri, u din kienet mag\u0127rufa b\u0127ala l-Batterija Orsi jew il-Batterija San Petronio.", "It-torri u l-batterija kienu mdawra b'foss mimli bl-ilma ba\u0127ar.", "It-torri u l-batterija inqerdu f'maltempata fit-8 ta' Frar 1821, u llum l-unika parti minnhom li g\u0127adha te\u017cisti hu l-foss tal-batterija m\u0127affer fil-\u0121ebel.", "Fl-1644, Giovanni de' Medici ppropona li l-Forti Sant'An\u0121lu fil-Birgu ji\u0121i abbandunat, u tinbena fortizza \u0121dida fuq il-Ponta Orsi.", "Din il-fortizza \u0121dida kellha tkun imsemmija \"Forti Sant'An\u0121lu\" wkoll, u kellha tkun im\u0127addma mill-ekwipa\u0121\u0121 tal-gwarni\u0121\u0121jon tal-forti tal-Birgu.", "G\u0127alkemm Medici fassal pjanijiet g\u0127all-forti l-\u0121dida, dawn qatt ma \u0121ew implimentati.", "Fl-1669, wara li l-Imperu Ottoman \u0127a Kandja fi Kreta mir-Repubblika ta' Venezja, \u017cdiedu l-bi\u017cg\u0127at ta' attakk Tork fuq il-g\u017cejjer Maltin.", "Min\u0127abba dan, fl-1670 il Gran Mastru Nicolas Cotoner stieden lill-in\u0121inier militari Antonio Maurizio Valperga biex itejjeb il-fortifikazzjonijiet ta' Malta.", "Valperga fassal pjanijiet ta' fortizza \u0121dida biex tinbena fuq il-Ponta Orsi, u g\u0127alkemm kien hemm xi kritika minn xi membri tal-Ordni, il-pjanijiet \u0121ew approvati.", "Il-kavallier Fjorentin Giovanni Francesco Ricasoli \u0127allas 20,000 skud biex tinbena l-forti, u min\u0127abba dan il-fortizza ssemmiet \"Forte Ricasoli\" fl-unur tieg\u0127u.", "L-ewwel \u0121ebla tal-fortizza tqieg\u0127det fil-15 ta' \u0120unju 1670, u l-ewwel stadji tal-kostruzzjoni \u0121ew ssorveljati mill Valperga innifsu.", "Il-forti r\u010beviet l-ewwel gwarni\u0121\u0121jon f'\u0120unju tal-1674, g\u0127alkemm ma kinitx g\u0127adha kompluta.", "Fl-1681, l-in\u0121inier Fjamming Carlos de Grunenbergh g\u0127amel xi tibdiliet fid-disinn tal-fortizza.", "Il-kwartieri tas-suldati, il-kappella u l-bini ie\u0127or fil-fortizza nbnew wara l-1685, u Rika\u017cli kienet uffi\u010bjalment iddikjarata kompluta u armati f'Mejju tal-1698.", "Fl-1714, l-in\u0121iniera Fran\u010bi\u017ci Ren\u00e9 Jacob de Tign\u00e9, Charles Fran\u00e7ois de Mondion u Philippe de Vend\u00f4me ikkritikaw id-disinn tal-fortizza, u fl-1722 \u0121ew implimentati xi emendi proposti minn de Tign\u00e9.", "F'nofs is-seklu XVIII, il-fortizza kienet fi stat \u0127a\u017cin, u xi xog\u0127ol ta' manutenzjoni sar fl-1761.", "Il-Forti Rika\u017cli kien jintu\u017ca wkoll b\u0127ala \u0127abs qabel ma nbniet il-Fa\u010bilit\u00e0 Korrettiva ta' Kordin.", "L-ewwel darba li l-Fort Rika\u017cli rat u\u017cu militari kien waqt l-inva\u017cjoni Fran\u010bi\u017ca ta' Malta f'\u0120unju 1798, matul il-Gwerer rivoluzzjonarji Fran\u010bi\u017ci.", "Dak i\u017c-\u017cmien, il-fortizza kienet kmandata mill-Bali de Tillet, u l-gwarni\u0121\u0121jon tag\u0127ha kien jikkonsisti mill-\"Cacciatori\", li kien re\u0121iment voluntier tal-infanterija.", "Il-fortizza rnexxielha tirripella tliet attakki Fran\u010bi\u017ci, u \u010bediet wara li l-Gran Mastru Ferdinand von Hompesch uffi\u010bjalment \u010beda Malta 'l Napuljun.", "Fir-rewwixta tal-Maltin tal-1798 sal-1800, il-fortizza baqg\u0127et f'idejn il-Fran\u010bi\u017ci.", "Il-kanuni tal-fortizza kienu jattakkaw ta' spiss lill-Batterija ta' San Rokku, li \u0121iet mibnija mill-Maltin madwar 700 metru 'l bog\u0127od minn Rika\u017cli.", "Il-forti kompla jintu\u017ca b\u0127ala installazzjoni militari matul \u017cmien l-Ingli\u017ci.", "Fl-1807, suldati Albani\u017ci u Griegi tar-Re\u0121iment Froberg li kienu stazzjonati \u0121o Rika\u017cli rribellaw u \u0127adu xi osta\u0121\u0121i.", "Wara ftit jiem, \u0127afna mir-ribelli \u010bedew, i\u017cda ftit mir-ribelli baqg\u0127u \u0121ol-fortizza u splodew il-porvlista, u b'hekk ikkaw\u017caw \u0127sara estensiva lid-Demi-Bastjun ta' San Duminku.", "U\u0127ud mir-ribelli \u0121ew ikkundannati g\u0127all-mewt minn qorti marzjali wara dan.", "Il-partijiet tal-fortizza li kienu sofrew \u0127sara ssewwew, g\u0127alkemm ma re\u0121g\u0127ux inbnew fuq id-disinni ori\u0121inali.", "Fl-1829, inbniet porvlista \u0121dida flok dik li nqerdet waqt l-isplu\u017cjoni.", "Qabel ma nfeta\u0127 l-isptar ta' Bighi, partijiet mill-fortizza ntu\u017caw b\u0127ala sptar navali.", "Fl-1837, matul l-epidemija tal-kolera, xi pazjenti mill-Ospizio fil-Furjana li kienu mardu bil-kolera kienu trasferiti f'Rika\u017cli.", "\u0126afna minnhom mietu wara ftit \u0121ranet, u dawn indifnu fi\u010b-\u010bimiterju ta' Wied G\u0127ammieq, li jinsab qrib il-fortizza.", "Epidemija tal-kolera o\u0127ra faqqg\u0127et f'Rika\u017cli fl-1865.", "Fl-1844, Rika\u017cli kellha gwarni\u0121\u0121jon ta' 500 ru\u0127.", "Fl-1848, Sir John Fox Burgoyne spezzjona l-fortifikazzjonijiet ta' Malta, u kkunsidra Rika\u017cli b\u0127ala impregnabbli.", "F'madwar l-1854, artillerija ta' kalibru og\u0127la \u0121iet introdotta fil-fortizza, u l-kanuni \u0121ew immodifikati jew mibdula diversi drabi matul is-snin ta' wara.", "Sal-1878, il-parti tal-fortizza li t\u0127ares lejn il-ba\u0127ar \u0121iet ristrutturata, u wara l-1900 \u0121ew installati numru ta' searchlights u stazzjon tat-torpidows.", "Fit-tletinijiet, torrijiet tal-konkrit mag\u0127rufin b\u0127ala Fire Control Towers inbnew fuq is-Swar Nru. 2, 3 u 4.", "Il-Forti Rika\u017cli kien ukoll attiv fid-difi\u017ca ta' Malta matul it-Tieni Gwerra Dinjija.", "F'April tal-1942, il-bieb tal-fortizza u d-Dar tal-Gvernatur inqerdu minn bumbardament mill-ajru \u0120ermani\u017c.", "Wara l-gwerra, il-forti kien kkummissjonat mir-Royal Navy b\u0127ala HMS \"Ricasoli\" bejn l-1947 u l-1958, u kien jipprovdi ta\u0127ri\u0121 g\u0127all-popolazzjoni navali.", "Fl-1958, il-bieb tal-fortizza re\u0121a inbena, g\u0127alkemm id-disinn kien ftit differenti mill-ori\u0121inal.", "Id-Dar tal-Gvernatur qatt ma re\u0121g\u0127et inbniet min\u0127abba ra\u0121uni finanzjarji.", "Fl-1964, l-Ammiraljat ittrasferixxa kontroll tal-fortizza lill-Gvern Malti.", "Wara l-fortizza ing\u0127atat lill-Gvern Malti, kienet abbandunata g\u0127al ftit snin, sakemm saret depot fejn kien jin\u0127a\u017cen materija prima li jasal Malta.", "Min\u0127abba dan, parti mill-foss \u0127dejn ir-ravellin tax-xellug kien mimli bit-terrapien, u parti mid-Demi-Bastjun ta' San Duminku twaqqg\u0127et sabiex tg\u0127addi triq \u0121dida.", "Fl-1964, parti mill-foss tal-fortizza sar impjant g\u0127at-tindif tat-tankijiet, u kien jag\u0127mel parti mill-Malta Drydocks.", "Dan it-depot, li llum hu mag\u0127ruf b\u0127ala Ricasoli Tank Cleaning Facilities, jittratta likwidu mill-bastimenti li jaslu fil-Port il-Kbir u jne\u0127\u0127ilhom i\u017c-\u017cejt u kimi\u010bi o\u0127ra qabel jintrema fil-ba\u0127ar.", "Din il-fa\u010bilit\u00e0 \u0121iet ipprivatizzata fl-2012, u b\u0127alissa hu ta\u0127t l-idejn ta' Waste Oils Co. Ltd.", "L-in\u0127awi ta' madwar il-fortizza eventwalment saru \u017cona industrijali mag\u0127rufa b\u0127ala \u017c-\u017bona Industrijali ta' Rika\u017cli.", "Il-fabbriki li kien hemm f'din i\u017c-\u017cona twaqqg\u0127u fl-2007 sabiex tinbena SmartCity Malta.", "Illum, parti kbira mill-Forti Rika\u017cli hija mikrija lill-Malta Film Commission, u numru ta' films in\u0121ibdu hemmhekk.", "Settijiet kbar inbnew fil-fortizza g\u0127all-films \"Gladiator\" (2000), \"Troy\" (2004) u \"Agora\" (2009).", "F'dawn films, il-forti rrapre\u017centa l-bliet ta' Ruma, Troy u Lixandra rispettivament.", "Il-forti wkoll intu\u017ca fl-iffilmjar ta' \"Assassin's Creed\" (2016).", "Il-miniseries tat-televi\u017cjoni \"Julius Caesar\" (2002) u \"Helen of Troy\" (2003) kienu wkoll parzjalment iffilmjati fil-Forti Rika\u017cli.", "Sett mag\u0127ruf b\u0127ala t-Triq Rumana inbena g\u0127al \"Julius Caesar\", u dan in\u017camm u intu\u017ca g\u0127al films o\u0127ra.", "Il-fortizza ntu\u017cat ukoll sabiex jirrappre\u017centa partijiet mir-\"Red Keep\" fl-ewwel sta\u0121un ta' \"Game of Thrones\".", "Illum, il-Forti Rika\u017cli g\u0127ada relattivament intatta, g\u0127alkemm tinsab fi stat dilapidat.", "L-art li fuqha hi mibnija l-fortizza hija vulnerabbli g\u0127all-ero\u017cjoni kostali, u fil-fatt parti miss-swar bejn Sur Nru 3 u Sur Nru 4 di\u0121\u00e0 waqa fil-ba\u0127ar.", "Fl-2004, ir-\"Restoration Unit\" \u0127attew, irrestawraw u re\u0121g\u0127u wa\u0127\u0127lu parti mis-swar tal-fortizza, i\u017csa s'issa g\u0127adu ma sar xejn sabiex ti\u0121i rrestawrata l-forti kollha.", "F'Mejju tal-2015, l-Alternattiva Demokratika u diversi NGOs issu\u0121\u0121erew li l-kampus propost tal-Universit\u00e0 Amerikana ta' Malta g\u0127andu jinqasam bejn il-Forti Rika\u017cli, il-Forti San Rokku u l-Forti San Salvatur.", "Din il-proposta mhux se tkun implimentata, u l-kampus g\u0127andu jinqasam bejn Ba\u010bir Nru. 1 f'Bormla u l-ponta ta\u017c-\u017bonqor f'Wied il-G\u0127ajn.", "M'hemm l-ebda a\u010b\u010bess pubbliku g\u0127all-Forti Rika\u017cli."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23283", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23283", "title": "Emmy Bezzina", "text": ["Emmy Bezzina", "Emanuel \"Emmy\" Bezzina (Tas-Sliema, 29 ta' Ottubru 1947) huwa avukat, politiku u personalit\u00e0 televi\u017civa kontroversjali Malti.", "Bin Joseph, negozjant, u Joan imwielda Caruana, huwa l-ewwel wild minn sitta, \u0127ames subien u tifla.", "Studja l-Kulle\u0121\u0121 San Alwi\u0121i fejn iddistingwa ru\u0127u fl-oratorija u fid-drama.", "Kellu rwoli prin\u010bipali fil-musicals \"The King & I\" u \"The Sound of Music\".", "Kien ir-rebbie\u0127 ta' Best Aloysian g\u0127all-perjodu kollu ta' tmien snin li qatta' fil-Kulle\u0121\u0121.", "Fl-1968 huwa kiseb \"Diploma in Effective English and Personal Efficiency\" minn The Regent Institute ta' Londra.", "Sena wara ggradwa fil-Ba\u010bellerat tal-Arti mill-Universit\u00e0 Rjali ta' Malta.", "Bezzina beda l-involviment tieg\u0127u fix-xandir fl-1963 meta reba\u0127 konkors radjufoniku u xandar l-esej tieg\u0127u.", "Fl-1976, intbag\u0127at mill-United States Information Service [USIS], Salzburg biex jattendi kors tal-Mass Media.", "Huwa beda jie\u0127u sehem fi drammi fuq il-palk, fuq ir-radju u t-televi\u017cjoni tal-Istat.", "Fis-snin tmenin kien jippre\u017centa programmi fuq TVM fuq su\u0121\u0121etti li kienu meqjusin tab\u00f9 b\u0127ad-divorzju u l-abort.", "Fis-snin disg\u0127in ippre\u017centa g\u0127al \u0127afna snin programmi, chat shows, fuq Live FM, radju propjet\u00e0 tal-eks Ministru Joe Grima.", "G\u0127al numru ta' snin ippre\u017centa programm bil-lejl bl-isem \"Il-Parlament tal-Poplu\".", "Ver\u017cjoni televi\u017civa ta' dal-programm bdiet tixxandar fuq Smash TV fl-2014.", "Fil-bidu tal-2016, kliem u\u017cat minnu biex jirribatti telespettaturi li j\u010bemplulu fil-programm b\u0127al 'pi\u017cella' u espressjonijiet b\u0127al 'basal immarinat fil-\u0127mie\u0121 tal-\u0121rieden', fost o\u0127rajn, spi\u010b\u010baw fuq ilsien kul\u0127add.", "Fl-a\u0127\u0127ar snin beda jippre\u017centa wkoll programm fuq ka\u017cijiet legali fuq Smash TV.", "Fl-1976, huwa sar Nutar, u sena wara avukat bit-te\u017ci \"Broadcasting Legislation - A Comparative Study\".", "Fl-1978, waqqaf l-Uffi\u010bju Legali tieg\u0127u li bi\u017c-\u017cmien sar jismu Bezzina Law Services.", "Fl-1980, \u0121ab Diploma fit-Teolo\u0121ija u iktar tard fil-Li\u0121i Kanonika fuq il-Pro\u010bedura ta\u017c-\u017bwie\u0121.", "Beda bi pressure groups b\u0127all-Moviment g\u0127ad-Drittijiet tal-Ir\u0121iel u l-Moviment favur id-Divorzju.", "Huwa ikkontesta l-Elezzjonijiet \u0120enerali tal-1987 u tal-1992 f'isem il-Partit Laburista imma qatt ma kien elett.", "Fl-1987, fl-elezzjoni mirbu\u0127a mill-Partit Nazzjonalista, kissrulu l-uffi\u010b\u010bju tieg\u0127u.", "\"Dakinhar biex \u0127ri\u0121t minn hawn biex nara l-uliedi fid-9 ta' Mejju 1987 kellhom ilibbsuni daqna falza, kowt tar-Russi u beritta biex ma jag\u0127rfunix.", "G\u0127ax in-Nazzjonalisti farrkuli l-fa\u010b\u010bata u l-bieb.", "Kuntent li dak i\u017c-\u017cmien g\u0127adda u spi\u010b\u010ba g\u0127ax il-poplu mmatura.\"", "G\u0127all-Elezzjonijiet Ewropej tal-2004, huwa waqqaf partit liberali bl-isem ta' ALPHA u \u0121ab 717 vot fl-ewwel g\u0127add, 0.3% tal-elettorat.", "Fl-Elezzjonijiet Ewropej tal-2009 \u0121ab 118 vot fl-ewwel g\u0127add.", "Fl-1979, i\u017c\u017cewwe\u0121 u llum huwa missier ta' sebat itfal.", "Sa mis-snin disg\u0127in huwa ng\u0127aqad mal-moviment reli\u0121ju\u017c tal-Moonies.", "F'Settembru tal-2014 tah attakk kbir f'qalbu \"fejn \u017cvinajt u kellhom jag\u0127tuni 19-il bor\u017ca demm.", "U kul\u0127add iddikjara li ma kontx se ng\u0127ix \u0121urnata o\u0127ra f'perjodu ta' seba' \u0121img\u0127at.", "Bdejt nisma' lil ta' madwari jg\u0127idu 'telaq', 'dan l-a\u0127\u0127ar nifs tieg\u0127u'.", "Mitt erba' darbiet u rxuxtajt erba' darbiet.", "Esperjenzajt xi tfisser li tkun qed tmut.", "Illum g\u0127all-grazzja t'Alla qieg\u0127ed hawn mimli ener\u0121ija anke jekk qed ng\u0127ix b'nofs qalb g\u0127ax nofsha mejta u b'\u017cew\u0121 arterji ja\u0127dmu flok tlieta.\""], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23284", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23284", "title": "Peter Paul Ciantar", "text": ["Peter Paul Ciantar", "Peter Paul Ciantar (26 ta' \u0120unju, 1950) huwa xandar, kompo\u017citur, mu\u017ci\u010bista, g\u0127alliem tal-mu\u017cika u lecturer Malti.", "Peter Paul Ciantar A.Mus.L.C.M., hu minn \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 i\u017cda joqg\u0127od ir-Rabat, Malta.", "Ciantar twieled nhar is-26 ta' \u0120unju, 1950 lil Karmenu u Marija ne\u00e9 Barbara.", "Hu mi\u017c\u017cewwe\u0121 lil Pauline ne\u00e9 Muscat u huwa missier ta' \u017cew\u0121 ulied: Gabriella (imwielda fl-1979) u Robert (imwieled fl-1982).", "Peter Paul Ciantar huwa xandar, kompo\u017citur/mu\u017ci\u010bista u g\u0127alliem tal-mu\u017cika u lecturer.", "Ta' 20 sena kiseb diploma fil-mu\u017cika (A.Mus.L.C.M.) mil-\"\" f'Londra.", "Huwa beda l-karriera tieg\u0127u fix-xandir bi programmi g\u0127at-tfal fuq \"Rediffusion\" (Malta).", "Wara da\u0127al impjegat max-Xandir Nazzjonali fil-kariga ta' produttur.", "F'din il -\u0127idma , huwa ppre\u017centa diversi programmi radjofoni\u010bi li ffukaw prin\u010bipalment fuq l-istorja ta' Malta, il-mu\u017cika serja, operistika u l-folklor.", "Huwa mag\u0127ruf sewwa g\u0127all-pre\u017centazzjoni tal-programm mu\u017cikali 'Siesta' li dam snin twal jixxandar dirett kuljum fuq l-eks stazzjon tar-radju 'Bronja'.", "G\u0127al \u0127afna snin, Peter Paul Ciantar kien koordinatur tal-programmi radjofoni\u010bi mal-P.B.S. (\"Public Broadcasting Station\").", "Huwa attenda g\u0127al diversi korsijiet immexxijin minn u\u0127ud mix-xandara l-aktar mag\u0127rufin fid-dinja.", "Minbarra xandar, Ciantar kien g\u0127al numru ta' snin g\u0127alliem tal-mu\u017cika, \"lecturer\", kif ukoll segretarju u PRO ta' diversi kumitati, l-aktar fil-qasam kulturali.", "Kien ukoll \u0121urnalist mal- gazzetta lokali \"Times of Malta\", kif ukoll membru ta' bordijiet ta' \u0121urija matul festivals lokali u barranin.", "B\u0127ala kompo\u017citur kiteb g\u0127add \u0121mielu ta' mar\u010bi g\u0127all-banda \"King's Own Band\" tal-Belt, kif ukoll g\u0127al baned o\u0127rajn tal-ir\u0127ula.", "\u0126afna mill-mar\u010bi festivi tieg\u0127u \u0121ew irrekordjati fuq diversi LPs u CDs.", "Huwa kkompona wkoll numru mhux \u0127a\u017cin ta' sigli g\u0127al u\u0127ud mill-programmi tieg\u0127u fuq ir-radju u reba\u0127 diversi konkorsi g\u0127al mu\u017cika serja organizzati mill-\"Performing Rights Society\" ta' Londra.", "Peter Paul Ciantar idoqq il-\"Bb baritone\", is-\"synthesizer\" u l-mandolina.", "B\u0127alissa qieg\u0127ed jippre\u017centa programm mu\u017cikali g\u0127ar-radju fuq Radju Malta, huwa membru tal-Kumitat g\u0127all-Festi Nazzjonali, u kittieb ta' diversi artikli, l-aktar dwar su\u0121\u0121etti kulturali u mu\u017cikali u li dawn l-aktar li ji\u0121u ppublikati fuq gazzetti lokali.", "Fir-Repubblika tas-sena 2016, Peter Paul Ciantar \u0121ie onorat mill-President ta' Malta, f'isem l-Istat Malti, bil-Midalja 'G\u0127all-Qadi tar-Repubblika'.", "Mahoney.", "J, Oh \u017bmien \u0126elu...:Il-Palk, Ir-Radju u Jien p. 275,276 u 302"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23301", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23301", "title": "Kittieb", "text": ["Kittieb", "Il-kittieb huwa persuna li tu\u017ca l-kelma miktuba fi stili u tekniki varji sabiex tikkomunika l-ideat.", "Il-kittieba jipprodu\u010bu diversi forom ta' arti letterarja u ta' kitba kreattiva, b\u0127alma huma r-rumanzi, in-novelli, il-poe\u017cija, il-kitba g\u0127all-palk jew g\u0127all-iskrijn, kif ukoll sa\u0121\u0121i.", "Jipprodu\u010bu wkoll forom iktar utilitarji ta' kitba, b\u0127alma huma rapporti u artikli tal-a\u0127barijiet.", "Testi li jipprodu\u010bu l-kittieba ji\u0121u ppublikati fuq firxa wiesg\u0127a ta' medja.", "Kittieba m\u0127arr\u0121a tajjeb u li jafu j\u0127addmu l-lingwa biex jesprimu ideat \u010bari \u0127afna drabi jikkontribwixxu b'mod sinifikattiv u sustanzjali lejn il-kontenut kulturali ta' so\u010bjeta'.", "Dil-kelma tintu\u017ca jew hija implikata f'oqsma o\u0127ra tal-arti - b\u0127al f'kantawtur - imma b\u0127ala kelma li toqg\u0127od we\u0127edha, \"kittieb\" normalment tirreferi g\u0127all-\u0127olqien ta' lingwa miktuba.", "Xi kittieba jibba\u017caw il-\u0127idma tag\u0127hom fuq tradizzjoni orali."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23312", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23312", "title": "Lingwa Katalana", "text": ["Lingwa Katalana", "Il-Katalan (\"catal\u00e0 \") hi lingwa Rumanza mitkellma minn madwar 5 miljun ru\u0127 fi Katalunja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23313", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23313", "title": "G\u017cejjer Marshall", "text": ["G\u017cejjer Marshall", "G\u017cejjer Marshall hi nazzjon fl-O\u010bean Pa\u010bifiku."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23319", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23319", "title": "San Fran\u0121isk ta' Paola", "text": ["San Fran\u0121isk ta' Paola", "San Fran\u0121isk ta' Paola (1416 \u2013 1507) kien fundatur tal-Ordni reli\u0121ju\u017ca tal-Minimi.", "Il-\u0121enituri ta' San Fran\u0121isk li kienu joqog\u0127du f'Paola, f'Kalabrija, l-Italja, baqg\u0127u bla tfal g\u0127al \u0127mistax-il sena.", "Imbag\u0127ad kellhom tlieta wara xulxin.", "Il-kbir fosthom, Robertu, twieled fl-1416.", "Meta Robertu kien g\u0127adu \u017cg\u0127ir, intef\u0127itlu g\u0127ajnu x-xellugija hekk li kien hemm periklu li kien ser jag\u0127ma minnha.", "Il-\u0121enituri tieg\u0127u g\u0127amlu weg\u0127da ma San Fran\u0121isk t'Assisi li jekk ifiq ilibbsuh il-libsa tal-Patrijiet Fran\u0121iskani u jibg\u0127atuh g\u0127al sena jg\u0127ix f'kunvent ta' l-Ordni.", "U fieq.", "Din il-weg\u0127da \u0127elisha meta kellu tlettax-il sena.", "Wara, flimkien mal-\u0121enituri tieg\u0127u mar pellegrina\u0121\u0121, u \u017car Ruma, Assisi u Loretu.", "Meta kellu \u0127mistax, bidel ismu f'Fran\u0121isku, u mar jg\u0127ix g\u0127alih wa\u0127du fuq bi\u010b\u010ba art ta' missieru, sakemm sab g\u0127ar u beda jg\u0127ix fih.", "\u017bew\u0121 \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 saru jafu bih u marru jg\u0127ixu mieg\u0127u.", "Fl-1435, bnew kappella u tliet \u010belel.", "Qassis mill-parro\u010b\u010ba kien imur iqaddsilhom.", "In-numru ta' \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li bdew imorru jissie\u0127bu mieg\u0127u baqa' dejjem jikber, u fl-1454, bl-g\u0127ajnuna tal-poplu bena kunvent u knisja, u l-membri bdew jg\u0127ixu f'Regola ta' faqar, umilta' u sawm kuljum.", "San Fran\u0121isk semma din il-Komunita' tieg\u0127u, \"L-Ordni tal-Minimi\" (L-i\u010bken fost l-i\u017cg\u0127ar).", "Fuq ix-xewqa tal-Papa Sistu IV, mar jassisti lir-Re Lwi\u0121i XI ta' Franza, li kien qed imut.", "Il-Papa offra li jordnah sa\u010berdot biex jaqdi a\u0127jar il-missjoni tieg\u0127u, i\u017cda Fran\u0121isku talbu minn qalbu j\u0127allih lajk.", "Wara l-mewt tar-Re Lwi\u0121i, Karlu VIII, u warajh Lwi\u0121i XII, \u017cammewh fi Franza, li bis-sa\u0127\u0127a t'hekk, San Fran\u0121isk kiseb \u0127afna g\u0127ajnuna minn g\u0127andhom biex jibni kunventi ta' l-Ordni tieg\u0127u fi Franza u f'pajji\u017ci o\u0127ra fl-Ewropa.", "Tliet xhur qabel miet, \u0127alla l-impenn li kellu mar-Re u mar jg\u0127ix fis-solitudni tal-monasteru fejn miet fil-\u0120img\u0127a l-Kbira ta' l-1507, fl-eta' ta' 91 sena, fTours, Franza.", "Tnax-il sena wara, \u0121ie kkanonizzat mill-Papa Ljun X."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23320", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23320", "title": "San Vin\u010benz Ferrer", "text": ["San Vin\u010benz Ferrer", "San Vin\u010benz Ferrer (1350 \u2013 1419) kien patri Dumnikan.", "San Vin\u010benz twieled f'Valenzja, Spanja, fl-1350, u kien ta' nisel Ingli\u017c jew Sko\u010b\u010bi\u017c.", "Fl-1367, meta kellu sbatax-il sena, da\u0127al mad-Dumnikani.", "\u0120ie ordnat sa\u010berdot mill-Kardinal Pietru de Luna, u ftit snin wara \u0121ie mag\u0127\u017cul Pirjol tal-Kunvent tad-Dumnikani, f'Valenzja.", "Fi \u017cmien meta fil-Knisja kien hemm \u017cew\u0121 Papiet, Klement VII, f'Avignon, u Urbanu VI, f'Ruma, San Vin\u010benz kien ja\u0127seb li Klement VII kien il-veru Papa, g\u0127ax kien influwenzat mill-Kardinal de Luna li kien i\u017comm mieg\u0127u.", "Fl-istess waqt Santa Katarina ta' Siena kienet i\u017comm mal-Papa Urbanu VI.", "Meta Klement VII miet, il-Kardinal de Luna la\u0127aq floku bl-isem ta' Benedittu XIII, u San Vin\u010ben\u017camm mieg\u0127u.", "G\u0127al \u0127afna snin, San Vin\u010benz iddedika ru\u0127u g\u0127al priedki u \u0121era f'\u0127afna pajji\u017ci, barra Franza, mar Spanja, l-Isvizzera, l-Italja, il-\u0120ermanja, l-Ingilterra u pajji\u017ci o\u0127ra.", "Kien jippriedka l-iktar fuq in-Novissimi, u kien ikollu udjenzi enormi u \u0127afna konver\u017cjonijiet.", "Ix-xi\u017cma fil-Knisja nkwetatu ferm, u ta sehmu sakemm raha tispi\u010b\u010ba.Fl-1414, il-Kon\u010bilju ta' Kostanza, talab lill-Papiet jirri\u017cenjaw biex ikun hemm l-g\u0127aqda fil-Knisja.", "San Girgor XII irre\u017cenja, i\u017cda Benedittu XIII, ma riedx.", "Meta San Vin\u010benz ra li Benedittu XIII ma riedx jirri\u017cenja, ma baqax i\u017comm iktar mieg\u0127u, anzi darba, meta kien marid mejjet, f'laqg\u0127a li fiha kien qed jippresiedi Benedittu XIII, iddenunzjah b'\u0127iltu kollha.", "Kien hu wkoll li ta' parir lir-Re Federiku ta' Aragona biex ma jkomplix jappo\u0121\u0121a lil Benedittu.", "Fl-a\u0127\u0127ar Benedittu \u0121ie mne\u0127\u0127i u hekk ix-xi\u017cma spi\u010b\u010bat fl-1416 meta \u0121ie elett il-Papa Martin V.", "Tliet snin wara San Vin\u010benz miet f'Vannes, Franza, fil-5 t'April 1419."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23321", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23321", "title": "Mary Spiteri", "text": ["Mary Spiteri", "Mary Spiteri (Naxxar, 25 ta' Ottubru 1947) hija kantanta popolari Maltija, imlaqqma r-\"Re\u0121ina tal-Kanzunetta Maltija\".", "Fl-1975, Mary Spiteri rrapre\u017centat lil Malta fit-Tokyo Music Festival u reb\u0127et l-'Outstanding Award' g\u0127all-kanzunetta tag\u0127ha \"Go On\".", "Fl-1992, \u0121iet it-tielet fil-Eurovision Song Contest li sar f'Malm\u00f6 bil-kanzunetta \"Little Child\".", "B'din il-kanzunetta kisret ir-rekord tal-itwal nota f'dan il-festival, ji\u0121ifieri 13-il sekonda.", "Spiteri kantat f'diversi teatri barra minn Malta, fosthom Sydney Opera House fl-Awstralja.", "Minkejja li Mary Spiteri ma kinitx parti mill-kast ori\u0121inali tar-rock opera \u0120ensna, hija mag\u0127rufa g\u0127all-interpretazzjoni tas-silta bl-isem Tema 79 li tibda bil-kliem \"Minn bejn l-g\u0127olliq musfara...\"", "Popolari wkoll il-kanzunetti tag\u0127ha \"Malta\" u \"\u0126addemin\"."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23322", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23322", "title": "Renato", "text": ["Renato", "Renato, (imwieled Nazzareno Alessandro Micallef Garrett), (19 ta' Novembru 1951), huwa kantant popolari Malti.", "Fl-1990, irrapre\u017centa lil Malta fil-Cavan International Song Festival, bil-kanzunetta \"Our Little World of Yesterday\", u \u0121ie fl-ewwel post.", "Huwa mag\u0127ruf g\u0127all-interpretazzjoni tieg\u0127u tal-Ave Maria.", "Fost il-kanzunetti popolari tieg\u0127u nsibu \"Singing this Song\", li kien \u0127a sehem biha fil-Eurovision fl-1975, \"Lovin' You\", \"Ma ni\u010b\u0127dek qatt\", u \"Mitna g\u0127all-Barrani\" (silta mir-rock opera \u0120ensna)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23323", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23323", "title": "Mary Rose Mallia", "text": ["Mary Rose Mallia", "Mary Rose Mallia, minn \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121, twieldet fid- 9 ta' Mejju 1953, u hija kantanta u attri\u010bi popolarissima f'Malta.", "Ta' 15-il sena, reb\u0127et il-Festival tal-Kanzunetta Maltija.", "\u0126adet sehem fi \"Split International Song Festival\" fil-Jugoslavja u l-\"Yamaha Festival of Song\" fil-\u0120appun.", "Fl-1971, irrekordjat kanzunetti li baqg\u0127u mag\u0127rufin, b'mu\u017cika ta' Maestro Charles Camilleri u kliem tal-poeta Joe Friggieri: \"It-Tfajla tal-Irdum, Rajt Ra\u0121el, Il-Bejjieg\u0127a tal-Ward, Festa\" u \"Il-Pont ta' Wied Rummiena\".", "Fl-2018, \u0127ar\u0121et album msejja\u0127 \"Maryrose Mallia\" b'disa' diski bl-ingli\u017c, fosthom: \"Wings of a Dove\", \"The Music in Me\", kif ukoll \"Forever Young\".", "\u0126adet sehem f'teleserje Maltin popolari fosthom; \"Simpati\u010bi\", \"Il-Madonna ta\u010b-\u010aoqqa\" u o\u0127rajn."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23324", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23324", "title": "Tony Camilleri", "text": ["Tony Camilleri", "Tony Camilleri (Tas-Sliema, 17 ta' Jannar 1949) huwa kantant popolari Malti mag\u0127ruf b\u0127ala \"l-G\u0127annej\".", "Fost is-su\u010b\u010bessi tieg\u0127u tas-snin sebg\u0127in, insibu \"L-G\u0127annej, Rajt Ma Rajtx, Im\u0127abba f'Kemmuna\", u \"\u0126abibi l-Parrukkier\".", "Su\u010b\u010bessi fis-snin ta' wara kienu \"Tal-Laqam, It-Tie\u0121 tan-Neputija, Iz-Zekzieka, Il-Bagalja tal-Injam\" u \"Tif\u0127ira lil Malta\"."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23338", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23338", "title": "Walter Michael Ebejer", "text": ["Walter Michael Ebejer", "Walter Michael Ebejer (\u0126ad-Dingli, 3 ta' Awwissu 1929) huwa missjunarju Malti, professur u isqof irtirat tal-Knisja Kattolika.", "Mill-1977 sal-2007 kien Isqof ta' Uni\u00e3o da Vit\u00f3ria, il-Bra\u017cil.", "Ebejer twieled \u0126ad-Dingli, Malta, fit-3 t'Awwissu 1929 lil \u0120u\u017ceppi Ebejer u Marija \u0120u\u017ceppa mwielda Cutajar.", "Hu da\u0127al l-Ordni tad-Dumnikani u studja fil-Kulle\u0121\u0121 ta' San Tumas Aquinas, ir-Rabat, Malta, u kompla l-edukazzjoni tieg\u0127u fir-Renju Unit.", "Fl-24 ta' Jannar 1954, Ebejer \u0121ie ordnat sa\u010berdot tal-Ordni Dumnikani fl-et\u00e0 ta' 24.", "Fl-1956, hu ggradwa fil-filosofija u teolo\u0121ija mill-Kulle\u0121\u0121 ta' San Tumas Aquinas, ir-Rabat, u wara fl-1973, hu ggradwa u kiseb il-li\u010benzja fit-teolo\u0121ija \"summa cum laude\" mill-Angelicum f'Ruma.", "Fl-1957, Ebejer mar il-Bra\u017cil b\u0127ala missjunarju fl-istat ta' Goi\u00e1s.", "Mill-1961 sal-1969 \u0127adem xog\u0127ol pastorali fit-Tramuntana ta' Parana u kien is-superjur tal-Ordni Dumnikani ta' Malta mill-1969 sal-1973.", "Wara n\u0127atar lek\u010berer fil-Universit\u00e0 Kattolika Pontifikali ta' Parana u fl-Universit\u00e0 Kattolika Studium Theologicum.", "Hu sar ukoll il-kappillan ta' Matinhos sal-1976.", "Fl-1976 il-Papa Pawlu VI \u0127atar lil Ebejer b\u0127ala l-ewwel isqof tad-Djo\u010besi ta' Uni\u00e3o da Vit\u00f3ria.", "Fis-6 ta' Marzu 1977, hu \u0121ie kkonsagrat isqof mill-Ar\u010bisqof Carmine Rocco, in-Nunzju Appostoliku g\u0127al Bra\u017cil f'dak i\u017c-\u017cmien.", "Wara 37 sena b\u0127ala rag\u0127aj tad-djo\u010besi, Ebejer irtira fl-et\u00e0 ta' 77, f'Jannar 2007.", "L-Isqof Walter Ebejer ji\u0121i \u0127u l-kittieb Francis Ebejer."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23339", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23339", "title": "Paul Giglio", "text": ["Paul Giglio", "L-Ar\u010bisqof Paul Giglio kien Isqof Titulari ta' Tindari u Nunzju Apostoliku (Valletta, 20 ta' Jannar 1927 - 6 ta' Marzu 2016).", "\u0120ie ordnat sa\u010berdot fl-1952 f'Ruma fejn studja fl-Universit\u00e0 Pontifi\u010bja Gregorjana minn fejn kiseb il-Li\u010benzjat fit-Teolo\u0121ija u d-Dottorat fil-Li\u0121i Kanonika.", "Wara hu kompla jistudja d-diplomazija fl-Accademia Ecclesiastica u ssie\u0127eb fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede.", "Bejn l-1958 u l-1965 hu serva b\u0127ala Segretarju fin-Nunzjatura tan-Nikaragwa, tal-Ar\u0121entina u l-Iran.", "Bejn l-1965 u l-1969 kien awditur fid-delegazzjoni appostolika f'Saigon, fil-Vjetnam t'Isfel u fil-Jugoslavja.", "Fis-sentejn ta' wara serva b\u0127ala kunsillier fin-Nunzjatura Appostolika tal-Bra\u017cil.", "Wara g\u0127amel sentejn b\u0127ala kunsillier u kap deputat tal-missjoni fin-Nunzjatura ta' Franza.", "Bejn l-1978 u l-1986 kien Charg\u00e8 d'Affaires fin-Nunzjatura Appostolika ta' Tajwan.", "Fl-1986, Monsinjur Giglio n\u0127atar Ar\u010bisqof titulari ta' Tindari mill-Papa \u0120wanni Pawlu II.", "\u0120ie kkonsagrat Isqof fil-Konkatidral San \u0120wann mill-Ar\u010bisqof \u0120u\u017ceppi Mercieca.", "Wara l-ordinazzjoni episkopali tieg\u0127u, in\u0127atar Nunzju Appostoliku tan-Nikaragwa.", "Qabel ma temm is-servizz tieg\u0127u fin-Nikaragwa, l-Ar\u010bisqof Giglio ng\u0127ata l-og\u0127la dekorazzjoni mill-Gvern tan-Nikaragwa.", "Dwar l-esperjenza tieg\u0127u fin-Nikaragwa, Monsinjur Giglio qal li meta fl-1986 wasal f'dak il-pajji\u017c sab gvern kompletament komunista u rivoluzzjonarju.", "Hu stqarr li meta l-Papa g\u0127a\u017clu biex imur in-Nikaragwa ma setax jonqos li ma ja\u0127sibx ferm bid-diffikultajiet kbar li kien se jiffa\u010b\u010bja.", "I\u017cda fehem mill-ewwel li kellu jitratta ma' kul\u0127add b'im\u0127abba u b'rispett kbir u g\u0127alhekk kien g\u0127a\u017cel b\u0127ala l-motto tal-episkopat tieg\u0127u Super omnia caritas.", "Fl-1995 intbag\u0127at fl-E\u0121ittu fejn baqa' sal-2002 meta rtira mis-Servizz Appostoliku u \u0121ie lura f'Malta.", "Dwar l-esperjenza diplomatika tieg\u0127u fl-E\u0121ittu, hu fakkar li b'popolazzjoni ta' 65 miljun Musulman, il-Kristjani, spe\u010bjalmenti il-Kattoli\u010bi, huma ftit.", "Hu semma li darba, waqt li kien g\u0127addej minn triq, ra grupp ta' tfal iwaddbulu l-\u0121ebel u jg\u0127ajruh \"kelb infidil\" g\u0127ax kien Kristjan.", "Kompla li minkejja kollox, dejjem fehem li l-missjoni tal-Knisja fl-Egittu, minkejja t-theddida serja tal-fundamentalisti I\u017clami\u010bi, hi dik li l-Kattoli\u010bi E\u0121izzjani bil-mod kif jg\u0127ixu u bl-im\u0127abba jag\u0127tu xhieda ta' Kristu u tal-veritajiet tal-Knisja Kattolika.", "F'intervista li Paul Saliba, dakinhar l-Editur ta' Le\u0127en is-Sewwa, g\u0127amillu fi Frar 1999, staqsieh kif irnexxielu je\u017cer\u010bita l-mansjonijiet tieg\u0127u u jintegra ru\u0127u fil-varjet\u00e0 daqshekk vasta ta' ambjenti u kulturi tant diversi minn xulxin, l-Ar\u010bisqof Giglio wie\u0121eb: \"Li tg\u0127ix \u0127ajja ta' diplomatiku ti\u0121ri minn pajji\u017c g\u0127al ie\u0127or, fi klimi u ilsna differenti, mhix \u0127a\u0121a fa\u010bli.", "Hemm b\u017conn wie\u0127ed ikollu \u0127afna possibbilt\u00e0 ta' adattament g\u0127all-post fejn isib ru\u0127u.", "Hu g\u0127alhekk li trid tpo\u0121\u0121i f'rasek li din hi missjoni li Alla l-Imbierek ikun sejja\u0127lek ghaliha\".", "Il-funeral tieg\u0127u sar fil-Konkatidral San \u0120wann il-Belt Valletta, tlett ijiem wara mewtu, nhar l-Erbg\u0127a 9 ta' Marzu.", "Kellu 89 sena.", "Il-funeral tmexxa mill-Ar\u010bisqof Emeritu Pawlu Cremona OP."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23340", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23340", "title": "Santa Fawstina Kowalska", "text": ["Santa Fawstina Kowalska", "Santa Fawstina Kowalska (Glogowiec, Polonja, 25 ta' Awwissu 1905 - Krakovja, Polonja 5 ta' Ottubru, 1938) kienet soru u mistika Pollakka li jing\u0127ad kellha vi\u017cjonijiet ta' \u0120es\u00f9, li minnhom \u0127ar\u0121et id-devozzjoni lejn il-\u0126niena Divina.", "Twieldet bl-isem ta' Elena fil-majjistral ta' Lodz.", "Kienet \u0121ejja minn familja kbira, fqira u reli\u0121ju\u017ca.", "Kienet it-tielet wild minn g\u0127axra, bint Stanislaw u Marianna.", "Missierha kien mastrudaxxa u ra\u0127\u0127al.", "\u0126asset is-sej\u0127a reli\u0121ju\u017ca meta kien g\u0127ad kellha seba' snin waqt l-espo\u017cizzjoni tas-Sagrament Imqaddes.", "Riedet tid\u0127ol soru kif tispi\u010b\u010ba mill-iskola i\u017cda l-\u0121enituri ma \u0127allewhiex.", "Ta' 16-il sena bdiet ta\u0127dem ta' qaddejja ma' xi familji g\u0127onja biex tg\u0127in lill-familja tag\u0127ha.", "Ta' 19-il sena da\u0127let fil-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Madonna tal-\u0126niena, f'Varsavja.", "Fil-Kunvent tal-Kongregazzjoni fi Krakovja, Plock, fil-Polonja, u f'Vilnius fil-Litwanja, qdiet b'\u0127erqa kbira l-uffi\u010b\u010bi ta' koka, purtinara jew xog\u0127ol ie\u0127r fil-\u0121nien.", "G\u0127exet \u0127ajja tassew qaddisa u jing\u0127ad li Alla taha \u0127afna doni.", "Il-missjoni tag\u0127ha saret dik li t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-bnedmin \u0127alli jiftakru li Alla j\u0127obbhom u j\u0127enn g\u0127alihom, u g\u0127al dan inqdiet b'forom \u0121odda ta' devozzjoni lejn il-\u0127niena ta' Alla u \u0127abirket biex il-\u0127ajja spiritwali ti\u0121\u0121edded bl-g\u0127ajnuna ta' dik id-devozzjoni.", "Swor Fawstina kienet qalbha tajba u karitattiva, imma tul \u0127ajjitha ftit fehmuha.", "Fawstina esperjenzjat vi\u017cjonijiet, profeziji u stigmati interni.", "Fil-lejl tal-22 ta' Frar 1931 hija esperjenzjat vi\u017cjoni partikulari: rat lil \u0120es\u00f9 liebes l-abjad b'idu l-wa\u0127da ma\u0127ru\u0121a 'l barra qieg\u0127da tbierek, u l-o\u0127ra tmiss sidru.", "Minn sidru kienu \u0127er\u0121in \u017cew\u0121 ra\u0121\u0121i, wie\u0127ed a\u0127ar u l-ie\u0127or bajdani.", "Hu qal lil Fawstina biex tpin\u0121i xbieha fil-forma li kienet qed tara u bil-kliem: \u0120es\u00f9, jiena nafda fik.", "Fawstina ma kinitx taf tpin\u0121i.", "Wara li t\u0127abtet biex ti\u0121i emmnuta, id-direttur spiritwali tag\u0127a, Dun Mikiel Sopocko (ibbeatifikat fl-2008), g\u0127en biex jinstab pittur biex jag\u0127mel it-tpin\u0121ja; ix-xbiha ta' \u0120es\u00f9 tal-\u0126niena Divina kienet murija lill-pubbliku g\u0127all-ewwel darba fit-28 ta' April, 1935.", "Id-devozzjoni lejn il-\u0126niena Divina baqg\u0127et tikber kif Fawstina kompliet tikber fl-g\u0127aqda tag\u0127ha ma' Kristu.", "Biex timxi mal-istruzzjonijiet ta' Dun Sopocko, Fawstina ni\u017c\u017clet bil-miktub il-vi\u017conijiet u l-profezija tag\u0127ha fi djarju u dawn il-kitbiet misti\u010bi nqalbu f'\u0127afna lingwi.", "Fawstina \u0127abbret bil-quddiem id-data ta' mewtha li se\u0127\u0127et bil-marda tat-tuberkolo\u017ci fil-5 ta' Ottubru 1938.", "Il-Papa San \u0120wanni Pawlu II, Pollakk b\u0127alha li f'\u017cog\u0127\u017citu \u0127adem \u0127afna favur il-kaw\u017ca tag\u0127ha, iddikjaraha beata fit-18 ta' April 1993, u seba' snin, fis-sena 2000 iddikjaraha wkoll b\u0127ala l-ewwel qaddisa tat-tielet millenju."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23341", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23341", "title": "\u0120wann Battista de La Salle", "text": ["\u0120wann Battista de La Salle", "\u0120wann Battista de la Salle (Rheims, Franza, 30 ta' April,1651 \u2013 Rouen, Franza, 7 t'April, 1719) kien innovatur fil-qasam tal-pedago\u0121ija u hu meqjum b\u0127ala qaddis tal-Knisja Kattolika g\u0127ar-ra\u0121uni li ddedika \u0127ajtu g\u0127all-edukazzjoni tat-tfal fqar.", "Kien il-fundatur tal-Kongregazzjoni tal-Fratelli Kristjani, mag\u0127rufa Malta b\u0127ala l-Fr\u00e9res.", "Ikkontribwixxa g\u0127all-istandardizzazzjoni tal-prattika tat-tag\u0127lim fi Franza, kiteb meditazzjonijiet ispirati fuq il-ministeru tat-tag\u0127lim, kateki\u017cmu, testi ta' \"manjieri tajba\" u ri\u017corsi o\u0127ra g\u0127all-g\u0127alliema u l-istudenti.", "Sar il-katalizzatur u l-g\u0127ajn ta' \u0127afna kongregazzjonijiet o\u0127ra ddedikati g\u0127all-edukazzjoni li twaqqfu fis-seklu 18 u 19.", "Twieled f'familja nobbli u sinjura \u0127afna.", "Fl-1670 da\u0127al is-Seminarju ta' Pari\u0121i, u \u0121ie ordnat sa\u010berdot fl-1678, meta kellu 28 sena.", "Sentejn wara ltaqa' ma Adrian Nyel, u mieg\u0127u beda ja\u0127dem g\u0127all-edukazzjoni tat-tfal foqra.", "Baqa' sakemm intefa' b'ru\u0127u u b'\u0121ismu f'dan ix-xog\u0127ol.", "\u0126alla d-dar u l-kanonikat, flusu beda jonfoqhom fit-tfal, u beda jg\u0127ix fl-istess livell tal-foqra li g\u0127alihom iddedika l-kumplament ta' \u0127ajtu.", "Beda jifta\u0127 skola wa\u0127da wara l-o\u0127ra, u minn \u017cmien g\u0127al \u017cmien kien i\u017curhom.", "Kien jinkora\u0121\u0121ixxi l-g\u0127alliema, jag\u0127tihom pariri, u jissu\u0121\u0121erilhom metodi \u0121odda biex jg\u0127allmu a\u0127jar.", "\u0120ie li stedinhom id-dar tieg\u0127u biex jieklu, u joqog\u0127du mieg\u0127u.", "Hekk bdiet ir-rabta ma' w\u0127ud minnhom, li wara, permezz tag\u0127hom waqqaf il-Kongregazzjoni tal-A\u0127wa (Freres), fit-28 ta' Mejju 1684.", "Barra mill-iskejjel primarji u sekondarji li waqqaf, \u0127a \u0127sieb ukoll jifta\u0127 Kulle\u0121\u0121i tal-G\u0127alliema (Colleges of Education).", "L-ewwel wie\u0127ed li feta\u0127 kien f'Rheims, fl-1687, imbag\u0127ad f'Pari\u0121i, fl-1699, u ie\u0127or f'Saint Denis fl-1709.", "L-iskejjel tieg\u0127u xterdu ma Franza kollha, u mad-dinja.", "Il-metodi tieg\u0127u biddlu s-sistema edukattiva ta' \u017cmienu.", "Dan swielu \u0127afna di\u017cappuntamenti, ostakli u oppo\u017cizzjoni minn niesu, mill-awtoritajiet, u spe\u010bjalment mill-\u0120ensinisti li kienu qawwija \u0127afna.", "Fl-1695, ifformula sett ta' Regoli ghall-Komunita' tieg\u0127u.", "Kiteb ukoll ttrattat fuq l-edukazzjoni, \"It-Tmexxija ta' l-Iskejjel Insara\".", "Miflu\u0121 mill-a\u017c\u017cma u r-rewmati\u017cmu, miet nhar il-\u0120img\u0127a l-Kbira tal-1719, f'Rouen, Franza."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23364", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23364", "title": "\u0120ino Muscat Azzopardi", "text": ["\u0120ino Muscat Azzopardi", "\u0120ino Muscat Azzopardi, (Belt Valletta, 19 ta' Ottubru, 1899 - Tas-Sliema, 7 ta' Marzu 1982).", "Bin \u0120u\u017c\u00e8 u Antonia mwielda Fenech, \u0120ino studja fil-Kulle\u0121\u0121 Stella Maris u l-Liceo.", "Minn et\u00e0 \u017cg\u0127ira, wera \u0121ibda kbira g\u0127all-kitba bil-Malti.", "Din l-im\u0127abba g\u0127all-\"\u0127lewwa tal-Lsien g\u0127a\u017ci\u017c\", \"dak in-nar li kibes qabel fija\", jesprimiha missieru \u0120u\u017ce fis-sunett \"Lil \u0120inu tieg\u0127i\"(1918).", "Fl-1920 \u0127a post \u0127uh Ivo fl-Assemblea Nazzjonali b\u0127ala rappre\u017centant tal-kumpanija drammatika 'Les Amateurs'.", "Fil-fatt l-ikbar passjoni tieg\u0127u kien il-palk u tista' tg\u0127id li qatta' \u0127ajtu jikteb u jippubblika xog\u0127lijiet so\u010bjali f'att wie\u0127ed, ipprova jag\u0127ti xejra moderna lill-palk Malti.", "Huwa kien sar mid\u0127la tal-palk meta kien ing\u0127aqad mal-kumpanija 'Malta Risolta'.", "Fl-1944 sar direttur tal-kumpanija teatrali 'Indipendenza'.", "Fl-istess sena n\u0127atar ko-direttur ta' kumpanija teatrali o\u0127ra bl-isem ta' 'Ribalta' fejn irri\u017cenja fl-1956 meta sar l-ewwel chairman tal-Kumitat tar-Restawr tat-Teatru Manoel.", "I\u017cda x-xog\u0127ol li bih sar mag\u0127ruf mal-pubbliku Malti kien ir-rumanz An\u0121li tan-Niket (1938) li kien ressaq g\u0127all-konkors tal-1935.", "Barra li kiteb ukoll bosta novelli, radio plays u poe\u017ciji, qaleb g\u0127all-Malti xi xog\u0127lijiet barranin fosthom ir-rumanz ta' Georges Semenon Maigret u \u0120-Dukessa (1968) u dak ta' Alexandre Dumas \u017c-\u017cg\u0127ir Marguerite Gautier (1977).", "Fl-1956, flimkien ma' \u0127uh Ivo, \u0127are\u0121 \u0121abra ta' sunetti ta' missieru u fl-1946 waqqaf il-Premju '\u0120u\u017ce Muscat Azzopardi' b'tifkira ta' missieru, l-ewwel president tal-G\u0127aqda tal-Kittieba tal-Malti.", "Hu stess kien ko-fundatur ta' l-G\u0127aqda u iktar tard \u0121ie ma\u0127tur president onorarju tag\u0127ha kif ukoll ta' l-G\u0127aqda Letterarja Maltija.", "Fl-1975, flimkien ma' martu Anna, \u0127are\u0121 il-ktieb \"Kif Ng\u0127iduha\" li fih ji\u0121bor l-idjomi kollha Maltin.", "B\u0127al missieru, \u0120ino Muscat Azzopardi kien attiv \u0127afna fix-xena politika.", "Fl-g\u0127oxrinijiet ing\u0127aqad mal-Partit Laburista u \u0127are\u0121 g\u0127all-elezzjoni tal-1927.", "Fis-sena 1945 huwa ppre\u017centa lill-Partit Laburista fl-Assemblea Le\u0121islattiva.", "Kien direttur tal-gazzetti Labour Opinion (1924-26), Il-Kotra (1926-27) u Dr. Xekkek (1925-34), gazzetta satirika u Ix-Xewka.", "Kien attiv ukoll fil-qasam kulturali b\u0127ala Chairman tal-Kumitat tat-Teatru Manoel (1948 u 1976) u tal-Panel tad-Drama tar-Rediffusion u tal-Board ta\u010b-\u010aensuri tal-Films (1955-58), u e\u017caminatur f'konkorsi letterarji.", "Ing\u0127ata wkoll karigi onorarji f'diversi kumitati fosthom ta' l-akkademja tal-Malti.", "Huwa kien direttur ukoll ta' kumpanija kummer\u010bjali u membru tal-MPFA, il-kamra tal-Kummer\u010b, is-So\u010bjet\u00e0 g\u0127all-G\u0127omja u ta' l-Awtorit\u00e0 tax-Xandir (1964-67).", "\u0120ino Muscat Azzopardi miet fid-dar tieg\u0127u tas-Sliema fis-7 ta' Marzu 1982.", "\u0126uh kien Ivo Muscat Azzopardi li miet f'San \u0120iljan fit-13 ta' Di\u010bembru, 1965."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23368", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23368", "title": "Jos\u00e8 Herrera", "text": ["Jos\u00e8 Herrera", "Jos\u00e8 Herrera (Tas-Sliema, 16 ta' Novembru 1961) huwa l-Ministru tal-Ambjent fil-Gvern Malti.", "Bin l-Im\u0127allef Joseph Alexander Herrera u Marguerite, imwielda Galea.", "\u0126a l-edukazzjoni tieg\u0127u fil-Kulle\u0121\u0121 ta' San Alwi\u0121i u fl-Universit\u00e0 ta' Malta u ggradwa b\u0127ala nutar fl-1985 u avukat sena wara.", "Kien elett l-ewwel darba fil-Parlament fl-1996, f'isem il-Partit Laburista.", "Huwa baqa' jitla' f'kull elezzjoni.", "F'Marzu 2013 in\u0127atar Segretarju Parlamentari g\u0127all-Kultura u l-Kunsilli Lokali.", "F'April 2014 in\u0127atar Segretarju Parlamentari g\u0127all-Kompetettivit\u00e0 u Tkabbir Ekonomiku.", "F'April 2016 in\u0127atar Ministru tal-Ambjent."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23372", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23372", "title": "G\u0127arbi Tune\u017cin", "text": ["G\u0127arbi Tune\u017cin", "L-G\u0127arbi Tune\u017cin , jew it-Tune\u017cin , jew il-lingwa Tune\u017cina (\u062a\u0648\u0646\u0633\u064a, \"Tunsi\"), huwa l-grupp ta' djaletti tal-G\u0127arbi li jinfthemu bejniethom u jag\u0127mlu parti mill-familja tad-djaletti tal-Magreb.", "Jitkellmuh madwar \u0127dax-il miljun ru\u0127 fit-Tune\u017cija.", "Dan hu \u0121eneralment mag\u0127ruf bl-isem ta' \"Tunsi\", li tfisser \"Tune\u017cin\" \u00b7 , jew \"Derja\" (\"lingwa\u0121\u0121 tat-ta\u0127dit\"), biex issir distinzjoni bejn l-G\u0127arbi standard, il-lingwa uffi\u010bjali tal-pajji\u017c.", "Jixbah id-djaletti l-o\u0127ra tal-Afrika ta' Fuq, b\u0127all-Marokkin, l-Al\u0121erin, il-Libjan u sa \u010bertu punt il-Malti, g\u0127andu sottostrat Berbru, Puniku u Latinu.", "Barra minn hekk, it-Tune\u017cin g\u0127andu komponent sinifikanti li \u0121ej mill-lingwi Rumanzi tal-popli li g\u0127exu jew amministraw dan ir-re\u0121jun matul i\u017c-\u017cminijiet: it-Taljan, l-Ispanjol u l-Fran\u010bi\u017c, u hemm ukoll influwenza Torka.", "It-Tune\u017cin, li jitkellmuh fit-Tune\u017cija kollha, jappartjeni g\u0127all-continuum djalettali tal-varjetajiet tal-G\u0127arbi li jitkellmu fil-lvant tal-Al\u0121erija u fil-punent tal-Libja.", "Il-morfolo\u0121ija, sintassi, pronunzja u l-vokabularju tat-Tune\u017cin huma differenti \u0127afna minn dawk tal-G\u0127arbi standard: g\u0127alhekk, huwa rari li jinftiehem minn dawk li jitkellmu l-G\u0127arbi tal-Lvant Nofsani, inklu\u017ci l-E\u0121izzjani; filwaqt li jinftiehem fa\u010bilment minn dawk li jitkellmu l-G\u0127arbi tal-Magreb, g\u0127alkemm dawn ikollhom jag\u0127mlu sforz biex jadattaw ru\u0127hom g\u0127al differenzi qawwija, spe\u010bjalment fil-prosodija.", "Huwa wkoll qrib il-Malti; li, madankollu, \u0121eneralment ma jitqiesx b\u0127ala djalett tal-G\u0127arbi, g\u0127al ra\u0121unijiet stori\u010bi, so\u010bjolingwisti\u010bi, u l-influwenzi aktar qawwija e\u017cer\u010bitati fuqu mit-Taljan u d-djalett Sqalli, fir-rigward tal-vokabularju, l-alfabett, is-simplifikazzjoni fonolo\u0121ika u l-morfolo\u0121ija tan-nomi (i\u017cda mhux tal-verbi) ta' nisel neolatin."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23385", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23385", "title": "Amenhotep III", "text": ["Amenhotep III", "Amenhotep III (Mag\u0127ruf ukoll bhala Amenophis III bil-Griek Antik); Mag\u0127ruf bl-Egizzjan antik b\u0127ala Am\u0101na-\u1e24\u0101tpa; li tfisser Amun is-Sodissfatt.", "Huwa mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala \"Amenhotep il-Magnifiku\".", "Huwa kien id-disa' farag\u0127un li rrenja fi \u017cmien it-tmien dinastija.", "Skond diversi awturi, Amenhotep irrenja minn \u0120unju 1386 sa Di\u010bembru 1351 qabel Kristu.", "Huwa sar farag\u0127un wara li miet missieru Thutmose IV.", "Amenhotep III kien iben Thutmose minn \u017cwie\u0121 minuri (\u017cwie\u0121 minuri kien \u017cwie\u0121 bejn il-farag\u0127un u persuna ta' sess feminili li \u0127afna drabi kienet direttament relatata mal-mara (Great Royal Wife) tal-farag\u0127un innifsu).", "B\u0127ala farag\u0127un, Amenhotep III ra l-Egittu jil\u0127aq livell ta' prosperita' liema bhala.", "L-arti fl-egittu la\u0127qg\u0127et l-g\u0127ola livelli f'dan i\u017c-\u017cmien.", "Matul it-tmienja u tlettin jew disg\u0127a u tlettin sena fir-rennju tieg\u0127u, Amenhotep III miet.", "Ibnu sar farag\u0127un minfloku u rrenja b\u0127ala Amenhotep IV.", "Wara ftit ta\u017c-\u017cmien Amenhotep IV biddel ismu ghal Ankhenaten."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23388", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23388", "title": "Giacomo Capuzzi", "text": ["Giacomo Capuzzi", "Giacomo Capuzzi (Manerbio, 14 ta' Awissu 1929) hu l-Isqof Emeritu tal-Djo\u010besi ta' Lodi, Italja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23389", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23389", "title": "Paolo Magnani", "text": ["Paolo Magnani", "Paolo Magnani (Pieve Porto Morone, 31 ta' Di\u010bembru 1926) hu l-Isqof Emeritu tal-Djo\u010besi ta' Treviso, Italja.", "Mill 1977-1988 kien Isqof ta' Lodi."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23392", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23392", "title": "John de Lancie", "text": ["John de Lancie", "Jonathan \"John\" de Lancie, Jr. (Philadelphia, Pennsylvania, Stati Uniti tal-Amerika, 20 ta' Marzo, 1948) kien attur, \"stand-up comedian\", produttur tal-films, u xene\u0121\u0121jatur Amerikan."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23395", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23395", "title": "Bassano Staffieri", "text": ["Bassano Staffieri", "Bassano Staffieri (Casalpusterlengo, 6 ta' Settembru 1931) hu l-Isqof Emeritu tal-Djo\u010besi ta' La Spezia, Italja.", "Mill 1989-1999 kien Isqof ta' Carpi."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23401", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23401", "title": "L-G\u0127oti ta' Breda", "text": ["L-G\u0127oti ta' Breda", "L-G\u0127oti ta' Breda (bl-Ispanjol: La rendici\u00f3n de Breda mag\u0127rufa wkoll b\u0127ala El cuadro de las lanzas jew Las lanzas) hija pittura tal-artist Spanjol Diego Vel\u00e1zquez tal-Epoka tad-Deheb Spanjola.", "Il-pittura tlestiet matul is-snin 1634\u201335, ispirata mi\u017c-\u017cjara li g\u0127amel Vel\u00e1zquez fl-Italja flimkien ma Ambrogio Spinola, il-\u0121eneral \u0120enwi\u017c li kkonkwista Breda fil-5 ta' \u0120unju 1625.", "Din il-pittura hija meqjusa fost l-i\u017cjed xog\u0127lijiet sinjifikattivi ta' Vel\u00e1zquez, u l-kritiku Jan Morris iddeskriviha b\u0127ala wa\u0127da mil-pitturi l-i\u017cjed Spanjoli fl-istorja.", "Il-konkwista ta' Breda fl-1625 kien wie\u0127ed mill-ftit su\u010b\u010bessi ma\u0121\u0121uri li g\u0127amlet l-armata Spanjola matul it-tmiem tal-Gwerra tat-Tmenin Sena.", "Ambrogio Spinola, in-nobbli \u0120enwi\u017c li kien il-\u0121eneral tal-armata Spanjola, mar kontra l-istruzzjonijiet tas-superjuri tieg\u0127u waqt il-konkwista ta' Breda.", "Qabel il-konkwista, il-gvern Spanjol idde\u010bieda li assedju armat kontra bliet tal-Pajji\u017ci l-Baxxi kien \u0127ela ta' ri\u017corsi u minflok kien se jag\u0127fas fuq imblokk ekonomiku tal-Pajji\u017ci Baxxi.", "Breda, belt vi\u010bin il-fruntiera tal-Pajji\u017ci l-Baxxi, kienet okkupata mid-Duka ta' Alba mill-1567.", "Wara g\u0127axar snin, il-belt kienet irkuprata minn Holach, pero re\u0121g\u0127et sfat ma\u0127tufa minn Haultpenne ftit wara.", "Breda kienet is-sede tal-familja Oran\u0121jo li kellha l-kastell tag\u0127ha hemmhekk."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23403", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23403", "title": "Il-\u0126olma ta' \u0120akobb", "text": ["Il-\u0126olma ta' \u0120akobb", "Il-\u0126olma ta' \u0120akobb (Spanjol: El sue\u00f1o de Jacob) hija pittura bi\u017c-\u017cejt fuq il-tila tas-sena 1639 tal-pittur Spanjol Tenebrist Jos\u00e9 de Ribera (mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala \"Lo Spagnoletto)\".", "Din il-pittura tinsab fil-Mu\u017cew tal-Prado f'Madrid.", "\u0120akobb jintwera b\u0127ala rag\u0127aj rieqed, b'\u0121ismu jserra\u0127 fuq spaltu x-xellugija u b'si\u0121ra fl-isfond.", "Fl-isfond fuq in-na\u0127a l-o\u0127ra hemm is-sellum li huwa jara fil-\u0127olma.", "Dan mhuwiex sellum tal-injam, i\u017cda sellum tad-dawl, li permezz tieg\u0127u l-an\u0121li qed jitilg\u0127u u jin\u017clu mis-smewwiet."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23404", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23404", "title": "L-assedju ta' San Sebastian", "text": ["L-assedju ta' San Sebastian", "L-assedju ta' San Sebastian hija pittura li tinsab fil-Mu\u017cew ta' San Telmo f'San Sebastian, Spanja.", "Il-pittura pin\u0121iha pittur mhux mag\u0127ruf matul is-seklu 19.", "Din il-pittura turi l-assedju li se\u0127\u0127 f'San Sebastian fl-1813 fl-a\u0127\u0127ar tal-Gwerra Peninsulari, meta l-armata Fran\u010bi\u017ca kienet qed tirtira lura lejn Franza bejn is-7 ta' Lulju u t-8 ta' Settembru 1813.", "L-assedju wassal g\u0127al-\u0127ruq u qerda totali tal-belt."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23405", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23405", "title": "Dwell bejn in-nisa", "text": ["Dwell bejn in-nisa", "Dwell bejn in-nisa hija pittura ta' Jos\u00e9 de Ribera (mag\u0127ruf b\u0127ala Lo Spagnoletto) li tinsab fil-Mu\u017cew tal-Prado f'Madrid.", "Din il-pittura \u0121iet impittra f'Napli fis-sena 1636.", "Il-pittura turi episodju mag\u0127ruf li se\u0127\u0127 f'Napli fl-1552 meta \u017cew\u0121 nisa, Isabella de Carazzi u Diambra de Pottinella, g\u0127amlu dwell bejniethom g\u0127all-im\u0127abba ta' ra\u0121el bl-isem ta' Fabio Zeresola, fil-presenza tal-Marki\u017c ta' Vasto.", "It-tema tal-pittura hija wkoll interpretata b\u0127ala allegorija g\u0127all-\u0121lieda bejn il-Vizzju u l-Virt\u00f9."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23409", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23409", "title": "Jusepe de Ribera", "text": ["Jusepe de Ribera", "Jusepe de Ribera, mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala Jos\u00e9 de Ribera jew bil-laqam Spagnoletto (X\u00e0tiva, 17 ta' Frar 1591 \u2013 Napli, 2 ta' Settembru 1652), kien pittur u in\u010bi\u017cur Spanjol li \u0127adem l-aktar f'Napli.", "KIen wie\u0127ed mill-aqwa protagonisti tal-pittura Ewropea tas-seklu 17 u wie\u0127ed mill-pitturi importanti li segwew il-linja tal-Caravaggi\u017cmu.", "Flimkien ma' pitturi o\u0127ra tal-epoka, fuq kollox Luca Giordano, Massimo Stanzione, Mattia Preti, Bernardo Cavallino u Battistello Caracciolo, kien wie\u0127ed mill-esponenti l-\u017cjed importanti tat-[[Tenebri\u017cmu] u tal-pittura Naplitana tas-seklu 17.", "Il-laqam Spagnoletto, mifrux mal-Italja, kien \u0121ej mill-istatura qasira tieg\u0127u.", "Twieled [[X\u00e0tiva]], qrib [[Valencia]], fl-[[1591]] minn Sim\u00f3n de Ribera (skarpan) u Margarita Cuc\u00f3 u kien \u0127u Juan, pittur ukoll.", "Fil-bidu kien apprendistat ma' [[Francisco Ribalta]] fil-belt ta' Valencia.", "De Ribera ma damx li \u0127ass il-\u0127tie\u0121a li jmur l-[[Italja]], minn dejjem \u010bentru importanti tal-pittura, u li jimxi fuq il-passi ta' [[Michelangelo Merisi da Caravaggio|Caravaggio]].", "G\u0127alhekk fl-1611 telaq lejn l-Italja, l-ewwel fin-na\u0127a ta' fuq, [[Cremona]] g\u0127al [[Milan]] u g\u0127al [[Parma]] u mbag\u0127ad ni\u017cal [[Ruma]] fejn kellu kuntatt mal-pittura ta' [[Guido Reni]] u ta' [[Ludovico Carracci]].", "Fl-a\u0127\u0127ar, x'aktarx, mar l-Italja ta' Isfel u spi\u010b\u010ba [[Gallipoli (Italja)|Gallipoli]] fejn g\u0127ex fil-palazz antik ta' Assanti-Aragona (illum mag\u0127ruf b\u0127ala Palazzo Gallo).", "L-ewwel xog\u0127ol tieg\u0127u li nafu bih bid-data ta' 1611, \"San Martin jaqsam il-Mantell\", intilef.", "Ruma pin\u0121a s-sensiela \"Il-\u0126ames Sensi\" li g\u0127ad g\u0127andna minnha \u017cew\u0121 pitturi ori\u0121inali u kopji tat-tlieta l-o\u0127ra.", "[[Stampa:Sileno ebrio, por Jos\u00e9 de Ribera.jpg|thumb|\"Silenu fis-sakra\" (1626).", "Mu\u017cew nazzjonali ta' Capodimonte, Napli]] [[Stampa:Jos\u00e9 de Ribera 054.jpg|thumb|\"Martirju ta' San Filippu\" (1639).", "Mu\u017cew tal-Prado, Madrid]] Fl-1616 mar Napli fejn sar il-protett tal-Vi\u010bi-Re Spanjol, id-duka ta' d'Osuna, li g\u0127alih pin\u0121a \u0127afna quadri illum mi\u017cmumin fil-knisja kolle\u0121\u0121jali ta' Osuna (qrib [[Sivilja]]), fosthom \"San Bastjan\" u \"Il-Kalvarju\".", "Kiseb fama kbira u hekk seta' jiltaqa' ma' \u0127afna artisti li g\u0127addew minn Napli.", "Fosthom kien hemm il-kompatrijott tieg\u0127u [[Diego V\u00e9lasquez]] li xtara ming\u0127andu g\u0127add ta' kwadri g\u0127ar-re [[Filippu IV ta' Spanja]] fl-1629, u g\u0127al darba o\u0127ra fl-1649, g\u0127all-palazz tal-Escorial.", "Ribera \u017c\u017cewwe\u0121 lil Catalina de Azzolino, bint pittur medjokru u mag\u0127ha kellu \u0127amest itfal.", "Fil-bidu kien jimita t-tenebri\u017cmu Caravaggesk, imma waqt li Caravaggio jag\u0127ti intensit\u00e0 kbira l-pittura permezz tal-kuntrasti qawwijin tal-\"chiaroscuro\", Ribera ju\u017ca l-\"chiaroscuro\" biex jag\u0127ti l-kwadru \u010bertu misterju, ming\u0127ajr ma jnaqqas mis-serenit\u00e0 u l-bilan\u010b tax-xena.", "Minn dan l-ewwel perjodu jispikkaw l-erba' kwadri reli\u0121ju\u017ci b'interpretazzjoni profetika u sbu\u0127ija straordinarja: \"San \u0120lormu\", \"San Bastjan imdewwi minn erba' qaddisin nisa\".", "Il-pitturi mitolo\u0121i\u010bi, pere\u017cempju \"Silenu fis-sakra\", huma daqshom importanti.", "Rimarkabbli wkoll il-vi\u017cjoni axxetika tal-pittur fir-rappre\u017centazzjoni tal-profeti, appostli, qaddisin, e\u010b\u010b: San Pawl l-Eremita, Santur Rokku, Sant Andrija, San \u0120akbu l-Kbir kif ukoll ir-reali\u017cmu tieg\u0127u fid-deskrizzjonijiet tal-varji martirji.", "Aktar ma mmatura, aktar \u0127eles mit-tenebri\u017cmu tal-bidu.l-g\u0127a\u017cla tal-kuluri \u010b\u010barar u saret aktar imdawla, it-tonalitajiet saru aktar armonju\u017ci, pere\u017cempju f\"'L-Immakulata Kun\u010bizzjoni\".", "Din kienet l-epoka tal-akbar xog\u0127lijiet tieg\u0127u.", "Il-kuluri saru aktar u aktar ispirati mill-Iskola Venezjana, kif juru \"Venere u Adone\", \"Apollo u Marsja\" u fil-pitturi ddestinati g\u0127all-monasteru \u010aerto\u017cin ta' San Martino.", "L-ispirazzjoni tieg\u0127u kienet mill-arti klassika u nistg\u0127u nindunaw f'bosta xog\u0127lijiet tieg\u0127u bix-xbiha ta' Apollo tal-Belvedere b\u0127al f' \"Il-Martirju ta' San Bartilmew\" (1626-29, Stockholm, Nationalmuseum) jew f' \"L-Ag\u0127ma ta' Gombazzo\" (1632, Madrid, Mu\u017cew tal-Prado), b\u0127ala oma\u0121\u0121 g\u0127all-Antikit\u00e0 jew bil-kuntrarju b\u0127ala xhieda tat-tmiem tal-pagani\u017cmu.", "Ribera tbieg\u0127ed mil-kompo\u017cizzjonijiet kkomplikati, tipi\u010bi tal-Barokk Taljan, u kien jippreferi jag\u0127ti l-persuna\u0121\u0121i intensit\u00e0 emottiva.", "Ribera kien i\u0127obb ukoll l-aspetti aneddoti\u010bi u popolari, pere\u017cempju fis-sensiela tal-Filosfi, insibu rappre\u017centazzjonijiet ta' tallaba u tipi popolari b\u0127al \"It-Tfajla bit-Tamburin\", \"Ix-Xurban Fer\u0127an\" \"Ix-Xurban ta' Muskat\", kif ukoll persuna\u0121\u0121i stravaganti b\u0127al \"Il-Mara bil-Baffi\".", "L-a\u0127\u0127ar xog\u0127lijiet tieg\u0127u b\u0127al \"L-Adorazzjoni tar-Rg\u0127ajja\" u \"San \u0120lormu penitenti\" huma xhieda tar-rikkezza kbira fil-qasam tal-kompo\u017cizzjoni u l-kulur.", "Ix-xog\u0127ol grafiku tieg\u0127u hu importanti wkoll, tant g\u0127all-kwalit\u00e0 u tant g\u0127all-kwantit\u00e0.", "L-ewwel disin mag\u0127ruf \u0121ej mill-1611, Adorazjoni tal-Ma\u0121i.", "It-teknika li kienet varja, pinna, sangwinja, akwarell...", "G\u0127andna xhieda tal-arti pittorjali tieg\u0127u mifruxa ma \u0127ajtu kollha.", "L-in\u010bi\u017cizzjonijiet tieg\u0127u (prin\u010bipalment bl-akwaforte) huma limitati g\u0127al perjodu ta' \u0127ajtu (bejn l-1616 u l-1630).", "Ribera fl-1622 beda wkoll xog\u0127ol g\u0127at-tag\u0127lim li kien fih bosta in\u010bi\u017cjonijiet ta' natura anatomika (g\u0127ajnejn, widnejn, \u0127luq ...) imma qatt ma' lestieh.", "Bejn l-1630 u l-1648, ma pprodu\u010biex in\u010bi\u017cjonijiet aktar u l-a\u0127\u0127ar xog\u0127ol tieg\u0127u kien minn din is-sena bir-ritratt ekwestru ta' Don Juan Jos\u00e9 tal-Awstrija."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23428", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23428", "title": "Unitajiet ta' kejl Maltin", "text": ["Unitajiet ta' kejl Maltin", "Da\u017c-\u017cmien f'tran\u017cazzjonijiet kummer\u010bjali, tintu\u017ca s-sistema metrika esklu\u017civament.", "Dawn l-unitajiet huma kwa\u017ci kollha ta' interess storiku biss, g\u0127alkemm g\u0127adhom jintu\u017caw f'xi idjomi jew fra\u017cijiet fissi Maltin.", "\u0126afna minn dawn it-termini \u0121ejjin direttament mill-unitajiet G\u0127arbin u xi ftit minn unitajjiet Sqallin.", "L-ordinanza tal-pi\u017c u l-kejl tal-1921 (\"Weights and Measures Ordinance\"), mill-gvern Brittaniku, stabbilit uniformit\u00e0 fil-konver\u017cjoni ta' dawn l-unitajiet tal-kejl.", "Dawn il-qisien \u0121ew definiti b\u0127ala multipli sempli\u010bi tal-unitajiet Imperjali li kienu jintu\u017caw fir-Renju Unit dak i\u017c-\u017cmien.", "L-unitajiet tat-tul kienu jintu\u017caw tipikament g\u0127all-kejl ta' prodotti u l-qies tal-bini.", "G\u0127ad-distanzi tradizzjonalment kienu ju\u017caw kemm jie\u0127u \u0127in il-vja\u0121\u0121, g\u0127alhekk m'hemmx unitajiet fuq skala kbira.", "Fl-1921, dawn l-unitajiet \u0121ew definiti mill-\u0121did relattivament l-istandard imperjali Brittaniku.", "Dawn il-valuri jirriflettu din il-bidla.", "Ta' min jinnota li hemm \u017cew\u0121 valuri differenti g\u0127as-\"sieg\u0127\" (1/10 u 1/6 \"tomna\", rispettivament).", "L-unitajiet Maltin tal-massa kollha \u0121ew definiti mill-\u0121did relattivament mat-\"ton\" imperjali Brittanika fl-1921.", "Qabel wie\u0127ed jista' jissoponi li kienu bbaa\u017cati fuq standard G\u0127arbi."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23430", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23430", "title": "Provin\u010bja ta' Ragusa", "text": ["Provin\u010bja ta' Ragusa", "Provin\u010bja ta' Ragusa (bit-Taljan: \"Provincia Regionale di Ragusa\"; bl-Isqalli: \"Pruvincia Riggiunali ri Rausa\") hi provin\u010bja fil-Lbi\u010b tar-re\u0121jun awtonomu ta' Sqallija, l-Italja.", "Il-kapitali tal-provin\u010bja hi l-belt ta' Ragusa, li hi l-iktar belt provin\u010bjali kapital 'l isfel tal-Italja kollha.", "Minn Scoglitti sa Pozzallo, il-kosta ta' Ragusa hi twila bejn wie\u0127ed u ie\u0127or 85km (53 mil).", "Tul il-kosta Ragusana hemm \u0127afna ir\u0127ula tas-sajd, b\u0127al Kaukana, Punta Secca, Marina di Ragusa u Marina di Modica.", "Il-muntanji Iblei jiddominaw it-Tramuntana tal-provin\u010bja u l-og\u0127la qu\u010b\u010bati huma Monte Lauro, Monte Casale u Monte Arcibessi.", "Ix-xmajjar tal-provin\u010bja huma Irminio, Dirillo u Ippari, u l-unika g\u0127adira tal-provin\u010bja hi l-Lago di Santa Rosalia tul il-korsa tax-xmara Irminio.", "Il-profil ta' Ragusa jikkonsisti f'torrijiet, kattidrali (duomo) u koppliet ta' knejjes li l-provin\u010bja hi mag\u0127rufa g\u0127alihom.", "Il-parti l-kbira ta\u017c-\u017cona baqg\u0127et naturali, ma ntmissitx g\u0127ax tul is-seklu 19 u 20 emigraw \u0127afna nies minn Ragusa g\u0127al in\u0127awi iktar prosperi tal-Italja u barra mill-Italja.", "G\u0127andha area ta' 1,614 kilometri kwadri (623 mili kwadri) u popolazzjoni ta' 295,264 (2001) b'kollox, b'12-il komun (Taljan: \"comuni\") tal-provin\u010bja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23432", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23432", "title": "Muhammad Ali", "text": ["Muhammad Ali", "Muhammad Ali (17 ta' Jannar, 1942 \u2013 3 ta' \u0120unju, 2016) kien champion mondjali tal-boxing heayweight u wie\u0127ed mill-iktar sportivi popolari u ta' su\u010b\u010bess ta' kull \u017cmien.", "Cassius Marcellus Clay twieled nhar is-17 ta' Jannar, 1942, f'Louisville, Kentucky, l-Istati Uniti.", "Fil-familja tieg\u0127u kienu \u0127ames a\u0127wa subien u o\u0127tu.", "Semmewh b\u0127al missieru li min-na\u0127a tieg\u0127u kien imsemmi g\u0127all-politiku Amerikan tas-seklu dsatax li \u0127adem g\u0127all-abolizzjoni tal-jasar.", "Il-familja Clay kienet \u0121ejja mill-ilsiera tal-pjanta\u0121\u0121uni tan-nofsinhar, dixxindenti mill-Afrika.", "Missier Cassius kien ipin\u0121i l-billboards u s-sinjali, filwaqt li ommu, Odessa, kienet tmur tnaddaf id-djar tan-nies.", "Cassius \u0127a l-edukazzjoni tieg\u0127u f'Central High School f'Louisville, u trabba b\u0127ala Nisrani Battista.", "Cassius tela' f'ambjent ta' segregazzjoni razzjali.", "Ommu tiftakar meta ma \u0127allewhx jixrob tazza ilma \"min\u0127abba l-kulur tieg\u0127u, dik il-\u0127a\u0121a affetwatu wisq.\"", "Intlaqat ukoll mill-qtil ta' Emmett Till fl-1955, li wassal lil Cassius u lil \u0127abibu li jo\u0127or\u0121u l-frustrazzjoni tag\u0127hom billi jivvandalizzaw stazzjon tal-ferrovija.", "L-ewwel su\u010b\u010bess kbir fil-karriera tieg\u0127u u li sparah g\u0127all-fama internazzjonali kien dak miksub fl-Olimpjadi ta' Ruma, fl-1960, meta kien reba\u0127 il-midalja tad-deheb fil-kategorija light-heavyweight tal-boxing.", "Imlaqqam b\u0127ala l-ikbar wie\u0127ed The Greatest, erba' snin wara, huwa kien g\u0127eleb lil Sonny Liston biex reba\u0127 l-ewwel titlu mondjali tie\u00adg\u0127u biex sar l-ewwel boxer li reba\u0127 titlu heavy-weight tal-boxing fi tliet darbiet separati.", "Evenetwalment, huwa rti\u00adra fl-1981, fejn kien reba\u0127 ammont inkredibbli ta' 56 \u0121lieda mill-61 li kkompeta fihom, fejn reba\u0127 37 \u0121lieda minnhom permezz ta' knock-out.", "I\u017cda, barra mir-ring tal-boxing, wie\u0127ed ma jridx jinsa wkoll li kien jikkampanja favur drittijiet \u010bivili, irrispettivament minn sport, razza u nazzjonalit\u00e0, waqt li kien ukoll poeta.", "Muhammad Ali kien beda jipprattika l-boxing fuq livell professjonali immedjatament wara l-Olimpjadi ta' Ruma, fl-1960, u baqa' tiela' fir-rankings tal-heavy weight sa ma la\u0127aq il-qu\u010b\u010bata fejn kien impessjona lill-eluf kbar ta' persuni li kienu jsegwuh permezz tal-movimenti u r-riflessi in-kredibbli tieg\u0127u fir-ring.", "\u0120lieda partikolari li jibqa' mfakkar g\u0127aliha kienet dik meta \u010b-champion Ingli\u017c tal-boxing, Henry Cooper, kien resaq ferm vi\u010bin li jeg\u0127leb lil Muhammad Ali, meta huma kienu ltaqg\u0127u f'Londra, lura fl-1963.", "Dan hekk kif l-Ingli\u017c kien waqqa' lill-boxer le\u0121\u0121en\u00addarju Amerikan, i\u017cda Muhammad Ali kien wettaq reazzjoni mill-aqwa u fir-round ta' wara sforza lill-Ingli\u017c biex jirtira min\u0127abba qatg\u0127a fonda li kellu f'g\u0127aj\u00adnu x-xellugija.", "Fi Frar tas-sena ta' wara, Cassius Clay kompla jisraq ix-xena meta reba\u0127 l-ewwel titlu mondjali tal-heavyweight meta kien g\u0127ad kellu biss 22 sena.", "Huwa kien qal minn qabel li kien se jirnex\u00adxielu jeg\u0127leb lill-boxer Sonny Liston, li qabel dik il-\u0121lieda qatt ma kien tilef, i\u017cda ftit kienu emmnuh.", "I\u017cda wara s-sitt round kien Ali li \u0127are\u0121 rebbie\u0127 kontra dan l-avversarju li kien ikbar minnu fl-et\u00e0, u g\u0127alhekk ta' iktar esperjenza, li ma\u00addankollu ma setax ila\u0127\u0127aq mal-\u0127effa tieg\u0127u.", "Fit-8 ta' Marzu, 1971, huwa sofra l-ewwel telfa professjonali tieg\u0127u kontra Joe Frazier f'dik li \u0121iet imlaqqma b\u0127ala l-'\u0120lieda tas-Seklu' fi New York, biex fit-30 ta' Ottubru, 1974, re\u0121a' kiseb lura t-titlu permezz ta' knock-out fuq tmien rounds kontra l-boxer George Foreman fil-kompetizzjoni 'Rum\u00adble in the Jungle', f'Kinshasa, fi\u017c-Zaire (illum il-Kongo)", "Muhammad Ali \u0121\u0121ieled kontra Joe Frazier g\u0127at-tielet u l-a\u0127\u0127ar darba fil-Filippini fl-1 ta' Ottubru, 1975, fejn \u0127are\u0121 rebbie\u0127 f'kompetiz\u00adzjoni mag\u0127rufa b\u0127ala 'Thrilla in Manila', meta l-avversarju tieg\u0127u rema x-xugaman fil-15 u l-a\u0127\u0127ar round.", "Wara din il-\u0121lieda huwa reba\u0127 sitt titli konsekuttivi qabel ma tilef bil-punti kontra l-boxer, Leon Spinks, fi Frar, 1978, g\u0127alkemm re\u0121a' reba\u0127 it-titlu mondjali sat-tmiem dik l-istess sena.", "Il-karriera ta' Muhammad Ali intemmet b'telfiet kontra Larry Homes, fl-1980, u Trevor Berbick fl-1981, fejn \u0127afna kienu tal-opinjoni li huwa kellu jirtira mix-xena tal-boxing \u0127afna qabel.", "Fi\u017c-\u017cmien li Muhammad Ali kellu l-ewwel \u0121lieda tieg\u0127u ma' Sonny Liston, huwa kien di\u0121\u00e0 involut f'dak li kien mag\u0127ruf b\u0127ala n-Nation of Islam li l-g\u0127a\u00adnijiet ewlenin tieg\u0127u kienu dawk li jitjiebu l-kundizzjonijiet spiritwali, mentali, so\u010bjali u ekonomi\u010bi tal-Amerikani- Afrikani fl-Istati Uniti.", "I\u017cda b'kuntrast g\u0127all-metodu inklussiv li kien qed ji\u0121i mbuttat minn mexxejja favur drittijiet \u010bivili b\u0127al Dr Martin Luther King, in-Nation of Islam kien moviment favur nies ta' \u0121ilda skura biss u g\u0127alhekk bdew iqumu s-suspetti fuq dan il-moviment mill-poplu Amerikan.", "Eventwalment, Muhammad Ali, ikkonverta g\u0127ar-reli\u0121jon Islamika, fejn ne\u0127\u0127a ismu proprju ta' Cassius Marcellus Clay, li skond hu kien isem ta' skjav biex l-ewwel sar Cassius X, qabel re\u0121a' bidel ismu g\u0127al Muhammad Ali.", "Fl-1967, huwa kien \u0127a de\u010bi\u017cjoni li \u0127olqot kontroversja kbira u li g\u0127adu mag\u0127ruf g\u0127aliha sal-\u0121urnata tal-lum.", "Dan hekk kif huwa kien oppona l-gwerra Ame\u00adrikana fil-Vjetnam, xi \u0127a\u0121a li g\u0127aliha kien \u0121ie kkritikat ferm mill-poplu Amerikan.", "Huwa kien \u0127a din id-de\u010bi\u017cjoni g\u0127ax irrifjuta li jing\u0127aqad mal-militar Ame\u00adrikan, xi \u0127a\u0121a li g\u0127aliha patta qares hekk kif kien itte\u0127idlu l-ewwel titlu mondjali tal-boxing li kien reba\u0127 u anke sa\u0127ansitra l-li\u010benzja tieg\u0127u tal-boxing.", "Wara dan kollu huwa ma kienx \u0127a sehem fi \u0121lieda o\u0127ra g\u0127al kwa\u017ci erba' snin s\u0127a\u0127.", "Wara li d-de\u010bi\u017cjoni fil-konfront tieg\u0127u talli ma kienx appo\u0121\u0121a l-gwerra Amerikana fil-Vjetnam \u0121iet irtirata, huwa re\u0121a' rritorna fir-ring fejn i\u0121\u0121ieled fi tlieta mill-iktar \u0121lidiet ikoni\u010bi fl-istorja tal-boxng, u li permezz tag\u0127hom irnexxielu jirba\u0127 lura r-relazzjoni tie\u00adg\u0127u mal-pubbliku sportiv.", "Wara li rtira mill-boxing, bdew iqumu diversi spekulazzjonijiet rigward il-kundizzjoni ta' sa\u0127\u0127a ta' Muhammad Ali.", "Dan hekk kif huwa kien qed jidher bosta drabi jir\u00adtog\u0127od waqt li wie\u0127ed beda jsibha diffi\u010bli biex jifhmu jitkellem.", "Dan kien kollu kaw\u017ca tal-marda qerrieda li twassal g\u0127all-mewt, tal-Parkinsons, li Muhammad Ali qabel \u0127alla din id-dinja fis-sig\u0127at li g\u0127addew, kien ilu jbati minnha g\u0127al snin twal.", "I\u017cda ta' verament le\u0121\u0121en\u00adda li hu, din il-marda ma tantx qatg\u0127etlu qalbu milli jag\u0127mel dehriet fil-pubbliku, fejn ri\u010bentament huwa deher diversi drabi fuq programmi televi\u017civi jag\u0127ti messa\u0121\u0121 ta' kura\u0121\u0121 lil kull min kien qed isegwih fejn dejjem \u0121ie milqug\u0127 b\u0127ala eroj.", "Barra minn hekk lura fl-1996 huwa xeg\u0127el it-Tor\u010ba Olimpika, fl-Olimpjadi tal-1996, li kienu saru f'Atlanta, fl-Istati Uniti, waqt li fi\u010b-\u010berimonja inawgurali tal-Log\u0127ob Olimpiku f'Londra, fl-2012, kien \u0121arr il-bandiera Olimpika.", "Huwa miet fi sptar fil-belt Amerikana ta' Phoenix, f'Arizona, wara li kien id\u00adda\u0127\u0127al l-isptar nhar il-\u0126a\u00admis 2 ta' \u0120unju."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23433", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23433", "title": "IESEG School of Management", "text": ["IESEG School of Management", "L-I\u00c9SEG School of Management, jew bil-Fran\u010bi\u017c Institut d'Economie Scientifique Et de Gestion li tfisser \"Istitut tal-Ekonomija Xjentifika u tal-\u0120estjoni\" hija skola tan-negozju fi Franza, mibnija fl-1964 fl-belt ta'Lille.", "Din l-iskola tan-negozju hija membru tal-Universit\u00e0 Kattolika ta' Lille, l-akbar universit\u00e0 privata fi Franza f'termini ta' popolazzjoni tal-istudenti u dotazzjoni.", "L-iskola g\u0127andha \u017cew\u0121 kampus, wie\u0127ed f'Lille u wie\u0127ed f'Pari\u0121i.", "L-I\u00c9SEG School of Management hija kklassifikata 17 fl-2016 mill-Financial Times internazzjonali Master of management.", "Tmexxija tag\u0127ha.", "B\u0127ala \"Grande \u00c9cole\" Fran\u010bi\u017c u membru tal-\"Conf\u00e9rence des Grandes Ecoles\", I\u00c9SEG hija wa\u0127da mill-istituzzjonijiet l-aktar presti\u0121ju\u017ci ta 'edukazzjoni og\u0127la fil-pajji\u017c.", "\u0120ie wkoll mog\u0127ti tlieta akkreditazzjonijiet internazzjonali: EQUIS, AACSB u AMBA.", "L-iskola g\u0127andha total ta' 4,800 student fuq il-kampus Lille u Pari\u0121i.", "L-bachelor, il-programmi tal-masters, l-international u l-executive MBA huma mg\u0127allma bl-Ingli\u017c.", "84% tal-professuri permanenti tal-iskola huma barranin (38 nazzjonalitajiet) u l-iskola g\u0127andha netwerk ta' 235 universit\u00e0 imsie\u0127ba f'62 pajji\u017c."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23435", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23435", "title": "San Leopoldu Mandic", "text": ["San Leopoldu Mandic", "San Leopoldu Mandic, O.F.M. Kap. (mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala Leopold ta' Castelnuovo), (12 ta' Mejju, 1866 - 30 ta' Lulju, 1942), kien patri Fran\u0121iskan Kapu\u010b\u010bin Kroat, li kien isofri \u0127afna minn di\u017cabilitajiet li affettwawlu l-mod kif jitkellem u l-istatura tieg\u0127u.", "Huwa \u017cviluppa qawwa spiritwali tremenda minkejja d-di\u017cabilitajiet tieg\u0127u u sar popolari \u0127afna fil-ministeru tieg\u0127u b\u0127ala konfessur, \u0127afna drabi kien iqatta' minn 12 sa 15-il sieg\u0127a fil-konfessjonarju.", "G\u0127alkemm Mandic ried li jkun missjunarju fl-Ewropa tal-Lvant, huwa qatta' kwa\u017ci l-\u0127ajja kollha adulta tieg\u0127u fl-Italja, u g\u0127ex Padova minn 1906 sa ma miet.", "Hu qatta' sena f'\u0127abs Taljan matul it-Tieni Gwerra Dinjija, billi ma riedx jirrinunzja n-nazzjonalit\u00e0 Kroata tieg\u0127u.", "Qatt ma waqaf jo\u0127lom g\u0127all-g\u0127aqda bejn il-knisja Kattolika u Ortodossa u li jmur fil-Lvant.", "Huwa sar mag\u0127ruf b\u0127ala Appostlu tal-Qrar u Appostlu tal-Unit\u00e0 bejn l-Insara.", "Hu twieled bl-isem ta' Bogdan Ivan Mandic fil-belt kostali ta 'Herceg Novi' (bit-Taljan: Castelnuovo), mal-Bajja ta' Kotor, illum parti mill-Montenegro.", "Huwa kien it-tnax-il wild ta' Dragica Zarevi\u0107 u Petar Antun Mandic, sid ta' flotta tas-sajd Adrijatika.", "Il-familja kienet ta'ori\u0121ini nobbli mill-Bosnja u trasferita g\u0127all-Kroazja fis-seklu 15.", "Il-familja, eventwalment, tilfet \u0127afna mill-\u0121id li kellha, u bdiet iktar tifhem lil dawk li sofrew sitwazzjonijiet simili.", "Mandic kiber vi\u010bin komunit\u00e0 ta' patrijiet Kapu\u010b\u010bini li kienu ilhom hemm mitejn sena u kienu \u0121ejjin mill-provin\u010bja ta' Venezja mi\u017c-\u017cmien meta din i\u017c-\u017cona kienet taqa' ta\u0127t ir-Repubblika ta' Venezja.", "Fi\u017cikament deformat u delikat, twal biss 1.35 metru (4'5 \"), u kellu mixja goffa u jbati \u0127afna bit-temtim.", "Wara li \u0127assu msejja\u0127 jg\u0127ix l-istil ta' \u0127ajja ta' patrijiet, f'Novembru 1882, ta' 16-il sena, huwa mar Udine biex jid\u0127ol fis-seminarju minuri tal-Provin\u010bja Venezjana tal-Kapu\u010b\u010bini.", "Sentejn wara a\u010b\u010bettawh fin-novizzjat tal-patrijiet f'Bassano del Grappa, fejn tawh l-abitu Kapu\u010b\u010bin u l-isem reli\u0121ju\u017c ta' Leopold ta' Castelnuovo.", "Fit-3 ta' Mejju, 1885, huwa g\u0127amel l-ewwel professjoni tieg\u0127u, u wara ntbag\u0127at g\u0127all-istudji tieg\u0127u biex isir sa\u010berdot fil-kunventi Kapu\u010b\u010bini ta' Padova u Venezja.", "Hu g\u0127amel il-professjoni perpetwa fl-1888.", "Nhar l-20 ta' Settembru, 1890, Mandic kien ordnat sa\u010berdot fil-Ba\u017cilika ta' Santa Maria della Salute f'Venezja fl-et\u00e0 ta' 24 sena mill-Kardinal Domenico Agostini, Patrijarka ta' Venezja.", "Wara l-ordinazzjoni tieg\u0127u, Mandic intbag\u0127tet f'diversi kunventi Kapu\u010b\u010bini fir-re\u0121jun ta' Venezja u fil-Kroazja.", "Fost diversi \u0127idmiet tieg\u0127u kien hemm il-formazzjoni tas-seminaristi, kif ukoll il-\u0127ti\u0121ijiet tad-dar, b\u0127al li joqg\u0127od mal-bieb.", "Kull fejn kien dejjem qarar \u0127afna.", "Kienu jmorru g\u0127andu kull tip ta' nies u minn kullimkien.", "Fl-1906 intbag\u0127at fil-kunvent ta' Santa Croce fil Padova, fejn kellu jqatta' l-bqija ta' \u0127ajtu.", "Ta' mo\u0127\u0127 miftu\u0127 li kien, Padre Leopoldo Mandi\u0107 kellu formazzjoni filosofika u teolo\u0121ika tajba \u0127afna u g\u0127al \u0127ajtu kollha baqa' jistudja s-Santi Padri u d-Dutturi tal-Knisja.", "Sa mill-1887, \u0127assu li kellu jmexxi 'l quddiem ix-xewqa li l-Ortodossi jing\u0127aqdu mal-Kattoli\u010bi.", "Bix-xewqa li jer\u0121a' f'art twelidu b\u0127ala missjunarju, tg\u0127allem \u0127afna ilsna Slavi u xi ftit Grieg modern.", "Talab li jmur fil-Lvant skont dak l-ideal ekumeniku, li \u0127adu wkoll b\u0127ala vot, imma sa\u0127\u0127tu ma kinitx tajba u s-superjuri tieg\u0127u ma \u0127allewhx.", "Id-di\u017cabiltajiet tieg\u0127u kienu jag\u0127muhielu iebsa \u0127afna biex jipprietka.", "Mandic sofra minn kan\u010ber fi gri\u017cmejh, li finalment wassal g\u0127all-mewt tieg\u0127u fl-et\u00e0 ta' 76 sena.", "Fit-30 ta' Lulju, 1942, waqt li kien qed i\u0127ejji g\u0127all-quddiesa, huwa waqa' mal-art.", "Huwa ttie\u0127ed fi\u010b-\u010bella tieg\u0127u, fejn ing\u0127ata l-a\u0127\u0127ar sagramenti.", "Patrijiet li kienet n\u0121abru fejn is-sodda tieg\u0127u bdew ikantaw il-Regina Salve u raw li Leopold jmut waqt li kienu qeg\u0127din ikantaw \"O \u0126anina, O Pija, O \u0126elwa Ver\u0121ni Marija.\"", "Min\u0127abba l-bumbardamenti tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-knisja u l-parti tal-kunvent fejn Mandic g\u0127ex i\u0121\u0121arrfu, i\u017cda \u010b-\u010bella tieg\u0127u u l-konfessjonarju ma sofrewx \u0127sara.", "Huwa kien bassar dan qabel mewtu, meta qal, \"Il-knisja u l-kunvent se jintlaqtu mill-bombi, i\u017cda mhux din i\u010b-\u010bellula \u017cg\u0127ira.", "Hawnhekk Alla e\u017cer\u010bita tant \u0127niena tant g\u0127an-nies, li g\u0127andu jibqa' b\u0127ala monument tat-tjieba ta' Alla.\"", "Papa Pawlu VI ibbeatifika lil Leopoldu fit-2 ta' Mejju 1976.", "Kien iddikjarat qaddis minn \u0120wanni Pawlu II matul l-Assemblea \u0120enerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet fis-16 ta' Ottubru 1983.", "Leopold \u0121ie mfa\u0127\u0127ar b\u0127ala l-\"Appostlu tal-Unit\u00e0\".", "Fuq talba personali tal-Papa Fran\u0121isku, il-fdalijiet ta' Mandic ittie\u0127du Ruma g\u0127all-qima matul il-\u0120ublew Straordinarju tal-\u0126niena 2015-2016.", "Hu u sie\u0127bu patri Kapu\u010b\u010bini ie\u0127or, San Piju ta' Pietrelcina, intg\u0127a\u017clu b\u0127ala Qaddisin-Konfessuri biex jispiraw lin-nies \u0127alli jirrikon\u010biljaw ru\u0127hom mal-Knisja u ma' Alla, bil-qrara ta' dnubiethom.", "Il-Korpi tag\u0127hom kienu g\u0127all-qima, l-ewwel fil-Ba\u017cilika ta' San Lawrenz Fuore le Mura, amministrata mill-patrijiet Kapu\u010b\u010bini, u wara mill-Ba\u017cilika ta' San Pietru."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23438", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23438", "title": "John Bundy", "text": ["John Bundy", "John Bundy (Furjana, 10 ta' Marzu, 1960) huwa l-Kap E\u017cekuttiv tal-Public Broadcasting Services (PBS) u kien pre\u017centatur u producer Malti ta' programmi fuq ir-radju u t-televixin.", "John Bundy attenda l-iskola primarja ta' St. Francis f'Bormla u u l-Kulle\u0121\u0121 Missjunarju ta' San Pawl fir-Rabat g\u0127all-edukazzjoni sekondarja tieg\u0127u, u wara attenda l-MCAST fl-Imsida.", "Bundy kiseb diploma f'CMC Entertainment Marketing minn Carlton Broadcasting Portman f'Londra, diploma minn D.R Corporation Production TV mimm Byen Broadcasting Corporation tad-Danimarka, One Year Compilation Radio minn BBC 4 London u wkoll diploma fil-PR communications minn Carlton Communications London.", "L-ewwel xog\u0127ol tieg\u0127u kien fl-accounts department ma' Mizzi Group.", "Bundy beda l-karriera tieg\u0127u mal-istazzjon nazzjonali, Radju Malta fl-1986 b\u0127ala DJ li jippre\u017centa l-breakfast show kuljum.", "Ippre\u017centa: Multi Track, Mix Down, Awguri, Night Show, Breakfast Show.", "Fl-2008, huwa irritorna fuq Radju Malta, wara nuqqas ta' 18-il sena bil-programm Drive Time.", "Dan sal-2010.", "Fl-1991, John Bundy kien l-ewwel le\u0127en li nstema' fuq l-istazzjon \u0121did tar-radju tal-Partit Nazzjonalista, Radio 101.", "Huwa g\u0127amel 10 snin ma' dan l-istazzjon fejn ipprodu\u010ba u ippre\u017centa diversi programmi.", "Fl-1999, John Bundy ni\u017c\u017cel ismu fil-Guiness Book of Records wara li g\u0127amel maratona ta' 51 sieg\u0127a ta' programm tar-radju ippre\u017centat minn persuna wa\u0127da fuq Radju 101.", "\"Kien radju innovattiv fejn \u0127oloq mod \u0121did kif suppost ixandar ir-radju, bl-a\u0127barijiet bil-vox pops.", "Ma kienx stazzjon ibba\u017cat fuq politika, bl-uniku kontenut politiku jkun biss fl-a\u0127barijiet.", "Sakemm mas-snin, il-partit induna li ma kienx qed ju\u017cah b'mod tajjeb dan il-makkinarju biex iwassal il-messa\u0121\u0121 tieg\u0127u, u \u0127loqt il-programmi bit-telefonati.", "Il-fatt hu li Radio 101 kien il-'baby' tieg\u0127i u \u0121ieli kont inkun pre\u017centi fil-bord tal-g\u0127a\u017cliet g\u0127all-\u0121urnalisti tal-a\u0127barijiet.", "Wie\u0127ed minnhom kien Simon Busuttil li kien beda b\u0127ala \u0121urnalist fir-Radio 101,\" jg\u0127id Bundy.", "Fuq Radio 101 huwa ppre\u017centa Breakfast Show, Maltin Biss, Drive Time, Hello Cittadin, u Top 40.", "Fl-2004, beda jxandar \"Bundy on Bay\" fuq Bay Radio.", "Fl-2006, beda l-pro\u0121ett A3FM.", "Fl-2013, beda jxandar programm ta' diskussjoni tliet darbiet fil-\u0121img\u0127a fuq l-RTK.", "Fl-1972, Bundy ta' 12-il sena g\u0127amel l-ewwel dehra televi\u017civa tieg\u0127u waqt programm imsejja\u0127 \"Studio G\u0127at-Tfal\" fuq TVM, ippre\u017centat mill-g\u0127alliem tieg\u0127u tal-Ingli\u017c David Azzopardi li skopra t-talent tieg\u0127u.", "Huwa beda jippre\u017centa flimkien ma' Hector Bruno u Marbeck Spiteri, programm li kien immexxi minn David Azzopardi, Philip Farrugia Randon u Renato Agius Muscat.", "Fl-1990 beda jippre\u017centa programm televi\u017civ, \"Bon\u0121u Breakfast Show\" fuq Smash TV.", "Fl-1998 beda jippre\u017centa fuq in-NET TV.", "Fl-2002 mar ma' TVM sal-2007.", "Kien g\u0127amel sena ma' TVM bejn l-1995 u l-1996.", "Fl-2009 beda ja\u0127dem ma' ONE TV, l-istazzjon tal-Partit Laburista, sal-2013.", "\"Bejn l-2002 sal-2008 jien kont inxandar il-breakfast show fuq TVM.", "Kont applikajt biex nibda nxandar bi produzzjoni g\u0127al rasi mat-26th frame, u l-programm ma ng\u0127atalix, ma nafx g\u0127aliex u x'\u0121ara.", "U allura \u0121ejt f'sitwazzjoni li ridt nxandar x'imkien g\u0127ax l-g\u0127ixien tieg\u0127i hu x-xandir.", "L-uniku messa\u0121\u0121 li r\u010bevejt kienet e-mail ming\u0127and Joseph Muscat li kitibli hekk, 'Wara l-maltemp ji\u0121i l-bnazzi.", "L-aqwa ba\u0127rin huma tal-maltemp.", "Fejn nista' ng\u0127inek, g\u0127idli.'", "\"Kelli laqg\u0127a ma' Joseph Muscat fejn staqsieni kif seta' jg\u0127ini u g\u0127idtlu li jien xandar u xejn i\u017cjed.", "Ftehmna li nag\u0127mel il-breakfast show fuq ONE, 'Bongu Bundy', u kellna qbil li ma tid\u0127olx politika u ma da\u0127let qatt sa ma resqet il-kampanja elettorali fejn bdiet ti\u017cdied id-do\u017ca fl-a\u0127barijiet u anali\u017ci, u allura \u0127assejt li jkun a\u0127jar g\u0127all-Partit stess biex ikollu airtime biex ju\u017cah hu, u waqafna hemm.", "Sadanittant, kelli programm il-\u0120img\u0127a filg\u0127axija, 'Affari Tag\u0127na' li kien il-flagship tal-ONE.", "Per\u00f2, kelli ftehim ma' Muscat li dan il-programm jintemm e\u017catt mill-g\u0127ada tal-elezzjoni, u hekk \u0121ara.", "Ke\u010b\u010bejt lili nnifsi fit-8 ta' Marzu.\"", "Fost l-o\u0127rajn, huwa ppre\u017centa l-programmi: Karaoke Show, The Bundy Road Show, G\u0127odwa \u0120dida, Ejj'Oqg\u0127od, Mid-Dinja tal-Futbol, Bottegin, Hawn A\u0127na, Bon\u0121u, Ta' Bundy, Bon\u0121u Bundy u Affari Tag\u0127na.", "Huwa ippre\u017centa The Malta Song for Europe, The Malta Song Festival, il-Festival tal-Indipendenza, ikkummenta l-Eurovision song festivals g\u0127all-PBS, Movie Spectacular, L-Istrina u Rockestra fost l-o\u0127rajn.", "Fl-2007, reba\u0127 il-Premju tal-Aqwa Pre\u017centatur u wkoll il-Best Daily Magazine Programme fis-Samsung Malta Television Awards 2007/8 u re\u0121a' g\u0127amel dan sena wara fil-Go Malta Television Awards.", "B\u0127ala kantant u mu\u017ci\u010bist Bundy reba\u0127 diversi festivals b\u0127al: Un Disco Per l'Estate Giovane fl-1976, Canzonissima Malta fl-1980, L-G\u0127anja Tal-Poplu bid-diska li baqg\u0127et famu\u017ca \"Pajji\u017c tal-Mickey Mouse\" fl-1995 u l-Festival tal-Kanzunetta Maltija flimkien ma' Enzo Guzman u Tony Camilleri fl-1996, bil-kanzunetta \"Din g\u0127alikom \u0127bieb tieg\u0127i\".", "Fl-1978 reba\u0127 il-Premju tal-Aqwa Kompo\u017citur \u017bag\u0127\u017cug\u0127 fil-Festival of Arts u fl-1996 \u0121ie vvutat b\u0127ala \"L-Aqwa Personalit\u00e0 tas-Sena\".", "Fl-1996, Bundy kien \u0127are\u0121 g\u0127all-elezzjoni mal-Partit Nazzjonalista fuq ir-Raba' Distrett (\u0126al Tarxien, Ra\u0127al \u0120did, Marsa, Gudja u Santa Lu\u010bija) u \u0121ab 397 vot u ma kienx elett.", "G\u0127al \u0127afna snin, huwa immilita fil-Partit Nazzjonalista, kien jorganizza spettakli u maratoni \u0121bir ta' fondi.", "\"Kelli sehem kbir fl-aktar mumenti glorju\u017ci tal-PN.", "Meta kellu magna ta' propaganda tajba u meta kellu l-volontarjat ja\u0127dem mija fil-mija, meta kien partit frisk u modern.", "I\u017cda ma\u017c-\u017cmien kollox jeqdiem,\" qal Bundy f'intervista fl-2016.", "\"Kien fl-2003 li bdejt in\u0127oss li l-partit kien qed jie\u0127u direzzjoni \u0127a\u017cina u kien qed jinjora lin-nies.", "Twieldet l-arroganza fil-Partit u minkejja li Gonzi kien Prim Ministru tajjeb \u0127afna, ma kellux il-\u0127in jikkontrolla min\u0127abba l-impenji tieg\u0127u ta' Prim Ministru.\"", "Mill-10 ta' Mejju 2009 beda jersaq lejn il-Partit Laburista, meta kellu l-ewwel intervista ma' Joseph Muscat ta\u0127t tinda fir-Rabat.", "Meta resqet il-kampanja g\u0127al-elezzjoni \u0121enerali tal-2013 intervista \u0127afna drabi lil Muscat.", "Fl-1988, huwa \u017c\u017cewwe\u0121 lil Claudette Fiorini minn Bir\u017cebbu\u0121a u fl-1992 kellhom tifla, Samyra.", "Jg\u0127ixu l-Fgura."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23441", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23441", "title": "Massimiljanu Kolbe", "text": ["Massimiljanu Kolbe", "Massimiljanu Marija Kolbe (\"Maksymilian Maria Kolbe\"; Zdunska-Wola, Polonja, 7 ta' Jannar 1894 - Auschwitz, Polonja, 14 ta' Awwissu 1941), imwieled bl-isem ta' Rajmond Kolbe, kien patri Fran\u0121iskan Konventwali li ta \u0127ajtu g\u0127al pri\u0121unier ie\u0127or f'kamp ta' kon\u010bentrament Na\u017cista.", "Bin Julius u Maria mwielda Dabrowska, Rajmond kien it-tieni wild minn \u0127amsa.", "Il-familja Kolbe ma kinitx sinjura u g\u0127alhekk kellhom jitilqu minn Zduska Wola g\u0127al Pabjanice bit-tama ta' futur ahjar.", "Fi tfulitu Rajmondu kien daqxejn wa\u0127da mqareb.", "Darba g\u0127amel xi praspura u ommu b'ton a\u0127rax qaltlu: \"Int ma nafx x'g\u0127ad isir minnek!\"", "Dal-kliem ta' ommu \u010baqilqu minn \u0121ewwa u mar jitlob quddiem statwa tal-Madonnna: \"Madonna, ommi ma tafx x'g\u0127ad isir minni\".", "Jing\u0127ad li l-Madonna we\u0121bitu b'dan il-mod: dehritlu b'\u017cew\u0121 kuruni f'idejha: wa\u0127da \u0127amra (martirju) u wa\u0127da bajda (safa).", "Marija stednitu jag\u0127\u017cel wa\u0127da minnhom u hu g\u0127a\u017cilhom it-tnejn.", "I\u017cjed tard Massimiljanu kiteb: \"Irrid nsir qaddis, qaddis kbir.", "Kul\u0127add jista' jsir qaddis basta jkun irid\".", "Fl-1907, Rajmond u \u0127uh Fran\u0121isku qasmu l-fruntiera u marru f'Leopoli, l-Awstrija biex jistudjaw fil-Kulle\u0121\u0121 tal-Patrijiet Fran\u0121iskani Konventwali.", "Fl-1910 Rajmond beda n-novizzjat mag\u0127hom, u fl-istess waqt bidel ismu f'Massimiljanu.", "Sena wara g\u0127amel il-professjoni reli\u0121ju\u017ca.", "Fl-1912 intbag\u0127at Ruma biex jistudja l-Filosofija u t-Teolo\u0121ija.", "Fir-Re\u0121istri tal-Kulle\u0121\u0121 f'Ruma nsibu dan il-kumment fuqu: \"Massimiljanu Kolbe: \u017cag\u0127\u017cug\u0127 qaddis\".", "Fl-1914 g\u0127amel il-professjoni solenni tieg\u0127u, u b'qima lejn il-Madonna \u017cied l-isem \"Marija\" ma' Massimiljanu.", "Waqt li kien Ruma g\u0127all-istudju, Massimiljanu, ra g\u0127addejja dimostrazzjoni tal-Ma\u017cuni.", "Dawn kellhom standard li fuqu kien hemm xbiha ta' San Mikiel mirbu\u0127 mix-Xitan.", "Il-Ma\u017cuni g\u0127ajtu kliem ta' dag\u0127a lejn it-tieqa tal-Papa u nstemg\u0127u jg\u0127idu li x-xitan g\u0127ad isaltan fil-Vatikan u l-Papa g\u0127ad ikollu jaqdih.", "Kien b'reazzjoni g\u0127al dan li fl-1917, flimkien ma' sitta minn s\u0127abu waqqaf il-\"Pija Unjoni tal-Milizzja tal-Immakulata\".", "Kien jemmen li \"\"\"Hemm b\u017conn li l-Immakulata tid\u0127ol fil-qalb ta' kull bniedem u dan sabiex tkun Hi li hemm twaqqaf it-tron tal-Iben t'Alla.\"\"\"", "Kien i\u0127obb jg\u0127id: \"Min g\u0127andu lil Marija b\u0127ala ommu, g\u0127andu lil \u0120es\u00f9 b\u0127ala \u0127uh.\"", "Fit-28 ta' April 1918, \u0121ie ordnat sa\u010berdot fil-Knisja ta' Sant'Andrea della Valle, f'Ruma.", "Kolbe marad serjament bit-tuberkolozi, marda li kompliet tag\u0127tih problemi tul \u0127ajtu kollha.", "Fl-1919, malli \u0127a l-lawrija fit-teolo\u0121ija telaq lejn Krakovja fil-Polonja.", "It-tobba iddikrawh inkurabbli mit-tuberkolo\u017ci.", "Pulmun minnhom niexef u l-ie\u0127or mimsus ukoll mil-marda.", "I\u017cda dan ma qatalux qalbu.", "Fil-Polonja wkoll beda l-Milizzja tal-Immakulata.", "U fl-1922 beda jo\u0127ro\u0121 rivista, \"Il-Kavallier tal-Immakulata\", u wara rivista o\u0127ra g\u0127at-tfal, \"Il-Kavallier \u010akejken\".", "Il-kunvent fejn kien jg\u0127ix, fi Grondo, inbidel fi stamperija u r-rivista kienet su\u010b\u010bess kbir tant li la\u0127qet is-70,000 kopja.", "Kolbe ried jibni kunvent u jiddedikah lill-Immakulata.", "Mhux kunvent biss imma belt.", "Hekk il-patrijiet \u0127allew Grondo u bdew jibnu kunvent \u0121did qrib Varsavja.", "Fl-1927, dan semmewh \"Niepokalanov\", li jfisser \"Belt tal-Immakulata\".", "Fi ftit snin Niepokalanov sar l-ikbar kunvent ta' patrijiet fid-dinja.", "Fl-1930, din il-belt kellha: kulle\u0121\u0121, sptar, stamperija, stazzjon tar-radju, laboratorju g\u0127all-mastrudaxxi u \u0127ajjata.", "Fl-1939, Niepokalanov kellha 762 ru\u0127: 13-il sacerdot, 18-il novizz, 527 patri, 122 \u017cag\u0127\u017cug\u0127 fis-seminarju Minuri u 82 kandidat g\u0127as-sa\u010berdozju.", "Il-patrijiet kienu wkoll tobba, dentisti, bdiewa, mekkaniks, \u0127ajjata, bennejja, skrapan, stampaturi u \u0121urnalisti.", "Il-kunvent enormi kien i\u017comm fuq saqajh bil-\u0127idma tal-patrijiet.", "\"Il-Kavallier tal-Immakulata\" issa tela' g\u0127al 750,000 kopja fix-xahar.", "\"Il-jum mimli xog\u0127ol.", "In-numru tal-qarrejja dejjem ji\u017cdied.", "M'g\u0127andix \u017cmien biex nimrad.", "Imma xi drabi l-\u0127mura ta' wi\u010b\u010bi turi d-deni li jkolli fuqi.\"", "Fl-1930, minkejja li kien marid, flimkien ma' erba' reli\u0121ju\u017ci o\u0127ra mar il-\u0120appun, f'Nagasaki.", "Hawn ukoll beda jo\u0127ro\u0121 ir-rivista ta' \"Il-Kavallier tal-Immakulata\", bil-\u0120appuni\u017c.", "Waqqaf kunvent iddedikat lill-Immakulata li semmieh \"Mugenzai no sono\", il-\u0120nien tal-Immakulata.", "Fil-\u0120appun huwa ma ppruvax jimponi l-ideat reli\u0121ju\u017ci tieg\u0127u u l-kultura Ewropea, i\u017cda da\u0127al fi djalogu mal-Buddisti u rnexxielu jsir \u0127abib ta' xi u\u0127ud minnhom.", "Massimiljanu Kolbe \u017car Malabar, fl-Indja, kif ukoll is-Siberja u Moska, dejjem bix-xewqa li jwassal il-messa\u0121\u0121 Nisrani.", "Fl-1936, re\u0121a' lura lejn art twelidu min\u0127abba sa\u0127\u0127tu.", "Fl-1939 faqqg\u0127et it-Tieni Gwerra Dinjija, u l-armata Na\u017cista ma damitx ma qab\u017cet il-fruntiera u da\u0127let fil-Polonja.", "Fit-13 ta' Settembru 1939, il-kunvent ta' Niepokalanov kien okkupat min-Na\u017cisti u l-patrijiet ittie\u0127du l-\u0120ermanja.", "Fosthom kien hemm Patri Kolbe, li i\u017cda n\u0127eles fit-8 ta' Di\u010bembru.", "Lura f'Niepokalanov, huwa biddel il-kunvent f'rifu\u0121ju g\u0127al 3,000 Pollakk, li 2,000 minnhom kienu Lhud.", "Fi\u017c-17 ta' Frar 1941 \u0121ie arrestat u ttie\u0127ed f'\u0127abs fi Pawiak, f'Varsavja, fejn kontra qalbu kellu jin\u017ca l-libsa Frangiskana u flokha jilbes l-uniformi tal-pri\u0121unieri.", "Fit-28 ta' Mejju 1941 \u0127aduh fil-kamp tal-kon\u010bentrament ta' Auschwitz, fejn fl-ifran tieg\u0127u n\u0127arqu iktar minn \u0127ames miljun ru\u0127.", "Hemm, Patri Kolbe sar numru: 16670.", "Il-Kmandant Krott kien jag\u0127tih xog\u0127ol iebes iktar minn \u0127addie\u0127or.", "Darba, g\u0127abbieh b'tag\u0127bija tqila u \u0121ieg\u0127lu ji\u0121ri biha.", "Huwa ma fela\u0127x u waqa' bit-tag\u0127bija.", "Krott qabad isawtu sakemm tilfu minn sensieh.", "F'Lulju, Kolbe ntbag\u0127at fil-kamp tal-invalidi, fi Blokk 14.", "\u0120ara li wie\u0127ed mill-pri\u0121unieri \u0127arab u skond il-li\u0121i kiefra tal-kamp, g\u0127axar pri\u0121unieri mill-istess blokk tieg\u0127u kellhom ji\u0121u maqtula bil-\u0121u\u0127 fi\u010b-\u010bella tal-mewt.", "Is-sur\u0121ent Fran\u0121isk Gajowniczek meta \u0121ie mag\u0127\u017cul biex ikun wie\u0127ed mill-g\u0127axra g\u0127ajjat: \"G\u0127a\u017ci\u017ca marti miniex ser narak i\u017cjed!", "G\u0127e\u017cie\u017c uliedi li llum ser issiru ltiema minn missierkom, insellmilkom darba g\u0127al dejjem!\"", "G\u0127al dan il-kliem Patri Kolbe \u0127are\u0121 mil-linja tieg\u0127u, ne\u0127\u0127a l-berritta minn rasu, mar quddiem il-kmandant u waqt li wera b'idejh is-sur\u0121ent, qallu: \"Jiena sa\u010berdot kattoliku mill-Polonja; jiena xi\u0127; g\u0127alhekk irrid nie\u0127u postu g\u0127ax hu g\u0127andu l-mara u t-tfal\".", "Patri Kolbe u d-disg\u0127a l-o\u0127ra \u0121ew imne\u017c\u017cg\u0127in minn \u0127wejji\u0121hom u mitfug\u0127in f'bunker fi Blokk 11, biex imutu bla ikel u bla xorb.", "Mill-bunker kien jinstema' kuljum talb u kant.", "Kolbe rnexxielu jibdel i\u010b-\u010bella tal-infern f'kappella.", "Wara \u0121img\u0127atejn, sitta kienu mietu, tlieta kienu mitlufin minn sensihom u Patri Kolbe biss kien g\u0127adu \u0127aj u f'sensih.", "Temmewlu \u0127ajtu b'injezzjoni tal-velenu.", "Lil Hans Boch, li tah l-injezzjoni qallu: \"Int ma fhimt xejn mill-\u0127ajja...\" u filwaqt li dan \u0127ares lejh mistag\u0127\u0121eb, Kolbe ssokta: \"...il-mibeg\u0127da ma tiswa g\u0127alxejn...", "L-im\u0127abba biss to\u0127loq\".", "L-a\u0127\u0127ar kliem tieg\u0127u, b'idu miftu\u0127a, kien: \"Ave Maria!\".", "Dakinhar kien l-14 ta' Awissu 1941.", "Jirrakonta wie\u0127ed mill-gwardji tal-kamp, Borgoviec: \"Mitluf fit-talb, newwel drieg\u0127u lill-bojja.", "Jien ma fla\u0127tx u tlaqt 'il barra.", "Mort lura iktar tard u sibtu hemm bilqieg\u0127da, mistrie\u0127 mal-\u0127ajt u rasu mmejla lejn ix-xellug.", "G\u0127ajnejh miftu\u0127a bera\u0127 i\u0127arsu 'l fuq\".", "Fis-17 t'Ottubru 1971, Massimiljan Kolbe \u0121ie ddikjarat Beatu minn Papa Pawlu VI.", "Fl-10 ta' Ottubru 1982, il-Papa \u0120wanni Pawlu II iddikjarah Qaddis u Martri tal-im\u0127abba u \"patrun ta' dan is-seklu diffi\u010bli\", g\u0127ax \"im\u0127abba akbar minn din m'hemmx, milli wie\u0127ed jag\u0127ti hajtu g\u0127al \u0127biebu\".", "Huwa l-qaddis patrun ta' dawk li g\u0127andhom problema tad-droga, tal-pri\u0121unieri politi\u010bi, tal-familiji, tal-\u0121urnalisti, u tal-moviment favur il-\u0127ajja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23448", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23448", "title": "Plejju", "text": ["Plejju", "Il-Plejju (Mentha pulegium ) hi xitla erba\u010bea perenni li tappartieni g\u0127all-familja Lamiaceae, nattiva fl-Ewropa, l-Afrika ta' Fuq u l-Asja temperata.", "Ilha mag\u0127rufa mill-Qedem b\u0127ala pjanta medi\u010binali.", "Ma \u0121ietx meqjusa b\u0127ala memebru tal-\u0121eneru \"Mentha\" sal-epoka moderna.", "Waqt li kienet apprezzata \u0127afna sar-Rinaxximent, il-konsum tag\u0127ha anki b\u0127ala infu\u017c\u017cjoni, mhuwiex irrikmandat min\u0127abba komponent epatotossiku \u0127afna, il-pulegon, li kultant ikun hemm kon\u010bentrazzjoni qawwija tieg\u0127u..", "Fl-Antikit\u00e0 Ewropeja, intu\u017caw bosta fitonimi biex jiddeskrivu l-\u0121eneru \"Mentha\".", "Il-filologu Jacques Andr\u00e9 il-plejju sejja\u0127lu \"p\u016bleium\", l-isem u\u017cat mill-en\u010biklopedista Ruman tal-ewwel seklu, Plinju l-Kbir fl-\"Istorja Naturali\", 20, 152 u minn Dijoskoride, \"De Materia Medica\" 3, 31.", "Kien irrikmandat b\u0127ala emmenagogu u abortiv.", "L-isem Malti, plejju, \u0121ej mill-Isqalli \"puleu\", li \u0121ej mill-Latin popolari \"*p\u01d4leium\" (Latin klassiku \"p\u016bleium\") g\u0127aliex kien jintu\u017ca kontra l-brieg\u0127ed (berg\u0127ud jissejja\u0127 pulex bil-Latin).", "Fix-xog\u0127ol fundatur tan-nomenklatura moderna \"Species plantarum\" (1753), Carl Linneaus iddeskriva 10 spe\u010bi ta' \"Mentha\". fosthom \"Mentha pulegium\".", "Din hi pjanta perenni bir-ri\u017comi, baxxa, g\u0127olja minn 10 \u010bm sa 55 \u010bm, li spiss tg\u0127ix f'ambjenti umdi u tarmi ri\u0127a ta' lumi.", "Iz-zkuk g\u0127andhom sezzjoni kwadra, huma ftit jew wisq weqfin b'kulur \u0127adrani jew fil-gri\u017c u mifruxin jew reqdin, fa\u010bilment jo\u0127or\u0121u g\u0127eruq ni\u017clin l-isfel mill-g\u0127ekiesi ta' ta\u0127t.", "Il-plejju g\u0127andu weraq, \u017cg\u0127ar (0,8-1,3 cm x 5-6 mm) kontra xulxin ta' g\u0127amla ovali jew oblunga, kwa\u017ci s\u0127a\u0127 (b'dentellatura jew merlatura \u0127afifa), b'pi\u010b\u010bjol qasir, ba\u017ci tond u api\u010bi ottu\u017c.", "Il-fjuri, li jo\u0127or\u0121u fis-Sajf, minn Lulju sa l-a\u0127\u0127ar ta' Settembru, huma ro\u017ca-lel\u00e0, xi minn daqqiet bojod u huma mi\u0121burin f'qieg\u0127 il-weraq f'glomeruli (verti\u010billi foloz) imqeg\u0127din imbeg\u0127din matul iz-zokk.", "Il-kal\u010bi hu muswaf, glandulari, tubolari u l-g\u0127onq hu mag\u0127luq b'xag\u0127ar qrib xulxin; hu bilabjat b' \u0127ames snien inegwali (i\u017c-\u017cew\u0121 snien ta' ta\u0127t huma idjaq).", "Il-korolla mqabb\u017ca (li tifforma ru\u017cun) hi mag\u0127mula minn 4 lobi b\u0127al xulxin.", "L-4 stamijiet huma prominenti. i\u017c-\u017cew\u0121 karpelli huma solidi.", "Il-frott hu akenju.", "Din hi xitla nattiva fl-Ewropa, il-punent tal-Asja (minn \u010aipru sat-Turkmenistan) u t-tramuntana tal-Afrika (mill-Marokk sal-E\u0121ittu):", "Il-plejju sar naturalizzat f'bosta pajji\u017ci : l-Awstralja, New Zealand, L-Istati Uniti, il-Bra\u017cil, l-Ar\u0121entina, i\u010b-\u010aile, l-Urugwaj.", "Ji\u0121i kkulivat fil-\u0120or\u0121ja, l-Indja, l-Indone\u017cja, l-Ewropa, Il-Kanada, l-Istati Uniti, il-Messiku, Kuba, il-Bra\u017cil, i\u010b-\u010aile.", "Il-plejju j\u0127obb l-art umda.", "Dawn huma xi sinonimi ta' \"Mentha pulegium\" skont Tucker ut Naczi : Il-botanista-\u0121ardinar tal-\u0120nien Botaniku ta' Chelsea, Philip Miller, g\u0127a\u017cel li jiikklasifika l-pjanta ta\u0127t il-\u0121eneru \"Pulegium\", min\u0127abba l-u\u017cu tradizzjonali ta' \"Pulegium regium\" u\u017cat mill-erboristi u l-\u0121ardinara.", "G\u0127alkemm Miller stess qabel ma' Tournefort u Linnaeus li g\u0127adu jkun ta\u0127t il-\u0121eneru \"Mentha\", \u010beru numru ta' botanisti baqg\u0127u ju\u017caw il-\u0121eneru \"Pulegium\" sal-a\u0127\u0127ar tas-seklu 19.", "Il-varjet\u00e0 \"micrantha\", li tikber fin-nofsinhar tar-Russja u fil-Ka\u017cakstan, ing\u0127atat ukoll dawn l-ismijiet:", "I\u017c-\u017cejt essenzjali jinkiseb bid-distillazzjoni tal-fwar tal-ilma mill-partijiet 'il fuq mill-art tal-pjanta.", "Il-plejju fih tliet kimotipi Il-pulegon u l-mentofuran (li hu prodott bijosintetikament mill-pulegone permezz tal-enzima sinta\u017ci tal-mentofuran) huma komposti epatotossi\u010bi.", "Jista' jkun hemm kon\u010bentrazzjonijiet g\u0127olja minnhom.", "Kokkini et al. (2002) analizzaw g\u0127axar popolazzjonijiet ta' plejju mi\u0121burin mill-Gre\u010bja kollha u sabu varjazzjonijiet enormi fil-livelli tal-pulegon, minn tra\u010b\u010bi (<0.1 %) sa 90,70 %.", "\u017bew\u0121 popolazzjonijiet biss kienu g\u0127onja fil-pulegon (42,9 % et 90,7 %), l-o\u0127rajn kien fihom kwantit\u00e0 \u0127afna i\u017cg\u0127ar (sa 35 %).", "Dawn tal-a\u0127\u0127ar kienu rikki fil-menton/isomenton, kif ukoll fil-piperiton/piperitenon jew piperiton.", "L-anali\u017ci tal-plejju mi\u0121bur mix-Xlokk tal-Al\u0121erija ta dawn ir-ri\u017cultati (Boukhebti et al, 2011) : Fil-plejju mi\u0121bur minn Santar\u00e9m fil-Portugall, Teixeira et al sabu dawn il-komposti :", "Il-plejju kienu jafu bih u ju\u017cawh fl-E\u0121ittu u l-Mesopotamja antiki.", "Fl-Antikit\u00e0 Ewropeja, il-plejju kien ukoll mag\u0127ruf \u0127afna, bl-isem ta' Grieg \"blekson\" \u03b2\u03bb\u03ae\u03c7\u03c9\u03bd, mit-tobba Ippokrati\u010bi, (seklu 5 QK), mil-filosfu botanista Teofrastu (seklu 4 QK) u mill-farmakologu tal-ewwel seklu Dijoskoride.", "Il-plejju kien mag\u0127ruf b\u0127ala abortiv u emmenagogu, \u017cew\u0121 proprjetajiet li baqg\u0127u attribwiti lilu g\u0127al \u017cew\u0121 millenji .", "Ir-Rumani kienu jafuh bl-isem ta' \"p\u016bleium, p\u016bl\u0113gium\" kif jixhdu ir-referenzi g\u0127alih mill-en\u010biklopedista [[Pline l-Kbir|Plinju], (Hist.Nat., 20, 152) jew fil-ktieb ta' ri\u010betti \"De re coquinaria\".", "Fost l-ingredjenti tar-ri\u010betti attribwiti lill-[[Marku Gavju Api\u010bju|Api\u010bju]], insibu xi t\u0127awwir bil-plejju nixef (b\u0127all-bettie\u0127a bl-g\u0127asel, b\u017car, \u0127all u plejju).", "Il-plejju kien irrikmandat g\u0127all-gdim mis-sriep, tniggi\u017c mill-iskorpjuni, il-kolika, l-u\u0121ig\u0127 ta'ras ... u l-\"u\u0121ig\u0127 intern kollu\", spi\u010b\u010bja jg\u0127id Plinju.", "Meta sfaxxa l-[[Imperu Ruman tal-Punent]] fis-seklu 5, il-medi\u010bina tal-antikit\u00e0 g\u0127abet ukoll.", "Il-[[Galenu|Galeni\u017cmu]], rivedut minn [[Al-Ra\u017ci]] u [[Ibn Sina]] (Avi\u010benna) ma wasalx lura fl-Ewropa Punentija qbel is-sekli 11 u 12.", "Bil-kontra, ix-xog\u0127ol ta' Dijoskoride, baqa' a\u010b\u010bessibbli permezz ta' xi manuskritti, kopji tat-traduzzjoni Latina [[De materia medica]].", "Fis-seklu 15, insibu l-indikazzjonijiet ta' Dijoskoride g\u0127all-plejju : \"l-u\u017cu immoderat ta' din ix-xitla fit-tqala jipprovoka l-abort\" f' \"De viribus herbarum\" ta' Oddone ta'Meung.", "Il-plejju baqa' dejjem tip ta' pana\u010bea.", "Pour chasser les puces, on employait la fum\u00e9e des fleurs fra\u00eeches br\u00fbl\u00e9es, d'apr\u00e8s l\"'Hortus sanitatis\" ().", "Il figurait aussi parmi les plantes potag\u00e8res recommand\u00e9es dans le [[capitulaire De Villis]] au [[Moyen \u00c2ge]].", "Le texte de r\u00e9f\u00e9rence de Dioscoride, \"[[De materia medica]]\", fut abondamment recopi\u00e9 jusqu'au d\u00e9but du sans qu'il soit porteur d'un progr\u00e8s notable dans l'analyse pharmacologique.", "Le tournant s'op\u00e8re \u00e0 l'\u00e9poque de la [[Renaissance]], o\u00f9 les riches commentaires du m\u00e9decin [[Pierandrea Mattioli|Mattioli]] apportent une contribution nouvelle \u00e0 la mati\u00e8re m\u00e9dicale, en s'effor\u00e7ant de donner des descriptions botaniques pr\u00e9cises, accompagn\u00e9es d'illustrations, permettant de le distinguer du [[calament]] et du [[dictame]].", "Matthiole indique que les Allemandes le cultivent avec soin, en pots ou en pleine terre, pour leur usage personnel (\u00ab pour s'en servir en leurs privez affaires \u00bb traduction de A. du Pinet, 1627).", "[[Jacques Dal\u00e9champs]] \u00e0 la m\u00eame \u00e9poque compile une tr\u00e8s longue liste de bienfaits apport\u00e9s par le pouliot (Hist. g\u00e9n. des plantes).", "\u00c0 l'\u00e9poque de la [[Renaissance]], commencent \u00e0 appara\u00eetre avec [[Hieronymus Brunschwig|Brunschwig]], des ouvrages vantant les traitements obtenus par la distillation des plantes m\u00e9dicinales.", "Mais le premier \u00e0 donner un traitement d\u00e9taill\u00e9 de la distillation des plantes aromatiques (comme la menthe, le calament et le pouliot) est le [[wikt :polymathe|polymathe]] [[Naples|napolitain]] [[Della Porta]], d'abord dans \"[[Magia naturalis]] (1589) puis [[De distillatione, libri IX.]]\" (1608).", "Il r\u00e9cup\u00e8re \u00ab l'huile parfum\u00e9e de pouliot \u00bb surnageant sur le distillat et la recommande pour fortifier l'estomac, contre les douleurs de matrice et pour provoquer les menstrues etc.", "La grande r\u00e9putation du pouliot s'est \u00e9teinte peu \u00e0 peu apr\u00e8s la Renaissance.", "Pourtant, l'\u00e9cho de cette haute estime retentira jusqu'au chez l'ethnobotaniste [[Pierre Lieutaghi]] qui en vente les grands m\u00e9rites en ces termes : \u00ab Le pouliot est une des Menthes sauvages les plus agr\u00e9ablement parfum\u00e9es ; sa senteur citronn\u00e9e persiste bien au s\u00e9chage et son infusion est une des plus d\u00e9licieuses qui soient. \u00bb", "(\"Le livre des Bonnes Herbes\", 1999).", "Il lui reconnait de nombreuses propri\u00e9t\u00e9s m\u00e9dicinales, comme d'\u00eatre un bon expectorant et un s\u00e9datif de la toux, \u00ab \u00e0 la fin d'un repas, une infusion de Pouliot (d\u00e9licieuse, surtout si on lui joint du Serpolet \u00e0 part \u00e9gale) facilite beaucoup la \"digestion\", combat les \"fermentations\", les \"lourdeurs de t\u00eate\" ; c'est l'une des meilleures boissons digestives, tr\u00e8s salutaire, en particulier \u00e0 ceux qui souffrent d'insuffisance h\u00e9patique \u00bb (\u00e0 la d\u00e9charge de Lieutaghi, signalons que l'\u00e9dition originale de ce texte est de 1966, avant que l'extr\u00eame toxicit\u00e9 de la pul\u00e9gone ne soit \u00e9tablie).", "I\u017c-\u017cejt essenzjali tal-plejju ma jistax ji\u0121i in\u0121estit g\u0127ax hu velenu\u017c \u0127afna anki b'do\u017ci \u017cg\u0127ar, u l-konsumm tieg\u0127u jista' jikkaw\u017c l-mewt.", "Ja\u0127sbu li l-metabolita [[mentofurano]] hu l-a\u0121ent tossiku ewlieni.", "Sono state notate complicanze dovute al tentativo di usare l'olio per l'autoinduzione dell'[[aborto]].", "Ad esempio, nel 1978, una diciottenne incinta di Denver, Colorado, mor\u00ec entro una settimana dal consumo di un'oncia di olio concentrato di pulegio nel tentativo di autoprocurarsi l'aborto.", "Esistono numerosi studi che dimostrano la tossicit\u00e0 di quest'olio sia per l'uomo che per l'animale.", "Dal momento che il [[Congresso degli Stati Uniti]] ha approvato il \"Dietary Supplement Health and Education Act\" nell'ottobre 1994 tutte le preparazioni a base di olio di pulegio americane recano un'etichetta di avvertimento contro il suo uso in gravidanza, quantunque l'uso di quest'olio non sia regolato dalla [[Food and Drug Administration]].", "Questa pianta, che a Roma e dintorni \u00e8 chiamata Menta romana, \u00e8 usata nella capitale per insaporire l'agnello e la [[trippa]] alla romana.", "Nell'uso culinario non deve essere confusa con la \"mentuccia\" o \"nepit\u00e9lla\" ([[Clinopodium nepeta]]), la quale a Roma viene usata per la preparazione dei carciofi.", "[[Categoria:Lamiaceae]] [[Categoria:Piante medicinali e officinali]] [[Categoria:Taxa classificati da Linneo]] [[Categoria:Piante aromatiche]]"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23454", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23454", "title": "Leo Brincat", "text": ["Leo Brincat", "Leo Brincat (Bormla, 26 ta' Settembru 1949) kien Ministru tal-Finanzi bejn l-1997 u l-1998 u Ministru tal-Ambjent bejn l-2013 u 2016.", "Fl-2016 kien ma\u0127tur b\u0127ala l-Membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.", "Bin Pawlu u Carmen imwielda Attard, studja l-Li\u010beo bejn l-1959 u l-1964; u l-Business Studies fl-MCAST fl-1965.", "Fl-1976, huwa da\u0127al fl-E\u017cekuttiv tal-Partit Laburista u bejn l-1977-1981 kien Uffi\u010bjal tal-Propaganda tal-Partit.", "Mill-1978 sal-1981 kien President tal-Partit u Segretarju Internazzjonali, sa mill-1982.", "Huwa kien elett Membru tal-Parlament f'isem il-Partit Laburista fl-1982.", "Mill-1982 sal-1983 kien membru tad-Delegazzjoni g\u0127all-Kunsill tal-Ewropa.", "Fl-a\u0127\u0127ar sena ta' Gvern Laburista mmexxi minn Karmenu Mifsud Bonnici kien ma\u0127tur Segretarju Parlamentari g\u0127ad-Djar (1986-1987).", "Kien rappre\u017centant tal-Partit fis-Socialist International.", "Huwa re\u0121a' kien elett fl-elezzjonijiet tal-1987, 1992 u 1996.", "Sa mill-1992 kien il-Kelliem tal-Oppo\u017cizzjoni g\u0127at-Turi\u017cmu.", "Kien chairman tal-Interprint Ltd, u Direttur tal-Medigrain.", "Kien Direttur tal-Libyan-Arab Maltese Holding Company.", "Kien Kap tar-Research & Advisory Unit tal-Mid-Med Bank.", "Fl-1997, serva b\u0127ala Ministru tal-Finanzi.", "Fil-le\u0121islatura 2008-2013, huwa kien il-Kelliem Ewlieni g\u0127all-Oppo\u017cizzjoni g\u0127all-Ambjent.", "Barra dan kien responsabbli ukoll minn Ener\u0121ija Alternattiva u Waste Managment.", "Kien ukoll chairman tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbli\u010bi.", "Fl-elezzjoni tal-2013 kkontesta fuq \u017cew\u0121 distretti d-disa' u l-g\u0127axar distrett.", "Huwa kien elett mid-disa' distrett fejn fl-ewwel g\u0127add kiseb 2,275 vot.", "F'Marzu 2013, huwa kien ma\u0127tur Ministru tal-Ambjent, l-I\u017cvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima.", "Huwa jikteb artikli ta' anali\u017ci politika barranija, i\u0127obb jaqra bijografiji politi\u010bi, u jsegwi mu\u017cika kontemporanja.", "Huwa \u017c\u017cewwe\u0121 lil Patricia fl-1974, u g\u0127andu tifla wa\u0127da, Erika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23456", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23456", "title": "Pablo Escobar", "text": ["Pablo Escobar", "Pablo Emilio Escobar Gaviria kien kriminal u traffikant tad-droga Kolombjan.", "Il-kartell tieg\u0127u kien jissupplixxi madwar 80% tal-kokaina f'kuntrabandu fl-Istati Uniti, bi qlig\u0127 ta' 60 miljun dollaru kuljum, jew 21.9 biljun dollaru fis-sena.", "Imlaqqam b\u0127ala \"Ir-Re tal-Kokaina\", hu kien l-iktar kriminal sinjur, bil-valur nett tieg\u0127u jil\u0127aq it-30 biljun dollaru fid-disg\u0127inijiet.", "F'punt minnhom, hu kien ukoll wie\u0127ed mill-g\u0127axar l-aktar nies sinjuri fid-dinja.", "Pablo Escobar twieled f'Rionegro, it-tielet fost sebat itfal tal-bidwi Abel de Jes\u00fas Dari Escobar u Hermilda Gaviria, g\u0127alliema tal-primarja.", "Ta' \u017cag\u0127\u017cug\u0127 beda l-karriera kriminali tieg\u0127u billi jisraq lapidi u jbieg\u0127hom lura lill-kuntrabandisti.", "Pablo studja g\u0127al xi \u017cmien fl-Universidad Aut\u00f3noma Latinoamericana ta' Medell\u00edn, imma \u0127alla l-Universit\u00e0 ming\u0127ajr ma kiseb grad."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23462", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23462", "title": "Hillary Clinton", "text": ["Hillary Clinton", "Hillary Diane Rodham Clinton (26 ta' Ottubru 1947) hija politika Amerikana u l-persuna nominata mill-Partit Demokratiku g\u0127al President tal-Istati Uniti fl-elezzjoni tal-2016.", "Hija serviet b\u0127ala Segretarju tal-Istat Amerikan bejn l-2009 u l-2013, Senatur li tirrappre\u017centa lil New York mill-2001 sal-2009, First Lady tal-Istati Uniti matul il-presidenza tar-ra\u0121el tag\u0127ha Bill Clinton mill-1993 sal-2001, u First Lady tal-Arkansas meta \u017cew\u0121ha kien Gvernatur 1979-1981 u 1983-1992.", "Imwielda f'Chicago u mrobbija fil-belt ta' Park Ridge, Illinois, Clinton attendiet il-Kulle\u0121\u0121 Wellesley, minn fejn ggradwat fl-1969, u wara attendiet il-Yale Law School fl-1973.", "Wara li serviet b\u0127ala konsulent legali tal-Kungress, marret tg\u0127ix fl-Arkansas, fejn i\u017c\u017ceww\u0121et lil Bill Clinton fl-1975.", "Fl-1977, hija kienet il-ko-fundatri\u010bi tal-Arkansas Advocates for Children and Families.", "Hija n\u0127atret b\u0127ala l-ewwel president mara tal-Korporazzjoni g\u0127as-Servizzi Legali fl-1978, u s-sena ta' wara, saret l-ewwel imsie\u0127ba mara fir-Rose Law Firm.", "B\u0127ala First Lady ta' Arkansas, hi mexxiet task force li r-rakkomandazzjonijiet tag\u0127ha g\u0127enu jirriformaw l-iskejjel pubbli\u010bi ta' Arkansas, u serviet fuq diversi bordijiet korporattivi.", "B\u0127ala First Lady tal-Istati Uniti, Clinton mexxiet l-isforz bla su\u010b\u010bess biex tippromulga l-pjan ta' kura tas-sa\u0127\u0127a Clinton tal-1993 Fl-1997 u fl-1999, hi g\u0127enet sabiex jin\u0127oloq \"State Children's Health Insurance Program\".", "Hija indirizzata wkoll il-problemi tal-adozzjoni u s-sigurt\u00e0 tal-familja u l-foster care.", "Waqt il-konferenza tan-NM tal-1995 dwar in-nisa, li saret f'Beijing, Clinton iddikjarat f'diskors meqjus kontroversjali u influwenti, li \"d-drittijiet tal-bniedem huma drittijiet tan-nisa u d-drittijiet tan-nisa huma drittijiet tal-bniedem\".", "I\u017c-\u017cwie\u0121 tag\u0127ha baqa' jrie\u0121i iffa\u010bjata bl-iskandlu Lewinsky tal-1998.", "Clinton kienet eletta fl-2000 b\u0127ala l-ewwel senatur mara minn New York, l-unika u l-ewwel mara li qatt fittxet karigi elettivi.", "Wara l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001, hi vvutat favur il-gwerra fl-Afganistan.", "Hija vvutat ukoll favur ir-Ri\u017coluzzjoni fuq l-Iraq (de\u010bi\u017cjoni li iktar tard nidmet minnha).", "Hija \u0127adet rwol ewlieni fl-investigazzjoni rigward il-kwistjonijiet ta' sa\u0127\u0127a li ffa\u010b\u010bjaw dawk li taw l-ewwel g\u0127ajnuna fil-11 ta' Settembru.", "Hija vvutat kontra l-tnaqqis fit-taxxa propost mill-President Bush.", "Hija kienet eletta mill-\u0121did fis-Senat fl-2006.", "\u0126ar\u0121et g\u0127al President fl-2008, u minkejja li reb\u0127et ferm aktar delegati minn kull kandidat femminili li qatt \u0127ar\u0121et qabilha, imbag\u0127ad tilfet in-nomina Demokratika li ntreb\u0127et minn Barack Obama.", "B\u0127ala Segretarju tal-Istat fl-amministrazzjoni Obama bejn l-2009 u l-2013, Clinton matul ir-Rebbieg\u0127a G\u0127arbija kienet favur l-intervent militari Amerikan fil-Libja.", "Hija g\u0127enet biex ji\u0121i organizzat i\u017colament diplomatiku u sanzjonijiet internazzjonali kontra l-Iran, fi sforz biex jintemm il-programm nukleari tal-Iran; u dan eventwalment wassal g\u0127al ftehim multinazzjonali fl-2015.", "Wara l-ewwel mandat ta' Obama hija rri\u017cenjat mill-kariga tag\u0127ha, kitbet il-\u0127ames ktieb tag\u0127ha u kellha \u0127afna diskorsi qabel ma \u0127abbret li kienet \u0127ier\u0121a t-tieni darba g\u0127all-elezzjonijiet presidenzjali, din id-darba dik tal-2016.", "Clinton r\u010beviet l-aktar voti u delegati primarji fil-2016 primaries Demokratika, ta\u010b\u010betta formalment in-nomina tal-partit tag\u0127ha g\u0127all-President tal-Istati Uniti 28 ta 'Lulju, 2016, ma mate vi\u010bi presidenzjali tmexxija, is-Senatur Tim Kaine.", "Hi saret l-ewwel kandidat mara li ji\u0121u nnominati g\u0127al president minn partit politiku ewlieni U.S..", "B\u0127ala parti mill 2016 pjattaforma tag\u0127ha, hija enfasizzat kuxjenza d\u0127ul, titjib fl-Att Kura affordabbli u ta 'riforma tal-finanzi kampanja u Wall Street.", "Hija tiffavorixxi jippermettu toroq g\u0127all \u010aittadinanza g\u0127all-immigranti ming\u0127ajr dokumenti, l-espansjoni u l-protezzjoni LGBT u d-drittijiet tan-nisa, u li jistitwixxi l-appo\u0121\u0121 tal-familja permezz leave tal-\u0121enituri m\u0127allas u qabel l-iskola universali."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23489", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23489", "title": "Fidel Castro", "text": ["Fidel Castro", "Fidel Castro (Bir\u00e1n, 13 ta' Awwissu 1926 \u2013 \u0126avana, 25 ta' Novembru 2016) kien rivoluzzjonarju Kuban li mexxa lil Kuba mill-1959 sal-2008.", "Ta\u0127t it-tmexxija tieg\u0127u, Kuba saret stat so\u010bjalista b'partit wie\u0127ed, l-industrija u n-negozju \u0121ew nazzjonalizzati u riformi so\u010bjalisti \u0121ew implimentati fis-so\u010bjet\u00e0.", "Bin bidwi Spanjol g\u0127ani, huwa studja l-li\u0121i fl-Universit\u00e0 ta' Havana fis-snin erbg\u0127in, minn fejn adotta politika xellugija anti-imperjalista.", "Kuba g\u0127addiet minn ta\u0127t diversi dittatorjati, li matulhom il-\u0127e\u0121\u0121a g\u0127ar-riforma \u0127alliet postha g\u0127al korruzzjoni u ripressjoni, l-aktar ta\u0127t Gerardo Machado (1925\u201333) u s-su\u010b\u010bessur tieg\u0127u, Fulgencio Batista y Zaldgvar li kien \u0127a\u0121a wa\u0127da mal-Istati Uniti.", "Fl-1 ta' Jannar 1959, Castro \u0127a t-tmexxija tal-pajji\u017c wara rivoluzzjoni popolari kontra d-dittatur Batista.", "Kien hemm \u0127afna sezzjonijiet tal-pajji\u017c li raw \u0127afna tajjeb f'Castro, b\u0127al ng\u0127idu a\u0127na l-\u0120i\u017cwiti.", "\u0126alliha li mbag\u0127ad wara, ir-rivoluzzjoni \u0127adet xejra anti-Kattolika.", "Castro mill-ewwel beda jwettaq programm ta' riformi ekonomi\u010bi u so\u010bjali i\u017cda ming\u0127ajr ma ta lura lill-pajji\u017c il-libertajiet li kien wieg\u0127ed qabel ma \u0127a l-poter.", "Dawk li bdew jopponuh intefg\u0127u l-\u0127abs jew inqatlu.", "Bil-mod il-mod, Castro innazzjonalizza kollox, \u0127afna drabi ming\u0127ajr ma ta xi kumpens lis-sidien ta' qabel tal-kumpaniji.", "Castro spe\u010bjalment fl-ewwel snin tieg\u0127u b\u0127ala politiku pin\u0121a lilu nnifsu b\u0127ala \u010b-\"champion\" ta' liberali\u017cmu kontra dak li \u0127afna kienu jikkonsidraw b\u0127ala l-imperjali\u017cmu kapitalista tal-Istati Uniti fl-Amerika Latina.", "Castro kien element qawwi fil-Gwerra Bierda, fi\u017c-\u017cmien meta l-ideolo\u0121iji kienu importanti \u0127afna fil-politika.", "Fl-1962 l-Amerika mponiet embargo fuq l-esportazzjoni minn Kuba li \u0127alla effett \u0127a\u017cin fuq l-ekonomija Kubana.", "Ir-relazzjonijiet bejn Kuba u l-Amerika komplew ji\u0127\u017cienu fil-bidu tas-snin 60 meta madwar 1,400 Kuban im\u0127arr\u0121in mic-CIA Amerikana ppruvaw jinvadu lil Kuba biex ine\u0127\u0127u lil Castro mill-poter, fil-mag\u0127rufa Bay of Pigs (1961), disfatta kbira g\u0127all-Gvern ta' Kennedy.", "Fl-1962 qamet il-kri\u017ci tal-missili nukleari tal-Unjoni Sovjetika f'Kuba li wasslet biex is-Sovjeti\u010bi jirtiraw il-missili fuq l-insistenza ta' l-Amerikani.", "L-involviment ta' Kuba fl-Amerika \u010bentrali, l-Afrika u l-Karibew komplew \u017ciedu l-antipatija lejhom min-na\u0127a ta' l-Amerikani.", "Ta\u0127t Castro, Kuba saret it-tieni l-inqas pajji\u017c fir-rata tal-illitteri\u017cmu fid-dinja (it-tieni l-aktar li jafu jaqraw).", "99.8% tal-Kubani jafu jiktbu u jaqraw.", "Fil-qasam tas-sa\u0127\u0127a, Kuba huwa l-iktar pajji\u017c fid-dinja li g\u0127andu tobba ras g\u0127al ras, u bag\u0127at fid-dinja eluf ta' tobba f'iktar minn erbg\u0127in pajji\u017c ie\u0127or.", "Fil-qasam ambjentali, fl-2007, Kuba kien l-uniku pajji\u017c fid-dinja li la\u0127aq id-definizzjoni tal-WWF ta' \u017cvilupp sostenibbli.", "I\u017cda mbag\u0127ad fl-ekonomija u iktar u iktar fejn jid\u0127lu drittijiet umani u libert\u00e0 reli\u0121ju\u017ca il-pajji\u017c baqag\u0127lu \u0127afna x'jaqdef biex imqar ikun fl-ewwel tal-nofs tal-istatistika dinjija.", "Il-bidliet kbar li se\u0127\u0127ew fis-snin tmenin fil-pajji\u017ci ta' l-Ewropa tal-Lvant, u t-tmiem ta' l-Unjoni Sovjetika \u0127allew lil Kuba i\u017colata politikament, filwaqt li l-embargo ta' l-Amerikani kompla jag\u0127mel \u0127afna \u0127sara lill-ekonomija Kubana.", "Fi Frar 1996, jet fighters Kubani waqqg\u0127u \u017cew\u0121 ajruplani Amerikani li kienu qed ituru fl-ispazju ta' l-ajru Kuban.", "L-embargo Amerikan sar iktar strett.", "Fl-1961, 80% tal-qassisin kellhom jitilqu minn Kuba.", "Wara l-famu\u017ca \"Bay of Pigs\", il-Gvern Komunist Kuban beda jqishom kompli\u010bi mal-Amerikani biex jippruvaw ine\u0127\u0127uh mis-setg\u0127a.", "L-Istat beda jippromwovi l-atei\u017cmu u jikkunsidra r-reli\u0121jonijiet b\u0127ala twemmin superstizzju\u017c u injorant.", "Il-Kattoli\u010bi u nies ta' reli\u0121jonijiet o\u0127ra kienu ji\u0121u ppersegwitati fl-iskejjel u fuq il-postijiet tax-xog\u0127ol.", "Minkejja dawn is-snin kollha ta' propoganda anti-reli\u0121ju\u017ca, il-Knisja Kubana llum tistma li 60% tal-Kubani huma Kattoli\u010bi u jinsabu mferrxin fi \u0127dax \u2013il djo\u010besi.", "I\u017c-\u017cjara tal-Papa \u0120wanni Pawlu II fl-1998 fuq stedina tal-Gvern Kuban \u017cgur tejbet ir-relazzjonijiet bejn Stat u Knisja.", "Fil-21 ta' Jannar 1998 il-Papa \u0120wanni Pawlu appella biex \"Kuba tinfeta\u0127 g\u0127ad-dinja u d-dinja g\u0127al Kuba.\".", "t-transizzjoni ta' poter li se\u0127\u0127et fl-a\u0127\u0127ar g\u0127axar snin ta' Fidel Castro g\u0127al \u0127u\u0127 Raul, fissret bidu ta' riforma.", "Il-ftu\u0127 ta' relazzjonijiet diplomati\u010bi bejn Kuba u l-Istati Uniti fi \u017cmien il-presidenza Obama jistg\u0127u jwasslu g\u0127al riformi ekonomi\u010bi ta' \u0121id g\u0127all-pajji\u017c u l-poplu Kuban.", "Wara li t\u0127abbret il-mewt ta' Fidel Castro, il-Gvern Kuban \u0127abbar disat ijiem ta' luttu.", "Tul dan il-perjodu attivitajiet pubbli\u010bi mhux se jsiru filwaqt li l-bnadar se jittajru mezzasta.", "Kien f'April 2016, meta g\u0127all-a\u0127\u0127ar darba Fidel Castro indirizza l-Partit Komunista.", "Huwa \u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-membri kollha tal-Partit biex j\u017commu l-ideali tar-rivoluzzjoni \u0127ajjin.", "Kien hemm diversi reazzjonijiet ta' mexxejja dinjija hekk kif t\u0127abbret il-mewt ta' Castro.", "Il-President Russu Vladimir Putin li ddeskriva lil Castro b\u0127ala simbolu ta' era u b\u0127ala \u0127abib tar-Russja.", "Il-President Amerikan Barack Obama offra l-kondoljanzi g\u0127all-famija Castro.", "Il-President Amerikan tenna li hija l-istorja li se ti\u0121\u0121udika lil Fidel Castro.", "Min-na\u0127a tieg\u0127u l-President Elett Donald Trump fi tweet qal sempli\u010biment \"Fide Castro is Dead!\"", "Il-Papa Fran\u0121isku qal li l-mewt ta' Fidel Castro hija a\u0127bar ta' niket u wassal il-kondoljanzi lil \u0127u\u0127 Raul Castro.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra l-eks-Mexxej Sovjetiku Mikhail Gorbachev li qal li minkejja d-diffiklutajiet kollha, Castro rnexxielu jmexxi lill-pajji\u017c fit-triq ta' \u017cvilupp indipendenti.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi ddeskriva lil Castro b\u0127ala wie\u0127ed mill-aktar personalitajiet ikoni\u010bi tas-seklu 20.", "Reazzjonijiet o\u0127ra waslu minn Mexxejja tal-Amerika Latina fosthom, il-President Messiakn Enrique Pena Nieta li ddeskiva lil Castro b\u0127ala \u0127abib tal-Messiku.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, il-President Fran\u010bi\u017c Francois Holland qal li Castro kien figura mportanti tas-seklu 20.", "Tenna li madankollu Franza kkundannat l-abbu\u017ci tad-drittijiet umani li se\u0127\u0127ew f'Kuba.", "Filwaqt li l-Kubani li jg\u0127ixu f'Kuba kienu mnikkta b'din l-a\u0127bar mhux l-istess jista jing\u0127ad g\u0127al Kubani li jg\u0127ixu f'Miami.", "Rapporti qalu li g\u0127add ta' Kubani li jg\u0127ixu f'Little Havana \u0127ar\u0121u ji\u010b\u010belebraw il-mewt ta' Fidel Castro.", "Huma nstemg\u0127u jg\u0127idu \"Cuba si!", "Castro no!\""], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23496", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23496", "title": "Mu\u017cew I\u017crael", "text": ["Mu\u017cew I\u017crael", "Mu\u017cew I\u017crael (\u05de\u05d5\u05d6\u05d9\u05d0\u05d5\u05df \u05d9\u05e9\u05e8\u05d0\u05dc - Israel Museum) huwa mu\u017cew nazzjonali I\u017crael.", "Huwa fl f'\u0120erusalemm.", "Din twaqqfet fl-1965 Huwa fuq g\u0127oljiet fil-Ram Givat qrib Bibbja Artijiet Mu\u017cew u l- Knesset."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23497", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23497", "title": "Tempju Istitut", "text": ["Tempju Istitut", "Tempju Istitut (The Temple Institute - \u05de\u05db\u05d5\u05df \u05d4\u05de\u05e7\u05d3\u05e9) hija Mu\u017cew, istitut ta 'ri\u010berka u \u010bentru edukattiv fil-Qadim Belt ta' \u0120erusalemm.", "Din twaqqfet fl-1987 u hija ddedikata g\u0127a\u017c-\u017cew\u0121 tempji f'\u0120erusalemm (il- Ewwel Tempju u Tieni Tempju)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23498", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23498", "title": "Mu\u017cew ta 'Philistine Kultura", "text": ["Mu\u017cew ta 'Philistine Kultura", "Mu\u017cew ta 'Philistine Kultura (\u05d4\u05de\u05d5\u05d6\u05d9\u05d0\u05d5\u05df \u05dc\u05ea\u05e8\u05d1\u05d5\u05ea \u05d4\u05e4\u05dc\u05e9\u05ea\u05d9\u05dd \u05e2\"\u05e9 \u05e7\u05d5\u05e8\u05d9\u05df \u05de\u05de\u05df - Corinne Mamane Museum of Philistine Culture) huwa arkeolo\u0121i\u010bi Mu\u017cew f 'Ashdod, I\u017crael.", "Il-Komunikazzjoni tesplora l-kultura tal-Filistin li g\u0127exu fil-qasam tal-belt.", "Il-mu\u017cew huwa l-uniku mu\u017cew fid-dinja ddedikata g\u0127all-kultura Philistines.", "Din kienet l-ewwel mu\u017cew li tinfeta\u0127 Ashdod fl-1990."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23501", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23501", "title": "An\u0121lu Portelli", "text": ["An\u0121lu Portelli", "L-Isqof An\u0121lu Portelli, Fran\u0121isku Saverju Portelli, (Valletta, 24 ta' April, 1852 - Valletta, 19 ta \u0120unju 1927) kien Vigarju \u0120enerali ta' Malta.", "Bin Fran\u0121isk u Marija Antonja Vella, Fran\u0121isku Saverju \u0127addan l-Ordni Dumnikan fil-knisja tad-dumnikani fir-Rabat fit-3 ta Frar tal-1868, semmewh An\u0121lu u \u0121ie affiljat mal-kunvent tal-Madonna tal-G\u0127ar.", "Sena wara li g\u0127amel in-novizzjat fir-Rabat, ipprofessa fit-3 ta Frar tal-1869.", "Temm l-istudju kollu tal-filosofija u tat-teolo\u0121ija fil-Kulle\u0121\u0121 ta S.Tumas ta Akwinu fir-Rabat; fis-sena 1874 la\u0127aq sa\u010berdot u, sentejn wara, \u0127a l-grad ta Lettur fit-Teolo\u0121ija.", "Il-Patri lettur \u0121did, Portelli, beda minnufih il-karriera akkademika tat-tag\u0127lim fil-Kulle\u0121\u0121 ta S.Tumas, ir-Rabat, matul is-snin 1876-1882 u 1885-1892 g\u0127allem diversi su\u0121\u0121etti, fosthom il-filosofija, it-teolo\u0121ija u l-Iskrittura Mqaddsa; fis-snin 1887-1892 kien Re\u0121\u0121ent tal-Istudji kif ukoll surmast tan-novizzi u l-istudenti li kien hemm fir-Rabat.", "Fis-sena 1891 \u0121ie lawrjat Majjistru fit-Teolo\u0121ija.", "Waqt li kien jg\u0127allem, il-patrijiet tal-Birgu, fl-1883, g\u0127a\u017cluh pijol tag\u0127hom; hu a\u010b\u010betta dan l-uffi\u010b\u010bju kontra qalbu tant li rri\u017cenja qabel ma g\u0127alaqlu \u017c-\u017cmien.", "Wara, re\u0121a tela jg\u0127allem fil-Kulle\u0121\u0121 ta San Tumas, ir-Rabat.", "Patri Portelli kien reli\u0121ju\u017ci mill-aktar osservanti li j\u0127obb il-\u0127ajja fil-kunvent, l-istudju u l-appostolat; kien g\u0127alhekk li kif temm il-karriera ta tag\u0127lim, fl-1893, \u0121ie assenjat fil-kunvent tal-Portu Salvu, tad-dumnikani fil-Belt.", "Matul is-snin 1896-1902, hu kien kappillan tal-parro\u010b\u010ba tal-Portu Salvu.", "Mill-kunvent tal-Belt, p.Portelli seta jil\u0127aq a\u0127jar il-bliet u l-ir\u0127ula u ja\u010b\u010betta aktar talbiet li kienu jag\u0127mlulu biex jippriedka; kien jinqala \u0127afna g\u0127al kull xorta ta priedki: pane\u0121ierki,kware\u017cimali, fervorini, konferenzi u priedki o\u0127ra ta xi okka\u017cjoni.", "Ippriedka mhux biss f'Malta u G\u0127awdex, i\u017cda ukoll f'bosta bliet Taljani: Ruma,Torin, Vercelli, Trani u postijiet o\u0127ra.", "Il-majjistru Portelli g\u0127en \u0127afna lid-Djo\u010besi ta Malta; kien e\u017caminatur u m\u0127allef prosinodali, e\u017caminatur tal-filosofija fis-Seminarju Ar\u010biveskovili, e\u017caminatur tal-ordinandi u Membru tal-Kummisjoni Djo\u010besana kontra l-Moderni\u017cmu.", "Fis-sena 1910 in\u0127atar Vi\u017citatur Appostoliku g\u0127all-Kongregazzjonijiet kollha tas-Sorijiet f'Malta u G\u0127awdex; hu wettaq din il-missjoni sa tmiem is-sena.", "Id-dehen, il-prudenza u l-\u0127ila li wea ssoktar isa\u0127\u0127u l-fidu\u010bja li tal-awtoritajiet ekkle\u017cjasti\u010bi kellhom fih; jista jkun li g\u0127alhekk, fl-1911, in\u0127atar Isqof Titulari ta Selinonte u Aw\u017ciljarju tal-Ar\u010bisqof ta Malta.", "P.An\u0121lu Portelli \u0121ie kkonsagrat isqof fl-14 ta Mejju tas-sena 1911; b\u0127ala Isqof Aw\u017cljarju hu g\u0127en \u0127afna lill-Ar\u010bisqof P. Pace, li kien imda\u0127\u0127al sew fi\u017c-\u017cmien.", "Meta dan miet fl-1914, l-isqof Portelli \u0121ie nominat Amministratur Appostoliku tad-Djo\u010besi ta Malta sakemm, fl-1915, Dom Mawru Caruana la\u0127aq Ar\u010bisqof ta Malta; u, fl-istess sena, Portelli sar Vigarju \u0120enerali Delegat g\u0127ad-Djo\u010besi ta Malta.", "Matul il-karriera tieg\u0127u, l-Isqsof Portelli fittex li jindiehes u jg\u0127in lil kull klassi ta fidli; kien g\u0127alhekk li \u0121ibed is-simpatija tal- Maltin u kien ma\u0127bub minnhom ilkoll.", "Mons. An\u0121lu Portelli miet fid-19 ta \u0120unju 1927, fid-dar li fiha kien joqg\u0127od, qrib il-kunvent tal-Belt.", "L-g\u0127ada li miet, tqieg\u0127ed fl-Oratorju tad-Duttrina, qrib sew tad-dar tieg\u0127u, fejn il-fidili setg\u0127u jag\u0127tuh l-a\u0127\u0127ar tislima.", "Fil-g\u0127odwa tal-21 ta \u0120unju \u0121ie trasportat fil-knisja ta Portu Salvu fejn sarlu funeral solenni li g\u0127alih \u0127adu sehem l-og\u0127la awtoritajiet ekkle\u017cjasti\u010bi u \u010bivili; wara nofs inhar, korteo mag\u0127mul minn personalitajiet distinti wassal il-katavr tieg\u0127u mill-Knisja tal-Portu Salvu sa Bieb Irjali.", "Il-funeral tieg\u0127u ntemm fil-knisja tal-Madonna tal-G\u0127ar, tad-Dumnikani fir-Rabat, fejn \u0121ie midfun fqabar g\u0127alih."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23507", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23507", "title": "Lino Bugeja", "text": ["Lino Bugeja", "Lino Bugeja (Il-Birgu, 1930 - 10 ta' Jannar 2017) kien sportiv, \u0121urnalist, edukatur, u ambjentalista.", "Studja l-Li\u010beo u fil-Kulle\u0121\u0121 tal-Edukazzjoni ta' Malta minn fejn ikkwalifika b\u0127ala g\u0127alliem fl-1949.", "Hu kompla l-istudji tieg\u0127u fil-Kulle\u0121\u0121 ta' Edinburgh, fl-Iskozja (1960-61) u fl-Universit\u00e0 ta' Londra (1965-66).", "Hu kiseb Associateship fl-Istitut tal-Edukazzjoni tal-Universit\u00e0 ta' Londra.", "Hu \u0127adem fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni f'diversi karigi.", "Hu kien ukoll lettur fil-Fakult\u00e0 tal-Edukazzjoni tal-Universit\u00e0 ta' Malta.", "Hu kien atleta tajjeb u rebbie\u0127 nazzjonali f'distanzi medji.", "Fl-1951, huwa rrapre\u017centa lil Malta fil-Log\u0127ob tal-Mediterran f'Lixandra, Egittu, fejn kiser ir-rekord nazzjonali fl-400 metru f'\u0127in ta' 52.8 sekondi.", "Fl-1972, Lino Bugeja g\u0127en lil Fr Hilary Tagliaferro fit-twaqqif ta\u010b-\u010aentru Sportiv Edukattiv.", "Bejn l-1972 u l-1980, hu kien Segretarju \u0120enerali tal-Kumitat Olimpiku ta' Malta.", "Fl-1985, in\u0127atar l-ewwel direttur tal-Akkademja Olimpika ta' Malta.", "Bejn l-1988 u l-1993, hu kien mag\u0127\u017cul mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali b\u0127ala espert sabiex jag\u0127ti lezzjonijiet dwar l-Istorja tal-Isport.", "Fl-2005, hu waqqaf ir-Ramblers Association of Malta.", "Hu ppubblika g\u0127add ta' kotba u artikli f'\u0121urnali akkademi\u010bi.", "Sa ftit qabel miet, baqa' jikteb artikli f'gazzetti lokali dwar il-wirt artistiku u storiku ta' Malta.", "Fl-2003, hu ng\u0127ata l-unur Croce dell'Ordine al Merito Melitense mill-Ordni Sovran Militari ta' Malta.", "Fl-2004, hu reba\u0127 l-2003 Journalism Award for Sports Journalism.", "Fl-2008, Lino Bugeja r\u010bieva l-unur li jidda\u0127\u0127al fil-Malta Olympic Committee's Hall of Fame.", "Fl-2013, Lino Bugeja ing\u0127ata \u0120ie\u0127 ir-Repubblika b'g\u0127arfien tas-servizz distint lil \u0121id tal-poplu Malti, partikularment, fl-oqsma tal-edukazzjoni, kultura, sports u l-protezzjoni tal-ambjent."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23509", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23509", "title": "Ferdinand Marcos", "text": ["Ferdinand Marcos", "Ferdinand Emmanuel Edralin Marcos kien il-president tal-Federazzjoni Philippines."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23510", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23510", "title": "Kannabis f'Malta", "text": ["Kannabis f'Malta", "Il-kannabis f'Malta hija illegali i\u017cda parzjalment ddekriminalizzat."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23514", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23514", "title": "Charles Flores", "text": ["Charles Flores", "Charles Flores twieled il-Kalkara f'Marzu tal-1948.", "Studja f'St Albert the Great College, De la Salle College u l-Universita' ta' Malta minn fejn iggradwa fit-Teolo\u0121ija.", "Fis-Snin Sittin kien wie\u0127ed mill-ko-fundaturi u l-ewwel uffi\u010bjal g\u0127ar-relazzjonijiet pubbli\u010bi tal-Moviment Qawmien Letterarju.", "Membru tal-Akkademja tal-Malti.", "Kittieb ta' bosta xog\u0127lijiet \u0121urnalisti\u010bi u letterarji f'\u0121urnali u rivisti Maltin u barranin kif ukoll g\u0127add \u0121mielu ta' versi g\u0127al kanzunetti Maltin.", "Awtur ta' diversi kotba bil-Malti u bl-Ingli\u017c.", "Poe\u017ciji tieg\u0127u nqalbu wkoll g\u0127at-Taljan, l-G\u0127arbi, l-Fran\u010bi\u017c, l-Albani\u017c, u s-Serbo-Kroat.", "Fl-1996 reba\u0127 l-ewwel premju fil-Commonwealth Short Story Competition g\u0127ar-re\u0121jun tal-Ewropa u l-Kanada.", "Beda l-karriera \u0121urnalistika tieg\u0127u mal-gazzetti ta' kuljum u kompla fil-Kamra tal-A\u0127barijiet tad-Dipartiment tal-Informazzjoni qabel g\u0127adda g\u0127all-qasam tax-xandir nazzjonali fejn, g\u0127al xejn inqas minn sitta u g\u0127oxrin sena s\u0127a\u0127, mexxa taqsimiet varji, fosthom dawk tal-A\u0127barijiet, tar-Radju, tar-Reklami, tal-Publikazzjoni u tal-Arkivji.", "Korrispondent regolari ta' diversi \u0121urnali u rivisti internazzjonali.", "Studja l-\u0121urnali\u017cmu stampat u l-\u0127idma tal-a\u0121enziji tal-a\u0127barijiet fl-Istitut tal-\u0120urnali\u017cmu ta' Belgrad, l-eks-Jugoslavja, u l-a\u0127barijiet g\u0127ar-radju u t-televi\u017cjoni f'Syracuse University ta' New York, l-Istati Uniti.", "\u010aermen tal-Kumitat g\u0127ar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, eks-Vi\u010bi-\u010aermen tal-Istitut tal-\u0120urnalisti Maltin (I\u0120M), u Vi\u010bi-\u010aermen tal-Kusill Nazzjonali tal-Ilsien Malti Mi\u017c\u017cewwe\u0121 lil Margaret imwielda Ciantar.", "G\u0127andhom \u017cew\u0121 ulied: Rona u Davida."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23517", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23517", "title": "Charles Casha", "text": ["Charles Casha", "Carmel Casha (mag\u0127ruf aktar b\u0127ala Charles) (21 ta' Settembru, 1943, il-Marsa - ) hu kittieb Malti.", "Carmel Casha kien it-tieni wie\u0127ed fost tliet subien, Charles trabba f'ambjent ta' wara l-gwerra, meta t-toroq tag\u0127na kienu ming\u0127ajr traffiku u t-triq kienet id-dinja \u010bkejkna ta' dawk li kienu joqog\u0127du fiha.", "Kienet dinja differenti li Charles pin\u0121a fl-istejjer tieg\u0127u li dehru fit-tliet kotba: \"Minn Tarf sa Tarf tat-Triq\", \"Minn fuq L-G\u0127atba\" u \"Mill-Gallarija\".", "Jistqarr li l-kitba g\u0127at-tfal hija gost li jie\u0127du f'dinja o\u0127ra, kultant id-dinja tat-tfulija u kultant id-dinja tal-fantasija.", "Imma meta jikteb g\u0127all-kbar huwa j\u0127ossu qrib \u0127afna tar-realt\u00e0.", "Fl-2002, Il-Kunsill, G\u0127alliema u Studenti fl-Iskola Maria Goretti, taw \u0121ie\u0127 lil Charles Casha, waqt \u010berimonja f'Jum L-Ilsien Malti.", "L-iskola wriet l-apprezzament tag\u0127ha g\u0127ad-drammi li Casha kiteb biex jittellg\u0127u mill-istudenti tal-istess skola.", "Fl-2007 Charles Casha ng\u0127ata \u0120ie\u0127 il-Marsa mill-Kunsill Lokali tal-Marsa g\u0127as-sehem tieg\u0127u fil-letteratura Maltija.", "Fl-2013 huwa ng\u0127ata wkoll \u0120ie\u0127 \u0126a\u017c-\u017babbar mill-Kunsill Lokali ta' \u0126a\u017c-\u017babbar.", "Fl-2014 huwa ng\u0127ata apprezzament mill-G\u0127aqda Storika Kulturali Marsa g\u0127all-\u0127idma fil-qasam tal-letteratura Maltija.", "Fl-2012 Casha \u0121ie onorat bil-Midalja G\u0127all-Qadi tar-Reppubblika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23521", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23521", "title": "Joe Grima", "text": ["Joe Grima", "Joe Grima (\u017bejtun, 4 ta' Frar 1936 - 3 ta' Frar 2017) kien xandar u Ministru tal-Industrija u tat-Turi\u017cmu fis-snin tmenin fi \u017cmien Gvern Laburista mmexxi minn Dom Mintoff.", "Huwa \u0127a l-edukazzjoni tieg\u0127u fi Stella Maris College u St Michael's Training College.", "G\u0127amel ftit \u017cmien ja\u0127dem b\u0127ala g\u0127alliem.", "Beda b\u0127ala reporter mat-Times of Malta u iktar tard sar foreign news sub-editor.", "Bejn l-1957 u l-1960 kien jikteb drammi u dokumentarji g\u0127ar-Rediffusion.", "Fl-1961, ing\u0127aqad mar-Rediffusion Company u ta sehmu f'diversi programmi.", "Fl-1971, Grima n\u0127atar Kap E\u017cekuttiv tal-Awtorit\u00e0 tax-Xandir fis-snin sebg\u0127in, qabel ma da\u0127al fil-politika.", "L-40 sena karriera fix-xandir kienet tvarja minn programmi fuq ir-Rediffusion, Radju Malta, Live FM (stazzjon tar-radju mwaqqaf minnu fl-1992) u aktar tard fuq l-istazzjonijiet televi\u017civi tal-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista.", "Fuq NET TV, mill-1999 'il quddiem ippre\u017centa Protagonisti, JoeGrimaLive u Opinjonisti.", "Fl-2009 huwa re\u0121a' resaq lejn il-Partit Laburista u beda jippre\u017centa Inkontri fuq ONE.", "Ikkontesta l-Elezzjoni \u0120enerali tal-1976 f'isem il-Partit Laburista u tela' b'elezzjoni ka\u017cwali.", "Mintoff \u0127atru b\u0127ala l-mibg\u0127ut spe\u010bjali tal-Gvern f'Affarijiet Barranin.", "Hawnhekk Grima kien strumentali biex jinnegozja ftehim wara l-ie\u0127or favur l-interessi ta' Malta.", "Re\u0121a' tela' fl-1981, u Mintoff \u0127atru Ministru tal-Industrija, u fl-1983 Ministru tat-Turi\u017cmu.", "L-a\u0127\u0127ar elezzjoni li kkontesta kienet dik tal-1992.", "Huwa kien kritiku lejn it-tmexxija ta' Alfred Sant.", "Fl-a\u0127\u0127ar snin, Joe Grima, wara l-Elezzjoni tal-2013, serva b\u0127ala l-mibg\u0127ut spe\u010bjali ta' Malta g\u0127all-Organizzazzjoni Dinjija g\u0127at-Turi\u017cmu.", "Huwa \u0127alla din il-kariga f'Mejju 2016 min\u0127abba kummenti kontroversjali dwar is-Sindku ta' Londra."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23522", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23522", "title": "Rokku Abdilla", "text": ["Rokku Abdilla", "Rokku Abdilla (\u017burrieq, 8 ta' Novembru, 1932 - 22 ta' Jannar, 2017) kien \u0127addiem tat-Tarzna u Deputat Parlamentari tal-Partit Laburista Malti mill-1962 sal-1976.", "Il-familja tieg\u0127u hija mag\u0127rufa b\u0127ala \"Tal-Mu\u0121ura\".", "Fl-4 ta' \u0120unju, 1961, Abdilla flimkien ma' \u017cew\u0121 ir\u0121iel o\u0127ra kien wea\u0127\u0127lu poster mal-fa\u010b\u010bata tal-ka\u017cin Laburista ta\u017c-\u017burrieq biswit il-Knisja meta kien \u0121ej l-Ar\u010bisqof Mikiel Gonzi g\u0127all-festa ta' Santa Katerina.", "Il-poster kellu l-kliem bil-Latin: \"Ave Nero Urbs Quam Incendisti Te Salutant\" (Insellmulek Neruni, il-belt li inti \u0127raqt issellimlek).", "Mons. Pietru Pawl Saydon kien \u0121ie suspettat li qalibhielu hu g\u0127al-Latin.", "Abdilla kien ittella' l-qorti u fit-28 ta' April 1962 kien we\u0127el xahrejn \u0127abs g\u0127ax ivvilifika r-reli\u0121jon.", "Abdilla kien president tal-ka\u017cin tal-Partit Laburista ta\u017c-\u017burrieq u g\u0127ax kien President kien intbag\u0127at xahrejn \u0127abs i\u017cda mbag\u0127ad l-Im\u0127allef Emeritus Hugh W. Harding kien naqqashomlu g\u0127al 12-il \u0121urnata.", "Flimkien ma' Lorry Sant, kienu l-uni\u010bi \u017cew\u0121 \u0127addiema tat-Tarzna fost is-sittax-il Deputat Laburista wara l-elezzjoni tal-1962, li fiha l-Partit Laburista kien Interdett mill-Knisja.", "Dak i\u017c-\u017cmien \u0127add ma kien ried jikkontesta l-elezzjoni mal-Partit Laburista min\u0127abba l-kwistjoni tad-dnub il-mejjet u l-kundanni li kellu l-istess partit.", "Minkejja l-kundanna tal-qorti, Abdilla kien intalab mill-eks Kap tal-Partit Laburista Dom Mintoff biex jie\u0127u l-\u0121urament b\u0127ala Membru Parlamentari i\u017cda l-Gvern Ingli\u017c ma kienx \u0127allieh min\u0127abba s-sentenza tal-\u0127abs.", "Fil-fatt, il-\u0121urament ma kienx \u0127adu ma' s\u0127abu", "Huwa kkontesta l-elezzjonijiet \u0121enerali tal-1962, 1966 u 1971, u tela'.", "Fl-1976, ma telax, u irtira mix-xena politika.", "Fl-1981, \u0127a sehem f'meeting tal-Partit Nazzjonalista, wara l-kwistjoni tal-elezzjoni tal-1981 meta l-Partit Nazzjonalista kien \u0121ab il-ma\u0121\u0121oranza assoluta tal-voti i\u017cda mhux il-ma\u0121\u0121oranza assoluta tal-membri.", "Fl-2004, kien favur li Malta tid\u0127ol membru tal-Unjoni Ewropea.", "Huwa kien tal-fehma li bis-s\u0127ubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea Malta setg\u0127et tivvalorizza l-interessi tal-\u0127addiem, inklu\u017c tal-\u0127addiema tat-Tarzna.", "Abdilla kellu m\u0127abba mhux biss g\u0127all-impenn nazzjonali i\u017cda anke g\u0127all-impenn lokali u tant kien i\u0127obb i\u017c-\u017burrieq.", "Fil-fatt kien ikkontesta l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali b\u0127ala membru indipendenti tal-1999.", "Rokku Abdilla kien bniedem li ja\u0127dem g\u0127all-\u0127addiem ming\u0127ajr interessi.", "\u0126adem u stinka biex il-\u0127addiem imur \u02bcil quddiem u jie\u0127u dak li \u0127aqqu.", "\u0126adem fl-e\u017cekuttiv tal-Partit Laburista u fl-g\u0127aqda ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 so\u010bjalisti.", "Kien ukoll attiv fil-General Workers' Union ma' s\u0127abu tad-drydocks.", "Fl-ewwel diskors tieg\u0127u fil-Parlament, fis-16 ta' Mejju tal-1962 to\u0127ro\u0121 l-im\u0127abba tieg\u0127u g\u0127all-valuri tal-\u0127addiema, karatteristika li baqa' j\u0127addan tul \u0127ajtu kollha.", "Abdilla ried li l-partit tieg\u0127u jkun il-partit li jissalvagwardja l-interessi tal-\u0127addiema.", "L-ewwel diskors tieg\u0127u kien riflessjoni mill-bidu sal-a\u0127\u0127ar dwar x'jista' wie\u0127ed jag\u0127mel biex jipprote\u0121i lill-\u0127addiema fit-tarzna fejn Rokku \u0127adem g\u0127al snin twal.", "Huwa tkellem fuq kemm kienu ji\u0121u ppersegwitati g\u0127ax kienu \u0121ejjin mill-klassi tal-\u0127addiema."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23527", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23527", "title": "Borrinu", "text": ["Borrinu", "Borrinu huwa skultura antropomorfika mag\u0127mulha mill-borra, spiss mag\u0127mulha mit-tfal f're\u0121juni milqutin minn bi\u017c\u017cejjed borra.", "F'\u0127afna postijiet, borrini tipi\u010bi jikkonsistu fi tliet blalen kbar ta' daqsijiet differenti b'xi ti\u017cjin mi\u017cjud biex jag\u0127ti g\u0127amla ta' wi\u010b\u010b u karatteristi\u010bi o\u0127ra.", "Min\u0127abba l-fa\u010bilita biex wie\u0127ed ja\u0127dem il-borra, hemm ukoll varjet\u00e0 wiesg\u0127a ta' stili o\u0127ra.", "A\u010b\u010bessorji komuni jtinkludu ferg\u0127at flok idejn u wi\u010b\u010b rudimentali, b'karrotta b\u0127ala imnie\u0127er.", "\u0126wejje\u0121 tal-bnedmin, b\u0127al xi kappell jew xalla, jistg\u0127u ji\u0121u inklu\u017ci.", "\u0120eneralment il-borrini huma normalment abbandunati fl-elementi ladarba jitlestew.", "Il-Borra ssir adattata g\u0127all-bini meta tersaq lejn il-punt tad-dewbien u ssir niedja u kompatta.", "G\u0127amla ta' borrini u b'borra fil-forma ta' trab hija diffi\u010bli peress li mhux se te\u0127el mag\u0127ha nnifisha, u jekk it-temperatura tal-borra tkun tin\u017cel, din se tifforma forma tat-trab tas-sil\u0121 aktar dens imsejja\u0127 qoxra, li ma jkunx jista' jintu\u017ca.", "G\u0127alhekk, i\u017c-\u017cmien tajjeb biex jinbena borrinu jista' jkun li jmiss wara nofsinhar direttament wara l-borra g\u0127aliex it-temperatura tkun \u0127afifa.", "L-u\u017cu ta' borra aktar kompatta jippermetti l-bini ballun tal-borra sempli\u010biment billi ddawwarha mal-art sakemm tikber g\u0127ad-daqs mixtieq.", "Jekk il-ballun jil\u0127aq il-qieg\u0127 tal-art li tista' ttella' tra\u010b\u010bi tal-\u0127axix, \u017crar jew l-\u0127mie\u0121.", "Fl-Ewropa u fl-Amerika, il-borrini huma mibnija bi tliet oqsma li jinkludu r-ras, it-torso, u l-parti t'isfel tal-\u0121isem.", "Il-prattika tas-soltu hija li mbag\u0127ad dekorazzjoni u b'g\u0127a\u017cla ta' xi a\u010b\u010bessorji jew \u0127wejje\u0121.", "Xi zkuk jistg\u0127u ji\u0121u u\u017cati g\u0127ad-dirg\u0127ajn, u l-wi\u010b\u010b huwa tradizzjonalment mag\u0127mul bil-\u0121ebel jew tal-fa\u0127am b\u0127ala g\u0127ajnejn u l-karrotta b\u0127ala mnie\u0127er.", "Hemm min jippreferi jlibbes il-borrinu b'xi xalla jew kappell, filwaqt li o\u0127rajn jippreferu li ma j\u0127allux affarijiet barra biebhom fejn jistg\u0127u fa\u010bilment ji\u0121u misruqa jew isiru mwa\u0127\u0127la ta\u0127t il-sil\u0121 mdewweb.", "Id-dokumentazzjoni tal-ewwel borrinu mhix \u010bara.", "Madankollu, Bob Eckstein, awtur ta' \"L-Istorja tal-Borrinu\" kien iddokumenta borrini minn \u017cminijiet medjevali, billi rri\u010berka xbihat artisti\u010bi fil-mu\u017cewijiet Ewropej, galleriji tal-arti, u libreriji.", "L-ewwel dokumentazzjoni li qatt instabet kienet illustrazzjoni mar\u0121inali minn xog\u0127ol intitolat \"\"Ktieb tal-Sig\u0127at\"\" mill-1380, misjuba fil-Koninklijke bibliotheek., fl-Aga L-ewwel ritratt ta' borrinu li qatt deher kien ittie\u0127ed fl-1853 mill-fotografa Mary Dillwyn mill-Galles, l-ori\u0121inali jinsab fil-kollezzjonijiet tal-Librerija Nazzjonali tal-Galles.", "Ir-rappre\u017centazzjonijiet tal-Borrini huma popolari ferm fil-midja, spe\u010bjalment fejn jid\u0127lu stejjer tat-tfal.", "Il-film Frozen, per e\u017cempju, g\u0127andu b\u0127ala wie\u0127ed mill-karattri prin\u010bipali lill-borrinu Olaf.", "Il-kelma Borrinu da\u0127let fil-Malti fis-sena 2013."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23528", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23528", "title": "Kon\u010bilju Ekumeniku", "text": ["Kon\u010bilju Ekumeniku", "Kon\u010bilju Ekumeniku huwa konferenza tal-isqfijiet u ta' esperti teolo\u0121i biex jiddiskutu materji tad-duttrina u prattika Kattolika.", "L-Ewwel Kon\u010bilju kien dak ta' Ni\u010bea fis-Sena 325.", "Dam xahrejn u tnax-il \u0121urnata.", "\u0126adu sehem 318-il Isqof, bl-Isqof Hosju ta' Kordova ikun pre\u017centi b\u0127ala l-Legat tal-Papa Silvestru.", "L-Imperatur Konstantinu kien pre\u017centi wkoll.", "Lil dan il-Kon\u010bilju nafu l-Kredu ta' Ni\u010bea, li irribatta it-tag\u0127lim ta' Arju u ta t-tifsira tad-Divinit\u00e0 ta' l-Iben t'Alla.", "Kien f'dan il-Kon\u010bilju li d-data ta' G\u0127id \u0121iet iffissata, biex ma ji\u0121ix i\u010b\u010belebrat fl-istess jum ta' l-G\u0127id tal-Lhud.", "It-Tieni Kon\u010bilju kien dak mag\u0127ruf b\u0127ala l-Ewwel Kon\u010bilju ta' Kostantinopli fis-sena 381 ta\u0127t il-Papa Damasu u l-Imperatur Teodosju I bis-sehem ta' 150 isqof.", "Il-mira prin\u010bipali ta' dan il-Kon\u010bilju kienet kontra s-segwaci ta' Macedonju li kien jargumenta bis-s\u0127i\u0127 kontra id-Divinit\u00e0 ta' l-Ispirtu s-Santu.", "Fil-fatt mal-Kredu ta' Ni\u010bea li semmejna aktar qabel \u017cdiedu...\"U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jag\u0127ti l-\u0127ajja: li \u0121ej mill-Missier u mill-Iben; li hu meqjum u mwe\u0121\u0121a\u0127 flimkien mal-Missier u ma' l-Iben...\" u jibqa' sejjer sal-kelma 'Amen'.", "It-Tielet Kon\u010bilju kien dak ta' Efesu fis-Sena 431 fejn \u0127adu sehem aktar minn 200 Isqof, ta\u0127t il-Presidenza ta' San \u010airillu ta' Lixandra, li kien jirrappre\u017centa lill-Papa \u010aelestinu I. F'dan il-Kon\u010bilju \u0121iet imfissra l-unit\u00e0 personali ta' Kristu, Alla u Bniedem, u Marija \u0121iet idikkjarata Omm Alla (Theotokos) kontra dak li kien ixandar Nestorju, Isqof ta' Kostantinopli.", "Fl-istess Kon\u010bilju \u0121iet im\u0121edda l-kundanna ta' Pelagju.", "Ir-Raba' Kon\u010bilju kien dak ta' Kal\u010bedonja sar g\u0127oxrin sena wara, fis-sena 451.", "\u0126adu sehem 150 Isqof immexxija mill-Papa Ljun il-Kbir u mill-Imperatur Mar\u010bjanu.", "\u0120ew imfissra bir-reqqa \u017c-\u017cew\u0121 naturi ta' Kristu, Divina u Umana, kontra dak li kien qed jg\u0127allem Ewtike, li \u0121ie skomunikat.", "Il-\u0126ames Kon\u010bilju kien it-Tieni Kon\u010bilju ta' Kostantinopli fis-Sena 553 fejn \u0127adu sehem 165 Isqof ta\u0127t it-tmexxija tal-Papa Vigilju u l-Imperatur \u0120ustinjanu I. Hawnhekk \u0121ew ikkundannati t-tag\u0127lim ta' Origene u t-Tliet Kapitli miktuba minn Teodoret, Isqof ta' Mopsuestia u ta' Ibas, Isqof ta' Edessa.", "Matul dan il-Kon\u010bilju \u0121ie kkonfermat dak kollu li \u0127are\u0121 mill-ewwel erba' Kon\u010bilji, spe\u010bjalment dak li twettaq fir-Raba' wie\u0127ed ta' Kal\u010bedonja li l-awtorit\u00e0 tieg\u0127u kienet qed ti\u0121i sfidata minn xi eretici.", "Is-Sitt Kon\u010bilju kien it-Tielet Kon\u010bilju ta' Kostantinopli li sar bejn is-snin 680 u 681 ta\u0127t il-Papa Agatu u l-Imperatur Kostantinu Pogonatus.", "\u0126adu sehem il-Patrijarki ta' Konstantinopli u ta' Antjokja, 174 isqof, u l-Imperatur innifsu.", "Dan il-Kon\u010bilju \u0121ab fi tmiemu il-'Monoteli\u017cmu' billi ta t-tifsira ta\u017c-\u017cew\u0121 naturi ta' Kristu distinti minn xulxin, dik Divina u dik umana.", "B'hekk \u0121abu fix-xejn it-tag\u0127lim zbaljat ta' Sergju, Pirrus, Pawlu, Mararju, u d-dixxipli tag\u0127hom.", "Is-Seba' Kon\u010bilju kien it-Tieni wie\u0127ed ta' Ni\u010bea fis-Sena 787.", "Kien \u0121ie msejja\u0127 mill-Imperatur Kostantinu VI u minn ommu Irene, ta\u0127t il-Papa Adrijanu I. Il-Kon\u010bilju, li \u0127adu sehem fih bejn 300 u 367 isqof, kien immexxi mil-Legati tal-Papa.", "Matulu intla\u0127aq ftehim dwar il-qima lejn ix-xbihat imqaddsa.", "It-Tmien Kon\u010bilju kien ir-Raba' ta' Kostantinopli li sar fis-Sena 869 ta\u0127t il-Papa Adrijanu II u l-Imperatur Basilju.", "Pre\u017centi kien hemm 102 isqfijiet, 3 legati tal-Papa, u 4 patrijarki.", "Kien kon\u010bilju li g\u0127arbel u \u0127araq l-Atti kollha li \u0127ar\u0121u minn Kon\u010bilju rregolari (conciliabulum) msejja\u0127 minn Fozju kontra l-Papa Nikola u Injazju il-Patrijarka le\u0121ittimu ta' Kostantinopli; ikkundanna lil Fozju li \u0127ataf illegalment it-dinjit\u00e0 patrijarkali.", "Madankollu ix-Xi\u017cma ta' Fozju ntlaqg\u0127et bil-kbir \u0121ewwa l-Knisja Griega, u ebda kon\u010bilju ie\u0127or ma sar fil-Lvant.", "Id-Disa' Kon\u010bilju kien l-Ewwel Kon\u010bilju Lateran, fis-sena 1123 \u0121ewwa Ruma ta\u0127t il-Papa Kallistu II.", "Kien hemm mad-900 isqof u abbati.", "Matulu tne\u0127\u0127a g\u0127al kollox id-dritt tal-prin\u010bipijiet laj\u010bi ta' investitura bi\u010b-\u010burkett u l-bastun ta' isqof u l-benefi\u010b\u010bji ekklesjasti\u010bi li kellhom x'jaqsmu mad-dixxiplina tal-Knisja u t-te\u0127id lura ta' l-Art Imqaddsa minn ta\u0127t idejn l-Islam.", "L-G\u0127axar Kon\u010bilju kien it-Tieni Kon\u010bilju tal-Lateran li n\u017camm \u0121ewwa Ruma fl-1139 ta\u0127t il-Papa Inno\u010benz II.", "\u0126adu sehem ma' l-1000 prelat u l-Imperatur Korradu.", "Il-\u0127sieb prin\u010bipali kien j\u0121ieb fi tmiemhom l-i\u017cbalji ta' Arnoldu ta' Brescia.", "Il-\u0126dax-il Kon\u010bilju kien it-Tielet wie\u0127ed tal-Lateran li sar fl-1179 ta\u0127t il-Papa Alessandru III u l-Imperatur Federiku I. Kien hemm 302 isqfijiet.", "Matul dan il-Kon\u010bilju \u0121ew ikkundannati l-Albigizi u l-Valdezi barra li \u0121ew imxandra bosta digrieti dwar ir-riforma tal-morali.", "It-Tnax-il Kon\u010bilju kien ir-Raba' wie\u0127ed tal-Lateran fl-1215, ta\u0127t il-Papa Inno\u010benz III.", "Kien hemm pre\u017centi il-Patrijarki ta' Konstantinopli u ta' \u0120erusalemm, 71 Ar\u010bisqof, 412-il Isqof, 800 Abbati, il-Primat tal-Maroniti, u San Duminku.", "\u0126are\u0121 Kredu imkabbar (simbolu) kontra l-Albi\u0121i\u017ci (Firmiter credimus), \u0121ew ikkundannati l-i\u017cbalji Trinitarjani ta' l-Abbati \u0120wakkin, u \u0121ew ippubblikati 70 digrieti riformatorji.", "Dan kien l-aktar Kon\u010bilju importanti ta\u017c-\u017bmenijiet tan-Nofs, fil-fatt mag\u0127ruf b\u0127ala l-\"Kon\u010bilju l-Kbir\", peress li ta tifsira siwja tal-\u0127ajja ekklezjastika u l-qawwa tal-papat.", "t-Tlettax-il Kon\u010bilju kien l-Ewwel Kon\u010bilju ta' Lyons fl-1245, ta\u0127t il-presidenza tal-Papa Inno\u010benz IV li mieg\u0127u kien hemm il-Patrijarki Latini ta' Konstantinopli, Antjokja, u Aquileia(Venezja).", "\u0126adu sehem 140 Isqof; Baldwinu II ta' Kostantinopli; San Lwi\u0121i (IX), Re ta' Franza; Rajmondu VII, Konti ta' Toulouse; u Rajmundu B\u00e9renger IV, Konti ta' Provence.", "\u0120ie skumnikat u mne\u0127\u0127i l-Imperatur Federiku II u \u0121iet mnedija kru\u010bjata \u0121dida ta\u0127t il-Kmand ta' San Lwi\u0121i kontra s-Sara\u010bini u l-Mongoli.", "L-Erbatax-il Kon\u010bilju kien it-Tieni Kon\u010bilju ta' Lyons u sar 29 sena wara, fl-1274, ta\u0127t il-Papa Gregorju X; flimkien mal-Patrijarki ta' Antijokja u ta' Kostantinopli; \u0127mistax-il Kardinal; 500 Isqof; u aktar minn 1000 dinjitarju ie\u0127or, fosthom \u0120akbu I, Re ta' Aragona; ambaxxaturi tar-Rejiet ta' Franza u ta' l-Ingilterra; ambaxxaturi ta' l-Imperatur Mikiel Paleaologus, flimkien ma' membri tal-Kleru Grieg; u ambaxxaturi ta' Khan tat-Tartari.", "Bis-sa\u0127\u0127a ta' dan il-Kon\u010bilju, kif rajna minn dawk pre\u017centi, kien hemm g\u0127aqda temporanja bejn il-Knisja Rumana u dik Griega.", "Il-kelma filioque \u0121iet mi\u017cjuda mas-simbolu ta' Konstantinopli u sar attentat biex jinstabu ri\u017corsi biex l-Art Imqaddsa ter\u0121a' tintrebah minn \u0127dan it-Torok.", "\u0120ew ukoll stabbiliti regoli \u0121odda g\u0127al l-elezzjoni ta' Papa.", "Il-\u0126mistax-il Kon\u010bilju kien dak ta' Vienne \u0121ewwa Franza fl- 1311 fuq ordni tal-Papa Klement V, l-ewwel mill-Papiet Avignon.", "\u0126adu sehem il-Patrijarki ta' Antjokja u ta' Lixandra; flimkien ma' 300 isqof, g\u0127alkemm xi awtoritajiet stori\u010bi jsostnu li kienu 114; u tliet rejiet...Filippu IV ta' Franza, Dwardu II ta' l-Ingilterra, u \u0120akbu II ta' Aragona.", "Dan il-Kon\u010bilju \u0127ada qatta bla \u0127abel kontra l-i\u017cbalji tal-Kavallieri Templari, tal-Fraticelli, il-Begardi, u l-Begwini.", "\u0120ew mist\u0127arr\u0121a pro\u0121etti ta' kru\u010bjati \u0121odda, ir-riforma tal-kleru, u t-tag\u0127lim ta' I-ilsna Orjentali fl-Universitajiet.", "Is-Sittax-il Kon\u010bilju kien dak imsejja\u0127 ta' Konstanzu (1414-1418) li kien in\u017camm fi \u017cmien ix-Xi\u017cma l-kbira tal-Punent bil-\u0127sieb li jintemmu d-diversi qasmiet li kien hemm fil-Knisja.", "Sar le\u0121ittimu meta \u0121ie mlaqqa' formalment minn Gregorju XI.", "Dan il-fatt g\u0127en biex inqerdet ix-xi\u017cma billi \u0121ie elett il-Papa Martinu V, \u0127a\u0121a li l-Kon\u010bilju ta' Pisa(1403) ma kenx irnexxielu jag\u0127mel g\u0127ax b\u0127ala kon\u010bilju kien meqjus illegali.", "Il-Papa le\u0121ittimu kkonferma d-digrieti tas-sinodu kontra Wyclif u Hus.", "Dan il-kon\u010bilju kien g\u0127aldaqstant ekumeniku fl-a\u0127\u0127ar sessjonijiet tieg\u0127u, XLII sa XLV inklu\u017ci, u bid-digrieti tas-sessjonijiet ta' qabel approvati minn Martinu V.", "Is-Sbatax-il Kon\u010bilju kien dak ta' Basle fl-1431 meta l-Papa kien Ewgenju IV u Sigismundu Imperatur ta' l-Imperu Ruman Qaddis.", "L-g\u0127an prin\u010bipali kien il-pa\u010bi reli\u0121ju\u017ca tal-Bo\u0127imja.", "Kien hemm bosta nkwiet mal-Papa u l-Kon\u010bilju \u0121ie trasferit l-ewwel lejn Ferrara fl-1438 u mbag\u0127ad lejn Firenze fl- 1439 fejn \u0121iet stabbilita g\u0127aqda, g\u0127alkemm ma tantx damet, mal-Knisja Griega li min-na\u0127a tag\u0127ha a\u010b\u010bettat qbil dwar punti li kienu \u0127olqu l-firda.", "Il-Kon\u010bilju ta' Basle kien ekumeniku biss sa tmiem il-\u0127amsa u g\u0127oxrin sessjoni, u mid-digrieti li \u0127ar\u0121u l-Papa Ewgenju IV approva biss dawk li kellhom x'jaqsmu ma' l-eliminazzjoni s\u0127i\u0127a ta' l-ere\u017cija, il-pa\u010bi qalb il-Kristjani, u r-riforma fil-Knisja, li fl-istess waqt ma dderogatx mid-drittijiet tas-Santa Sede.", "It-Tmintax-il Kon\u010bilju kien il-\u0126ames wie\u0127ed tal-Lateran.", "Fil-fatt il-Papa \u0120ulju II kien sejja\u0127 dan il-Kon\u010bilju b'digriet tat- 18 ta' Lulju 1511 min\u0127abba bosta ta\u0127wid minn Kardinali xi\u017cmati\u010bi, li mg\u0127ejuna mir-Re ta' Franza Luigi XII, kienu ser jibdew Kon\u010bilju f'Pisa.", "Il-Kon\u010bilju proprju beda fl- 10 ta' Mejju 1512 u ntemm fis- 16 ta' Marzu 1517.", "L-ewwel \u0127ames sessjonijiet, li kienu ta\u0127t \u0120ulju II, ikkundannaw l-g\u0127emejjel ta' dawk il-Kardinali.", "F'Marzu ta' 1513 \u0121ie mag\u0127\u017cul Papa Ljun X, u, dejjem bil-g\u0127ajnuna ta' l-Imperatur Massimiljanu I, \u0127adu sehem 15-il kardinal u mat-80 Ar\u010bisqfijiet u Isqfijiet.Kif \u0121ara fl-ewwel \u0127ames sessjonijiet il-bi\u010b\u010ba l-kbira tad-digrieti kienu mi\u017curi dixxiplinarji.", "\u0120iet ippjanata kru\u010bjata \u0121dida kontra t-Torok li ntemmet qabel ma bdiet min\u0127abba l-ferment li qam \u0121ewwa l-\u0120ermanja b'dak li beda jwettaq Luteru.", "Id-19-il Kon\u010bilju kien dak ta' Trentu li dam sejjer 18-il sena, bejn l-1545 u l-1563, ta\u0127t \u0127ames papiet: Pawlu III, \u0120ulju III, Mar\u010bellu II, Pawlu IV u Piju IV, u ta\u0127t l-Imperaturi Carlu V u Ferdinandu.", "Kien hemm pre\u017centi 5 Kardinali legati tas-Santa Sede, 3 Patrijarki, 33 Ar\u010bisqof, 235 Isqof, 7 Superjuri ta' Abbatiji, 7 \u0120enerali ta' Ordnijiet Monasti\u010bi, u 160 studju\u017c tad-divinit\u00e0.", "Il-Kon\u010bilju kien \u0121ie msejja\u0127 biex je\u017camina u jikkundanna l-i\u017cbalji mqajma minn Luteru u Riformatisti o\u0127ra, u biex ti\u0121i rriformata d-dixxiplina tal-Knisja.", "Mill-Kon\u010bilji dan kollha kien l-aktar wie\u0127ed li dam, minnu \u0127ar\u0121u l-akbar numru ta' digrieti dogmati\u010bi u riformatorji, u wettaq l-akbar numru ta' ri\u017cultati po\u017cittivi.", "L-G\u0127oxrin Kon\u010bilju kien Kon\u010bilju Vatikan l-Ewwel li tlaqqa' minn Piju IX.", "Beda jiltaqa' fit-8 ta' Di\u010bembru, 1869, u dam sejjer sat-18 ta' Lulju, 1870, meta kien \u0121ie a\u0121\u0121ornat u baqa' bla ma re\u0121a' \u0121ie msejja\u0127.", "Pre\u017centi kien hem 6 Arcisqfijiet-prin\u010bipi, 49 Kardinal, 11-il Patrijarka, 680 Ar\u010bisqof u Isqfijiet, 28 Abbati, 29 \u0120enerali ta' l-Ordnijiet...b'kollox 803 persuni.", "Barra kanoni importanti li g\u0127andhom x'jaqsmu mal-Fidi u l-Kostituzzjoni tal-Knisja, dan il-Kon\u010bilju pproklama l-infallibilit\u00e0 tal-Papa meta jitkellem ex cathedra, ji\u0121ifieri", "Il-wie\u0127ed u g\u0127oxrin Kon\u010bilju, Vatikan II, li g\u0127adna kemm fakkarna l-40 Anniversarju mill-g\u0127eluq tieg\u0127u, infeta\u0127 mill-Papa \u0120wanni XXIII fil-11 ta' Ottubru, 1962, waqt sessjoni pubblika fejn mill-2908, imsej\u0127a biex jag\u0127tu s-sehem tag\u0127hom, kien hemm 2540 pre\u017centi...bil-medja matul is-sessjonijiet kollha kienet tvarja bejn 2100 sa 'l fuq minn 2300.", "G\u0127al din l-ewwel laqg\u0127a kien hemm rappre\u017centanti minn 86 gvern u g\u0127aqdiet internazzjonali.", "Dan minbarra numru ta' esperti g\u0127all-konsultazzjonijiet teolo\u0121i\u010bi li taw sehemhom tul it-tliet snin.", "Pre\u017centi wkoll kien hemm osservaturi mill-Knejjes Ortodossi u Protestanti.", "Fit-8 ta' Di\u010bembru sar l-a\u0121\u0121ornament u beda x-xog\u0127ol fuq l-iskeda g\u0127as-sena 1963.", "Imma fit-3 ta' \u0120unju, 1963, miet Papa \u0120wanni.", "Madankollu il-Papa Pawlu VI, li \u0121ie elett 18-il \u0121urnata wara, \u0127abbar li l-Kon\u010bilju kien ser ikompli.", "Fil-fatt it-Tieni Sessjoni bdiet fid-29 ta' Settembru.", "It-Tielet Sessjoni bdiet fl-14 ta' Settembru tas-sena ta' wara.", "Ir-Raba' u l-a\u0127\u0127ar Sessjoni bdiet fl-14 ta' Settembru 1965 meta \u0121ie mwaqqaf is-Sinodu ta' l-Isqfijiet biex dawn i\u017commu kuntatt mal-Papa wara l-Kon\u010bilju.", "L-g\u0127eluq sar fit-8 ta' Di\u010bembru ta' l-istess sena bl-Isqfijiet kollha jistqarru l-ubbidjenza tag\u0127hom lejn id-Digrieti tal-Kon\u010bilju u li jmexxu 'l quddiem ix-xog\u0127ol ta' l-istess Kon\u010bilju.", "Biex dan kollu jitwettaq:", "\u00a7 Twaqqfet Kummissjoni Papali g\u0127all-Media tal-Kummissjonijiet So\u010bjali; \u00a7 \u0120ie ddikkjarat \u0121ubilew mill-1 ta' Jannar sas-26ta' Mejju 1966 biex il-Kattol\u010bi istudjaw id-de\u010bi\u017cjonijiet tal-Kon\u010bilju u jg\u0127innuhom biex jiksbu ti\u0121did spiritwali; \u00a7 Fl-1965 inbidlu xi ismijiet u pro\u010beduri ta' Uffi\u010bju Sagru u dipartimenti tal-Kurja Rumana bl-ewwel wie\u0127ed isir Kongregazzjoni g\u0127ad-Duttrina tal-Fidi; \u00a7 Twaqqfu segretarjati permanenti g\u0127all-Promozzjoni ta' l-G\u0127aqda Kristjana, g\u0127ar-Reli\u0121jonijiet mhux Kristjani, u g\u0127al dawk li ma jemmnux.", "Id-diskussjoni \u0121enerali kienet dwar:Il-Knisja fid-Dinja Moderna, l-ekumeni\u017cmu.", "B\u0127ala Dokumenti \u0127ar\u0121u erba' Kostituzzjonijiet:", "\u00a7 Dei Verbum (Rivelazzjoni Divina) \u00a7 Gaudium et Spes(Il-Knisja fid-Dinja Moderna) \u00a7 Lumen Gentium(Il-Knisja) \u00a7 Sacrosanctum Concilium(Il-Litur\u0121ija)", "Kien hemm 9 Digrieti:", "\u00a7 Ad Gentes(Attivitajiet Missjunarji); \u00a7 Apostolicam Actuositatem(g\u0127al-Laj\u010bi); \u00a7 Christus Dominus(L-Isqfijiet fil-Knisja); \u00a7 Inter Mirifica(Komunikazzjoni So\u010bjali); \u00a7 Optatam Totius(\u0126idma g\u0127as-Sa\u010berdozju); \u00a7 Orientalium Ecclesiarum(Knejjes tal-Lvant); \u00a7 Perfect\u00e6 Caritatis(Ti\u0121did tal-\u0126ajja Reli\u0121ju\u017ca); \u00a7 Presbyterorum Ordinis(Il-\u0127ajja Sa\u010berdotali); \u00a7 Unitatis Redintegratio(Ekumeni\u017cmu).", "Barra dan kien hemm tliet dikjarazzjonijiet:", "\u00a7 Dignitatis Human\u00e6(\u0126elsien Reli\u0121ju\u017c); \u00a7 Gravissimum Educationis(Edukazzjoni Nisranija); \u00a7 Nostra \u00c6tate(Relazzjonijiet ma' dawk mhumiex Nsara)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23530", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23530", "title": "Inma Cuesta", "text": ["Inma Cuesta", "Inma Cuesta hi attri\u010bi."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23536", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23536", "title": "Paolo Gentiloni", "text": ["Paolo Gentiloni", "Paolo Gentiloni (Ruma, 22 ta' Novembru 1954) huwa l-Prim Ministru attwali tal-Italja.", "Huwa \u0127a l-inkarigu fit-12 ta' Di\u010bembru 2016.", "Deputat fil-Parlament fl-2001 f'isem l-Ulivo u wara fil-Partit Demokratiku.", "Bejn l-2006 u 2008 kien Ministru tal-Komunikazzjoni fit-tieni Gvern ta' Romano Prodi.", "Bejn l-2014 u 2016 kien Ministru tal-Affarijiet Barranin fl-ewwel Gvern ta' Matteo Renzi.", "Fit-12 ta' Di\u010bembru 2016 huwa n\u0127atar Prim Ministru wara r-ri\u017cenja ta' Renzi.", "F'Marzu 2018 irri\u017cenja u baqa' jmexxi sakemm \u0121ie ffurmat gvern \u0121did fit-2 ta' \u0120unju 2018."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23551", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23551", "title": "Lingwa Slovakka", "text": ["Lingwa Slovakka", "Il-Slovakk (\"sloven\u010dina\") hi lingwa Slava mitkellma minn madwar 5.2 miljun ru\u0127 fi Slovakkja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23579", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23579", "title": "\u0120uba", "text": ["\u0120uba", "\u0120uba hi l-belt kapitali tas-Sudan t'Isfel u g\u0127andha popolazzjoni ta' 12,340,000 ru\u0127 (sal-2015)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23580", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23580", "title": "\u0160iprage", "text": ["\u0160iprage", "\u0160iprage hija komunit\u00e0 lokali fil-muni\u010bipalit\u00e0 ta Kotor Varo\u0161, \u0127dejn Banja Luka, Bo\u017cnija u \u0126er\u017cegovina.", "Il-resort jipprovdi l-Vrbanja Xmara, ta\u0127t il-muntanji Vlasic, fil-Bo\u017cnija \u010bentrali."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23583", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23583", "title": "Codex Eyckensis", "text": ["Codex Eyckensis", "Il-Codex Eyckensis tas-seklu 8 hu Evan\u0121eljarju ibba\u017cat fuq \u017cew\u0121 manuskritti kostitwenti li nistg\u0127u nissoponu iffurmaw konvolut mis-seklu 12 sal-1988.", "Il-Codex Eyckensis hu l-eqdem ktieb fil-Bel\u0121ju.", "Sa mis-seklu 8, il-ktieb in\u017camm fit-territorju li llum jikkorrispondi mal-muni\u010bipalit\u00e0 ta' Maaseik.", "Il-ktieb x'aktarx \u0121ie prodott fil-iskrittorju fl-Abbazija ta' Echternach.", "Il-Codex Eyckensis jikkonsisti f'\u017cew\u0121 evan\u0121eljarji fuq 133 folja tal-par\u010bmina b'daqs ta' 244 b'183 mm kull wa\u0127da.", "L-ewwel manuskritt (Codex A) mhuwiex komplut.", "Jikkonsisti minn \u0127ames folji, u jibda bi tpin\u0121ija tal-Evan\u0121elista fuq pa\u0121na s\u0127i\u0127a (li nistg\u0127u nissopnu li hu San Mattew), segwita minn sett mhux komplut ta' tmien Tabelli Kanoni\u010bi.", "It-tpin\u0121ija tal-Evan\u0121elista saret fuq stil Taljan-Bi\u017cantin, u dan hu relatat b'mod \u010bar ma' dak tal-Evan\u0121elji ta' Barberini, li b\u0127alissa jinsabu mi\u017cmuma fil-Librerija tal-Vatikan (Barberini Lat. 570).", "It-tpin\u0121ija qieg\u0127da f'bordura ta' Anglo-Saxon knotwork, komparabbli mal-elementi dekorattivi fl-\"Evan\u0121elji ta' Lindisfarne\".", "It-Tabelli Kanoni\u010bi jipprovdu \u0127arsa \u0121enerali tal-passa\u0121\u0121i korrispondenti fl-erba' Evan\u0121elji.", "B'dan il-mod, it-Tabelli Kanoni\u010bi jservu b\u0127ala werrej u indi\u010bi biex wie\u0127ed isibha fa\u010bli li jikseb a\u010b\u010bess g\u0127all-kitba.", "It-Tabelli Kanoni\u010bi f'manuskritt A huma m\u017cejnin b'kolonni u arkati, is-simboli tal-erba' Evan\u0121elisti u xbihat ta' qaddisin.", "It-tieni manuskritt (Codex B) fih sett s\u0127i\u0127 ta' tnax-il Tabella Kanonika u t-testi tal-erba' Evan\u0121elji kollha.", "It-Tabelli Kanoni\u010bi huma m\u017cejnin b'kolonni u arkati, xbihat tal-Appostli u s-simboli tal-Evan\u0121elisti.", "It-testi tal-Evan\u0121elji huma miktuba f'g\u0127amla tonda tal-minisklu insulari, li kienet karatteristika ta' manuskritti Ingli\u017ci u Irlandi\u017ci mis-seklu seba'u tmienja, i\u017cda kienet tintu\u017ca wkoll fl-Ewropa.", "L-ittra kapitali tal-bidu ta' kull paragrafu hi mdawra b''tikek \u0127omor u sofor.", "It-test kien ikkupjat minn amanwensi wie\u0127ed.", "It-test tal-Evan\u0121elju hu ver\u017cjoni tal-Vulgata, l-aktar kif tradotta minn San \u0120lormu (Hieronymus ta' Stridon, 347 \u2013 420 AD), b'numru ta' \u017cidiet u traspo\u017cizzjonijiet.", "Hemm ver\u017cjonijiet komparabbli tat-testi tal-Evan\u0121elji fil-\"Ktieb ta' Kells\" (Dublin, Trinity College, ms 58), il-\"Ktieb ta' Armagh\" (Dublin, Trinity College, ms 52) u l-\"Evan\u0121elji ta' Echternach\" (Pari\u0121i, Bnf, ms Lat.9389).", "Il-Codex hu mis-seklu tmienja, u fil-bidu kien jin\u017camm f'dik li qabel kienet l-abbazija Benedittina ta' Aldeneik, li \u0121iet ikkonsagrata fis-sena 728 WK.", "In-nobbli Merovin\u0121ju, Adelard, Sinjur ta' Denain, u martu Grinuara, waqqfu din l-abbazija g\u0127al uliedhom bniet Harlindis u Relindis f' \"foresta \u017cg\u0127ira u li mhi tajba g\u0127al xejn\" qrib ix-xmara Meuse.", "Il-kunvent issemma Eyke (\"balluta\"), g\u0127as-si\u0121ar tal-ballut li jikbru hemm.", "Aktar tard, billi l-villa\u0121\u0121 qrib ta' Nieuw-Eyke (\"balluta \u0121dida\" \u2014 li llum jissejja\u0127 Maaseik) kiber u sar aktar importanti, l-isem tal-villa\u0121\u0121 ori\u0121inali sar Aldeneik (\"balluta antika\").", "San Villibrordu ikkonsagra lil Harlindis b\u0127ala l-ewwel abbessa ta' din il-komunit\u00e0 reli\u0121ju\u017ca.", "Wara mewtha, San Bonifa\u010bju ikkonsagra lill-o\u0127tha Relindis b\u0127ala s-su\u010b\u010bessur tag\u0127ha.", "Il-Codex Eyckensis kien jintu\u017ca fil-kunvent g\u0127all-istudju u x-xandir tat-tag\u0127lim ta' Kristu.", "I\u017c-\u017cew\u0121 evan\u0121eljarji li issa jikkostitwixxu l-Codex Eyckensis, nistg\u0127u nissoponu, in\u0121abu mill-Abbazija ta' Echternach g\u0127al Aldeneik minn San Villibrordu.", "I\u017c-\u017cew\u0121 manuskritti ng\u0127aqdu f'legatura wa\u0127da, wisq probabbli fis-seklu 12.", "Fl-1571, l-abbazija ta' Aldeneik \u0121iet abbandunata.", "Min-nofs tas-seklu 10, post is-sorijiet Benedittini ttie\u0127ed minn Kapitlu kolle\u0121jali ta' kanoni\u010bi r\u0121iel.", "Bit-theddida dejjem tikber ta' gwerra reli\u0121ju\u017ca, il-kanoni\u010bi sabu refu\u0121ju fil-belt imdawra bis-swar ta' Maaseik.", "\u0126adu t-te\u017cori tal-knisja minn Aldeneik \u2014 li jinkludu l-Codex Eyckensis \u2014 g\u0127all-knisja ta' Santa Katerina.", "G\u0127al sekli s\u0127a\u0127, in-nies kienu konvinti li l-Codex Eyckensis kien inkiteb minn Harlindis u Relindis, l-ewwel abbessi tal-abbazija ta' Aldeneik, li aktar tard \u0121ew ikkanonizzati.", "L-a\u0121ografija tag\u0127hom inkitbet fis-seklu disa' minn qassis lokali.", "Dan it-test isemmi li Harlindis u Relindis kienu kitbu wkoll evan\u0121eljarju.", "Matul is-seklu disa', il-kult tar-relikwi tal-a\u0127wa nisa qaddisin sar dejjem aktar importanti u kien jinkludi l-venerazzjoni tal-Codex Eyckensis, li ispira qima profonda b\u0127ala xog\u0127ol mag\u0127mul minn Harlindis u Relindis stess.", "Madankollu, il-linji finali tat-tieni manuskritt ji\u010b\u0127du dan b''mod espli\u010bitu: \"Finito volumine deposco ut quicumque ista legerint pro laboratore huius operis depraecentur\" (Fit-tmiem ta' dan il-volum, nitlob lil dawk kollha li jaqraw dan, biex jitolbu g\u0127all-\"\u0127addiem\" li g\u0127amel dan il-manuskritt).", "Il-forma maskili \"laborator\" (\"\u0127addiem\") tindika b'mod \u010bar li l-awtur al-manuskritt kien ra\u0121el.", "Anali\u017ci komparattiva li twettqet fl-1994 minn Albert Derolez (Universit\u00e0 ta' Ghent) u Nancy Netzer (Kulle\u0121\u0121 ta' Boston) \u017cvelat li manuskritt A u manuskritt B huma t-tnejn mill-istess perjodu, li hu probabbli \u0127afna li t-tnejn in\u0127olqu fl-iskrittorju tal-abbazija ta' Echternach, u li jistg\u0127u anki \u0121ew prodotti mill-istess amanwensi.", "Fl-1957 sar tentattiv minn Karl Sievers, restawratur minn D\u00fcsseldorf, biex jikkonserva u jirrestawra l-Codex Eyckensis.", "Hu ne\u0127\u0127a u qered il-legatura ta' bellus a\u0127mar tas-seklu 18 u mbag\u0127ad g\u0127amel laminazzjoni tal-folji kollha tal-manuskritt b'Mipofolie.", "Mipofolie hu lamina tal-klorur tal-polivinil (PVC), plasti\u010bizzata esternament bid-diottilftalat.", "Mal-mog\u0127dija ta\u017c-\u017cmien, din il-lamina ipprodu\u010biet l-a\u010btu kloridriku li attakka l-par\u010bmina u kellu effett li \u0127oloq kulur safrani fuq il-lamina infisha.", "It-trasparenza u kulur tal-par\u010bmina \u0121ew affettwati, u l-polimeri pre\u017centi fil-lamina setg\u0127u imorru g\u0127al fuq il-par\u010bmina u jag\u0127mluha fra\u0121li.", "Wara l-laminazzjoni, Sievers re\u0121a' g\u0127amel legatura tal-codex.", "Biex ikun jista' jag\u0127mel dan, hu qata' t-truf tal-folji, u dan irri\u017culta fit-telf ta' frak tal-illuminazzjoni.", "F'tentattiv \u0121did ta' restawr bejn l-1987 u 1993, il-laminazzjoni Mipofolie tne\u0127\u0127iet b'mod metikolu\u017c minn tim tal-Istitut Irjali Bel\u0121jan g\u0127all-Wirt Kulturali, immexxi mill-kimiku Dr Jan Wouters.", "G\u0127ar-restawr tal-folji wara t-tne\u0127\u0127ija tal-laminat, \u0121iet \u017cviluppata teknika innovattiva ta' \"leafcasting\" tal-par\u010bmini.", "Biex ilestu r-restawr, i\u017c-\u017cew\u0121 manuskritti kostitwenti tal-Codex \u0121ew illegati separatament.", "L-eqdem dokumentazzjoni fotografika tal-Codex Eyckensis hi bejn wie\u0127ed u ie\u0127or mis-sena 1916 (Bildarchiv Marburg).", "Fl-okka\u017cjoni tal-restawr, il-manuskritt \u0121ie ffotografat fl-Istitut Irjali Bel\u0121jan g\u0127all-Wirt Kulturali (KIK\u2013IRPA).", "Facsimile \u0121iet ippubblikata fl-1994.", "Fl-2015, il-Codex Eyckensis \u0121ie ddi\u0121itizzat fuq il-post, fil-Knisja ta' Santa Katerina, mill-Imaging Lab and Illuminare \u2013 Centre for the Study of Medieval Art | KU Leuven.", "Dan il-pro\u0121ett tmexxa minn Prof. Lieve Watteeuw.", "L-istampi ta' ri\u017coluzzjoni g\u0127olja saru disponibbli online b'kooperazzjoni ma' LIBIS (KU Leuven).", "Il-Codex Eyckensis \u0121ie rikonoxxut u protett b\u0127ala wirt immobbli fl-1986.", "Fl-2003, il-Codex Eyckensis \u0121ie rikonoxxut b\u0127ala Opra tal-Poplu Flemish.", "Matul l-2016 \u2013 2017, tim ta' ri\u010berkaturi minn Illuminare \u2013 \u010aentru g\u0127all-Istudju tal-Arti Medjevali | KU Leuven (Prof. Lieve Watteeuw) u l-Istitut Irjali Bel\u0121jan g\u0127all-Wirt Kulturali (Dr. Marina Van Bos), se jistudjaw mill-\u0121did il-Codex Eyckensis.", "Informazzjoni addizzjonali hi disponibbli fuq:", "- www.codexeyckensis.be", "- Book Heritage Lab-KU Leuven", "- L-Istitut Irjali Bel\u0121jan g\u0127all-Wirt Kulturali (KIK\u2013IRPA)", "Coenen, J. (1921) Het oudste boek van Belgi\u00eb, \"Het Boek 10\", pp. 189-194.", "Coppens, C., A. Derolez en H. Heymans (1994) \"Codex Eyckensis: an insular gospel book from the abbey of Aldeneik,\" Antwerpen/Maaseik, facsimile.", "De Bruyne, D. (1908) L'\u00e9vang\u00e9liaire du 8e si\u00e8cle, conserv\u00e9 \u00e0 Maeseyck, \"Bulletin de la Soci\u00e9t\u00e9 d'Art et d'Histoire du Dioc\u00e8se de Li\u00e8ge 17\", pp. 385-392.", "Dierkens, A. (1979) Evang\u00e9liaires et tissus de l'abbaye d'Aldeneik.", "Aspect historiographique, \"Miscellanea codicologica F. Masai Dicata\" (Les publications de Scriptorium 8), Gent, pp. 31-40.", "Falmagne, T. (2009) \"Die Echternacher Handschriften bis zum Jahr 1628 in den Best\u00e4nden der Biblioth\u00e8que nationale de Luxembourg sowie Archives dioc\u00e9saines de Luxembourg, der Archives nationale, der Section historique de l' Institut grand-ducal und des Grand S\u00e9minaire de Luxembourg,\" Wiesbaden, Harrassowitz Verlag, 2 Banden: 311pp. + [64] ill., 792pp.", "Gielen J. (1880) Le plus vieux manuscrit Belge, \"Journal des Beaux-Arts et de la Litt\u00e9rature 22\", nr.", "15, pp. 114-115.", "Gielen, J. (1891) Evang\u00e9laire d'Eyck du VIIIe si\u00e8cle, \"Bulletin Koninklijke Commissie voor Kunst en Oudheden 30\", pp. 19-28.", "Hendrickx, M. en W. Sangers (1963) De kerkschat der Sint-Catharinakerk te Maaseik.", "Beschrijvende Inventaris, \"Limburgs Kunstpatrimonium I\", Averbode, pp. 33-35.", "Mersch, B. (1982) Het evangeliarium van Aldeneik, \"Maaslandse Sprokkelingen\" \"6\", pp. 55-79.", "Netzer, N. (1994) \"Cultural Interplay in the 8th century and the making of a scriptorium,\" Cambridge, Cambridge University Press, 258pp.", "Nordenfalk, C. (1932) On the age of the earliest Echternach manuscripts, \"Acta Archeologica\", vol.", "3, fasc.", "1, Kopenhagen: Levin & Munksgaard, pp. 57-62.", "Schumacher, R. (1958) L'enluminure d'Echternach: art europ\u00e9en, \"Les Cahiers luxembourgeois\", vol.", "30, nr.", "6, pp. 181-195.", "Spang, P. (1958) La biblioth\u00e8que de l'abbaye d'Echternach, \"Les Cahiers luxembourgeois,\" vol.", "30, nr.", "6, pp. 139-163.", "Talbot, C.H. (1954) \"The Anglo-Saxon Missionaries in Germany.", "Being the Lives of SS.", "Willibrord, Boniface, Sturm, Leoba and Lebuin, together with the Hodoeporicon of St. Willibald and a selection of the Correspondence of Boniface\", [vertaald en geannoteerd], Londen-New York, 1954, 234pp.", "Verlinden, C. (1928) Het evangelieboek van Maaseik\",\" \"Limburg\", vol.", "\"11\", p. 34.", "Vriens, H. (2016) \"De Codex Eyckensis, een kerkschat.", "De waardestelling van een 8ste eeuws Evangeliarium in Maaseik,\" onuitgegeven master scriptie Kunstwetenschappen, KU Leuven.", "Wouters, J., G. Gancedo, A. Peckstadt, en L. Watteeuw, L. (1990) The Codex Eyckensis: an illuminated manuscript on parchment from the 8th century: Laboratory investigation and removal of a 30 year old PVC lamination, \"ICOM triennial meeting\".", "ICOM triennial meeting.", "Dresden, 26-31 August 1990, Preprints: pp. 495\u2013499.", "Wouters, J., G. Gancedo, A. Peckstadt en L. Watteeuw (1992) The conservation of the Codex Eyckensis: the evolution of the project and the assessment of materials and adhesives for the repair of parchment, \"The Paper Conservator 16\", pp. 67-77.", "Wouters, J., A. Peckstadt en L. Watteeuw (1995) Leafcasting with dermal tissue preparations: a new method for repairing fragile parchment and its application to the Codex Eyckensis, \"The Paper Conservator 19\", pp. 5-22.", "Wouters, J., Watteeuw, L., Peckstadt, A. (1996) The conservation of parchment manuscripts: two case studies, \"ICOM triennial meeting,\" ICOM triennial meeting.", "Edinburgh, 1-6 September 1996, London, James & James, pp. 529-544.", "Wouters, J., B. Rigoli, A. Peckstadt en L. Watteeuw, L. (1997) Un mat\u00e9riel nouveau pour le traitement de parchemins fragiles, \"Techn\u00e9: Journal of the Society for Philosophy and Technology, 5\", pp. 89-96.", "\"Zimmerman\", \"E.H. (1916) Vorkarolingische Miniaturen, Deutscher Verein f\u00fcr Kunstwissenschaft\" \"III\", Sektion, Malerei, I. Abteilung, Berlin, pp. 66-67; 128; 142-143, 303-304.", "Eyckensis"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23594", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23594", "title": "G\u017cejjer Cook", "text": ["G\u017cejjer Cook", "Il-G\u017cejjer Cook huma pajji\u017ci g\u017cejjer fin-nofsinhar tal-O\u010bean Pa\u010bifiku.", "Il-belt kapitali u l-ikbar belt hi Avarua.", "L-art tag\u0127ha fiha 240 kilometru kwadru (92.7 mili kwadri) u l-popolazzjoni tag\u0127ha, hija ta' madwar 2100 ru\u0127."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23605", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23605", "title": "Rokku Buhagiar", "text": ["Rokku Buhagiar", "Rokku Buhagiar (Bormla, 1723 \u2013 Bormla, 10 ta' Lulju 1805) kien pittur Malti tal-era Barokka.", "Huwa wie\u0127ed mill-pitturi ewlenin tal-a\u0127\u0127ar fa\u017ci tal-era Barokka f'Malta.", "Hu twieled f'Bormla fis-sena 1723, i\u017cda meta kien g\u0127adu \u017cg\u0127ir kien mar joqg\u0127od ma \u0127uh fil-Belt Valletta.", "Sa mill-ewwel snin ta' \u017cg\u0127o\u017citu wera interess kbir lejn il-pittura."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23615", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23615", "title": "Elezzjonijiet \u0120enerali 2017 (Malta)", "text": ["Elezzjonijiet \u0120enerali 2017 (Malta)", "L-Elezzjonijiet \u0120enerali saru nhar is-Sibt 3 ta' \u0120unju 2017.", "333,380 kienu eli\u0121ibbli li jivvutaw biex jag\u0127\u017clu l-Partit politiku li jmexxi lil Malti u r-rappre\u017centanti fil-Parlament g\u0127at-13-il Le\u0121islatura mill-Indipendenza 'l hawn.", "Dan wara wa\u0127da mill-iqsar kampanji elettorali fl-istorja ta' Malta, uffi\u010bjalment \u0127ames \u0121img\u0127at.", "Il-Partit Laburista kiseb 170,976 vot; 35,280 aktar mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 135,696 vot; u b\u0127ala persenta\u0121\u0121i l-PL \u0121ab 55% u l-PN 43.7%, kwa\u017ci ripetizzjoni tal-istess ri\u017cultat tal-Elezzjonijiet \u0120enerali 2013 (Malta).", "Fil-fatt din kienet l-ikbar reb\u0127a elettorali f'Malta minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija sal-lum.", "Nhar l-1 ta' Mejju 2017, il-Priministru Joseph Muscat \u0127abbar waqt mass meeting tal-Partit Laburista fl-okka\u017cjoni ta' Jum il-\u0126addiem, li wara l-instabbilt\u00e0 li n\u0127olqot fil-pajji\u017c wara l-akku\u017ci ta' korruzzjoni fil-konfront tieg\u0127u u ta' martu, dakinhar stess kien se jmur g\u0127and il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca fil-Palazz ta' Sant'Anton biex jissu\u0121\u0121erilha li l-Parlament ji\u0121i xolt u tissejja\u0127 elezzjoni \u0121enerali bil-Parlament ixolji dakinhar stess, waqt li l-elezzjoni \u0121enerali ssir is-Sibt 3 ta' \u0120unju 2017.", "Kienu 8,372 ru\u0127 li ma \u0121abrux il-vot tag\u0127hom (2.4%), minn 341,856 li setg\u0127u jivvutaw.", "L-iktar li ma n\u0121abrux voti kien mit-Tnax-il Distrett (1,634 vot) - il-Mellie\u0127a, l-Manikata, in-Naxxar, Ba\u0127ar i\u010b-\u010aag\u0127aq, San Pawl il-Ba\u0127ar u Burmarrad; mill-G\u0127axar Distrett (1,138 vot - G\u017cira, Pembroke, San \u0120iljan, Paceville u Tas-Sliema; ; u mit-Tlettax il-Distrett ta' G\u0127awdex (884 vot).", "Dawn i\u0121ibu 1,849 iktar minn kemm ma n\u0121abrux fl-Elezzjonijiet \u0120enerali tal-2013, li kienu 6,523 persuna.", "Kienu 92.1% ta' dawk ele\u0121ibbli li marru jivvutaw, ji\u0121ifieri 314,696 minn 341,856 li kienu ele\u0121ibbli.", "Voti validi kien hemm 98.7%, ji\u0121ifieri 310,665.", "Voti invalidi kienu 1.3%, ji\u0121ifieri 4,031.", "8,730 elettur kienu eletturi \u0121odda li \u0127afna minnhom kienu g\u0127adhom ma g\u0127alqux 18-il sena fl-Elezzjonijiet \u0120enerali tal-2013.", "G\u0127all-Elezzjoni \u0120enerali 2017, b'kollox ikkontestaw 210 kandidat.", "It-tliet partiti - il-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista, l-Alternattiva Demokratika u l-Moviment Patrijotti - kellhom kandidati fuq id-distretti kollha li jammontaw g\u0127al tlettax-il distrett elettorali.", "Il-Partit Laburista ippre\u017centa 70 kandidat, waqt li l-Partit Nazzjonalista ippre\u017centa 110 kandidat, l-Alternattiva Demokratika ippre\u017centat 10 kandidati u l-Moviment Patrijotti 15-il kandidat.", "Minbarra dawn kien hemm ukoll 3 kandidat mill-Alleanza Bidla, u \u017cew\u0121 kandidati Indipendenti.", "St\u0127arri\u0121 tal-Maltatoday ippubblikat jumejn qabel l-elezzjoni \u0121enerali kien juri li l-Partit Laburista kellu vanta\u0121\u0121 ta' 5 fil-mija fuq il-Partit Nazzjonalista.", "St\u0127arri\u0121 tat-Tor\u010ba ippubblikat sitt ijiem qabel l-elezzjoni \u0121enerali kien juri li l-Partit Laburista kellu vanta\u0121\u0121 ta' 11 fil-mija fuq il-Partit Nazzjonalista, kif fil-fatt \u0121ab.", "Il-Partit Laburista kiseb 170,976 vot, 35,280 aktar mill-Partit Nazzjonalista li \u0121ab 135,696 vot (jekk jing\u0127adu l-voti tal-Partit Demokratiku li \u0127are\u0121 ta\u0127t il-lista tal-PN); u b\u0127ala persenta\u0121\u0121i l-PL \u0121ab 55% u l-PN 43.7%, kwa\u017ci ripetizzjoni tal-istess ri\u017cultat tal-Elezzjonijiet \u0120enerali 2013 (Malta).", "Fl-2013 il-PL kien \u0121ab 167,533 vot (54.8%) u allura \u017cied 3,443 vot.", "Il-PN kien \u0121ab 132,426 (43.3%) u \u017cied 3,270.", "Alternattiva Demokratika kisbet 2,564 vot jew 0.83%, il-Moviment Patrijotti Maltin kiseb 1,117 vot jew 0.36% u l-kandidati Indipendenti kisbu 91 vot jew 0.03%.", "Dan id-distrett kien jinkludi l-Belt, il-\u0126amrun, il-Marsa, Tal-Pieta, Gwardamangia u Santa Venera.", "Il-PL kiseb 57% tal-voti waqt li l-PN \u0121ab 42%.", "Dan meta fl-2013 il-PL kiseb 55% u l-PN 44%.", "B'hekk il-PL \u017cied il-voti bi 2% u l-PN naqqas bi 2%.", "Dan id-distrett kien jinkludi l-Birgu, l-Isla, Bormla, \u0126a\u017c-\u017babbar, St. Peter's (\u0126a\u017c-\u017babbar), il-Fgura, il-Kalkara u x-Xg\u0127ajra.", "Il-PL \u0121ab 71% waqt li l-PN \u0121ab 28%, b\u0127al erba' snin qabel.", "It-Tielet Distrett jikkonsisti fi\u017c-\u017bejtun, \u0126al G\u0127axaq, Wied il-G\u0127ajn u Marsaxlokk.", "Il-PL kiseb 70% tal-voti waqt li l-PN \u0121ab 29%,", "filwaqt li fl-2013, l-PL kien \u0121ab 68% u l-PN 30%.", "B'hekk il-PL \u017cied il-voti bi 2% u l-PN naqqas bi 1%.", "Dan id-distrett jikkonsisti fil-Fgura, il-Gudja, Ra\u0127al \u0120did, Santa Lu\u010bija u \u0126al Tarxien.", "Il-PL \u0121ab 68% mentri l-PN kiseb 31%.", "Il-PL \u017cied il-voti bi 1% u l-PN naqqas bi 1% fuq l-2013.", "Dan id-distrett huwa iffurmat minn Bir\u017cebbu\u0121a, \u0126al Kirkop, l-Imqabba, \u0126al Farru\u0121, il-Qrendi, \u0126al Safi, i\u017c-\u017burrieq u Bubaqra (\u017burrieq).", "Il-PL kiseb 66% waqt li l-PN \u0121ab 33%.", "Mentri fl-2013 kienu kisbu 67% u 32%.", "PL naqqas bi 1% waqt li l-PN \u017cied b'1%.", "Minn dan id-distrett, din id-darba l-PL tilef si\u0121\u0121u.", "Din kienet l-ewwel darba wara \u0127afna \u017cmien li ma \u0127ari\u0121x Karmenu Vella mal-PL.", "Dan id-distrett jikkonsisti f'\u0126al Qormi, is-Si\u0121\u0121iewi u \u0126al Luqa.", "Il-PL kiseb 59% mentri l-PN \u0121ab 40%, b\u0127al erba' snin qabel.", "Dan id-distrett huwa iffurmat minn \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121, \u0126ad Dingli, l-Im\u0121arr, l-Imtarfa, r-Rabat, il-Ba\u0127rija (Rabat) u tal-Virt\u00f9 (Rabat).", "Il-PL kiseb 56% waqt li l-PN \u0121ab 42% b\u0127al erba' snin qabel.", "Dan id-distrett jikkonsisti f'\u0126al Balzan, Birkirkara, Fleur-de-Lys (Birkirkara), Swatar (Birkirkara), l-Iklin u \u0126al Lija.", "Il-PL \u0121ab 45% mentri l-PN kiseb 53%.", "Erba' snin ilu kienu kisbu 48% u 49% rispettivament waqt li l-AD kienu \u0121abu 2.5%.", "PL naqqas b'madwar 3%, AD naqqas 2% u l-PN \u017cied b'4%.", "Dan id-distrett huwa iffurmat mill-G\u0127arg\u0127ur, l-Imsida, is-Swatar (l-Imsida), San \u0120wann, Kappara (San \u0120wann), is-Swieqi, Madliena (Swieqi) u Ta' Xbiex.", "Il-PL \u0121ab 42% waqt li l-PN kiseb 56%, u AD 1%.", "Mentri erba' snin ilu \u0121abu 43% u 54% rispettivament mentri l-AD kien \u0121ab 3%.", "Dan ifisser li l-PL naqqas b'madwar 1% u l-PN \u017cied b'2%.", "Id-distrett jikkonsisti fil-G\u017cira, in-Naxxar, Ba\u0127ar i\u010b-\u010aag\u0127aq (Naxxar), Pembroke, San \u0120iljan, Paceville (San \u0120iljan) u Tas-Sliema.", "Il-PL kiseb 38% u l-PN kiseb 60%, u AD 1%.", "Erba' snin qabel kienu kisbu 39% u 57% waqt li l-AD madwar 3%.", "Dan ifisser li l-PL naqqas 1%, AD naqqas 2% u l-PN \u017cied b'3%.", "Id-distrett huwa iffurmat mill-Imdina, \u0126'Attard, il-Mosta u Burmarrad (San Pawl il-Ba\u0127ar).", "Il-PL kiseb 43% waqt li l-PN \u0121ab 55%.", "Fl-a\u0127\u0127ar elezzjoni kienu \u0121abu 42% u 55%.", "PL \u017cied b'1% u l-PN baqa' l-istess.", "Dan id-distrett huwa iffurmat mill-Mellie\u0127a, in-Naxxar u San Pawl il-Ba\u0127ar.", "Il-PL kiseb 47% waqt li l-PN \u0121ab 51%.", "Erba' snin ilu kienu kisbu 47% u 50%.", "PL baqa' l-istess u l-PN \u017cdied bi 1%.", "Fid-distrett iffurmat minn G\u0127awdex u Kemmuna,", "il-PL \u0121ab 51% mentri l-PN kiseb 48%.", "Erba' snin ilu kienu kisbu 49% u 50% rispettivament.", "PL \u017cied 2% u l-PN naqqas 2%.", "Din kienet l-ewwel darba li l-PL \u0121ab ma\u0121\u0121oranza ta' voti f'dan id-distrett.", "L-Ewwel Distrett: Partit Laburista: Jose Herrera (4,630), Aaron Farrugia (3,600), Deo Debattista (2,378); Partit Nazzjonalista: Mario de Marco (4,721), Claudio Grech (2,606)", "It-Tieni Distrett: Partit Laburista: Joseph Muscat (14,674), Helena Dalli (650), Joe Mizzi (768), Chris Agius (527); Partit Nazzjonalista: Stephen Spiteri (527)", "It-Tielet Distrett: Partit Laburista: Chris Fearne (4,693), Carmelo Abela (2,892), Silvio Grixti (2,452), Helena Dalli (1,787); Partit Nazzjonalista: Mario Galea (1,763), Ir-Raba Distrett: Partit Laburista: Chris Fearne (5,405), Konrad Mizzi (4,968), Silvio Parnis (3,334), Byron Camilleri (2,320); Partit Nazzjonalista: Jason Azzopardi (2,497)", "Il-\u0126ames Distrett: Partit Laburista: Joseph Muscat (12,886), Owen Bonnici (278), Julia Farrugia Portelli (394); Partit Nazzjonalista: Anthony Bezzina (2,847), Herman Schiavone (1,143)", "Is-Sitt Distrett: Partit Laburista: Silvio Schembri (3,950), Roderick Galdes (2,757), Robert Abela (3,403); Partit Nazzjonalista: Ryan Callus (3,027), Clyde Puli (2556)", "Is-Seba' Distrett: Partit Laburista: Ian Borg (5,566), Edward Scicluna (3,665), Silvio Schembri (1,184) ; Partit Nazzjonalista: Jean Pierre Debono (1,951), Beppe Fenech Adami (2,195)", "It-Tmien Distrett: Partit Laburista: Edward Scicluna (3,577), Chris Cardona (3,218); Partit Nazzjonalista: Beppe Fenech Adami (6,484), Therese Commodini Cachia (1,523), David Agius (1,370)", "Id-Disa Distrett: Partit Laburista: Clifton Grima (2,608), Michael Falzon (2,093); Partit Nazzjonalista: Kristy Debono (4,022), Robert Arrigo (2,099), Marthese Portelli (1,468)", "L-G\u0127axar Distrett: Partit Laburista: Evarist Bartolo (2,732), Michael Falzon (2,260); Partit Nazzjonalista: Robert Arrigo (4,793), Karl Gouder (1,132); Partit Demokratiku: Marlene Farrugia (1,016)", "Il-\u0126dax-il Distrett: Partit Laburista: Anthony Agius Decelis (2,950), Alex Muscat (2,431); Partit Nazzjonalista: Simon Busuttil (11,266), David Agius (581), Edwin Vassallo (438)", "It-Tnax-il Disrtrett: Partit Laburista: Evarist Bartolo (2,444), Michael Farrugia (3,560); Partit Nazzjonalista: Simon Busuttil (9,389), Claudette Buttigieg (125), Robert Cutajar (1,080)", "Tlettax-il Distrett: Partit Laburista: Anton Refalo (4,853), Justyne Caruana (3,189), Clint Camilleri (2,466); Partit Nazzjonalista: Chris Said (4,642), Marthese Portelli (2,622)", "It-Tieni Distrett Elettorali (post li tbattal minn Helena Dalli)", "Bedingfield Glenn", "*It-Tielet Distrett Elettorali (post li tbattal minn Helena Dalli mal-\u0127atra ta' Kummissarju Ewropew fl-2019)", "Micallef Jean Claude", "Ir-Raba' Distrett Elettorali (post li tbattal minn Chris Fearne)", "Grech Etienne", "Il-\u0126ames Distrett Elettorali (post li tbattal minn Joseph Muscat)", "Zrinzo Azzopardi Stefan", "Is-Sitt Distrett Elettorali (post li tbattal minn Silvio Schembri)", "Cutajar Rosianne", "It-Tmien Distrett Elettorali (post li tbattal minn Edward Scicluna)", "Zammit Lewis Edward", "Id-Disa' Distrett Elettorali (post li tbattal minn Michael Falzon)", "Mallia Manuel", "It-Tnax-il Distrett Elettorali (post li tbattal minn Evarist Bartolo)", "Bartolo Clayton", "Is-Seba' Distrett Elettorali (post li tbattal minn Beppe Fenech Adami)", "Farrugia Godfrey", "L-G\u0127axar Distrett Elettorali (post li tbattal minn Robert Arrigo)", "Aquilina Karol", "Il-\u0126dax-il Distrett Elettorali (post li tbattal minn Simon Busuttil)", "Bartolo Ivan", "Il-\u0126dax-il Distrett Elettorali (post li tbattal minn David Agius)", "Deguara Maria", "It-Tlettax-il Distrett Elettorali (post li tbattal minn Marthese Portelli)", "Stellini David"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23619", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23619", "title": "Kabinett tal-Gvern Laburista Malti 2017", "text": ["Kabinett tal-Gvern Laburista Malti 2017", "Il-Kabinett immexxi mill-Priministru Joseph Muscat hu mag\u0127mul minn 14-il Ministru u 10 Segretarji Parlamentari.", "Il-Kabinett in\u0127atar fit-8 ta' \u0120unju 2017.", "Minn dawn l-24 deputat, 16 minnhom kienu xi darba f'kabinetti pre\u010bedenti Laburisti.", "Edward Scicluna, Evarist Bartolo, Chris Fearne, Chris Cardona u Jos\u00e8 Herrera \u017cammew l-istess responsabbiltajiet li kellhom fil-le\u0121i\u017clatura pre\u010bedenti.", "Il-kabinett fih tliet nisa.", "F'dan il-Kabinett in\u0127olqu 2 segretarjati parlamentari \u0121odda g\u0127al kollox: dak tas-Suq tal-Propjet\u00e0 u dak tal-Akkomodazzjoni So\u010bjali.", "Dawn huma l-karigi fi \u0127dan il-kabinett:", "Ministru tal-Intern u Sigurt\u00e0 Nazzjonali: Michael Farrugia", "Ministru tal-\u0120ustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Owen Bonnici", "Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xog\u0127ol: Evarist Bartolo", "Ministru tal-Finanzi: Edward Scicluna", "Ministru tal-Ekonomija, investiment u negozji \u017cg\u0127ar: Chris Cardona.", "Ministru tas-Sa\u0127\u0127a: Chris Fearne", "Ministru tal-Familja u drittijiet tat-tfal: Michael Falzon", "Ministru tal-Ener\u0121ija u l-Ilma: Joe Mizzi", "Ministru tal-Ambjent: Jos\u00e8 Herrera", "Ministru tat-Turi\u017cmu b'enfasi dwar l-Air Malta: Konrad Mizzi", "Ministru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummer\u010b: Carmelo Abela", "Ministru tal-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Helena Dalli", "Ministru tat-Trasport u Infrastruttura: Ian Borg", "Ministru ta' G\u0127awdex: Justyne Caruana Segretarju Parlamentari fi \u0127dan OPM, g\u0127as-servizzi finanzjarji, ekonomija di\u0121itali u servizzi finanzjari: Silvio Schembri", "Segretarju Parlamentari fi \u0127dan OPM, g\u0127a\u010b-\u010bittadinanza, simplifikazzjoni u riformi: Julia Farrugia", "Segretarju Parlamentari g\u0127a\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127, sport u g\u0127aqdiet volontarji: Clifton Grima", "Segretarju Parlamentari g\u0127all-Fondi Ewropej u djalogu so\u010bjali: Aaron Farrugia", "Segretarju Parlamentari g\u0127all-Gvern Lokali: Silvio Parnis", "Segretarju Parlamentari g\u0127all-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018: Deo Debattista", "Segretarju Parlamentari g\u0127all-Biedja u sajd: Clint Camilleri", "Segretarju Parlamentari g\u0127as-Suq tal-Propjet\u00e0: Chris Agius", "Segretarju Parlamentari Akkomodazzjoni So\u010bjali: Roderick Galdes", "Segretarju Parlamentari g\u0127all-Persuni b'Di\u017cabilit\u00e0 u Anzjanit\u00e0 Attiva: Anthony Agius Decelis"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23658", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23658", "title": "J. A. Baker", "text": ["J. A. Baker", "John Alec Baker kien awtur Ingli\u017c mag\u0127ruf l-aktar g\u0127all-ktieb \"The Peregrine,\" illi reba\u0127 id-Duff Cooper Prize fl-1967.", "Robert Macfarlane sejja\u0127lu \"kapolavur tal-letteratura \"non-fiction\" tas-seklun 20\" meta kiteb id-da\u0127la g\u0127all-edizzjoni tan-New York Review Books.", "Fuq il-qoxra ta' wara tal-istess edizzjoni, James Dickey jistqarr li l-ktieb \"jittraxxendi kull kitba naturistika ta' \u017cmienna,\" filwaqt li Barry Lopez jg\u0127id li l-ktieb hu \"wie\u0127ed fost l-aktar rakkonti dwar in-natura miktubin sabi\u0127, osservati b'reqqa u evokattivi.\"", "Werner Herzog qal li hu \"l-ktieb wa\u0127dani li nistedinkom taqraw jekk tridu tag\u0127mlu l-films,\" and said elsewhere \"... it has prose of the caliber that we have not seen since Joseph Conrad.\"", "Il-ktieb jirrakkonta sena wa\u0127da minn Ottubru sa April (x'aktarx tal-1962/3) mill-ossessjoni tal-awtur dwar il-bies, li damet g\u0127addejja g\u0127axar snin s\u0127a\u0127, u li kien iqatta' x-xtiewi qrib fejn kien joqg\u0127od Baker, f'Chelmsford, Essex fl-Ingilterra tal-Lvant.", "Il-kitba hi lirika, u rwol l-awtur ta' osservatur \u0127abrieki jinbidel fuq livell personali hekk kif Baker isir, fi kliem James Dickey, \"twa\u0127\u0127ida bejn l-g\u0127asfur u l-bniedem.\"", "Il-ktieb l-ie\u0127or li qatt kiteb Baker kien \"The Hill of Summer,\" tal-1969, rakkont liriku u vi\u017cjonarju ta' mixjet is-sajf fl-in\u0127awi l-aktar selva\u0121\u0121i tal-Ingilterra tan-nofsinhar.", "G\u0127ad illi mhux mag\u0127ruf daqs \"The Peregrine,\" xorta jgawdi l-istess reputazzjoni g\u0127all-\u0121miel letterarju u l-pre\u010bi\u017cjoni naturalista.", "Baker kien twieled fis-6 ta' Awwissu 1926 u g\u0127ex Chelmsford, Essex.", "\u0126a l-edukazzjoni sekondarja tieg\u0127u fil-King Edward VI Grammar School, Chelmsford.", "Il-kotba tieg\u0127u huma msejsin fuq l-osservazzjoni tieg\u0127u tal-g\u0127asafar fil-kampanja ta' Essex l-aktar fl-in\u0127awi li jibdew minn Chelmsford u jibqg\u0127u sejrin sal-kosta.", "G\u0127ad illi kien ja\u0127dem mal-Automobile Association, Baker ma kienx jista' jsuq u kien iterraq bir-rota.", "F'xil-1970 qabdu r-rewmati\u017cmu u \u0127ari\u0121lu l-kankru min\u0127abba fil-pilloli li kien jie\u0127u biex itaffi r-rewmati\u017cmu.", "Miet fis-26 ta' Di\u010bembru 1987.", "L-Universit\u00e0 ta' Essex g\u0127andha xi o\u0121\u0121etti li kienu tieg\u0127u, fosthom id-djarji, l-abbozzi tal-kotba, l-abbozzi korretti, il-korrispondenza tieg\u0127u, u t-tag\u0127mir ottiku li kien ju\u017ca biex josserva l-g\u0127asafar."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23659", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23659", "title": "Arturo Mercieca", "text": ["Arturo Mercieca", "Sir Arturo Mercieca (Rabat (G\u0127awdex), 14 ta \u0120unju 1878 \u2013 31 ta' Lulju 1963) kien Prim Im\u0127allef, politiku u awtur Malti.", "Studja fis-Seminarju tal-Qalb ta' \u0120es\u00f9 u fl-Universit\u00e0 ta' Malta minn fejn iggradwa b\u0127ala avukat.", "Kompla bl-istudji tieg\u0127u f'Ruma u f'Londra.", "La\u0127aq avukat ta' 26 sena.", "Eventwalment in\u0127atar Avukat tal-Kuruna, Im\u0127allef, u fl-a\u0127\u0127arnett Prim Im\u0127allef u President tal-Qorti tal-Appell.", "Bejn l-1907 u l-1910 kien membru tal-Kunsill tal-Gvern jirrappre\u017centa lil G\u0127awdex.", "Politikament kien attiv fil-politika mal-Associazione Politica Maltese.", "Fl-1940, mal-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, kien safa' internat flimkien ma' martu u tnejn minn uliedu g\u0127al \u0127ames snin.", "Fl-1942 kien e\u017ciljat fl-Uganda.", "Sir Arturo Mercieca kien ukoll kittieb u studju\u017c tal-istorja ta' Malta u diversi kitbiet tieg\u0127u dehru f'pubblikazzjonijiet Taljani tal-istorja.", "Ippubblika wkoll l-awtobijografija tieg\u0127u bit-titlu \"Le mie vicende\".", "Hu kien mi\u017c\u017cewwe\u0121 u kellu tmint itfal.", "Waqt \u010berimonja fil-foyer tal-bini tal-Qorti fil-Belt Valletta, fil-31 ta' Mejju 2012, inkixef bust ta' Sir Arturo Mercieca.", "Dakinhar \u0121iet ippre\u017centata wkoll kopja tat-traduzzjoni tal-bijografija ta' Sir Arturo Mercieca lill-Ministru Chris Said.", "Filwaqt li qraba u dixxendenti ta' Sir Arturo Mercieca ppre\u017centaw volumi s\u0127a\u0127 bis-sentenzi ori\u0121inali li Sir Arturo Mercieca kien ta, meta kien Im\u0127allef fil-Prim Awla u anki Prim Im\u0127allef."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23667", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23667", "title": "Chris Fearne", "text": ["Chris Fearne", "Christopher Fearne, mag\u0127ruf b\u0127ala Chris Fearne, (\u0126'Attard, 12 ta' Marzu 1963) huwa d-Deputat Prim Ministru ta' Malta u l-Ministru g\u0127as-Sa\u0127\u0127a attwali.", "Huwa Kirurgu tat-Tfal bi professjoni u \u0127adem b\u0127ala Consultant Paediatric Surgeon fl-isptarijiet tal-Gvern.", "Bin Frederick, li kien surmast ta' skola u wara kien Direttur tal-Edukazzjoni, u Carmen, li kienet g\u0127alliema u social worker, Chris studja l-Kulle\u0121\u0121 ta' San Alwigi u l-Universit\u00e0 ta' Malta minn fejn iggradwa fil-medi\u010bina u l-kirur\u0121ija tat-tfal fl-1987.", "Wara sar Fellow of the Royal Collage of Surgeons of Edinburgh u \u0127adem f'numru ta' sptarijiet tat-tfal fl-Ingilterra, fosthom f'Liverpool u fi Great Ormond Street, Londra.", "Huwa ukoll lettur fil-kirur\u0121ija fl-Universit\u00e0 ta' Malta u huwa e\u017caminatur tat-tobba.", "G\u0127al perjodu kien ukoll direttur tal-Malta Institiute for Medical Education.", "G\u0127al xi \u017cmien kien l-uniku kirurgu tat-tfal f'Malta.", "Fearne kien i\u010b-Chairperson tas-Celebrities for Kids, g\u0127aqda volontarja favur id-drittijiet tat-tfal.", "Meta kien student kien jimpenja ru\u0127u f'numru ta' g\u0127aqdiet, fosthom dawk universitarji, sportivi u politi\u010bi.", "Huwa serva g\u0127al numru ta' snin b\u0127ala Segretarju \u0120enerali tal-Federazzjoni tal-G\u0127aqdiet ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 Maltin, kif ukoll b\u0127ala uffi\u010bjal fil-Kunsill tal-iStudenti Universitarji, il-KSU, fl-g\u0127aqda tal-istudenti tal-medi\u010bina l-MMSA, u fl-G\u0127aqda \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 So\u010bjalisti.", "Kien jilg\u0127ab il-volleyball mal-Aloysians, g\u0127andu Green Belt fil-judo u qadef fir-regatta tal-1986.", "Huwa \u0127are\u0121 mal-Partit Laburista g\u0127all-Elezzjonijiet \u0120enerali l-ewwel darba f'dawk tal-2013, fuq it-Tielet u r-Raba' Distrett, u kien elett mir-Raba' Distrett bi 3,759 vot.", "F'April 2014, kien ma\u0127tur Segretarju Parlamentari g\u0127as-Sa\u0127\u0127a wara r-ri\u017cenja ta' Godfrey Farrugia.", "F'April 2016 kien ma\u0127tur Ministru tas-Sa\u0127\u0127a u kien konfermat f'din il-kariga wara l-elezzjoni ta' \u0120unju 2017.", "F'dik l-elezzjoni, huwa kien elett minn \u017cew\u0121 distretti: fit-Tielet Distrett kien elett mal-ewwel g\u0127add u \u0121ab 4,693 vot; u fir-Raba' Distrett kien elett ukoll mal-ewwel g\u0127add u \u0121ab 5,405 vot: b'kollox iktar minn 10,000 vot.", "Fl-istess xahar, huwa kkontesta g\u0127all-kariga ta' Deputat Mexxej tal-Partit Laburista g\u0127all-Affarijiet Parlamentari u f'Mejju kien elett f'din il-kariga u sar ukoll Deputat Prim Ministru.", "Mill-Ministeru tas-Sa\u0127\u0127a, huwa g\u0127amel su\u010b\u010bess, tant li l-Kummissjoni Ewropea tat \u010bertifikat tajjeb lil Malta b\u0127ala wie\u0127ed mill-aqwa pajji\u017ci li g\u0127andu healthy life living", "Nhar il-11 ta' Di\u010bembru 2019, Chris Fearne tefa' n-nomina g\u0127all-\u0127atra ta' Mexxej tal-Partit Laburista, f'elezzjoni interna bejn it-tesserati tal-Partit Laburista li se ssir fil-11 ta' Jannar 2020.", "Huwa kellu endorsments importanti, b\u0127al dak tal-eks President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca, l-eks Speaker Miriam Spiteri Debono u \u0127afna mill-ministri u membri parlamentari tal-Kabinett Laburista.", "Huwa mi\u017c\u017cewweg lil Astrid imwielda Sammut (bint Joe Sammut li kien Ombudsman) u g\u0127andhom tliet ulied; Dawn, Julian u Rafael.", "G\u0127al xi \u017cmien kien anke t-tabib personali tal-Prim Ministru Dom Mintoff u fl-ewwel Konferenza \u0120enerali tal-Partit li fiha tkellem, dik ta' Jannar 2012, wassal l-awguri tieg\u0127u lill-Konferenza.", "Huwa sapporter tat-team Ingli\u017c tal-futbol, i\u010b-Chelsea."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23673", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23673", "title": "Paolo Villaggio", "text": ["Paolo Villaggio", "Paolo Villaggio (\u0120enova, 30 ta' Di\u010bembru 1932 \u2013 Ruma, 3 ta' Lulju 2017) kien attur, komiku, awtur u xene\u0121\u0121jatur Taljan.", "Kiteb u interpreta karattri marbutin mal-komi\u010bit\u00e0 paradossali u grotteska, b\u0127all-professor Kranz u t-timidu Giandomenico Fracchia, sar mag\u0127ruf mal-pubbliku Taljan u Maltin g\u0127all-\u0127olqien letterarju tal-accountant sfortunat Ugo Fantozzi; li minnu \u0127ar\u0121et sensiela twila ta' films ta' su\u010b\u010bess kbir, li da\u0127lu fl-imma\u0121inarju kollettiv tat-Taljani kollha u tal-Maltin tas-snin sebg\u0127in u tmenin.", "\u0126a sehem f'partijiet iktar drammati\u010bi, f'films t\u0127t diretturi b\u0127al Federico Fellini, Marco Ferreri, Lina Wertm\u00fcller, Ermanno Olmi u Mario Monicelli.", "Fl-1992, fil-Festival ta' Venezja, ing\u0127ata l-Leone d'oro alla carriera.", "F'Awwissu 2000 tawh il-Pardo d'onore fil-Festival del cinema di Locarno."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23674", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23674", "title": "Anna Netrebko", "text": ["Anna Netrebko", "Anna Yurievna Netrebko (bir-Russu: \u0410\u043d\u043d\u0430 \u042e\u0440\u044c\u0435\u0432\u043d\u0430 \u041d\u0435\u0442\u0440\u0435\u0431\u043a\u043e) (Krasnodar, 18 ta' Settembru 1971) hi kantanta Russa."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23675", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23675", "title": "Pietru Pawl Busuttil", "text": ["Pietru Pawl Busuttil", "Pietru Pawl Busuttil (1944 - 28 ta' \u0120unju, 2017) f'Di\u010bembru tal-1986 kien \u0121ie ffrejmjat g\u0127all-qtil ta' Raymond Caruana.", "Il-Pulizija marru j\u0127abbtulu d-dar u qalulu biex jo\u0127odhom fir-razzett tieg\u0127u.", "Hemmhekk kienu \u0121ew mo\u0127bijin il-machine gun li ntu\u017cat fil-qtil ta' Raymond Caruana u ammont ta' kannabis, flimkien ma' boiler suit u xi bullets.", "Dawn l-o\u0121\u0121etti kienu tpo\u0121\u0121ew hemm minn persuni o\u0127ra biex meta l-Pulizija jsibuhom, je\u0127el Pietru Pawl Busuttil g\u0127all-qtil ta' Raymond Caruana.", "Raymond Caruana kien \u0121ie maqtul xi jiem qabel meta kien qieg\u0127ed \u0121ol-ka\u017cin tal-Partit Nazzjonalista tal-Gudja g\u0127al ri\u010beviment, u mit-triq g\u0127addiet karozza li minnha \u0121ew sparati diversi tiri lejn il-ka\u017cin.", "Tir minnhom kien laqat lil Raymond Caruana u qatlu fuq il-post.", "Ftit wara l-Qorti kienet sabet lil Pietru Pawl Busuttil kompletament inno\u010benti u ordnat li jing\u0127ata kumpens ta' Lm40,000.", "Ir-reat g\u0127adu mhux solvut sal-lum il-\u0121urnata.", "Pietru Pawl Busuttil dam iservi b\u0127ala sindku ta' \u0126al Safi g\u0127al 18-il sena.", "Huwa miet fl-et\u00e0 ta' 73 sena, fl-isptar tal-onkolo\u0121ija Sir Anthony Mamo wara li kien ilu xi \u017cmien ji\u0121\u0121ieled il-kan\u010ber."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23676", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23676", "title": "Raymond Caruana", "text": ["Raymond Caruana", "Raymond Caruana (1961- 5 ta' Di\u010bembru, 1986) kien \u017cag\u0127\u017cug\u0127 li nqatel fil-Ka\u017cin Nazzjonalista tal-Gudja wara tiri sparati fid-direzzjoni tal-Ka\u017cin.", "Fl-elezzjonijiet \u0121enerali tal-1981, il-Partit Laburista \u0121ab ma\u0121\u0121oranza ta' si\u0121\u0121ijiet i\u017cda mhux ta' voti.", "Il-Partit Nazzjonalista ma a\u010b\u010bettax ir-ri\u017cultat u beda moviment ta' di\u017cubbidjenza \u010bivili.", "Il-qtil ta' Raymond Caruana kien il-qofol tal-vjolenza politika fit-tmeninijiet u kien qtil li se\u0127\u0127 f'katina ta' vjolenza politika li kkaratterizzat lil Malta fil-perjodu bejn it-30 ta' Novembru 1986 u t-12 ta' Di\u010bembru 1986.", "Fit-30 ta' Novembru, il-Partit Nazzjonalista ma kienx t\u0127alla jag\u0127mel Mass Meeting fi\u017c-\u017bejtun, u kienet saret \u0121lieda mal-partitarji Laburisti u l-Pulizija.", "Il-vjolenza kompliet fl-1 ta' Di\u010bembru 1986 meta xi partitarji Laburisti f'carcade, waqfu quddiem il-Kazin Nazzjonalista ta' \u0126al Tarxien u sparaw tiri ta' sub machine gun lejn il-bieb tal-Ka\u017cin li kien maghluq.", "Nhar il-5 ta' Di\u010bembru 1986 filg\u0127axija grupp ta' partitarji Nazzjonalisti n\u0121abru fil-Ka\u017cin tal-Gudja g\u0127all-attivit\u00e0 so\u010bjali abbinata mal-inawgurazzjoni tal-Ka\u017cin u l-bidu tal-ista\u0121un tal-Festi tal-Milied.", "Kien tard filg\u0127axija, fi tmiem l-attivit\u00e0 li g\u0127aliha kellu jattendi wkoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami, li mit-triq fil-11.15 p.m. g\u0127addiet vettura misjuqa minn numru ta' partitarji Laburisti u li minnha kienu sparati 13-il tir fi ftit sekondi minn sub-machine gun lejn il-Ka\u017cin Nazzjonalista, li dak il-\u0127in kien miftu\u0127 u bid-dawl mixg\u0127ul fuq \u0121ewwa.", "Filwaqt li numru ta' bullets we\u0127lu fil-\u0127ajt madwar il-bieb tal-Ka\u017cin, wa\u0127da minnhom nifdet il-\u0127\u0121ie\u0121a tal-bieb tal-Ka\u017cin u laqtet lil Caruana ta' 25 sena, f'wi\u010b\u010bu.", "Hu miet \u017cvinat fil-Ka\u017cin.", "F'diskors li g\u0127amel l-g\u0127ada tal-ka\u017c, il-Kap Nazzjonalista Eddie Fenech Adami qal li l-Partit jemmen li dawk li dakinhar sparaw fuq il-Ka\u017cin tal-Gudja kienu wkoll involuti f'in\u010bidenti o\u0127rajn li se\u0127\u0127ew fil-jiem ta' qabel fit-Triq tal-Barrani u fil-Ka\u017cin Nazzjonalista ta' \u0126al Tarxien.", "Hu appella wkoll biex il-poplu jibqa' mag\u0127qud u ja\u0127dem g\u0127ar-rikon\u010biljazzjoni nazzjonali.", "G\u0127all-a\u0127\u0127ar tislima, li tmexxiet mill-Ar\u010bisqof \u0120u\u017ceppi Mercieca, l-uniku deputat Laburista li kien \u0127a sehem kien Joe Brincat.", "Missieru, \u0120u\u017ceppi, kien qal \"Jekk il-mewt tat-tifel tieg\u0127i isservi g\u0127all-pa\u010bi a\u0127jar miet hu biss inkella jmutu \u0127afna\".", "Ftit jiem wara sar frame-up biex iwa\u0127\u0127al fl-attivist Nazzjonalista Pietru Pawl Busuttil minn \u0126al Safi, li mbag\u0127ad irri\u017culta fil-Qorti li qatt ma kellu x'jaqsam mal-isparatura li biddlet l-istorja politika ta' pajji\u017cna.", "Is-sub machine gun li ntu\u017ca tpo\u0121\u0121a fir-razzett ta' Busuttil.", "L-arma kienet instabet fi tfittxija suspettu\u017ca u kontroversjali li wettqu l-Pulizija fir-razzett tieg\u0127u.", "Fil-Qorti Pietru Pawl Busuttil kien liberat minn kull akkuza u l-Qorti kkonfermat li fil-konfront tieghu kien sar frame-up.", "Fl-24 ta' Di\u010bembru tal-1990, Nicholas Ellul mag\u0127ruf b\u0127ala \"\u010b-\u010aaqwes\" kien tressaq il-Qorti akku\u017cat bil-qtil ta' Caruana, wara li \u0121ie identifikat b\u0127ala s-sid tas-sub machinegun.", "Minkejja dan, ix-xhieda tieg\u0127u qatt ma nstemg\u0127et, g\u0127ax qabel beda l-\u0121uri tieg\u0127u, la\u0127aq miet b'overdose ta' droga fl-2001.", "Il-ka\u017c baqa' mhux solvut.", "Il-Partit Nazzjonalista g\u0127adu jfakkar kull sena il-qtil ta' Caruana b'quddiesa u bi tqeg\u0127id ta' kuruni ta' fjuri fuq il-qabar tieg\u0127u fi\u010b-\u010bimiterju tal-Gudja.", "Nhar it-3 ta'Di\u010bembru 2016, il-Prim Ministru Laburista Joseph Muscat \u017car il-qabar ta' Caruana.", "Xi \u017cmien qabel kien iltaqa' mal-qraba tieg\u0127u."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23678", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23678", "title": "Ma\u0127res", "text": ["Ma\u0127res", "Ma\u0127res hija belt \u017cg\u0127ira fit-Tune\u017cija.", "L-isem bl-G\u0127arbi Tune\u017cin ifisser \"imkien il-g\u0127assa\", mag\u0127rufa wkoll b\u0127ala \"El Ma\u0127res\", b'popolazzjoni ta' madwar 17,000 ru\u0127.", "Matul is-sajf, il-popolazzjoni tikber g\u0127al madwar 30,000 billi ji\u0121u lura \u0127afna mill-abitanti tag\u0127ha li jkunu jg\u0127ixu fid-dijaspora mxerrdin ma' Franza u bnadi o\u0127rajn fl-Ewropa tal-Punent.", "Ma\u0127res tinsab f'qag\u0127da strate\u0121ika bejn \u017cew\u0121 toroq importanti ta' \u017cmien ir-Rumani li kienu jg\u0127aqqdu Karta\u0121ni ma' Lixandra.", "Il-fortizza Bi\u017cantina ta' Junga, li hi s-sit arkeolo\u0121iku wa\u0127dieni tax-xorta tieg\u0127u f'dar-re\u0121jun, tibqa' xhieda tas-siwi storiku ta' Ma\u0127res.", "Isem il-belt \u0121ej mill-funzjoni ta' \u0127arsien li kellu minn \u017bmien il-Qedem sal-Perjodu G\u0127arbi.", "Ma\u0127res kellha sehem ewlieni fl-imperu Feni\u010bju fit-Tune\u017cija b\u0127ala port kummer\u010bjali, u dan g\u0127en bil-kif sabiex il-Berbari jaqilbu g\u0127at-twemmin Nisrani matul il-perjodi tar-Rumani u tal-Bi\u017cantini.", "Matul il-perjodu Aglabita, li fih il-pre\u017cenza G\u0127arbija ddominat, Ma\u0127res kienet ilqug\u0127 siewi kontra l-inva\u017cjonijiet.", "Il-belt tg\u0127ix bil-koltivazzjoni ta\u017c-\u017cebbu\u0121, b'g\u0127asir i\u017c-\u017cejt ta\u017c-\u017cebbu\u0121a, bis-sajd, bl-industrija agro-alimentari, bl-industrija tal-g\u0127amara, u bil-manifattura tat-tessuti.", "Wie\u0127ed mill-akbar imsa\u0121ar ta\u017c-\u017cebbu\u0121 tal-Afrika jinsab proprju fit-territorju tal-Ma\u0127res.", "Barra minn hekk, il-port tas-sajjieda, li kien inawgurat mill-President ta' dak i\u017c-\u017cmien \u0126abib Burgiba nhar il-21 ta' April tal-1987, iservi wkoll ta' lok ta' rikreazzjoni g\u0127all-abitanti tal-belt, barra milli jaqdi rwol ekonomiku.", "Disa' kilometri 'l fuq mill-belt hemm l-impjant tal-gass SIAP, immexxi mill-grupp Britanniku British Gas, li jissupplixxi 50% tal-\u0127ti\u0121iet tal-gass naturali li g\u0127andha t-Tune\u017cija.", "Ma\u0127res hija mag\u0127rufa g\u0127ax-xtajta twila tag\u0127ha, jisimha x-Xaffar, li hi l-aktar xtajta mag\u0127rufa fil-governorat ta' Sfaks.", "Ix-Xaffar qieg\u0127ed tliet kilometri 'l fuq mill-Ma\u0127res, u j\u017curuh l-aktar l-abitanti ta' Sfaks.", "Ma\u0127res hija mag\u0127rufa g\u0127ax ilu sa mill-1988 jospita l-Festival Internazzjonali tal-Arti Plastika kull sajf."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23684", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23684", "title": "Zammit", "text": ["Zammit", "Zammit jista' jirreferi g\u0127al:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23687", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23687", "title": "Dar i\u017c-\u017bawr", "text": ["Dar i\u017c-\u017bawr", "Dar i\u017c-\u017bawr (bl-G\u0127arbi: \u062f\u064a\u0631 \u0627\u0644\u0632\u0648\u0631 \"Dayr az-Z\u016br\"; bis-Sirjak: \u0715\u071d\u072a\u0710 \u0719\u0725\u0718\u072a\u072c\u0710 \"Dayr\u0101\u02be Z\u0259\u02bf\u014drt\u0101\u02be\") hija l-ikbar belt fil-Lvant tas-Sirja u s-seba' l-ikbar f'dan il-pajji\u017c.", "G\u0127all-\u0127effa, is-Sirjan jsej\u0127ula \"Ad-Deir\", jew a\u0127jar, Id-Dar."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23688", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23688", "title": "Korf\u00f9", "text": ["Korf\u00f9", "Korf\u00f9 (mag\u0127rufa wkoll b\u0127ala Kerkira, /kor\u02c8\u02a7ira/; bil-Grieg: \u039a\u03ad\u03c1\u03ba\u03c5\u03c1\u03b1 o \u039a\u03cc\u03c1\u03ba\u03c5\u03c1\u03b1, K\u00e9rkyra; bil-Latin: \"Corcyra\") hija g\u017cira Griega, fil-Ba\u0127ar Jonju, quddiem ix-xtajta t'Epiru, fil-konfini ta' bejn il-Gre\u010bja u l-Albanija.", "Hija maqtug\u0127a mill-Gre\u010bja kontinentali permezz ta' fliegu li jvarja fil-wisa' minn 3 sa 25 kilometru.", "Il-g\u017cira g\u0127andha erja ta' 613.6 kilometru2, ji\u0121ifieri kwa\u017ci d-doppju tal-erja ta' Malta.", "Il-belt ewlenija \u0121\u0121ib l-istess isem tal-g\u017cira, \u010bjoe Korf\u00f9 u n-nies tal-lokal isejj\u0127ulha Kerkira."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23693", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23693", "title": "Knisja tal-Madonna tal-\u0126niena, Bir id-Deheb", "text": ["Knisja tal-Madonna tal-\u0126niena, Bir id-Deheb", "Il-Knisja tal-Madonna tal-\u0126niena f'Bir id-Deheb hi fi\u010b-\u010bentru ta\u017c-\u017cona, mibnija fil-limiti ta\u017c-\u017bejtun.", "Il-knisja li naraw illum hi wa\u0127da kbira u moderna imma din \u0127adet post l-o\u0127ra antika.", "Dun \u0120wann Vella bena l-knisja kbira \"Tal-\u0126niena\" li tintu\u017ca llum.", "Wara l-gwerra n-numru ta' nies f'Bir id-Deheb tant kiber li n\u0127asset il-\u0127tie\u0121a u\u0121renti ta' knisja bil-bosta akbar mill-kappella li nbniet fl-1865. lx-xog\u0127ol beda fl-1959 fuq pjanta tal-perit \u0120u\u017ceppi D'Amato.", "Il-bennejja kienu \u0120anni Vella u Fran\u0121isku Desira u l-ewwel quddiesa f'din il-knisja spazjuza saret fis-27 ta' Mejju, 1962.", "Il-kwadru titulari tag\u0127ha hu meqjus b\u0127ala l-aqwa xog\u0127ol tal-pittur \u0120or\u0121 Preca u \u0121ie regalat lill-knisja mill-im\u0127allef Vincent Camilleri u s-sinjura tieg\u0127u.", "Dun \u0120wann \u0127a \u0127sieb jibni wkoll dar g\u0127as-sa\u010berdot li jkun inkarigat mill-knisja, dar li llum tintu\u017ca g\u0127at-tag\u0127lim tad-duttrina tat-tfal billi l-knisja kien jonqosha xi xog\u0127ol dan tkompla fi \u017cmien ir-rettur ta' wara, fosthom Dun Joe Abela (il-kittieb ta' dan it-tag\u0127rif), Dun Anton Abela u Dun Remi\u0121 Saliba.", "Dun Joe Abela \u0127a hsieb jibda l-bini tal-kampnar, bena l-kmamar ta' wara u rran\u0121a \u010b-\u010bentru ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127.", "Dun Remi\u0121 Saliba bena l-gallarija tal-orgni u \u0121edded is-sistema tad-dawl elettriku.", "Aktar tard kompla bil-bini tal-kampnar u biex jag\u0127ti dehra \u0121dida u sabi\u0127a lill-fa\u010b\u010bata tal-knisja.", "Il-perit inkarigat minn dan ix-xog\u0127ol kien is s-sur Joe Magro mi\u017c-\u017bejtun.", "Dan ix-xog\u0127ol tlesta fl-2005.", "Illum il-knisja tal-Madonna Tal-\u0126niena f'Bir id-Deheb hi imbeg\u0127da mill-knisja parrokkjali u allura, \u0121ustament, qed taqdi missjoni mportanti fil-parro\u010b\u010ba ta\u017c-\u017bejtun billi sservi ta' \u010bentru ta' \u0127idma pastorali, mhux biss fl-amministrazzjoni tas-sagramenti u x-xandir tal-Kelma t'Alla, i\u017cda wkoll fit-tag\u0127lim u l-formazzjoni Nisranija tat-tfal, \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u adulti.", "Kull sena f'Settembru ssir festa \u0127elwa dedikata lill-Madonna bil-parte\u010bipazzjoni ta' wa\u0127da mill-baned ta\u017c-\u017bejtun.", "Dehra tal-Knisja tal-Madonna tal-\u0126niena wara li re\u0121g\u0127et inbniet fis-sittinijiet tas-seklu dsatax.", "Diversi tibdiliet li saru wara jirrendu l-knisja tal-lum", "Kitba tal-kanonku Dun Joe Abela editjat minn Jeffrey Zammit"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23701", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23701", "title": "Adrian Delia", "text": ["Adrian Delia", "Adrian Delia (B'Kara, 8 ta' Awwissu, 1969) huwa l-Kap attwali tal-Oppo\u017cizzjoni f'Malta u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Twieled, g\u0127ex u trabba \u0121ewwa Birkirkara.", "\u0126a l-formazzjoni akkademika tieg\u0127u fil-Kulle\u0121\u0121 San Alwi\u0121i qabel studja u gradwa b\u0127ala avukat mill-Universit\u00e0 ta' Malta fl-1993.", "Waqt li kien l-Universit\u00e0, huwa \u0127adem f'Radio 101.", "Beda l-karriera professjonali b\u0127ala Avukat tal-Mid-Med Bank qabel ma feta\u0127 ditta legali, Aequitas Legal, li llum t\u0127addem madwar 45 ru\u0127.", "B\u0127ala avukat, Delia kiseb reputazzjoni u rrappre\u017centa diversi kumpaniji kemm Maltin kif ukoll barranin.", "Bi kwa\u017ci 25 sena esperjenza, Delia \u0127adem fil-qasam tal-public procurement u f'dak bankarju u serva wkoll b\u0127ala Direttur u Segretarju ta' wie\u0127ed mill-Banek ewlenin Ewropej \u0121ewwa Malta.", "Huwa wkoll li\u010benzjat b\u0127ala fidu\u010bjarju mal-MFSA.", "Okkupa diversi rwoli o\u0127rajn tat-tmexxija fosthom b\u0127ala l-president tal-FRBC u vi\u010bi president tal-Maltese Turkish Business Council.", "Huwa direttur u segretarju tal-kumpanija Erste Bank (Malta) Ltd, sussidjarja ta' Erste Bank, ewlieni fl-operazzjonijiet bankarji tal-Ewropa \u010aentrali u tal-Lvant b'kapital fis-suq ta' 15-il biljun ewro.", "G\u0127al bosta snin, Delia ta parir lil Skanska, il-kumpanija tal-kostruzzjoni multinazzjonali li bniet l-Isptar Mater Dei, l-akbar kuntratt ta' akkwist f'Malta sal-lum.", "\u0126adem g\u0127all-akbar kumpaniji u konsorzji tat-toroq tal-pajji\u017c, a\u0121enti ta' beni immobbli ewlenin, kumpaniji tal-i\u017cvilupp u tal-kostruzzjoni u uffi\u010b\u010bji tal-periti.", "Fil-passat serva b\u0127ala president tal-Federazzjoni tal-Bennejja tat-Toroq u Kuntratturi.", "Huwa kien avukat tad-difi\u017ca fl-ewwel pro\u010bedura ta' arbitra\u0121\u0121 internazzjonali li saret f'Malta f'litigazzjoni ta' trasferiment ta' valur g\u0127oli.", "Huwa l-iktar mag\u0127ruf b\u0127ala President tal-klabb tal-futbol Birkirkara FC fejn jibqa' msemmi li rnexxielu jkun l-ewwel klabb Malti li rnexxielu jg\u0127addi g\u0127at-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni f'kompetizzjoni Ewropea.", "Nhar il-25 ta' \u0120unju 2017, 3 \u0121img\u0127at wara li l-PN \u0121arrab telfa elettorali massi\u010b\u010ba fl-Elezzjonijiet \u0120enerali 2017, Delia \u0127abbar il-kandidatura tieg\u0127u g\u0127al Kap tal-PN wara r-ri\u017cenja ta' Simon Busuttil.", "Huwa kiteb hekk fuq il-media so\u010bjali:", "\"Biex Inservi, nisma' l-g\u0127ajta tal-poplu, il-karba tal-Partit, nid\u0127ol b'qalb kbira, ener\u0121ija ma taqtax, mhux meta fil-glorja i\u017cda fl-ikbar b\u017conn.", "U flimkien nibnu mill-\u0121did il-Partit tal-\u0127afna mhux tal-ftit.", "Tas-servizz mhux tal-pretensjonijiet.", "Li j\u0127ares lejn is-so\u010bjet\u00e0 u jinteba\u0127 li nbidlet u flok iwebbes rasu jdewweb qalbu, jnebba\u0127 ru\u0127u u jeg\u0127req demmu biex jer\u0121a' jkun tan-nies flok tas-setturi.", "Bibien bera\u0127, ideat \u0121odda, biex nibnu mhux biss l-istrutturi imma l-futur ta' uliedna.\"", "Nhar it-2 ta' Settembru 2017, huwa kien l-iktar kontestant li kiseb voti mill-Kunsilliera tal-Kunsill \u0120enerali tal-Partit Nazzjonalista, 616 vot, fl-ewwel rawnd tal-votazzjoni fl-elezzjoni g\u0127all-Kap tal-PN, li kkontestaw g\u0127aliha wkoll Alex Perici Calascione, Frank Portelli u Chris Said.", "Said kiseb it-tieni l-ikbar ammont ta' voti, 425 vot.", "Perici Calascione \u0121ab 296 vot u Frank Portelli 11-il vot.", "Delia qal li reb\u0127et id-demokrazija u li \u0121imag\u0127tejn o\u0127ra, it-22,000 tesserat kienu se jag\u0127mlu de\u010bi\u017cjoni storika.", "Filwaqt li rringrazzja lit-tliet kontestanti l-o\u0127ra, Dr Delia sa\u0127aq li minn issa 'l quddiem il-messa\u0121\u0121 irid ikun wie\u0127ed ta' g\u0127aqda.", "Insista li \u0127add mhu ikbar mill-partit.", "Nhar is-16 ta' Settembru 2017, 14,750 tesserat tefg\u0127u l-vot tag\u0127hom.", "Madwar terz mit-tesserati, 7,000, ma vvutawx.", "Delia \u0121ab 52.7% tal-voti mitfug\u0127a (7,734 vot) filwaqt li Chris Said (6,932 vot) \u0121ab 47.3%.", "Huwa kien ko-optjat fil-Parlament fl-4 ta' Ottubru 2017 wara r-ri\u017cenja mill-Parlament ta' Jean Pierre Debono u sussegwentement ta' Peter Micallef.", "Huwa \u0127a l-\u0121urament b\u0127ala Kap tal-Oppo\u017cizzjoni fis-6 ta' Ottubru 2017.", "L-ewwel test elettorali g\u0127al Delia kienet l-elezzjoni g\u0127all-Parlament Ewropew, nhar il-25 ta' Mejju 2019.", "Din l-elezzjoni intreb\u0127et bil-kbir mill-Partit Laburista li \u0121ab 141,267 vot (54.3%), 42,656 vot iktar mill-PN li \u0121ab 98,611 vot (38%).", "Il-PL tella' erba' parlamentari, u l-PN tnejn.", "Fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, il-PL \u0121ab 150,514 vot, 47,160 vot iktar mill-PN li \u0121ab 103,398 vot.", "Biex hekk il-PL \u0121ab il-ma\u0121\u0121oranza f'47 kunsill, u l-PN fi 19 biss.", "Il-PN tilef g\u0127all-ewwel darba l-ma\u0121\u0121oranza fil-Belt Valletta, u ma rnexxilux i\u0121ib ma\u0121\u0121oranza f'B'Kara, il-Mosta u San Pawl il-Ba\u0127ar.", "Wara dawn l-elezzjonijiet, segwew numru ta' ri\u017cenji.", "David Stellini rri\u017cenja minn President tal-Kunsill Amministrattiv u minn Membru Parlamentari tal-Oppo\u017cizzjoni wara li ma \u0121iex elett b\u0127ala Membru Parlamentari Ewropew.", "Hu g\u0127amel dan sabiex jer\u0121a' jmur ja\u0127dem fi Brussell.", "Fl-1 ta' \u0120unju 2019, Mark Anthony Sammut irri\u017cenja minn President tal-Kumitat E\u017cekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.", "Dan g\u0127amel biex fi kliemu jibg\u0127at sinjal li qed jerfa' r-responsabbilt\u00e0 g\u0127at-telfiet li \u0121arrab il-PN fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali, li hu sej\u0127ilhom \"l-ag\u0127ar ri\u017cultat politiku mill-gwerra 'l hawn,\" kif ukoll biex juri d-di\u017cgust tieg\u0127u lejn ir-reazzjoni tal-uffi\u010bjali ewlenin tal-Partit Nazzjonalista g\u0127ar-ri\u017cultat.", "Fit-3 ta' \u0120unju, David Camilleri irri\u017cenja t-Te\u017corier tal-Partit Nazzjonalista , g\u0127ax sostna li xi \u0127add irid jerfa' r-responsabbilt\u00e0 ta' dak li \u0121ara meta ttie\u0127ed il-vot li bih Jean Pierre Debono \u0121ab \u017cew\u0121 voti iktar minn Kevin Cutajar u g\u0127alhekk kien se jie\u0127u post David Stellini.", "Aktar tard, dan il-post ittie\u0127ed minn Kevin Cutajar wara li Jean Pierre Debono dde\u010bieda li ma ji\u0127ux l-irwol hu.", "Fis-17 ta' \u0120unju, Pierre Portelli rri\u017cenja minn Chairman E\u017cekuttiv tal-midja tal-PN, g\u0127ax qal li l-\u0127idma tieg\u0127u ma tistax i\u0121\u0121ib aktar bidliet min\u0127abba l-attakki kostanti u koordinati fuq il-Partit u fuq il-midja tieg\u0127u minn u\u0127ud mill-Membri Parlamentari Nazzjonalisti.", "Fl-24 ta' \u0120unju, fil-mezzi tal-media, intqal li n\u0121abru bi\u017c\u017cejjed firem biex i\u0121ieg\u0127lu lill-Partit Nazzjonalista jtella' laqg\u0127a \u0121enerali straordinarja bil-g\u0127an li jittie\u0127ed vot dwar jekk Adrian Delia g\u0127andux jibqa' kap tal-Partit.", "Skont l-istatut tal-partit, il-mozzjoni te\u0127tie\u0121 minn tal-inqas 150 firma mill-kunsilliera biex il-President tal-Kunsill \u0120enerali tal-Partit Nazzjonalista issejja\u0127 laqg\u0127a.", "Intqal li l-firem in\u0121abru f'24 sieg\u0127a u l-petizzjoni ssejja\u0127 lil 1,500 membru tal-Kunsill biex b'mod sigriet jivvota jekk Adrian Delia g\u0127andux jerfa' responsabilita' politika u jirri\u017cenja.", "Fis-27 ta' Lulju, wara Kunsill \u0120enerali Straordinarju tal-Partit Nazzjonalista msejja\u0127 mill-Kap tal-Partit, il-kunsilliera vvutaw b'ma\u0121\u0121oranza ta' 68% biex Delia jibqa' Kap tal-Partit sal-elezzjoni \u0121enerali li jmiss.", "Fl-eqqel tal-kampanja g\u0127at-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, fis-sajf tal-2017, Daphne Caruana Galizia allegat li Delia da\u0127\u0127al aktar minn miljun ewro minn \u010birku ta' prostituzzjoni f'Londra.", "Dan permezz ta' kont bankarju li kellu f'ismu f'Jersey u li fih suppost kienu qed jid\u0127lu flus minn kirjiet ta' proprjetajiet f'Londra.", "Huwa allegat li f'dan il-kont kienu jid\u0127lu 20,000 sterlina kull xahar.", "Wara dawn l-allegazzjonijiet, il-Kap Nazzjonalista ta' dak i\u017c-\u017cmien, Simon Busuttil qal li Delia kellu jiritra mill-elezzjoni min\u0127abba dawk li kien sejja\u0127 akku\u017ci serji u gravi fil-konfront ta' Delia.", "Fl-allegazzjonijiet tag\u0127ha, Caruana Galizia qalet li l-\u0127lasijiet tal-kirjiet fil-kont bankarju ta' Delia kienu fil-fatt flus li \u0121ejjin mill-prostituzzjoni.", "Hu mifhum li l-flus \u0121ew ittrasferiti f'isem Emmanuel Bajada, persuna asso\u010bjata ma' Delia.", "Fl-2009, Bajada ammetta fil-qorti Maltija ka\u017c \u0127asil ta' flus li \u0121ejjin mill-prostituzzjoni.", "Jidher li l-flus kienu ji\u0121u ddepo\u017citati fil-kont tal-bank ta' Delia f'Jersey minn mart Bajada.", "Caruana Galizia \u017ciedet tallega li l-flus kienu se jin\u0127aslu f'kont li \u0127u Bajada Eucharist kellu fil-Marshall Islands.", "Delia \u010ba\u0127ad l-allegazzjonijiet u qal li ma kiser l-ebda li\u0121i.", "Huwa irtira l-erba' libelli li kien feta\u0127 lil Caruana Galizia wara li din inqatlet f'Ottubru 2017.", "Huwa mi\u017c\u017cewwe\u0121 lil Nickie Vella De Fremeaux u flimkien g\u0127andhom \u0127amest itfal; \u017cew\u0121t ibniet u tliet subien u jg\u0127ixu s-Si\u0121\u0121iewi."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23703", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23703", "title": "Chris Said", "text": ["Chris Said", "Chris Said (Nadur, G\u0127awdex, 1970) huwa avukat u Membru tal-Parlament Malti f'isem il-Partit Nazzjonalista.", "Huwa avukat eks Ministru tal-\u0120ustizzja, Djalogu u Familja mill-2012 sal-2013.", "Iggradwa fil-li\u0121i mill-Universit\u00e0 ta' Malta u matul dan i\u017c-\u017cmien kien ukoll president tal-Kunsill tal-Istudenti.", "G\u0127amel ukoll g\u0127axar snin President tal-Moviment \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 Partit Nazzjonalista (M\u017bPN) f'G\u0127awdex.", "\u0126adem b\u0127ala avukat u nutar, u g\u0127al g\u0127axar snin serva wkoll b\u0127ala president tal-Asso\u010bjazzjoni tal-Futbol ta' G\u0127awdex.", "Beda l-karriera politika tieg\u0127u b\u0127ala kunsillier tan-Nadur g\u0127all-ewwel darba fl-1993.", "Kien sindku tan-Nadur bejn l-1999 u l-2008 u fi \u017cmienu n-Nadur kien l-ewwel lokalit\u00e0 Maltija li \u0127adet il-Premju Ewropew ta' Destinazzjoni ta' E\u010b\u010bellenza (EDEN).", "Fl-Elezzjonijiet \u0120enerali tal-2008, Said \u0121ie elett b\u0127ala deputat g\u0127all-Kamra tad-Deputati f'isem il-Partit Nazzjonalista.", "Ftit wara dan, in\u0127atar mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi b\u0127ala Segretarju Parlamentari g\u0127all-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni fl-Uffi\u010bju tal-Prim Ministru.", "Sentejn wara \u0121ie fdat b'responsabbiltajiet o\u0127ra, b\u0127all-Affarijiet tal-Konsumatur, il-Kompetizzjoni u r-Relazzjonijiet Industrijali.", "Wara r-ri\u017cenja ta' Carmelo Mifsud Bonnici, Said in\u0127atar Ministru tal-\u0120ustizzja, tad-Djalogu u l-Familja fis-6 ta' Jannar 2012.", "Huwa dam f'din il-kariga sakemm il-PN mar fl-Oppo\u017cizzjoni fl-Elezzjonijiet \u0120enerali 2013.", "Fl-2013, kien elett Segretarju \u0120enerali tal-PN.", "Huwa dam f'din il-kariga sal-2015.", "Nhar is-27 ta' \u0120unju 2017, 3 \u0121img\u0127at wara li l-PN \u0121arrab telfa elettorali massi\u010b\u010ba fl-Elezzjonijiet \u0120enerali 2017, u jumejn wara li \u0127abbar il-kandidatura tieg\u0127u Adrian Delia, Said \u0127abbar il-kandidatura tieg\u0127u g\u0127al Kap tal-PN wara r-ri\u017cenja ta' Simon Busuttil.", "Nhar it-2 ta' Settembru 2017, huwa kien it-tieni l-iktar kontestant li kiseb voti mill-Kunsilliera tal-Kunsill \u0120enerali tal-Partit Nazzjonalista, 425 vot, fl-ewwel rawnd tal-votazzjoni fl-elezzjoni g\u0127all-Kap tal-PN, li kkontestaw g\u0127aliha wkoll Alex Perici Calascione, Frank Portelli u Adrian Delia.", "Delia kiseb l-ikbar ammont ta' voti, 616 vot.", "Perici Calascione \u0121ab 296 vot u Frank Portelli 11-il vot.", "Nhar is-16 ta' Settembru 2017, 14,750 tesserat tefg\u0127u l-vot tag\u0127hom.", "Madwar terz mit-tesserati, 7,000, ma vvutawx.", "Delia \u0121ab 52.7% tal-voti mitfug\u0127a (7,734 vot) filwaqt li Chris Said (6,932 vot) \u0121ab 47.3%, madwar 800 vot inqas.", "Chris Said huwa mi\u017c\u017cewwe\u0121 lil Linda mwielda Attard, u g\u0127andhom tliet ulied: Anastasia, Andrea u Benjamin."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23706", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23706", "title": "Mons. Fortunat Mizzi", "text": ["Mons. Fortunat Mizzi", "Monsinjur Fortunat Mizzi (25 ta' Lulju 1927 - 8 ta' Settembru 2017) kien sa\u010berdot Malti, fundatur tal-Moviment Azzjoni So\u010bjali.", "Huwa kien l-uniku wild tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Nerik Mizzi.", "Monsinjur Fortunato Mizzi kien issemma g\u0127an-nannu tieg\u0127u, il-fundatur u eks-Kap tal-Partit Nazzjonalista Fortunato Mizzi.", "Matul \u0127ajtu, Monsinjur Mizzi g\u0127ex fl-istess dar li fiha g\u0127ex u miet missieru, Enrico Mizzi, fi Triq San \u0120wann fil-Belt Valletta.", "Hemmhekk, Monsinjur Fortunato Mizzi baqa' jg\u0127ix kwa\u017ci g\u0127al \u0127ajtu kollha, sakemm fl-2009 beda jg\u0127ix fid-Dar tal-Kleru.", "Mons. Mizzi kien ordnat sa\u010berdot fl-1952, u kien mag\u0127ruf fost affarijiet o\u0127ra g\u0127all-\u0127idma tieg\u0127u biex twaqqaf il-Moviment Azzjoni So\u010bjali (MAS) fl-1955.", "Huwa waqqaf ukoll unjins tal-\u0127addiema u koperattivi.", "Jitqies b\u0127ala pilastru importanti fil-knisja f'Malta fejn jid\u0127lu inizjattivi ispirati mit-tag\u0127lim so\u010bjali tal-Knisja.", "Mons. Mizzi kien g\u0127al snin twal membru tal-Kunsill Presbiterali u diversi kunsilli o\u0127ra fil-Knisja.", "Kellu sehem kbir ukoll fit-traduzzjoni tad-dokumenti tal-Kon\u010bilju Vatikan II.", "Fis-sena 2000, huwa ing\u0127ata l-\u0120ie\u0127 fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu.", "\u0126afna jiddeskrivuh b\u0127ala bniedem e\u017cemplari, pre\u010bi\u017c u b'rispett kbir lejn l-o\u0127rajn.Kien ukoll riservat, imma fl-istess \u0127in dirett u ma jdurx mal-lew\u017ca.", "Fl-2010, flimkien mal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Monsinjur Fortunato Mizzi waqqaf il-Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi biex mhux biss tfakkar lill-ewwel \u017cew\u0121 Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, i\u017cda wkoll biex tamministra l-propjet\u00e0, l-arkivji u l-memorabilia kollha tal-familja Mizzi.", "Issa hemm pjanijiet biex din il-Fondazzjoni, li s-segretarju tag\u0127ha huwa Richard Muscat, tikkonverti d-dar ta' Nerik Mizzi u tal-Monsinjur Fortunato Mizzi, fl-ewwel mu\u017cew tal-istorja politika f'Malta.", "Monsinjur Fortunato Mizzi miet mewta naturali fl-et\u00e0 ta' 90 sena, g\u0127all-\u0127abta tal-4.00 p.m., imdawwar minn numru ta' persuni li sal-a\u0127\u0127ar mumenti ta' \u0127ajtu baqg\u0127u i\u017commulu kumpanija.", "Il-funeral tieg\u0127u sar fil-Knisja tal-\u0120i\u017cwiti fil-Belt.", "Il-quddiesa presente cadavere kienet kon\u010belebrata mill-Ar\u010bisqof Emeritus Pawl Cremona li fl-omelija tkellem dwar il-kwalitajiet ta' Dun Fortunato Mizzi.", "Huwa qal li Dun Fortunato kien bniedem li ma j\u0127obbx jitkellem dwaru innifsu u kellu l-valuri b\u0127ala prijorit\u00e0 fil-\u0127ajja tieg\u0127u.", "G\u0127all-quddiesa presente cadavere attendew diversi personalitajiet fosthom il-Prim Im\u0127allef Silvio Camilleri, il-Kap tal-PN Simon Busuttil, l-ex Kap tal-PN Lawrence Gonzi, u l-kontestant g\u0127al Kap tal-PN Adrian Delia."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23708", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23708", "title": "Layal Abboud", "text": ["Layal Abboud", "Layal Abboud (Kniseh, 15 ta' Mejju 1982) hija kantanta, mudella u ballerina Libani\u017ca."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23709", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23709", "title": "G\u0127erien ta' Coreca", "text": ["G\u0127erien ta' Coreca", "L-G\u0127erien ta' Coreca huma \u017cew\u0121 \u0127ofor karsti\u010bi (Grotta du' Scuru, cb404 u Gruttuni, cb405) li jinsabu fuq il-kosta Tirrenja ta' Calabria, \u0127dejn Coreca fil-muni\u010bipalit\u00e0 ta' Amantea.", "I\u017c-\u017cew\u0121 g\u0127erien huma vi\u010bin \u0127afna, madwar g\u0127axar metri minn xulxin.", "Qabel kienu fil-livell tal-ba\u0127ar, filwaqt li llum huma madwar 25m og\u0127la mill-ba\u0127ar, imqieg\u0127da fuq \u0127ajt tal-blat u g\u0127alhekk diffi\u010bli biex ikollhom a\u010b\u010bess.", "Huma differenti mill-wisa' tad-da\u0127la, li hija wiesg\u0127a fil-ka\u017c tal-Gruttuni u dejqa fil-Grotto du' Scuru, bil-konsegwenza li l-ewwel hija mdawla sewwa u t-tieni mudlama \u0127afna.", "I\u017c-\u017cew\u0121 g\u0127erien qrib xulxin huma importanti mil-lat arkeolo\u0121iku.", "Fl-2012, instabu provi (li jikkonfermaw il-proposti li saru qabel minn studju\u017ci Pjemonti\u017ci) li kienu u\u017cati matul l-Et\u00e0 tal-Bron\u017c tard (kif ukoll f'perjodi sussegwenti).", "Il-manufatti misjuba (fu\u0127\u0127ar, imtie\u0127en tal-\u0121ebel, \u010bag\u0127aq illustrati, e\u010b\u010b.) huma pjuttost ippreservati tajjeb min\u0127abba d-diffikult\u00e0 li wie\u0127ed ikollu a\u010b\u010bess g\u0127all-g\u0127erien infushom, u jindika u\u017cu differenti ta\u017c-\u017cew\u0121 g\u0127erien: il-Gruttuni kienu jintu\u017caw g\u0127all-g\u0127ixien waqt li s-scuru kien jintu\u017c g\u0127al riti funerarji."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23714", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23714", "title": "Em\u00eddio Brasileiro", "text": ["Em\u00eddio Brasileiro", "Em\u00eddio Silva Falc\u00e3o Brasileiro (Frar 19, 1962) huwa kittieb, g\u0127alliem u avukat Bra\u017ciljan.", "\u017bviluppa t-Teorija Kwantistika tal-\u0120ustizzja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23722", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23722", "title": "Wied il-Latini", "text": ["Wied il-Latini", "Wied il-Latini (\"Valle Latina\") hija re\u0121jun \u0121eografiku u storiku Taljan li jibda min-nofsinhar ta' Ruma u jasal sa Cassino u jaqbel man-na\u0127a tal-Lvant ta' dik li kienet Latium Rumana.", "Il-Bliet Prin\u010bipali ta' dan il-Wied huma Frosinone, Cassino, Sora, Anagni u Alatri."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23724", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23724", "title": "Lazjo", "text": ["Lazjo", "Lazjo (\"Lazio\") huwa re\u0121jun amministrattiv Taljan.", "Il-provin\u010bja ta' Frosinone:", "Ruma hija l-belt kapitali tar-re\u0121jun Lazjo."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23728", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23728", "title": "Susan Mulvaney", "text": ["Susan Mulvaney", "Susan Mulvaney (Mosta, 1946 \u2013 7 ta' Ottubru 2017) kienet pre\u017centatri\u010bi televi\u017civa u radjofonika Maltija, l-iktar mag\u0127rufha g\u0127all-produzzjoni ta' diversi programmi edukattivi u so\u010bjali fuq ir-radju, fosthom fuq Radju Malta u l-RTK.", "Il-karriera ta' Mulvaney fix-xandir bdiet f'April tal-1964 meta kienet l-ewwel tfajla fit-tieni d\u0127ul ta' apprendisti mal-Union Press f'kors tal-\u0121urnali\u017cmu u wara n\u0127atret sotto-editur tal-\u0121urnal \"L-Orizzont\" fejn kellha wkoll ir-responsabbilt\u00e0 tal-pa\u0121na tan-nisa.", "\u0126admet ukoll fuq il-Mediterranean News u f'April tal-1976 issej\u0127et biex tie\u0127u f'idejha l-programm tan-nisa ta' Radju Malta Wie\u0127ed fuq ba\u017ci \"part-time\", fejn bdiet tipprodu\u010bi programm ta' kuljum fuq ir-radju li kien immirat g\u0127an-nisa.", "Fl-1981 bdiet ta\u0127dem full-time ma' Xandir Malta.", "Fost id-diversi temi li kienet tittratta, insibu su\u0121\u0121etti dwar is-sa\u0127\u0127a fi\u017cika u mentali, il-b\u017conn tal-e\u017cer\u010bizzju, is-sigurt\u00e0 fid-dar, u kif ukoll tisjir bnin.", "Fl-1991 kienet fost l-ewwel \u0127addiema tal-RTK, fejn ipprodu\u010biet programmi ta' kuljum g\u0127all-familja kollha u kienet kontributur regolari g\u0127al Il-\u0120ens illum.", "Fl-2000 kienet fost dawk nominati g\u0127all-Premju \u0126addiem tas-Sena g\u0127all-kontribut tag\u0127ha lill-Media Centre.", "Mulvaney kienet mag\u0127rufa wkoll g\u0127all-pubblikazzjoni ta' diversi kotba ta' interess g\u0127all-familja, fosthom kotba tar-ri\u010betti u dwar l-etikett jew l-im\u0121ieba so\u010bjali, u kienet involuta wkoll f'g\u0127aqdiet filantropi\u010bi.", "Susan Mulvaney kienet mi\u017c\u017cew\u0121a lil Charles Sacco u kellhom \u017cew\u0121 ulied, Marika u Daniela."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23740", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23740", "title": "Lingwa Baska", "text": ["Lingwa Baska", "Il-Bask (\"euskara \") hi lingwa i\u017colata mitkellma minn madwar 751.500 ru\u0127 fil-Pajji\u017ci Baski u Navarra."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23742", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23742", "title": "House of Catalunya", "text": ["House of Catalunya", "House of Catalunya hija s-sede uffi\u010bjali tal-Ministeru tal-Ekonomija tal-Gvern Malti u tinsab fil-Belt Valleta."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23745", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23745", "title": "Anthony Zammit", "text": ["Anthony Zammit", "Il-Professur Anthony Zammit (Tas-Sliema, 26 ta' \u0120unju 1950 - 4 ta' Novembru 2017) kien kirurgu u Membru Parlamentari Laburista.", "Huwa \u0127alla impatt qawwi fil-qasam tal-medi\u010bina lokali, b'mod spe\u010bjali fil-qasam tal-kirur\u0121ija.", "Huwa attenda g\u0127add ta' skejjel, sakemm ta' 18-il sena da\u0127al l-Universit\u00e0 ta' Malta biex jistudja l-Medi\u010bina u l-Kirur\u0121ija.", "Wara li ggradwa, fis-snin 70, ir\u0127ielha lejn il-\u0120ermanja, fejn hemm baqa' jistudja l-medi\u010bina g\u0127al g\u0127add ta' snin, waqt li ggradwa wkoll fil-\u0120ermani\u017c.", "Tant li spi\u010b\u010ba jg\u0127allem fl-universit\u00e0 ta' Dusseldorf.", "Illum, ismu hu rikonoxxut f'g\u0127add ta' kitbiet li kiteb fi \u017cmienu fil-\u0120ermanja.", "Fl-1985, irritorna Malta fejn beda jservi b\u0127ala Konsulent Kirurgu fl-Isptar \u0120enerali ta' St Luke's u wkoll jg\u0127allem il-Kirur\u0121ija fl-Universit\u00e0 ta' Malta.", "Baqa' ja\u0127dem b\u0127ala kirurgu, anke fi\u017c-\u017cmien li kien fil-politika (2008-2013) sakemm la\u0127aq l-et\u00e0 tal-irtirar fl-2011, i\u017cda dak i\u017c-\u017cmien, ta\u0127t amministrazzjoni Nazzjonalista, hu ma t\u0127alliex ikompli ja\u0127dem u l-kuntratt ma \u0121\u0121eddidlux.", "Il-professur Zammit jibqa mfakkar g\u0127all-qalb tad-deheb li dejjem wera mal-pubbliku Malti, li jistg\u0127u jixduha l-mijiet jekk mhux eluf ta' nies li \u0121ew b\u017conn l-g\u0127ajnuna tieg\u0127u tul \u0127ajtu.", "Il-Professur Zammit \u0121ie elett fil-Parlament Malti fl-2008, wara li ftit qabel kien opera lill-eks Prim Ministru Laburista, Alfred Sant f'Di\u010bembru tal-2007, meta dan tal-a\u0127\u0127ar kien marid bil-kan\u010ber.", "Huwa sar il-Kelliem tal-Oppo\u017cizzjoni g\u0127as-Sa\u0127\u0127a flimkien ma' Dr. Michael Falzon, u mbag\u0127ad g\u0127all-Anzjani u s-So\u010bjet\u00e0 Inter\u0121enerazzjonali.", "Huwa \u0127alla din id-dinja fl-et\u00e0 ta' 67 sena, wara battalja mal-marda tal-kan\u010ber.", "Alfred Sant irrea\u0121ixxa hekk g\u0127all-mewt tieg\u0127u: \"L-a\u0127bar tal-mewt tal-\u0127abib tieg\u0127i l-Professur Tony Zammit timlieni dieqa kbira.", "Kien \u0127abib \u0121enwin.", "Ma' o\u0127rajn imma hu fost l-aktar, kien il-bniedem li sibtu biex jg\u0127ini, jinkura\u0121\u0121ini u fuq kollox jikkurani fi \u017cminijiet meta sa\u0127\u0127ti kienet qalg\u0127et daqqa kbira.", "Ming\u0127ajr il-\u0127ila, il-\u0121entilezza u l-attenzjoni tieg\u0127u, ma kontx insalva -- \u0127ila u attenzjoni li kien jag\u0127ti lil kul\u0127add bl-akbar reqqa.\"", "\"Ammirajt matul is-snin id-dehen politiku tieg\u0127u, b'ideat siewja dwar kif il-qasam tas-sa\u0127\u0127a publika f'pajji\u017cna seta' ji\u017cviluppa g\u0127all-\u0121id ta' kul\u0127add.", "Ammirajtu wkoll ftit \u0121img\u0127at ilu meta \u017cortu f'daru.", "Kien sod, rassenjat u lu\u010bidu b\u0127al dejjem.", "Hekk kif jasal il-mument li nkun kif kien hu, nixtieq li jkolli l-kura\u0121\u0121 tieg\u0127u.", "Grazzi ta' kollox, \u0127abib.\""], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23746", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23746", "title": "Carmel Bonavia", "text": ["Carmel Bonavia", "Carmel Bonavia (\u017babbar, 17 ta' Lulju 1929 \u2013 4 ta' Novembru 2017) kien storiku.", "Wara li attenda l-Li\u010beo kompla l-istudji tieg\u0127u f'St Michael's Training College minn fejn iggradwa b\u0127ala g\u0127alliem tal-Istorja.", "Huwa ssokta l-istudji tieg\u0127u fl-Universit\u00e0 Rjali ta' Malta minn fejn kiseb diploma fis-So\u010bjolo\u0121ija u \u010bertifikat fl-Istudji Biblijotekarji.", "Fl-1948 beda jg\u0127allem il-Malti u l-Istorja fl-iskejjel sekondarji (1959-1991).", "Karmenu Bonavia okkupa diversi karigi fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u wara l-\u0127atra tieg\u0127u b\u0127ala kap ta' skola kien ukoll Kap tad-Dipartiment tal-Istorja kif ukoll ta\u010b-\u010aentru tar-Ri\u017corsi tal-Istudji So\u010bjali (1975-1986).", "Karmenu kiteb bosta studji dwar l-istorja u l-i\u017cvilupp tad-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Grazzja u tas-Santwarju tag\u0127ha f'\u0126a\u017c-\u017babbar.", "Waqqaf l-ewwel Wirja Dokumentarja dwar Mikiel Anton Vassalli f'\u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 (1979).", "Organizza wirja o\u0127ra fil-Biblijoteka Nazzjonali b'dokumenti ori\u0121inali (1993) u o\u0127ra fil-Biblijoteka tal-Universit\u00e0 ta' Malta fl-2004 mat-tnedija ta' Dawl \u0121did fuq Vassalli (ed.", "Dr Olvin Vella).", "Fl-1979 \u0127a \u0127sieb wirja dwar l-istorja tat-textbooks f'Malta li tag\u0127ha wkoll xandar Bibliography of Maltese Textbooks 1651-1979.", "Wirjiet o\u0127ra ta\u0127t il-kura ta' Karmenu kienu fuq Dun Karm, l-Indipendenza, Malta Matul i\u017c-\u017bminijiet, \u0120.P.F. Agius de Soldanis u Mons. Arthur Bonnici.", "Huwa mag\u0127ruf ukoll g\u0127ar-ri\u010berka estensiva b'rabta ma' ra\u0127al twelidu u l-istorja tal-posta u ppubblika g\u0127add sabi\u0127 ta' artikli fil-\u0121urnali lokali dwarhom.", "G\u0127al bosta snin fittex bir-reqqa f'diversi arkivji Maltin tal-Istat u tal-Knisja u ta' barra biex xandar g\u0127add ta' artikli stori\u010bi dwar Vassalli fosthom: F'g\u0127eluq il-200 sena mit-twelid ta' Mikiel Anton Vassalli (1964), M.A. Vassalli's Commercial Activities (1988), Mikiel Anton Vassalli: A Pictorial Bibliography (1993), M.A. Vassalli: An Unfortunate Patriot (1994), Mikiel Anton Vassalli: The Sick Prisoner (1994), With Vassalli's Compliments?", "A finely bound 'Mylsen' at the National Library (2004), Ix-Xhieda ta' Vassalli fil-Wirjiet (2004), How Vassalli lost his Library (2006).", "Karmenu Bonavia kien il-kuratur tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f'\u0126a\u017c-\u017babbar u membru tas-So\u010bjet\u00e0 tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM), tal-Malta Historical Society kif ukoll wie\u0127ed mill-fundaturi tal-Asso\u010bjazzjoni tal-Libreriji.", "Huwa kien membru onorarju tal-Akkademja tal-Malti.", "Fost il-pubblikazzjonijiet tieg\u0127u nsibu (flimkien ma' Joe Mallia) i\u010b-charts tal-Prehistory, The Phoenicians u The Romans in Malta u l-ktieb L-Avukat Giuseppe Elia Pace 1742-1820 \u2013 \u0126abib ta' M.A. Vassalli f'Ruma (KKM, 2014)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23750", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23750", "title": "Mons. Lawrenz Cachia", "text": ["Mons. Lawrenz Cachia", "Monsinjur Lawrenz Cachia (\u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121, 22 ta' April, 1932) huwa sa\u010berdot u studju\u017c tal-ilsien Malti.", "Bin Peter u Marija xebba Cachia, Lawrenz studja fil-Li\u010beo bejn is-snin 1943 u 1948.", "Bejn l-1949 u 1956 studja fl-Universit\u00e0 ta' Malta, minn fejn kiseb il-Lic.", "D.", "Fl-1956 Lawrenz Cachia ordna sa\u010berdot, u mill-ewwel beda il-\u0127idma pastorali tieg\u0127u.", "Kien Kappillan tal-Gudja.", "G\u0127al xi \u017cmien serva ar\u010bipriet ta' \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121.", "Huwa ukoll studju\u017c tal-Ilsien Malti.", "Fost il-pubblikazzjonijiet tieg\u0127u nsibu:", "Pri\u017cmi (\u0121abra ta' poe\u017ciji ma' Dr Philip Sciberras fl-1968)", "Il-Verbi fil-Malti : Studju Dwar il-Forom (1984)", "Mikiel Anton Vassalli \u2013 \u0126ajtu fil-Qosor (1988)", "L-Ilsien Malti \u2013 Il-Biera\u0127 u Llum (1994)", "Grammatika \u0120dida tal-Malti (1994)", "Missirijiet il-Knisja (1997)", "Dun Karm il-Poeta Nazzjonali (1999)", "\u0126abbew l-Ilsien Malti (2000)", "Ilsna Semiti\u010bi (2004)", "Dun Karm, il-\u0126ajja tal-Poeta Nazzjonali (2011)", "Fl-1996, huwa ing\u0127ata \u0120ie\u0127 ir-Repubblika mill-Gvern Malti u fl-2017 il-Midalja tad-Deheb \u0120ie\u0127 l-Akkademja tal-Malti."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23754", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23754", "title": "Winston Zammit", "text": ["Winston Zammit", "Winston Lawrence Zammit (Tas-Sliema, 14 ta' Settembru 1950 - 18 ta' Novembru 2017) kien g\u0127alliem u studju\u017c tal-istorja.", "Ir\u010bieva l-edukazzjoni tieg\u0127u fl-Iskola ta' San \u0120u\u017cepp tas-Sliema (1955-1959) u fil-Kulle\u0121\u0121 ta' San Alwi\u0121i B'Kara (1959-1966).", "Fl-1967 \u0121ie a\u010b\u010bettat b\u0127ala student fil-Junior College tal-Universit\u00e0 ta' Malta u f'Ottubru 1965, \u0121ie a\u010b\u010bettat b\u0127ala student fil-fakult\u00e0 ta' l-arti fl-Universit\u00e0 ta' Malta, minn fejn iggradwa BA (Hons) fl-1971 u M.A (1975) fl-Istorja.", "F'Ottubru 1971, Zammit beda jg\u0127allem fl-iskejjel statali b\u0127ala Part Time Visiting Master.", "Wara kors ta' sena (P.G.C.E) fil-kulle\u0121\u0121 Malti tal-Edukazzjoni (1974/1975), f'April 1976 kien \u0121ie ma\u0127tur Teacher II fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni.", "F'Ottubru 1996 \u0121ie ma\u0127tur Subject Co-ordinator fl-Istorja fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni.", "G\u0127allem l-istorja u li Studji So\u010bjali f'diversi skejjel statali l-aktar fil-Boys Junior Lyceum il-\u0126amrun.", "Zammit iddedika parti kbira tal-\u0127in tieg\u0127u g\u0127ar-ri\u010berka fl-Arkivji.", "B\u0127ala ri\u017cultat ta' din ir-ri\u010berka Zammit irnexxilu jippubblika numru ta' kotba li xi w\u0127ud minnhom kitibhom ma' xi kittieba o\u0127ra.", "Fost dawn il-kotba nsibu tlieta minnhom li huma fuq l-istorja ta' Tas-Sliema.", "Dawn huma kif \u0121ej: Tas-Sliema fl-Img\u0127oddi (1981) Tas-Sliema fis-Seklu XIX (1800) u Tas Sliema (1901 - 1950).", "Kiteb ukoll \u017cew\u0121 kotba dwar B'Kara: B'Kara fis-Seklu XIX u B'Kara 1900- 1945, u tliet kotba b'rabta mal-perjodu li l-Imblokk (1798-1800), fir-Rabat ta' Malta (1798-1800), fl-Imdina (1798-1800) u l-Mexxejja Maltin fil-Kungress Malti (1799-1800).", "Ippubblika wkoll numru ta' papers b'rabta mal-Istorja tal-Gvern Lokali f'Malta mill-a\u0127\u0127ar snin tal-Kavallieri sal-lum.", "Kiteb wkoll mijiet t'artikli li dehru f'gazzetti u pubblikazzjonijiet lokali.", "\u0126a sehem ukoll f'programmi b'rabta mal-istorja ta' Malta, fuq stazzjonijiet lokali tat-televi\u017cjoni u tar-radju.", "Winston Zammit g\u0127amel ukoll xog\u0127ol volontarju; fil-fatt mill-1983 jag\u0127ti l-g\u0127ajnuna tieg\u0127u lill-Uffi\u010b\u010bju tal-Missjoni fil-Kunvent tal-Kapu\u010b\u010bini l-Furjana.", "B'rabta ma' dan ix-xog\u0127ol kien jikkordina l-pro\u0121ett tal-Missjoni fil-Boys Junior Lyceum, il-\u0126amrun.", "Bejn l-1993 u l-2002, kien is-Segretarju tal-Kummissjoni festi tal-Parro\u010b\u010ba tal-Madonna tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema.", "Mill-2002, beda jokkupa l-kariga ta' Segretarju tal-kumitat li jorganizza l-Maratona tar-Roti fil-Boys Junior Lyceum fil-\u0126amrun, biex jin\u0121abru l-fondi g\u0127all-karit\u00e0."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23755", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23755", "title": "David Aloisio", "text": ["David Aloisio", "David Aloisio (Tal-Piet\u00e0, 20 ta' \u0120unju 1979) huwa g\u0127alliem u awtur Malti.", "\u0126a l-edukazzjoni tieg\u0127u fl-Iskola Primarja ta' San \u0120wann, il-Junior College u l-Universit\u00e0 ta' Malta fejn ggradwa b\u0127ala g\u0127alliem.", "Illum huwa lek\u010berer tal-Malti fil-Junior College."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23756", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23756", "title": ".tr", "text": [".tr", ".tr huwa d-dominju nazzjonjali tal-aqwa livell tal-internet g\u0127at-Turkija.", "Re\u0121istrazzjonijiet huma fit-tielet livell ta\u0127t dawn I-ismijet:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23761", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23761", "title": "Egidio Miragoli", "text": ["Egidio Miragoli", "Egidio Miragoli (Gradella di Pandino, 20 ta' Lulju 1955) hu l-Isqof tal-Djo\u010besi ta' Mondov\u00ec.", "Twieled fil-Gradella di Pandino, Provin\u010bja ta' Cremona u \u0121ie ordnat sa\u010berdot fil-11 ta' \u0120unju 1979.", "Mill-1982 sal-2017 kien jg\u0127allem fis-seminarju ta' Crema-Cremona-Lodi-Vigevano.", "Mill-1994 sal-2017 kien rag\u0127aj fil-knisja ta 'qaddisa \"Francesca Saverio Cabrini\" f'Lodi.", "Fit-29 ta' Settembru 2017 il-Papa Fran\u0121isku \u0127atru Isqof ta' Mondov\u00ec.", "Ir\u010bieva l-ordinazzjoni episkopali fil-11 ta' 11 Novembru 2017, mill-Isqof Maurizio Malvestiti fil-Ba\u017cilika ta' Lodi u \u0127a l-pussess tad-djo\u010besi fis-8 ta' Di\u010bembru ta' wara fil-katidral ta' Mondov\u00ec."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23774", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23774", "title": "Kylian Mbapp\u00e9", "text": ["Kylian Mbapp\u00e9", "Kylian Sanmi Mbapp\u00e9 Lottin (Bondy, 20 ta' Di\u010bembru 1998) huwa plejer professjonali tal-futbol Fran\u010bi\u017c li jilg\u0127ab b\u0127ala attakkant ma' Paris Saint-Germain, b'self minn Monaco, u mat-tim nazzjonali Fran\u010bi\u017c.", "Mbapp\u00e9 kien fil-lenti tal-futbol ta' et\u00e0 bikrija, sakemm sar figura regolari ma' Monaco fl-ista\u0121un 2016\u201317, l-istess sta\u0121un li rah jirba\u0127 it-titlu tal-Ligue 1 ta' sbatax-il sena.", "Aktar tard ing\u0127aqad b'self ma' Paris Saint-Germain bil-qbil ikun li jittrasferixxi b'mod permanenti mal-klabb tal-kapitali g\u0127as-somma ta' \u20ac180 miljun."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23786", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23786", "title": "Distrett ta' Constan\u021ba", "text": ["Distrett ta' Constan\u021ba", "Id-distrett ta' Constan\u021ba (bir-Rumen: \"Jude\u021bul Constan\u021ba\") huwa wie\u0127ed mid-distretti tar-Rumanija (imsej\u0127a \"jude\u0163\" bir-Rumen), li jinsab f'konfini mal-Bulgarija fir-re\u0121jun storiku ta' Dobro\u0121a.", "Il-belt kapitali hija Constan\u0163a.", "It-territorju ta' Constan\u021ba jifforma parti mir-re\u0121jun storiku ta' Dobro\u0121a, fi \u017cmien li dan ir-re\u0121jun kien jag\u0127mel parti mir-Rumanija fl-1878.", "Bejn l-1916 u l-1918, kien ta\u0127t \u0127akma Bulgara, bir-Rumanija tkun alleata ta' Franza u l-Gran Brittanja, u l-Bulgarija ng\u0127aqdet mal-qawwiet tal-\u0120ermanja, Awstrija-Ungerija u t-Turkija.", "Il-\"jude\u0163\" ta' Constan\u021ba kien divi\u017cjoni amministrattiv ta\u0127t il-Prin\u010bipat tar-Rumanija mill-1878 sal-1881, ta\u0127t ir-Renju tar-Rumanija bejn l-1881 u l-1948 u mbag\u0127ad mar-Repubblika So\u010bjalista Rumena bejn l-1949 sal-1952.", "Wara \u017cmien fejn l-istat ta' \"jude\u0163\" kien tne\u0127\u0127a bejn l-1952 u l-1975, b'Constan\u021ba tifforma parti minn re\u0121juni ikbar ta\u0127t \u0127akma Komunista, fl-1975 din re\u0121g\u0127et \u0121iet stabbilita b\u0127ala distrett amministrattiv mir-Repubblika So\u010bjalista u aktar tard b\u0127ala divi\u017cjoni territorjali tar-Rumanija mill-1990.", "Id-distrett g\u0127andu popolazzjoni ta' 684,082 skont l-a\u0127\u0127ar \u010bensiment tal-2011, b'densit\u00e0 ta' 96 ru\u0127 kull kilometru kwadru.", "Il-ma\u0121\u0121oranza tal-popolazzjoni hija Rumena, b'komunitajiet Torok u Tatari li g\u0127adhom xhieda ta' \u017cmien il-\u0127akma Ottomana.", "Attwalment, dan ir-re\u0121jun huwa \u010b-\u010bentru tal-minoranza Musulmana fir-Rumanija.", "Id-distrett ta' Constan\u021ba jikkonsisti minn 3 muni\u010bipalitajiet, 9 ibliet u 58 komun."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23789", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23789", "title": "Lorenzo Attard", "text": ["Lorenzo Attard", "Lorenzo Attard (Il-Birgu, 1897 - 1964) iddistingwa ru\u0127u g\u0127all-azzjonijiet kura\u0121\u0121u\u017ci li wettaq sabiex jikseb ikel u fjuwil fi\u017c-\u017cmien tal-gwerra meta Malta kien hemm il-\u0121u\u0127.", "Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, Malta kellha b\u017conn kbir tal-provvisti tal-ikel u l-fjuwil u tnediet Operation Pedestal bl-intenzjoni li tikseb dawn il-provvisti fi \u017cmien meta g\u017ciritna kienet ta\u0127t assedju.", "Konvojs kellhom jg\u0127addu mill-Port il-Kbir akkost ta' kollox, spe\u010bjalment biex iwasslu l-fjuwil, li twassal permezz tat-tanker Ohio.", "Dak i\u017c-\u017cmien l-u\u017canza kienet li l-bdoti Maltin imexxu lill-vapuri fil-port, i\u017cda min\u0127abba attakki ma jaqtg\u0127u xejn, l-Ammiraljat kien talab lill-Kaptan biex hu nnifsu jmexxi l-vapur \u0121ewwa l-Port.", "Madankollu din id-darba, l-Ammirall idde\u010bieda li bdot Malti g\u0127andu jerfa' din ir-responsabbilt\u00e0.", "Lorenzo Attard, b'kura\u0121\u0121 kbir, offra li jie\u0127u dan ir-riskju g\u0127ad li kien jaf li t-tanker kien mimli fjuwil b'riskju kbir ta' splu\u017cjoni jekk ikun hemm attakk ie\u0127or.", "Waqt li familtu kienu qed jag\u0127mlu minn kollox biex jipperswaduh \u0127alli jibdel il-\u0127sieb tieg\u0127u, Attard ir\u0127iela lejn il-Port u rnexxa fil-missjoni tieg\u0127u.", "Lorenzo Attard ikkontribwixxa bil-kbir sabiex \u0121ew salvati l-provvisti tal-qam\u0127, fjuwil u ikel ie\u0127or li kien qed ji\u0121i trasportat mill-Ohio.", "Dan sewa sabiex ji\u017cdied il-moral tal-Maltin u re\u0121g\u0127et i\u0121\u0121edded fihom ir-rieda li jissieltu g\u0127al \u0127ajjithom."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23790", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23790", "title": "Godfrey Grima", "text": ["Godfrey Grima", "Godfrey Grima (\u017bejtun, 1942) huwa mag\u0127ruf g\u0127all-kontribuzzjoni tieg\u0127u fil-qasam \u0121urnalistiku kemm lokali kif ukoll internazzjonali.", "Il-karriera tieg\u0127u bdiet b\u0127ala reporter mal-gazzetta Il-\u0126addiem qabel mar jg\u0127ix Londra.", "Fl-1967, Grima kien wie\u0127ed mill-ewwel rekluti tal-Financial Times Foreign Desk li dak i\u017c-\u017cmien, b\u0127ala gazzetta, kienet qed tespandi fuq livell internazzjonali.", "Kien fix-xog\u0127ol tieg\u0127u mal-Financial Times li Grima spe\u010bjalizza fl-anali\u017ci tal-a\u0127barijiet politi\u010bi u ekonomi\u010bi, liema anali\u017ci, din il-gazzetta hija mag\u0127rufa g\u0127aliha b'mod universali.", "Fl-1971, il-Financial Times fet\u0127et uffi\u010b\u010bju f'Malta sabiex tkopri l-kwistjonijiet li g\u0127andhom x'jaqsmu mal-Libja u l-attivitajiet militari li kienu qed ise\u0127\u0127u fil-Lvant u fil-Mediterran.", "Dan l-uffi\u010b\u010bju kien immexxi minn Grima li rtira mill-Financial Times fl-2010.", "Grima kien il-fundatur tal-Associated News Group, illum mag\u0127ruf b\u0127ala TBWA-ANG, a\u0121enzija tal-komunikazzjoni mag\u0127rufa g\u0127all-kampanji ta' reklamar li organizzat matul is-snin.", "G\u0127al diversi snin, Grima kien ukoll i\u010b-Chairman ta' din il-kumpanija.", "Godfrey Grima huwa wkoll membru fil-Kunsill tal-Universit\u00e0 u anke konsulent ma' diversi klijenti ewlenin kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23791", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23791", "title": "Aleksandar Tirnani\u0107", "text": ["Aleksandar Tirnani\u0107", "Aleksandar \"Tirke\" Tirnani\u0107 (bis-Serb: \u0410\u043b\u0435\u043a\u0441\u0430\u043d\u0434\u0430\u0440 \u0422\u0438\u0440\u043a\u0435 \u0422\u0438\u0440\u043d\u0430\u043d\u0438\u045b; Krnjevo, 15 ta' Lulju 1910 \u2013 Belgrad, 13 ta' Di\u010bembru 1992) kien plejer u kow\u010b tal-futbol Serb.", "Imwieled fir-ra\u0127al \u010bentrali ta' Krnjevo, Tirnani\u0107 kien g\u0127adu \u017cg\u0127ir meta familtu ta' \u0127addiema mxew lejn il-kapitali Belgrad.", "Missieru miet fl-1914 mal-armata Serba fl-eqqel tal-Ewwel Gwerra Dinjija.", "Imrobbi m'ommu, Tirnani\u0107 mal-ewwel beda juri l-\u0127e\u0121\u0121a tieg\u0127u lejn il-log\u0127ba tal-futbol fejn kien jilg\u0127ab fi pjanuri ta' Bara Venecija.", "Il-kow\u010b Radenko Mitrovi\u0107 \u0121abu fl-istruttura ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ta' SK Jugoslavija, per\u00f2 iktar ftit wara ng\u0127aqad mar-rivali lokali ta' BSK fejn mal-ewwel \u017cviluppa b\u0127ala midfilder laterali ta' sa\u0127\u0127a.", "Ta' sbatax-il sena lag\u0127ab l-ewwel log\u0127ba tieg\u0127u, fejn ma\u017c-\u017cmien ifforma koppja f'nofs il-grawnd ma' Blagoje Marjanovi\u0107.", "Tirnani\u0107 lag\u0127ab iktar minn 500 log\u0127ba g\u0127al BSK Beograd.", "Fl-1937 issie\u0127eb ma' SK Jugoslavija fejn lag\u0127ab sal-1938 meta ssie\u0127eb ma' BASK.", "Aktar tard fil-karriera lag\u0127ab g\u0127al \u017cew\u0121 klabbs o\u0127ra tal-kapitali, Jedinstvo (1939\u20131941) u Sloga (1942\u20131943).", "Tirnani\u0107 lag\u0127ab g\u0127all-Jugo\u017clavja fit-Tazza tad-Dinja 1930.", "\u0120urnata qabel ma g\u0127alaq l-20 sena hu skorja gowl li attwalment jag\u0127mlu s-sitt l-i\u017cg\u0127ar skorer ta' kull \u017cmien fl-istorja tal-kompetizzjoni.", "Aktar tard hu mexxa lit-tim Jugo\u017clav f'\u017cew\u0121 edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja, fl-1954 u l-1958, kif ukoll fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1948, l-1952 u l-1960, fejn f'din tal-a\u0127\u0127ar reb\u0127u l-midalja tad-deheb."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23793", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23793", "title": "Bert Patenaude", "text": ["Bert Patenaude", "Bertrand \"Bert\" Arthur Patenaude (Fall River, 4 ta' Novembru 1909 \u2013 Fall River, 4 ta' Novembru 1974) kien futboler Amerikan li kien jilg\u0127ab b\u0127ala attakkant.", "Hu hu uffi\u010bjalment ikkreditat bl-ewwel tripletta li qatt \u0121ie skorjata fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.", "Fl-1930, Patenaude \u0121ie msejja\u0127 mat-tim nazzjonali tal-Istati Uniti g\u0127at-Tazza tad-Dinja tal-1930.", "F'din il-kompetizzjoni hu skorja gowl fl-ewwel log\u0127ba tal-Amerikani kontra l-Bel\u0121ju, u fil-log\u0127ba ta' wara kontra l-Paragwaj skorja tripletta.", "Wara l-eliminazzjoni fis-semifinali kontra l-Ar\u0121entina, it-tim Amerikan g\u0127amel numru ta' log\u0127biet o\u0127ra fl-Amerika t'Isfel, b'Patenaude jiskorja s-sitt u l-a\u0127\u0127ar gowl tieg\u0127u mat-tim nazzjoni fit-telfa ta' 4\u20133 kontra l-Bra\u017cil.", "Din kellha tkun l-a\u0127\u0127ar tieg\u0127u man-nazzjonal.", "Din it-tripletta g\u0127al numru ta' snin qajjmet dubji fuq l-awtenti\u010bit\u00e0 tag\u0127ha, diversi sorsi jsostnu li t-tieni mit-tliet gowls ta' Patenaude \u0121ie skorjat minn Tom Florie (skont ir-rekord uffi\u010bjali tal-FIFA), kien awtogowl ta' Aurelio Gonz\u00e1lez (skont l-RSSSF) jew kien fil-fatt gowl ta' Patenaude (skont il-federazzjoni tal-futbol Amerikana).", "Fl-a\u0127\u0127ar, nhar l-10 ta' Novembru 2006, il-FIFA \u0127abbret li Patenaude kien fil-fatt l-ewwel persuna li skorja tripletta f'fa\u017ci finali tat-Tazza tad-Dinja.", "Fl-1971, Patenaude \u0121ie mi\u017cjud fin-\"National Soccer Hall of Fame\"."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23794", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23794", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ar\u0121entina", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ar\u0121entina", "It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Ar\u0121entina jirrapre\u017centa lill-Ar\u0121entina fid-dixxiplina tal-futbol u hu mmexxi mill-Asociaci\u00f3n del F\u00fatbol Argentino.", "\"La Selecci\u00f3n\", jew kif inhuma mag\u0127rufa wkoll b\u0127ala l-\"Albicelestes\", dehru f'\u0127ames finali tat-Tazza tad-Dinja, fosthom l-ewwel finali tal-1930 li kienu tilfu kontra l-Urugwaj.", "Fi\u017c-\u017cew\u0121 dehriet ta' wara fil-finali ta' din il-kompetizzjoni huma \u0127ar\u0121u rebbie\u0127a, meta fl-1978 u fl-1986 g\u0127elbu lill-Olanda u lill-\u0120ermanja tal-Punent rispettivament.", "Fil-kompetizzjoni re\u0121jonali tal-Copa Am\u00e9rica, l-Ar\u0121entina reb\u0127itha 14-il darba (inklu\u017ci tliet edizzjonijiet tal-kampjonat Sud-Amerikani fl-1941, l-1945 u l-1946).", "It-tim reba\u0127 ukoll it-Tazza tal-Konfederazzjonijiet fl-1992.", "Dawn il-plejers \u0121ew imsejj\u0127a g\u0127al-log\u0127ba ta' \u0127biberija kontra r-Russja u n-Ni\u0121erja tal-11 u l-14 ta' Novembru 2017 rispettivament."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23797", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23797", "title": "Peregrino Anselmo", "text": ["Peregrino Anselmo", "Juan Peregrino Anselmo (Montevideo, 30 ta' April 1902 \u2013 27 ta' Ottubru 1975) kien plejer u kow\u010b tal-futbol Urugwajan.", "B\u0127ala attakkant, Anselmo kien fost l-aqwa plejers tal-futbol Urugwaj wara l-gwerra.", "Hu lag\u0127ab il-karriera kollha tieg\u0127u ma' Pe\u00f1arol, fejn mag\u0127hom reba\u0127 il-kampjonat nazzjonali g\u0127al \u0127ames darbiet.", "Wara li rtira, mexxa lill-istess Pe\u00f1arol fl-1962.", "Fuq livell internazzjonali Anselmo \u0127a sehem mat-tim nazzjonali Urugwajan fl-Olimpjadi tal-1928, fejn mag\u0127hom reba\u0127 il-midalja tad-deheb.", "Friski mir-reb\u0127 ta' din il-midalja, sentejn wara kien fost il-protagonisti li wasslu lis-\"Celeste\" g\u0127ar-reb\u0127a fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret fl-Urugwaj fl-1930.", "Anselmo \u0127alla l-marka tieg\u0127u b'gowl fl-a\u0127\u0127ar log\u0127ba tal-fa\u017ci tal-gruppi kontra r-Rumanija (f'reb\u0127a ta' 4\u20130 g\u0127all-Urugwaj) u skorja doppjetta fis-semifinali kontra l-Jugo\u017clavja (bis-Sud-Amerikani jo\u0127or\u0121u rebbie\u0127a 6\u20131).", "Bil-finali kontra l-Ar\u0121entina, Anselmo irrifjuta li jin\u017cel jilg\u0127ab wara attakk ta' paniku.", "Postu \u0127adu H\u00e9ctor Castro li skorja r-raba' gowl fir-reb\u0127a ta' 4\u20132.", "Fl-1935 ifforma parti mit-tim tal-Urugwaj li reba\u0127 il-Copa Am\u00e9rica fil-Per\u00f9, ming\u0127ajr qatta ma ni\u017cel fil-grawnd."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23799", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23799", "title": "Nicolae Ceau\u0219escu", "text": ["Nicolae Ceau\u0219escu", "Nicolae Ceau\u0219escu (Scornice\u0219ti, 26 ta' Jannar 1918 \u2013 T\u00e2rgovi\u0219te, 25 ta' Di\u010bembru 1989) kien politiku Komunista Rumen.", "Hu kien Segretarju \u0120enerali tal-Partit Komunista Rumen bejn l-1965 u l-1989, u b'hekk it-tieni u l-a\u0127\u0127ar kap Komunista tar-Rumanija.", "Hu kien ukoll il-mexxej tal-pajji\u017c mill-1967 b\u0127ala President tal-Kunsill tal-Istat u mill-1974 b\u0127ala President tar-Repubblika sakemm \u0121ie mne\u0127\u0127i fir-Rivoluzzjoni Rumena tal-1989.", "Ceau\u0219escu twieled fir-ra\u0127al \u017cg\u0127ir ta' Scornice\u0219ti, fid-distrett ta' Olt, nhar is-26 ta' Jannar 1918.", "Il-familja Ceau\u0219escu kienet familja fqira ta' bdiewa ta' g\u0127axart itfal.", "Missieru Andru\u021b\u0103 kellu tliet ettari ta' art agrikola u xi ftit nag\u0127a\u0121, u kien jissupplixxi lil familtu mit-tfassil ta' \u0127wejje\u0121.", "Ommu Alexandrina kienet ukoll ta\u0127dem.", "Nicolae kien jattendi erba' klassijiet fl-iskola tar-ra\u0127al, fejn l-g\u0127alliema kienet tg\u0127allem numru ta' klassijiet fl-istess \u0127in g\u0127al studentii ta' klassijiet diffferenti.", "Ceau\u0219escu ma kellux kotba u mhux l-ewwel darba li kien imur l-iskola \u0127afi.", "Hu wkoll ma kellux \u0127bieb, kien maqtug\u0127 u imprevedibbli.", "Hu studja fl-iskola tar-ra\u0127al sal-et\u00e0 ta' \u0127dax-il sena, meta \u0127arab lejn Bukarest u mar jg\u0127ix ma' o\u0127tu Niculina Rusescu.", "F'Bukarest da\u0127al b\u0127ala skarpan apprentist, u beda ja\u0127dem fil-\u0127anut ta' wie\u0127ed Alexandru S\u0103ndulescu, skarpan li kien ukoll membru attiv tal-Partit Komunista, li dak i\u017c-\u017cmien kien illegali.", "Ceau\u0219escu ftit dam biex beda jie\u0127u sehem fl-attivitajiet tal-Partit Komunista (hu sar membru fl-1932), per\u00f2 b\u0127ala tfajjel fi\u017c-\u017cg\u0127o\u017cija tieg\u0127u kien jing\u0127ata affarijiet \u017cg\u0127ar x'jag\u0127mel.", "Fl-1933, ta' \u0127mistax-il sena, \u0121ie arrestat g\u0127all-ewwel darba min\u0127abba \u0121lied fi strajk u g\u0127al darb'o\u0127ra fl-1934, l-ewwel min\u0127abba li kien \u0121abar firem g\u0127al petizzjoni li kienet tipprotesta l-pro\u010bess \u0121udizzjarju kontra \u0127addiema tal-ferrovija u darbtejn o\u0127ra g\u0127al attivitajiet simili.", "Sa nofs it-tletinijiet, hu kien f'missjonijiet f'Bukarest, Craiova, C\u00e2mpulung, u R\u00e2mnicu V\u00e2lcea, fejn \u0121ie arrestat numru ta' drabi.", "Il-profil tieg\u0127u mill-pulizija sigrieta tas-Siguran\u021ba Statului ni\u017c\u017clitu b\u0127ala \"a\u0121itatur Komunista perikolu\u017c\" u \"distributur ta' materjal ta' propaganda Komunista u kontra l-Faxxisti\".", "Hu mifhum li fl-1936 Ceau\u0219escu kien segretarju re\u0121jonali tal-\"Uniunea Tineretului Comunist\" (UTC), l-organizzazzjoni ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tal-Partit Komunista.", "F'Jannar tal-istess sena, hu u Vladislav (jew Vladimir) Tarnovski, a\u0121itatur Pollakk, \u017caru Ulmi qrib T\u00e2rgovi\u0219te biex ji\u0121bru aktar sostenituri mal-Partit.", "Madanakollu, il-laqg\u0127a \u0121iet imxejjna mill-informatur Ion Olteanu, u Ceau\u0219escu \u0121ie arrestat g\u0127al darb'o\u0127ra ma' Tarnovski, u Komunisti o\u0127rajn.", "Fit-tribunal ta' Bra\u0219ov hu ng\u0127ata sentenza ta' sentejn \u0127abs, u sitt xhur o\u0127ra \u0121ew mi\u017cjuda wara li nstab \u0127ati ta' disprezz lejn il-qorti.", "Hu u Tarnovski r\u010bevew l-og\u0127la piena mill-grupp ta' tlettax-il attivista Komunista m\u0127arrka.", "Hu qatta' \u0127afna mis-sentenza tieg\u0127u fil-\u0127abs ta' Doftana.", "Me\u0127lus fl-1938, Ceau\u0219escu baqa' \u0127ieles sentejn biss g\u0127ax fl-1939 \u0121ie ikkundannat \"in absentia\" g\u0127al tliet snin \u0127abs min\u0127abba li kompla jxerred propaganda Komunista.", "F'dan i\u017c-\u017cmien qasir ta' libert\u00e0 hu ltaqa' ma' Elena Petrescu, attivista Komunista f'Bukarest, li kellha tilg\u0127ab rwol importanti fil-karriera politika tieg\u0127u.", "Minkejja li kien qieg\u0127ed jiskonta sentenza fil-\u0127abs ta' Jilava, hu baqa' jkollu laqg\u0127at regolari ma' Elena.", "Minbarra Jilava, hu kien immexxi fil-\u0127absijiet ta' Caransebe\u0219 (1942), V\u0103c\u0103re\u0219ti (1943) u T\u00e2rgu Jiu (1943).", "F'din tal-a\u0127\u0127ar, hu qasam \u010bella ma' Gheorghe Gheorghiu-Dej, fejn sar il-\"prot\u00e9g\u00e9\" tieg\u0127u.", "L-awtoritarjiet korrotti tal-kamp ta' internament bdew jag\u0127tu aktar libertajiet lill-\u0127absin Komunisti biex imexxu l-blokkok ta\u010b-\u010belel tag\u0127hom, bil-patt u l-kundizzjoni li ma jippruvawx ja\u0127arbu mill-\u0127abs.", "F'T\u00e2rgu Jiu, Gheorghiu-Dej beda jmexxi \"sessjonijiet ta' awtokritika\" fejn diversi membri tal-Partit kellhom jistqarru quddiem il-mmebri l-o\u0127ra li ma fehmux id-dogma ta' Marx-Engels-Lenin-Stalin kif interpretata minn Gheorghiu-Dej; il-\u0121urnalista Edward Behr stqarr li r-rwol ta' Ceau\u0219escu f'dawn is-sessjonijiet kien ta' infurzatur, bil-\u0121uvni jsawwat lil dawk il-membri li ma kinux entu\u017cjasti bi\u017c\u017cejjed fuq dawn is-sessjonijiet.", "Dawn is-\"sessjonijiet ta' awtokritika\" mhux biss issi\u0121illaw il-kontroll ta' Gheorghiu-Dej fuq il-Partit, i\u017cda taw stima g\u0127olja lil Ceau\u0219escu.", "Kien dan i\u017c-\u017cmien li mmarka l-bidu tat-telg\u0127a g\u0127all-poter.", "Hu n\u0127eles nhar l-4 ta' Awwissu 1944.", "Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, meta r-Rumanija bdiet taqa' ta\u0127t l-influwenza Sovjetika, Ceau\u0219escu serva b\u0127ala segretarju tal-UTC (bejn l-1944 u l-1945).", "Meta l-Komunisti \u0127adu lura l-poter fir-Rumanija fl-1947, wara li r-Re Mikiel I abdika fit-30 ta' Di\u010bembru, ir-Repubblika Popolari tar-Rumanija \u0121iet imwaqqfa u fi Frar tal-1948 sar l-ewwel kungress tal-\"Partidul Muncitoresc Rom\u00e2n\" (PMR), l-isem ta\u0127t liema l-Partit Komunista beda ja\u0127dem.", "Sussegwentament, fit-13 ta' Mejju 1948, Ceau\u0219escu \u0121ie ma\u0127tur sotto-segretarju tal-istat fil-ministeru tal-agrikoltura fil-Gvern ta' Petru Groza, u fit-18 ta' Marzu 1950, Ceau\u0219escu sar \u0121enerali ma\u0121\u0121uri wara li n\u0127atar deputat ministru fil-ministeru tal-forzi armati.", "Nicolae sar \u0121eneral f'Jannar tal-1950 minkejja li qatt ma kien g\u0127amel l-armata.", "Fil-post tieg\u0127u fi \u0127dan il-ministeru tal-agrikoltura, hu infurza l-kollettivizzazzjoni tal-agrikoltura u ordna l-arrest ta' bdiewa li ma jikkoperawx.", "Fl-1952, Gheorghiu-Dej \u0121abu mieg\u0127u fil-Kumitat \u010aentrali, xhur wara li tne\u0127\u0127iet il-\"fazzjoni Muskovita\" mill-partit immexxiha minn Ana Pauker.", "Fl-1954, Ceau\u0219escu sar membru s\u0127i\u0127 tal-Politburo u eventwalment tela' sabiex jokkupa t-tieni l-og\u0127la kariga fil-\u0121erarkija tal-partit.", "Fil-\u0127arifa tal-1956, meta kien fi Cluj, Ceau\u0219escu lag\u0127ab rwol importanti fit-tra\u017c\u017cin ta' movimenti ta' simpatija lejn ir-rivoluzzjoni Ungeri\u017ca.", "Nhar l-4 ta' Di\u010bembru 1957, Nicolae mexxa lil unitajiet militari biex jo\u0127onqu rewixxti tal-bdiewa ta' Vadu Rosca, fid-distrett ta' Vrancea, li kienu rrifjutaw il-kollettivizzazzjoni obbligatorju.", "B'\u017cew\u0121 tankijiet, Ceau\u0219escu personalment ordna li jinfeta\u0127 in-nar u disa' bdiewa \u0121ew maqtula, bi 48 persuna feruta.", "Meta Gheorghiu-Dej miet fid-19 ta' Marzu 1965, Ceau\u0219escu ma kienx fost is-su\u010b\u010bessuri minkejja li kien qrib \u0127afna tieg\u0127u.", "Madanakollu, kaw\u017ca ta' numru ta' \u0121lied u kunflitti interni bejn uffi\u010bjali wassal lill-Politburo li jag\u0127\u017clu lil Ceau\u0219escu b\u0127ala kandidat.", "Hu \u0121ie elett segretarju \u0121enerali fit-22 ta' Marzu 1965, tliet ijiem wara l-mewt ta' Gheorghiu-Dej.", "Wa\u0127da mill-ewwel mossi tieg\u0127u kienet li jbiddel l-isem tal-partit minn Partit tal-\u0126addiema Rumeni lura g\u0127al Partit Komunista tar-Rumanija, u li jiddikjara l-pajji\u017c b\u0127ala repubblika so\u010bjalista minflok repubblika popolari.", "Fl-1967, hu kkonsolida l-poter tieg\u0127u meta sar President tal-Kunsill tal-Istat, biex b'hekk sar il-kap tal-istat \"de jure\".", "L-hekk imsej\u0127a \"Baruni\" tal-partit (Ion Gheorghe Maurer, Emil Bodn\u0103ra\u0219 u Chivu Stoica) ftit li xejn raw periklu bi\u017c-\u017cieda fil-poter ta' Ceau\u0219escu u a\u010b\u010bettaw il-vjolazzjoni ta' Artiklu 13 tal-istatut li kien jipprojbixxi l-akkumulazzjoni ta' funzjonijiet.", "Ceau\u0219escu baqa' jkompli jkabbar il-poteri tieg\u0127u fil-Kunsill tal-Istat, fejn naqqas is-sa\u0127\u0127a u l-importanza tal-Kunsill Ekonomiku fl-1967 u tal-Kunsill tad-Difi\u017ca ma\u0127luq fl-1968.", "G\u0127all-bidu Ceau\u0219escu sar figura popolari kemm fir-Rumanija u anke fil-Punent min\u0127abba l-politika barranija indipendenti tieg\u0127u, li kienet sfidat l-awtorit\u00e0 tal-Unjoni Sovjetika.", "Fis-sittinijiet iffa\u010bilita \u010b-\u010bensura tal-istampa u temm l-parti\u010bipazzjoni tar-Rumanija fil-Patt ta' Varsavja, g\u0127alkemm ir-Rumanija uffi\u010bjalment baqg\u0127et membru; mhux biss ma bag\u0127atx it-truppi Rumeni fi\u010b-\u010aekoslovakkja fl-1968, imma kkundanna l-inva\u017cjoni b'mod espli\u010bitu f'diskors pubbliku li sar fil-21 ta' Awwissu 1968.", "Dan id-diskors baqa' wie\u0127ed mill-aktar diskorsi famu\u017ci tieg\u0127u, fejn quddiem 100,000 ru\u0127 stqarr li kien \"\u017cball gravi u jikkostitwixxi periklu serju g\u0127all-pa\u010bi fl-Ewropa u g\u0127all-prospetti tas-So\u010bjali\u017cmu fid-dinja.", "Hu \u017car Praga \u0121img\u0127a qabel l-inva\u017cjoni sabiex joffri s-sosten morali lill-kontraparti \u010aekoslovakk tieg\u0127u, Alexander Dub\u010dek.", "Minkejja li l-Unjoni Sovjetika kienet tittollera l-azzjonijiet ta' Ceau\u0219escu, it-tbeg\u0127id tieg\u0127u minn Moska po\u0121\u0121iet lir-Rumanija b\u0127ala dissidenti fil-Blokk tal-Lvant.", "Il-politika ekonomika, barranija u demografika ta' Ceau\u0219escu kienet li tag\u0127mel lir-Rumanija b\u0127ala sa\u0127\u0127a dinjija.", "G\u0127all-\"Conduc\u0103tor\" (il-\"Mexxej\"), kif Ceau\u0219escu kien i\u0127obb isejja\u0127 lilu nnifsu, \"id-demografija hija d-destin\" u pajji\u017ci b'popolazzjonijiet li qed jikbru kienu potenzi.", "Biex iwettaq dan il-pjan, fl-1966, re\u0121\u0121a' lura d-Digriet tal-1957 li pprojbixxa l-abort (sa dak i\u017c-\u017cmien l-abort kien permess biss f'\u010berti pajji\u017ci Komunisti).", "Permezz tad-Digriet 770/1966, l-abort fl-ewwel tliet xhur tat-tqala kienu permessi biss fuq preskrizzjonijiet medi\u010bi stretti u f'ka\u017cijiet e\u010b\u010bezzjonali l-qtil tal-fetu kien permess sa sitt xhur tqala.", "Dan id-digriet \u0121ie infurzat bid-Digriet 441 tas-26 ta' Di\u010bembru 1985 li kien i\u0127alli l-abort biex isir biss minn nisa li qab\u017cu t-42 sena jew li di\u0121\u00e0 kellhom \u0127amest itfal.", "Il-gvern ukoll ra r-rati tad-divorzji u g\u0127amilha iktar diffi\u010bli biex jinkiseb; kien iddekretat li \u017cwie\u0121 seta' ji\u0121i xolt biss f'ka\u017cijiet e\u010b\u010bezzjonali.", "Filwaqt li \u017c-\u017cieda fil-popolazzjoni kienet im\u0127e\u0121\u0121a, eluf ta' tfal spi\u010b\u010baw abbandunati fl-orfanatrofji.", "Huwa stmat li fil-bidu tal-1990 fir-Rumanija kien hemm mal-100,000 tifel u tifla fl-orfanatrofji jg\u0127ixu f'kundizzjonijiet \u0127arxa.", "Ir-rata tal-mortalit\u00e0 tat-trabi baqg\u0127et l-og\u0127la fl-Ewropa.", "Bejn l-1988 u l-1992, eluf ta' tfal madwar ir-Rumanija sfaw infettati bil-marda tal-HIV.", "F'\u0127afna mill-ka\u017ci, ir-ra\u0121uni kienet ta' prattika medika \u0127a\u017cina u t-trobbija fqira.", "L-isplu\u017cjoni tal-AIDS fir-Rumanija kienet kaw\u017ca ta' injezzjonijiet b'siringi skaduti u trasfu\u017cjonijiet tad-demm.", "Ir-re\u0121im ta' Ceau\u0219escu injora l-epidemija tal-HIV/AIDS abba\u017ci li din kienet spe\u010bifika g\u0127as-so\u010bjet\u00e0 kapitalista.", "Fir-Rumanija tat-tmeninijiet ma kinux isiru testijiet tal-HIV la g\u0127ad-donaturi tad-demm u lanqas g\u0127at-trasfu\u017cjonijiet tad-demm.", "Din wasslet biex il-pajji\u017c ikun it-tieni fost il-pajji\u017ci Ewropej bl-aktar infezzjonijiet marbutin mal-HIV.", "Ceau\u0219escu \u017car i\u010b-\u010aina, il-Korea ta' Fuq, ir-Repubblika Popolari tal-Mongolja u l-Vjetnam ta' Fuq fl-1971.", "Fl-okka\u017cjoni ta\u017c-\u017cjara tieg\u0127u fi\u010b-\u010aina u l-Korea ta' Fuq, Ceau\u0219escu baqa' affaxxinat bl-idea ta' trasformazzjoni totali nazzjonali kif implimentati fil-programmi tal-\"Juche\" tal-Korea ta' Fuq u r-Rivoluzzjoni Kulturali ta\u010b-\u010aina.", "Hu kien ukoll ispirat mill-kult tal-personalit\u00e0 lejn Kim Il-sung tal-Korea ta' Fuq u Mao Zedong ta\u010b-\u010aina.", "Ceau\u0219escu ammira kemm lil Mao u 'l Kim b\u0127ala kapijiet li mhux biss iddominaw lil pajji\u017chom imma wkoll u\u017caw metodi totalitarji flimkien mas-sens ta' ultra-nazzjonali\u017cmu mwa\u0127\u0127ad mal-Komuni\u017cmu biex ittrasformaw kemm li\u010b-\u010aina u l-Korea ta' Fuq b\u0127ala potenzi dinjija.", "Barra minn hekk, il-fatt li Kim u aktar minn hekk Mao kienu qatg\u0127u l-irbit Sovjetiku kien aktar sors ta ammirazzjoni g\u0127al Ceau\u0219escu.", "Il-\u0121urnalista Brittaniku Edward Behr kiteb li l-possibilit\u00e0 li dak li Ceau\u0219escu kien ra \u010b-\u010aina u l-Korea ta' Fuq fejn \"ir\u0127ula Potemkin u\u017cati biex jingannaw vi\u017citaturi barranin\" kienet xi \u0127a\u0121a li qatt ma g\u0127addiet minn mo\u0127\u0127u.", "Ftit wara li wasal lura r-Rumanija hu beda jimita s-sistema tal-Korea ta' Fuq.", "Kotba Nord-Koreani fuq il-\"juche\" \u0121ew tradotti bir-Rumen u mqassma fil-pajji\u017c.", "Fis-6 ta' Lulju 1971, hu g\u0127amel diskors quddiem il-Kumitat E\u017cekuttiv tal-PCR.", "Dan id-diskors, li kien jixbah lil wie\u0127ed ta' Mao, li baqa' mag\u0127ruf b\u0127ala t-Te\u017cijiet ta' Lulju, kien jikkonsisti minn sbatax-il proposta.", "Fost dawn kien hemm: tkabbir kontinwu fir-\"rwol ewlieni\" tal-Partit; titjib tal-edukazzjoni tal-Partit u azzjoni politika kbira; parte\u010bipazzjoni ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fuq pro\u0121etti kbar ta' kostruzzjoni b\u0127ala parti tax-\"xog\u0127ol patrijottiku\" tag\u0127hom; intensifikazzjoni tal-edukazzjoni politika-ideolo\u0121ika fi skejjel u universitajiet, kif ukoll f'organizzazzjonijiet g\u0127at-tfal, \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u studenti; u tkabbir tal-propaganda politika fi programmi televi\u017civi u tar-radju, kif ukoll fi djar tal-pubblikazzjoni, teatri u \u010binema, opri, ballet, g\u0127aqdiet tal-artisti, biex jippromwovu karattru \"militant, rivoluzzjonarju\" fi produzzjonijiet artisti\u010bi.", "Il-liberalizzazzjoni tal-1965 kienet ikkundannata u lista ta' kotba u awturi pprojbiti \u0121iet ma\u0127luqa.", "Il-pjanijiet ta' Ceau\u015fescu g\u0127all-futur tas-so\u010bjet\u00e0 Rumena kienu jikkonflittu ma' dawk tal-Prim Ministru Maurer.", "Id-disgwit kien fuq il-pass mg\u0127a\u0121\u0121el tal-industrijalizzazzjoni ta' Ceau\u0219escu, b'iktar enfasi fuq l-industrija t-tqila, filwaqt li Maurer ried li jimxu iktar kawti ming\u0127ajr ma jittraskurawx l-industrija tal-o\u0121\u0121etti tal-konsum konformi mar-ri\u017corsi domesti\u010bi, umani, naturali u teknolo\u0121i\u010bi tal-pajji\u017c.", "Maurer tne\u0127\u0127a minn postu f'Marzu tal-1974 wara li Ceau\u015fescu \u0121ie elett b\u0127ala President, u minfloku n\u0127atar Manea M\u0103nescu.", "Fil-11-il Kungress f'Novembru tal-1974, Maurer tilef postu fil-Kumitat \u010aentrali.", "Fit-28 ta' Marzu 1974, il-Gran Assemblea Nazzjonali stabilixxiet l-uffi\u010b\u010bju tal-President tar-Repubblika So\u010bjalista tar-Rumanija, u Nicolae Ceau\u015fescu \u0121ie elett b'mod unanimu u b'hekk sar l-ewwel President tar-Rumanija.", "Minkejja li Ceau\u015fescu kien kap tal-istat fl-isem mill-1967, l-unika poter tieg\u0127u kien \u0121ej mill-istatus tieg\u0127u b\u0127ala kap tal-partit.", "Madanakollu, il-kariga l-\u0121dida g\u0127amlitu l-og\u0127la fil-pajji\u017c kemm fl-isem u fil-fatt.", "Hu kellu l-qawwa li jie\u0127u de\u010bi\u017cjonijiet ming\u0127ajr il-b\u017conn li kul\u0127add fil-Kunsill tal-Istat ma jkun pre\u017centi.", "Mill-1974 'il quddiem, Ceau\u015fescu mexxa regolarment bid-digriet hekk kif il-partit kollu l-istituzzjonijiet statali kienu jaqg\u0127u ta\u0127tu.", "Permezz tal-politika barranija tieg\u0127u hu pprova je\u0127les mid-dominju Sovjetiku, fejn \u0121ab is-simpatija u l-apprezzament ta' kapijiet politi\u010bi kbar b\u0127al Charles de Gaulle u Richard Nixon.", "Fil-COMECON, organizzazzjoni ekonomika tal-Blokk tal-Lvant tal-Ewropa u pajji\u017ci Komunisti o\u0127rajn, id-delegazzjonijiet Rumeni opponew g\u0127all-proposti li kienu \u0121ejjin mill-Unjoni Sovjetika.", "Wa\u0127da minn dawn id-de\u010bi\u017cjonijiet kienet li r-Rumanija kienet wa\u0127da minn \u017cew\u0121 pajji\u017ci Komunisti Ewropej li \u0127adu sehem fl-Olimpjadi tal-1984 \u0121ewwa l-Istati Uniti.", "Ir-Rumanija kienet ukoll l-unika pajji\u017c fil-Blokk tal-Lvant, bl-e\u010b\u010bezzjoni tal-Unjoni Sovjetika, li \u017cammet relazzjonijiet diplomati\u010bi mal-Komunit\u00e0 Ewropea, flimkien mal-I\u017crael u l-\u0120ermanja tal-Punent.", "Trattat li kien jinkludi lir-Rumanija fil-lista ta' pajji\u017ci favoriti mill-Komunit\u00e0 Ewropea \u0121ie ffirmat fl-1974, u fl-1980 intla\u0127aq qbil fuq l-iskambju ta' prodotti industrijali bejn ir-Rumanija u l-Komunit\u00e0 Ewropea.", "Dan wassal g\u0127a\u017c-\u017cjara uffi\u010bjali mill-President tal-Istati Uniti, Richard Nixon.", "Nixon \u017car ir-Rumanija fit-2 ta' Awwissu 1969, u wara diskussjonijiet mal-President Rumen, Nixon kellu l-impressjoni li \"Ceau\u015fescu huwa Marksita Stanlista diffi\u010bli, u diskussjonijiet mieg\u0127u jeskludu l-banalitajiet diplomati\u010bi tas-soltu.\"", "Din kienet l-ewwel \u017cjara ta' President Amerikan f'pajji\u017c Komunista li wasslet g\u0127al reazzjonijiet ostili kemm mill-Unjoni Sovjetika u t-Tajwan, din tal-a\u0127\u0127ar kienet i\u017comm post i\u010b-\u010aina fil-Kunsill tas-Sigurt\u00e0 tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Min\u0127abba hekk, Moska bag\u0127tet twissija \u010bara lir-Rumanija permezz tal-Ministru g\u0127all-Affarijiet Barranin Andrei Gromyko li stqarr li d-\"Duttrina Brezhnev\" kienet tg\u0127odd g\u0127all-membri kollha tat-Trattat ta' Varsavja u li \"mhux se t\u0127alli s-sigurt\u00e0 tal-istati firmatarji u l-kisba tas-so\u010bjali\u017cmu f'dawn il-pajji\u017c biex ti\u0121i kompromessa.\"", "Ceau\u015fescu rre\u010biproka din i\u017c-\u017cjara, bi \u017cjara fl-Istati Uniti f'Ottubru 1970.", "Din wasslet g\u0127all-g\u0127otja ta' serje ta' favuri ekonomi\u010bi min-na\u0127a tal-Amerikani.", "Barra minn hekk, l-Istati Uniti sostniet lir-Rumanija fl-ade\u017cjoni f'numru ta' korpi internazzjonali b\u0127all-GATT fl-1971 u l-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji fl-1972.", "Mal-bidu tal-embargo G\u0127arbi ta\u017c-\u017cejt fl-1973-74 kontra l-Punent, perjodu ta' prezzijiet g\u0127olja ta' \u017cejt ikkaratterizzaw il-kumplament tas-sebg\u0127inijiet.", "Ir-Rumanija, b\u0127ala prodottur kbir ta\u017c-\u017cejt ibbenefikat bil-qawwi minn dawn il-prezzijiet g\u0127olja, li wassal lil Ceau\u0219escu g\u0127al pjan ambizzju\u017c biex jinvesti bil-qawwi f'impjanti tar-raffinament ta\u017c-\u017cejt.", "L-g\u0127an ta' Ceau\u0219escu kien li jag\u0127mel lir-Rumanija b\u0127ala l-aqwa fl-Ewropa mhux biss g\u0127ar-raffiniment ta\u017c-\u017cejt prodott fil-pajji\u017c, imma wkoll g\u0127a\u017c-\u017cejt minn statii tal-Lvant Nofsani b\u0127all-Iraq u l-Iran, u mbag\u0127ad ibieg\u0127u bi profitt fis-suq ta' Rotterdam.", "Hekk kif ir-Rumanija ma kellhiex flus bi\u017c\u017cejjed biex tibdni l-impjanti ne\u010bessarji, Ceau\u0219escu silef mill-banek tal-Punent bis-suppo\u017cizzjoni li meta s-self ikun wasal biex jit\u0127allas, il-profitti mill-bejg\u0127 ta\u017c-\u017cejt raffinat kienu jkunu bi\u017c\u017cejjed biex ikopru s-self.", "Problema kbira fil-pjan tar-raffinament ta\u017c-\u017cejt ta' Ceau\u0219escu li wassal biex ir-Rumanija tissellef aktar flus, kienet il-produttivit\u00e0 tal-\u0127addiema Rumeni li wassal biex l-impjanti tlestew snin wara i\u017c-\u017cmien skedat.", "It-terrimot tal-1977 li qered il-bi\u010b\u010ba l-kbira ta' Bukarest wassal ukoll g\u0127ad-dewmien fil-pjan.", "Ma\u017c-\u017cmien li l-impjanti kienu tlestew fil-bidu tas-snin tmenin, waqg\u0127a fil-prezzijiet ta\u017c-\u017cejt \u0121ab problemi finanzjarji kbar lir-Rumanija.", "F'Awwissu tal-1977, 'il fuq minn 30,000 minatur mar fuq strajk fil-wied tax-xmara Jiu fejn ilmentaw fuq il-paga baxxa u l-kundizzjonijiet \u0127\u017ciena li kienu qeg\u0127din ja\u0127dmu fihom.", "Dan l-istrajk kien l-ikbar forma ta' oppo\u017cizzjoni li Ceau\u0219escu sab quddiem wi\u010b\u010bu sal-a\u0127\u0127ar tat-tmeninijiet.", "Il-\u0127addiema kienu ispirati minn stejjer simili fil-kosta Baltika tal-Polonja f'Di\u010bembru tal-1970, u talbu g\u0127al negozjati wi\u010b\u010b imb'wi\u010b\u010b mal-kap tal-pajji\u017c.", "Meta Ceau\u0219escu sema' li s-suldati naqsu li jift\u0127u n-nar fuq il-kompatrijotti, hu nnegozja kompromess biex jieqaf l-istrajk.", "Fis-snin wara l-istrajk, il-ma\u0121\u0121oranza ta' dawk li mexxew l-istrajk mietu bil-marda tal-kan\u010ber, u wara l-1989, kien \u0121ie \u017cvelat li s-Securitate kellha tobba tag\u0127ti lill-mexxejja tal-istrajk ra\u0121\u0121i-X g\u0127al \u0127ames minuti fuq sidirhom biex jassiguraw l-i\u017cvilupp tal-kan\u010ber.", "Fl-1978, Ion Mihai Pacepa, membru g\u0127oli fil-pulizija politika Rumena, is-Securitate, \u0127arab il-pajji\u017c u kiseb l-a\u017cilu fl-Istati Uniti.", "Hu kien id-difettur bl-og\u0127la kariga mill-Blokk tal-Lvant matul il-Gwerra l-Bierda.", "Dan l-att kien daqqa ta' \u0127arta lejn l-amministrazzjoni, fejn wassal lil Ceau\u0219escu biex ibiddel kompletament l-istrattura tas-sigurt\u00e0.", "Il-ktieb ta' Pacepa tal-1986, \"Red Horizons: Chronicles of a Communist Spy Chief\", Pacepa kixef dettalji fuq ir-re\u0121im ta' Ceau\u0219escu fosthom fuq kif l-gvern kien qieg\u0127ed jikkollabora ma' organizzazzjonijiet terroristi\u010bi G\u0127arab, spjuna\u0121\u0121 qawwi fuq l-industrija Amerikana u pjanijiet elaborati biex jiksbu sosten politiku mid-dinja tal-Punent.", "Din waslet fi \u017cmien fejn l-i\u017colament tar-Rumanija fuq livell internazzjonali kien qieg\u0127ed jiskala u s-sitwazzjoni ekonomika kienet qieg\u0127dha tmur lura.", "Servizzi tal-intelli\u0121enza barranin kienu qeg\u0127din isa\u0127\u0127u l-isforzi tag\u0127hom sabiex jinfiltraw is-Securitate, filwaqt li l-kontroll ta' Ceau\u0219escu fuq din l-a\u0121enzija kien qieg\u0127ed jonqos.", "L-indipendenza politika ta' Ceau\u0219escu mill-Unjoni Sovjetika u l-protesta tieg\u0127u kontra l-inva\u017cjoni ta\u010b-\u010aekoslovakkja fl-1968 tefg\u0127et interess mill-potenzi tal-Punent fuq ir-Rumanija, fejn dawn il-gvernijiet rawh b\u0127ala anti-Sovjetiku u ttamaw li permezz tieg\u0127u jo\u0127olqu l-bsaten fir-roti fit-Trattat ta' Varsavja.", "Ceau\u0219escu ma ndunax li l-finanzjament li ng\u0127ata mhux dejjem kien favoribbli.", "Fis-snin tal-era ta' Ceau\u0219escu nbnew il-metro ta' Bukarest, il-Kanal tad-Danubju u l-Ba\u0127ar l-Iswed u eluf ta' blokok ta' appartamenti, fost programmi ekonomi\u010bi o\u0127ra.", "Ceau\u0219escu kien ukoll la\u0127aq qbil fuq \u017cejt ir\u0127is mill-Iran, per\u00f2 l-qbil falla meta x-Xa tne\u0127\u0127a fir-Rivoluzzjoni Iranjana.", "Minkejja dan kollu, id-dejn kien ma\u017cra m'g\u0127onq l-ekonomija Rumena fejn bejn l-1971 u l-1982 id-dejn barrani \u017cdied minn $1.2 biljun g\u0127al madwar $13-il biljun.", "Fl-1982, id-d\u0127ul mill-kummer\u010b barrani tar-Rumanija waqa' g\u0127al 17% fuq is-sena ta' qabel.", "F'attentat sabiex i\u0127allas minnufih dan id-dejn ming\u0127ajr ma jikbru l-interessi, Ceau\u0219escu organizza referendum li bih irnexxielu jbiddel il-kostituzzjoni fejn \u017cied klaw\u017cola li ma \u0127allietx lir-Rumanija tissellef aktar flus minn barra.", "Skont ir-ri\u017cultati uffi\u010bjali, ir-referendum kien kwa\u017ci vot unanimu favur din il-kundizzjoni.", "Ceau\u0219escu ordna l-esportazzjoni ta' \u0127afna mill-produzzjoni agrikola u industrijali tal-pajji\u017c sabiex jit\u0127allas id-dejn, bil-popolazzjoni ti\u010b\u010ba\u0127\u0127ad mill-affarijiet l-iktar ba\u017ci\u010bi.", "Ir-razzjonar fuq prodotti ba\u017ci\u010bi \u0121ie introdott, u gass u ikel b\u0127al \u0127ob\u017c, \u017cejt, zokkor, dqiq u ross bdew jing\u0127ataw bi skambju ta' vaw\u010bers.", "Matul it-tmeninijiet, li kien hemm nuqqas qawwi fil-livell ta' g\u0127ajxien tal-popolazzjoni Rumena, spe\u010bjalment fid-disponibbilt\u00e0 u l-kwalit\u00e0 tal-ikel u prodotti o\u0127rajn fil-\u0127wienet.", "Matul dan i\u017c-\u017cmien, kull stazzjon tar-radju re\u0121jonali \u0121ie mag\u0127luq, u t-televi\u017cjoni \u0121ie limitat g\u0127al kanal wie\u0127ed li kien ixandar sag\u0127tejn kuljum biss.", "Il-provvista tad-dawl bdiet ti\u0121i interrotta kuljum minn tal-inqas g\u0127al sieg\u0127a filg\u0127axija, ming\u0127ajr ebda ra\u0121uni u ming\u0127ajr avvi\u017c minn qabel.", "Fl-istess \u0127in, in-nies kienu m\u0127e\u0121\u0121a biex jiffrankaw id-dawl billi jitfu l-fri\u0121\u0121is matul ix-xitwa, ma ju\u017cawx il-magni tal-\u0127asil, jew billi ma ju\u017cawx il-lifts.", "Bejn l-1979 u l-1982, il-konsum tal-ener\u0121ija naqas b'20%, imbag\u0127ad b'50% fl-1983 u b'50% o\u0127ra fl-1985 ikkumparat mas-sena ta' qabel.", "It-temperaturi fid-djar kienet til\u0127aq bejn il-5 u 12-il grad fix-xitwa f'appartamenti ta' \u0127afna mir-Rumeni.", "Ir-rapport tal-Kummissjoni Presidenzjali g\u0127all-Analisi tad-Dittatorjat Komunista fir-Rumanija rrefera g\u0127all-\"obbligazzjoni tal-popolazzjoni biex jg\u0127ixu f'temperaturi insupportabbli ta' inqas minn 10 gradi Celsius.", "Eventwalment id-dejn \u0121ie m\u0127allas kompletament fis-sajf tal-1989, ftit qabel ma' Ceau\u0219escu tne\u0127\u0127a mill-poter.", "Madanakollu, l-esportazzjoni baqg\u0127et issir b'mod qawwi sar-rivoluzzjoni ta' Di\u010bembru.", "F'Novembru tal-1989, l-14-il Kungress tal-Partit Komunista Rumen (PCR) ra lil Ceau\u0219escu, issa ta' 71 sena, elett mill-\u0121did g\u0127al \u0127ames snin b\u0127ala kap tal-PCR.", "Matul il-Kungress, Ceau\u0219escu g\u0127amel diskors fejn iddenunzja r-rivoluzzjonijiet anti-Komunisti li kienu qeg\u0127din ji\u0121ru fl-Ewropa tal-Lvant.", "Fix-xahar ta' wara, il-gvern ta' Ceau\u0219escu nnifsu waqa' wara serje ta' avveniment f'Timi\u0219oara u Bukarest.", "Dimostrazzjonijiet fil-belt ta' Timi\u0219oara \u0121raw meta saru attentati min-na\u0127a tal-gvern biex ike\u010b\u010bu lil L\u00e1szl\u00f3 T\u0151k\u00e9s, qassis etniku Ungeri\u017c, akku\u017cat li xerred tixwix ta' mibeg\u0127da.", "Membri tal-kongregazzjoni etnika Ungeri\u017ca daru madwar l-appartament tieg\u0127u b\u0127ala sinjal ta' sosten.", "Studenti Rumeni minn rag\u0127ajhom ing\u0127aqdu fid-dimostrazzjoni li ftit damet biex saret dimostrazzjoni kontra l-gvern attwali.", "Forzi militari, il-pulizija u s-Securitate sparaw fuq id-dimostranti fis-17 ta' Di\u010bembru 1989, u \u0127allew numru ta' r\u0121iel, nisa u tfal mejta jew midruba.", "Fit-18 ta' Di\u010bembru, Ceau\u0219escu mar fuq \u017cjara statali fl-Iran, u \u0127alla f'idejn martu u ta' ta\u0127tu biex jo\u0127onqu r-rivolti f'Timi\u0219oara.", "Mar-ritorn tieg\u0127u fl-20 ta' Di\u010bembru, is-sitwazzjoni kienet idde\u0121enerat u Ceau\u0219escu g\u0127amel diskors televi\u017civ mill-istudjo \u0121ewwa l-bini CC tal-PCR, fejn iddiskriva l-avvinmenti f'Timi\u0219oara b\u0127ala \"attentat minn forzi barranin fl-affarijiet interni tar-Rumanija\" u \"aggressjoni barranija fuq is-sovranit\u00e0 Rumena\".", "Sad-diskors ta' Ceau\u0219escu, l-istampa naqset li tag\u0127mel referenza g\u0127al dak li kien qieg\u0127ed ji\u0121ri, bl-uniku sors ta' informazzjoni kien \u0121ej minn stazzjonijiet tar-radju barra l-pajji\u017c b\u0127al Radio Free Europe u Voice of America.", "Il-\u0121urnata ta' wara, fil-21 ta' Di\u010bembru, Ceau\u0219escu ppjana laqg\u0127a tal-massa f'Bukarest.", "L-istampa uffi\u010bjali ppre\u017centata b\u0127ala \"moviment spontanju ta' sosten lejn Ceau\u0219escu\", simili g\u0127al-laqg\u0127a tal-1968 fejn Ceau\u0219escu kien tkellem dwar l-inva\u017cjoni ta\u010b-\u010aekoslovakkja mill-forzi tat-Trattat ta' Varsavja.", "Il-laqg\u0127a tal-21 ta' Di\u010bembru f'dik li illum hi l-Pjazza tar-Rivoluzzjoni, bdiet b\u0127al \u0127afna mid-diskorsi ta' Ceau\u0219escu matul is-snin.", "Ceau\u0219escu tkellem fuq il-kisbiet tar-\"rivoluzzjoni So\u010bjalista\" u r-Rumeni \"\u017cviluppaw s-so\u010bjet\u00e0 So\u010bjalista minn \u0127afna lati.\"", "Hu wkoll tefa' l-\u0127tija fuq r-rewwixti ta' Timi\u0219oara fuq \"a\u0121itaturi Faxxisti li riedu jeqirdu s-so\u010bjali\u017cmu.\"", "Madanakollu, Ceau\u0219escu ma kienx fehem e\u017catt l-istat tal-folla.", "Madwar tmien minuti fid-diskors, \u0127afna nies bdew jibbuwjaw, jag\u0127mlu \u0127sejjes ta' di\u017capprovazzjoni u o\u0127rajn bdew jag\u0127jtu \"Timi\u0219oara!\"", "Hu pprova jikkalmahom billi jerfa' idu l-leminija u jsejja\u0127 g\u0127all-attenzjoni tal-folla qabel mal-ordni \u0121iet temporanjament imre\u0121\u0121a' lura.", "Hu kompla billi \u0127abbar riformi ta' benefi\u010b\u010bji so\u010bjali li kienu jinkludu \u017cieda fil-paga minima b'200 lei fix-xahar.", "Imma\u0121ini tal-espressjoni fuq wi\u010b\u010b Ceau\u0219escu hekk kif il-folla bdiet tinterrompi b'ibbuwjar kienu fost l-aktar imxandra b\u0127ala simbolu tal-waqg\u0127a tal-Komuni\u017cmu fil-Ewropa tal-Lvant.", "Meta falla jikkontrolla l-folla, Ceau\u0219escu u martu da\u0127lu jistkennu fil-bini li kienet i\u017comm fiha il-Kumitat \u010aentrali tal-Partit Komunista Rumen.", "Il-kumplament tal-\u0121urnata rar rivoluzzjoni miftu\u0127a tal-popolazzjoni ta' Bukarest, li n\u0121abret fi Pjazza tal-Universit\u00e0 u kkonfrontat il-pulizija u l-armata.", "Il-militar ikkontrolla s-sitwazzjoni u sgumbrat it-toroq sa nofsillejl u wettqet l-arrest ta' mijiet ta' persuni.", "Sal-g\u0127odwa tat-22 ta' Di\u010bembru, ir-rivolta kienet di\u0121\u00e0 nfirxet f'kull belt tal-pajji\u017c.", "Il-mewt suspettu\u017ca ta' Vasile Milea, il-Ministru tad-Difi\u017ca, iktar tard ikkonfermata b\u0127ala suwi\u010bidju, \u0121iet im\u0127abbra mill-istampa.", "Immedjatament wara, Ceau\u0219escu mexxa l-laqg\u0127a tal-Kumitat E\u017cekuttiv Politiku tal-PCR u \u0127a t-tmexxija tal-armata f'idejh.", "Bil-fehma li Milea kien \u0121ie maqtul, is-suldati qalbu l-po\u017cizzjoni tieg\u0127u, filwaqt li l-kmandanti m'g\u0127amlu l-ebda sforz sabiex jipperswadu lil nieshom biex jibqg\u0127u leali lejn il-gvern.", "Ceau\u0219escu g\u0127amel l-a\u0127\u0127ar tentattiv iddisprat biex jindirizza 'l-folla mi\u0121bura quddiem il-bini tal-Kumitat \u010aentrali, per\u00f2 n-nies bdew jitfg\u0127u \u0121ebel u projettili o\u0127ra, u kellu jirritorna lura \u0121ewwa l-bini.", "Grupp ta' dimostranti rnexxielhom jift\u0127u l-bibien tal-bini u g\u0127elbu lill-gwardji tas-sigurt\u00e0 ta' Ceau\u0219escu, u \u0121rew g\u0127all-uffi\u010b\u010bju tieg\u0127u u g\u0127all-gallarija.", "G\u0127alkemm ma kinux jafu, huma kienu ftit metri 'l bog\u0127od minn Ceau\u0219escu, li kien imwa\u0127\u0127al fil-lift.", "Hu, Elena u erbg\u0127a o\u0127ra rnexxielhom jaslu fuq il-bejt u \u0127arbu bil-\u0127elikopter, ftit sekondi qabel ma' grupp ta' dimostranti kienu segwewhom.", "Matul il-kors tar-rivoluzzjoni, l-istampa tal-Punent ippubblikat stimi tan-numru ta' nies maqtula mill-forzi tas-Securitate f'attentat biex issostni lil Ceau\u0219escu u to\u0127noq ir-rivoluzzjoni.", "In-numru kiber mal-ewwel sakemm l-ewwel pa\u0121ni tal-gazzetti bdew jirrappurtaw madwar 64,000 imwiet.", "L-attach\u00e9 militari Ungeri\u017c esprima d-dubju fuq dawn il-figuri, u wara l-mewt ta' Ceau\u0219escu, l-isptarijiet madwar il-pajji\u017c irrappurtaw il-mewt ta' inqas minn elf ru\u0127, u probabbilment \u0127afna inqas minn hekk.", "Ceau\u0219escu u martu Elena \u0127arbu l-kapitali ma' Emil Bobu u Manea M\u0103nescu u bil-\u0127elikopter kienu sejrin lejn ir-residenza ta' Ceau\u0219escu fi Snagov, u \u0127arbu g\u0127al darb'o\u0127ra din id-darba lejn T\u00e2rgovi\u0219te.", "Qrib T\u00e2rgovi\u0219te kellom jabbandunaw il-\u0127elikopter hekk kif \u0121ew ordnati mill-armata, li sa dak il-\u0127in kienet irrestrin\u0121iet it-titjir fl-ispazju tal-arju tar-Rumanija.", "I\u010b-Ceau\u0219escu \u0121ew mi\u017cmuma mill-pulizija u wara ng\u0127ataw lill-armata.", "Nhar il-Milied, il-25 ta' Di\u010bembru 1989, f'kamra \u017cg\u0127ira, Nicolae u Elena \u0121ew imressqa quddiem qorti mfassal fuq ordnijiet tal-Front ta' Salvazzjoni Nazzjonali, il-gvern provi\u017corju tar-Rumanija.", "Huma affa\u010b\u010bjaw akku\u017ci ta' \u0121eno\u010bidju u \u0121bir illegali ta' \u0121id.", "Ceau\u0219escu kontinwament baqa' ji\u010b\u0127ad il-validit\u00e0 u l-awtorit\u00e0 ta' din il-qorti biex jikkastigawh, u sa\u0127aq li hu kien g\u0127adu legalment il-president tar-Rumanija.", "Fi tmiem il-pro\u010bess, i\u010b-Ceau\u0219escu nstabu \u0127atja b'dawn l-akku\u017ci u kkundannati g\u0127all-mewt:", "Suldat li kien qieg\u0127ed gwardja f'dan il-pro\u010bess kien ordnat biex jie\u0127u li\u010b-Ceau\u0219escu 'l barra wie\u0127ed wie\u0127ed u jisparalhom, imma huma talbu li jinqatlu flimkien.", "Is-suldati qabblu u bdew jorbtu idejhom minn wara darhom fost il-protesti ta\u010b-Ceau\u0219escu.", "Huma \u0121ew maqtula minn \u0121abra ta' suldati inklu\u017ci l-Kaptan Ionel Boeru, is-Sur\u0121ent-Ma\u0121\u0121uri Georghin Octavian u Dorin-Marian C\u00eerlan.", "L-iskwadra tal-isparar bdiet tispara hekk kif it-tnejn li huma kienu mal-\u0127ajt.", "Ekwipa\u0121\u0121 televi\u017civ li kienu hemm biex ji\u0121bu l-e\u017cekuzzjoni rnexxielhom i\u0121ibu l-a\u0127\u0127ar ftit hekk kif i\u010b-Ceau\u0219escu kienu mal-art fost trab mill-balli li \u0127abtu mal-\u0127ajt u mal-art.", "Qabel ma tkompliet is-sentenza, Nicolae Ceau\u0219escu kanta \"L-Internazzjonali\" waqt li kien qieg\u0127ed jittie\u0127ed g\u0127all-post tal-qatla.", "L-imma\u0121ini tal-mewt ta\u010b-Ceau\u0219escus mal-ewwel waslu fil-pajji\u017ci tal-Punent, u iktar tard dik il-\u0121urnata ntwerew fuq it-televi\u017cjoni Rumena.", "Il-mod kif tmexxa l-pro\u010bess kien ikkritikat bil-qawwi kemm \u0121ewwa u barra r-Rumanija.", "Madanakollu, Ion Iliescu, il-President provi\u017corju tar-Rumanija, qal fl-2009 li l-pro\u010bess kien \"tal-mist\u0127ija, imma b\u017connju\u017c\" sabiex itemm l-istat ta' anarkija li l-pajji\u017c kien fih fit-tliet ijiem minn meta \u010b-Ceau\u0219escus \u0127arbu minn Bukarest.", "Fuq l-istess nota, Victor St\u0103nculescu, li kien il-Ministru tad-Difi\u017ca qabel ma qaleb man-na\u0127a tar-rivoluzzjoni, qal fl-2009 li l-alternattiva kienet li \u010b-Ceau\u0219escus jinqatlu fit-toroq ta' Bukarest.", "Nicolae u Elena Ceau\u0219escu kienu l-a\u0127\u0127ar nies li \u0121ew maqtula fir-Rumanija qabel ma \u0121iet abolita l-piena kapitali fis-7 ta' Jannar 1990.", "Fil-bidu, Nicolae u Elena Ceau\u0219escu \u0121ew midfuna f'oqbra fi\u010b-\u010aimiterju ta' Ghencea f'Bukarest; l-oqbra tag\u0127hom kienu \u0127afna drabi m\u017cejna bi fjuri u simboli tat-tmexxija Komunista.", "Fl-20 ta' Lulju 2010, xjentisti forensi\u010bi g\u0127amlu e\u017cumazzjoni tal-i\u0121sma sabiex jag\u0127mlu testijiet tad-DNA u jikkonfermaw li l-fdalijiet kienu tassew ta\u010b-Ceau\u0219escus.", "Il-\u0121isem ta' Elena kien fi stat wisq dekompost sabiex ji\u0121i identifikaw, per\u00f2 Nicolae \u0121ie identifikat mal-ewwel, hekk kif kien liebes il-kowt xitwi mimli balal.", "Familtu organizzat servizz funebri g\u0127all-koppja, u huma \u0121ew midfuna mill-\u0121did f'Ghencea ta\u0127t lapida modesta.", "Ceau\u0219escu \u0127oloq kult tal-personalit\u00e0 diffu\u017c, fejn \u0127a titli b\u0127al \"\"Conduc\u0103tor\"\" (\"Mexxej\") u \"\"Geniul din Carpa\u021bi\"\" (\"Il-\u0120enju tal-Karpati\"), ispirat mill-kultura Proletarja.", "Wara l-elezzjoni tieg\u0127u b\u0127ala President tar-Rumanija hu anke g\u0127amel xettru jixbah lil tar-rejiet..", "L-iktar \u0121urnata importanti tas-sena matul it-tmexxija ta' Ceau\u0219escu kienet g\u0127eluq snin, is-26 ta' Jannar, \u0121urnata li rat lill-istampa Rumena timtela b'tif\u0127ir lejh.", "Skont l-istoriku Victor Sebstyen, kienet wa\u0127da mill-ftit \u0121ranet tas-sena meta persuna Rumena komuni kienet turi wi\u010b\u010b fer\u0127an min\u0127abba li kien wisq risku\u017c li turi li hi skuntenta f'din il-\u0121urnata.", "Dawn l-e\u010b\u010bessitajiet wasslu lill-pittur Salvador Dal\u00ed sabiex jibg\u0127at telegramma ta' tif\u0127ir lill-\"Conduc\u0103tor\", fejn sarkastikament fera\u0127 lil Ceau\u0219escu fuq l-\"introduzzjoni tax-xettru presidenzjali\".", "Il-gazzetta tal-Partit Komunista \"Sc\u00eenteia\" ppubblikat dan il-messa\u0121\u0121, ming\u0127ajr ma kienet konxja ta' dan ix-xog\u0127ol satiriku.", "Ma kinitx ta' sorpri\u017ca li Ceau\u0219escu kien ikkon\u010bernat fuq id-dehra pubblika tieg\u0127u.", "G\u0127al numru ta' snin, kwa\u017ci kull ritratt uffi\u010bjali tieg\u0127u kien jurih ta' erbg\u0127in sena.", "It-televi\u017cjoni tal-istat Rumena kienet ta\u0127t ordinijiet stretti sabiex juruh fl-a\u0127jar dawl.", "Barra minn hekk, il-produtturi kellhom jag\u0127tu ka\u017c li t-tul ta' Ceau\u0219escu qatt ma kellha ti\u0121i enfasizzata fuq l-iskrin.", "Li tikser dawn ir-regoli kienu jwasslu g\u0127al konsegwenzi serji; produttur wera filmat ta' Ceau\u0219escu jpetpet u jtemtem, u kien ipprojbit g\u0127al tliet xhur.", "Martu Elena, li kellha biss edukazzjoni ta' skola primarja, kienet \"xjentista ta' fama dinjija\" u \"omm ta' m\u0127abba\".", "Elena r\u010biviet diversi titli minn universitajiet madwar id-dinja, u setg\u0127et tiffirma isimha bid-dottorat \"honoris causa\".", "Hi da\u0127let membru tal-Akkademja Rumena u akkademji o\u0127ra, fosthom l-Akkademja tax-Xjenza fl-Istati Uniti.", "Il-kult tal-personalit\u00e0 ta' Ceau\u0219escu kienet tixbah lil dik ta\u010b-\u010aina u l-Korea ta' Fuq, fejn g\u0127amlet lill-familtu mhux biss is-sors tal-g\u0127arfien politiku imma wkoll fl-aspett kulturali u xjentifiku.", "Il-President \"kiteb\" kotba tal-filosofija, l-ekonomija politika u l-istorja fost o\u0127rajn.", "B\u0127ala parti mill-propaganda, i\u010b-Ceau\u0219escus ir\u010bevew ordnijiet u titli minn diversi stati u istituzzjonijiet.", "Franza tat lil Nicolae l-Le\u0121jun ta' Unur, fl-1978 hu ng\u0127ata n-\"Knight Grand Cross\" tal-Ordni tal-Banju fir-Renju Unit, titlu li tne\u0127\u0127ielu fl-1989.", "Il-politika interna ta' Ceau\u0219escu kienet tinvolvi l-kontroll assolut fuq il-popolazzjoni.", "F'Marzu tal-1983, il-Kunsill tal-Istat idde\u010bieda li jirre\u0121istra l-magni tal-istampaturi u dan sabiex uffi\u010bjalment jipprevjeni l-u\u017cu tag\u0127hom minn nies \"li huma ta' theddida g\u0127all-ordni pubblika jew is-sigurt\u00e0 tal-istat\", g\u0127alkemm dan kollu kien biex ira\u017c\u017can l-istampar ta' manifesti.", "Skont id-digriet il-\u0121did, l-awtorizzazzjoni g\u0127all-u\u017cu ta' tajprajters kellu jing\u0127ata mill-Ministeru tal-Intern li seta' \"jikkontrolla wkoll l-u\u017cu tag\u0127hom.\"", "Karta bl-ittri, figuri u s-sinjali ortografi\u010bi ta' kull magna kellha tintbag\u0127at lill-militar; dan biex ji\u0121i identifikat il-post fejn manifest seta' \u0121ie kkreat.", "Il-gvern ta' Ceau\u0219escu g\u0127adda li\u0121ijiet spe\u010bjali u digrieti sabiex i\u017comm u jikkontrolla l-kuntatti li \u010b-\u010bittadini Rumeni jag\u0127mlu mal-barranin.", "Fl-1982, kien \u0121ie mniedi limitu tan-numru ta' telefonati li setg\u0127u jsiru 'l barra mir-Rumanija, biex b'hekk g\u0127amilha iktar fa\u010bli sabiex ira\u017c\u017can id-dissens."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23801", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23801", "title": "Vasile Milea", "text": ["Vasile Milea", "Vasile Milea (Lere\u0219ti, 1 ta' Jannar 1927 \u2013 Bukarest, 22 ta' Di\u010bembru 1989) kien politiku u \u0121eneral tal-armata Rumen li e\u017cer\u010bita l-irwol ta' kap ta' \"Statul Major General\" fl-Armata Rumena u Ministru tad-Difi\u017ca ta\u0127t Nicolae Ceau\u0219escu.", "Hu kien involut fil-perjodu ta' ritrattazzjoni matul ir-Rivoluzzjoni Rumena li kkwa\u017cat il-mewt ta' 162 ru\u0127.", "Fit-22 ta' Di\u010bembru 1989, Ceau\u0219escu ke\u010b\u010bieh mill-kariga tieg\u0127u min\u0127abba li ma kienx ordna li jinfeta\u0127 in-nar fuq id-dimostranti li kienu okkupaw it-toroq ta' Bukarest \u0121urnata qabel.", "Skont sors uffi\u010bjali, Ceau\u0219escu kkunsidra din b\u0127ala att ta' tradiment u Milea g\u0127amel suwi\u010bidju ftit wara.", "Madanakollu, diversi membri ta' familtu allegaw li kien maqtul wara ordni ta' Ceau\u0219escu.", "Milea kien di\u0121\u00e0 f'po\u017cizzjoni skomda meta bag\u0127at truppi ming\u0127ajr munizzjon biex ira\u017c\u017cnu r-rewwixta f'Timi\u0219oara.", "Il-mewt ta' Milea wasslet sabiex is-suldati jxaqilbu favur ir-rivoluzzjoni, li effettivament temmet il-\u0127akma Komunista fir-Rumanija.", "Rapport mill-2005 wara investigazzjoni s\u0127i\u0127a li kienet tinkludi awtopsja, ikkonkludiet li Milea qatel lilu nnifsu meta u\u017ca arma ta' wie\u0127ed minn s\u0127abu.", "Hu mifhum li hu ried li ji\u0121i inkapa\u010bitat sabiex jitne\u0127\u0127a mill-uffi\u010b\u010bju tieg\u0127u, per\u00f2 l-balla laqtet l-arterja u miet ftit wara."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23803", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23803", "title": "Luis Vargas Pe\u00f1a", "text": ["Luis Vargas Pe\u00f1a", "Luis Vargas Pe\u00f1a (Asunci\u00f3n, 1905 \u2013 1994) kien futboler Paragwajan, ikkunsidrat fost l-aqwa plejers tal-pajji\u017c qabel it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Hu kien l-ewwel Paragwajan li skorja g\u0127at-tim nazzjonali f'Tazza tad-Dinja.", "Dan g\u0127amlu fil-log\u0127ba valida g\u0127all-fa\u017ci tal-gruppi tat-Tazza tad-Dinja 1930 kontra l-Bel\u0121ju li ntlag\u0127bet fl-10 ta' Lulju.", "Vargas Pe\u00f1a kellu wkoll l-unur li jkun l-ewwel kaptan li mexxa lill-Paragwaj fit-Tazza tad-Dinja.", "Il-karriera tieg\u0127u qattag\u0127ha mal-klabb ta' Olimpia Asunci\u00f3n."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23804", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23804", "title": "Ivan Bek", "text": ["Ivan Bek", "Ivan \"Ivica\" Bek jew Yvan Beck (bis-Serb: \u0418\u0432\u0430\u043d \u0411\u0435\u043a; Belgrad, 29 ta' Ottubru 1909 \u2013 S\u00e8te, 2 ta' \u0120unju 1963) kien eks-plejer tal-futbol Jugo\u017clav.", "Bek twieled f'\u010cubura, fis-subborg tal-kapitali Serba ta' Belgrad, minn missier \u0120ermani\u017c u omm \u010aeka.", "Ta' sittax-il sena beda jilg\u0127ab ma' BSK Beograd fejn skorja 51 gowl f'50 log\u0127ba.", "Fl-1928, Bek ing\u0127aqad ma' Ma\u010dva u ftit wara ssie\u0127eb mat-tim Fran\u010bi\u017c ta' S\u00e8te.", "Fl-ewwel sta\u0121un tieg\u0127u wasal sal-finali tat-tazza, per\u00f2 tilfu 2\u20130 kontra Montpellier.", "Fis-sena ta' wara, S\u00e8te g\u0127al darb'o\u0127ra la\u0127qu l-finali u din id-darba g\u0127elbu 3\u20131 lil RC France b'Bek jiskorja \u017cew\u0121 gowls fil-\u0127in mi\u017cjud.", "Wara li mar ma' Urania Gen\u00e8ve Sport, erba' snin wara ma' S\u00e8te, Bek ifforma parti mill-ewwel tim li g\u0127amel id-Doppjetta tat-trofej fi Franza.", "Fuq livell internazzjonali, Bek g\u0127en lill-Jugo\u017clavja jikklassifikaw fit-tielet post tat-Tazza tad-Dinja fl-Urugwaj.", "Mal-Jugo\u017clavja lag\u0127ab it-Tazza tad-Dinja tal-1930 u spi\u010b\u010ba bi tliet gowls.", "Aktar tard, e\u017cattament fl-1933, Bek kiseb i\u010b-\u010bittadinanza Fran\u010bi\u017ca u fi Frar tal-1935 \u0121ie mag\u0127\u017cul g\u0127all-ewwel darba mat-tim Fran\u010bi\u017c fil-log\u0127ba kontra l-Italja.", "Hu miet f'\u0120unju tal-1963 kaw\u017ca ta' attakk tal-qalb u \u0121ie midfun fi\u010b-\u010bimiterju ta' Le Py f'S\u00e8te fil-15 ta' \u0120unju 1963."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23806", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23806", "title": "Andrea Santoro", "text": ["Andrea Santoro", "Don Andrea Santoro (Priverno, 7 ta' Settembru 1945 \u2013 Trabzon, 5 ta' Frar 2006) kien qassis Taljan tal-Knisja Kattolika li \u0121ie maqtul fit-Turkija.", "Imwieled fil-provin\u010bja ta' Latina, fl-Italja \u010aentrali, hu \u0121ie re\u0121istrat bl-isem ta' Andrea Silvio.", "G\u0127ex fi Priverno sas-16 ta' Jannar 1956, meta l-familja tieg\u0127u \u0121arret g\u0127al Ruma.", "Fl-1958 da\u0127al is-Seminarju Minuri ta' Ruma, fejn kien jattendi it-tielet sena medja u l-istudji fil-Li\u010beo.", "Meta lesta l-istudji fit-teolo\u0121ija fl-Universit\u00e0 Pontifi\u010bja tal-Lateran, \u0121ie ordnat sa\u010berdot fit-18 ta' Ottubru 1970.", "G\u0127amel ix-xog\u0127ol tieg\u0127u pastorali b\u0127ala vi\u010bi-kappillan fil-parro\u010b\u010bi ta' San Mar\u010bellinu u San Pietru bejn l-1970 u l-1971 u f'dik tat-Trasfigurazzjoni bejn l-1972 u l-1980.", "Fl-1980 talab li jqatta' sitt xhur fil-Lvant Nofsani qabel ma jibda x-xog\u0127ol tieg\u0127u b\u0127ala Kappillan, li \u0121ie mog\u0127ti lilu fil-periferija ta' Ruma, kwartier \u0121did ta' Verderocca, sabiex \"jibni\" il-Knisja (komunita' ta' \"\u0121ebel \u0127aj\" u tal-\u0121ebel).", "Don Andrea semma l-parro\u010b\u010ba \"\u0120es\u00f9 ta' Nazaret\" u mexxa din il-parro\u010b\u010ba b\u0127ala kappillan mill-1981 sal-1993.", "G\u0127adda xi xhur fil-Lvant Nofsani qabel ma beda x-xog\u0127ol ta' kappillan fl-1994 fil-parro\u010b\u010ba ta' San Fabjan u San Venanzju, minn fejn telaq lejn it-Turkija fil-11 ta' Settembru 2000.", "Fil-5 ta' Frar 2006, inqatel fil-knisja ta' Santa Marija fi Trabzon waqt li kien qieg\u0127ed jitlob bil-Bibbja bl-ilsien Tork f'idejh, milqut minn balal li laqtuh fil-pulmun."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23809", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23809", "title": "Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2018", "text": ["Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2018", "It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2018 kienet il-21 edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret fir-Russja bejn l-14 ta' \u0120unju u l-15 ta' Lulju 2018.", "Minbarra li hija l-ewwel darba g\u0127ar-Russja li ospitat din il-kompetizzjoni, din kienet l-ewwel darba mill-2006 li pajji\u017c Ewropew ospita fih it-Tazza tad-Dinja.", "Bi spi\u017ca stmata g\u0127al 'il fuq minn $14.2 biljun, din kienet l-aktar Tazza tad-Dinja g\u0127olja fl-istorja.", "Din kienet ukoll l-ewwel darba li ntu\u017cat is-sistema tal-\"video assistant referee\" (VAR).", "Il-finali saret fil-15 ta' Lulju fil-Luzhniki Stadium f'Moska bejn Franza u l-Kroazja.", "Franza reb\u0127u l-konfront 4\u20132 biex kisbu t-tieni titlu tat-Tazza tad-Dinja, ir-raba' reb\u0127a konsekuttiva g\u0127al tim Ewropew.", "Il-pro\u010bess tal-g\u0127a\u017cla g\u0127all-pajji\u017ci ospitanti g\u0127at-Tazza tad-Dinja 2018 u 2022 beda f'Jannar tal-2009, u l-asso\u010bjazzjonijiet nazzjonali kellhom sat-2 ta' Frar 2009 biex jg\u0127arrfu lill-FIFA bl-interess tag\u0127hom.", "G\u0127all-bidu disa' pajji\u017c irre\u0121istraw g\u0127at-Tazza tad-Dinja 2018, per\u00f2 iktar tard il-Messiku rtirat l-offera tag\u0127ha, u l-Indone\u017cja \u0121iet irrifjutata mill-FIFA fi Frar tal-2010 wara li l-gvern Indone\u017cjan falla li jibg\u0127at ittra biex isostni l-offerta tag\u0127hom.", "Matul il-pro\u010bess, l-Awstralja, il-\u0120appun u l-Istati Uniti ftit ftit irtiraw il-kandidatura tag\u0127hom.", "Finalment, l-a\u0127\u0127ar offerti g\u0127at-Tazza tad-Dinja kienu \u0121ejjin mill-Ingilterra, ir-Russja, il-Pajji\u017ci l-Baxxi/il-Bel\u0121ju, u l-Portugall/Spanja.", "It-22 membru tal-Kumitat E\u017cekuttiv tal-FIFA ltaqa' f'\u017burigu fit-2 ta' Di\u010bembru 2010 sabiex jivvota g\u0127all-pajji\u017c ospitanti, u r-Russja reb\u0127et dan id-dritt fit-tieni rawnd tal-votazzjoni.", "Ir-ri\u017cultat finali kien:", "G\u0127all-ewwel darba fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, kull pajji\u017c ele\u0121ibbli \u2013 il-209 asso\u010bjazzjoni membru tal-FIFA minbarra l-ospitanti tar-Russja li kkwalifikaw awtomatikament \u2013 da\u0127lu fil-pro\u010bess ta' kwalifikazzjoni.", "I\u017c-\u017bimbabwe u l-Indone\u017cja kienu skwalifikati qabel ma lag\u0127bu l-ewwel log\u0127ba, u \u0120ibilit\u00e0 u Kosovo da\u0127lu g\u0127all-ewwel darba fil-kompetizzjoni wara li ng\u0127aqdu mal-FIFA fit-13 ta' Mejju 2016.", "L-ewwel log\u0127ba ta' kwalifikazzjoni saret f'Timor Leste fit-12 ta' Marzu 2015 b\u0127ala parti mir-rawnd ta' kwalifikazzjoni ta\u017c-\u017bona A\u017cjatika, u t-tlug\u0127 tal-poloz g\u0127all-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni prin\u010bipali saru f'San Pietruburgu, ir-Russja, fil-25 ta' Lulju 2015.", "Mit-32 pajji\u017c li kkwalifikaw g\u0127all-fa\u017ci finali tat-Tazza tad-Dinja, g\u0127oxrin minnhom ikkompetew fl-edizzjoni pre\u010bedenti tal-2014.", "Kemm l-I\u017clanda u l-Panama kkwalifikaw g\u0127all-ewwel darba, b'tal-ewwel issir l-i\u017cg\u0127ar pajji\u017c f'termini ta' popolazzjoni li qatt la\u0127aq din il-fa\u017ci.", "Pajji\u017ci o\u0127ra li rritornaw wara nuqqas ta' mill-inqas \u017cew\u0121 edizzjonijiet jinkludu: l-E\u0121ittu, li rritornaw g\u0127all-finai wara assenza ta' 28 sena mill-1990; il-Marokk, li l-a\u0127\u0127ar li kkompeta kien fl-1998; il-Per\u00f9, wara waqfa ta' 36 sena mill-1982; u s-Senegal, li kkwalifikat g\u0127at-tieni darba wara li waslet sal-kwarti tal-finali fl-2002.", "B'kuntrast, pajji\u017ci ta' stoffa fallew li jikkwalifikaw: l-Italja (rebbie\u0127a ta' erba' titli), l-Olanda (finalisti telliefa g\u0127al tliet darbiet), i\u010b-\u010aili (detentur tal-Copa Am\u00e9rica), il-Kamerun (detentur tat-Tazza Afrikana) u l-Istati Uniti (detentur tal-Gold Cup).", "It-tlug\u0127 tal-poloz saru fl-1 ta' Di\u010bembru 2017 \u0121ewwa Moska.", "It-32 tim \u0121ew mifruxa fi tmien grupi ta' erbg\u0127a.", "G\u0127at-tlug\u0127 tal-poloz, it-timijiet \u0121ew allokati f'erba' urni skont il-po\u017cizzjoni tag\u0127hom fil-klassifika dinjija tal-FIFA ta' Ottubru 2017.", "L-ewwel urna kellha lir-Russja b\u0127ala l-pajji\u017c ospitanti u l-aqwa sebg\u0127a timijiet, it-tieni urna bl-aqwa tmien timijiet ta' wara, u l-kumplament g\u0127a\u017c-\u017cew\u0121 urni li jsegwu.", "Din kienet tvarja mit-tlug\u0127 tal-poloz li saru g\u0127all-edizzjonijiet ta' qabel, fejn is-soltu l-ewwel urna kienet tkun ibba\u017cata skont il-klassifika tal-FIFA u l-urni l-o\u0127ra skont ra\u0121unijiet \u0121eografi\u010bi.", "L-iskeda s\u0127i\u0127 \u0121iet im\u0127abbra mill-FIFA fl-24 ta' Lulju 2015 (ming\u0127ajr \u0127inijiet tal-bidu tal-log\u0127ob).", "Ir-Russja \u0121iet po\u017cizzjonata f'A1 fil-fa\u017ci tal-gruppi u se tilg\u0127ab fil-log\u0127ba tal-ftu\u0127 kontra l-Arabja Sawdija fl-14 ta' \u0120unju fil-Luzhniki Stadium.", "Dan l-istess grawnd se jospita fih it-tieni semifinali tal-11 ta' Lulju u l-finali tal-15 ta' Lulju.", "Il-Krestovsky Stadium f'San Pietruburgu se j\u017comm fih l-ewwel semifinali tal-10 ta' Lulju u l-log\u0127ba g\u0127at-tielet post fl-14 ta' Lulju.", "It-timijiet jilg\u0127abu darba kontra xulxin, bl-aqwa tnejn minn kull grupp javvanzaw g\u0127ar-rawnd tal-a\u0127\u0127ar sittax.", "Fil-fa\u017ci eliminatorja, jekk log\u0127ba tispi\u010b\u010ba fi dro wara l-\u0127in regulari, jintlag\u0127ab il-\u0127in supplementari (\u017cew\u0121 perjodi ta' kwarta kull wie\u0127ed) u, jekk ikun ne\u010bessarju, jing\u0127ataw l-g\u0127oti tal-penalties biex jiddeterminaw ir-rebbie\u0127."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23810", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23810", "title": "UTC+5", "text": ["UTC+5", "UTC+5 huwa \u017cona tal-\u0127in li jidentifika \u0127in g\u0127al \u0127ames sig\u0127at 'il quddiem il-UTC.", "Dan il-\u0127in huwa w\u017cat f'dawn it-territorji:", "\u0126add mi\u017c-\u017cona UTC+5 ma josserva l-\u0127in tas-sajf, fejn ju\u017caw UTC+6, filwaqt li l-A\u017cerbaj\u0121an li tinsab f'UTC+4, taddotta l-\u0127in tas-sajf u tmur fil-UTC+5 fis-sajf."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23811", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23811", "title": "UTC+4", "text": ["UTC+4", "UTC+4 huwa \u017cona tal-\u0127in li jidentifika \u0127in g\u0127al erba' sig\u0127at 'il quddiem il-UTC.", "Dan il-\u0127in huwa mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala l-\u0126in tal-Urali mill-isem tar-re\u0121jun muntanju\u017c li j\u0121ib l-istess isem.", "Dan il-\u0127in huwa w\u017cat f'dawn it-territorji:", "Minn dawn il-pajji\u017ci t-tliet repubbliki tal-Kawkasu tal-\u0120eor\u0121ja, l-Armenja u l-A\u017cerbaj\u0121an ju\u017caw dan il-\u0127in b\u0127ala forma ta' \u0127in tas-sajf permanenti."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23812", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23812", "title": "Thomas & Friends", "text": ["Thomas & Friends", "Thomas the Tank Engine & Friends (sempli\u010bement riferut b\u0127ala Thomas & Friends jew Thomas the Tank Engine) huwa programm tat-televi\u017cjoni tat-tfal Brittani\u010bi."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23817", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23817", "title": "Moderato Wisintainer", "text": ["Moderato Wisintainer", "Moderato Wisintainer, mag\u0127ruf sempli\u010bement b\u0127ala Moderato (Alegrete, 14 ta' Lulju 1902 \u2013 Pelotas, 31 ta' Jannar 1986) kien futboler Bra\u017ciljan.", "Ta' \u017cag\u0127\u017cug\u0127, Moderato beda jilg\u0127ab ma' Esporte Clube 14 de Julho fil-belt ta' Santana do Livramento qabel ma ng\u0127aqad ma' Guarany f'belt twelidu.", "Fl-1921, issie\u0127eb ma' Palestra It\u00e1lia (illum mag\u0127ruf b\u0127ala Cruzeiro) u sena wara mar fil-kapitali Rio de Janeiro biex jilg\u0127ab ma' Flamengo.", "Mag\u0127hom baqa' jilg\u0127ab sal-1930 u rnexxielu jirba\u0127 il-kampjonat lokali ta' Rio de Janeiro fl-1925 u fl-1927.", "F'din tal-a\u0127\u0127ar, hu skorja l-gowl tar-reb\u0127a fil-log\u0127ba de\u010bisiva kontra America fir-reb\u0127a ta' 2\u20131.", "Mat-tim nazzjonali Bra\u017ciljan iddebutta fis-6 ta' Di\u010bembru 1925 kontra l-Paragwaj, f'log\u0127ba valida g\u0127all-Kampjonat Sud-Amerikan 1925.", "Hu \u0127a sehem ukoll fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret fl-Urugwaj, u fit-tieni log\u0127ba tal-grupp hu skorja \u017cew\u0121 gowls kontra l-Bolivja fir-reb\u0127a ta' 4\u20130, biex sar it-tieni plejer Bra\u017ciljan wara Preguinho li skorja g\u0127all-Bra\u017cil fit-Tazza tad-Dinja.", "Lura fil-Bra\u017cil, wara li pajji\u017cu ma rnexxielhomx jo\u0127or\u0121u 'l barra mill-grupp, hu temm il-karriera tieg\u0127u fl-1932 mal-klabb li beda mag\u0127hom, Guarany.", "Mag\u0127hom wasal sal-finali tal-Campeonato Ga\u00facho, fejn tilfu fil-finali 3\u20130 kontra Gr\u00eamio.", "Moderato miet ta' 83 sena f'Jannar tal-1986."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23819", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23819", "title": "H\u00e9ctor Castro", "text": ["H\u00e9ctor Castro", "H\u00e9ctor Castro (Montevideo, 29 ta' Novembru 1904 \u2013 Montevideo, 15 ta' Settembru 1960) kien plejer u kow\u010b tal-futbol Urugwajan.", "Castro twieled fil-kapitali Montevideo.", "Ta' 13-il sena, tilef idu l-leminja f'in\u010bident fuq il-post tax-xog\u0127ol meta kien qieg\u0127ed ju\u017ca serrieq elettriku.", "G\u0127al din ir-ra\u0121uni, il-partitarji tawh il-laqam \"el Manco\" (l-immankat), li aktar tard inbidel g\u0127al \"el divino Manco\" g\u0127al-log\u0127ob sabi\u0127 u l-gowls li skorja.", "Minkejja dan id-difett fi\u017ciku, Castro ddebutta ta' 17-il sena fil-kampjonat Urugwajan bil-flokk ta' Lito ta' Montevideo.", "Castro mill-ewwel beda jimpressjona, u f'temp ta' tliet snin spi\u010b\u010ba jinxtara mill-wie\u0127ed mill-aktar klabbs presti\u0121ju\u017ci tal-kapitali, Nacional.", "Mat-\"Tricolores\" mal-ewwel reba\u0127 it-titlu nazzjonali.", "Il-forma fil-kampjonat lokali wassluh g\u0127al sej\u0127a mat-tim nazzjonali u mag\u0127hom kiseb l-ewwel unur internazzjonali fl-1926.", "L-Urugwaj \u0127adet sehem fil-Kampjonat Sud-Amerikan tal-1926 (dik li hi llum il-Copa Am\u00e9rica) fi\u010b-\u010aili.", "Castro skorja fid-debutt kontra \u010b-\u010aileni (partita mirbu\u0127a mill-Urugwaj 3\u20131), imbag\u0127ad skorja gowl ie\u0127or kontra l-Ar\u0121entina f'reb\u0127a ta' 2\u20130.", "Wara l-log\u0127ba kontra l-Bolivja (mirbu\u0127a 6\u20130) li fiha ma skorjax, Castro sab ix-xibka erba' darbiet fl-a\u0127\u0127ar log\u0127ba kontra l-Paragwaj (mirbu\u0127a 6\u20131).", "Fi tmiem il-kompetizzjoni spi\u010b\u010ba b\u0127ala t-tieni l-aqwa skorer b'sitt gowls, wara \u010b-\u010ailen Arellano b'sebg\u0127a.", "Sentejn wara reba\u0127 il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tal-1928, fejn l-Urugwaj po\u0121\u0121iet ru\u0127ha b\u0127ala l-aqwa fid-dinja u Castro kkonferma lilu nnifsu b\u0127ala wie\u0127ed mill-protagonisti tas-\"Celeste\".", "Il-qofol ta' dan kollu kien fit-Tazza tad-Dinja 1930.", "L-Urugwaj iddebuttaw kontra il-Per\u00f9 u Castro skorja l-gowl li bih l-Urugwajani reb\u0127u l-log\u0127ba.", "Huma baqg\u0127u sejrin sal-finali, u fil-finali kontra l-Ar\u0121entina, Castro skorja r-raba' u l-a\u0127\u0127ar gowl li temm kull tama g\u0127all-avversarji li jittentaw rimonta.", "Fl-1932, ing\u0127aqad mal-Ar\u0121entini tal-Estudiantes, imma sena biss wara re\u0121a' mar ma' Nacional.", "Mag\u0127hom re\u0121a' reba\u0127 \u017cew\u0121 titli nazzjonali fl-1933 u l-1934.", "Minkejja li kellu aktar minn 30 sena, hu \u0127a sehem g\u0127all-a\u0127\u0127ar darba mat-tim nazzjonali f'kompetizzjoni internazzjonali fil-Kampjonat Sud-Amerikan tal-1935.", "Fit-turnew li ntlag\u0127ab fil-Per\u00f9, \"el Manco\" skorja l-gowl tar-reb\u0127a fl-ewwel konfront, kontra l-pajji\u017c ospitanti.", "Bir-reb\u0127a ta' 2\u20131 kontra \u010b-\u010aili, kemm l-Ar\u0121entina u l-Urugwaj spi\u010b\u010baw bl-istess punti.", "Il-log\u0127ba de\u010bi\u017civa ntlag\u0127bet fit-28 ta' Jannar f'Lima u hawnhekk Castro feta\u0127 l-iskor fit-18-il minuta.", "L-Urugwaj reb\u0127u 3\u20130 u Castro \u017cied dan it-trofew mal-unuri personali tieg\u0127u.", "Fl-1936, wara 231 log\u0127ba uffi\u010bjali u 145 gowl ma' Nacional, irtira mil-log\u0127ba tal-futbol.", "Fl-1939, mal-istess klabb la\u0127aq assistent tal-kow\u010b Sko\u010b\u010bi\u017c William Reaside.", "Wara r-reb\u0127 tat-titlu, Castro \u0127a f'idejh ir-riedni tat-tim u ta\u0127tu t-tim irnexxielu jirba\u0127 erba' titli konsekuttivi.", "L-a\u0127\u0127ar titlu mag\u0127hom kien fl-1952.", "Fl-1959, \u0121ie fdat bit-tmun tat-tim nazzjonali, per\u00f2 l-kundizzjonijiet tas-sa\u0127\u0127a tieg\u0127u sfurzawh jer\u0127i postu wara ftit xhur.", "Is-sena ta' wara, nhar il-15 ta' Settembru 1960, Castro miet b'attakk tal-qalb f'Montevideo fl-et\u00e0 ta' 55 sena."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23821", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23821", "title": "Pablo Dorado", "text": ["Pablo Dorado", "Pablo Dorado (Montevideo, 22 ta' \u0120unju 1908 \u2013 Montevideo, 18 ta' Novembru 1978) kien futboler Urugwajan li kien jilg\u0127ab b\u0127ala attakkant.", "Dorado g\u0127amel isem g\u0127alih ma' Bella Vista u ta' 22 sena lag\u0127ab fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.", "Hu skorja l-ewwel gowl tal-finali kontra l-Ar\u0121entina hekk kif l-Urugwaj \u0127ar\u0121u rebbie\u0127a 4\u20132.", "Wara t-Tazza tad-Dinja, ing\u0127aqad ma' River Plate, fejn mag\u0127hom reba\u0127 it-titlu nazzjonali fl-1932."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23822", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23822", "title": "Victoriano Santos Iriarte", "text": ["Victoriano Santos Iriarte", "Victoriano Santos Iriarte (Canelones, 2 ta' Novembru 1902 \u2013 Montevideo, 10 ta' Novembru 1968) kien futboler Urugwajan li kien jilg\u0127ab b\u0127ala attakkant.", "Imlaqqam b\u0127ala \"el Canario\", mill-isemm ta' belt twelidu, fil-karriera tieg\u0127u lag\u0127ab ma' Racing Club u Pe\u00f1arol.", "Lag\u0127ab mat-tim nazzjonali Urugwajajn fit-Tazza tad-Dinja 1930, fejn skorja \u017cew\u0121 gowls: gowl fis-semifinali kontra l-Jugo\u017clavja (meg\u0127luba mill-Urugwaj 6\u20131) u t-tielet gowl fil-finali kontra l-Ar\u0121entina li ta vanta\u0121\u0121 ta' 3\u20132 lill-Urugwaj.", "Eventwalment, l-Urugwaj reb\u0127u 4\u20132 g\u0127all-ewwel titlu mirbu\u0127 f'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.", "Iriarte lag\u0127ab fl-erba' log\u0127biet tat-Tazza tad-Dinja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23824", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23824", "title": "\u0110or\u0111e Vujadinovi\u0107", "text": ["\u0110or\u0111e Vujadinovi\u0107", "\u0110or\u0111e \"\u0110okica\" Vujadinovi\u0107 (bis-Serb: \u0402\u043e\u0440\u0452\u0435 \u0412\u0443\u0458\u0430\u0434\u0438\u043d\u043e\u0432\u0438\u045b; Smederevo, 29 ta' Novembru 1909 \u2013 Belgrad, 5 ta' Ottubru 1990) kien plejer u kow\u010b tal-futbol Serb.", "Vujadinovi\u0107 twieled f'Kolari, subborg ta' Smederevo, u ta' et\u00e0 \u017cg\u0127ira mar jg\u0127ix Belgrad ma' zijuh.", "Waqt li kien qieg\u0127ed jilg\u0127ab ma' s\u0127abu f'park, hu \u0121ie mistieden flimkien ma' tnejn o\u0127ra biex jippruaw ma' fost l-akbar klabbs Jugo\u017clavi ta' dak i\u017c-\u017cmien, BSK.", "Hu ssie\u0127eb mat-tim ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u aktar tard ifforma parti mill-ewwel tim li kien jinkludi fost o\u0127rajn lil Tirnani\u0107, Valjarevi\u0107, Kr\u010devinac, Zlokovi\u0107, li ddomina x-xena tal-futbol lokali tat-tletinijiet.", "L-a\u0127\u0127ar tas-snin g\u0127oxrin kien \u017cmien favoreli g\u0127all-futbol Jugo\u017clav, fejn il-plejers bdew isiru professjonali u jit\u0127allsu.", "Madankollu, Vujadinovi\u0107 irrifjuta li jit\u0127allas min\u0127abba li s-salarju b\u0127ala impjegat ta' bank kien bi\u017c\u017cejjed u l-log\u0127ba tal-futbol kien jilg\u0127aba g\u0127all-gost.", "Sal-1940, lag\u0127ab madwar 400 log\u0127ba g\u0127all-klabb, reba\u0127 il-kampjonat g\u0127al \u0127ames darbiet u spi\u010b\u010ba l-aqwa skorer darbtejn.", "Mat-tim nazzjonali Jugo\u017clav, Vujadinovi\u0107 lag\u0127ab 44 log\u0127ba bejn l-1929 u l-1940.", "Hu kien wie\u0127ed mill-plejers tat-tim li \u0127adu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23825", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23825", "title": "Alejandro Scopelli", "text": ["Alejandro Scopelli", "Alejandro Scopelli Casanova (La Plata, 12 ta' Mejju 1908 \u2013 Belt tal-Messiku, 23 ta' Ottubru 1987) kien plejer u kow\u010b tal-futbol Ar\u0121entin, b'\u010bittadinanza Taljana.", "B\u0127ala attakkant hu lag\u0127ab mat-tim nazzjonali Ar\u0121entin bejn l-1929 u l-1941, fejn lag\u0127ab fl-ewwel Tazza tad-Dinja.", "Hu wkoll irrappre\u017centa lit-tim nazzjonali Taljan f'log\u0127ba wa\u0127da.", "Scopelli beda l-karriera tieg\u0127u f'art twelidu ma' Estudiantes, fejn g\u0127amel parti mill-iskwadra le\u0121\u0121endarja mag\u0127rufha b\u0127ala \"Los Profesores\".", "Fl-1931 skorja 31 gowl fil-kampjonat, fejn \u0121ie maqbu\u017c mill-kollega tieg\u0127u Alberto Zozaya bi 33.", "Mat-tim nazzjonali Ar\u0121entin \u0127a sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-1930, fejn lag\u0127ab fis-semifinali mirbu\u0127a kontra l-Istati Uniti u skorja gowl fir-reb\u0127a ta' 6\u20131.", "Fl-1933, Scopelli mar l-Italja u ssie\u0127eb ma' Roma.", "Matul dan il-perjodu \u0121ab i\u010b-\u010bittadinanza Taljana (b\u0127ala \"oriundo\") u lag\u0127ab bil-flokk tat-tim nazzjonali Taljan fil-konfront kontra Franza tas-17 ta' Frar 1935.", "Nhar l-20 ta' Settembru 1935, flimkien ma' s\u0127abu Enrique Guaita u Andr\u00e9s Stagnaro, ukoll Taljani-Ar\u0121entini, \u0127arbu bil-mo\u0127bi lejn il-fruntiera tal-Italja u Franza, bil-bi\u017ca li setg\u0127u ji\u0121u skjerati fl-e\u017cer\u010bitu g\u0127all-Gwerra tal-Etjopja.", "Fl-1936, Scopelli re\u0121a' lura l-Ar\u0121entina biex jilg\u0127ab ma' Racing Club de Avellaneda u g\u0127al darb'o\u0127ra \u0121ie msejja\u0127 mat-tim nazzjonali Ar\u0121entin.", "Hu \u0127a sehem fil-Copa Am\u00e9rica tal-1937 u skorja \u017cew\u0121 gowls.", "Fil-karriera tieg\u0127u lag\u0127ab ukoll fi Franza ma' Red Star ta' Pari\u0121i; mal-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija mar f'territorju newtrali biex jilg\u0127ab fil-Portugall ma' Belenenses.", "Hu temm il-karriera lura fl-Amerika t'Ifel biex jilg\u0127ab fi\u010b-\u010aili ma' Universidad de Chile", "Wara li rtira, sar kow\u010b ta' numru ta' klabbs fosthom Club Am\u00e9rica fil-Messiku, Valencia, Espanyol u Deportivo de La Coru\u00f1a fi Spanja, Belenenses, Sporting CP u Porto fil-Portugall, u Universidad de Chile."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23832", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23832", "title": "Luis de Souza Ferreira", "text": ["Luis de Souza Ferreira", "Luis Alfonso de Souza Ferreira Huby (Lima, 6 ta' Ottubru 1908 \u2013 Distrett ta' La Punta, 29 ta' Settembru 2008) kien plejer tal-futbol mill-Per\u00f9.", "Souza studja l-in\u0121inerija u ddebbutta ma' Universitario fl-1926.", "Hu baqa' mal-klabb tul il-karriera professjonali tieg\u0127u ta' tmien snin.", "Barra minn hekk, lag\u0127ab mat-tim nazzjonali Pervujan bejn l-1929 u l-1934.", "Fl-1930, irrappre\u017centa lil pajji\u017cu fit-Tazza tad-Dinja 1930 fl-Urugwaj, fejn skorja l-ewwel gowl Peruvjan f'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.", "\"Don Lucho\" miet f'Settembru 2008, ftit jiem bog\u0127od mill-g\u0127eluq tal-100 sena."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23834", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23834", "title": "Adalbert De\u0219u", "text": ["Adalbert De\u0219u", "Adalbert De\u0219u (G\u0103taia, 24 ta' Marzu 1909 \u2013 Timi\u015foara, 6 ta' \u0120unju 1937) kien plejer tal-futbol Rumen.", "De\u0219u twieled f'G\u0103taia b'or\u0121ini Ungeri\u017ci.", "Wara li beda l-karriera tal-futbol f'ra\u0127al twelidu, hu mexa f'Re\u0219i\u021ba u lag\u0127ab g\u0127al sentejn ma' UDR.", "Fl-1929, \u0121ie msejja\u0127 g\u0127all-ewwel darba mat-tim nazzjonali Rumen, fejn skorja fil-log\u0127ba ta' \u0127biberija kontra l-Bulgarija.", "Hu \u0121ie wkoll mag\u0127\u017cul biex jie\u0127u sehem mat-tim Rumen fit-Tazza tad-Dinja tal-1930.", "Il-president tal-klabb li kien jilg\u0127ab mag\u0127hom, Wolfgang Auschnit, irrifjuta li j\u0127allsu s-salarju fi\u017c-\u017cmien li kien qieg\u0127ed fit-Tazza tad-Dinja.", "De\u0219u skorja l-ewwel gowl tar-Rumanija kontra l-Peru, u lag\u0127ab l-a\u0127\u0127ar log\u0127ba tieg\u0127u mat-tim nazzjonali fit-tieni log\u0127ba tat-Tazza tad-Dinja g\u0127ar-Rumanija, kontra l-Urugwaj.", "Wara t-Tazza tad-Dinja, De\u0219u \u0127alla 'l-klabb min\u0127abba l-atte\u0121\u0121jament tal-president ta' UDR.", "Hu ng\u0127aqad ma' Banatul Timi\u015foara, imma fl-1933 kellu jirtira min\u0127abba pnewmonja.", "Fl-1937, hu miet kaw\u017ca tal-istess marda fl-et\u00e0 ta' 28 sena."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23836", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23836", "title": ".gr", "text": [".gr", ".gr huwa d-dominju nazzjonalji tal-aqwa livell g\u0127al-Gre\u010bja.", "Re\u0121istrazzjonihet huma fit-tielet livell ta\u0127t dawn l-ismijiet:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23839", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23839", "title": "Adeodato Micallef", "text": ["Adeodato Micallef", "Monsinjur Francis George Adeodato Micallef (B'Kara, 17 ta' Di\u010bembru 1928 - 3 ta' Jannar 2018), kien Isqof Malti fil-Kuwajt u patri tal-Ordni tal-Karmelitani Tere\u017cjani.", "Huwa ing\u0127aqad mal-Ordni tal-Karmelitani fl-1947, fl-et\u00e0 ta' 19-il sena.", "Tliet snin wara \u0121ie ordnat qassis.", "Fi tmiem l-istudji tieg\u0127u f'Ruma hu rritorna f'pajji\u017cna fejn g\u0127allem it-teolo\u0121ija morali u serva wkoll b\u0127ala Superjur tal-Monasteru kif ukoll Superjur Provin\u010bjali tal-Provin\u010bja Maltija tal-Karmelitani Tere\u017cjani u Rettur tal-Kulle\u0121\u0121 Internazzjonali tal-Karmelitani f'Ruma.", "L-Isqof Micallef kien bniedem sempli\u010bi, dejjem lest li jg\u0127in anke fl-aktar \u0127idma umli tal-kunvent.", "Il-motto tieg\u0127u kien Magnus Deus Noster, Kbir hu Alla tag\u0127na.", "Kien fil-5 ta' Novembru 1981 li l-Papa \u0120wanni Pawlu t-Tieni \u0127atru b\u0127ala t-tielet Vigarju Apostoliku tal-Kuwait.", "Kien ikkonsagrat isqof mill-istess Papa fis-6 ta' Jannar 1982.", "Matul il-\u0127idma tieg\u0127u, hu kien wie\u0127ed mill-ftit Ewropej li baqg\u0127u fil-pajji\u017c waqt l-inva\u017cjoni tal-Iraq fl-1990.", "Meta ntemm il-kunflitt, kemm it-truppi Amerikani u kif ukoll l-uffi\u010bjali Kuwajtani fa\u0127\u0127ruh g\u0127al dan l-att kura\u0121\u0121u\u017c tieg\u0127u.", "B\u0127ala Isqof, g\u0127araf jorganizza l-Knisja hemmhekk u \u0127abrek \u0127afna g\u0127at ti\u0121did u organizzazjoni anke tas-sistema skolastika tal-Knisja.", "Huwa irtira minn Kuwait fl-14 ta' Lulju 2005 u \u0121ie joqg\u0127od Malta.", "Il-funeral sar nhar is-Sibt 6 ta' Jannar 2018 fil-Konkatridal ta' San \u0120wann, il-Belt.", "Pre\u017centi g\u0127all-funeral kien hemm ukoll Mons. Paul Darmanin O.F.M. Cap., Isqof Emeritu ta' Garissa fil-Kenja u Mons. Camillo Ballin M.C.C.J., Isqof u Vigarju Appostoliku fil-Kuwajt.", "Fl-Omelija tieg\u0127u, l-Ar\u010bisqof Charles Scicluna qal li jittama li t-tifkira tal-Isqof Adeodato Micallef fis-sempli\u010bit\u00e0 u dedikazzjoni tieg\u0127u tkun b\u0127al kewkba tiddi, mhux biss fil-memorja tal-Knisja fil-Kuwajt i\u017cda fil-Knisja Universali.", "Scicluna fakkar il-memorja tal-Isqof Malti bit-tama li jibqa' imfakkar is-sagrifi\u010b\u010bju u l-\u0121enero\u017cit\u00e0 tal-Isqof.", "B\u0127ala rag\u0127aj tajjeb l-Isqof Micallef idde\u010bieda jibqa' mal-poplu tieg\u0127u minkejja l-periklu li kien jiffa\u010b\u010bja.", "\u0126afna huma dawk li jiftakru lil Micallef, li kien jg\u0127ix \u0127ajja ddedikata lill-Mulej, g\u0127all-\u0121esti kbar tal-umilt\u00e0 tieg\u0127u."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23841", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23841", "title": "Emmanuel Barbara", "text": ["Emmanuel Barbara", "Mons. Emmanuel Barbara (G\u017cira, Malta, 27 ta' Ottubru 1949 - Malindi, Kenja, 5 ta' Jannar, 2018) kien Isqof Malti f'Malindi fil-Kenja g\u0127al sitt snin wara 20 sena missjunarju fl-Afrika.", "F'Settembru 1966, huwa professa Patri Fran\u0121iskan Kapu\u010b\u010bin.", "Barbara studja l-Filosofija u t-Teolo\u0121ija u \u0121ie ordnat qassis fl-1974.", "Serva ta' Vi\u010bi Kappillan fil-Parro\u010b\u010ba ta' San \u0120wann, kien jg\u0127allem fis-Seminarju Ma\u0121\u0121uri ta' G\u0127awdex u kien jifforma parti mill-Moviment ta' Kana.", "G\u0127amel sentejn b\u0127ala l-Kappillan tal-Isptar San Luqa u anke Rettur tal-Istitut ta' \u0126ajja Kkonsagrata.", "Serva b\u0127ala Provin\u010bjal tal-patrijiet Kappu\u010b\u010bini u President tal-Konferenza Ewropea tal-Kappu\u010b\u010bini.", "Fl-1992, beda xog\u0127ol missjunarju fil-Kenja.", "\u0120ie ordnat Isqof ta' Malindi fil-Kenja mill-Isqof ta' Nairobi f'Ottubru 2011 u b'kollox \u0127adem g\u0127al 26 sena mal-foqra fl-Afrika.", "Fl-2013 il-Papa Fran\u0121isku \u0127atar lill-Isqof Emanuel Barbara O.F.M. Cap. b\u0127ala Amministratur Appostoliku tad-Djo\u010besi ta' Mombasa fejn dam sentejn f'din il-kariga.", "L-Isqof Barbara nstab mejjet kmieni filg\u0127odu tal-5 ta' Jannar 2018, fis-sodda tar-residenza tieg\u0127u f'Malindi.", "L-a\u0127bar \u0127asdet lil \u0127afna, fosthom anke g\u0127aliex l-Isqof Barbara kien g\u0127adu attiv ferm u kien g\u0127adu ja\u0127dem bla waqfien biex itejjeb il-\u0127ajja tal-foqra waqt li jo\u0127lom b'diversi pro\u0121etti.", "Hu kien l-a\u0127\u0127ar intervistat f'Lulju 2017 meta kien f'Malta u fl-intervista li xxandret fuq Net Television tkellem dwar il-missjoni tieg\u0127u.", "Fl-istess \u0121img\u0127a wkoll miet Isqof Malti ie\u0127or, il-Vigarju Apostoliku Emeritu tal-Kuwait, Monsinjur Francis Adeodato Micallef.", "Il-funeral tal-Isqof Barbara sar fil-Kon-Katidral ta' San \u0120wann fis-27 ta' Jannar.", "Pre\u017centi g\u0127all-quddiesa kien hemm il-Kardinal John Njue, Arcisqof ta' Nairobi, u Mons. Martin Kivuva Musonde, Arcisqof ta' Mombasa.", "Fl-Omelija, l-Ar\u010bisqof Scicluna ddeskriva lil Barbara \"bniedem li \u0127addan il-faqar b\u0127ala reli\u0121ju\u017c kapu\u010b\u010bin u g\u0127exu sal-a\u0127\u0127ar qatra b\u0127ala isqof missjunarju, tg\u0127allem jitlob b\u0127ala kapu\u010b\u010bin u reli\u0121ju\u017c u tg\u0127allem jittallab b\u0127ala isqof missjunarju, tg\u0127allem jag\u0127ti \u0127ajtu b\u0127ala kapu\u010b\u010bin u ta \u0127ajtu sal-mewt b\u0127ala isqof missjunarju.\"", "\u017bied jg\u0127id li Barbara ma kienx biss ambaxxatur ta' Kristu, imma ambaxxatur ta' dak kollu li hu glorju\u017c fil-familja Fran\u0121iskana.", "L-Ar\u010bisqof ikkwota mill-Iskrittura meta qal, \"Kemm huma sbie\u0127 fuq il-muntanji r-ri\u0121lejn ta' min ixandar il-bxara t-tajba\", meta rrimarka wkoll kemm l-Isqof Barbara kien sar i\u0127obb il-kontinent Afrikan fejn il-Mulej sejja\u0127lu."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23842", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23842", "title": "Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934", "text": ["Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934", "It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934 kienet it-tieni edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, il-kampjonat internazzjonali organizzat mill-FIFA.", "Din saret fl-Italja bejn is-27 ta' Mejju u l-10 ta' \u0120unju 1934.", "Din l-edizzjoni kienet l-ewwel darba fejn it-timijiet kellhom jikkwalifikaw biex jie\u0127du sehem.", "31 pajji\u017c da\u0127lu g\u0127al din il-kompetizzjoni, u wara l-kwalifikazzjoni, 16-il tim ipparte\u010bipa fil-fa\u017ci finali.", "I\u010b-\u010bampjins renjanti, l-Urugwaj, irrifjutaw li jie\u0127du sehem min\u0127abba l-fatt li erba' timijiet Ewropej biss kienu a\u010b\u010bettaw li jipparte\u010bipaw fil-kampjonat tal-1930.", "L-Italja saret it-tieni \u010bampjin tat-Tazza tad-Dinja u l-ewwel Ewropew li reba\u0127ha, wara li g\u0127elbet li\u010b-\u010aekoslovakkja 2\u20131 fil-finali.", "Wara pro\u010bess twil ta' te\u0127id ta' de\u010bi\u017cjoni fejn il-kumitat e\u017cekuttiv tal-FIFA iltaqa' tmien darbiet, l-Italja \u0121iet mag\u0127\u017cula b\u0127ala l-pajji\u017c ospitanti f'laqg\u0127a fi Stokkolma fid-9 ta' Ottubru 1932.", "Id-de\u010bi\u017cjoni ttie\u0127det mill-kumitat e\u017cekuttiv ming\u0127ajr votazzjoni.", "Il-kandidatura Taljana \u0121iet mag\u0127\u017cula fuq dik \u017bvedi\u017ca, bil-gvern Taljan jalloka ba\u0121it ta' 3.5 miljun Lira g\u0127all-kompetizzjoni.", "36 pajji\u017c applikaw sabiex jie\u0127du sehem fil-kompetizzjoni, u b'hekk kienu ne\u010bessarji log\u0127biet ta' kwalifikazzjoni sabiex inaqqsu dan in-numru g\u0127al 16.", "Fost dawn kien hemm nieqsa l-Urugwaj, li rrifjutaw li jie\u0127du sehem bi protesta g\u0127all-fatt li diversi pajji\u017ci Ewropej naqsu li jmorru l-Amerika t'Isfel g\u0127all-edizzjoni pre\u010bedenti tat-Tazza tad-Dinja li l-Urugwaj ospitat fl-1930.", "G\u0127alhekk, it-Tazza tad-Dinja tal-1934 hi l-unika wa\u0127da fl-istorja fejn i\u010b-\u010bampjin renjanti ma \u0127ax sehem.", "Il-\"Home Nations\" Brittani\u010bi wkoll irrifjutaw li jipparte\u010bipaw, fi \u017cmien ta' e\u017cilju impost minnhom infushom fuq il-FIFA.", "Minkejja r-rowl tag\u0127hom b\u0127ala l-pajji\u017c ospitanti, l-Italja kellha xorta wa\u0127da tid\u0127ol fil-fa\u017ci ta' kwalifika, b'din id-darba tkun l-ewwel u l-unika darba li l-ospitu tal-kompetizzjoni ma ng\u0127atax kwalifikazzjoni awtomatika.", "Il-log\u0127biet ta' kwalifikazzjoni \u0121iew maqsuma skont fatturi \u0121eografi\u010bi.", "L-irtirar kmieni ta\u010b-\u010aili u l-Per\u00f9 fisser li l-Ar\u0121entina u l-Bra\u017cil ikkwalifikaw ming\u0127ajr ma lag\u0127bu log\u0127ba wa\u0127da.", "Tnax mis-sittax-il post \u0121ew allokati lill-Ewropa, tlieta lill-kontinent Amerikan, u wie\u0127ed lill-Afrika u l-Asja.", "Kienu biss g\u0127axra mit-32 pajji\u017c, u erbg\u0127a mis-sittax-il tim kwalifikat kienu barra mill-Ewropa.", "L-E\u0121ittu sar l-ewwel tim Afrikan li kkwalifika g\u0127all-fa\u017ci finali tat-Tazza tad-Dinja.", "L-a\u0127\u0127ar log\u0127ba ta' kwalifikazzjoni kienet bejn l-Istati Uniti u l-Messiku u din saret tliet ijiem biss 'il bog\u0127od mill-bidu tal-kampjonat f'log\u0127ba milg\u0127uba fil-kapitali Ruma, li l-Istati Uniti reb\u0127u.", "Is-sittax-il tim li kkwalifikaw g\u0127all-fa\u017ci finali kienu:", "Il-fa\u017ci tal-gruppi li \u0121iet u\u017cata fl-ewwel edizzjoni \u0121iet imwarrba u minflok intlag\u0127ab kampjonat b'eliminazzjoni diretta.", "Jekk log\u0127ba baqg\u0127et indaqs wara disg\u0127in minuta, tletin minuta ta' \u0127in barrani kien jintlag\u0127ab.", "Jekk ir-ri\u017cultat kien jispi\u010b\u010ba fi dro, il-partita ter\u0121a' tintlag\u0127ab fil-\u0121urnata ta' wara.", "L-ewwel tmien log\u0127biet tal-ewwel rawnd intlag\u0127abu fl-istess \u0127in.", "L-Italja, li kienet mag\u0127mula fil-ma\u0121\u0121oranza mill-plejers ta' Juventus, bdiet b'reb\u0127a konvi\u010benti ta' 7\u20131 fuq l-Istati Uniti.", "Di\u017cgwit intern fost l-iskwadra Ar\u0121entina fisser li g\u0127al dan il-kampjonat ma kien hemm l-ebda membru li wasal sal-finali tal-1930.", "Kontra l-I\u017cvezja, l-Ar\u0121entina marru fil-vanta\u0121\u0121 darbtejn, per\u00f2 \u017cew\u0121 gowls ta' Sven Jonasson u gowl ta' Knut Kroon taw l-I\u017cvezja reb\u0127a ta' 3\u20132.", "Il-\u0121irien Sud-Amerikani tal-Bra\u017cil ukoll sofra minn eliminazzjoni bikrija hekk kif Spanja reb\u0127itilhom bi skor konvin\u010benti ta' 3\u20131.", "G\u0127all-unika darba fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, l-a\u0127\u0127ar tmien timijiet kienu kollha Ewropej.", "Fil-kwarti tal-finali, wara li l-ewwel konfront bejn l-Italja u Spanja spi\u010b\u010ba fi dro ta' 1\u20131, il-log\u0127ba kellha ter\u0121a' tintlag\u0127ab fil-\u0121urnata ta' wara b'diversi plejers mibdula mi\u017c-\u017cew\u0121 timijiet kaw\u017ca ta' g\u0127eja u problemi fi\u017ci\u010bi.", "Ricardo Zamora g\u0127al Spanja kellu jaqbe\u017c it-tieni log\u0127ba wara li we\u0121\u0121a' fl-ewwel wa\u0127da, u fuq in-na\u0127a l-o\u0127ra, Mario Pizziolo lag\u0127ab l-a\u0127\u0127ar log\u0127ba tieg\u0127u mat-tim nazzjonali wara li f'intervent kiser saqajh.", "Il-log\u0127ba, deskritta mill-kronaka ta' dak i\u017c-\u017cmien b\u0127ala wa\u0127da diffi\u010bli u vjolenti, ra lill-Italja to\u0127ro\u0121 rebbie\u0127a 1\u20130, fost il-protesti tal-Ispanjoli g\u0127al gowl im\u0127assar.", "Fis-semifinali l-Italja ltaqg\u0127et mal-Awstrija, li kienet g\u0127adha kemm \u0121ejja minn konfront kontra l-Ungerija li l-kow\u010b Awstrijakk Hugo Meisl iddeskriva b\u0127ala \"\u0121lieda, mhux log\u0127ba futbol\".", "L-Italja reb\u0127et g\u0127al darb'o\u0127ra bi skor ta' 1\u20130, b'gowl kontroversjali ta' Enrique Guaita.", "Fis-semifinali l-o\u0127ra \u010b-\u010aekoslovakkja assigurat postha fil-finali b'reb\u0127a ta' 3\u20131 kontra l-\u0120ermanja.", "Fil-finali bejn l-Italja u \u010b-\u010aekoslovakkja, li ntlag\u0127bet fi Stadio del Partito Nazionale Fascista, it-Taljani \u0127ar\u0121u rebbie\u0127a b'ri\u017cultat ta' 2\u20131 wara l-\u0127in barrani.", "I\u010b-\u010aekoslovakki marru fil-vanta\u0121\u0121 b'gowl ta' Anton\u00edn Pu\u010d b'g\u0127oxrin minuta 'l bog\u0127od mit-tisfira finali.", "Madanakollu, l-Italja sabu x-xibka fit-80 minuta b'gowl ta' Raimundo Orsi.", "Il-log\u0127ba marret g\u0127all-\u0127in supplementari u t-Taljani sabu l-gowl tar-reb\u0127a minn Angelo Schiavio, sabiex \u0121ew inkurunati \u010bampjins tad-dinja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23847", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23847", "title": "Nicolae Kov\u00e1cs", "text": ["Nicolae Kov\u00e1cs", "Nicolae Kov\u00e1cs (Mehadia, 29 ta' Di\u010bembru 1911 \u2013 Timi\u015foara, 7 ta' Lulju 1977) kien plejer u kow\u010b tal-futbol Rumen-Ungeri\u017c.", "Kov\u00e1cs lag\u0127ab g\u0127al numru ta' klabbs Rumeni, g\u0127al Valenciennes fi Franza u Gamma Budapest fl-Ungerija.", "Mat-tim nazzjonali tar-Rumanija hu \u0127a sehem fit-tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja ta' qabel it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Aktar tard hu lag\u0127ab f'log\u0127ba wa\u0127da wa\u0127da f'isem it-tim nazzjonali tal-Ungerija.", "\u0126uh i\u017c-\u017cg\u0127ir, \u0218tefan Kov\u00e1cs, kien il-kow\u010b famu\u017c li wassal lil AFC Ajax g\u0127al \u017cew\u0121 Tazzi ta\u010b-\u010aampjins fl-1972 u l-1973."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23849", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23849", "title": "Log\u0127ob Olimpiku", "text": ["Log\u0127ob Olimpiku", "Il-Log\u0127ob Olimpiku jew Olimpjadi fil-qasir (bil-Frani\u010bi\u017c: \"Jeux olympiques\") huwa avveniment sportiv b'kompetizzjonijiet sportivi tas-sajf u x-xitwa li fih jipparte\u010bipaw eluf ta' atleti minn madwar id-dinja.", "Il-Log\u0127ob Olimpiku huwa kkunsidrat b\u0127ala l-iktar kompetizzjoni sportiva prominenti fid-dinja b'iktar minn 200 pajji\u017ci parte\u010bipanti.", "Dawn il-Log\u0127ob isiru kull erba' snin, bil-Log\u0127ob tas-sajf u l-Log\u0127ob tax-xitwa jaletrnaw bejniethom kull sentejn.", "Il-\u0127olqien ta' dan l-avveniment \u0121ie ispirat mil-Log\u0127ob Olimpiku Antik, li kienu jsiru fil-belt ta' Olimpja, fil-Gre\u010bja, bejn it-8 seklu q.K. u r-4 seklu q.K. Il-Baruni Pierre de Coubertin ifforma l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI) fl-1894, u l-ewwel Log\u0127ob moderni saru f'Ateni fl-1896.", "Il-KOI jiggverna u jmexxi l-moviment Olimpiku, bil-Karta Olimpika tiddeskrivi l-istruttura u l-awtorit\u00e0.", "L-evoluzzjoni tal-Moviment Olimpiku matul is-sekli 20 u 21 irri\u017culta f'numru ta' bidliet fil-Log\u0127ob Olimpiku.", "Fost dawn kien hemm il-\u0127olqien tal-Log\u0127ob Olimpiku tax-xitwa g\u0127al sports fuq is-sil\u0121 u dak xitwi, il-Log\u0127ob Paralimpiku g\u0127al atleti b'di\u017cabilita, u l-Log\u0127ob Olimpiku ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 g\u0127al atleti \u017cg\u0127a\u017cag\u0127.", "Il-Log\u0127ob Olimpiku tat-Truxa (\"Deaflympics\") u l-Olimpjadi Spe\u010bjali huma wkoll approvati mill-KOI.", "Il-Moviment Olimpiku jikkonsisti minn federazzjonijiet sportivi internazzjonali (FI), Kumitati Olimpi\u010bi Nazzjonali (KON) u kumitati organizzattivi g\u0127al Log\u0127ob Olimpiku spe\u010bifiku.", "B\u0127ala l-awtorit\u00e0 tal-kompetizzjoni, il-KOI huwa responsabbli li jag\u0127\u017cel il-belt ospitanti g\u0127al kull Log\u0127ob, u jorganizza u jag\u0127ti l-fondi skont il-Karta Olimpika.", "Il-KOI jiddetermina wkoll il-programm Olimpiku, bil-lista ta' sports li se jintlag\u0127abu fil-Log\u0127ob.", "Hemm diversi riti u simboli Olimpi\u010bi, fosthom il-bandiera u t-tor\u010b Olimpiku, kif ukoll i\u010b-\u010berimonji tal-ftu\u0127 u l-g\u0127eluq.", "'Il fuq minn 13-il elf atleta jikkompetu fil-Log\u0127ob Olimpiku tas-sajf u x-xitwa f'33 dixxiplina sportiva u f'madwar 400 avveniment.", "Dawk li jikklassifikaw fl-ewwel, it-tieni u t-tielet post jing\u0127taw midalja Olimpika tad-deheb, fidda u bron\u017c, rispettivament.", "Il-Log\u0127ob Olimpiku Antik kien festival reli\u0121ju\u017c u atletiku li kien isir kull erba' snin fis-santwarju ta' \u017bews f'Olimpja, il-Gre\u010bja.", "Il-kompetizzjoni kienet issir bejn rappre\u017centati ta' diversi bliet-stati u renji fil-Gre\u010bja Antika.", "Dawn il-Log\u0127ob kienu jinkludu prin\u010biparjament atleti, imma wkoll sports kumbattiv fosthom il-lotta u l-pankrazju, u tlielaq ta\u017c-\u017cwiemel u l-karri.", "Huwa mifhum li l-Olimpjadi Antiki bdew fis-sena 776 q.K. Dan hu skont skrizzjonijiet f'Olimpja li telenka r-rebbie\u0127a tal-\u0121iri li saru kull erba' snin mis-776 q.K. Id-dixxiplini sportivi f'dawn il-Log\u0127ob kienu jinvolvu l-\u0121iri, pentatlon (tikkonsisti minn \u0121iri, tfig\u0127 tad-diska u tal-\"javelin\", boksink, lotta, pankrazju u avvenimenti ekwestri.", "It-tradizzjoni tg\u0127id li Koroibos, kok mill-belt ta' Elis, kien l-ewwel rebbie\u0127 Olimpiku.", "L-Olimpjadi kienu ta' importanza reli\u0121ju\u017ca fundamentali, b'avvenimenti sportivi li kienu jsiru flimkien ma' riti ta' sagrifi\u010b\u010bju g\u0127al \u017bews u Pelops, eroj divin u re mitiku ta' Olimpja.", "Il-Log\u0127ob kien isir kull erba' snin, u dan il-perjodu kien u\u017cat mill-Griegi b\u0127ala wie\u0127ed mill-unitajiet ta' kejl tal-\u0127in.", "Il-Log\u0127ob la\u0127aq il-qu\u010b\u010bata fis-sekli 6 u 5 q.K., per\u00f2 gradwalment beda jonqos fl-importanza hekk kif ir-Rumani \u0127adu l-poter fil-Gre\u010bja.", "Hu mifhum li s-sena 393 w.K. kienet l-a\u0127\u0127ar darba li fiha saru l-Log\u0127ob, meta l-Imperatur Teodosju ddekreta t-tne\u0127\u0127ija ta' kull kult u prattika pagana.", "L-isem \"Olimpjadi\" biex jiddeskrivi avvenimenti atleti\u010bi bdew jidhru sa mis-seklu 17.", "L-ewwel avveniment ta' dan it-tip kien il-Log\u0127ob ta' Cotswold fl-Ingilterra.", "Dan kien organizzat mill-avukat Rober Dover bejn l-1612 u l-1642.", "L\"'Olympiade de la R\u00e9publique\" kien festival Olimpiku nazzjonali li kien isir kull sena bejn l-1796 u l-1798 fi \u017cmien ir-Rivoluzzjoni Fran\u010bi\u017ca, u kien jinkludi diversi dixxiplin sportivi mill-Olimpjadi Griegi antiki.", "Fl-1821, fi \u017cmien il-Gwerra Griega tal-Indipendenza mill-Imperu Ottoman, re\u0121a' qawwa l-interess fil-Log\u0127ob Olimpiku.", "Evangelos Zappas, filantropu Grieg-Rumen sinjur, kiteb personalment lir-Re Oton tal-Gre\u010bja fl-1856 sabiex jiffinanzja l-Log\u0127ob Olimpiku.", "Zappas sponsorizza l-Log\u0127ob fl-1859 li saru fil-pjazza tal-belt ta' Ateni.", "Atleti mill-Gre\u010bja u l-Imperu Ottoman ipparte\u010bipaw.", "Zappas \u0127allas ukoll g\u0127ar-restawr tal-Istadju Panatinajku sabiex fih isiru l-Log\u0127ob Olimpiku tal-futur.", "Dan l-impjant ospita fih l-Olimpjadi fl-1870 u l-1875.", "Tletin elf spettatur attendew il-Log\u0127ob fl-1870, g\u0127alkemm m'hemm l-ebda statistika uffi\u010bjali ta' attendenza disponibbli g\u0127al-Log\u0127ob tal-1875.", "Fl-1890, wara li attenda l-Log\u0127ob Olimpiku tal-Wenlock Olympian Society, il-Baruni Pierre de Coubertin \u0121ie ispirat sabiex jo\u0127loq il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.", "Coubertin bena fuq l-ideat u x-xog\u0127ol tal-prede\u010bessuri tieg\u0127u bl-g\u0127an li jistabbilixxi l-Log\u0127ob Olimpiku fuq skala internazjonali li jsir kull erba' snin.", "Hu ppre\u017centa dawn l-ideat matul l-ewwel Kungress Olimpiku tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali l-\u0121did.", "Din il-laqg\u0127a, li saret bejn is-16 u t-23 ta' \u0120unju 1894 fl-Universit\u00e0 ta' Pari\u0121i, \u0121ie de\u010bi\u017c li l-ewwel Log\u0127ob Olimpiku li kienu se jsiru ta\u0127t l-awspi\u010bji tal-KOI kienu se jsiru f'Ateni fl-1896.", "Il-KOI ele\u0121\u0121a lill-kittieb Grieg Demetrius Vikelas b\u0127ala l-ewwel president tag\u0127ha.", "G\u0127all-ewwel Olimpjadi \u0127adu sehem 14-il pajji\u017c, b'241 atleta jikkompetu fi 43 avveniment.", "L-uffi\u010bjali Griegi u l-pubbliku kienu entu\u017cjasti bl-esperjenza u s-su\u010b\u010bess li l-Log\u0127ob \u0121ab, u sa\u0127ansitra talbu sabiex l-Gre\u010bja ssir s-sede permanenti tal-Log\u0127ob Olimpiku.", "Madanakollu, din ir-rikjesta \u0121iet irrifjutata mill-KOI li fil-pjanijiet tag\u0127ha kien hemm li tmexxi l-organizzazzjoni ta' dawn il-Log\u0127ob minn belt g\u0127al o\u0127ra f'pajji\u017c differenti.", "Il-Moviment Olimpiku ju\u017ca simboli li jirrapre\u017centaw l-ideali tal-Karta Olimpika.", "Is-simbolu Olimpiku, mag\u0127ruf a\u0127jar b\u0127ala \u010b-\u010brieki Olimpi\u010bi, jikkonsisti minn \u0127afna \u010brieki minsu\u0121a ma' xulxin li jfissru l-g\u0127aqda tal-\u0127ames kontinenti fid-dinja (l-Afrika, l-Amerika, l-Asja, l-Awstralja u l-Ewropa).", "Il-ver\u017cjoni kulurita ta\u010b-\u010brieki (blu, isfar, a\u0127dar u a\u0127mar) fuq sfond abjad jifforma l-bandiera Olimpika.", "Dawn il-kuluri \u0121ew mag\u0127\u017cula min\u0127abba li kull pajji\u017c kellu wie\u0127ed minn dawn il-kuluri fil-bandiera tieg\u0127u.", "Il-bandiera \u0121iet adottata fl-1914 per\u00f2 \u0121iet imtajjra biss fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1920 f'Antwerp, il-Bel\u0121ju.", "Il-mottu Olimpiku, \"Citius, Altius, Fortius\", hi espressjoni bil-Latin li tfisser \"E\u0127fef, Og\u0127la, Aqwa\" u \u0121ie propost minn Pierre de Coubertin fl-1894 u ilu uffi\u010bjalment u\u017cat mill-1924.", "Dan \u0121ie ma\u0127luq mill-qassis Dumnikan Henri Didon OP, \u0127abib ta' Coubertin, g\u0127al-laqg\u0127a ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fl-1891.", "Xhur qabel il-bidu tal-Log\u0127ob, il-fjamma Olimpika tinxteg\u0127el f'Olimpja f'\u010berimonja li tirrifletti r-ritwali antiki Griegi.", "Din tinxteg\u0127el permezz tar-ra\u0121\u0121i tax-xemx u wara jibda l-vja\u0121\u0121 li jie\u0127u din il-fjamma lejn il-belt ospitanti.", "G\u0127alkemm il-fjamma kienet simbolu Olimpiku mill-1928, il-\u0121iri bit-tor\u010ba \u0121ie introdott fil-Log\u0127ob tas-sajf tal-1936.", "Diversi elementi jiffurmaw i\u010b-\u010berimonja tal-ftu\u0127 tal-Log\u0127ob Olimpiku.", "Din i\u010b-\u010berimonja, li ssir qabel il-bidu tal-avveniment, \u0121eneralment tibda bit-tlug\u0127 tal-bandiera tal-pajji\u017c ospitanti u jindaqq l-innu nazzjonali.", "Il-pajji\u017c osipitanti wara jippre\u017centa esebizzjoni artistika ta' mu\u017cika, kant, \u017cfin u rappre\u017centazzjoni teatrali tal-kultura tieg\u0127u.", "Il-pre\u017centazzjonijiet artisti\u010bi bdew jikbru ma\u017c-\u017cmien kemm fl-iskala u anke fil-kumplessit\u00e0 hekk kif kull belt tipprova tag\u0127ti \u010berimonja li ti\u017cboq fuq dik pre\u010bedenti.", "I\u010b-\u010berimonja tal-ftu\u0127 tal-Log\u0127ob ta' Bej\u0121ing swew madwar $100 miljun, b'\u0127afna mis-somma tkun iddedikata g\u0127all-element artistiku.", "Wara l-parti artistika ta\u010b-\u010berimonja, l-atleti jid\u0127lu f'parata fl-istadju skont pajji\u017chom.", "Il-Gre\u010bja tradizzjonalment tid\u0127ol l-ewwel ad unur l-ori\u0121ini tal-Olimpjadi.", "Sussegwentament, il-pajji\u017ci jid\u0127lu b'mod alfabetiku skont il-lingwa mag\u0127\u017cula mill-pajji\u017c ospitanti, bl-atleti tal-pajji\u017c ospitanti jid\u0127lu l-a\u0127\u0127ar.", "Wara li jsiru xi diskorsi li uffi\u010bjalment jift\u0127u l-Log\u0127ob, it-tor\u010ba Olimpika tid\u0127ol fl-istadju u ting\u0127adda lill-a\u0127\u0127ar persuna, li tipikament tkun atleta Olimpika ta' su\u010b\u010bess g\u0127all-pajji\u017c organizzattiv, li tixg\u0127el il-fjamma fil-bajla.", "I\u010b-\u010berimonja tal-g\u0127eluq tal-Log\u0127ob Olimpiku ssir wara l-avvenimenti sportivi kollha jkunu saru.", "Il-\u0121arrejja tal-bnadar minn kull pajji\u017c parte\u010bipanti jid\u0127lu fl-istadju, u warajhom jid\u0127lu l-atleti kollha ming\u0127ajr distinzjoni ta' nazzjonalit\u00e0.", "Tliet bnadar nazzjonali ji\u0121u mtellg\u0127in filwaqt li jindaqq l-innu nazzjonali tag\u0127hom: il-bandiera tal-pajji\u017c ospitanti, il-bandiera tal-Gre\u010bja sabiex tonora l-post fejn twieldu l-Olimpjadi, u l-bandiera tal-pajji\u017c li se jospita l-edizzjoni ta' wara tal-Log\u0127ob tas-sajf jew tax-xitwa.", "Il-president tal-kumitat organizzattiv u l-president tal-KOI jag\u0127mlu diskorsi tal-g\u0127eluq.", "Il-fjamma Olimpika tintefa' li tissimbolizza l-g\u0127eluq tal-Log\u0127ob.", "Is-sindu tal-belt li tkun g\u0127adha kif organizzat il-Log\u0127ob jg\u0127addi bandiera Olimpika spe\u010bjali lill-president tal-KOI, li jg\u0127addiha lis-sindku tal-belt li tkun se tospita l-edizzjoni sussegwenti tal-Log\u0127ob Olimpiku.", "Il-pajji\u017c li se jospita l-Olimpjadi f'erba' snin jing\u0127ata \u0127in sabiex jesebixxi f'serata ta' \u017cfin u rappre\u017centazzjoni teatralii tal-kultura tieg\u0127u.", "Il-Gre\u010bja, l-Awstralja, Franza u r-Renju Unit huma l-uni\u010bi pajji\u017ci li \u0127adu sehem f'kull edizzjoni tal-Log\u0127ob Olimpiku mill-bidu tag\u0127hom fl-1896.", "Filwaqt li pajji\u017ci xi drabi naqsu li jipparte\u010bipaw min\u0127abba nuqqas ta' atleti, o\u0127rajn ibbojkottjaw i\u010b-\u010belebrazzjoni tal-Log\u0127ob g\u0127al ra\u0121unijiet differenti.", "G\u0127all-edizzjoni ta' Melbourne 1956, il-Pajji\u017ci l-Baxxi, Spanja u l-I\u017cvizzera rrifjutaw li jie\u0127du sehem min\u0127abba l-oppressjoni tar-Rivoluzzjoni Ungeri\u017ca mill-Unjoni Sovjetika, g\u0127alkemm bag\u0127tu delegazzjoni ekwestri fi Stokkolma; il-Kambodja, l-E\u0121ittu, l-Iraq u l-Libanu bbojkottjaw il-Log\u0127ob min\u0127abba li l-Kri\u017ci ta' Suez; u \u010b-\u010aina (ir-\"Repubblika Popolari ta\u010b-\u010ainja) rrifjutat li tie\u0127u sehem min\u0127abba li Tajwan \u0121ew permessi li jie\u0127du sehem fil-Log\u0127ob b\u0127ala r-\"Repubblika ta\u010b-\u010aina\".", "Fl-1972 u l-1976, numru kbir ta' pajji\u017ci Afrikani heddew lill-KOI b'bojkott sabiex jisfurzaw sabiex jipprojbixxu lill-Afrika t'Isfel u lir-Rode\u017cja min\u0127abba r-re\u0121imi ta' segregazzjoni.", "New Zealand kienet ukoll fil-mira tal-bojkott Afrikan min\u0127abba lit-tim nazzjonali tar-rugby kien dar f\"'tour\" lill-Afrika t'Isfel.", "Il-KOI qabel mal-ewwel \u017cew\u0121 ka\u017cijiet, per\u00f2 New Zealand t\u0127allew jipparte\u010bipaw abba\u017ci li r-rugby ma kienx sport Olimpiku.", "B'ri\u017cultat t'hekk, flimkien mal-g\u0127oxrin pajji\u017c Afrikan ing\u0127aqdu wkoll l-Gujana u l-Iraq u rtiraw mill-Log\u0127ob ta' Montreal, minkejja li u\u0127ud mill-atleti tag\u0127hom kienu di\u0121\u00e0 kkompetew.", "Fl-1980 u l-1984, l-avversarji tal-Gwerra l-Bierda ma \u0127adux sehem fil-Log\u0127ob ta' xulin.", "L-Istati Uniti u 65 pajji\u017ci ie\u0127or ibbojkottjaw l-Log\u0127ob ta' Moska fl-1980 min\u0127abba l-inva\u017cjoni Sovjetika fl-Afganistan.", "Dan il-bojkott naqqas in-numru ta' parte\u010bipanti g\u0127al 80, l-inqas numru mill-1956.", "L-Unjoni Sovjetika u 15-il pajji\u017c ie\u0127or irritaljaw u ma \u0127adux sehem fl-Olimpjadi ta' Los Angeles tal-1984, fejn stqarrew li ma setg\u0127ux jiggarantixxu s-sigurt\u00e0 tal-atleti tag\u0127hom.", "104 Kumitat Olimpiku Nazzjonali \u0127a sehem, li kien rekord sa dak i\u017c-\u017cmien.", "Il-fatt li r-Rumanija, pajji\u017c li kien jag\u0127mel parti mit-Trattat ta' Varsavja, \u0127a sehem minkejja t-talbiet Sovjeti\u010bi wasslu g\u0127al laqg\u0127a entu\u017cja\u017cmanti fl-Istati Uniti."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23856", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23856", "title": "Silvestru Magro", "text": ["Silvestru Magro", "L-Isqof Silvestru Carmel Magro (Ir-Rabat (Malta), 14 ta' Frar, 1941 - 20 ta' Jannar 2018) kien patri Fran\u0121iskan Malti u Vigarju Appostoliku ta' Benga\u017ci fil-Libja bejn l-1997 u l-2016.", "Studja fil-Kulle\u0121\u0121 Stella maris tal-G\u017cira u ng\u0127aqad mal-Patrijiet Fran\u0121iskani fl-1957.", "Studja l-filosofija u t-teologija fis-Seminarju Fran\u0121iskan tar-Rabat.", "Hu pprofessa fl-1962 u kien ordnat sa\u010berdot fl-1966.", "Huwa kompla l-istudji tieg\u0127u fl-Universit\u00e0 Pontificja Antonianum u f'dik tal-Lateran f'Ruma fejn \u0127a d-dottorat fit-teolo\u0121ija dommatika u fit-teolo\u0121ija pastorali.", "Meta \u0121ie lura Malta, Mons. Magro beda jg\u0127allem it-teolo\u0121ija fis-Seminarju Fran\u0121iskan.", "Fl-1982 in\u0127atar kappillan tal-Parro\u010b\u010ba tas-Sacro Cuor f'Tas-Sliema.", "Fl-1988 huwa ng\u0127aqad fil-missjoni Franiskana tal-provin\u010bja ta' Milan fil-Libja, li aktar tard f'Mejju tal-1991 g\u0127addiet f'idejn il-provin\u010bja tag\u0127na ta' Malta.", "Fl-istess \u017cmien hu n\u0127atar vigarju \u0121enerali tal-Isqof Giovanni Martinelli.", "In\u0127atar ukoll kappillan tal-komunit\u00e0 Kattolika Maltija u tal-komunitajiet kattoli\u010bi li jitkellmu bl-Ingli\u017c.", "Fl-1997 huwa in\u0127atar isqof ta' Salde u vigarju appostoliku ta' Benghazi fil-Libja.", "Fll-2002, Mons. Magro ing\u0127ata 'The cross of the Equestrian Order of Merit' mill-President Pollakk, g\u0127all-\u0127idma tieg\u0127u fost il-komunit\u00e0 Kattolika Pollakka fil-Libja.", "Monsinjur Magro jibqa' mag\u0127ruf g\u0127all-umilt\u00e0 tieg\u0127u u g\u0127ad-determinazzjoni tieg\u0127u, meta g\u0127a\u017cel li jibqa' mal-poplu Libjan anke fl-aktar \u017cminijiet diffi\u010bli u perikolu\u017ci.", "Fi Frar tal-2006 il-knisja u d-dar tal-Isqof Magro \u0121ew attakkati, misruqa u ng\u0127ataw in-nar", "Fl-a\u0127\u0127ar xhur tal-2017, huwa irtira fil-Kunvent tal-Fran\u0121iskani tar-Rabat, biswit il-knisja li fiha trabba.", "L-Isqof Magro, li kellu 76 sena, huwa t-tielet Isqof Malti li miet f'inqas minn xahar wara l-mewt tal-Isqof Adeodato Micallef li miet fit- 3 ta' Jannar u u ftit warajh tal-Isqof Emmanuel Barbara fil-5 ta' Jannar.", "Il-funeral tal-Isqof Magro sar fit-22 ta' Jannar fil-Katidral tal-Imdina.", "Fl-omelija tal-funeral, l-Ar\u010bisqof Charles Scicluna sellem lill-Isqof Magro b\u0127ala martri li minkejja li ma \u010bar\u010barx demmu ta \u0127ajtu fi\u017cikament g\u0127all-komunit\u00e0 \u010bkejkna li kien jie\u0127u \u0127sieb.", "Scicluna tkellem dwar it-tbatijiet fi\u017ci\u010bi u psikolo\u0121i\u010bi li g\u0127adda minnhom l-Isqof Magro biex jibqa' mal-komunit\u00e0 fdata lilu, il-faqar, il-periklu u l-allarm kontinwu li kellu j\u0121arrab.", "Spjega kif kellu jg\u0127ix diversi xhur f'\u017cew\u0121t ikmamar u kien jivja\u0121\u0121a sig\u0127at twal biex jil\u0127aq il-mer\u0127la tieg\u0127u.", "Iddeskrivih ukoll b\u0127ala \"fjakkola \u0127elwa u umli li tidwi fi dlam kbir\" u iben dehen ta' San Fran\u0121isk li minkejja l-persekuzzjoni kien xhud tal-pa\u010bi u d-djalogu.", "\"Fil-persuna tal-Isqof Magro l-Knisja tidher fix-xbiha vera tag\u0127ha u fil-martirju tag\u0127ha.", "Il-Mulej sejja\u0127lu biex ikun f'ambjent fejn \u0120es\u00f9 kien sinjal li jmeruh.\"", "Kien hawn li tkellem dwar il-persekuzzjoni li Monsinjur Magro u l-komunit\u00e0 tieg\u0127u g\u0127addew minnha min\u0127abba dawk li ma j\u0121err\u0127ux lil min ma jaqbilx mag\u0127hom.", "Kompla jiddeskrivih b\u0127ala \"ambaxxatur ta' dak kollu li jag\u0127milna Maltin.\"", "L-Ar\u010bisqof fakkar li l-Maltin jibqg\u0127u mag\u0127rufa fl-iskrittura g\u0127all-akkoljenza u l-qalb kbira tag\u0127hom meta laqg\u0127u lil San Pawl u dawk li mieg\u0127u \u0121arrbu n-nawfra\u0121ju.", "\"Kull fejn kien, l-Isqof Magro kien ambaxxatur ta' din il-qalb kbira li hemm b\u017conn nindukraw u nippromovu,\" kompla jg\u0127id Monsinjur Scicluna waqt li spjega kif fil-persuna umli u modesta tieg\u0127u, wie\u0127ed kien i\u0127ossu fil-pre\u017centa ta' Alla.", "L-Ar\u010bisqof irringrazzja lill-Awtoritajiet Maltin li kienu dejjem isegwu l-passi tal-Isqof Magro fi \u017cminijiet ta' periklu g\u0127alih u sellem ukoll lill-Isqof George Bugeja li llum qed ikompli l-missjoni tal-Isqof Magro f'Benga\u017ci, i\u017cda anke fi Tripli.", "Monsinjur George Bugeja ma la\u0127\u0127aqx jasal g\u0127all-funeral min\u0127abba li l-ajruport ta' Tripli kien jinsab mag\u0127luq."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23857", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23857", "title": "Fabrizio Sceberras Testaferrata", "text": ["Fabrizio Sceberras Testaferrata", "Il-Kardinal Fabrizio Sciberras Testaferrata (Valletta, 1 ta' April 1757 - 3 ta' Awwissu, 1843) kien l-ewwel Kardinal Malti u l-uniku wie\u0127ed Malti g\u0127al kwa\u017ci 200 sena sa meta sar Prospero Grech.", "Kien mg\u0127ammed fit-3 ta' April 1757.", "Fl-1770 la\u0127aq Kanonku Ku\u0121itur.", "Kien Gvernatur u Delegat Appostoliku fl-Italja, \u0121ewwa Narni, Citt\u00e0 di Castello, Fano, Tolentino u Macerata.", "\u0126a l-edukazzjoni tieg\u0127u fil-Collegio Clementino, Ruma (1771), La Sapienza, Ruma (\u0127a dottorat fil-utroque iure, fis-26 ta' Novembru, 1785).", "Ir\u010bieva l-Crucem Aureaum Devotionis mill-Gran Mastru tal-Ordni f'Malta fit-12 ta' Di\u010bembru, 1786.", "Qaddes fil-1802, u fl-istess sena, nhar l-20 ta' Settembru, 1802, in\u0127atar Ar\u010bisqof Titulari ta' Berito u r\u010bieva l-Ordinazzjoni Episkopali u l-Pussess fil-21 ta' Di\u010bembru, tal-istess sena \u0121ewwa Ruma mill-Kardinal Giuseppe Maria Doria Panpilj (1751-1816).", "In\u0127atar Nunzju g\u0127all-I\u017cvizzera fl-20 ta' Settembru, 1803 u Segretarju g\u0127al Kongregazzjoni tal-Isqfijiet u Regulari fil-1815.", "Ma\u0127tur Kardinal u baqa' reservat in pectore fil-Kon\u010bistorju ta' nhar it-8 ta' Marzu, 1816 mill-Papa Piju VII (1800-1823) fl-et\u00e0 ta' 59 sena.", "Dan kien l-10 Kon\u010bistorju li fih kienu saru 31 Kardinal.", "Fost dawn il-Kardinali kienu la\u0127qu \u017cew\u0121 Papiet .", "Ismu \u0121ie ippublikat fil-kon\u010bestorju tas-6 ta' April, 1818 u r\u010bieva l-kappell l-a\u0127mar ta\u0127t it-titlu djo\u010besan ta' Santa Pudenziana nhar it-22 ta' Mejju tal-istess sena.", "\u0120ie trasferit g\u0127ad-dio\u010besi ta' Senigallia fejn baqa hemm sa mewtu.", "Il-Kardinal Sciberras kellu sehem fi tliet Konklavi (elezzjonijiet sa biex jele\u0121u Papa) li fl-ewwel \u017cew\u0121 konklavi la\u0127qu Papiet mill-istess Kon\u010bistorju tieg\u0127u (ji\u0121ifieri la\u0127qu Kardinali mieg\u0127u).", "Dan ifisser li f'dawn it-tliet konklavi l-Kardinal Sciberras seta' \u0121ie elett Papa.", "1.", "Fl-ewwel konklavi li ha sehem kienu saru mit-2 sa 28 ta' Settembru 1823 (kwazi xahar) fejn kienu ivvutaw 49 min 53 Kardinal u kien \u0121ie mag\u0127\u017cul Annibale della Grengo li \u0127a l-isem ta' Ljun XII, Papa (1823 sa 1829);", "2.", "Fit-tieni darba li \u0127a sehem f'konklavi, kien sitt snin wara, u kienu saru bejn 24 ta' Frar sa 31 ta' Marzu, 1829 (\u0127ames gimg\u0127at) fejn kienu ivvutaw 50 min 58 Kardinal u kien \u0121ie mag\u0127\u017cul Francesco Saverio Castiglioni li \u0127a l-isem ta' Piju VIII, Papa (1829 sa 1830);", "3.", "Fit-tielet u l-a\u0127\u0127ar konklavi li kellu sehem, f'inqas min sentejn wara, bejn 14 ta' Dicembru, 1830 sa 2 ta' Frar, 1831 (xahar u nofs) fejn kienu ivvutaw 45 min 54 Kardinal u kien \u0121ie mag\u0127\u017cul Mauro Alberto Cappellaci, O.S.B. Cam, \u0127a l-isem ta' Gregorju XVI, Papa (1831 sa 1846).", "Il-Kardinal Fabrizio Sceberras Testaferrata miet fit-3 ta' Awissu, 1843 fl-eta ta' 86 sena.", "Tpo\u0121\u0121a g\u0127al qima u wara l-funzjoni funebri \u0121ie midfun fil-Katidral ta' Senigallia."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23861", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23861", "title": "Joseph Grech", "text": ["Joseph Grech", "L-Isqof Joseph Grech (\u0126al Balzan, Malta, fl-10 ta' Dicembru 1948 - 28 ta' Di\u010bembru 2010) kien Isqof Malti fl-Awstralja.", "\u0120ie ordnat sa\u010berdot fil-parro\u010b\u010ba ta' \u0126al-Balzan fit-30 ta' Novembru 1974.", "Kien ikkonsagrat Isqof fl-10 ta' Frar 1999.", "In\u0127atar Isqof ta' Sandhurst fit-8 ta' Marzu 2001.", "Huwa serva b\u0127ala membru tal-Kummissjoni ta' l-Isqfijiet g\u0127all-Formazzjoni tal-\u0126idma Missjunarja u ta' Fidi u wara ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 u Refu\u0121jati.", "Kien l-ewwel isqof Malti ma\u0127tur fl-Awstralja.", "G\u0127al \u0127afna snin wettaq il-missjoni tieg\u0127u b\u0127ala sa\u010berdot u b\u0127ala isqof fl-Awstralja kemm g\u0127all-emigranti Maltin f'dak il-kontinent, kif ukoll g\u0127all-Kattoli\u010bi fl-Awstralja fdati f'idejh.", "Miet ta' 62 sena."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23863", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23863", "title": "Alphonse Daudet", "text": ["Alphonse Daudet", "Alphonse Daudet (Fran\u010bi\u017c: [dod\u025b]; 13 ta' Mejju 1840 \u2013 16 ta' Di\u010bembru 1897) kien rumanzier Fran\u010bi\u017c.", "Kien \u017cew\u0121 il-kittieba Julia Daudet u missier Edm\u00e9e Daudet, u l-kittieba L\u00e9on Daudet u Lucien Daudet.", "Daudet twieled N\u00eemes, Franza.", "Niesu, mi\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at, kienu membri tal-\"bourgeoisie\".", "Missieru, Vincent Daudet, kien produttur tal-\u0127arir \u2014 bniedem li \u0127ajtu kienet mimlija sfortuna u falliment.", "Alphonse kien jiskarta \u0127afna mill-iskola u kellu tfulija mimlija dwejjaq.", "Fl-1856 \u0127alla Lyon, fejn g\u0127ex matul il-parti l-kbira tas-snin tal-iskola, u beda karriera b\u0127ala g\u0127alliem tal-iskola f'Al\u00e8s, Gard, fin-nofsinhar ta' Franza.", "Daudet sab dan l-impjieg intollerabbli u aktar tard kien jg\u0127id li kien jistenba\u0127 imwerwer, ja\u0127seb li g\u0127adu fil-klassi qalb l-istudenti bla dixxiplina li kellu.", "Insibu dawn l-esperjenzi riflessi fir-rumanz tieg\u0127u \"Le Petit Chose\".", "Fl-1 ta' Novembru 1857, abbanduna t-tag\u0127lim u mar joqg\u0127od ma' \u0127uh Ernest Daudet, xi tliet snin akbar minnu, li kien qieg\u0127ed jipprova jag\u0127mel karriera b\u0127ala \u0121urnalista Pari\u0121i.", "Alphonse beda jikteb u ppubblika l-poe\u017ciji tieg\u0127u f'volum \u017cg\u0127ir, \"Les Amoureuses\" (1858), li intlaqa' tajjeb mhux \u0127a\u017cin.", "Sab impjieg ma' \"Le Figaro\", li dak i\u017c-\u017cmien kienet ta\u0127t Cartier de Villemessant, editur ener\u0121etiku, kiteb tnejn jew tliet drammi, u beda jsir mag\u0127ruf fil-kommunitajiet letterarji b\u0127ala bniedem ta' distinzjoni li jipprometti.", "Id-Duka ta' Morny, il-ministru ta' qawwa kbira ta' Napuljun III, \u0127atru b\u0127ala wie\u0127ed mis-segretarji tieg\u0127u \u2014 impjieg li \u017camm sal-mewt tad-duka fl-1865.", "Fl-1866, il-kollezzjoni ta' novelli ta' Daudet's \"Lettres de mon moulin\" (\"Ittri mill-Mit\u0127na tieg\u0127i\"), li kiteb Clamart, qrib Pari\u0121i, li fiha jalludi g\u0127al mit\u0127na f'Fontvieille, Provenza, \u0121ibdet l-attenzjoni ta' \u0127afna qarrejja.", "L-ewwel mill-kotba tieg\u0127u aktar fit-tul, \"Le Petit Chose\" (1868), per\u00f2, ma' tantx kien popolari.", "Fil-parti l-kbira kien l-istorja ta\u017c-\u017cg\u0127o\u017cija tieg\u0127u, irrakkontata b'\u0127afna \u0127lewwa u \u0127niena.", "Fl-1872 \u0127are\u0121 il-famu\u017c \"Aventures prodigieuses de Tartarin de Tarascon\", u dramm fi tliet atti \"L'Arl\u00e9sienne\".", "Imma \"Fromont jeune et Risler a\u00een\u00e9\" (1874) kien su\u010b\u010bess kbir.", "Il-kreativit\u00e0 tieg\u0127u irri\u017cultat f'karattri realisti\u010bi u tipi\u010bi.", "\"Jack\", rumanz dwar tifel ille\u0121ittmu, martri tal-egoi\u017cmu ta' ommu, li \u0127are\u0121 sentejn wara, serva biex isa\u0127\u0127a\u0127 l-istess impressjoni.", "Minn hemm 'il quddiem kellu karriera letterarja, il-parti l-kbira jikteb ir-rumanzi: \"Le Nabab\" (1877), \"Les Rois en exil\" (1879), \"Numa Roumestan\" (1881), \"Sapho\" (1884), \"L'Immortel\" (1888), jikteb g\u0127all-palk u jikteb ir-reminixxenzi: \"Trente ans de Paris\" (1887) u \"Souvenirs d'un homme de lettres\" (1888).", "Dawn, mat-tliet Tartarins - \"Tartarin de Tarascon\", \"Tartarin sur les Alpes\", \"Port-Tarascon\" - u n-novelli, il-parti l-kbira miktubin qabel kisib il-fama, jifformaw il-korp tax-xog\u0127lijiet ta' \u0127ajtu.", "\"L'Immortel\" hu attakk a\u010bitu\u017c kontra l-Acad\u00e9mie Fran\u00e7aise, organizzazzjoni presti\u0121ju\u017ca li Daudet qatt ma kien membru tag\u0127ha.", "Daudet kiteb ukoll xi stejjer g\u0127at-tfal, fosthom \"La Belle Nivernaise\", storja dwar dg\u0127ajsa qadima u l-ekwipa\u0121\u0121 tag\u0127ha, fl-1867 Daudet i\u017c\u017cewwe\u0121 lil Julia Allard, l-awtur ta' \"Impressions de nature et d'art\" (1879), \"L'Enfance d'une Parisienne\" (1883), u xi studji letterarji o\u0127ra miktubin ta\u0127t l-isem tal-pinna ta' \"Karl Steen\".", "Daudet ma kien bl-ebda mod fidil fi\u017c-\u017cwie\u0121, u kien wie\u0127ed minn \u0121enerazzjoni ta' kittieba sifiliti\u010bi Fran\u010bi\u017ci.", "Matul i\u017c-\u017cwie\u0121 kollu kellu relazzjonijiet sesswali ma' \u0127afna mill-ma\u0127bubin ta' s\u0127abu.", "Daudet kellu jsofri bosta kuri u operazzjonijet ta' w\u0121ieg\u0127 kbir g\u0127all-marda paralizzanti.", "L-entrati fid-djarju tieg\u0127u dwar l-u\u0121ieg\u0127 li bata mill-marda tabes dorsalis \u0121abarhom fil-volum \"La Doulou (La Douleur)\".", "Daudet miet Pari\u0121i fis-16 ta' Di\u010bembru 1897, u ndifen fi\u010b-\u010aimiterju P\u00e8re Lachaise tal-stess belt.", "Daudet kien monarkista u oppona r-Repubblika Fran\u010bi\u017ca b'\u0127erqa kbira.", "Daudet kien ukoll kontra 'l-Lhud, per\u00f2 ma kienx mag\u0127ruf g\u0127alhekk daqs ibnu L\u00e9on.", "Il-karattru prin\u010bipali ta' \"Le Nabab\" kien ispirat minn politiku Lhudi li \u0121ie elett b\u0127ala deputat g\u0127al N\u00eemes.", "Daudet \u0127are\u0121 kontra tieg\u0127u imma tilef.", "Daudet kellu \u0127afna nies letterarji fost \u0127biebu, fosthom Edouard Drumont, li waqqaf il-Lega antisemitika ta' Franza u beda u kien jedidta il-gazzetta antisemitika \"La Libre Parole\".", "Daudet kellu wkoll xi korrispondenza antisemitika ma' Richard Wagner.", "Hemm min jg\u0127id li Daudet kien jesa\u0121era apposta r-rabta tieg\u0127u ma' Provenza biex jippromwovi l-karriera letterarja u s-su\u010b\u010bess so\u010bjali tieg\u0127u (wara s-su\u010b\u010bess ta' Frederic Mistral), u anki \u0121ibeb lil martu qabel i\u017c\u017cew\u0121u dwar l-ori\u0121ni Provenzali tieg\u0127u.", "Franza hemm \u0127afna kulle\u0121\u0121i u skejjel imsemmijin g\u0127alih u l-kotba tieg\u0127u g\u0127adhom jinqraw u ji\u0121u stampati.", "Din lista tax-xog\u0127lijiet ewlenin ta' Daudet.", "Biblijografija"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23865", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23865", "title": "Constantin Stanciu", "text": ["Constantin Stanciu", "Constantin Stanciu (Giurgiu, 23 ta' April 1911 \u2013 ...) kien plejer tal-futbol Rumen.", "Stanciu beda l-karriera fil-futbol ma' Venus Bucure\u0219ti fejn lag\u0127ab g\u0127al g\u0127axar snin bejn l-1923 u l-1935.", "Matul dan il-perjodu, fl-1926, mar jilg\u0127ab g\u0127al sena fil-Moldova.", "Wara, lag\u0127ab ma' Juventus Bucure\u015fti u spi\u010b\u010ba l-karriera tieg\u0127u ma' Metalosport Bucure\u015fti.", "Matul il-karriera tieg\u0127u lag\u0127ab g\u0127al tmien darbiet mat-tim nazzjonali tar-Rumanija, u skorja erba' gowls fosthom gowl fil-log\u0127ba kontra l-Per\u00f9 fit-Tazza tad-Dinja 1930.", "Mat-tim nazzjonali \u0127a sehem ukoll fit-Tazza tal-Balkani."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23866", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23866", "title": "Galizia", "text": ["Galizia", "Galizia jista' jirreferi g\u0127al:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23873", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23873", "title": "UEFA Nations League", "text": ["UEFA Nations League", "Il-UEFA Nations League hija kompetizzjoni internazzjonali tal-futbol li se tintlag\u0127ab mit-timijiet nazzjonali tal-futbol tal-asso\u010bjazzjonijiet membri tal-UEFA.", "L-ewwel kampjonat se jibda f'Settembru tal-2018, wara t-Tazza tad-Dinja 2018, u r-rebbie\u0127 se ji\u0121i de\u010bi\u017c f'\u0120unju tal-2019.", "Il-kompetizzjoni se tie\u0127u post il-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-log\u0127biet ta' \u0127biberija internazzjonali li attwalment jintlag\u0127bu fil-kalendarju internazzjonali tal-FIFA.", "F'Ottubru 2013, il-President tal-Federazzjoni tal-futbol tan-Norve\u0121ja Yngve Hall\u00e9n ikkonferma li saru ta\u0127didiet sabiex isir it-tielet kampjonat internazzjonali g\u0127all-membri tal-UEFA, per\u00f2 kienu g\u0127adu f'fa\u017ci bikrija.", "Il-kun\u010bett tal-UEFA Nations League jara lit-timijiet nazzjonali tal-55 membru tal-UEFA maqsum f'serje ta' gruppi skont klassifika mibnija mir-ri\u017cultati ri\u010benti, fejn ji\u0121u promossi u relegati fi gruppi o\u0127rajn skont ir-ri\u017cultati fil-grupp tag\u0127hom.", "\u0120ie propost li dan il-kampjonat jintlag\u0127ab f'dati fil-kalendarju internazzjonali li huma allokati g\u0127al-log\u0127biet ta' \u0127biberija, u mhuwiex se jaffettwa t-Tazza tad-Dinja jew il-Kampjonati Ewropej.", "F'Marzu tal-2014, is-segretarju \u0121enerali tal-UEFA Gianni Infantino stqarr li wie\u0127ed mill-benefi\u010b\u010bji tal-proposta kien sabiex jg\u0127in lill-asso\u010bjazzjonijiet nazzjonali inqas stmati sabiex jilg\u0127abu kontra timijiet ta' profil g\u0127oli anke f'log\u0127biet li mhumiex ta' kwalifikazzjoni, min\u0127abba li \u0121eneralment fil-log\u0127biet ta' \u0127biberija kienu jilg\u0127abu timijiet tal-istess livell.", "I\u010b-\u010bermen tal-Football Association Ingli\u017ca Greg Dyke ddikjara li l-proposta hija \"attraenti \u0127afna\", hekk kif it-tim nazzjonali Ingli\u017c seta' jilg\u0127ab kontra timijiet nazzjonali tal-og\u0127la livell.", "Is-segretarju \u0121enerali tal-Federazzjoni Bel\u0121jana Steven Martens qal li timijiet klassifikati fil-baxx setg\u0127u jibbenefikaw minn iktar d\u0127ul finanzjarju grazzi g\u0127a\u010b-\u010bentralizzazzjoni tad-drittijiet televi\u017civi mill-UEFA.", "Il-UEFA Nations League \u0121iet uffi\u010bjalment adotta mill-54 asso\u010bjazzjoni membru tal-UEFA (il-Kosovo kien g\u0127adu mhuwiex membru) fit-38 Kungress Ordinarju tal-UEFA li sar f'Astana, il-Ka\u017cakistan, fis-27 ta' Marzu 2014.", "Skont il-format approvat, il-55 tim nazzjonali tal-UEFA se ji\u0121u maqsuma f'erba' divi\u017cjonijiet: 12-il tim f'Divi\u017cjoni A, 12-il tim f'Divi\u017cjoni B, 15-il tim f'Divi\u017cjoni \u010a u 16-il tim f'Divi\u017cjonii D. F'kull divi\u017cjoni, erba' gruppi ji\u0121u ffurmati bi tlieta jew erba' timijiet f'kull grupp, u kull wie\u0127ed minnhom jilg\u0127abu kontra xulxin \u0121ewwa u barra darhom.", "Fl-og\u0127la divi\u017cjoni, kull rebbie\u0127 tal-erba' gruppi jikkwalifikaw biex jilg\u0127abu fil-finali, b'\u017cew\u0121 semifinali u finali sabiex jiddetermina r-rebbie\u0127a tal-UEFA Nations League.", "Timijiet jistg\u0127u ji\u0121u promossi u relegati g\u0127al divi\u017cjonijiet og\u0127la jew inqas.", "Kull rebbie\u0127 tal-grupp awtomatikament ji\u0121i promoss g\u0127ad-divi\u017cjoni superjuri g\u0127all-edizzjoni sussegwenti.", "Kull tim li jispi\u010b\u010ba l-a\u0127\u0127ar fil-grupp awtomatikament ji\u0121i relegat g\u0127ad-divi\u017cjoni inferjuri.", "Il-UEFA Nations League se jkollha wkoll x'taqsam mal-kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej (EURO).", "Din il-kompetizzjonii se toffri erba' postijiet g\u0127all-fa\u017ci finali tal-kampjonat storiku kontinentali.", "Il-kompetizzjoni u l-emendi proposti g\u0127all-format tal-kwalifikazzjoni, li se ji\u0121u attwati g\u0127all-Kampjonati Ewropej tal-2020, huma frott ta' pro\u010bess konsultattiv li beda fl-2011 mal-federazzjonijiet tal-futbol tal-UEFA.", "Il-format ta' kwalifikazzjoni g\u0127all-EURO se jibqa' l-istess, per\u00f2 se jag\u0127ti biss 20 mill-24 post validu g\u0127all-fa\u017ci finali, bl-erba' postijiet l-o\u0127ra ji\u0121u mill-UEFA Nations League.", "Tim minn kull divi\u017cjoni tal-kampjonat il-\u0121did se jkollu d-dritt li jikkwalifika g\u0127all-Kampjonati Ewropej.", "Dawn se ji\u0121u stabbiliti b'erba' log\u0127biet tal-\"play-offs\" li jintlag\u0127bu fix-xahar ta' Marzu tal-istess sena tal-Kampjonati Ewropej.", "Jekk rebbie\u0127 ta' divi\u017cjoni jkun di\u0121\u00e0 kkwalifika b'mod dirett grazzi g\u0127all-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni, postu jie\u0127du l-ewwel tim li ma jkunx ikkwalifika skont il-post fil-klassifika gradwatorja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23876", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23876", "title": "Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1938", "text": ["Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1938", "It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1938 kienet it-tielet edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, kampjonat internazzjonali organizzat mill-FIFA, u din saret fi Franza bejn l-4 u d-19 ta' \u0120unju 1938.", "L-Italja \u017cammet it-tilu mirbu\u0127 fl-edizzjoni pre\u010bedenti meta g\u0127elbet lill-Ungerija 4\u20132.", "It-timijiet tal-Italja tal-1934 u l-1938 saru l-uni\u010bi timijiet li qatt reb\u0127u t-Tazza tad-Dinja ta\u0127t l-istess kow\u010b, Vittorio Pozzo.", "Franza \u0121iet mag\u0127\u017cula mill-FIFA f'Berlin fit-13 ta' Awwissu 1936, u \u0121iet mag\u0127\u017cula fuq l-Ar\u0121entina u l-\u0120ermanja fl-ewwel rawnd ta' votazzjoni.", "Din id-de\u010bi\u017cjoni ma ni\u017clitx tajjeb fl-Amerika t'Isfel fejn kienu tal-fehma li l-organizzatur kien se jalterna bejn i\u017c-\u017cew\u0121 kontinenti; minflok dan kien it-tieni kampjonat konsekuttiv li ntlag\u0127ab fl-Ewropa.", "Dan kien l-a\u0127\u0127ar turnew li sar qabel ma faqqg\u0127et it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Min\u0127abba r-rabja g\u0127ad-de\u010bi\u017cjoni li tin\u017camm it-Tazza tad-Dinja g\u0127at-tieni darba konsekuttiva fl-Ewropa, la l-Urugwaj u lanqas l-Ar\u0121entina ma da\u0127lu g\u0127all-kompetizzjoni, filwaqt li Spanja saru l-ewwel pajji\u017c li ma t\u0127allewx jikkompetu min\u0127abba li kienu fi gwerra.", "Din kienet ukoll l-ewwel darba li l-ospiti, Franza, u d-detenturi tat-trofew, l-Italja, ikkwalifikaw awtomatikament.", "Il-kwalifikazzjoni awtomatika ta\u010b-\u010bampjins attwali tal-kompetizzjoni baqg\u0127et mi\u017cmuma sat-Tazza tad-Dinja tal-2006 meta din ir-regola \u0121iet abolita.", "Mill-erbatax-il post, \u0127dax \u0121ew mog\u0127tija lil timijiet Ewropej, tnejn lill-Amerika u wie\u0127ed lill-Asja.", "B'ri\u017cultat t'hekk, kienu biss tliet pajji\u017ci barra mill-Ewropa li \u0127adu sehem, li jinkludu lill-Bra\u017cil, il-Kuba u l-Indji Orjentali Olandi\u017ci.", "Dan kien l-inqas numru barra mill-kontinent ospitanti li qatt ikkompeta f'Tazza tad-Dinja.", "L-Awstrija kkwalifikat g\u0127at-Tazza tad-Dinja, per\u00f2 wara l-kwalifikazzjoni l-\"Anschluss\" wa\u0127\u0127det 'il-Awstrija mal-\u0120ermanja.", "B'hekk l-Awstrija rtirat mit-turnew, b'xi plejers Awstrija\u010bi jissie\u0127bu mal-iskwadra \u0120ermani\u017ca; l-istilla Awstrijaka Matthias Sindelar irrifjuta li jilg\u0127ab f'isem it-tim unifikat.", "Il-Latvja spi\u010b\u010bat wara l-Awstrija fil-fa\u017ci tal-gruppi, per\u00f2 ma \u0121ietx mistiedna biex tipparte\u010bipa, biex b'hekk post l-Awstrija baqa' vojt.", "B'ri\u017cultat t'hekk, l-I\u017cvezja, li kellha tkun l-ewwel avversarju tal-Awstrija fil-fa\u017ci finali, ikkwalifikat awtomatikament g\u0127at-tieni rawnd.", "Dan it-turnew ra l-parte\u010bipazzjoni g\u0127all-ewwel u l-a\u0127\u0127ar darba (sal-2018) tal-Kuba u l-Indji Orjentali Olandi\u017ci (illum l-Indone\u017cja).", "Barra minn hekk kien hemm id-debutt tal-Polonja u n-Norve\u0121ja.", "Is-sittax-il tim segwenti kkwalifikaw g\u0127all-fa\u017ci finali, bl-Awstrija tirtira qabel il-bidu:", "\u0126dax-il stadju f'g\u0127axart ibliet \u0121ew mag\u0127\u017cula g\u0127al dan it-turnew.", "Il-log\u0127ba f'Lyon ma ntlag\u0127bietx min\u0127abba l-irtirar tal-Awstrija.", "G\u0127al din l-edizzjoni l-istess format tal-edizzjoni pre\u010bedenti \u0121ie mi\u017cmum.", "Jekk log\u0127ba kienet tispi\u010b\u010ba dro wara 90 minuta, 30 minuta ta' \u0127in supplementari kien jintlag\u0127ab.", "Jekk ir-ri\u017cultat jibqa' indaqs, il-log\u0127ba kienet ter\u0121a' tintlag\u0127ab.", "Din kienet l-a\u0127\u0127ar darba li format eliminatorju \u0121ie w\u017cat.", "\u0126amsa mis-seba' log\u0127biet mill-ewwel rawnd kellhom b\u017conn il-\u0127in barrani biex ji\u0121i de\u010bi\u017c ir-rebbie\u0127, b'\u017cew\u0121 log\u0127biet kellhom jer\u0121g\u0127u jintlag\u0127bu.", "Fi\u017c-\u017cew\u0121 log\u0127biet li re\u0121g\u0127u ntlag\u0127bu, il-Kuba avvanzat g\u0127all-ispejje\u017c tar-Rumanija, u l-\u0120ermanja tilfet vanta\u0121\u0121 ta' 2\u20130 meta sfat meg\u0127lubha 4\u20132 mill-I\u017cvizzera.", "Din it-telfa tal-\u0120ermani\u017ci, fost atmosfera ostili fil-folla f'Pari\u0121i, skont il-kow\u010b Sepp Herberger kienet kaw\u017ca tal-mentalit\u00e0 fqira murija mill-\u0127ames plejers Awstrija\u010bi; aktar tard, \u0121urnalista \u0120ermani\u017c ikkummenta fuq kif \"\u0120ermani\u017ci u Awstrija\u010bi jippreferu jilg\u0127abu kontra xulxin anke meta jkunu fl-istess tim\".", "Din kienet l-unika darba fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja (sal-2014) li l-\u0120ermanja naqset li tg\u0127addi mal-a\u0127\u0127ar tmienja.", "L-I\u017cvezja kkwalifikaw awtomatikament g\u0127all-kwarti tal-finali b'ri\u017cultat tal-irtirar tal-Awstrija, u huma komplew biex g\u0127elbu lill-Kuba 8\u20130.", "L-organizzaturi, Franza, \u0121ew meg\u0127luba mill-Italja, u l-Ungerija ttrijonfat fuq l-I\u017cvizzera.", "I\u010b-\u010aekoslovakkja minkejja li \u017cammet lill-Bra\u017cil sal-\u0127in barrani f'Bordeaux, fir-ripetizzjoni tal-konfront tilfet kontra s-Sud-Amerikani 2\u20131, bi\u010b-\u010aekoslovakki jkollhom nieqsa numru ta' plejers fosthom Old\u0159ich Nejedl\u00fd u Franti\u0161ek Pl\u00e1ni\u010dka li sofrew g\u0127adam miksur fl-ewwel log\u0127ba.", "Din kellha tkun l-a\u0127\u0127ar log\u0127ba fit-Tazza tad-Dinja li qatt re\u0121g\u0127et intlag\u0127bet.", "L-Ungerija ma sabux problemi biex jirb\u0127u lill-I\u017cvezja 5\u20131 fis-semifinali, filwaqt li l-Italja u l-Bra\u017cil kellhom l-ewwel konfront importanti bejniethom fost il-\u0127afna li segwew matul is-snin.", "G\u0127al din il-log\u0127ba l-Bra\u017cil kienet kunfidenti li se tasal sal-finali, tant li xtrat il-biljetti tal-ajru g\u0127al Pari\u0121i u serr\u0127et lill-aqwa plejers tag\u0127ha Le\u00f4nidas u Tim.", "It-Taljani \u0127ar\u0121u rebbie\u0127a 2\u20131, u l-Bra\u017cil kellha tikkunteta bit-tielet post wara r-reb\u0127a ta' 4\u20132 fuq l-I\u017cvezja.", "G\u0127all-finali li saret fi Stade Olympique de Colombes f'Pari\u0121i, l-Italja mmexxiha minn Vittorio Pozzo \u0127adet vanta\u0121\u0121 kmieni, per\u00f2 l-Ungeri\u017ci \u0121abu d-dro \u017cew\u0121 minuti wara.", "It-Taljani re\u0121g\u0127u \u0127adu l-vanta\u0121\u0121 ftit wara u da\u0127lu jistrie\u0127u 3\u20131 fil-vanta\u0121\u0121.", "Dan kien wisq g\u0127all-Ungeri\u017ci li qatt ma dehru li kienu se jid\u0127lu fil-log\u0127ba, u l-partita ntemmet 4\u20132.", "L-Italja b'hekk irnexxielha tiddefendi b'su\u010b\u010bess it-titlu u g\u0127al darb'o\u0127ra \u0121ew inkurunati \u010bampjins tad-dinja.", "Mal-wasla tag\u0127hom lura l-Italja, il-President Benito Mussolini ta lill-plejers premju ta' 8,000 Lira, kif stqarr snin wara Pietro Rava.", "Min\u0127abba t-Tieni Gwerra Dinjija, it-Tazza tad-Dinja kellha tieqaf g\u0127al tnax-il sena, u rritornat fl-1950."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23877", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23877", "title": "Rosemarie Aquilina", "text": ["Rosemarie Aquilina", "L-Im\u0127allef Rosemarie Aquilina (1957) hija im\u0127allef Amerikana f'Ingham County, Michigan, bint tabib Malti li emigra lejn l-Istati Uniti.", "Il-familja tal-Im\u0127allef Aquilina emigraw lejn l-Istati Uniti meta hi kienet g\u0127adha tarbija.", "Missierha, Joe Aquilina, kien tabib mill-Qrendi, filwaqt li ommha hija \u0120ermani\u017ca.", "F'intervista ma' \"It-Tor\u010ba\", f'Jannar 2018, l-Im\u0127allef Aquilina qalet li \"missieri hu Malti.", "Hu \u0121ie fl-Istati Uniti b\u0127ala adult u ing\u0127aqad mal-armata.", "Wara li serva fl-armata hu iltaqa' ma' ommi waqt li kien qed jattendi jistudja fil-\u0120ermanja.", "Jien mort ng\u0127ix man-nanniet sakemm missieri temm l-istudji tieg\u0127u fl-iskola medika.", "F'Malta g\u0127andna \u0127afna familjari u \u017corthom ukoll.", "Jien g\u0127andi kemm passaport Maltin kif ukoll passaport Amerikan.", "Jien kont naturalizzata b\u0127ala \u010bittadini tal-Istati Uniti meta kelli 12-il sena.\"", "L-Im\u0127allef Aquilina semmiet in-nanniet tag\u0127ha b'mod partikolari lil nannuha 'Kola'.", "\"In-nannu Nicholas Aquilina g\u0127amel xog\u0127ol ta' \u0127jata g\u0127ad-damask u dawn jiddendlu fil-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi fil-festa.", "Jien kont mort g\u0127all-festa u rajt dan id-damask li n-nannu u missieru kienu \u0127admu.", "A\u0127na bqajna bid-drawwiet li nieklu ikel Malti minkejja li \u0121ejna fl-Istati Uniti.", "G\u0127andna insegwu ukoll tradizzjonijiet o\u0127ra Maltin\".", "Il-Professur Malti John Baldacchino, li jg\u0127ix fl-Istati Uniti, qal lil TVM li missier Aquilina huwa Malti, u fil-fatt huwa l-ku\u0121in tal-kunjatu tieg\u0127u.", "Qal li l-familja ta' Aquilina hija wa\u0127da kbira, u r-rabtiet tag\u0127ha jestendu g\u0127al persuni Maltin mag\u0127rufa.", "Wara li ggradwat fil-li\u0121i u \u0127admet g\u0127al diversi snin b\u0127ala avukat, da\u0127let fil-militar.", "Hawnhekk hi saret l-ewwel mara li serviet b\u0127ala Im\u0127allef Avukat \u0120enerali (JAG), u kienet imlaqqma' Barracuda Aquilina.", "Hija \u0127admet g\u0127al diversi snin o\u0127ra b\u0127ala avukat, bi spe\u010bjalizzazzjoni fil-li\u0121i tal-familja, qabel \u0121iet eletta b\u0127ala Im\u0127allef fl-2008, fejn iktar tard serviet anki b\u0127ala Prim Im\u0127allef.", "Fl-2013, Aquilina qalet li l-applikazzjoni ta' Detroit biex jiddikjara l-falliment kienet tmur kontra l-kostituzzjoni, liema de\u010bi\u017cjoni bag\u0127tet lill-President Barack Obama.", "F'Jannar 2018, isimha kien qed idur mal-erbat irjie\u0127 min\u0127abba l-irwol tag\u0127ha fil-ka\u017c tat-tabib Larry Nassar, hija ta' dixxendenza Maltija.", "L-Im\u0127allef Aquilina ikkundannat lit-tabib Larry Nassar 175 sena \u0127abs wara li semg\u0127et g\u0127exieren ta' tfajliet jirrakkontaw kif kien abbu\u017ca minnhom, f'ka\u017c li xxokkja l-Istati Uniti u spi\u010b\u010ba ssemma' mad-dinja kollha.", "\"It-Tor\u010ba\" staqsiet lil Aquilina fuq il-ka\u017c ta' Nassar u l-mod kif imxiet fih: \"Ng\u0127idulha jekk il-mod kif a\u0121ixxiet kienx hemm influwenza mill-valuri Maltin li hi trabbiet fihom.", "Bla tlaqliq hi tg\u0127id li 'jien dejjem trabbejt u \u0121ew mg\u0127allma il-valuri li kienu \u0121ejjin minn Malta.", "Dak li na\u0127seb iebes u li nitkellem g\u0127al dawk li m'g\u0127andhomx vu\u010bi', tg\u0127idilna l-Im\u0127allef Aquilina.\"", "Aquilina, li hija wkoll omm, t\u0127obb tikteb, u hija l-awtri\u010bi ta' \u017cew\u0121 rumanzi, \"Feel No Evil\" u \"Triple Cross Killer\".", "Kienet tmexxi talk show fuq radju Amerikan jismu Ask the Family Lawyer."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23878", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23878", "title": "Log\u0127ob Olimpiku tas-sajf", "text": ["Log\u0127ob Olimpiku tas-sajf", "Il-Log\u0127ob Olimpiku tas-sajf huwa avveniment sportiv internazzjonali li jsir f'belt differenti kull erba' snin.", "L-iktar edizzjoni ri\u010benti saret f'Rio de Janeiro, il-Bra\u017cil.", "Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jorganizzaw dawn il-log\u0127ba u j\u0127ares fuq il-preparamenti tal-belt ospitanti.", "F'kull avveniment Olimpiku, midalji tad-deheb jing\u0127ataw lil minn jispi\u010b\u010ba fl-ewwel post, midalji tal-fidda g\u0127at-tieni u midalji tal-bron\u017c g\u0127at-tielet klassifikat; din it-tradizzjoni bdiet fl-1904.", "Is-su\u010b\u010bess tal-Olimpjadi tas-sajf wasslu g\u0127all-\u0127olqien tal-Log\u0127ob Olimpiku tax-xitwa.", "L-Olimpjadi kibru minn kompetizzjoni ta' 42 avveniment b'inqas minn 250 kompetitur maskili minn 14-il pajji\u017c fl-1896 g\u0127al 302 avvenimenti b'10,768 kompetitur minn 204 pajji\u017ci fl-2012.", "Huma biss \u0127ames pajji\u017ci \u2013 il-Gre\u010bja, l-Awstralja, Franza, ir-Renju Unit u l-I\u017cvizzera \u2013 li pparte\u010bipaw f'kull Olimpjadi tas-sajf.", "L-unika pajji\u017c li minn tal-anqas reba\u0127 midalja tad-deheb f'kull edizzjoni huwa r-Renju Unit.", "Tmintax-il pajji\u017c ospitaw fihom l-Olimpjadi tas-sajf, bl-Istati Uniti torganizza erba' edizzjonijiet tal-Olimpjadi tas-sajf.", "Il-bliet ta' Ateni, fil-Gre\u010bja, u Tokjo, fil-\u0120appun, huma l-uni\u010bi li ospitaw (jew se jospitaw) fihom \u017cew\u0121 edizzjonijiet.", "Ir-regoli ta' kwalifikazzjoni g\u0127al kull sport Olimpiku huma ddettati mill-federazzjonijiet sportivi li jmexxu l-kompetizzjoni internazzjonali ta' dak l-isport.", "G\u0127al sports individwali, il-kompetituri tipikament jikkwalifikaw wara li jkunu kisbu po\u017cizzjoni partikulari f'xi avveniment internazzjonali jew fi klassifika tal-federazzjoni internazzjonali.", "Hemm regola \u0121enerali li massimu ta' tliet atleti individwali jistg\u0127u jirrapre\u017centaw lil pajji\u017c f'kull kompetizzjoni.", "Il-Kumitati Olimpi\u010bi Nazzjonali (KON) jistg\u0127u jda\u0127\u0127lu numru limitat ta' kompetituti kwalifikati g\u0127al kull avveniment, u l-KON jidde\u010biedu liema kompetituri kwalifikati g\u0127andhom jintg\u0127a\u017clu f'ka\u017c li iktar ikunu la\u0127qu xi punt ta' riferiment.", "Pajji\u017ci \u0121eneralment jikkwalifikaw g\u0127al sports tat-timijiet permezz ta' turnej ta' kwalifikazzjoni fejn kull asso\u010bjazzjoni kontinentali ting\u0127ata numru ta' sports fit-turnew Olimpiku.", "Kull pajji\u017c jista' ji\u0121i rappre\u017centat minn mhux iktar minn tim wie\u0127ed f'kull kompetizzjoni (tim huwa \u017cew\u0121 persuni f'\u010berti sports).", "Dati a\u0121\u0121ornati skont il-31 Olimpjadi tas-sajf."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23879", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23879", "title": "Bayzo", "text": ["Bayzo", "Bayzo (San Pawl il-Ba\u0127ar, 3 t'April, 1947 - 1 ta' Frar 2018) jew Tony Camilleri kien kantant popolari Malti.", "Jibqa' mag\u0127ruf g\u0127al-le\u0127en uniku li kellu u anke g\u0127al kanzunetti mill-isba\u0127 fosthom \"Qalu li raw\" li kien \u0127a sehem biha fil-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija tal-1986.", "Fis-snin sittin kien ukoll wie\u0127ed mill-kantanti ewlenin tal-grupp \"The Malta Bums\".", "Tibqa' mag\u0127rufa l-kanzunetta tieg\u0127u \"L-Ewwel Tfajla li \u0127abbejt\".", "Il-Bayzo flimkien ma' Freddie Portelli, l-a\u0127wa Paul u Mario Perrone, Tony Muscat u Tony Bartolo, kienu jiltaqg\u0127u fl-g\u0127elieqi tal-in\u0127awi ta' San Pawl il-Ba\u0127ar u joqog\u0127du jdoqqu u jkantaw.", "Minn hemm twieldu l-Malta Bums li ori\u0121inarjament l-isem kienu The Bums.", "Ma' The Malta Bums, il-Bayzo kien g\u0127amel sitt xhur jg\u0127ix u jdoqq fil-\u0120ermanja fejn hemm ori\u0121inat il-Viva Malta lejn l-a\u0127\u0127ar tal-1967.", "Wara li kien infired minn The Malta Bums, kien g\u0127aqqad il-grupp tieg\u0127u 'Bayzo's Klikka', attiv f'bosta lukandi u nightclubs.", "\u0126a sehem f'bosta festivals u musicals.", "Kien mar g\u0127al tour fl-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti fejn kanta u daqq g\u0127all-emigranti Maltin.", "Irrappre\u017centa lil Malta f'xi konkorsi li \u0127a sehem fihom fil-Polonja u s-Slovakkja.", "Bayzo kien ing\u0127ata parti fil-film tar-RAI \"Cristoforo Colombo\" (1984) li partijiet minnu n\u0121ibdu f'Malta u anki fir-Repubblika Domenikana.", "Hawn il-Bayzo kien g\u0127amel sitt \u0121img\u0127at fuq dan is-sett flimkien mal-atturi John Suda u Lino Mintoff.", "Kien \u0127a sehem fir-rock operas Dream \u2013 l-ewwel rock opera Maltija mtellg\u0127a fit-Teatru Manoel fl-1974.", "Fl-1982, kien wie\u0127ed mill-kantanti tar-Rock Opera popolari Maltija: \u0120ensna u kien irrispettat g\u0127all-istil uniku tieg\u0127u kif ukoll g\u0127all-umilt\u00e0 li dejjem \u017camm.", "Nhar is-27 ta' \u0120unju 2013, il-Bayzo ing\u0127ata l-Midalja \u0120ie\u0127 San Pawl il-Ba\u0127ar.", "Il-Partit Laburista qies il-mewt tal-Bayzo b\u0127ala telfa kbira g\u0127ax-xena mu\u017cikali Maltija min\u0127abba li g\u0127al snin twal, Camilleri kien mag\u0127ruf b\u0127ala wie\u0127ed mill-persona\u0121\u0121i ewlenin fil-qasam mu\u017cikali Malti.", "Filwaqt li l-PL fakkar fil-prestazzjonijiet internazzjonali tieg\u0127u fejn ippromwova l-mu\u017cika Maltija, irrefera b'mod spe\u010bjali g\u0127all-interpretazzjoni tal-Bayzo fir-Rock Opera, \u0120ensna."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23880", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23880", "title": "Anton Agius Muscat", "text": ["Anton Agius Muscat", "Anton Agius Muscat (\u0126amrun, 19 ta' April 1931 - 2 ta' Frar 2018) kien g\u0127alliem u awtur Malti.", "Studja l-Li\u010beo, is-St Michael's Training College u f'St Mary University College ta' Twickenhan, l-Ingilterra.", "Fl-1950 beda jg\u0127allem mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, fl-1960 la\u0127aq assistent kap u fl-1970 in\u0127atar Kap ta' skola.", "Huwa rtira mis-servizz fl-1992.", "Agius Muscat hu mag\u0127ruf aktar g\u0127all-\u0127idma tieg\u0127u fil-Moviment tal-Malti u l-G\u0127aqda Letterarja Maltija fejn \u0127a \u0127sieb jippre\u017centa diversi programmi letterarji fi\u017c-\u017cew\u0121 g\u0127aqdiet.", "Fl-1960 kien milqug\u0127 b\u0127ala membru tal-G\u0127aqda tal-Kittieba tal-Malti, mag\u0127rufa llum b\u0127ala l-Akkademja tal-Malti, u g\u0127al snin twal \u0127adem fil-kunsill kemm b\u0127ala Segretarju Relazzjonijiet Pubbli\u010bi kif ukoll b\u0127ala Te\u017corier u Vi\u010bi President.", "F'isem L-Akkademja tal-Malti organizza u mexxa erbatax-il programm televi\u017civ fl-1980/81 bl-isem \u0126arsa mill-Qrib, li fihom it-telespettatur iltaqa' ma' kittieba anzjani.", "Fl-1982, Karmenu Vassallo ddeskrivieh b\u0127ala \"kontributur \u0127awtiel u lie\u017cem fil-qasam \u0121urnalistiku Malti, b'\u0127emel ta' kitba bl-Ingli\u017c u bil-Malti ta' qatg\u0127a u xejra kulturali/edukattiva/so\u010bjali.\""], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23881", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23881", "title": "Deputat Mexxej tal-Partit Laburista", "text": ["Deputat Mexxej tal-Partit Laburista"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23882", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23882", "title": "Los Angeles", "text": ["Los Angeles", "Los Angeles, mag\u0127rufha wkoll fil-qasir b\u0127ala L.A., hija belt fl-Istati Uniti tal-Amerika, i\u010b-\u010bentru kulturali, finanzjarju u kummer\u010bjali ta' Southern Calfornia.", "B'popolazzjoni ta' 3,976,322 ru\u0127 (skont \u010bensiment tal-2016), din il-belt hi t-tieni l-ikbar wa\u0127da f'termini ta' popolazzjoni fl-Istati Uniti (wara New York City) u l-ikbar wa\u0127da fl-istat ta' California.", "Ikkonfinata minn tliet na\u0127at ta' muntanji li jwasslu mat-3,000 metru f'ba\u010bin qrib il-kosta, Los Angeles tkopri \u017cona ta' madwar 469 mil kwadru (1,210 km).", "Il-belt hi wkoll is-sede tal-Kontea ta' Los Angeles, l-ikbar kontea fil-pajji\u017c.", "Los Angeles hi \u010b-\u010bentru ta\u017c-\u017cona metropolitana ta' Los Angeles, bi 13-il miljun resident.", "Storikament, Los Angeles \u0121iet uffi\u010bjalment fundata fl-4 ta' Settembru 1781, mill-gvernatur Spanjol Felipe de Neve.", "Din saret parti mill-Messiku fl-1821 wara l-Gwerra tal-Indipendenza tal-Messiku.", "Fl-1848, fi tmiem tal-Gwerra Messiku-Amerikana, Los Angeles u l-kumplament ta' California inxtraw biex saru parti mill-Istati Uniti.", "Los Angeles saret muni\u010bipalit\u00e0 fl-4 ta' April 1850, \u0127ames xhur qabel ma' California kisbet l-istatus ta' stat.", "L-iskoperta ta\u017c-\u017cejt fl-1890ijiet wasslu g\u0127al spinta ekonomika qawwija fil-belt.", "Imlaqqma b\u0127ala \"City of Angels\" (Il-Belt tal-An\u0121li) min\u0127abba kif isimha huwa tradott bil-lingwa Spanjola, Los Angeles hi mag\u0127rufha g\u0127all-klima Mediterranja tag\u0127ha u d-diversit\u00e0 etnika.", "Il-belt hija wkoll mutur ekonomiku sustanzjali fil-pajji\u017c, b'ekonomija diversifikata f'numru ta' kampijiet professjonali u kulturali.", "Los Angeles hi wkoll famu\u017ca min\u0127abba li fiha tospita lil Hollywood, i\u010b-\u010bentru tal-industrija tad-divertiment fid-dinja.", "L-isem Los Angeles \u0121ej mill-Ispanjol g\u0127al \"L-An\u0121li\" u huwa ver\u017cjoni mqassra mill-isem ori\u0121inali tal-post li kien \"\"El Pueblo de Nuestra Se\u00f1ora la Reina de los \u00c1ngeles de Porci\u00fancula\"\" (bil-Malti, \"il-belt ta' Santa Marija tal-An\u0121li ta' Porzjunkola\"), mog\u0127ti wara li l-esploratur Katalan Gaspar de Portol\u00e0 mexxa spedizzjoni f'Southern California flimkien mal-patrijiet Fran\u0121iskani Jun\u00edpero Serra u Juan Crespi.", "Fl-4 ta' April 1850, California saret stat tal-Istati Uniti, u fl-istess sena Los Angeles saret muni\u010bipalit\u00e0 meta l-popolazzjoni tag\u0127ha kienet ta' madwar 1,600 ru\u0127.", "Il-ferrovija waslet Los Angeles fl-1876 ta\u0127t il-kumpanija Southern Pacific Railroad.", "L-ewwel korp tal-pulizija f'Los Angeles \u0121ie fundat fl-1853 ta\u0127t l-isem ta' Los Angeles Rangers, minn volontiera.", "Fl-1869 twaqqfet l-LAPD, akronimu ta' Los Angeles Police Department, meta sitt a\u0121enti \u0121ew ma\u0127tura mill-kap tal-pulizija William C. Warren.", "Illum il-\u0121urnata hemm 'il fuq minn 4,000 a\u0121ent tal-g\u0127assa, ming\u0127ajr ma jing\u0127addu il-Los Angeles Sheriff's Department, li jkopru l-kontea kollha ta' Los Angeles.", "L-ewwel tkabbir fl-i\u017cvilupp ta' Los Angeles kien fl-iskopera ta\u017c-\u017cejt fl-1892.", "Fl-1923, i\u017c-\u017cona ta' Los Angeles kienet tforni kwart ta\u017c-\u017cejt konsumat fid-dinja.", "Los Angeles ospitat \u017cew\u0121 edizzjonijiet tal-Log\u0127ob Olimpiku fl-1932 u l-1984."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23884", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23884", "title": "Vlamertinge", "text": ["Vlamertinge", "Vlamertinge huwa ra\u0127al fil-provin\u010bja Bel\u0121jana tal-Fjandri tal-Punent u muni\u010bipalit\u00e0 tal-belt ta' Ypres.", "I\u010b-\u010bentru tal-villa\u0121\u0121 ta' Vlamertinge jinsab e\u017catt barra \u010b-\u010bentru tal-belt ta' Ypres, matul it-triq prin\u010bipali N38 lejn il-belt ta' Poperinge li tinsab fil-qrib.", "Minbarra \u010b-\u010bentru tal-belt ta' Ypres infisha, Vlamertinge huwa l-akbar muni\u010bipalit\u00e0 ta' Ypres.", "Fil-punent ta' Vlamertinge, fit-triq lejn Poperinge, hemm il-villa\u0121\u0121 ta' Brandhoek.", "L-ewwel informazzjoni dwar Vlamertinge \u0121ejja mill-Medju Evu.", "Fl-857 inbniet kappella f'Vlamertinge.", "Fl-970 Ypres \u0121iet meqruda u l-kappella ta' Vlamertinge \u0127arqet.", "L-iktar dokument antikl nafu bih li jinkludi l-isem Flambertenges, huwa att tas-sena 1066.", "Baudouin van Lille, konti tal-Fjandri, martu Adela u ibnu Baudouin, f'dan l-att taw xi artijiet lill-knisja u l-kapitolu ta' Sint-Pieters f'Lille.", "G\u0127axar parti minn din l-art kienet f'Elverdinge u g\u0127axar parti o\u0127ra f'Vlamertinge - \"In territorio Furnensi, in villa Elverzenges, decinam unam ; Flambertenges decinam similiter unam \".", "Ta\u0127t l-Ancien R\u00e9gime Vlamertinge kienet glorja ta' Veurne-Ambacht bi 22 wara u sofriet \u0127afna mill-assedji ta' Ypres fil-qrib.", "Vlamertinge hija 17-il metru 'l fuq mil-livell tal-ba\u0127ar.", "Il-muni\u010bipalit\u00e0 tmiss ukoll il-Ypres fil-Lvant, Voormezele fix-Xlokk, Kemmel u Dikkebus fin-Nofsinhar, Reningelst fil-Lbi\u010b, Poperinge fil-Punent, Elverdinge fit-Tramuntana u Brielen fil-Grigal.", "Mill-1487 sal-1697 naraw tnaqqis kbir fil-popolazzjoni ta' Vlamertinge.", "L-iktar spjegazzjoni plawsibbli g\u0127al dan hi l-Gwerra ta' Tmenin Snin fl-Olanda.", "Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija naraw li l-popolazzjoni qieg\u0127da ter\u0121a' ti\u017cdied.", "Dan min\u0127abba li Ypres fil-qrib, belt fuq il-front tal-battalja, kienet ibbumbardjata \u0127afna u Vlamertinge sofra \u0127afna minn dawn l-attakki bil-bombi."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23885", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23885", "title": "Budapest", "text": ["Budapest", "Budapest hi l-belt kapitali tal-Ungerija.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 1,744,665 ru\u0127 (sal-2014)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23886", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23886", "title": "Eintracht Frankfurt", "text": ["Eintracht Frankfurt", "Eintracht Frankfurt g\u0127andhom rivalit\u00e0 ma' Kickers Offenbach, SV Darmstadt 98, u 1.", "FC Kaiserslautern."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23888", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23888", "title": "Blake Clark", "text": ["Blake Clark", "Blake Clark (Georgia, Stati Uniti, 2 ta' Frar, 1946) kien attur, \"stand-up comedian\", produttur tal-films, u xene\u0121\u0121jatur Amerikan."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23889", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23889", "title": "Vjenna", "text": ["Vjenna", "Vjenna hi l-belt kapitali tal-Awstrija.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 1,897,491 ru\u0127 (sal-2019)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23890", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23890", "title": "Amsterdam", "text": ["Amsterdam", "Amsterdam hi l-belt kapitali tal-Pajji\u017ci l-Baxxi.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 851,573 ru\u0127 (sal-2017)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23891", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23891", "title": "Bern", "text": ["Bern", "Bern hi l-belt kapitali tal-\u017bvizzera.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 133,115 ru\u0127 (sal-2016)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23892", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23892", "title": "Li\u017cbona", "text": ["Li\u017cbona", "Li\u017cbona hi l-belt kapitali tal-Portugall.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 506,892 ru\u0127 (sal-2015)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23893", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23893", "title": "Sofija", "text": ["Sofija", "Sofija hi l-belt kapitali tal-Bulgarija.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 1,260,120 ru\u0127 (sal-2015)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23894", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23894", "title": "Tirana", "text": ["Tirana", "Tirana hi l-belt kapitali tal-Albanija.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 862,361 ru\u0127 (sal-2011)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23897", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23897", "title": "Ankara", "text": ["Ankara", "Ankara hi l-belt kapitali tal-Turkija.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 5,270,575 ru\u0127 (sal-2015)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23898", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23898", "title": "Bukarest", "text": ["Bukarest", "Bukarest hi l-belt kapitali tal-Rumanija.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 1,883,425 ru\u0127 (sal-2011)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23901", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23901", "title": "Vaduz", "text": ["Vaduz", "Vaduz hi l-belt kapitali tal-Liechtenstein.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 5,407 ru\u0127 (sal-2016)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23902", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23902", "title": "Baku", "text": ["Baku", "Baku hi l-belt kapitali tal-A\u017cerbaj\u0121an.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 2,374,000 ru\u0127 (sal-2015)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23904", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23904", "title": "Nursultan", "text": ["Nursultan", "Nursultan hi l-belt kapitali tal-Ka\u017cakistan.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 1,029,556 ru\u0127 (sal-2017)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23910", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23910", "title": "Partit Demokratiku (Malta)", "text": ["Partit Demokratiku (Malta)", "Il-Partit Demokratiku huwa partit politiku fuq ix-xellug \u010bentrali f'Malta.", "Il-PD twaqqaf fl-2016 minn Marlene Farrugia, li qabel kienet MP g\u0127all-Partit Laburista.", "Hi \u0127alliet il-partit u saret MP indipendenti.", "Waqt li \u0127abbret il-formazzjoni tal-partit il-\u0121did f'\u0120unju tal-2016, Farrugia b\u0127ala mexxej interim iddikjarat li l-partit kien alternattiva \u0121dida g\u0127all-Partit Laburista u Partit Nazzjonalista tradizzjonalment dominanti.", "Fil-21 ta' Ottubru 2016, Farrugia \u0121iet eletta l-ewwel mexxej tal-PD f'laqg\u0127a \u0121enerali biex jikkonferma l-e\u017cekuttiv tal-partit.", "Il-parti \u0121iet formalment irre\u0121istrat mal-Kummissjoni Elettorali f'Novembru tal-2016."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23911", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23911", "title": "Ittri mill-Mit\u0127na Tieg\u0127i", "text": ["Ittri mill-Mit\u0127na Tieg\u0127i", "Ittri mill-Mit\u0127na Tieg\u0127i (\"Lettres de mon moulin\") hi \u0121abra ta' novelli, il-parti l-kbira ambjentati fi Provenza, miktubin mill-kittieb Fran\u010bi\u017c Alphonse Daudet li dehret fl-1869.", "Il-ktieb, famu\u017cissmu fi Franza, fejn hu spiss meqjus - in\u0121ustament - b\u0127ala xog\u0127ol g\u0127at-tfal, hu parti ispirat mir-rakkonti li Daudet \u0121abar fi Provenza (l-istorja ta' \"L-Arle\u017cjana\" \u0121iet irrakkuntata lil Daudet minn Fr\u00e9d\u00e9ric Mistral).", "Xi w\u0127ud minnhom kisbu fama straordinarja li saru proverbjali, b\u0127al \"Il-Mog\u0127\u017ca ta' Monsieur Seguin\" (La ch\u00e8vre de M. Seguin), \"Is-Sigriet ta' Ma\u00eetre Cornille\" (Le secret de ma\u00eetre Cornille), \"Il-Kappillan ta' Cucugnan\" (Le cur\u00e9 de Cucugnan).", "In-novelli kienu l-ewwel ippubblikati, mit-18 ta' Awwissu 1866, bl-isem \"Kronaki Provenzali\" f'\"L'Ev\u00e9nement\", imbag\u0127ad f'\"Le Figaro\" fl-1868-69.", "L-ewwel pubblikazzjoni b\u0127ala \u0121abra, bit-titlu \"Ittri mill-Mit\u0127na Tieg\u0127i\" dehret fl-1869.", "B'kollox l-\"Ittri mill-Mit\u0127na Tieg\u0127i\" kienu erba' u g\u0127oxrin.", "Dwar l-ittri Daudet f\"'Trente ans de paris, \u00e0 travers ma vie et mes livres qal li\" inkitbu bil-kapri\u010b\u010bi tar-ri\u0127, ta' mument, ta' e\u017cistenza a\u0121itata g\u0127al kollox\".", "Minkejja li Daudet mar joqg\u0127od Pari\u0121i fl-1857 u g\u0127ex kwa\u017ci dejjem f'dik il-belt, il-memorji ta' tfulitu u l-adolexxenza tieg\u0127u li g\u0127ex fi Provenza qatt ma \u0127allewh.", "Mar lura Provenza fl-1861, imbag\u0127ad fl-1863-64, meta kien il-mistieden tal-ku\u0121ini tieg\u0127u Ambroy, fil-kastell ta' Montauban, \u0127dejn Fontvieille.", "Hemm iltaqa' ma' Mistral, il-poeta kbir ta' Provenza li kien di\u0121\u00e0 iltaqa' mieg\u0127u Pari\u0121i fl-1859.", "Il-mit\u0127na fejn Daudet qal li kien g\u0127ex u fejn suppost kiteb l-ittri, g\u0127adha te\u017cisti u hi \u010bentru ta' pellegrina\u0121\u0121i g\u0127al dawk li jammiraw \u0127afna 'l Daudet, imma hu qatt ma g\u0127ex fiha.", "Il-ktieb inqaleb g\u0127all-Malti minn Joe Pul\u00e8 (Horizons 2019).", "Minn \"L-Arle\u017cjana\" Daudet \u0127are\u0121 dramm li g\u0127alih Georges Bizet fl-1872 ikkompoma xi \"musiche di scena\", li saru famu\u017cissmi Mill-istess dramm L. Marenco \u0127are\u0121 librett g\u0127al opra li \u0121iet immu\u017cikata minn Francesco Cilea (l-ewwel rappre\u017centazzjoni f'Milano, Teatro Lirico, is-27 ta' Novembru 1897).", "Ir-re\u0121ista Fran\u010bi\u017c, Marcel Pagnol (Aubagne, 1895 \u2013 Parigi, 1974) fl-1954 u fl-1967 ipprodu\u010ba \u017cew\u0121 films ispirati minn erbg\u0127a mir-rakkonti: : \"L-Eli\u017cir tar-Reverendu Patri Gaucher, Is-Sigriet ta' Ma\u00eetre Cornille, It-Tliet Quddisiet Letti\" u \"Il-Kappillan ta' Cucugnan.\""], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23912", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23912", "title": "Ri\u017coluzzjoni tal-Assemblea \u0120enerali tal-\u0120nus Mag\u0127quda 68/262", "text": ["Ri\u017coluzzjoni tal-Assemblea \u0120enerali tal-\u0120nus Mag\u0127quda 68/262", "Ir-Ri\u017coluzzjoni 68/262 tal-Assemblea \u0120enerali tal-\u0120nus Mag\u0127quda \u0121iet adottata fis-27 ta' Marzu 2014 mit-tmienja u sittin sessjoni tal-Assemblea \u0120enerali tal-\u0120nus Mag\u0127quda b'reazzjoni g\u0127all-annessjoni Russa tal-Krimea u intitolata \"Integrit\u00e0 territorjali tal-Ukrajna\".", "Ir-ri\u017coluzzjoni mhux vinkolanti, li kienet appo\u0121\u0121jata minn mitt stat membru tal-\u0120nus Mag\u0127quda, affermat l-impenn tal-Assemblea \u0120enerali g\u0127all-integrit\u00e0 territorjali tal-Ukrajna fi \u0127dan il-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tag\u0127ha u enfasizzat l-invalidit\u00e0 tar-referendum tal-Krimea tal-2014.", "\u0126dax-il nazzjon ivvotaw kontra r-ri\u017coluzzjoni, filwaqt li 58 astjenew, u 24 stati o\u0127ra kienu nieqsa meta saret il-votazzjoni.", "Ir-ri\u017coluzzjoni \u0121iet introdotta mill-Kanada, il-Kosta Rika, il-\u0120ermanja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Ukrajna.", "L-adozzjoni tar-ri\u017coluzzjoni kienet pre\u010beduta mit-tentattivi bla su\u010b\u010bess tal-Kunsill tas-Sigurt\u00e0 tal-\u0120nus Mag\u0127quda li sejja\u0127 seba' sessjonijiet biex jindirizza l-kri\u017ci tal-Krimea, biss kellu jaffa\u010b\u010bja l-veto Russu."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23913", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23913", "title": "Elena Ceau\u0219escu", "text": ["Elena Ceau\u0219escu", "Elena Ceau\u0219escu (imwielda b\u0127ala Lenu\u021ba Petrescu; Petre\u0219ti, 7 ta' Jannar 1916 \u2013 T\u00e2rgovi\u0219te, 25 ta' Di\u010bembru 1989) kienet il-mara ta' Nicolae Ceau\u0219escu, il-kap Komunista tar-Rumanija.", "Hi serviet ukoll b\u0127ala Vi\u010bi-Prim Ministru tar-Rumanija.", "Lenu\u021ba Petrescu twieldet f'familja ta' bdiewa fir-ra\u0127al ta' Petre\u0219ti, fid-distrett ta' D\u00e2mbovi\u021ba.", "Rekords skolasti\u010bi juru li l-unika marka tajba li \u0121abet kien fix-xog\u0127ol tal-labar fl-iskola primarja.", "Wara l-iskola primarja marret tg\u0127ix flimkien ma' \u0127uha fil-belt ta' Bukarest fejn g\u0127all-bidu kienet ta\u0127dem b\u0127ala assistenta f'laboratorju qabel ma sabet xog\u0127ol f'fabbrika tat-tessuti.", "Fl-1939 issieb\u0127et mal-Partit Komunista Rumen u hemmhekk iltaqg\u0127et ma\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Nicolae Ceau\u0219escu.", "Ceau\u0219escu mal-ewwel laqtitu lil Elena, u g\u0127alkemm ir-relazzjoni tag\u0127hom kienet wa\u0127da im\u0127arbta min\u0127abba li Ceau\u0219escu kien die\u0127el u \u0127iere\u0121 il-\u0127abs, huma \u017c\u017cew\u0121u fit-23 ta' Di\u010bembru 1947.", "Wara li l-Komunisti \u0127adu l-poter, Elena \u0127admet b\u0127ala segretarja fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.", "Meta r-ra\u0121el tag\u0127ha sar segretarju \u0121enerali tal-partit, Elena ng\u0127atat diversi uffi\u010b\u010bji fil-Partit Komunista Rumen.", "F'\u0120unju tal-1973 hi saret membru tal-Politburo tal-Partit Komunista, biex b'hekk la\u0127qet b\u0127ala t-tieni l-og\u0127la u l-iktar figura influwenti wara Ceau\u0219escu innifsu.", "Hi kienet involuta \u0127afna fl-amministrazzjoni tal-partit flimkien ma' \u017cew\u0121ha, u kienet fost il-ftit min-nisa mi\u017c\u017cew\u0121a ta' kapijiet tal-Partit Komunista li kellha profil politiku g\u0127oli.", "Elena kienet takkumpanja lil \u017cew\u0121ha f'diversi \u017cjarat uffi\u010bjali barra mill-pajji\u017c.", "Waqt \u017cjara statali lir-Repubblika Popolari ta\u010b-\u010aina f'\u0120unju tal-1971, hi nnutat kif Jiang Qing, il-mara tal-President Mao Zedong, kellha po\u017cizzjoni ta' poter.", "B'ri\u017cultat t'hekk bdiet ta\u0127dem biex tikseb iktar poter politiku fir-Rumanija.", "F'\u0120unju tal-1971, \u0121iet eletta b\u0127ala membru tal-Kummissjoni \u010aentrali fuq it-Tbassir So\u010bjo-Ekonomiku, u f'Lulju tas-sena ta' wara, saret membru s\u0127i\u0127 tal-Kumitat \u010aentrali tal-Partit Komunista.", "F'\u0120unju tal-1973, wara li \u0121iet nominata minn Emil Bodn\u0103ra\u0219, \u0121iet eletta fil-Kumitat E\u017cekuttiv tal-partit.", "F'Novembru tal-1974, matul il-\u0127dax-il Kungress tal-Partit, saret membru tal-kumitat e\u017cekuttiv politiku, u f'Jannar tal-1977, saret membru tal-og\u0127la korp fi \u0127dan il-partit, l-Uffi\u010b\u010bju Permanenti tal-Kumitat E\u017cekuttiv Politiku.", "F'Marzu tal-1975, \u0121iet eletta fil-Gran Assemblea Nazzjonali, il-le\u0121i\u017clatura nazzjonali tal-pajji\u017c, fejn \u0127adet is-si\u0121\u0121u ta' Pite\u0219ti (fid-disrett ta' Arges), l-iktar re\u0121jun industrijali importanti fil-pajji\u017c.", "Din il-kariga baqg\u0127et i\u017c\u017commha sa mewtha.", "F'Marzu tal-1980, saret Vi\u010bi-Prim Ministru, titlu statali li wkoll \u017cammitu sar-Rivoluzzjoni Rumena.", "Mis-snin tmenin 'il quddiem, Elena kienet i\u010b-\u010bentru ta' kult tal-personalit\u00e0 li kien jil\u0127aq lil dak ta' Nicolae.", "Hi kienet mag\u0127rufha b\u0127ala \"Omm in-Nazzjon\".", "B\u0127al \u017cew\u0121ha, it-Televi\u017cjoni Rumena kienet ta\u0127t ordnijiet stretti sabiex tinkwadraha bl-a\u0127jar mod possibbli, fosthom li ma kellhiex tintwera fil-profil min\u0127abba mne\u0127irha kbir u d-dehra sempli\u010bi tag\u0127ha.", "Nhar is-16 ta' Di\u010bembru 1989, f'Timi\u0219oara n\u0121abret \u0121emg\u0127a biex tappo\u0121\u0121ja lill-qassis Ungeri\u017c Laszlo Tokes li kien arrestat wara li attakka t-tmexxija ta' Ceau\u0219escu.", "Din kibret aktar minn mistenni g\u0127al protesta kbira kontra l-gvern.", "L-armata sparat fuq il-folla u mijiet sfaw vittmi.", "Fl-20 ta' Di\u010bembru saret it-tieni protesta fejn fiha \u0127adu sehem 50,000 ru\u0127, bl-uniku g\u0127an kien li jipprotestaw kontra l-gvern u Nicolae Ceau\u0219escu.", "Nicolae, fuq parir ta' Elena, ordna li l-g\u0127ada kellha ssir attivit\u00e0 fil-pjazza \u010bentrali ta' Bukarest.", "Hemmhekk in\u0121abru mat-80,000 ru\u0127 li malli Nicolae tfa\u010b\u010ba fil-parapett flimkien ma' martu u d-diversi uffi\u010bjali tal-Partit, qabdu jg\u0127ajtu g\u0127ajat kontra \u017c-\u017cew\u0121 dittaturi.", "Bis-sitwazzjoni teskala, Elena \u0127arbet ma' \u017cew\u0121ha fit-22 ta' Di\u010bembru, per\u00f2 nqabdu fil-belt ta' T\u00e2rgovi\u0219te.", "Fil-pro\u010bess hi wie\u0121bet g\u0127al ftit mistoqsijiet min\u0127abba li Nicolae \u0127a rwol protettiv, saqsiha sabiex tikkalma u xengel rasu kull darba li kienet titkellem b'rabja.", "Nhar il-Milied, fil-25 ta' Di\u010bembru, \u0121ew sentenzjanti g\u0127all-mewt.", "Huma ntrabtu b'idejhom wara darhom u ttie\u0127du barra fejn skwadra tal-isparar sparat fuq it-tnejn.", "Hi kellha 73 sena.", "Hi kienet l-unika mara li qatt ing\u0127atat il-piena kapitali fl-istat modern tar-Rumanija."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23914", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23914", "title": "Trojany", "text": ["Trojany", "Trojany huwa villa\u0121\u0121 fil-Lbi\u010b tal-Polonja.", "Skond statistika ma\u0127ru\u0121a fl-2011, kien hemm 520 abitant jg\u0127ixu f'dan il-villa\u0121\u0121."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23916", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23916", "title": "Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950", "text": ["Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950", "It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950 kienet ir-raba' edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret il-Bra\u017cil bejn l-24 ta' \u0120unju u s-16 ta' Lulju 1950.", "Din kienet l-ewwel Tazza tad-Dinja mill-1938, bl-edizzjonijiet tal-1942 u l-1946 ji\u0121u m\u0127assra min\u0127abba t-Tieni Gwerra Dinjija.", "Ir-rebbie\u0127a kienu l-Urugwaj, li kienu reb\u0127u wkoll l-edizzjoni inawgurali fl-1930.", "Huma reb\u0127u lill-pajji\u017c ospitanti tal-Bra\u017cil fl-a\u0127\u0127ar log\u0127ba de\u010bi\u017civa.", "Din hija l-unika edizzjoni fejn ir-rebbie\u0127 ma \u0121iex de\u010bi\u017c b'finali, kif ukoll fejn it-trofew \u0121ie msemmi b\u0127ala t-Tazza Jules Rimet, ad unur il-25 anniversarju mill-presidenza tal-FIFA ta' Jules Rimet.", "Wara l-gwerra, il-FIFA kienet im\u0127e\u0121\u0121a biex ter\u0121a' tqajjem il-kompetizzjoni mill-iktar fis.", "Ir-ri\u017cultat tal-gwerra \u0127alla lill-Ewropa f'rovina, u ri\u017cultat t'hekk il-FIFA sabitha diffi\u010bli ssib pajji\u017c interessata li tospita dan l-avveniment.", "Dan min\u0127abba li \u0127afna mill-gvernijiet idde\u010bidew li jiddedikaw ir-ri\u017corsi skarsi tag\u0127hom g\u0127al \u0127ti\u0121ijiet aktar essenzjali minn dik ta' \u010belebrazzjoni sportiva.", "Bit-Tazza tad-Dinja tkun f'risku li ma ssirx min\u0127abba n-nuqqas ta' interess mill-komunit\u00e0 internazzjonali, il-Bra\u017cil ippre\u017centa l-kandidatura tieg\u0127u matul il-Kungress tal-FIFA tal-1946 u offra li jorganizza t-turnew bil-patt u l-kundizzjoni li dan isir fl-1950 (il-pjan ori\u0121inali kien li jsir fl-1949).", "Il-Bra\u017cil u l-\u0120ermanja kienu minn ta' quddiem fil-kandidatura tag\u0127hom g\u0127at-Tazza tad-Dinja tal-1942.", "Min\u0127abba li l-edizzjonijiet tal-1934 u l-1938 saru fl-Ewropa, stori\u010bi tal-futbol \u0121eneralment jaqblu li l-avveniment tal-1942 kellu jing\u0127ata lil pajji\u017c Sud-Amerikan.", "Wara li assiguraw l-organizzatur, il-FIFA kellha xorta wa\u0127da sabitha diffi\u010bli biex tikkonvin\u010bi lil timijiet nazzjonali biex jikkompetu.", "L-Italja kienet fuq quddiem tal-lista b\u0127ala rebbie\u0127 tal-a\u0127\u0127ar \u017cew\u0121 edizzjonijiet.", "Madanakollu, it-tim nazzjonali Taljan kien iddg\u0127ajjef wara t-tra\u0121eda tal-ajru ta' Superga li temmet il-\u0127ajja tal-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-ewwel tim sena qabel il-bidu tat-turnew.", "Eventwalment, it-Taljani \u0121ew perswa\u017ci, imma g\u0127amlu l-vja\u0121\u0121 bil-vapur minflok bl-ajruplan.", "Il-Bra\u017cil b\u0127ala l-pajji\u017c organizzatur u l-Italja b\u0127ala \u010b-\u010bampjin attwali ng\u0127ataw post awtomatiku.", "Dan \u0127alla erbatax-il post li \u0121ew maqsuma f'sebg\u0127a lill-Ewropa, sitta lill-Amerika u wie\u0127ed lill-Asja.", "Kemm il-\u0120ermanja u l-\u0120appun ma t\u0127allewx jipparte\u010bipaw fil-kwalifikazzjoni.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, l-Italja, l-Awstrija u diversi pajji\u017ci o\u0127ra li kienu involuti fit-Tieni Gwerra Dinjija b\u0127ala alleati tal-\u0120ermanja u l-\u0120appun ma kienux su\u0121\u0121etti g\u0127al sanzjonijiet internazzjonali.", "Il-Finlandja t\u0127alliet tikkwalifika minkejja li kienet parti mill-forzi tal-Assi bejn l-1941 u l-1944; huma rtiraw qabel il-kwalifikazzjoni tlesta u l-FIFA ddikjarat il-log\u0127biet tag\u0127hom b\u0127ala log\u0127biet ta' \u0127biberija.", "Il-pajji\u017ci Brittani\u010bi \u0121ew mistiedna li jie\u0127du sehem, wara li ssie\u0127bu mill-\u0121did mal-FIFA erba' snin qabel wara e\u017cilju ta' sbatax-il sena.", "B\u0127ala grupp ta' kwalifikazzjoni ntg\u0127a\u017cel li jintu\u017ca l-British Home Championship li ntlag\u0127ab fl-1949\u201350, bl-aqwa \u017cew\u0121 timijiet jikkwalifikaw.", "L-Ingilterra spi\u010b\u010bat l-ewwel u l-Iskozja fit-tieni.", "Numru ta' timijiet irrifjutaw li jipparte\u010bipaw fit-turnew ta' kwalifikazzjoni, fosthom \u0127afna pajji\u017ci wara l-Purtiera tal-\u0126adid, fosthom l-Unjoni Sovjetika, i\u010b-\u010aekoslovakkja (finalisti tal-1934) u l-Ungerija (finalisti tal-1938).", "Fl-Amerika t'Isfel, l-Ar\u0121entina, l-Ekwador u l-Per\u00f9 rtiraw mill-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni, li fisser li \u010b-\u010aili, il-Bolivja, il-Paragwaj u l-Urugwaj ikkwalifikaw awtomatikament."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23919", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23919", "title": "Juventus Football Club", "text": ["Juventus Football Club", "Juventus Football Club S.p.A. (mill-Latin: iuvent\u016bs, \"i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127\"), mag\u0127ruf a\u0127jar b\u0127ala Juventus (/ juv\u025bntus /), hija asso\u010bjazzjoni Taljana tal-futbol ibba\u017cata f'Turin.", "Imwaqqaf fl-1897 minn grupp ta 'studenti tal-iskola g\u0127olja lokali, Juventus huwa t-tieni l-iktar klabb tal-futbol Taljan fost dawk li g\u0127adhom attivi, wara \u0120enoa (1893); hija l-aktar intitolat u t-tradizzjoni tal-pajji\u017c, kif ukoll wie\u0127ed mill-aktar mag\u0127rufa fid-dinja ma 63 trofej uffi\u010bjali aktar sportivi reba\u0127, inklu\u017c ir-rekord ta '33 titoli kampjonat u 11 titoli fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA.", "Ir-rabta mal-familja Agnelli, li dam sa mill 1923, hija l-ewwel u l-aktar dejjiema asso\u010bjazzjoni negozju sportivi fl-Italja, permezz ta 'mudell ta' \u0121estjoni uniku stabbilit fil-frattemp, il-Juventus sar l-ewwel isports Taljan kumpanija li jinkiseb status professjonali ante litteram.", "Fl-1985 sar l-ewwel klabb li reba\u0127 tliet kompetizzjonijiet ewlenin Ewropej: Tazza ta\u010b-\u010aampjins/UEFA Champions League, il-Tazza tat-Tazez Ewropej- u l-Tazza UEFA/UEFA Europa League, bl triumphs sussegwenti fil-Supertazza Ewropea u Tazza Interkontinentali (futbol) 1984 fl-1985 wkoll sar l-ewwel u g\u0127adu l-uniku tim fid-dinja li reba\u0127 it-trofej uffi\u010bjali kollha tal-konfederazzjoni tieg\u0127u stess, rekord imtejjeb aktar bis-su\u010b\u010bess fit-Tazza Intertoto 1999.", "Elenkati fuq il-Bor\u017ca mill-2001, Juventus, kwa\u017ci b'mod stabbli peress li l-nofs l-1990, fost l-aqwa klabbs tal-futbol g\u0127axar madwar id-dinja fis-settur finanzjarju f'termini ta 'fatturat, profitt u l-valur istokk tas-suq.", "Il-kontribut tieg\u0127u g\u0127at-tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja, l-ikbar mit-timijiet Taljani, kien de\u010bi\u017civ g\u0127as-su\u010b\u010bessi tat-tim nazzjonali.", "Huwa imsa\u0127\u0127a\u0127 mill-appo\u0121\u0121 ta ikbar karattru nazzjonali minbarra mifruxa fuq skala globali, prin\u010bipalment f'pajji\u017ci fejn hemm emigrazzjoni Taljan qawwija, li jag\u0127mlu anticampanilistico simultanjament simbolu ta 'stil Taljan.", "Fl-2000, Juventus kienet inklu\u017ca mill-FIFA fl seba 'lok (premiere Taljan) fil-klassifika sekulari fuq il-klabb aqwa fid-dinja, u fl-2009 in\u0127atar dall'IFFHS a\u0127jar tim fil-pajji\u017c u t-tieni fl-Ewropa, wara Real Madrid, tas-seklu g\u0127oxrin.", "Serie A:", "Coppa Italia:", "Supercoppa Italiana:", "It-titoli li \u0121ejjin jinkludu biss dawk rikonoxxuti mill-UEFA u l-FIFA.", "Tazza Interkontinentali:", "European Cup/UEFA Champions League:", "Tazza tat-Tazez Ewropej", "Tazza UEFA:", "UEFA Super Cup:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23921", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23921", "title": "Joe Friggieri", "text": ["Joe Friggieri", "Il-Professur Joe Friggieri (\u0126al-Lija, 20 ta' Marzu, 1946) huwa filosfu, awtur u poeta."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23922", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23922", "title": "Sorin Virgil Oproiescu", "text": ["Sorin Virgil Oproiescu", "Sorin Virgil Oproiescu (C\u0103l\u0103ra\u0219i, 12 ta' Septembru 1987) hu plejer tal-futbol Rumanii li jilg\u0127ab mat-tim ta' San Teodoro fil-po\u017cizzjoni ta' difensur.", "Fil-15 ta' Lulju 2013, Oproiescu ing\u0127aqad mat-tim ta' Mosta.", "Min\u0127abba li kien sab ftit opportunitajiet ta' futbol regulari mal-Mosta, Oproiescu \u0121ie msellef lit-tim ta' Rabat Ajax.", "Huwa skorja l-ewwel gowl tieg\u0127u fid-debutt tieg\u0127u g\u0127al Rabat f'log\u0127ba kontra Ker\u010bem Ajax.", "Nhar l-1 ta' Lulju 2014, \u0121ie uffi\u010bjalment im\u0127abbar li Oproiescu iffirma kuntratt mal-klabb ta' Al Tadhamon fil-Kuwajt.", "Wara sena fil-kampjonat Kuwajt, huwa irritorna lura lejn art twelidu fejn iffirma kuntratt sena ma' Qormi.", "Fit-9 ta-Jannar 2016 huwa kien misluf lil St. Andrews."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23924", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23924", "title": "Joseph Vella", "text": ["Joseph Vella", "Il-Professur Joseph Vella (Rabat, G\u0127awdex, 9 ta' Jannar 1942 \u2013 25 ta' Frar 2018) kien kompo\u017citur, professur tal-Mu\u017cika u Direttur tal-Orkestra Filarmonika Maltija u Surmast Direttur tal-Banda \u010aittadina La Stella tal-belt Victoria.", "Iggradwa b\u0127ala g\u0127alliem u studja l-mu\u017cika ma' missieru.", "Huwa spe\u010bjalizza fl-istudji mu\u017cikali tieg\u0127u f'Durham.", "Fl-1994 in\u0127atar b\u0127ala Associate Professor fid-Dipartiment tal-Istudji Mu\u017cikali fl-Universit\u00e0 ta' Malta.", "Il-portafoll tieg\u0127u jinkludi l-kompo\u017cizzjoni ta' 110 xog\u0127ol mu\u017cikali li jinkludu \u0127ames sinforniji u seba' kun\u010berti.", "Ix-xog\u0127lijiet mu\u017cikali tieg\u0127u kienu interpretati fl-Ewropa, il-Kanada, l-Istati Uniti u l-\u0120appun.", "Huwa kien ukoll id-Direttur tas-So\u010bjet\u00e0 Korali Maltija u waqqaf il-kor tal-Akkademja.", "Huwa n\u0127atar b\u0127ala d-Diretttur mu\u017cikali tat-teatru tal-Astra Opera.", "G\u0127al 48 sena kien Surmast Direttur tas-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika La Stella tar-Rabat G\u0127awdex, liema banda baqa' jidderie\u0121i sal-\u0121urnata tal-mewt hekk kif il-banda \u0120or\u0121jana rrekordjat sett ta' mar\u010bi Funebri ta\u0127t id-direzzjoni tieg\u0127u fit-Teatru Astra fl-g\u0127odwa tal-jum li fih miet.", "B\u0127ala direttur artistiku tat-Teatru Astra, huwa dderie\u0121a lill-Orkestra Nazzjonali f'bosta opri b\u0127all-'Aida', 'Turandot', 'Nabucco' u 'La Traviata'.", "Huwa serva g\u0127al 40 sena b\u0127ala Surmast Direttur tal-Banda Konti Ru\u0121\u0121ieru tar-Rabat Malta.", "Is-Surmast Joseph Vella kien ukoll l-ewwel direttur residenti tal-Orkestra Filarmonika Maltija.", "Nhar il-25 ta' Frar 2018 hu miet fl-et\u00e0 ta' 76 sena.", "Dan wasal fl-istess \u0121urnata fejn il-mu\u017cew \"Il-\u0126a\u0121ar\" feta\u0127 esebizzjoni bix-xog\u0127lijiet tieg\u0127u u tnedija ta' ktieb f'g\u0127eluq il-\u0127ames snin mill-ftu\u0127 tal-istess mu\u017cew.", "G\u0127al din l-okka\u017cjoni, Vella stqarr \"Meta jiena ma nkunx hawn, il-mu\u017cika tieg\u0127i se tibqa' integra, u mhux titferrex\".", "Il-funeral sar fit-3 ta' Marzu \u0121ewwa l-Ba\u017cilika ta' San \u0120or\u0121 fejn ittie\u0127ed f'korteo bil-parte\u010bipazzjoni tal-Banda La Stella u l-Banda Konti Ru\u0121\u0121ieri tar-Rabat, Malta.", "Kondoljanzi waslu minn diversi membri tal-isfera pubblika.", "It-tenur ta' fama internazzjonali Joseph Calleja ddeskriva lil Maestro Joseph Vella b\u0127a\u0121a \u0121gant tal-integrit\u00e0 mu\u017cikali u mimli bl-im\u0127abba g\u0127al G\u0127awdex.", "Joseph Calleja fa\u0127\u0127ar ix-xog\u0127ol ta' Vella waqt li fakkar li kienu hu li tah l-ewwel opportunit\u00e0 fuq il-palk ta' 19-il sena."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23929", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23929", "title": "Bud Luckey", "text": ["Bud Luckey", "William Everett \"Bud\" Luckey (Montana, Stati Uniti tal-Amerika, 28 ta' Lulju, 1934) kien attur, \"stand-up comedian\", produttur tal-films, u xene\u0121\u0121jatur Amerikan."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23931", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23931", "title": "Madre Maria Debrincat", "text": ["Madre Maria Debrincat", "Il-Venerabbli Madre Margerita Debrincat (Ker\u010bem, G\u0127awdex, 28 ta' Novembru 1862 - Rabat, G\u0127awdex, 22 ta' Jannar 1952) hija kofundatri\u010bi ta' kongregazzjoni reli\u0121ju\u017ca.", "Fl-1877, hija da\u0127let f'asso\u010bjazzjoni li kienet tissejjah it-Tnax il-Stilla tal-Qalb Imqaddsa ta' Ges\u00f9, u fl-1880 din l-asso\u010bjazzjoni nbidlet f'kongregazzjoni.", "Hija n\u0127atret Segretarja Generali tal-kongregazzjoni li ntant kienet nghatat l-approvazzjoni tad-Djocesi Maltija biex tibdel isimha ghal dik ta' Sorijiet Frangiskani tal-Qalb Imqaddsa ta' Ges\u00f9.", "Hija damet madwar 50 sena tahdem mas-Sorjiet Frangiskani li fihom fethet skejjel u djar ghaz-zghazagh.", "Kien bis-sahha taghha li hidma simili saret f'Corfu, Sqallija, Ruma u l-Etijopja.", "Mietet id-dar tas-Sorijiet Frangiskani fir-Rabat, G\u0127awdex.", "Illum il-kongregazzjoni li waqqfet tahdem f'diversi pajjizi fosthom fl-Afrika, il-Brazil u l-Pakistan.", "II-Kongregazzjoni kellha l-bidu taghha fir-Rabat Ghawdex fl-4 ta' Jannar 1874 meta lis-Sinjorina Karmela Xerri, mir-Rabat, gieha f'idejha ktieb ta' Don OImi li hi stess tat lil shabha biex jaqrawh, Dan il-ktieb jismu: \"Kuruna ta' tnax-il kewkba\" ad unur tat-tnax-il kewkba li jdawwru l-Qalb Santissma ta' Ges\u00f9.", "Dan il-ktieb jistieden lill-vergni biex jaghtu ruhhom b'riparazzjcni ghall-offizi li jsiru lil din il-Qalb.", "Il-qari ta' dan il-ktieb kellu effett kbir fuq xi xebbiet li bdew jingabru fid-dar ta' l-imsemmija Sinjorina Xerri, biex jaghtu bidu ghal dan x-xoghol ta' riparazzjoni.", "Billi ma setghux ikomplu dawn il lagghat wehidhom talbu lil Arcipriet ta' San Gorg, Dun Felic Refalo, biex jahaseb jinforma Assocjazzjoni.", "Bil-permess ta' l-Isqof Pietru Pace gie moghti lilhom bhala Direttur tat-\"Tnax-il kewkba\", il-Vici Parroku Dun Guzepp Diacono, maghruf ghat-tjubija u ghaz-zelu mhux komuni tieghu.", "Dan it-twajjeb Sacerdot twieled ix-Xaghra, Ghawdex, fit-15 ta' Awissu 1866 u miet fit-22 ta' Gunju 1924.", "Il-laqghat ta' kull xahar baqghu jsiru fid-dar tas-Sinjorina Xerri, sakemm inkriet dar fi Strada \"Ghajn Qatet\" No. 5 u gie moghti l-isem \"Dar tal-Karit\u00e0\".", "Il-fini ta' I-Assocjazzjoni f'din id-dar kien li jaghmlu gid liz-zgha\u00adzagh specjalment lit-tfal l-izjed fqar.", "Ghaldaqstant l-Assocjati taw bidu ghall-programm tal-hajja taghhom.", "Wara li kienu jispiccaw il prattiki taghhom ta' pieta, kienu jigbru t-tfal, bi preferenza l-iktar fqar, u kienu jaghtuhom lezzjonijiet ta' Katekiimu, ta' skola u ta' xoghol tad-dar.", "Filghaxija, kienu jiehdu t-tfal fil-knisja ta' San Frangisk biex jaghmlu vizta lil Ges\u00f9 Sagramentat u wara kienu jwassluhom sa dar taghhom.", "Fit-18 ta' Ottubru 1880, dawn il-Kongregati hadu l-abitu tat-Terz Ordni ta' San Frangisk minn idejn il-Fundatur taghhom Dun Guzepp Diacono.", "L-Isqof Pietru Pace, fit-13 ta' Ottubru 1883 accetta l-Kongregazzjoni l-gdida blala Istitut Djocesan u ta lill-Ewwel Sorijiet ir-Regola tat-Terz Ordni ta' San Frangisk biex josservawha.", "Dawn l-ewwel Terzjarji Frangiskani kienu jghixu fl-ikbar faqar.", "Biex ikollhom in-necessarju ghall-hajja kienu jahdmu minn filghodu sa filghaxija, ighallmu l-bizzilla, u jzommu skola ta' tfal zghar subien u bniet.", "Hekk kienu utli ghall-proxxmu, mhux biss bl-ezempju ta' hajja qaddisa u fervoruza li kienu jghaddu, izda anki bl-opri, ghall-vantagg tax-xbejbiet specjalment fqar.", "Meta xi wahda minn dawn kienet tmut jew tohrog, il-post taghha kien jigi okkupat biex in\u00adnumru ta' din l-Assocjazzjoni jibqa' dejjem tnax.", "Hawn l-istorja hija mzejna bid-dehra tax-xbejba Virginja Debrincat li twieldet f'Kercem fit-28 ta' Novembru 1862.", "Din ix-xebba kienet moghtija ghat-tjieba u ghall-hajja mohbija u kienet ghamlet vot tal-verginit\u00e0 ta' 14-il sena.", "Giet accettata bhala postulanta fil-5 ta' Frar 1881.", "Fil-20 ta' Frar 1881 libset il-libsa ta' San Frangisk minn idejn il-Fundatur, Dun Guzepp Diacono u hadet l-isem ta' Maestra Virginja: 'il quddiem Suor.", "Marija Margerita tal-Qalb ta' Gesu.", "Sentejn wara il-fundazzjoni, il-Fundatur Diacono halla t-tmexxija tal-Kongregazzjoni li kienet ghadha fil-bidu taghha minhabba xoghol gravi iehor li afdalu l-Isqof, u Madre Margerita b'ispirazzjoni divina, hadet f'idejha t-tmexxija tal-Kongregazzjoni.", "L-Isqof Pietru Pace ghenha hafna u ta lill-Istitut l-ewwel Kostituzzjoni skond ir-Regola tas-Sorijiet Terzjarji Regolari ta' San Frangisk.", "Din il-Madre, membru tal-Komunit\u00e0 li geghdin insemmu, bhala soru professa, bhala Superjura Lokali, bhala Madre Generali, u bhala Konfundatrici mexxiet ghal snin twal il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Frangiskani ta' Malta.", "Illum dan l-isem tas-Sorijiet Frangiskani ta' Malta, b'lndult tas-Sagra Kongregazzjoni tar-Religjuzi, gie mibdul f'dak tas-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Ges\u00f9.", "L-iskop tal-Kongregazzjoni hu l-qdusija tal-membri permezz ta' l-osservanza fidila tal-voti ta' l-Ubbidjenza, Kastit\u00e0 u Povert\u00e0 skond ir-Regola tat-Terz Ordni ta' San Frangisk u tal-Kostituzzjonijiet Propri.", "L-iskop specjali ta' din il-Kongregazzjoni hu l-qdusija tal-proxxmu permezz tat-taghlim u ta' l-edukazzjoni nisranija u civili tat-tfal bniet u subien u tax-xebbiet specjalment fqar, kif ukoll l-esercizzju tal-karit\u00e0 lejn il-morda.", "Ghalhekk, is-Sorijiet jezercitaw l-attivit\u00e0 tagh\u00adhom fi skejjel primarji, sekondarji, u f'ohrajn ghat-tfal zghar, f'orfanatrofji, ospizji, sptarijiet, ambulatorji u f'opri ohra bhal dawn.", "Kull fejn ikunu, jaghtu mportanza kbira lill-Katekizmu.", "Il-Konfundatrici waqqfet l-ispirtu ta' l-Istitut fuq il-faqar, fuq l-umilt\u00e0, u fuq is-semplicit\u00e0 Frangiskana.", "L-abitu ta' kulur qastni, il-kurdun tas-suf abjad, u l-velu li jilbsu s-Sorijiet ifissru s-semplicit\u00e0 Frangiskana.", "Il-ferh frangiskan hu d-distintiv tas-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesu.", "Ta' min isemmi l-ewwel fondazzjoni li Madre Margerita tal-Qalb ta' Ges\u00f9, ghat-talb ta' l-Isqof Pietru Pace, waqqfet f'Korf\u00f9 1907.", "L-iskop kien li jassistu kolonja Maltija ta' emigranti li kienu morru hemm minn zmien qabel.", "Il-missjoni tas-Sorijiet kienet li jiehdu kura tat-taghlim tal-Katekizmu, jigbru l-Maltin ghall-Quddiesa tal-Hadd, ghall-Qrar u ghat-Tgarbin billi javzawhom gurnata qabel.", "Barra dan, l-unika skola kattolka f'Korf\u00f9 hija f'idejn l-istess Sorijiet.", "Ghandhom ukoll ospizju ghax-xjuh nisa, li hu wkoll l-uniku ospizju kattolku.", "Hi ta' mportanza kbira d-dar li nfet\u0127et f'Ruma fl-10 ta' Mejju 1927.", "F'din id-dar, imkabbra u mizjuda, hemm skola materna, skola elementari, orfanatrofju tal-bniet u subien, ospizju ghax-xjuh nisa, taghlim tal-Katekiimu tal-Parrocca kollha.", "L-attivita tas-Sorijiet Frangiskani titnissel u tissahhah mill-imhabba dedikata.", "Mis-sighat ta' talb fil-Kappella, is-soru ggorr lil Kristu maghha fix-xoghol u fl-appastolat taghha.", "Fl-ahhar 50 sena, il-Kongregazzjani hadet zvilupp kbir barra djar f'Ghawdex u f'Malta ghandha wkoll djar fl-Italja, fil-Grecja, fl-Ingilterra, fl-Etjopja, fil-Pakistan, fil-Brazil, fl-Awstralja, fl-Amerka u f'Gerusalemm.", "Iz-zerriegha ckejkna mixhuta mill-Fundatur Dun Guzepp Diacono u kkultivata mill-Konfundatrici qaddisa Madre Margerita tal-Qalb ta' Ges\u00f9, kibret u tat frott vizibbli u ta' gid kbir lill-Knisja.", "Kollox ikun ghall-ikbar glorja t'Alla.", "Fl-2014, Madre Margerita \u0121iet iddikjarata Venerabbli."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "23934", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=23934", "title": "Sandro Pertini", "text": ["Sandro Pertini", "Sandro Pertini (Stella, Savona, Italja, 25 ta' Settembru 1896 - Italja, 24 ta' Frar 1990) kien politiku, \u0121urnalist u Partigiano Taljan.", "Kien is-seba' president tar-Repubblika Taljana bejn it-8 ta' Lulju 1978 u d-29 ta' \u0120unju 1985.", "Huwa \u0127alla impatt qawwi fuq is-so\u010bjet\u00e0 anki g\u0127all-passat imqanqal tieg\u0127u tant li ismu baqa' minqux fil-qlub tal-poplu Taljan.", "Pertini twieled f'belt \u017cg\u0127ira jisimha Stella fil-provin\u010bja ta' Savona \u0121ewwa r-re\u0121jun tal-Liguria fil- minn familja tat-tajjeb.", "Sandro kellu erba' \u0127utu jisimhom Luigi, Marion, Giuseppe u Eugenio.", "Beda l-istudji tieg\u0127u fil-Kulle\u0121\u0121 Don Bosco ta' Varazze mnejn g\u0127adda g\u0127al-Li\u010beo Chiabrera ta' Savona.", "Fil-Li\u010beo kellu b\u0127ala g\u0127alliem tal-filosofija lill-Professur Adelchi Baratono u kien bis-sa\u0127\u0127a tieg\u0127u li Pertini n\u0121ibed lejn is-So\u010bjali\u017cmu minn et\u00e0 \u017cg\u0127ira.", "Minbarra g\u0127alliem, Adelchi Baratono kien wie\u0127ed mill-esponenti ewlenin fi \u0127dan il-Partit So\u010bjalista fil-perjodu diffi\u010bli ta' bejn l-ewwel u t-tieni gwerra.", "Fl-1914 Pertini beda jistudja l-li\u0121i fl-Universit\u00e0 ta' \u0120enova.", "Sena wara l-Italja da\u0127let fil-Gwerra l-Kbira biex tiddefendi l-fruntieri tat-Tramuntana minn inva\u017cjoni Awstro-Ungeri\u017ca.", "Pertini b\u0127al \u0127afna studenti universitarji o\u0127rajn kien pa\u010bifista, b'danakollu, obda l-lieva u ntbag\u0127at ma' re\u0121iment tal-artillerija fl-Isonzo.", "Sal-1917 Pertini sar logutenent iddekorat b'midalja tal-fidda g\u0127all-qlubija li wera waqt assalt fuq il-muntanja Jelenik fejn indarab u ttie\u0127ed g\u0127all-kura \u0121ewwa sptar militari f'Pordenone.", "Fl-1918 intemmet il-gwerra u bdiet il-karriera politika ta' Pertini; issie\u0127eb fil-Partit So\u010bjalista u \u0121ie elett kunsillier f'beltu.", "Kompla l-istudji sakemm iggradwa fil-li\u0121i mill-Universit\u00e0 ta' Modena u fl-1924 iggradwa fix-xjenza politika mill-Istituto Cesare Alfieri ta' Firenze.", "L-assassinju vili tal-politiku So\u010bjalista Giacomo Matteotti li fit-30 ta' Mejju 1924 kien akku\u017ca lill-Faxxisti \u0121ewwa l-Parlament Taljan li reb\u0127u l-elezzjoni bil-qerq u bil-vjolenza wassal lil Sandro Pertini biex jo\u0127ro\u0121 qatta bla \u0127abel kontra r-re\u0121im ta' Mussolini.", "Fi \u017cmien sena Pertini \u0121ie arrestat g\u0127all-ewwel darba bl-akku\u017ca li stampa u qassam klandestinament il-fuljett Sotto il Barbaro Dominio Fascista.", "Tawh tmien xhur \u0127abs li n\u0127afrulu.", "I\u017cda l-iskwadristi Faxxisti ma telquhx minuta minn ta\u0127t g\u0127ajnejhom u kull fejn ji\u0121i wi\u010b\u010b imb wi\u010b\u010b mag\u0127hom kien jissawwat.", "L-ag\u0127ar xebg\u0127a li qala' kienet fis-sajf tal-1926 fejn kellu ji\u0121i rikoverat l-isptar.", "Meta sar attentat fuq \u0127ajjet Mussolini l-iskwadristi ffero\u010bjaw fuq kull persuna mhux Faxxista u g\u0127aldaqstant Pertini kellu sa\u0127ansitra ja\u0127rab minn daru u jista\u0127ba g\u0127and \u0127bieb \u0121ewwa Milan.", "Ir-re\u0121im \u0127arrax il-li\u0121ijiet kontra l-attivit\u00e0 anti-Faxxista.", "Kien g\u0127alhekk li l-Mexxej tal-Partit So\u010bjalista Filippo Turati kellu jin\u0127are\u0121 mill-Italja bil-mo\u0127bi.", "Sandro Pertini kien ewlieni fit-twettiq tal-\u0127arba ta' Turati u fil-lejl ta' bejn il-11 u 12 ta' Di\u010bembru 1926 waqt maltempata tal-bi\u017ca' vvja\u0121\u0121aw fuq bi\u010b\u010ba tal-ba\u0127ar lejn Korsika u mbag\u0127ad qasmu g\u0127al Franza.", "F'Pari\u0121i u Nizza Sandro Pertini \u0127adem b\u0127ala sewwieq tat-taxi, bennej u bajjad kif ukoll extra fil-\u0121bid ta' films Fran\u010bi\u017ci.", "Kompla bl-attivit\u00e0 politika barra pajji\u017cu, madankollu, Pertini ma damx ma we\u0127el xahar \u0127abs sospi\u017ci talli nqabad ixandar fuq radju propaganda anti-Faxxista.", "Waqt li kien Franza, Pertini \u0121ie kkundannat 10 xhur \u0127abs minn Qorti Taljana talli \u0127a sehem fil-\u0127arba ta' Turati.", "F'Marzu tal-1929 Pertini da\u0127al lura l-Italja b'passaport falz i\u017cda re\u0121a' \u0121ie arrestat f'Pisa u din id-darba ng\u0127ata kwa\u017ci 11\u2013il sena \u0127abs segwiti minn tliet snin ta' vi\u0121ilanza spe\u010bjali.", "Waqt l-g\u0127oti tas-sentenza, Pertini qala' storbju fl-awla meta qabad jg\u0127ajjat \"Viva il Socialismo!\" u \"Abbasso il Fascismo!\"", "Pertini marad \u0127afna fil-\u0127abs u kien g\u0127alhekk li fl-1932 \u0121ie trasferit g\u0127all-Pianosa, g\u017cira sptar-\u0127abs.", "In\u0127eles mill-\u0127abs xahar wara l-waqg\u0127a tal-Faxxi\u017cmu fl-1943.", "Sandro Pertini sar Vi\u010bi Segretarju tal-Partit So\u010bjalista u bla telf ta' \u0127in ing\u0127aqad mal-milizja tal-Comitato di Liberazione Nazionale li kienu qed ji\u0121\u0121ieldu gwerra \u010bivili qalila biex je\u0127ilsu lill-Italja mill-qawwiet Na\u017cisti u Faxxisti li ma ridux jer\u0127u l-poter minn idejhom.", "Din id-darba \u0121ie arrestat u kkundannat g\u0127all-mewt min-Na\u017cisti.", "Fil-25 ta' Jannar 1944 Pertini u parti\u0121jani s\u0127abu \u0121ew meg\u0127juna ja\u0127arbu mill-\u0127abs u ng\u0127aqdu fil-\u0121lieda biex in\u0127elset Firenze.", "Il-parti\u0121jani komplew telg\u0127in lejn it-Tramuntana tal-Italja jimbuttaw lit-truppi Na\u017cisti 'l barra.", "F'Torino ltaqa' max-xbejba parti\u0121jana Carla Voltolina li aktar tard kellha ssir il-mara tieg\u0127u.", "Fl-1945, b\u0127ala kmandant parti\u0121jan Sandro Pertino mexxa l-assalt ta' Milan u wara \u0127a sehem fil-vot ta' kundanna g\u0127all-mewt fuq Benito Mussolini.", "Wara l-gwerra, Sandro Pertini \u0127adem bis-s\u0127i\u0127 biex isa\u0127\u0127a\u0127 u j\u017comm l-g\u0127aqda fil-Partit So\u010bjalista u fil-bidu tas-snin 50 sar membru parlamentari; kien politiku skjett u impekkabbli.", "Kien il-parti\u0121jan patrijott li sar l-iktar president ma\u0127bub fl-istorja tar-Repubblika Taljana.", "Huwa \u0121ab 832 vot minn 995 voti mix\u0127utin mill-parlamentari Taljani."], "category": "wikipedia, article"}