{"id": "13447", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13447", "title": "\u015ealom", "text": ["\u015ealom", "\u015ealom hi gazzetta Lhudija pubblikata kull \u0121img\u0127a fit-Turkija.", "L-isem ta' dan il-\u0121urnal hi l-ortografija bit-Tork tal-kelma Ebrajka Shalom.", "Din il-gazzetta \u0121iet fundata mill-\u0121urnalist Tork Avram Leyon, li kien ja\u0127dem mal-\u0121urnal \"Cumhuriyet\", nhar id-29 ta' Ottubru 1947.", "Hi ppubblikata \u0121ewwa Istanbul, bil-lingwa Torka b'pa\u0121na bil-lingwa \u0120udaja-Spanjola li jisimha \"Al Almaneser\".", "\"\u015ealom\" g\u0127andha \u010birkulazzjoni ta' madwar 5,000 kopja kull \u0121img\u0127a."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13448", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13448", "title": "Maximilien Robespierre", "text": ["Maximilien Robespierre", "Maximilien Fran\u00e7ois Marie Isidore de Robespierre (Arras, 6 ta' Mejju 1758 \u2013 Pari\u0121i, 28 ta' Lulju 1794) kien wie\u0127ed mill-iktar figuri importanti u influwenti tar-Rivoluzzjoni Fran\u010bi\u017ca."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13451", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13451", "title": "Log\u0127ob Olimpiku tas-sajf 2016", "text": ["Log\u0127ob Olimpiku tas-sajf 2016", "L-Olimpjadi tas-Sajf 2016 huma l-XXXI Olimpjad immexxi mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI).", "Dawn l-Olimpjadi se jsiru fil-belt ta' Rio de Janeiro kif im\u0127abbra mill-KOI nahar it-2 ta' Ottubru, 2009.", "Il-log\u0127ob hu mistenni li jittella' bejn il-5 u l-21 ta' Awissu 2016.", "Il-Parolimpjadi tal-2016 se jsiru fl-istess belt u se jkunu organizzati mill-istess kumitat.", "Huma mistenni li jittellg\u0127u bejn is-7 u t-18 ta' Settembru."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13452", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13452", "title": "Provin\u010bja ta' Soria", "text": ["Provin\u010bja ta' Soria", "Soria hija provin\u010bja li tinsab fi Spanja \u010aentrali, fil-Lvant tal-komunit\u00e0 awtonoma ta' Kastilja u Le\u00f3n.", "Il-konfini tag\u0127ha huma l-provin\u010bji ta' La Rioja, Zaragoza, Guadalajara, Segovia, u Burgos.", "Soria hi l-inqas provin\u010bja popolata fi Spanja kollha, b'densit\u00e0 ta' madwar 9 abitanti kull kilometru kwadru\u2014wa\u0127da mill-inqas fl-Unjoni Ewropea.", "Mill-popolazzjoni tal-provin\u010bja (91,487), huma madwar 40% li jg\u0127ixu fil-kapitali, Soria.", "Hemm 183 muni\u010bipji f'Soria, li kwa\u017ci nofshom huma r\u0127ula b'inqas minn 100 persuna, fejn huma biss tnax-il ra\u0127al li g\u0127andhom popolazzjoni ta' iktar minn 1000 persuna.", "\u010aentri importanti ta' din il-provin\u010bja huma Almaz\u00e1n u Burgo de Osma-Ciudad de Osma.", "Il-muni\u010bipji huma mi\u0121burin f'g\u0127axar comarcas, b'dan il- mod:", "
", "
", "
", "
", "
", "
", "
", "
", "
", "
"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13455", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13455", "title": "Diego Cavalieri", "text": ["Diego Cavalieri", "Diego Cavalieri (S\u00e3o Paulo, 1 ta' Di\u010bembru 1982) huwa futboler Bra\u017ciljan li jilg\u0127ab b\u0127ala gowler ma' Fluminense.", "Hu g\u0127andu dixxendenza Taljana u j\u0127addan kemm passaport Taljan kif ukoll dak Bra\u017ciljan.", "Cavalieri beda l-karriera tieg\u0127u ma' Palmeiras, fejn iddebutta nhar l-24 ta' \u0120unju 2002 f'reb\u0127a ta' 4\u20130 kontra Rio Claro.", "Fil-bidu tal-ista\u0121un 2006, wara li kien we\u0121\u0121a' Marcos, Diego beda mal-ewwel tim g\u0127all-ewwel darba fid-derby klassiku bejn Palmeiras u Corinthians, partita li ntemmet f'favur it-tim abjad u a\u0127dar.", "Bi prestazzjonijiet po\u017cittivi u siguri bejn il-lasti, hu mhux biss irnexxielu jikseb post b\u0127ala titular i\u017cda kiseb ukoll ir-rispett u l-fidu\u010bja tal-partitarji tieg\u0127u.", "Nhar il-11 ta' Lulju 2008, Cavalieri qabel li jiffirma kuntratt g\u0127al erba' snin mal-klabb ta' Liverpool g\u0127al somma li hi mifumha li hi madwar \u00a33 miljun.", "B'dan it-trasferiment, Cavalieri sar it-tielet Bra\u017ciljan tal-klabb wara F\u00e1bio Aur\u00e9lio u Lucas Leiva.", "Hu ng\u0127ata l-flokk numru 1 li \u0121ie milbus l-a\u0127\u0127ar minn Jerzy Dudek.", "Fl-ewwel sta\u0121un tieg\u0127u fl-Ingilterra, hu lag\u0127ab numru ta' partiti mill-FA Cup waqt li ddebutta fil-UEFA Champions League kontra PSV Eindhoven.", "Palmeiras"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13457", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13457", "title": "Lisandro L\u00f3pez", "text": ["Lisandro L\u00f3pez", "Lisandro L\u00f3pez (Buenos Aires, 2 ta' Marzu 1983), mag\u0127ruf sempli\u010bement b\u0127ala Lisandro, huwa futboler Ar\u0121entin li jilg\u0127ab b\u0127ala attakkant g\u0127al Al-Gharafa fil-Qatar.", "Lisandro beda l-karriera tieg\u0127u ma' Racing Club de Avellaneda, fl-ewwel divi\u017cjoni Ar\u0121entina.", "Matul l-edizzjoni tal-2004 tal-\"Apertura\" hu kien l-aqwa skorer tal-kampjonat.", "Eventwalment, L\u00f3pez ittrasferixxa g\u0127al ma' Porto g\u0127as-somma ta' \u20ac2.5 miljun.", "Wara l-ewwel sta\u0121un fejn minn 26 dehra fil-kampjonat irritorna biss 7 gowls, hu sar pedina importanti g\u0127all-klabb Portugi\u017c, fejn skorja diversi gowls importanti, fosthom l-ewwel gowl tieg\u0127u fil-UEFA Champions League kontra Rangers u \u017cew\u0121 gowls fil-partita \u0121ewwa darhom kontra Hamburg fl-ista\u0121un segwenti tal-kompetizzjoni.", "Fl-2007\u201308, Porto \u0121ew inkurunati \u010bampjins nazzjonali g\u0127at-tielet sena konsekuttiva, b'L\u00f3pez ikun l-aqwa skorer tal-kampjonat b'24 minn 27 log\u0127ba.", "Il-vena tal-gowls ma wafqitx biss fil-konfini Portugi\u017ci, i\u017cda wkoll fl-Ewropa meta fil-kampanja tal-UEFA Champions League 2008\u201309, spi\u010b\u010ba wara Lionel Messi, Steven Gerrard u Miroslav Klose fil-lista tal-aqwa skorers b'sitt gowls.", "Nhar is-7 ta' Lulju, L\u00f3pez ing\u0127aqad g\u0127al somma ta' \u20ac24 miljun ewro mal-klabb Fran\u010bi\u017c ta' Lyon.", "Fit-8 ta' Awwissu 2009, Lisandro skorja l-ewwel gowl tieg\u0127u fl-ewwel dehra tieg\u0127u mal-klabb, meta skorja \"free-kick\" fid-90 minuta f'konfront barra minn darhom kontra Le Mans biex kiseb skor finali ta' 2\u20132.", "Lop\u00e9z skorja wkoll penalty fl-ewwel leg tar-rawnd preliminarju tal-UEFA Champions League kontra Anderlecht, waqt li fil-partita ta' ritorn skorja tripletta fl-ewwel taqsima.", "Fl-2005, Lisandro \u0121ie msejja\u0127 mill-kow\u010b tat-tim nazzjonali Ar\u0121entin Jos\u00e9 Pekerman fejn iddebutta fil-partita kontra l-Messiku tal-10 ta' Marzu 2005, li ntemmet 1\u20131.", "Wara li bil-mod il-mod beda j\u0127alli l-marka tieg\u0127u mat-tim ta' Porto, Alfio Basile sejja\u0127lu g\u0127al-log\u0127biet ta' \u0127biberija kontra l-E\u0121ittu, il-Messiku, l-Istati Uniti u l-Belarus.", "Fit-12 ta' Awwissu 2009, Lisandro skorja l-ewwel gowl tieg\u0127u bil-flokk tal-\"Albicelestes\" fir-reb\u0127a ta' 3\u20132 fuq ir-Russja.", "Porto"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13462", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13462", "title": "Marietta Robusti", "text": ["Marietta Robusti", "Marietta Robusti (1560? \u2013 1590) kienet pittri\u010bi Venezjana tar-Renaxximent.", "Kienet wa\u0127da mill-ftit artisti nisa mag\u0127rufa ta' dak i\u017c-\u017cmien, grupp li fih insibu 'l Sofonisba Anguissola, Lucia Anguissola, Lavinia Fontana, u Diana Scultori Ghisi.", "L-uniku sors primarju mag\u0127ruf li jag\u0127ti xi dettalji fuq il-\u0127ajja ta' Marietta Robusti hu l-ktieb ta' Carlo Ridolfi, \"Il-\u0127ajja ta' Tintoretto\", ippublikat g\u0127all-ewwel darba fl-1642, g\u0127alkemm kienet di\u0121\u00e0 msemmija daqsxejn fix-xog\u0127ol ta' Raffaelo Borghini \"Il Riposo della Pitura e della Scultura\" tal-1584.", "Dawn i\u017c-\u017cew\u0121 sorsi ma jaqblux fuq is-sena ta' twelidha: skont Borghini, twieldet fl-1555, waqt li Carlo Ridolfi jg\u0127id li twieldet fl-1560.", "Marietta twieldet u g\u0127exet Venezja, l-ikbar mill-ulied tal-pittur Jacopo Robusti, li ming\u0127andu wirtet il-laqam la Tintoretta (li tfisser tinturiera \u010bkejkna min\u0127abba missier Jocopo li kien \"tintore\" jew tinturier).", "G\u0127alhekk hi mag\u0127rufa bl-ismijiet Marietta Robusti, Marietta Tintoretto, jew la Tintoretta.", "Billi d-drawwiet ta' dak i\u017c-\u017cmien kienu je\u0127tie\u0121u li l-mara tibqa' dejjem \u0121o darha u ma jkollhiex x'taqsam mal-bejg\u0127 u l-produzzjoni tal-arti fil-publiku, Marietta u l-kontemporanji tag\u0127ha nisa ma setg\u0127ux jid\u0127lu fid-dinja tal-arti \u0127lief permezz ta' missirijiethom u \u0127uthom.", "Marietta t\u0127ar\u0121et b\u0127ala artista fl-ambjent kollaborattiv tal-\u0127anut tax-xog\u0127ol ta' missierha, fejn x'aktarx kienet tg\u0127in fil-pitturi tieg\u0127u billi tpin\u0121i l-isfondi u tlesti l-kontorn tal-figuri skont ma' kien jinqasam ix-xog\u0127ol is-soltu fil-\u0127wienet tal-pittura ta' dak i\u017c-zmien.", "Sa fejn nafu a\u0127na, mix-xhieda li g\u0127andna, Marietta qatt ma kellha ordnijiet g\u0127al xog\u0127ol reli\u0121ju\u017c importanti b\u0127al titulari tal-artali u ti\u017cjin ie\u0127or g\u0127al knejjes, u li kienet primarjament ritrattista.", "Carlo Ridolfi iddeskriva fit-tul ir-relazzjoni intima li kellha ma' missierha Jacopo.", "Meta kienet tifla mhux biss kienet tkun mieg\u0127u fil-\u0127anut tax-xog\u0127ol, imma kienet tilbes ta' tifel biex tmur kullimkien mieg\u0127u.", "L-Imperatur Massimiljanu u r-re Filippu II ta' Spanja it-tnejn urew interess biex jimpjegawha b\u0127ala pittri\u010bi tal-qorti, imma missierha \u010ba\u0127ad din l-istedina f'isimha g\u0127ax ma fela\u0127x i\u0127alliha titilqu.", "Fl-1578 irran\u0121alha biex ti\u017c\u017cewwe\u0121 \u0121ojjellier Venezjan, Mario Augusta, biex ji\u017cgura li tibqa' qribu.", "Jacopo \u0127a \u0127sieb li Marietta titg\u0127allem tkanta u ddoqq il-klavi\u010bimbalu, il-klavikordu u l-ljutu.", "Mietet fl-1590 ma nafux biex, u ndifnet f'Santa Maria dell'Orto, Venezja.", "L-unika pittura li \u017cgurament nistg\u0127u nattribwuha lil Marietta Robusti hi l-\"Awtoritratt\" tag\u0127ha (c. 1580; Gallerija tal-Uffizi, Firenze).", "Dan ir-ritratt juri l-Marietta quddiem klavi\u010bimbalu, i\u017comm test mu\u017cikali li \u0121ie identifikat b\u0127ala l-madrigal ta' Philippe Verdelot, \"Madonna per voi ardo\".", "Hemm minn hu tal-fehma li dan it-test, li jifta\u0127 bil-kliem \"Sinjura tieg\u0127i, nin\u0127araq bl-im\u0127abba g\u0127alik u int ma temminix\", jissu\u0121\u0121erixxi li l-pittura n\u0127olqot g\u0127al ra\u0121el, aktarx \u017cew\u0121 Marietta Robusti.", "Fost l-attribuzzjoniet hemm ukoll: \"Ra\u0121el Xi\u0127 u Tifel\" (c. 1585; Kunsthistorisches Museum, Vjenna); \"Ritratt ta' Ottavio Strada\" (c. 1567-68; Stedelijk Museum, Amsterdam); u \u017cew\u0121 pitturi \u017cg\u0127ar tal-\"Madonna bil-Bambin\" (id-dati mhux mag\u0127rufin, Cleveland Museum of Art, Ohio).", "Ja\u0127sbu li r-\"Ritratt ta' \u017bew\u0121t Ir\u0121iel\" (Gem\u00e4ldegalerie Alte Meister, Dresden), iffirmat \"MR\", hu l-uniku xog\u0127ol iffirmat ta' Marietta Robusti li baqa'."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13470", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13470", "title": "Sofonisba Anguissola", "text": ["Sofonisba Anguissola", "Sofonisba Anguissola (miktuba wkoll b\u0127ala Anguisciola; Cremona, c.1532 \u2013 Palermo, 16 ta' Novembru 1625) kienet pittri\u010bi Taljana tar-Rinaxximent.", "Kienet wa\u0127da mill-ftit artisti nisa mag\u0127rufa ta' dak i\u017c-\u017cmien, grupp li fih insibu 'l o\u0127tha Lucia Anguissola, u 'l Marietta Robusti, Lavinia Fontana, u Diana Scultori Ghisi.", "Sofonisba Anguissola twieldet Cremona, fil-Lombardija madwar l-1532, il-kbira fost seba' wlied, li sitta minnhom kienu bniet.", "Missierha, Amilcare Anguissola, kien membru tan-nobbilt\u00e0 minuri ta' \u0120enova.", "Omm Sofonisba, Bianca Ponzone, kienet \u0121ejja minn familja g\u0127anja ta' razza nobbli.", "G\u0127al erba' \u0121enerazzjonijiet, il-familja Anguissola kellhom rabta qawwija mal-istorja Karta\u0121ini\u017ca u g\u0127alhekk l-ewwel tifla tag\u0127hom semmewha g\u0127al figura tra\u0121ika Karta\u0121ini\u017ca Sofonisba.", "Amilcare Anguissola is-sitt uliedu bniet (Sofonisba, Elena, Lucia, Europa, Minerva and Anna Maria) \u0127ajjarhom irawmu u jipperfezzjonaw it-talenti tag\u0127hom.", "Erbg\u0127a minnhom (Elena, Lucia, Europa and Anna Maria) saru pittri\u010bi, imma Sofonisba kienet \u0127afna \u00ec\u017cjed tas-seng\u0127a u mag\u0127rufa.", "Elena da\u0127let soru (Sofonisba pin\u0121iet ritratt tag\u0127ha) u g\u0127alhekk kellha t\u0127alli l-pittura.", "Anna Maria u Europa t-tnejn waqfu jpin\u0121u meta \u017c\u017cew\u0121u, waqt li Lucia Anguissola, l-a\u0127jar pittri\u010bi minn \u0127ut Sofonisba mietet \u017cg\u0127ira.", "O\u0127ta l-o\u0127ra Minerva, saret kittieba u studju\u017ca tal-Latin.", "Asdrubale, \u0127u Sofonisba, studja l-mu\u017cika u l-Latin imma ma studjax il-pittura.", "Missierha, bniedem aristokratiku, \u017cgura li Sofonisba u \u0127uta l-bniet jir\u010bievu edukazzjoni kompluta li inkludiet il-belle arti.", "Anguissola kellha erbatax-il sena meta missierha bag\u0127atha ma' o\u0127ta Elena tistudja ma' Bernardino Campi, pittur irrispettat ta' ritratti u opri reli\u0121ju\u017ci tal-iskola tal-Lombardija, li b\u0127alha kien minn Cremona.", "Meta Campi mar joqg\u0127od belt o\u0127ra kompliet tistudja mal-pittur Bernardino Gatti (mag\u0127ruf b\u0127ala \"Il Sojaro\").", "L-apprentistat ta' Sofonisba ma' pitturi lokali waqqaf pre\u010bedent g\u0127an-nisa li ji\u0121i a\u010b\u010bettati b\u0127ala studenti tal-arti .", "Ix-xog\u0127ol bikri l-i\u017cjed importanti ta' Sofonisba hu \"Bernardino Campi jpin\u0121i 'l Sofonisba Anguissola\" (c 1550 Pinacoteca Nazionale, Sjena).", "Ir-ritratt doppju juri l-g\u0127alliem tag\u0127ha waqt li jpin\u0121i ritratt tag\u0127ha.", "Id-dati m'humiex \u010berti, Anguissola x'aktarx kompliet l-istudji tag\u0127ha ta\u0127t Gatti g\u0127al xi tliet snin (1551-1553).", "Fl-1554, fl-et\u00e0 ta' erbg\u0127a u g\u0127oxrin sena, Sofonisba marret Ruma, fejn g\u0127addiet il-\u0127in kollu tag\u0127ha tpin\u0121i kull xorta ta' xeni u nies.", "Waqt li kienet hemm iltaqg\u0127et ma' Michelangelo bl-g\u0127ajnuna ta' pittur ie\u0127or li kien jaf sewwa ix-xog\u0127ol tag\u0127ha.", "Li tiltaqa' ma' Michelangelo kien unur kbir g\u0127al Sofonisba minn barra li kellha x-xorti li tit\u0127arre\u0121 b'mod informali minn dan l-artista kbir.", "Meta talabha tpin\u0121ilu tifel jibki, Sofonisba pin\u0121iet 'Tifel migdum minn gran\u010b' u bag\u0127tet id-disinn lil Michelangelo, li minnufih g\u0127araf it-talent tag\u0127ha (dan l-iskizz kellu jibqa' ji\u0121i diskuss u kkupjat g\u0127al \u0127amsin sena wara mill-artisti u n-nobbilt\u00e0).", "Michelangelo wara ta 'l Anguissola xi skizzi tieg\u0127u biex tpin\u0121ihom fl-istil tag\u0127ha u offrielha parir fuq li kienet g\u0127amlet.", "G\u0127al mill-inqas sentejn Sofonisba kompliet dan l-istudju informali, immexxija minn Michelangelo.", "Il-kbir storiku tal-arti Giorgio Vasari kiteb hekk dwar Sofonisba: \"Anguissola wriet applikazzjoni ikbar u i\u017cjed grazzja minn kull mara o\u0127ra ta' \u017cmienna fl-isforzi tag\u0127ha fit-tpin\u0121ija, hekk irnexxiet mhux biss li tpin\u0121i, ti\u017cbog\u0127 u tpitter min-natura, u tikkopja b'mod e\u010b\u010bellenti minn o\u0127rajn, imma li wa\u0127ida to\u0127loq pitturi rari u verament sbie\u0127.\"", "Minkejja li Sofonisba gawdiet \u0127afna i\u017cjed inkura\u0121\u0121ament u appo\u0121\u0121 minn nisa ordinarji ta' \u017cmienha, madankollu l-klassi so\u010bjali tag\u0127ha xorta ma ppermettilitiex li ta\u0127rab il-kostrizzjoniet tas-sess tag\u0127ha.", "Ming\u0127ajr il-possibbilt\u00e0 li tistudja l-anatomija jew tpin\u0121i mill-\u0127ajja (ma kienx a\u010bcettabbli li mara tara nies g\u0127arwenin), ma setg\u0127etx tie\u0127u f'idejha il-kompo\u017cizzjonijiet komplessi b'\u0127afna figuri me\u0127tie\u0121a g\u0127al pitturi reli\u0121ju\u017ci jew stori\u010bi fuq skala kbira.", "Minflok fittxet l-possibbilt\u00e0 ta' stil \u0121did g\u0127ar-ritratti, fejn is-su\u0121\u0121etti jippo\u017caw b'manjieri informali.", "Hi nfisha u l-membri tal-familja tag\u0127ha kienu s-su\u0121\u0121etti li pin\u0121iet l-i\u017cjed sikwit, kif naraw fl-\"Awtoritratt\" (1554, Kunsthistoriches Museum, Vjenna), \"Il-log\u0127ba tal-iskakki\" (1555, Mu\u017cew Narowe, Poznan), li juri 'l tliet \u0127uta bniet Lucia, Minerva u Europa, u \"Ritratt ta' Amilcare, Minerva u Asdrubale Anguissola\" (c. 1557-1558, Nivaagaards Malerisambling, Niva, Danemarka).", "Meta kienet di\u0121\u00e0 mag\u0127rufa sewwa, Anguissola marret Milan xi \u017cmien matul l-1558, fejn pin\u0121iet id-Duka ta' Alba li hu mbag\u0127ad irrakkomandaha lir-re Spanjol, Filippu II.", "Is-sena ta' wara, Sofonisba \u0121iet mistiedna tag\u0127mel parti mill-Qorti Spanjola, u dan \u0121ab bidla importanti fil-karriera tag\u0127ha.", "Sofonisba Anguissola kellha madwar 27 sena meta \u0127alliet l-Italja biex tid\u0127ol fil-Qorti Spanjola.", "Fix-xitwa tal-1559-1560 waslet Madrid biex isservi b\u0127ala pittri\u010bi tal-qorti u dama g\u0127ar-re\u0121ina l-\u0121dida, Eli\u017cabetta ta' Valois, it-tielet mara ta' Filippu II, li kienet pittri\u010bi tar-ritratti dilettanta hi stess.", "Sofonisba kienet impjegata l-iktar biex tg\u0127allem lir-re\u0121ina, xog\u0127ol li g\u0127amlet b'su\u010b\u010bess konsiderevoli, skont korti\u0121jan Fran\u010biz li kiteb hekk lil Katerina de' Medici, omm Eli\u017cabetta:", "Sofonisba malajr kisbet il-qima u l-fidu\u010bja tar-Re\u0121ina \u017cag\u0127\u017cuha u g\u0127addiet is-snin ta' wara tpin\u0121i \u0127afna ritratti uffi\u010bjali g\u0127all-qorti, fosthom ta' Juana, o\u0127t Filippu II u ta' ibnu, Don Carlos.", "Dan ix-xog\u0127ol kien \u0127afna i\u017cjed e\u017ci\u0121enti mir-ritratti informali li Anguissola kienet ibba\u017cat il-fama tag\u0127ha fuqhom, billi biex tpin\u0121i d-disinji intrikati tad-drapijiet fini u l-\u0121ojjellerija elaborata me\u0127tie\u0121a fir-ritratti ta' persuna\u0121\u0121i rjali, kien ji\u0127dilha ammont tal-bi\u017cg\u0127a ta' \u017cmien u ener\u0121ija.", "Madankollu minkejja l-isfida, ir-ritratti li pin\u0121iet Sofonisba ta' Eli\u017cabetta ta' Valois (u iktar tard, ta' Anna tal-Awstrija, ir-raba' mara ta' Filippu II) huma vibranti u mimlijin \u0127ajja.", "Waqt li kienet fis-servizz ta' Eli\u017cabetta ta' Valois, Anguissola kienet ta\u0127dem fil-qrib ma' Alonso Sanchez Coello.", "Tant fil-qrib infatti, li l-pittura famu\u017ca tar-re Filippu II fl-et\u00e0 tan-nofs kien g\u0127al \u017cmien twil attribwit lil Coello jew Pantoja.", "Kien biss dan l-a\u0127\u0127ar li Anguissola intg\u0127arfet b\u0127ala l-\u0127allieqa ta' din il-pittura.", "Fl-1570, Anguissola kellha 38 u kienet g\u0127adha ma \u017c\u017cew\u0121itx.", "Wara l-mewt ta' Eli\u017cabetta ta' Valois, Filippu II beda jie\u0127u \u0127sieb i\u017cjed il-futur ta' Sofonisba u rran\u0121alha biex ti\u017c\u017cewwe\u0121.", "Madwar l-1571, i\u017c\u017cew\u0121et lil Don Francisco de Moncada, bin il-prin\u010bep ta' Paterno, vi\u010bire ta' Sqallija.", "It-tie\u0121 kien i\u010bcelebrat b'pompa kbira, u r\u010biviet dota minn g\u0127and ir-re ta' Spanja.", "Wara t-tie\u0121 il-koppja vvja\u0121\u0121aw biex i\u017curu l-familja tag\u0127ha, kif ukoll l-artijiet ta' \u017cew\u0121ha fl-Italja imma fl-a\u0127\u0127ar marru lura lejn Spanja.", "Wara 18-il sena fil-qorti Spanjola, Sofonisba u \u017cew\u0121ha fl-a\u0127\u0127ar telqu minn Spanja bil-permess tar-re matul l-1578.", "Marru Palermo fejn \u017cew\u0121 Sofonisba miet fl-1579.", "Fl-et\u00e0 ta' 47 sena, hija u sejra d-dar f'Cremona, Sofonisba iltag\u0127et ma' Orazio Lomellino, li kien i\u017cg\u0127ar minnha sewwa, il-kaptan tal-vapur li kienet qieg\u0127da tivvja\u0121\u0121a fuqu.", "I\u017c\u017cew\u0121u ftit wara f'Jannar tal-1580, fil-belt ta' Pisa.", "Orazio g\u0127araf it-talent tag\u0127ha u appo\u0121\u0121aha fix-xog\u0127ol artistiku tag\u0127ha u kellhom \u017cwie\u0121 twil u hieni.", "Marru joqg\u0127od Genova, fejn il-familja ta' \u017cew\u0121ha kienu jg\u0127ixu f'dar kbira.", "Lil Anguissola tawha kwartier fid-dar g\u0127aliha li kien fih studju u kellha \u0127afna \u0127in g\u0127all-pittura.", "Bil-fortuna ta' Orazio flimkien mal-pensjoni \u0121eneru\u017ca li r\u010beviet minn Filippu II, Sofonisba kellha \u0127ajja komda u setg\u0127et tpin\u0121i bla xkiel.", "Issa li kienet saret famu\u017ca, kienu ji\u0121u \u0127afna kollegi j\u017curuha biex jiddiskutu l-arti mag\u0127ha.", "Bosta minn dawn kienu pitturi \u017cag\u0127\u017cag\u0127 li xtaqu jitg\u0127allmu u jimitaw l-istil karatteristiku ta' Anguissola.", "Tard f'\u0127ajjitha, Anguissola ma pin\u0121ietx ritratti biss imma wkoll pitturi reli\u0121ju\u017ci, kif kienet tag\u0127mel f'\u017cog\u0127\u017citha, (sfortunatament, \u0127afna mill-pitturi reli\u0121ju\u017ci tag\u0127ha ntilfu).", "Kienet ir-ritrattista prin\u010bipali ta' \u0120enova sakemm marret toqg\u0127od Palermo fl-a\u0127\u0127ar ta' \u0127ajjitha.", "Pin\u0121iet l-a\u0127\u0127ar awtoritratt fl-1620.", "Fl-1623, lil Anguissola \u017carha il-pittur Fjamming Anton Van Dyck, li kien pin\u0121iha bosta drabi kmieni fis-1600ijiet, u fl-album li kien i\u017comm kellu skizzi minn kull darba li \u017carha.", "Anton Van Dyck innota li g\u0127alkemm g\u0127ajnejn Sofonisba kienu iddg\u0127ajfu, mo\u0127\u0127ha kien g\u0127adu tajjeb.", "G\u0127adhom je\u017cistu estratti tal-pariri li tag\u0127tu fuq il-pittura waqt din i\u017c-\u017cjara li matulha Van Dyck pin\u0121iha g\u0127al darba o\u0127ra; dan kien l-a\u0127\u0127ar ritratt ta' Sofonisba.", "Is-sena ta' wara marret toqg\u0127od Sqallija.", "Kontra li sostnew xi bijografi, qatt ma g\u0127amit g\u0127al kollox, imma forsi kellha l-katarretti.", "Meta l-vista tag\u0127ha marret lura, Sofonisba saret patruna g\u0127anja tal-arti.", "Mietet ta' 93 sena, f'Palermo fl-1625.", "Matul \u0127ajjitha kollha kienet dejjem irrispettata u kellha fama internazzjonali.", "Seba' snin wara, fl-g\u0127eluq il-mitt sena tag\u0127ha kieku baqg\u0127et \u0127ajja, \u017cew\u0121ha qieg\u0127ed iskrizzjoni fuq qabarha li parti minnha kienet tg\u0127id hekk: \"Lil Sofonisba, marti ... li hi mni\u017c\u017cla fost in-nisa illustri tad-dinja, e\u010b\u010bezzjonali fit-tpin\u0121ija tar-ritratti tal-bnedmin ...", "Orazio Lomellino, fin-niket tat-telf tal-ma\u0127buba kbira tieg\u0127u, fl-1632, iddedika dan l-oma\u0121\u0121 \u017cg\u0127ir lil din il-mara tant kbira.\"", "L-influwenza ta' Campi, li r-reputazzjoni tieg\u0127u kienet ibba\u017cata fuq ir-ritratti, tidher \u010bara fix-xog\u0127ol bikri ta' Sofonisba, b\u0127al fl-\"Awtoritratt\" (Firenze, Uffizi).", "Xog\u0127lha hu asso\u010bjat mat-tradizzjoni modana ta' Cremona, influwenzata \u0127afna mill-arti ta' Parma u Mantova, li anki fix-xog\u0127lijiet reli\u0121ju\u017ci hi permeata b'delikatezza u grazzja kbira.", "Minn Gatti tidher li assorbiet elementi li jfakkru f'Correggio, u bdiet moda li saret i\u017cjed a\u010b\u010bentwata fil-pittura ta' Cremona tal-a\u0127\u0127ar tas-seklu 16.", "Din id-direzzjoni \u0121dida narawha f' \"Lucia, Minerva u Europa Anguissola jilg\u0127abu l-iskakki\" (1555; Poznan, Mu\u017c.", "N.) fejn l-arti tar-ritratti tit\u0127allat f'xena kwa\u017ci-\u0121eneru, karatteristika tal-mudelli minn Brescia.", "Il-parti l-kbira tax-xog\u0127ol bikri ta' Anguissola jikkonsisti f'awtoritratti (l-g\u0127add ta' awtoritratti juri l-fatt li min\u0127abba l-fama tag\u0127ha dawn kienu sikwit mitluba) u ritratti tal-familja tag\u0127ha.", "Barra minn hekk, ma kellhiex b\u017conn li dejjem toqg\u0127od fuq il-pittura g\u0127all-g\u0127ajxien tag\u0127ha.", "L-awtoritratti u r-ritratti tal-familja huma meqjusa minn \u0127afna nies b\u0127ala l-isba\u0127 xog\u0127lijiet tag\u0127ha.", "Xi 50 pittura huma mag\u0127rufa b\u0127ala \u017cgur minn idejn Sofonisba.", "Ix-xog\u0127lijiet tag\u0127ha nistg\u0127u narawhom fil-galleriji tal-arti f'Bergamo, Budapest, Madrid (Museo del Prado), Napli, Sjena, u Firenze (Uffizi).", "Il-\u0127idma ta' Sofonisba Anguissola kellha influwenza li damet fuq il-\u0121enerazzjonijet ta' artistiti ta' wara.", "Ir-ritratt li pin\u0121iet tar-Re\u0121ina Eli\u017cabetta ta' Valois bi\u017c-\"zibellino\" (il-pil ta' marta b'ras u saqajn tad-deheb im\u017cejjen bil-\u0121ojjelli) kien ir-ritratt l-i\u017cjed ikkupjat fi Spanja.", "Fost dawk li kkupjawh kien hemm bosta mill-a\u0127jar artisti ta' dak i\u017c-\u017cmien, b\u0127al Peter Paul Rubens.", "Sofonisba hi importanti wkoll g\u0127all-istori\u010bi tal-arti feministi.", "Minkejja li qatt ma kien hemm perjodu fl-istorja tal-punent li matulu in-nisa ma dehru xejn fl-arti vi\u017cwali, is-su\u010b\u010bess kbir ta' Anguissola feta\u0127 il-bieb biex g\u0127add ikbar ta' nisa jsegwu karriera ta' artisti.", "Fost is-su\u010b\u010bessuri famu\u017ci tal-e\u017cempju tag\u0127ha insibu 'l Lavinia Fontana, Barbara Longhi, Fede Galizia u Artemisia Gentileschi.", "Sophonisba darba qalet, \"Il-\u0127ajja mimlija sorpri\u017ci, jien nipprova naqbad dawn il-mumenti prezzju\u017ci b'g\u0127ajneja miftu\u0127in beraq.\""], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13473", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13473", "title": "Stefan Sultana", "text": ["Stefan Sultana", "Stefan Sultana (\u0126amrun, 18 ta' Lulju 1968) huwa eks-plejer tal-futbol, fejn barra li qatta' l-aqwa perjodu tal-karriera tieg\u0127u mal-klabb ta' \u0126amrun Spartans, hu wkoll i\u017comm ir-rekord tal-aktar numru ta' gowls skurjati fil-Premier League Malti.", "Stefan tela' fi \u0127dan is-settur ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ta' \u0126amrun Spartans, il-klabb tal-lokal tieg\u0127u, u ddebutta mat-tim tal-kbar fit-28 ta' April 1985 f'telfa ta' 4\u20130 kontra Marsa.", "Minn dakinhar mar biex skorja 197 gowl fil-kampjonat Malti f'karriera illustri ta' 25 sena.", "Kien e\u017cattament nhar il-5 ta' Frar 2003 li Sultana irnexxielu jeg\u0127leb ir-rekord, li kien f'idejn Tony Nicholl, bil-gowl numru 174 tal-karriera tieg\u0127u fir-reb\u0127a ta' 3\u20131 kontra Marsaxlokk.", "Wara li g\u0127al sentejn kien mal-klabb ta' Ra\u0127al \u0120did, Hibernians, qabel ma re\u0121a' rritorna mal-\u0126amrun, Stefan lag\u0127ab l-a\u0127\u0127ar log\u0127ba tieg\u0127u personali u mal-klabb \u0126amruni\u017c fit-3 ta' Mejju 2009, fit-telfa ta' 2\u20130 kontra Qormi.", "Wara li rtira mil-log\u0127ba tal-futbol huwa baqa' nvolut f'dan il-kamp hekk kif \u0127a \u0127sieb it-tim ta' ta\u0127t is-17-il sena tal-\u0126amrun.", "Nhar id-9 ta' Ottubru 2009, saret partita ta' testimonjanza \u0121ewwa l-Victor Tedesco Stadium f'\u0121ie\u0127 is-servizzi tal-istess Stefan Sultana.", "Il-partita kienet tinvolvi selezzjoni tat-tim nazzjonali Malti u selezzjoni o\u0127ra tat-tim \u0126amruni\u017c, li Stefan lag\u0127ab mag\u0127hom.", "It-tim tal-\u0126amrun reb\u0127u 3\u20130 bi Stefan Sultana jiskorja gowl minnhom.", "It-tim tal-i\"Spartans\" \u0127abbru li n-numru 11 milbus minn Sultana matul il-karriera tieg\u0127u kien se ji\u0121i rtirat.", "B'sorpri\u017ca kbira, Stefan Sultana issospenda l-irtirar tieg\u0127u biex ing\u0127aqad mal-klabb G\u0127awdxi ta' Xewkija Tigers.", "Hu ffirma fil-15 ta' Marzu 2010, b'kuntratt sa tmiem l-ista\u0121un.", "L-ewwel log\u0127ba mal-klabb mill-Ewwel Divi\u017cjoni G\u0127awdxija kienet fil-konfront mirbu\u0127 bl-iskor ta' 2\u20130 kontra G\u0127ajnsielem.", "Sultana, wara li kien deher xi log\u0127biet mat-tim Malti ta' ta\u0127t il-21 sena, iddebutta mat-tim nazzjonali A Malti nhar is-7 ta' Mejju 1991 fit-telfa ta' 4\u20131 kontra l-I\u017clanda.", "Minn dakinhar irnexxielu jag\u0127mel 33 dehra man-nazzjonal Malti fejn \u0127alla l-marka tieg\u0127u g\u0127al erba' darbiet.", "\u0126amrun Spartans"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13474", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13474", "title": "Ir\u0127ula ta' Malta", "text": ["Ir\u0127ula ta' Malta", "Din hija lista' ta' Ir\u0127ula ta' Malta.", "Il-laqam huwa \u0127a\u0121a mill-aktar komuni f'kull so\u010bjet\u00e0, kemm dawk l-imsejj\u0127a \u017cviluppati, kif ukoll f'dawk li mhumiex meqjusa b\u0127ala tali.", "L-artiklu li \u0121ej ma jiddiskutiex il-laqam in \u0121enerali imma jiffoka fuq it-tradizzjoni antika ta' laqmijiet mog\u0127tija lill-ir\u0127ula Maltin u lil min jg\u0127amarhom.", "Qed jitni\u017c\u017clu wkoll l-aktar tifsiriet komuni l-g\u0127aliex ir-ra\u0127al partikolari g\u0127andu dak il-laqam.", "Fi \u017cmien l-Assedju l-kbir il-kmandant li kien inkarigat mill-Isla kien jismu xi \u0127a\u0121a tixbah \u010aej\u010bu .", "Jum minnhom, it-truppi li kienu jiehdu hsieb l-Isla g\u0127amlu attakk b'sa\u0127\u0127tu fuq l-g\u0127edewwa.", "La Vallette staqsa minn kienu u ta' madwaru we\u0121buh li kienu grupp taht ta' \u010aej\u010bu.", "B'hekk in-nies tal-Isla bdew jissej\u0127u ta' \u010aej\u010bu, \u010aacu.", "Zmien wara, kien hemm drawwa li meta nies issajru xi tjur, kienu jitfghu r-rix wara il-bieb biex kulhadd ikun jaf u biz-zmien Ta' \u010aa\u010bu sar il-laqam sinonomu g\u0127an-nies ta l-Isla li j\u0127obbu jifta\u0127ru.", "Lin-nies tal-belt tal-Birgu jg\u0127idulhom tat-Tokba.", "Din hija l-kelma Maltija \"toqba\", biss ting\u0127ad bil-\"k\" minflok bil-\"q\" min\u0127abba d-drawwa li g\u0127andhom in-nies tal-Birgu, b\u0127an-nies ta' xi r\u0127ula o\u0127ra li jlissnu l-\"q\" bil-\u0127oss ta' \"k\".", "Jing\u0127ad li t-Tokba hija referenza g\u0127al-post fejn imorru jg\u0127umu n-nies tal-Birgu.", "O\u0127rajn jg\u0127idu li t-Tokba hija referenza g\u0127al bieb \u010bkejken li hemm fis-sur u li jissejja\u0127 b'dan l-isem.", "Il-laqam tan-nies ta' Bormla huwa \"Ta' ba\u0127arhom\" jew \"Ta' ba\u0127ar i\u010b-\u010bwie\u010b\".", "Dan jing\u0127ad min\u0127abba li l-ba\u0127ar tag\u0127hom \u0121ie me\u0127ud kollhu mit-tarzna.", "Dan il-laqam illum ma jregix ghax it-tarzna f'Bormla giet zarmata.", "Rabti kibx.", "Hekk jissej\u0127u r-Rabtin.", "Kibx hija kelma o\u0127ra Maltija g\u0127al muntun.", "Jista' jkun li b'dan il-laqam iridu jfissru li r-Rabtin huma nies ta' rashom iebsa.", "Filfatt te\u017cisti l-idjoma li tg\u0127id \"Rabti u \u017bebbu\u0121i jag\u0127mlu Lhudi\" (Il-Lhud huma meqjusa b\u0127ala nies ta' rashom iebsa u li jag\u0127mlu li jfettlilhom u g\u0127all-flus.)", "Tal-kag\u0127ka u tal-\"Irish\".", "Tal-kag\u0127ka gej minn \"traffic island\" \u017cg\u0127ira li hemm waqtli tal-Irish \u0121ej mir-rabta li hemm bejn il-Furjana u \u0127afna Irlandi\u017ci li kienu jg\u0127ixu hemm u mill-gear tal-futbol li jilbsu Floriana FC a\u0127dar u abjad li \u0121ie mg\u0127oti lit-tim fl-1905 mill-\"Royal Irish Fusiliers\".", "Fil-passat dan ir-ra\u0127al kien ji\u0121i msejja\u0127 pajji\u017c it-tewm, peress li \u0127afna tewm kien ji\u0121i prodott u mnixxef f'dan ir-ra\u0127al.", "L-G\u0127arg\u0127urin ta' dari kienu mag\u0127rufin illi jisirqu t-tewm ta'xulxin, illi kien ikun fuq il-bjut biex jinxef.", "Dan kien jinsteraq billi kienu jdendlu qattus minn denbu ma' lasta u jresquh lejn tarf bejt.", "Il-qattus kien jibda jipprova jaqbad mal-bejt u b'hekk kien iwaqqa` fl-art it-tewm li kien ikun hemm fuq il-bejt.", "Partijiet minn \u0127al G\u0127arg\u0127ur li llum jag\u0127mlu parti mis-Swieqi kienu jissej\u0127u pajji\u017c il-baqar.", "Dan minhabba li kien hemm \u0127afna rziezet tal-baqar fl-in\u0127awi.", "L-G\u0127arg\u0127urin, fil-passat, kienu mag\u0127rufin ukoll b\u0127ala tas-sikkina fost in-nies l-o\u0127ra tan-na\u0127a ta' fuq ta' Malta.", "Dan min\u0127abba illi \u0127afna r\u0121iel minn dan ir-ra\u0127al kienu j\u0121orru sikkina jew mus mag\u0127hom, fil-waqt illi n-nisa kienu j\u017commu fuqhom tip ta'arma msejj\u0127a dies, illi kienet forma ta virga kemxejn \u0127oxna \u0121ejja g\u0127all-ponta mi\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at.", "L-G\u0127arg\u0127urin kellhom ukoll il-fama ta'nies \u0127orox, u dan seta` wassal iktar biex jin\u0127oloq dan il-laqam.", "Il-\u0126amruni\u017ci huma mag\u0127rufa b\u0127ala tas-sikkina min\u0127abba li huma meqjusa b\u0127ala nies \u0121ellidin.", "Tax-Xelin u Tal-pep\u00e8 huma \u017cew\u0121 laqmijiet tas-Slimi\u017ci.", "L-ewwel wiehed gej mill-fatt li meta tas-Sliema kienet taht l-Inglizi, dawn kienu jharsu l-isfel lejn il-Maltin kollha inkluzi is-Slimizi, u biex juru superjorita, kienu jistidnuwhom imorru l-knisja u hemm kienu jghatuhom \"hobza u xelin\" biex jitrejjqu.", "It-tieni wie\u0127ed \u0121ej mill-fatt li n-nies ta' Tas-Sliema kienu meqjusa b\u0127ala ta' klassi g\u0127olja u li j\u0127obbu jitfg\u0127u \u0127afna kliem bl-Ingli\u017c.", "B'hekk b'pep\u00e8 jkunu jridu juru \u010bertu snobbi\u017cmu.", "Hemm min jg\u0127id li l-kelma pep\u00e8 \u0121ejja mill-fatt li s-Slimi\u017ci kienu jsejj\u0127u lil missierhom pap\u00e0 b'\u010bertu tg\u0127awwi\u0121 tal-ilsien minflok \"missier\", \"p\u00e0\" jew \"t\u00e0\" kif kienu jsejj\u0127ulu n-nies t'ir\u0127ula o\u0127ra.", "B'hekk \u0127adu l-laqam tal-pap\u00e0 li bit-tg\u0127awwi\u0121 tal-ilsien inbidel f'pep\u00e8.", "Il-Misidjani huma msejj\u0127a Tal-\u0126ama.", "Meta tin\u017cel \u0127afna xita l-Imsida kien (u f'xi postijiet g\u0127adu) jsofri minn g\u0127arg\u0127ar.", "G\u0127alhekk, mal-ilma li kien jin\u017cel l-Imsida u jg\u0127erreq il-post, kien jin\u017cel \u0127afna \u0127ama.", "Il-Karkari\u017ci huma mag\u0127rufa b\u0127ala ta' sormhom \u010batt.", "Ma hemm ebda referenza ufficjali li tindika minfejn gej dan il-laqam izda hafna isostnu li il-karkarizi setghu kienu assocjati ma nies ghazzenin, li dejjem bilqegheda.", "Hemm storja li tghid li darba il-Karkarizi kienu qedin itellghu il-qampiena l-kbira tal-Parrocca ta' Santa Elena, inqata' l-habel u kulhadd mar ghal sormu...", "Sa nofsinhar ir\u0121iel.", "Dan hu l-laqam marbut mal-Qriema.", "Hemm bosta tifsiriet g\u0127al dan.", "Xi w\u0127ud jg\u0127idu li dan il-laqam \u0121ej g\u0127ax il-Qriema kienu j\u0127obbu l-qatra wara l-ikel u g\u0127alhekk wara ma jibqg\u0127ux daqshekk f'tag\u0127hom.", "Tifsira o\u0127ra hija li min\u0127abba li \u0126al-Qormi huwa mag\u0127ruf g\u0127all-furnara tieg\u0127u, dawn peress li jg\u0127addu l-lejl jag\u0127mlu l-\u0127ob\u017c, wara nofsinhar kienu jmorru jistrie\u0127u.", "Tifsira o\u0127ra, mhux daqshekk popolari hija li l-arlo\u0121\u0121 tal-knisja kien waqaf fuq nofsinhar u ma baqax ja\u0127dem u b'hekk ing\u0127atalhom dan il-laqam.", "In-nies ta' Bir\u017cebbu\u0121a jsibuhom b\u0127ala Ta' Wara l-Muntanji g\u0127aliex ir-ra\u0127al ta' Bir\u017cebbu\u0121a jinsab fin-nofsinhar nett ta' Malta f'\u0127alq il-\u0127uta maqtug\u0127 minn ir\u0127ula o\u0127rajn.", "Tal-Iljun.", "Il-Beltin maghrufin ta l-iljun minhabba li l-arma tal-belt kapitali, li hija mehuda mill-istemma tal-Gran Mastru La Valette.", "Huma ukoll maghrufin Tal-Palestina, ghaliex huma nies gellieda u passjonali hafna, specjalment ghal Belt taghhom."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13476", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13476", "title": "\u0126amrun Spartans FC", "text": ["\u0126amrun Spartans FC", "\u0126amrun Spartans Football Club hu klabb tal-futbol Malti bba\u017cat il-\u0126amrun.", "It-tim reba\u0127 l-Ewwel Divi\u017cjoni Maltija fl-2007.", "Wara l-promozzjoni g\u0127al-Premier League Malti lis-Spartans spi\u010b\u010baw fis-6 post fl-2008 u rnexxielhom jibqg\u0127u fl-og\u0127la divi\u017cjoni s'issa.", "Minn meta beda fl-1907, il-\u0126amrun Spartans reb\u0127u total ta' 7 kampjonati .", "Huma \u0121ew ukoll runners-up g\u0127al 11-il darba.", "Wie\u0127ed mill-istillel fl-istorja tal-klabb, Stefan Sultana, skorja total ta' 252 gowls fil-karriera tieg\u0127u (Waqt li lag\u0127ab g\u0127all-\u0126amrun Spartans), li \u0121ie l-aktar plejer Malti li skorja gowls (mit-12 ta' Mejju, 2007).", "\"\u0126amrun Spartans\" bdew jilg\u0127abu l-futbol fl-1907.", "Fl-ista\u0121un 1913-14, \"\u0126amrun Spartans\" kien di\u0121\u00e0 tim stabbilit u reb\u0127u t-titolu min g\u0127and \"St. George's\" min\u0127abba r-regola tal-gowls barra mid-dar.", "It-tieni su\u010b\u010bess tal-Kampjonat tag\u0127hom kien erba' snin wara meta spi\u010b\u010baw mill-\u0121did kon\u0121unti fil-qu\u010b\u010bata tal-Klassifika ma' \"St George's\".", "Din id-darba l-\u0126amrun kienu \u010b-\u010aampjins ta' Malta g\u0127ax reb\u0127u lil \"St George's\" fill-play-off.", "L-a\u0127jar plejer tal-\u0126amrun dak i\u017c-\u017cmien kien Gejtu Psaila, mag\u0127ruf b\u0127ala l-\u0126a\u010b\u010ba.", "Fl-20 u 30, il-klabb g\u0127adda minn perijodu diffi\u010bli meta il-plejers tal-\u0126amrun \u0127allew il-klabb biex immoru \u0121o klabbs o\u0127ra.", "L-ikbar rivali tal-\u0126amrun kienu l-\u0121irien tal-Marsa.", "Tim \u0121did, \"\u0126amrun Liberty\" \u0121ie iffurmat u fi ftit ta' snin, \"\u0126amrun Liberty\" kienu fost l-aqwa fil-futbol Malti.", "Mar-ritorn tag\u0127hom g\u0127all-Ewwel Divi\u017cjoni fl-1946-47, il-klabb bidel ismu g\u0127al \"\u0126amrun Spartans\".", "Reb\u0127u t-Trofew \"Johnnie Walker\" u t-Tazza Cassar.", "Huma reb\u0127u t-Tazza Cassar darb'o\u0127ra fl-ista\u0121un 1948-1949.", "Bejn l-1947 u 1952, kienu erba' darbiet runners-up.", "It-tim beda nie\u017cel fis-60 sakemm \u0121ew relegati fl-ista\u0121un 1969-70.", "Wara li jirritorna g\u0127all-Ewwel Divi\u017cjoni, kienu relegati g\u0127al darb'o\u0127ra fl-1974.", "Madankollu, wara sentejn fit-Tieni Divi\u017cjoni, kienu lura fl-Ewwel Divi\u017cjoni.", "Fil-75 anniversarju, fl-ista\u0121un 1982-83, il-klabb kien lura fil-qu\u010b\u010bata meta reba\u0127 it-titolu wara assenza ta' 36 sena.", "Il-\"\u0126amrun Spartans\" irnexxielhom ukoll jirb\u0127u l-FA Trophy matul dak l-ista\u0121un.", "Dan kien il-bidu tal-era ta\u0127t il-gwida tal-President Victor Tedesco.", "It-tim \u0121ie msa\u0127\u0127a\u0127 bl-aqwa plejers b\u0127al \u0120i\u0121i Salerno, Raymond u \u0120or\u0121 Xuereb, Edwin Farrugia, Raymond Vella (li kien ta\u0127t self minn Marsa), Joe Brincat u Carlo Seychell.", "Alfred Cardona kien il-kow\u010b tag\u0127hom.", "Wara \u0127afna tilwim mad-Divi\u017cjoni tal-Immigrazzjoni, Victor Tedesco irnexxielu jiffirma \u017cew\u0121 barranin, \u017cew\u0121 plejers Inglizi Peter Hatch u John Linacre - l-ewwel barranin li lag\u0127abu fuq il-g\u017cira wara perjodu twil.", "Il-\u0126amrun stabbilixxew rekord \u0121did li huwa l-unika tim lokali biex li kemm \"home\" u kemm \"away\" f'kompetizzjoni tal-UEFA wara li g\u0127elbu lil-Ballymena United tal-Irlanda ta' Fuq.", "F'g\u0127axar snin il-\u0126amrun irrnexxielhom jirb\u0127u 3 titoli tal-kampjonat nazzjonali, 3 FA Trophies, u 3 Super Euro Cups.", "Wara kampanji su\u010b\u010bessivi b\u0127al dawn, lis-\"Spartans\" iffa\u010b\u010bjaw diffikultajiet finanzjarji.", "It-tim kellu jittrasferixxi l-aqwa plejers tieg\u0127u sakemm finalment kienu relegat g\u0127all-Ewwel Divi\u017cjoni fl-1998-1999.", "Wara sena, dawn kienu promossi lura g\u0127all-Premier League wara li reba\u0127 l-ewwel titolu tal-Ewwel Divi\u017cjoni.", "L-a\u0127\u0127ar erba' sta\u0121uni kienu snin tilg\u0127ajn u ni\u017clin.", "Huma kienu relegati g\u0127all-Ewwel Divi\u017cjoni fi tmiem tal-ista\u0121un 2003/2004, imma re\u0121g\u0127u saru \u010bampjins promossi tal-Ewwel Divi\u017cjoni fl-2004/05, imbag\u0127ad re\u0121aw relegati mill-Premier League fl-ista\u0121un 2005/06 u reb\u0127u l-Ewwel Divi\u017cjoni g\u0127al darb'o\u0127ra fl-2007.", "Mill-ista\u0121un 2007/2008 \u0126amrun Spartans re\u0121g\u0127u \u0121ew lura fil-\u0121lieda g\u0127all-unuri.", "Matul l-ista\u0121un 2007/2008 il-\u0126amrun kienu sodisfatti bil-gowls kollha tag\u0127hom u spi\u010b\u010baw fil-finali tal-FA trophy kontra Birkirkara li \u0121ew telliefa b'differenza ta' gowl wie\u0127ed.", "Dan l-ista\u0121un kien ukoll su\u010b\u010bess kbir g\u0127all-partitarji tal-\u0126amrun wara li reb\u0127u l-Malta Best Support Award.", "Apparentement \u0121ew imsa\u0127\u0127a f'diversi dipartimenti, il-\u0126amrun immiraw li jiparte\u010bipaw g\u0127al post fl-Ewropa fl-ista\u0121un kurrenti.", "Madankollu, it-tim naqas milli jil\u0127aq i\u010b-Championship pool.", "Fir-relegation pool \u0126amrun bdew b'reb\u0127a e\u010b\u010bellenti 3-0 kontra Msida, imbag\u0127ad sofrew telfa xokkanti ta' 1-5 kontra Tarxien.", "Erba' punti matul it-tliet log\u0127biet ma kinux bi\u017c\u017cejjed biex jil\u0127qu s-sigurt\u00e0, u fil-log\u0127ba finali e\u017cawriti l-\u0126amrun kienu meg\u0127luba fa\u010bilment minn Qormi.", "Ma' Tarxien u Msida wkoll le\u0127qu 16-il punt wara d-dro bejniethom, \"\u0126amrun Spartans\" kienu relegati fuq l-ag\u0127ar rekord tar-ras g\u0127al ras.", "Fortunatament g\u0127al \"\u0126amrun Spartans\", il-ka\u017cijiet ta' korruzzjoni li jinvolvu l-klabbs ta' \"Vittoriosa Stars\" u Marsaxlokk kienu t-tnejn \"relegati\" imma t-timijiet baqg\u0127u fil-Premier League g\u0127all-ista\u0121un 2009-2010.", "Il-\u0126amrun fl-ista\u0121un 2009-2010 g\u0127amel su\u010b\u010bess billi si\u010b\u010ba fit-8 po\u017cizzjoni fil-Premier League Malti bl-a\u0127\u0127ar log\u0127ba tar-Relegation Pool kontra l-Imsida bir-ri\u017cultat finali ta' 2-2.", "\u0126amrun kienu ukoll fis-semi finali tal-FA Trophy f'dak l-ista\u0121un.", "Rebbie\u0127a (7) Runners-up (11)", "Rebbie\u0127a (5): Runners-up (3)", "Rebbie\u0127a (1): Runners-up (2) Rebbie\u0127a (6):", "Rebbie\u0127a (2):", "Rebbie\u0127a (5):"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13477", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13477", "title": "Baqra", "text": ["Baqra", "Il-baqar f'razzett annimali mammiferu \u017cg\u0127ar organiku ma jintrabtux b'mod permanenti u lanqas jin\u017cammu lilhinn mill-g\u0127elieqi \u0127odor minn fejn jieklu ikel f'merg\u0127at naturali.", "Il-bdiewa li jrabbu dawn il-baqar jimxu ma' regoli biex ji\u017cguraw li jin\u017cammu g\u0127al kollox komdi \u0127alli jag\u0127tu \u0127alib frisk ta' kwalit\u00e0 g\u0127olja.", "Il-bdiewa u l-\u0127addiema ta' mag\u0127hom ji\u0121bru regolarment dan il-\u0127alib u jibag\u0127tuh lill-kumpaniji spe\u010bjali tal-prodotti tal-\u0127alib li jibbottiljawh jew ju\u017cawh biex jag\u0127mlu prodotti friski u delizzju\u017ci b\u0127all-\u0121obon, jogurt, kremi u \u0121elati."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13478", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13478", "title": "Nag\u0127\u0121a", "text": ["Nag\u0127\u0121a", "Il-Nag\u0127a\u0121 (\"Ovis aries\") huma annimali mammiferu \u017cg\u0127ar tal-sottofamilja Caprinae ta' l-familja Bovinae fil-\u0127olma tieg\u0127ek juri nuqqas ta 'pre\u017cenza u xi kultant l-intelli\u0121enza.", "Inti parir tajjeb li joffru kon\u010biljazzjoni lill-\u0127bieb antiki f'dan il-\u0127in."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13486", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13486", "title": "Konfu\u010bju", "text": ["Konfu\u010bju", "Konfu\u010bju (28 ta' Settembru 551 q.K. \u2013 479 q.K.) kien \u0127assieb u filosfu \u010aini\u017c, li t-tag\u0127lim u l-filosofija tieg\u0127u \u0127allew influwenza kbira fuq il-\u0127sieb \u010aini\u017c, Korean, \u0120appuni\u017c u Vjetnami\u017c, u l-\u0127ajja.", "Il-filosofija tieg\u0127u enfasizzat fuq il-moralit\u00e0 personali u dik amministrattiva, korrettezza ta' relazzjonijiet so\u010bjali, il-\u0121ustizzja u s-sin\u010berit\u00e0.", "Dawn il-valuri kisbu prominenza kbira fi\u010b-\u010aina g\u0127ad-detriment ta' duttrini op\u0127ra, b\u0127al-Legali\u017cmu (\u6cd5\u5bb6) jew it-Taoi\u017cmu (\u9053\u5bb6) matul id-Dinastija Han.", "Il-\u0127sibijiet ta' Konfu\u010bju \u0121ew \u017cviluppati f'sistema ta' filosofija mag\u0127rufha b\u0127ala Konfu\u010bjune\u017cmu (\u5112\u5bb6).", "Din \u0121iet introdotta fl-Ewropa mill-\u0120i\u017cwita Taljan Matteo Ricci, li kien l-ewwel li Llatinizza l-isem g\u0127al \"Confucius\".", "It-tag\u0127lim jistg\u0127u jinstabu fid-\"Djalogi ta' Konfu\u010bju\" (\u8ad6\u8a9e), \u0121abra ta' \"frammenti aforisti\u010bi \u017cg\u0127ar\", li \u0121ew komposti matul is-snin wara l-mewt tieg\u0127u."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13536", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13536", "title": "Lista tal-kodi\u010bi nazzjonali tal-FIFA", "text": ["Lista tal-kodi\u010bi nazzjonali tal-FIFA", "Il-FIFA tag\u0127ti kodi\u010bi kompost minn tliet ittri lil kull membru u anke lil dawk li mhumiex.", "Dawn huma l-kodi\u010bi uffi\u010bjali w\u017cati mill-FIFA u l-konfederazzjonijiet kontinentali tag\u0127ha (AFC, CAF, CONCACAF, CONMEBOL, OFC u UEFA) b\u0127ala abbrevjazzjonijiet tal-ismijiet tal-pajji\u017ci f'kompetizzjonijiet uffi\u010bjali.", "Attwalment hemm 208 membri tal-FIFA, b'kull wie\u0127ed minnhom b'kodi\u010bi g\u0127alih."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13570", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13570", "title": "Artemisia Gentileschi", "text": ["Artemisia Gentileschi", "Artemisia Gentileschi (Ruma, 8 ta' Lulju 1593 \u2013 Napli, 1656) kienet pittri\u010bi Taljana tal-Barokk bikri, illum meqjusa b\u0127ala l-aqwa fost il-pitturi tal-\u0121enerazzjoni influwenzata minn Caravaggio.", "Fi \u017cmien meta n-nisa ma tantx kienu a\u010bcettati fil-komunit\u00e0 artistika, kienet l-ewwel pittri\u010bi li saret membru tal-Accademia delle Arti del Disegno ta' Firenze.", "Kienet l-ewwel artista mara li pin\u0121iet pitturi stori\u010bi u reli\u0121ju\u017ci, fi \u017cmien meta n-nisa ma kinux meqjusa kapa\u010bi bi\u017c\u017cejjed g\u0127al dawn is-su\u0121\u0121etti eroj\u010bi.", "Artemisia Gentileschi twieldet Ruma fit-8 ta' Lulju, 1593, l-ewwel mill-ulied tal-pittur Toskan Orazio Gentileschi.", "Artemisia bdiet titg\u0127allem il-pittura fil-\u0127anut tax-xog\u0127ol ta' missierha, fejn uriet \u0127afna i\u017cjed talent minn \u0127utha s-subien, li kienu ja\u0127dmu mag\u0127ha.", "Hemm tg\u0127allmet id-disinn, it-ta\u0127lit ta\u017c-\u017cebg\u0127a u l-pittura.", "Billi l-istil ta' missierha kien ispirat minn Caravaggio matul dak il-perjodu, l-istil tag\u0127ha kien influenzat sewwa minnu wkoll.", "Imma hi affrontat is-su\u0121\u0121ett b'mod differenti minn dak ta' missierha, billi l-pitturi tag\u0127ha huma \u0127afna i\u017cjed naturalisti minn ta' Orazio li huma idealizzati.", "L-ewwel xog\u0127ol ta' Artemisia \u017cag\u0127\u017cug\u0127a, metal kellha 17-il sena, (allavolja \u0127afna nies dak i\u017c-\u017cmien issusspettaw li kien g\u0127enha missierha) kien \"Susanna e i Vecchioni\" (\"Susanna u x-Xju\u0127\") (1610, Kollezzjoni Sch\u00f6nborn, Pommersfelden).", "Il-pittura turi li Artemisia assimilat ir-reali\u017cmu ta' Caravaggio ming\u0127ajr ma ttrraskurat il-lingwa tal-iskola ta' Bolonja (li fost l-ikbar pitturi tag\u0127ha kien hemm Annibale Carracci).", "Din hi wa\u0127da mill-ftit pitturi ta' Susanna li juri \u017c-\u017cew\u0121 ir\u0121iel jippjannaw il-molestja sesswali tag\u0127hom.", "X'aktarx Artemisia kienet \u0121arbet xi molestja u pin\u0121iet 'l Susanna b\u0127ala riflessjoni.", "Fl-1612, minkejja li minn kmieni uriet talent kbir, Artemisia ma t\u0127allietx tid\u0127ol fl-akkademji professjonali tal-arti li kienu g\u0127all-ir\u0121iel biss.", "Dak i\u017c-\u017cmien, missierha kien qieg\u0127ed ja\u0127dem ma' Agostino Tassi fid-dekorazzjoni tas-soqfa tal-Casino della Rose fil Palazz Pallavicini Rospigliosi f'Ruma, u Orazio rran\u0121a mal-pittur biex jg\u0127allem 'il bintu fil-privat.", "Waqt li kienet titg\u0127allem mieg\u0127u, Tassi stupra 'l Artemisia.", "Orazio tella' 'l Tassi l-qorti meta sar jaf Tassi ma setax \"isewwi\" l-\u0127sara bi \u017cwie\u0121 riparatorju.", "Il-problema kienet l-pittur kien di\u0121\u00e0 mi\u017c\u017cewwe\u0121 (u fl-istess \u0127in kellu relazzjoni ma' o\u0127t il-mara, li dak i\u017c-\u017cmien kienet meqjusa in\u010bestu\u017ca).", "L-atti tal-pro\u010bess (li spi\u010bca biex ikkundanna 'l Tassi g\u0127al sena \u0127abs biss) kellhom influwenza kbira fuq il-letteratura femminista fit-tieni nofs tas-seklu 20 dwar Artemisia Gentileschi.", "Ta' minn jenfasizza l-fatt li Artemisia a\u010b\u010bettat li ttenni l-akku\u017ci tag\u0127ha ta\u0127t it-torturi, li kienu jikkonsistu f'li jag\u0127srulha s-swaba l-kbar permezz ta' strument li kien jintu\u017ca spiss dak i\u017c-\u017cmien.", "Mill-qari tal-pro\u010bess nindunaw li l-kun\u010bett ta' \"stuprum\" fis-seklu 17 kienu jifhmuh b\u0127ala deflorazzjoni ta' mara ver\u0121ni jew relazzjoni sesswali bil-weg\u0127da ta\u017c-\u017cwie\u0121 li ma n\u017cammitx.", "Il-pittura \"Giuditta che decapita Oloferne\" (\"\u0120uditta taqta' ras Oloferne\") (1612\u20131613), esibita fil-Mu\u017cew Capodimonte ta' Napli, hi tal-bi\u017ca' fil-vjolenza li turi.", "Xahar wara l-kaw\u017ca fil-qorti, biex 'il bintu jirristawralha unurha, Orazio rran\u0121alha biex ti\u017czewwe\u0121 'l Pierantonio Stiattesi, artista modest minn Firenze.", "Ftit wara marru joqg\u0127odu Firenze, fejn, Artemisia kisbet ordni g\u0127al pittura fil-Casa Buonarroti u saret pittri\u010bi tal-qorti apprezzata, tgawdi l-patruna\u0121\u0121 tal-familja Medici u ta' Karlu I tal-Ingilterra.", "Hemm minn ja\u0127seb li matul dan i\u017c-\u017cmien Artemisia pin\u0121iet ukoll il-\"Madonna col Bambino\" (\"Madonna bil-Bambin\"), li qieg\u0127da fil-Gallerija Spada ta' Ruma.", "Waqt li kienu Firenze, Artemisia u Pierantonio kellhom erba' subien u tifla.", "Imma t-tifla, Prudenzia, biss baqg\u0127et \u0127ajja sal-et\u00e0 adulta.", "Din marret lura ma' ommha Ruma fl-1621 u wara marret Napli.", "Ma nafux x'\u0121ara minn Prudenzia wara l-mewt ta' ommha.", "Firenze, Artemisia g\u0127amlet su\u010b\u010bess kbir.", "Kienet l-ewwel mara li \u0121iet a\u010b\u010bettata fl-Accademia delle Arti del Disegno (Akkademja tal-Arti tad-Disinn).", "Kienet tmur tajjeb mal-artisti l-i\u017cjed irrispettati ta' \u017cmienha, b\u0127al Cristofano Allori, u irnexxielha tikseb l-appo\u0121\u0121 u l-protezzjoni ta' nies ta' qawwa, fosthom il-Granduka Cosimo II de' Medici u spe\u010bjalment il-Grandukessa Cristina.", "Kienet taf 'l Galileo Galilei u damu jiktbu 'l xulxin g\u0127al \u017cmien twil.", "Michelangelo Buonarroti \u017c-\u017cg\u0127ir (neputi tal-kbir Michelangelo) li kien im\u0127abbat bil-bini ta' Casa Buonarroti f'unur zijuh, kien jistmaha \u0127afna u tallabha tag\u0127mel pittura biex i\u017c\u017cejjen is-saqaf tal-gallerija tal-pittura.", "Il-pittura tirrappre\u017centa l-\"Allegoria dell'Inclinazione\" (Allegorija tal-Inklina\u017c\u017cjoni (xe\u0127ta jew talent naturali)), fl-g\u0127amla ta' tfajla g\u0127arwiena i\u017c\u017comm kumpass.", "Hemm min ja\u0127seb li din it-tfajla tixba\u0127 'il Artemisia.", "In fatti f'bosta mill-pitturi tag\u0127ha, l-eroini mimlija \u0127ajja ta' Artemisia jixb\u0127u sewwa l-awtoritratti tag\u0127ha.", "Is-su\u010b\u010bess li kellha u l-fatt li kienet mara qajmu \u0127afna xnijat fuq il-\u0127ajja privata tag\u0127ha.", "Fost ix-xog\u0127lijiet importanti ta' dan il-perjodu insibu \"La Conversione della Maddalena\" (\"Il-konver\u017cjoni tal-Madalena\"), u \"Giuditta con la sua ancella\" (\"\u0120uditta mal-qaddejja tag\u0127ha\"), li issa qieg\u0127da fil-Palazz tal-Pitti.", "Artemisia pin\u0121iet ver\u017cjoni o\u0127ra ta' \"Giuditta che decapita Oloferne\" (\"\u0120uditta taqta' ras Oloferne\"), din ikbar mill-ver\u017cjoni ta' Napli u issa tintwera fil-Gallerija Uffizi ta' Firenze.", "Minkejja s-su\u010b\u010bess li kellha, min\u0127abba l-\u0127ela tag\u0127ha u ta' \u017cew\u0121ha, i\u017c-\u017cmien li g\u0127amlet Firenze kien mimli problemi mal-kredituri u bejniethom.", "Dawn il-problemi \u0121eg\u0127luha tmur lura Ruma fl-1621.", "Artemisia marret Ruma fl-istess sena li missierha Orazio telaq g\u0127al Genova.", "Xi nies ja\u0127sbu li Artemisia marret hemm wara missierha.", "Imma x-xhieda i\u017cjed ixxaqleb favur il-fatt li Artemisia baqg\u0127et Ruma, tfittex dar u trabbi i\u017c-\u017cew\u0121 uliedha bniet.", "Ma' Prudenzia (li twieldet mi\u017c-\u017cwie\u0121 ma' Pierantonio Stiattesi) kellha tifla o\u0127ra barra \u017c-\u017cwie\u0121, li x'aktarx twieldet fl-1627.", "Artemisia ippruvat tg\u0127allem l-arti tal-pittura lil uliedha bl-ebda su\u010b\u010bess.", "L-istil ta' Caravaggio, g\u0127alkemm il-pittur stess kien ilu mejjet i\u017cjed minn g\u0127axar snin, kien g\u0127ad g\u0127andu influwenza kbira u \u0127afna pitturi kienu kkonvertew g\u0127all-istil tieg\u0127u (dawn jissej\u0127u \"Caravaggeski\") b\u0127al missier Artemisia, Carlo Saraceni (li mar lura Venezja fl-1620), Bartolomeo Manfredi, u Simon Vouet.", "Madankollu f'Ruma kmieni fis-seklu 17 kien hemm stili o\u0127ra b\u0127all-manjiera i\u017cjed klassika tad-dixxipli Bolonji\u017ci ta' Carracci u l-istil barokk ta' Pietro da Cortona.", "Artemisia da\u0127let fl-\"Accademia dei Desiosi\" u din l-okka\u017c\u017cjoni \u0121iet i\u010b\u010belebrata b'ritratt in\u010bi\u017c bl-iskrizzjoni \"\"Pincturae miraculum invidendum facilius quam imitandum\"\".", "Fl-istess perjodu saret \u0127abiba ta' Cassiano dal Pozzo, umanista, kollezzjonista u mentur kbir tal-arti.", "Madankollu minkejja r-reputazzjoni artistika, il-personalit\u00e0 qawwija tag\u0127ha u x-xibka ta' relazzjonijiet tajba li kellha, Ruma ma pprovdietx kummisjonijiet daqs kemm kienet xtaqet.", "L-apprezzament tal-pittura tag\u0127ha kien marbut biss mal-kapa\u010bit\u00e0 tag\u0127ha b\u0127ala ritrattista u l-\u0127ila tag\u0127ha fir-rappre\u017centazzjoni tal-eroini bibli\u010bi: ma kisbitx ordnijiet g\u0127all-pitturi titulari fil-knejjes li kienu j\u0121ibu \u0127afna qlieg\u0127.", "Min\u0127abba n-nuqqas ta' dokumenti hu diffi\u010bli li nkunu nafu fejn kienet Artemisia f'dan i\u017c-\u017cmien.", "Nafu \u010bert li bejn l-1627 u l-1630 marret toqg\u0127od Venezja, x'aktarx biex tfittex kummissjonijiet li jiswew iktar.", "Dan narawh mit-ti\u0127ir tal-kwalit\u00e0 tag\u0127ha li r\u010biviet mill-letterati ta' din il-belt.", "Minkejja li kultant hu diffi\u010bli li wie\u0127ed jag\u0127ti data lill-pitturi tag\u0127ha, nistg\u0127u inqeg\u0127du f'dawn is-snin ir-\"Ritratto di gonfaloniere\" (\"Ritratt ta' gonfalonjier\"), li issa qieg\u0127ed Bolonja (e\u017cempju rari tal-\u0127ila tag\u0127ha b\u0127ala ritrattista li g\u0127aliha kienet imsemmija); il-\"Giuditta con la sua ancella\", (\"\u0120uditta mal-qaddejja tag\u0127ha\") illum murija fid-Detroit Institute of Arts, (pittura li tirrifletti s-seng\u0127a tal-pittri\u010bi fl-effetti ta' chiaroscuro fid-dawl tax-xama', li g\u0127alihom f'Ruma kienu famu\u017ci Gerrit van Honthorst, Trophime Bigot u o\u0127rajn), il-\"Venere Dormiente\" (\"Venere rieqda\"), illum fil-Virginia Museum of Fine Arts, Richmond, u \"Ester ed Assuero\" (\"Ester u Assweru\") li qieg\u0127da fil-Metropolitan Museum of Art ta' New York, (li tnejn jixhdu kemm kienet assimilat il-lezzjonijiet tal-lumini\u017cmu Venezjan).", "Fl-1630 Artemisia marret toqg\u0127od Napli, belt g\u0127anja b'\u0127afna \u0127wienet tax-xog\u0127ol g\u0127all-arti u \u0127afna nies li j\u0127obbu l-arti, biex tfittex opportunitajiet \u0121odda u ta' iktar qlieg\u0127.", "\u0126afna artisti o\u0127ra fosthom Caravaggio, Annibale Carracci, Simon Vouet kienu g\u0127addew xi \u017cmien f'Napli f'\u0127ajjithom u dak i\u017c-\u017cmien kienu qeg\u0127din ja\u0127dmu hemm Jusepe de Ribera, Massimo Stanzione u ftit wara Domenichino, Giovanni Lanfranco u \u0127afna o\u0127rajn.", "L-ewwel pittura ta' Artemisia f'Napli kienet l-\"Annunzjazzjoni\" murija fil-Mu\u017cew Capodimonte.", "Baqg\u0127et toqg\u0127od Napli g\u0127all-bqija tal-karriera tag\u0127ha barra minn vja\u0121\u0121 qasir lejn Londra u xi safar ie\u0127or.", "Napli saret g\u0127al Artemisia it-tieni pajji\u017cha fejn setg\u0127et trabbi l-familja (\u017cew\u0121et i\u017c-\u017cew\u0121 uliedha hemm, b'dotta xierqa).", "Ir\u010biviet ittri li wrew stima kbira lejha, kienet tmur tajjeb mal-vi\u010bire, id-Duka ta' Alcal\u00e1 u l-aqwa artisti li kienu hemm kienu jqisuha tajba daqshom, b\u0127al Massimo Stanzione, li skont il-kittieb tas-seklu 18, Bernardo de' Dominici, bdiet kollaborazzjoni mieg\u0127u mibnija fuq \u0127biberija soda u qbil fl-stili tag\u0127hom.", "F'Napli g\u0127all-ewwel darba f'\u0127ajjitha Artemisia sabet ru\u0127ha tpin\u0121i pitturi g\u0127al katedral, dawn kienu ddedikati g\u0127all-\u0127ajja ta' San \u0120ennaru.", "Matul dan l-ewwel perjodu Naplitan pin\u0121iet in-\"Nascita di San Giovanni Battista\" (\"It-twelid ta' San \u0120wann Battistat\") li qieg\u0127ed fil-Mu\u017cew tal-Prado f'Madrid, u \"Corisca e il satiro\" (\"Koriska u s-satir\"), f'kollezzjoni privata.", "F'dawn il-pitturi, Artemisia ter\u0121a' turi l-\u0127ila tag\u0127ha biex i\u0121\u0121edded l-ideat u timxi mal-gosti artisti\u010bi ta\u017c-\u017cmien u biex ta\u0127dem fuq su\u0121\u0121etti \u0121odda minnflok il-\"\u0120uditti\", \"Susanni\", \"Batsebi\", u \"Madaleni Niedma\", tas-soltu li g\u0127alihom kienet di\u0121\u00e0 mag\u0127rufa.", "Fl-1638 Artemisia marret \u0127dejn missierha Londra fil-qorti ta' Karlu I tal-Ingilterra, fejn Orazio kien sar pittur tal-qorti u ing\u0127ata x-xog\u0127ol importanti li j\u017cejjen saqaf (allegorija tat-\"Trionfo della pace e delle Arti\" (\"Trijonf tal-pa\u010bi u l-Arti\") fil-Casa delle Delizie tar-Re\u0121ina Enriketta Marija ta' Franza fi Greenwich.", "Il-missier u bintu kienu g\u0127al darba o\u0127ra qeg\u0127din ja\u0127dmu flimkien, per\u00f2 x'aktarx li Artemisia ma kinitx marret Londra biex tg\u0127in il-missierha biss: Hu \u010bert li Karlu I kien sej\u0127ilha biex tmur fil-qorti tieg\u0127u f'Londra u din is-sej\u0127a ma setg\u0127etx tirrifjutaha.", "Karlu I kien kollezzjonista fanatku, lest li j\u0127alli l-finanzi pubbli\u010bi jfallu biex jissodisfa x-xewqat artisti\u010bi tieg\u0127u.", "Il-fama ta' Artemisia x'aktarx qajmitlu l-kur\u017cit\u00e0 u mhux kumbinazzjoni li nsibu fil-kollezzjoni tieg\u0127u pittura ta' su\u0121\u0121estjoni kbira, l-\"Autoritratto in veste di Pittura\" (\"Awtoritratt b\u0127ala Allegorija tal-Pittura\").", "Orazio miet f'daqqa fl-1639.", "Artemisia, f'Londra, kien g\u0127ad g\u0127andha l-kummissjonijiet tag\u0127ha xi tlesti wara l-mewt ta' missierha, per\u00f2 m'hemm l-ebda xog\u0127ol li nistg\u0127u inqeg\u0127duh \u017cgur f'dan il-perjodu.", "Nafu \u017cgur li Artemisia kienet di\u0121\u00e0 telqet mill-Ingilterra qabel l-1642, meta l-gwerra \u010bivili kienet qieg\u0127da tibda.", "Ftit jew xejn nafu fuq il-movimenti tag\u0127ha ta' wara.", "Hu \u017cgur li fl-1649 kienet re\u0121g\u0127et marret Napli fejn kienet tikkorrispondi ma' Don Antonio Ruffo ta' Sqallija li sar patrun tag\u0127ha u xtara \u0127afna minn xog\u0127lha fit-tieni perjodu Naplitan.", "L-a\u0127\u0127ar ittra li nafu biha lill-patrun tag\u0127ha hi mill-1650 u fiha jidher \u010bar li kienet g\u0127adha attiva g\u0127al kollox.", "Fost ix-xog\u0127lijiet minn dan il-perjodu insibu \"Susanna e i vecchioni\" (\"Susanna u x-Xju\u0127\") li llum qieg\u0127da Brno u \"Madonna e Bambino con rosario\" (\"Madonna u Bambin bill-kuruna tar-ru\u017carju\") fl-El Escorial.", "Qabel kienu ja\u0127sbu li Artemisia mietet fl-1652/1653.", "Skont xhieda \u0121dida li nstabet dan l-a\u0127\u0127ar kienet g\u0127adha ta\u010b\u010betta l-ordnijiet fl-1654 \u2013 imma per\u00f2 kienet i\u017cjed u i\u017cjed tiddependi mil-lavrant tag\u0127ha, Onofrio Palumbo.", "G\u0127alhekk x'aktarx ma mmorrux \u017cmer\u010b \u0127afna jekk ng\u0127idu li mietet fil-pesta qalila li laqtet Napli fl-1656 u qerdet kwazi \u0121enerazzjoni s\u0127i\u0127a ta' artisti Naplitani.", "L-istoriku u kritiku tal-arti Taljan, Roberto Longhi, fis-sa\u0121\u0121 tieg\u0127u tal-1916, imsejja\u0127 \"Gentileschi padre e figlia\" (\"Gentileschi missier u bint\") re\u0121a' \u0121ab g\u0127all-attenzjoni tal-kriti\u010bi l-istatura artistika ta' Artemisia Gentileschi fost il-Caravaggeski tal-ewwel nofs tas-seklu 17.", "Longhi esprima, f'ton forsi daqsxejn miso\u0121inu ming\u0127ajr ma ried, din il-fehma dwar Artemisia \"kienet l-unika mara fl-Italja li kienet taf x'inhuma l-pittura, il-kulur u l-impastar u \u0127ti\u0121ijiet b\u0127alhom\".", "Dwar il-pittura l-i\u017cjed famu\u017ca ta' Artemisia \"Giuditta che decapita Oloferne\" Longhi kiteb: u \u017cid jg\u0127id L-analisi tal-pittura tenfasizza, b'mod e\u017cemplari, xi tfisser \"kienet taf x'inhuma l-pittura, il-kulur u l-impastar u \u0127ti\u0121ijiet b\u0127alhom\": tfakkarna fil-kuluri jlellxu tal-paletta ta' Artemisia, il-\u0127arir ileqq tal-ilbies (b'dak l-isfar jg\u0127ajjat), l-attenzjoni perfezzjonistika g\u0127ar-realt\u00e0 tal-\u0121ojelli u tal-armi.", "L-interess fil-figura artistika ta' Artemisia, li baqa' dg\u0127ajjef minkejja l-kitba ta' Longhi, \u0127a spinta qawwija mil-lat tal-istudji femministi, li enfasizzaw sewwa, il-qawwa espressiva li \u0127a l-lingwa\u0121\u0121 pittoriku tag\u0127ha, mill-istupru tag\u0127ha u l-maltrattament ta' wara, meta s-su\u0121\u0121etti rrappre\u017centati kienu eroini bibli\u010bi famu\u017ci, li qishom iridu juru r-ribelljoni tag\u0127hom kontra l-istat li g\u0127alih \u0121ie kkundanat is-sess tag\u0127hom.", "F'sa\u0121\u0121 li hemm fil-katalgu tal-wirja \"Orazio e Artemisia Gentileschi\" li ttellg\u0127et f'Ruma fl-2001 (u wara f'New York), Judith W. Mann i\u017c\u017comm lura u turina il-limiti ta' analisi minn lat strettament femminista: Il-fatt li Artemesia re\u0121g\u0127et pin\u0121iet kemm il-darba su\u0121\u0121etti vjolenti b\u0127al Guditta u Oloferne, i\u0127ajjarna no\u0127or\u0121u b' teorija ta' vendetta repressa.", "Per\u00f2, xi stori\u010bi tal-arti jissu\u0121\u0121erixxu li aktarx kienet makakka bi\u017c\u017cejjed biex tu\u017ca l-fama tag\u0127ha mill-pro\u010bess tal-istupru biex tissodisfa suq spe\u010bjalizzat ikkargat bis-seswalit\u00e0 ta' arti fejn il-mara tiddomina, g\u0127al klijenti r\u0121iel.", "Il-kritika i\u017cjed ri\u010benti bdiet mir-rikostruzzjoni tal-katalgu s\u0127i\u0127 ta' xog\u0127lha biex tipprova tag\u0127ti analisi inqas reduttiva tal-karriera ta' Artemisia li tqeg\u0127dha fil-kuntest tad-diversi ambjenti artisti\u010bi li l-pittri\u010bi kienet parti minnhom.", "Din l-analisi ter\u0121a' tqajjem il-figura ta' artista titqabad bit-determinazzjoni permezz tal-armi tal-personalit\u00e0 tag\u0127ha u l-kwalitajiet artisti\u010bi tag\u0127ha kontra l-pre\u0121udizzji li kienu j\u0127abbtu wi\u010b\u010bhom mag\u0127hom l-artisti nisa.", "Kellha l-\u0127ila li tid\u0127ol produttivament fi\u010b-\u010birku tal-pitturi l-i\u017cjed famu\u017ci ta' \u017cmienha u tiffa\u010b\u010ba firxa ta' \u0121eneri pittori\u010bi li \u017cgur kienet usa' u i\u017cjed varjata' milli naraw issa mit-tili attribwiti lilha.", "G\u0127al mara fil-bidu tas-seklu 17, li ssir pittri\u010bi kienet g\u0127a\u017cla mhux tas-soltu u diffi\u010bli imma mhux wa\u0127da e\u010b\u010bezzjonali.", "Qabel Artemisia, bejn it-tmiem tas-seklu 16 u l-bidu tas-seklu 17, kien hemm pittri\u010bi o\u0127ra li rnexxew fil-karriera tag\u0127hom.", "Fosthom nistg\u0127u insemmu lil", "Kien hemm pittri\u010bi o\u0127ra li bdew il-karrieri tag\u0127hom meta Artemisia kienet g\u0127adha \u0127ajja.", "Jekk in\u0127arsu lejn il-\u0127ila artistika tag\u0127hom naraw li dak li qal Longhi li Artemisia kienet \"l-unika mara li qatt kienet taf fuq il-pittura\" mhuwiex e\u017catt, per\u00f2 m'hemmx dubju li Artemisia g\u0127adha meqjusa fost l-aqwa artisti nisa, u fl-a\u0127\u0127ar \u0127adet il-post li jixirqilha fost l-artisti l-kbar tal-Barokk.", "Madankollu, kemm fl-arti u kemm fil-bijografija ta' Artemisia Gentileschi, hemm xi \u0127a\u0121a li tag\u0127milha spe\u010bjalment affaxxinanti u li tispjega l-interess fiha ta' xi kittieba (l-i\u017cjed u dan mhux kumbinazzjoni, xi kittieba nisa).", "Anna Banti, il-mara ta' Roberto Longhi msemmi hawn fuq, kienet l-ewwel kittieba li dde\u010bidiet li tibni rumanz madwar il-figura ta' Artemisia.", "L-ewwel abbozz tag\u0127ha f'g\u0127amla ta' manuskritt lestietu fl-1944, imma ntilef matul il-gwerra.", "Tliet snin wara re\u0121g\u0127et bdiet ta\u0127dem fuq il-ktieb u kitbietu f'g\u0127amla differenti \u0127afna.", "Anna Banti kitbet ir-rumanz \u0121did tag\u0127ha, bit-titlu \"Artemisia\", b\u0127ala djalogu ta' mara ma' mara mal-pittri\u010bi, f'g\u0127amla ta' \"djarju miftu\u0127\", li fih tipprova \u2013 waqt li g\u0127addej ir-rakkont tal-adolexxenza u l-maturit\u00e0 ta' Artemisia \u2013 li tispjega lilha nfisha l-faxxinu li kienet ta\u0127tu, u l-\u0127tie\u0121a li tmur i\u017cjed fil-fond mill-valutazzjonijiet \u010bari (anki jekk b'\u0127afna passjoni) li dwarhom iddiskutiet tant drabi ma' \u017cew\u0121ha Roberto Longhi.", "I\u017cjed minn \u0127amsin sena war, fl-1999, il-kittieba Fran\u010bi\u017ca, Alexandra Lapierre, iteressat ru\u0127ha f'Artemisia u kitbet rumanz fuqha bba\u017cat fuq studju bir-reqqa ta' \u0127ajjitha u l-kuntest storiku fl-isfond ta' din.", "Ir-ri\u010berka psikolo\u0121ika li nsibu bejn il-linji tar-rumanz tipprova tifhem ir-relazzjoni bejn Artemisia l-mara u Artemisia l-pittri\u010bi, u to\u0127ro\u0121 b\u0127ala \"leitmotiv\", ir-relazzjoni bejnha u missierha, mag\u0127mula minn im\u0127abba mistura u rivalt\u00e0 mo\u0127bija b\u0127ala artista.", "Fl-2002 \u0127are\u0121 rumanz ie\u0127or fuqha \"The Passion of Artemisa\" (Il-passjoni ta' Artemisa) miktub minn Susan Vreeland, li qisu mexa mal-mew\u0121a tal-popolarit\u00e0 li kisbet Artemisia Gentileschi fl-anali\u017ci femminista, u jidher li ried jisfrutta is-su\u010b\u010bess tar-rumanzi stori\u010bi ibba\u017cati fuq pittura b\u0127al-ktieb ta' qabel ta' din l-awtri\u010bi.", "G\u0127al ra\u0121unijiet analo\u0121i, skont il-kritika il-film \"Artemisia\" tar-re\u0121ista Fran\u010bi\u017ca Agnes Merlet, li fih ta\u0127dem Valentina Cervi, kellu ri\u017cultati dubju\u017ci.", "Dan il-film irrapre\u017centa \u0127a\u017cin ir-rela\u017c\u017cjoni bejn Tassi u Artemisia b\u0127ala passjoni ta' m\u0127abba minflok stupru.", "Id-drammaturga Kanadi\u017ca Sally Clark kitbet dramm g\u0127al palk imsejjes fuq il-\u0121rajjiet li wasslu u segwew l-istupru ta' Artemisia.", "Dan id-dramm \"Life Without Instruction\" kellu l-\"premiere\" fit-Theatre Plus ta' Toronto fit-2 t'Awwissu, 1991.", "G\u0127aliha \u0121ie iddedikat l-asterojde \"14831 Gentileschi\", skopert fl-1987 minn E. W. Elst."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13571", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13571", "title": "Johann Wolfgang von Goethe", "text": ["Johann Wolfgang von Goethe", "Johann Wolfgang von Goethe (Frankfurt fuq il-Menu, 28 ta' Awwissu 1749 \u2013 Weimar, 22 ta' Marzu 1832) kien kittieb, poeta u drammaturgu \u0120ermani\u017c.", "Il-kittieba Ingli\u017ca George Eliot iddeskrivietu b\u0127ala \"wie\u0127ed mill-ikbar letterati \u0120ermani\u017ci u l-a\u0127\u0127ar bniedem universali\".", "Il-\u0127idma tieg\u0127u ti\u0121bor fiha poe\u017cija, dramma, letteratura, teolo\u0121ija, filosofija, umane\u017cmu u xjenzi, imma kien attiv ukoll fil-pittura, fil-mu\u017cika u fl-arti.", "Il-\"magnum opus\" tieg\u0127u kien il-\"Faust\"; xog\u0127ol monumentali li \u0127adem fuqu g\u0127al xi sittin sena.", "Goethe ivvinta l-kun\u010bett ta' \"Weltliteratur\" (letteratura dinjija), li \u0121ie mill-g\u0127arfien fil-fond u l-ammirazzjoni li kellu g\u0127ax-xog\u0127lijiet ewlenin ta' diversi kulturi nazzjonali, fosthom il-kultura Ingli\u017ca, Fran\u010bi\u017ca, Taljana, Griega, Persjana u G\u0127arbija.", "Kellu influwenza qawwija wkoll fl-ambjent filosofiku ta' \u017cmienu, b'mod partikulari fuq id-direzzjoni ta' Hegel u Schelling.", "Goethe hu meqjus minn \u0127afna b\u0127ala l-kittieb l-i\u017cjed importanti li qatt \u0127areg mill-\u0120ermanja u wie\u0127ed mill-a\u0127\u0127ar \"bnedmin universali\".", "Kien l-ewwel fost ulied Johann Caspar (1710 - 1782), bniedem kolt, \"doctor juris\" u kunsillier imperjali, u Katharina Elisabeth Textor (1731 - 1808).", "Twieled wara nofsinhar tat-28 ta' Awwissu 1749, g\u0127eluq l-ewwel sena mi\u017c-\u017cwie\u0121 tal-\u0121enituri tieg\u0127u.", "Kien tifel ismar u b'g\u0127ajnejh suwed u qisu mhux \u0120ermani\u017c.", "Katharina kellha xi diffikultajiet fil-\u0127las min\u0127abba n-nuqqas ta' seng\u0127a tal-majjistra, u dan \u0127ajjar 'il missierha, Johann Wolfgang Textor, sindku ta' Frankfurt, li jwaqqaf fil-belt ta\u0127ri\u0121 ostetriku obbligatorju.", "L-g\u0127ada Johann Wolfgang tg\u0127ammed skont ir-rit protestant.", "F'Di\u010bembru tal-1750 twieldet it-tieni tifla, Cornelia Friederike Christiana (1750 -1777), li kienet tilg\u0127ab mieg\u0127u fit-tfulithom; kellhom erba' \u0127uthom o\u0127ra imma dawn mietu ta' et\u00e0 \u017cg\u0127ira.", "Mill-1755 beda jitg\u0127allem jikteb u jaqra bil-\u0120ermani\u017c fi skola pubblika, u mbag\u0127ad privatament, il-Latin, u wara, xi ftit Grieg u Lhudi, il-Fran\u010bi\u017c, l-Ingli\u017c, it-Taljan \u2013 missieru mar l-Italja fl-1740 u kiteb, b'Taljan mhux perfett, djarju tal-vja\u0121\u0121 tieg\u0127u \u2013 u iktar tard id-disinn u l-mu\u017cika: fil-25 t'Awwissu tal-1763 mar jisma' kun\u010bert tal-pjanuforte ta' Mozart li kellu seba' snin liebes il-parrokka u bix-xabla fil-\u0121enb.", "Ta' \u017cag\u0127\u017cug\u0127 tg\u0127allem l-iskerma u jirkeb i\u017c-\u017ciemel.", "Fl-1756, faqqg\u0127et il-Gwerra tas-seba' snin u meta l-Fran\u010bi\u017ci reb\u0127u l-belt ta' Frankfurt fl-ewwel ta' Jannar 1759, fid-dar ta' Goethe installa ru\u0127u il-logotenent Fran\u00e7ois de Th\u00e9as.", "Mat-truppi Fran\u010bi\u017ci \u0121ew bosta atturi u kantanti u sa meta telqu fit-2 ta' Di\u010bembru 1762, Goethe seta' jara g\u0127all-ewwel darba it-tragedji ta' Racine u ta' Corneille u l-kummiedji ta' Moli\u00e8re, barra xog\u0127lijiet mu\u017cikali.", "Meta kellu 17-il sena, wasallu \u017c-\u017cmien li jmur Universit\u00e0: hu xtaq isegwi l-korsijiet tal-letteratura klassika u r-retorika f'Gottingen imma missieru riedu jistudja l-li\u0121i f'Leipzig u mela fit-30 ta' Settembru 1765, Johann tellaq minn Frankfurt g\u0127all-dik il-belt sabi\u0127a u moderna, bis-somma \u0121mielha ta' 1.200 fjorin fil-but li tah missieru biex ikun \u017cgur li jg\u0127ix komdu.", "F'Leipzig ma damx ma da\u0127al fil-\u0127ajja frivola tas-so\u010bjet\u00e0 ta' dik il-belt, differenti minn dik ta' Frankfurt fejn tant kienet konservattiva u patrijarkali.", "Kellu relazzjoni ma' K\u00e4tchen Sch\u00f6nkopf u kiteb il-\"Die Laune des Verliebten\" (Il-kapri\u010b\u010b ta' namrat), kummiedja arkadika u l-\"Die Mitschuldigen\" (Il-\u0127atjin flimkien), kummiedja o\u0127ra ming\u0127ajr pretensjoni.", "Kiteb ukoll bosta poe\u017ciji bil-mu\u017cika miktuba minn \u010bertu Bernhard Breitkopf li Goethe kien imur sikwit g\u0127and il-familja tieg\u0127u, proprjetarju ta' Dar Editri\u010bi mu\u017cikali li saret famu\u017ca \u0127afna.", "Fuq dan il-perjodu, ikkummenta li kien beda jie\u0127u d-drawwa li \"jittrasforma fi xbieha, f'poe\u017cija u jsegwi \u0121o fih kull ma jtieh il-fer\u0127 jew jg\u0127amillu d-dwejjaq jew kull ma jokkupa l-ispirtu tieg\u0127u\",", "Bejn Frar u Marzu tal-1768 mar Dresden fejn \u017car il-kollezzjonijiet tal-arti mi\u0121bura fil-belt u f'\u0120unju sar jaf bil-mewt tra\u0121ika ta' Winckelmann, li kien japprezzah \u0127afna.", "Per\u00f2, il-kitbiet tieg\u0127u ma \u0121ewx apprezzati u hu stess ikkonvin\u010ba ru\u0127u li a\u0127jar jitfa' fin-nar il-parti l-kbira ta' dak ix-xog\u0127ol tal-bidu, imma \u017camm i\u017c-\u017cew\u0121 kummiedji, il-\u0121abra \"Annette\" li kienet mag\u0127mula minn lieder iddedikati lil K\u00e4tchen, l-odi ddedikati lil \u0127abibu Ernst Behrisch u xi xog\u0127ol ie\u0127or.", "Min\u0127abba infezzjoni fil-pulmun li \u0127a fl-Lulju tal-1768, idde\u010bieda li a\u0127jar jer\u0121a' lura Frankfurt u g\u0127amel hekk f'Awwissu.", "Meta wasal Frankfurt, Goethe kien marid \u0127afna u sa\u0127ansitra g\u0127amlulu operazzjoni f'g\u0127onqu u \u0127aseb li ma kienx g\u0127al din il-\u0127ajja.", "G\u0127alhekk beda jie\u0127u sehem fid-devozzjonijiet t'ommu u tal-\u0127abiba tag\u0127ha Susanna Katharina von Klettenberg, mara ta' xi 45 sena li hu ftakar fiha bl-affezzjoni fil-\"Poe\u017cija u verit\u00e0\", u fl-i\"Stqarrijiet ta' ru\u0127 sabi\u0127a\".", "Dan kien perjodu qasir li fih, barra minn dawn id-devozzjonijiet li fil-verit\u00e0 \u0127a sehem fihom ming\u0127ajr \u0127erqa, fl-istess \u0127in qara l-i\"Storija tal-knisja u tal-ereti\u010bi\" ta' Gottfried Arnold u l-\"Imitazzjoni ta' Kristu\".", "Goethe ma kienx baqa' jemmen imma kien i\u0127ares bis-simpatija u l-interess lejn l-ispiritwalit\u00e0 u kien iqis lilu nfisu b\u0127ala eretiku li l-insara, kieku setg\u0127u, kienu bil-qalb jibg\u0127atu g\u0127all-kastig tal-\u0127ruq.", "Meta re\u0121a' \u0121ie f'sa\u0127\u0127tu, kien i\u017c-\u017cmien li jkompli l-istudji universitarji.", "Mar Stra\u017cburgu fejn seta' jitg\u0127allem tajjeb il-Fran\u010bi\u017c u jistudja f'Universit\u00e0 ta' kultura \u0120ermani\u017ca u wasal hemm fit-2 ta' April 1770.", "Hemm g\u0127amel \u0127afna \u0127bieb, b\u0127al Johann Heinrich Jung-Stilling, li kien kiteb \"I\u017c-\u017cg\u0127o\u017cija ta' Heinrich Stilling\" u id-drammaturgu futur Jakob Michael Reinhold Lenz.", "Fil-bidu tas-sajf \u017car Alsace u Lorraine ma' \u017cew\u0121t i\u0127bieb .", "Sar jaf 'il Johann Gottfried Herder, letterat u filosfu, di\u0121\u00e0 mag\u0127ruf, li wara vja\u0121\u0121 \u0121o Franza, kellu jg\u0127addi Settembru Stra\u017cburgu g\u0127al operazzjoni f'g\u0127ajnejh.", "G\u0127al Herder li kien ammiratur tal-poe\u017cija popolari, Goethe ikkompona il-lied \"Heidenr\u00f6slein\" (Warda tax-xag\u0127ri).", "Qara b'interess kbir il-kittieba Ingli\u017ci Goldsmith, Fielding u Sterne u beda jinteressa ru\u0127u fil-persuna\u0121\u0121 storiku, G\u00f6tz von Berlichingen, u fil-persuna\u0121\u0121 tal-fantasija li kellu jikseb fama immortali, Faust.", "Fir-rebbieg\u0127a tal-1771, kellu relazzjoni serja ma' Friederike Brion, bint qassis protestant fir-re\u0121jun vi\u010bin ta' Sessenheim, li kienet l-ispirazzjoni ta' bosta poe\u017ciji, \"Willkommen und Abschied\" (Mer\u0127ba u sa\u0127\u0127a), \"Maifest\" (Festa ta' Mejju), \"Ob ich dich liebe, wei\u00df ich nicht\" (Ma kontx naf li n\u0127obbok) u \"Jetzt f\u00fchlt der Engel\" (Issa l-an\u0121lu n\u0127oss).", "Fis-sajf, ippre\u017centa t-te\u017ci li biha kien \u0127a jikseb il-lawrja, imma din ma \u0121ietx a\u010b\u010bettata u hekk ma \u0127ax it-titlu ta' duttur fil-li\u0121i.", "Minflok fis-6 ta' Lulju ppre\u017centa xi te\u017cijiet fil-li\u0121i li \u0121ew approvati u bihom kiseb it-titlu i\u017cjed baxx ta' \"Licentiatus juris\".", "Telaq lil Friederike, imma baqa' \u0127abib mag\u0127ha u re\u0121a' ltaqa' mag\u0127ha Sessenheim tmin snin wara, u mar lura Frankfurt.", "Meta mar lura Frankfurt, f'wa\u0127da mill-ittri tieg\u0127u kiteb \"Franfurt g\u0127adha l-bejta, in-\"nidus\", jekk jog\u0127\u0121bok.", "Tajba bi\u017c\u017cejjed biex tfaqqas l-g\u0127asafar; barra minn hekk, f'sens figurattiv, \"spelunca\", toqba mi\u017cera.", "Il-Mulej je\u0127lisna minn dan id-dwejjaq!", "Amen\".", "Fit-28 t'Awwissu 1771, il-jum meta g\u0127alaq 22 sena, Goethe kiseb il-permess li ja\u0127dem fil-professjoni ta' avukat, li fir-realt\u00e0 abbanduna wara erba' snin.", "Baqa' jikteb f'dawk is-snin meta deher \"Sturm und Drang\" (Burraxka u \u0126e\u0121\u0121a), id-dramma poetika preromantika ta' Friedrich Maximilian Klinger.", "Kiteb li \"\u017cag\u0127\u017cag\u0127 d\u0127ulin jidhru f'daqqa fil-pubbliku b'kura\u0121\u0121 u pre\u017cunzjoni kbira tassew, kif tistenna minn dik l-et\u00e0, u permezz tal-ener\u0121ija tag\u0127hom jipprodu\u010bu \u0127afna affarijiet tajbin, jag\u0127tu \u0127afna gost imma meta jabbu\u017caw idejqu u j\u0121ibu \u0127afna nkwiet\".", "Goethe kiteb storja drammatizzata, fil-pro\u017ca, fuq Goffredu minn Berlichingen, li lesta fl-a\u0127\u0127ar tal-1771, imma baqa' ja\u0127dem fuqha sal-a\u0127\u0127ar ta' Marzu tal-1773, u \u0121iet ippubblikata anonimament f'\u0120unju ta' wara bit-titlu \"G\u00f6tz von Berlichingen mit der eisernen Hand.", "Ein Schauspiel\".", "Fl-1787 \u0121ie ppubblikat bil-permess ta' Goethe, test g\u0127al qari u fil-1804 adattaha g\u0127all-palk u kellha l-ewwel rappre\u017centazzjoni f'Weimar it-22 ta' Settembru 1804.", "G\u00f6tz kiteb awtobijografija fl-1562 u Goethe qraha fl-edizzjoni tal-1731.", "Din tiddeskrivi l-istorja ta' fewdatarju \u017cg\u0127ir \u0120ermani\u017c li jirribella u j\u017comm mal-bdiewa fir-rewwixta kontra l-Imperu fil-gwerra tal-1525.", "Goethe rrappre\u017centa t-tragedja tal-onest\u00e0 u l-lealt\u00e0 kavallereska \u2013 f'epoka li fiha l-kavallerija kienet waqg\u0127et f'attivit\u00e0 ta' serq, abbu\u017c u arroganza \u2013 li \u010bedew kontra l-vilt\u00e0, il-korruzzjoni u l-adulazzjoni.", "Imma hi wkoll denun\u010bja tal-kondizzjonijiet mag\u0127kusin ta' socjet\u00e0 li i\u017c\u017com in-nies intelli\u0121enti milli ji\u017cviluppaw u ta\u0127qar u topponi il-virt\u00f9.", "Fir-realt\u00e0 Goethe, li mexa mal-kun\u010bett m\u00f6serjan li l-epoka fewdali klassika kienet \"epoka tal-libert\u00e0\", la fehem in-natura reazzjonarja tar-rewwiexta tan-nobbli u lanqas in-natura progressiva tar-rewwiexta tal-bdiewa, imma iddeskriva korrettament il-pro\u010bess storiku li bih il-kavalieri inbidlu f'nobbli tal-qorti ta' Stati assolutisti.", "F'Mejju tal-1772, fuq il-parir ta' missieru, Johann mar joqg\u0127od fil-belt ta' Wetzlar, fejn kien hemm il-Qorti imperjali tal-\u0120ustizzja u nkiteb ma' dan it-tribunal fit-23 ta' Mejju biex jipprattika.", "Naturalment ittraskura x-xog\u0127ol legali: kien jippreferi jg\u0127addi \u017c-\u017cmien fit-taverna tal-\"Prin\u010bep ereditarju\", fejn kien jaf, fost o\u0127rajn, lil Karl Wilhelm Jerusalem, bin teologu mag\u0127ruf, \u017cag\u0127\u017cug\u0127 intellettwali bla kwiet, li kien qieg\u0127ed jinnamra ma' mara mi\u017c\u017cew\u0121a u l-avukat Johann Christian Kestner (1741-1800), li ming\u0127andu g\u0127andna opinjoni interessanti fuq i\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Goethe li kien g\u0127adu mhux mag\u0127ruf.", "\"G\u0127andu \u0127afna talenti, hu tassew \u0121enju u bniedem ta' karattru, g\u0127andu imma\u0121inazzjoni straordinarjament \u0127ajja, li biha jfisser ru\u0127u l-i\u017cjed bix-xbihat u x-xeb\u0127.", "Fl-im\u0127abbiet tieg\u0127u hu bla \u0127sieb, per\u00f2 sikwit jaf irra\u017c\u017can ru\u0127u.", "Il-mod kif ja\u0127seb hu nobbli.", "\u0126ieles mill-pre\u0121udizzji kemm jista' jkun, jag\u0127mel li ji\u0121ieh f'mo\u0127\u0127u, ming\u0127ajr ma jag\u0127ti ka\u017c x'ja\u0127sbu l-o\u0127rajn.", "Kull xkiel jistmerru.", "I\u0127obb it-tfal u jaf imur mag\u0127hom.", "Hu stramb u fil-manjiera tieg\u0127u, fid-dehra tieg\u0127u g\u0127andu bosta affarijiet li ma ji\u0121bdukx imma jintg\u0127o\u0121ob \u0127afna fost it-tfal u n-nisa u \u0127afna o\u0127rajn.", "G\u0127andu stima kbira g\u0127as-sess femminili.", "Il-prin\u010bipji tieg\u0127u g\u0127adhom ma ffermawx sew, dan mhux wie\u0127ed li nistg\u0127u inqisuh b\u0127ala ortodoss, imma mhux g\u0127ax imkabbar jew kapri\u010bcu\u017c jew g\u0127andu \u0127afna arja.", "Ma j\u0127obbx jiddisturba l-o\u0127rajn mill-pa\u010bi tal-konvinzjonijiet tag\u0127hom.", "Jobg\u0127od ix-xetti\u010bi\u017cmu, jipprova jsib il-verit\u00e0 u \u010b-\u010barezza fuq xi ftit \u0127wejje\u0121 ewlenin u ja\u0127seb li sabha din i\u010b-\u010barezza fuq l-affarijiet importanti.", "Imma skont jien g\u0127adu ma kisibhiex.", "Ma jmurx il-knisja, ma jitqarbinx, jitlob rarament: \"m'hiniex bi\u017c\u017cejjed ta' \u017cew\u0121 u\u010bu\u0127 biex nag\u0127mel hekk\", jg\u0127id.", "G\u0127ar-reli\u0121jon nisranija g\u0127andu \u0127afna rispett, imma mhux fil-forma kif jippre\u017centawha t-teolo\u0121i.", "Jemmen fil-\u0127ajja wara l-mewt, f'kundizzjoni a\u0127jar.", "Ifittex il-verit\u00e0, imma jippreferi jismag\u0127ha milli jispjegaha.", "Di\u0121\u00e0 g\u0127amel \u0127afna, jaf \u0127afna u qara \u0127afna; imma hu l-i\u017cjed dak li \u0127aseb u rra\u0121una.", "L-interess ewlieni tieg\u0127u hu fl-arti u fix-xjenza jew a\u0127jar, fix-xjenzi kollha, barra dawn li j\u0121ibu l-\u0127ob\u017c...insomma, hu bniedem tassew notevoli\".", "Kestner kien g\u0127arus lit-tfajla Charlotte jew Lotte Buff (1753-1828) li, kif kiteb hu, \"m'g\u0127andhiex sbu\u0127ija tal-g\u0127a\u0121eb imma hi tfajla sabi\u0127a u lili qatt \u0127add ma g\u0127o\u0121obni i\u017cjed minnha\" waqt li Goethe, li sar jafha fid-9 ta' \u0120unju u kien imur jaraha kwa\u017ci kuljum, qal fuqha li hi \"minn dawk li mag\u0127mulin, jekk mhux biex jispiraw passjoni vjolenti, biex \u017cgur iqajmu simpatija \u0121enerali\".", "Il-fitta\u0121ni ta\u017c-\u017cjariet ta' Goethe \u0121eg\u0127lu 'l Lotte tg\u0127idlu fis-16 ta' Awwissu li \"m'g\u0127andu jistenna xejn iktar minn \u0127biberija\" u fil-11 ta' Settembru 1772, Goethe \u0127alla Wetzlar.", "F'Frankfurt, ir\u010bieva l-a\u0127bar minn g\u0127and Kestner li Jerusalem, \u0127abibhom it-tnejn, kien qatel ru\u0127u b'idejh fit-30 ta' Ottobru; din kienet l-istorja s\u0127i\u0127a tar-rumanz li jmiss \"In-niket ta\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Werther\".", "Il-\u0120ermanja tas-seklu 16 kellha mill-inqas 2000 dwana u kienet maqsuma f'kwa\u017ci 300 stat \u017cg\u0127ir assolutist iggvernat minn prin\u010bpijiet li riedu jikkontrollaw bir-regolamenti burokrati\u010bi u paternalisti\u010bi kull aspett tal-\u0127ajja, anki privata, tas-sudditi.", "Per e\u017cempju, kien hemm regolament tal-Prin\u010bipat ta' Baden tal-1766, dirett lejn is-sudditi, li kien imfassal biex \"i\u017commhom mill-i\u017cbalji u jre\u0121\u0121ag\u0127hom g\u0127at-triq id-dritta, barra li jg\u0127allimhom, anki kontra r-rieda tag\u0127hom, il-mod kif g\u0127andhom ifasslu l-\u0127ajja domestika tag\u0127hom, jie\u0127du \u0127sieb ir-raba u j\u0127affu permezz ta' sistema ekonomikament i\u017cjed produttiva, il-pi\u017c tat-tributi li kien id-dover tag\u0127hom li j\u0127allsu\".", "Il-gvern \u017camm lill-bdiewa fl-istat ta' servi tal-gleba u ma \u0127alliex l-attivit\u00e0 ekonomika imprenditorjali moderna ti\u017cvillupa.", "Hekk kienu projbiti l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' \u0127afna \u0127wejje\u0121, min\u0127abba l-bi\u017ca' li l-\u0127ru\u0121 tal-flus 'il barra jfaqqar l-istat fil-Prussja, kien projbit ukoll il-bini ta' toroq kbar biex il-barranin jie\u0127du i\u017cjed \u017cmien fil-vja\u0121\u0121i tag\u0127hom u hekk jonfqu i\u017cjed flus.", "Kull gvern assolut seta' jqassam kif jog\u0127\u0121bu l-favuri u l-privile\u0121\u0121i, jitlob kull \u0127las li jrid mis-sudditi, ibig\u0127 kif \u0121ie \u0121ie l-bdiewa lil stati barannin b\u0127ala suldati u ma kienx jag\u0127raf ebda opinjoni pubblika u ma jwe\u0121ibx g\u0127all-g\u0127emil tieg\u0127u.", "Dawn il-kundizzjonijiet, sikwit imsa\u0127\u0127in b'li\u0121ijiet grotteski, g\u0127amlu \u0127afna i\u017cjed diffi\u010bli l-i\u017cvilupp ta' klassi ta' borge\u017cija imprenditorjali u kellhom effetti li damu \u0127afna fl-istorja \u0120ermani\u017ca.", "Werther kien jaf \u017cew\u0121 g\u0127arajjes, Charlotte u Albert u kien i\u017curhom spiss; beda j\u0127obb lit-tfajla, li kellha grazzja mieg\u0127u ukoll, imma din (li l-\u0127bieb kienu jsibuha b\u0127ala Lotte) \u010ba\u0127det l-im\u0127abba tieg\u0127u g\u0127ax kienet imweg\u0127da biex ti\u017c\u017cewwe\u0121 lil Albert u 'l Werther setg\u0127et ittieh biss il-\u0127biberija tag\u0127ha: iddi\u017cappuntat idde\u010bieda li joqtol ru\u0127u b'idejh.", "Werther hu intellettwali borgi\u017c li l-possibbilt\u00e0 li jirnexxi tiddependi mill-\u0127ila tieg\u0127u li jimxi mal-konvenzjonijiet tal-qortijiet aristocrati\u010bi \u017cg\u0127ar \u0120ermani\u017ci.", "Kien jg\u0127ix kontradizzjoni doppja: ma setax jil\u0127aq l-g\u0127an tal-umane\u017cmu borgi\u017c ta' realizzazzjoni s\u0127i\u0127a tal-personalit\u00e0 tieg\u0127u fir-realt\u00e0 so\u010bjali u ma setax ja\u010b\u010betta l-konvenzjoni pjetistika ta' \u017cmienu, li skontha l-im\u0127abba bejn ra\u0121el u mara, jekk mhux permessa, trid tinbidel f'im\u0127abba bejn l-a\u0127wa.", "Il-kontradizzjoni ma n\u0127allitx g\u0127aliex Werther ma kienx jaf jifred l-interessi so\u010bjali mill-interessi individwali tieg\u0127u: kien bniedem intellettwali f'\u0120ermanja semifewdali, li ma rnexxixilux jirrealizza ru\u0127u, u l-kuxjenza tieg\u0127u, li ma beg\u0127ditx minn xulxin \u0121ewwa fiha l-\u0127ti\u0121ijiet tar-ra\u0121uni minn dawk tas-sentiment, il-\u0127ti\u0121ijiet tal-ambizzjoni so\u010bjali minn dawk tal-im\u0127abba, imbuttatu g\u0127as-suwi\u010bidju.", "Meta ltaqa ma' Napuljun f'Erfurt fl-1808, Goethe seta' jara sewwa l-firda li kienet nieqsa f'Werther, bejn ambizzjoni u m\u0127abba.", "Wie\u0127ed b\u0127al Napuljun kien jaf jiddistingwi tajjeb, fil-\u0127ajja tieg\u0127u, bejn il-\u0127tie\u0121a li jag\u0127mel su\u010b\u010bess politiku u dik tas-sentimenti privati, fis-sens li billi ma kienx mifrud mir-realt\u00e0 ta' so\u010bjet\u00e0 ferm i\u017cjed matura, kellu din id-distinzjoni \u010bara sewwa \u0121ewwa fih u kien jg\u0127ixha fil-qsim tal-kuxjenza tieg\u0127u stess.", "Werther, minflok, g\u0127andu kuxjenza mhux maqsuma proprju g\u0127aliex jg\u0127ix mifrud mir-realt\u00e0; biex jibqa' jg\u0127ix, kien ikollu \"joqtol il-kuxjenza\", kien ikollu \"jmut fil-kuxjenza tieg\u0127u\" biex jista' jg\u0127ix ming\u0127ajr tbatija fir-realt\u00e0.", "Is-su\u010b\u010bess ta' dan ir-rumanz f'forma ta' ittri, miktub malajr minn Frar sa Marzu tal-1774, kien tal-g\u0127a\u0121eb u kien ukoll il-kaw\u017ca ta' xi ftit imitazzjonijiet li wassli g\u0127as-suwi\u010bidju.", "Goethe stess assista s-sejba tal-kadavru ta' tfajla li kienet qatlet ru\u0127ha b'idejha f'Weimar bir-rumanz fil-but.", "Il-parti kbira tal-qarrejja emmnu li g\u0127arfu f'Werther, kif kiteb Benedetto Croce, \"apologija tal-passjoni u ra\u0121uni, protesta kontra r-regoli, il-pre\u0121udizzji u l-konvenzjonijiet so\u010bjali\" u ma rawx minflok is-sostanza vera, ir-rappre\u017centazzjoni ta' marda, li per\u00f2 mhijiex marda psikika ta' individwu, imma il-marda tal-Germanja ta' dak i\u017c-\u017cmien.", "Dak i\u017c-\u017cmien fl-art \u0120ermani\u017ca, fost il-klassijiet tan-nofs, id-dwejjaq ta\u010b-\u010bittadin mag\u0127luq bejn il-\u0127itan ta' wie\u0127ed mill-elf stat \u017cg\u0127ir kien sentiment komuni.", "Werther, b\u0127ala borgi\u017c, hu e\u017cempju ta' dan imma fl-istess \u0127in parodija: l-g\u0127an ta' Goethe kien infatti li jwaqqa' g\u0127a\u010b-\u010bajt dan l-atte\u0121\u0121jament ta' passivit\u00e0 fi\u017cika u mentali, \u0127a\u0121a li ma fehmuhiex g\u0127al kollox il-qarrejja inqas attenti.", "F'\u0127afna ka\u017ci, sfortunatament, l-ironija minn ta\u0127t tal-kittieb \u0120ermani\u017c, fuq kollox l-interpretazzjoni tag\u0127ha \u017cbaljata u mg\u0127a\u0121\u0121la, spi\u010b\u010bat biex \u0127ajret \u0127afna \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ta' familji sewwa g\u0127as-suwi\u010bidju.", "Erbg\u0127in sena wara, fil-\"Poe\u017cija u verit\u00e0\", Goethe kiteb li \"l-effett ta' dan il-ktieb kien kbir, anzi enormi, l-i\u017cjed g\u0127ax deher f'waqtu.", "G\u0127aliex, b\u0127alma suffarell hu bi\u017c\u017cejjed biex jisplodi mina qawwija, anki splu\u017cjoni li ssir fil-pubbliku tisfa daqshekk qawwija g\u0127aliex id-dinja ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tkun di\u0121\u00e0 mminata u t-tifqig\u0127a tkun hekk kbira g\u0127aliex kul\u0127add ikun \u0127a jisplodi bil-\u0127ti\u0121ijiet esa\u0121erati tieg\u0127u, il-passjonijiet mhux sodisfatti u n-niket imma\u0121inarju.\"", "Goethe sar jaf 'l Klopstock, lit-teologu \u017bvizzeru Johann Caspar Lavater \u2013 studju\u017c tal-fisjonjomika li kien jemmen li jista' jkun jaf mill-profil tal-u\u010bu\u0127 il-karattri tan-nies, u g\u0127al dan l-iskop, geg\u0127el lill-pittur Schmoll ipin\u0121i bosta ritratti ta' Goethe \u2013 u lill-filosfu Jacobi, li kien jammira 'l Spinoza.", "F'April tal-1775 tg\u0127arras lit-tfajla ta' 16-il sena, Lili Sch\u00f6nemann, bint bankier imma \u0127assar l-g\u0127erusija f'Ottobru g\u0127ax l-idea tar-rabta ta\u017c-\u017cwie\u0121 ma fela\u0127\u0127iex u fis-7 ta' Novembru tal-1775 Goethe mar Weimar b\u0127ala pre\u010bettur ta' Carl August, duka ta' Sassonja-Weimar-Eisenach, li kellu 18-il sena, tipiku tirann \u017cg\u0127ir \u0120ermani\u017c ta' dak i\u017c-\u017cmien, li kien jiggverna stat \u017cg\u0127ir mag\u0127mul biss mill-kapitali Weimar, belt ta' 600 abitant, mill-belt universitarja ta' Jena u xi ftit \"bliet tal-pja\u010bir\".", "Fl-1776 Goethe kien membru tal-Kunsill sigriet u fis-6 ta' Settembru tal-1779 in\u0127atar kunsillier sigriet u stqarr: \"tal-g\u0127a\u0121eb g\u0127aliha, b\u0127al \u0127olma, li ta' 30 sena l\u0127aqt l-og\u0127la grad onorifiku li \u010bittadin \u0120ermani\u017c jista' jil\u0127aq\".", "Fl-10 ta' April tal-1782 ing\u0127ata t-titlu nobiljari mill-imperatur \u0120u\u017ceppi II u fl-1804 la\u0127aq ministru.", "Bejn is-snin 1776 u 1788 kien \u0127abib ma' Charlotte von Stein, mara li \u0127adet f'idejha l-edukazzjoni tieg\u0127u g\u0127all-impieg li kien da\u0127al g\u0127alih b\u0127ala pre\u010bettur u mbag\u0127ad kunsillier tad-duka.", "Stein kellha qabel kollox tittrasforma poeta famu\u017c f'bniedem tad-dinja, u wara taqleb idolu mfissed tal-mument f'ra\u0121el li jirrispetta r-regoli tal-\u0127ajja kif kienet fl-ambjent ristrett u rfinat li fih kienet tg\u0127ix id-dukessa Anna Amalia.", "Goethe laqa' tajjeb dan it-tag\u0127lim ta' ekwilibriju, mi\u017cura u awtokontroll, li kien il-ba\u017ci tal-evoluzzjoni tieg\u0127u, minkejja li qamlu \u0127afna sforzi u sagrifi\u010b\u010bji.", "Din it-trasformazzjoni bilmod, tidher \u010bara fl-ewwel g\u0127axar snin li qatta' f'Weimar, karatterizzati minn \u010bertu faqar fil-xog\u0127ol poetiku.", "Kien hemm biss xog\u0127lijiet li kienu g\u0127adhom ibba\u017cati fuq il-poe\u017cija ta' qabel, fosthom, pere\u017cempju, \"L-g\u0127anjiet ta' Mignon\" inklu\u017ci fil-\"Wilhelm Meister\", i\u017c-\u017cew\u0121 ballati \"Is-sajjied\" (\"Der Fischer\") u \"Ir-re tal-elfi\" (\"Erlk\u00f6nig\"), l-istupenda \"G\u0127anja lejlija tal-\u0121errej\" (\"Wanderers Nachtlied\"), poe\u017cija li fiha r-ru\u0127 tal-poeta bil-qajla tie\u0127u post il-qalb kapri\u010b\u010bu\u017ca li kienet iddominat il-\u0127idmiet ta' qabel.", "It-tfittx g\u0127all-verit\u00e0 a\u0127\u0127arija tar-ru\u0127 iddominat kitbiet o\u0127ra; kiteb l-\"G\u0127anja tal-ispirti fuq l-ilma\" (\"Gesang der Geister \u00fcber dem Wasser\"), \"Il-limiti tal-bniedem\" (\"Grenzen der Menschheit\") u \"Id-divin\" (\"Das G\u00f6ttliche\").", "Matul dan il-perjodu (mill-1777 g\u0127all-1785) Goethe kiteb ukoll ir-rumanz \"Is-sej\u0127a teatrali ta' Guliermu Meister\" (\"Wilhelm Meisters theatralische Sendung\") u d-dramm, tal-1779, \"Ifi\u0121enja f'Tauride\" (\"Iphigenie auf Tauris\").", "Barra minn hekk, f'dawn is-snin kien im\u0127abbat fuq bosta frontijiet differenti b\u0127ala kunsillier ministerjali g\u0127all-affarijiet militari, g\u0127all-vijabbilt\u00e0, g\u0127all-minjieri u g\u0127all-amministrazzjoni pubblika.", "Kien ukoll suprattendent tal-mu\u017cewijiet, u fl-1782 ing\u0127ata t-titlu nobiljari.", "Dan il-perjodu ta' bidliet radikali u ming\u0127ajr dubju negazzjoni tieg\u0127u innifsu, temm meta Goethe, fl-1786, ming\u0127ajr ma jaf \u0127add, telaq lejn l-Italja.", "Hemm g\u0127adda sentejn hieni g\u0127al kollox fis-sensi u fir-ru\u0127 fl-im\u0127abba u s-se\u0127er ta\u010b-\u010bivilt\u00e0 antika.", "Il-veduti, l-arti u l-karattru tal-poplu Taljan inkarnaw l-ideal tieg\u0127u ta' g\u0127aqda bejn ir-ru\u0127 u s-sensi.", "Hawn irnexxielu jag\u0127ti l-g\u0127amla definittiva lill-\"Ifi\u0121enja f'Tauride\", li l-ewwel kienet miktuba fil-pro\u017ca, imbag\u0127ad fil-pro\u017ca ritmika, re\u0121a' qalihba g\u0127al-pro\u017ca u fl-a\u0127\u0127ar rran\u0121aha fil-Blankvers jew bil-\"pentapodija \u0121ambika\".", "Dan ix-xog\u0127ol sar meqjus b\u0127ala l-evan\u0121elju tal-umane\u017cmu.", "Dan id-dramm, b\u0127ad-drammi kollha ta' Goethe, kien biss tra\u0121edja li setg\u0127et ti\u0121ri, infatti Ifi\u0121enja salvat 'il \u0127uwa mill-\u0121enn u r-re Toante mill-in\u0121ustizzja, imma fuq kollox min\u0127abba l-qawwa morali tag\u0127ha, reb\u0127et fuq id-destin u \u017cammet il-libert\u00e0 tag\u0127ha.", "E\u017cempju ie\u0127or bl-istess g\u0127an kien \"Torquato Tasso\", dramm ie\u0127or li lesta fl-Italja (Goethe \u017car i\u010b-\u010bella ta' Tasso u d-dar ta' Ludovico Ariosto fil-belt ta' Ferrara u l-palazzi antiki tal-Estensi), fuq il-po\u017cizzjoni prekarja ta' artista f'so\u010bjet\u00e0 korti\u017ca.", "Goethe seta' ju\u017ca l-esperjenzi personali tieg\u0127u fil-qorti ta' Weimar fl-adattament g\u0127al-palk tal-emozzjonijiet tal-poeta \u017cag\u0127\u017cug\u0127 Taljan.", "Fl-1788 mar lura Weimar fejn ma sabx mer\u0127ba wisq.", "Il-pubblikazzjoni tal-\"Ele\u0121iji Rumani\" (\"R\u00f6mische Elegien\"), rakkont tal-perjodu Taljan, qajjem \u0127afna ag\u0127a b\u0127al ma g\u0127amlet ir-relazzjoni tieg\u0127u ma' Christiane Vulpius, bejjieg\u0127a tal-fjuri, li wara i\u017c\u017cewwe\u0121.", "Dawn il-grajjiet flimkien \u0121eg\u0127lu 'l Goethe jing\u0127alaq f'xorta ta' i\u017colament so\u010bjali, imma fuq kollox spiritwali.", "L-g\u0127arfien li ma kienx mifhum u d-dwejjaq tan-nixfa poetika li kien qieg\u0127ed i\u0121arrab wassluh biex jistmerr u ji\u010b\u0127ad dak kollu li kien imbieg\u0127ed minn kif kien ja\u0127seb hu.", "Il-kri\u017ci ta' dawk is-snin kienet gravi g\u0127all-a\u0127\u0127ar, imma fl-1794, kif kien \u0121ara fl-img\u0127oddi, il-wasla u l-\u0127biberija ta' Friedrich Schiller salvawh minn din is-sitwazzjoni.", "Mill-1794 iddedika ru\u0127u prin\u010bipalment g\u0127all-letteratura, u wara \u0127ajja ta' fekondit\u00e0 kreattiva straordinarja miet fl-1832 f'Weimar, x'aktarx b'attakk tal-qalb.", "Allavolja hemm \u0127afna polemika fuqhom, l-a\u0127\u0127ar kliem tieg\u0127u saru famu\u017cissmi.", "Kienu : \"Mehr Licht\" (\"Aktar dawl\").", "L-importanza ta' Goethe fis-seklu 19 kienet enormi.", "G\u0127al \u0127afna aspetti, beda \u0127afna kun\u010betti u idejat li ma\u017c-\u017cmien saru familjari g\u0127al kul\u0127add.", "Goethe ipprodu\u010ba volumi ta' poe\u017cija, sa\u0121\u0121i, kritika u xog\u0127lijiet xjentifi\u010bi, fosthom teorija dwar l-ottika u ri\u010berki li anti\u010bipaw it-teorija evoluttiva u lingwistika.", "Kien affaxxinat mill-minerali u mill-mineralo\u0121ija (il-mineral Goethite imsemmi g\u0127alih).", "B\u0127ala filosfu u kittieb kien wie\u0127ed mill-figuri importanti tat-transizzjoni mill-Illumini\u017cmu g\u0127ar-Romanti\u010bi\u017cmu.", "Il-lista li \u0121ejja tax-xog\u0127lijiet l-i\u017cjed importanti tista' tag\u0127ti idea tal-impatt li kellu fuq \u017cmienu u \u017cmienna.", "Ir-rumanz miktub f'g\u0127amla ta' ittri, \"Die Leiden des jungen Werthers\" (\"in-niket ta \u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Werther\"), ippubblikat fl-1774 jirrakkonta storja ta' m\u0127abba mimlija niket li tispi\u010b\u010ba b'suwi\u010bidju.", "Goethe ammetta li kien \"qatel lill-eroj tieg\u0127u biex isalva ru\u0127u\".", "Ugo Foscolo \u0127a l-ispirazzjoni biex jikteb ir-rumanz tieg\u0127u f'forma ta' ittri \"Ultime lettere di Jacopo Ortis\" (\"L-a\u0127\u0127ar ittri ta' Jacopo Ortis\").", "Il-poe\u017cija epika \"Faust\", inkitbet ftit ftit, u \u0121iet ippubblikata s\u0127i\u0127a biss wara mewtu.", "L-ewwel parti \u0121iet ippubblikata fl-1808 u g\u0127amlet sensazzjoni.", "L-ewwel ver\u017cjoni operistika bil-mu\u017cika ta' Spohr, dehret fl-1814, u kienet l-ispirazzjoni tal-opri ta' Charles Gounod, Arrigo Boito u Ferruccio Busoni, il-poe\u017ciji sinfoni\u010bi ta' Richard Wagner u Franz Liszt, Gustav Mahler, u anki l-kantata \"Xeni tal-Faust\" ta' Robert Schumann.", "It-trama essenzjali ta' li wie\u0127ed \"ibieg\u0127 ru\u0127u lix-xitan\" u jpartatha mal-qawwa f'din id-dinja kibret fl-importanza u saret metafora g\u0127at-trijonf tat-teknologija u tar-rivoluzjoni industrjali bit-tg\u0127abija kollha tag\u0127ha ta' tbatija umana.", "Dan ix-xog\u0127ol poetiku ta' Goethe kien il-mudell g\u0127al moviment poetiku s\u0127i\u0127 \u0120ermani\u017c imsejja\u0127 \"Innerlichkeit\" (introver\u017cjoni), rappre\u017centat per e\u017cempju minn Heinrich Heine.", "Ix-xog\u0127lijiet ta' Goethe ispirarw \u0127afna kompo\u017cituri, fosthom Mozart, Beethoven, Schubert u Hugo Wolf.", "L-influwenza ta' Goethe kienet importanti g\u0127aliex fehem it-tran\u017cizzjoni u l-bidla tas-sensibbilt\u00e0 Ewropea, l-interess li \u017cdied fis-senswalit\u00e0, fl-indeskrivibbli u fl-emozzjonali.", "Per\u00f2 ma kienx iper-emottiv jew sensazzjonalista, g\u0127all-kuntrarju, kien jippriedka l-qis u kien iqis l-e\u010b\u010bess b\u0127ala marda.", "\"M'hemm xejn ag\u0127ar mill-immaginazzjoni ming\u0127ajr gost\".", "Kien jargumenta li l-li\u0121i tinbet mill-profondit\u00e0 tal-kultura ta' poplu u mill-art li jg\u0127ix fiha, u allura li\u0121ijiet razzjonali mhux dejjem jistg\u0127u ji\u0121u mposti minn fuq: te\u017ci li \u0121abitu f'oppo\u017cizzjoni diretta ma dawk li kienu jfittxu jwaqqfu monarkiji \"imdawlin\" imsejsin fuq li\u0121ijiet \"razzjonali\", per e\u017cempju \u0120u\u017ceppi II tal-Awstrija jew, iktar tard, Napuljun imperatur tal-Fran\u010bi\u017ci.", "Din il-bidla saret ma\u017c-\u017cmien il-ba\u017ci tas-seklu 19.", "Dan g\u0127amlu, flimkien ma' Adam Smith, Thomas Jefferson, Ralph Waldo Emerson u Ludwig van Beethoven figura fundamentali bejn i\u017c-\u017cew\u0121 dinjiet.", "Minn na\u0127a wa\u0127da jfittex l-estetika, l-ordni u dettalji fini li hi t-timbru ta' \u017bmien ir-Ra\u0121uni u tal-perjodu neoklassiku fl-arkitettura, minn na\u0127a l-o\u0127ra jfittex forma ta' espressjoni personali u intwittiva.", "L-ideat tieg\u0127u fuq l-evoluzzjoni fformulaw il-mistoqsijiet li g\u0127alihom Darwin kellu jsib twe\u0121iba.", "Fost il-werrieta l-kbar tal-kitba u l-\u0127sieb Goethjan fil-letteratura \u0120ermani\u017ca tas-sekla 19 insibu ming\u0127ajr dubju 'l Friedrich Nietzsche u fis-seklu 20 lir-rumanzier Thomas Mann u l-kittieb Ernst J\u00fcnger."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13591", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13591", "title": "\u0126indui\u017cmu", "text": ["\u0126indui\u017cmu", "Il-\u0126indui\u017cmu tradizzjonalment imsejja\u0127 San\u0101tanadharma (devan\u0101gar\u012b \u0938\u0928\u093e\u0924\u0928 \u0927\u0930\u094d\u092e, lett.", "\"Li\u0121i/Reli\u0121jon Eterna\"), hi wa\u0127da mir-reli\u0121jonijiet ewlenin tad-dinja u fosthom g\u0127andha l-ori\u0121ini l-i\u017cjed antika; g\u0127andha madwar biljun fidil, 828 miljun minnhom l-Indja.", "Diffi\u010bli li wie\u0127ed jag\u0127ti definizzjoni unitarja tal-\u0126indui\u017cmu, billi mhuwiex reli\u0121jon wa\u0127da fis-sens dejjaq, imma jista' jitqis b\u0127ala sensilea ta' kurrenti reli\u0121ju\u017ci, devozzjonali u/jew metafi\u017ci\u010bi u/jew teolo\u0121iko-spekulattivi, modi ta' m\u0121iba, drawwiet ta' kuljum spiss eterogenji, li waqt li g\u0127andhom nukleu komuni ta' valuri u twemminijiet reli\u0121ju\u017ci, huma differenti minn xulxin skont il-mod kif jinterpretaw it-tradizzjoni u l-letteratura reli\u0121ju\u017ca, u skont liema aspett jikkon\u010bentraw fuqu..", "Il-terminu Malti \"\u0126indui\u017cmu\", \u0121ej mit-terminu Ingli\u017c \"Hinduism\" imxerred mill-Ingli\u017ci fl-epoka moderna, mag\u0127mul bi\u017c-\u017cieda tas-suffiss \"ism\" mal-g\u0127erq \"hindu\".", "Dan l-a\u0127\u0127ar terminu \"\u0127indu\" kienu ju\u017cawh it-Torok Misilmin mis-seklu 13 g\u0127al dawk li ma kinux tat-twemmin tag\u0127hom waqt li t-terminu G\u0127arbi \"al-\u0126ind\", jidher fit-testi G\u0127arab biex ifisser il-poplu s\u0127i\u0127 tal-Indja.", "It-terminu \"\u0126indu\", fil-bidu kien biss \u0121eografiku billi kien il-kelma antika Persjana u\u017cata, sa xi r-raba' seklu WK, biex tfisser ix-xmara Indus u r-re\u0121jun tas-seba' affluwenti tag\u0127ha u l-abitanti tieg\u0127u.", "Ix-xmara u r-re\u0121jun min-na\u0127a l-o\u0127ra kienu mag\u0127rufin min-nies tal-post bis-Sanskrit Vediku b\u0127ala \"Sapta S\u00edndhu\" u \"S\u00edndhu\".", "Ir-re\u0121jun fil-Lvant tax-xmara Indus sar l-\u0126industan u l-abitanti tieg\u0127u saru jissej\u0127u \"\"\u0126indu\"\" mill-Persjani u, aktar tard, mill-Griegi u mir-Rumani.", "Matul il-kolonizzazzjoni Brittanika, it-terminu \"Hinduism\" kien jintu\u017ca g\u0127all-\u0121abra ta' fatti kulturali u reli\u0121ju\u017ci li kien hemm fis-subkontinent Indjan u mbag\u0127ad \u0121ie tradott fil-lingwi Ewropej prin\u010bipali.", "Wara l-Indjani stess bdew ju\u017caw it-terminu ma\u0127luq mill-Ingli\u017ci, \"hinduism\" biex jindikaw l-identit\u00e0 nazzjonali tag\u0127hom stess b'kuntrast ma' dik tal-kolonizzaturi.", "Per\u00f2 it-terminu \"\u0127indu\" kien di\u0121\u00e0 deher fis-seklu 16 fit-testi reli\u0121ju\u017ci tal-Vixnui\u017cmu b'kuntrast mat-terminu \"javana\" (mislem).", "Imma wara kollox il-fidili \u0126induwin ma jsej\u0127ux il-fidi tag\u0127hom \"\u0126indui\u017cmu\", imma \"San\u0101tanadharma\" (Ordni, Norma, Reli\u0121jon eterna) billi s-sisien tag\u0127ha mhumiex il-frott tal-esperjenza umana imma tar-rivelazzjoni divina, mill-istess \"Veda\" li deher fil-bidu ta\u017c-\u017cmien lill-profeti msej\u0127in \"\u1e5a\u1e63i\".", "Jew isej\u0127ulha \"Var\u1e47\u0101\u015bramadharma\" jew id-\"Dharma\" li tmexxi kull \u0127lejqa skont il- po\u017cizzjoni tag\u0127ha (\"var\u1e47a\") billi tassenjalha doveri spe\u010bjali g\u0127aliha (\"\u0101\u015brama\") ta' ordni so\u010bjali, reli\u0121ju\u017c u morali.", "Il-\"\u0126indui\u017cmu\" tradizzjonalment jissejja\u0127 \"Arjadharma\", ir-Reli\u0121jon tal-\"Arjani\" \", u \"Vajdikadharma\", ir-reli\u0121jin tal-\"Veda\".", "It-terminu \"\u0126indui\u017cmu\" in\u0127oloq ri\u010bentement u tferrex mill-orjentalisti Punentin u mill-istudju\u017ci Indjani mis-seklu 19 'l hawn.", "Mhux biss hekk, imma dan il-pro\u010bess affettwa n-natura tieg\u0127u infisha: Min-na\u0127a l-o\u0127ra it-terminu hu diffi\u010bli li wie\u0127ed jiddefinih: Stefano Piano jemmen li t-terminu \"\u0126indui\u017cmu\" jista' jfisser: Piano, jfakkarna f' Heinrich von Stietencron[26], u jisteddina nitkellmu pjuttost fuq \"reli\u0121jonijiet \u0126induwin\" b\u0127al vai\u1e63nava, \u015baiva o quella \u015b\u0101kta.", "F'dan ir-rigward Mario Piantelli jinnota li: \"Barra minn hekk, dawn it-tiketti ji\u010b\u0127duhom l-intellettwali Indjani ta' formazzjoni mhux punentija, u spe\u010bjalment il-membri tal-ortodossija sm\u0101rta, li ma jarawx mottivi validi biex ji\u017colaw g\u0127alihom dawk li sempli\u010bement jqisu xi mumenti jew aspetti ftit jew wisq sinjikattivi f'realt\u00e0 spiritwali komuni, fiha nfisha eterna u atemporali, imsej\u0127a bl-isem ta' \"Dharma perenni\" (is-San\u0101tanadharma)\"", "Francesco Sferra, waqt li jfakkkar li d-definizzjoni ta' \u0126indui\u017cmu: \"ti\u0121bor fiha, fir-realt\u00e0, kollezzjoni varjegata ta' reli\u0121jonijiet u vi\u017cjonijiet tad-dinja li jistg\u0127u jkunu kontradittorji\"", "jikkonkludi li t-terminu \u0126indui\u017cmu jista' mela jfisser \"il-kultura Indjana s\u0127i\u0127a, li tesprimi ru\u0127ha qabel kollox fil-fedelt\u00e0 lejn ordni so\u010bjo-kulturali, lejn \u0121abra ta' normi, drawwiet u m\u0121iba ta' ori\u0121ni antikissima li jistabilixxu fid-dettal kif wie\u0127ed jg\u0127ix u jifhem il-\u0127ajja, kemm tal-individwu u kemm tas-so\u010bjet\u00e0.", "U hu il-fatt li wie\u0127ed ikun imwieled f'kasta (j\u0101ti) \u0126induwija u qatt ma jikkonverti g\u0127al tradizzjoni li mhijiex \u0126induwija (\u0120aini\u017cmu, Buddi\u017cmu, I\u017clam, Kristjane\u017cmu e\u010b\u010b.) li jag\u0127mel persona \u0126indija.", "Jekk strettament, wie\u0127ed jista' jkun hekk ming\u0127ajr ma ne\u010bessarjament isegwi triq reli\u0121ju\u017ca, fl-ebda ka\u017c - almenu skont il-formulazzjoni l-i\u017cjed komuni u ortodossa - ma jista'jsir \u0126indu g\u0127ax is-s\u0127ubija tiddependi qabel kollox minn fattur etniku. -appa Se a stretto rigore, si pu\u00f2 essere tali senza necessariamente seguire un percorso religioso, in nessun caso - stando almeno alla pi\u00f9 comune e ortodossa delle formulazioni - si pu\u00f2 diventare hind\u016b perch\u00e9 l'appartenenza all'hind\u016bismo dipende innanzitutto da un fattore etnico.\"", "Dil-ba\u017ci etnika tidher \u010bara mill-fatt li fis-santwarji prin\u010bipali tal-\u0126indui\u017cmu, pere\u017cempju fit-Tempju ta' Krixna f'Puri (Orissa) jew f'dak ta' Xiva f'Kathmandu in-Nepal,[27], santwarji li jappartienu g\u0127al dar\u015bana differenti, jistg\u0127u jid\u0127lu biss l-Indjani li jappartienu g\u0127al varna, tkun xi tkun it-twemmin reli\u0121ju\u017c tag\u0127hom [28], u ma jistg\u0127ux jid\u0127lu nies li mhumiex Indjani anki jekk ikun jipprofessaw fidi '\u0126induwija'.", "Minkejja li d-definizzjoni tieg\u0127u mhux fa\u010bli, biex nifhmu t-terminu \u0126indu f'kuntest ta' sinjifikat i\u0127jed wiesg\u0127a, iwissi Michel Delahoutre: \"Mhux bi\u017c\u017cejjed kif kienu ja\u0127sbu darba b'mod fa\u010bli \u0127afna, inkunu nafu s-Sanskrit, lanqas nafdaw fit-tradizzjonijiet tal-Brahmin li flimkien jissej\u0127u Brahmani\u017cmu.", "Issa huma me\u0127tie\u0121 l-g\u0127arfien tal-lingwi moderni u l-istudji so\u010bjolo\u0121i\u010bi u etnolo\u0121i\u010bi, li j\u0127arsu anki lejn il-fenomeni ri\u010benti u attwali u l-kuntatt mal-Punent.", "Hemm b\u017conn nie\u0127du kont tal-fenomeni ta' adattament tal-\u0126indui\u017cmu g\u0127all-ambjenti Punentin bid-dehra ta' setti \u0121odda, ta' guruwiet u swami \u0121odda.\"", "Mela l-\"\u0126indui\u017cmu\" mhux biss \"invenzjoni\"[29] tal-orjentalisti punentin[30] imma wkoll l-awtorappre\u017centazzjoni, moderna, ta' elementi di\u0121\u00e0 pre\u017centi fil-passat Indjan: \"Mill-punto di vista tieg\u0127i l-\"\u0126indui\u017cmu\" mhux biss, kif sostnew xi studju\u017ci, kostruzzjoni mill-orjentalisti punentin, li ppruvaw jag\u0127tu isem lil-pluralit\u00e0 ta' fenomeni reli\u0121ju\u017ci li jinstabu fl-erja \u0121eografika vasta tal-Asja t'Isfel.", "Il-\u0126indui\u017cmu hu wkoll il-manifestazzjoni tal-awtorappre\u017centazzjoni mill-\u0126induwin u t-trasformazione moderna ta' elementi di\u0121\u00e0 pre\u017centi fl-img\u0127oddi.\"", "Il-ma\u0121\u0121oranza tal-istudju\u017ci jqisu l-Vedi\u017cmu, ir-reli\u0121jon tan nies \"Veda\" ppratikata mill- indoari, b\u0127ala l-bidu ta' dak li llum insej\u0127ulu \"\u0126indui\u017cm\".", "Per\u00f2, kif jindika Alf Hiltebeitel, hemm ra\u0121unijiet sodi li j\u0121eg\u0127luna na\u0127sbu li t-twemmin reli\u0121ju\u017c tal-popolazzjoni tal-Wied tal-Indus, hu element important biex nistabbilixxu l-g\u0127eruq tal-\u0126indui\u017cmui .", "L-istess Alf Hiltebeitel jaf, per\u00f2, li hu diffi\u010bli \u0127afna li tkun taf dan it-twemmin reli\u0121ju\u017c u l-g\u0127arfien jista' tkun biss kon\u0121etturali billa l-kitba u allura l-lingwa ma nafu xejn fuqhom (skont Hiltebeitel x'aktarx tal-familja dravidika ta' dik i\u010b-\u010bivilt\u00e0, ddokumentata fuq \u0127afna si\u0121illi ta' steatite misjuba fis-siti arkeolo\u0121i\u010bi.", "Il-\u0126indui\u017cmu (\u0938\u0928\u093e\u0924\u0928 \u0927\u0930\u094d\u092e; \"Sanatana Dharma\", li tfisser Reli\u0121jon Infinita/Li\u0121i Eterna) huwa reli\u0121jon antika, li g\u0127adha pprattikata minn miljuni ta' nies sallum.", "Din kienet l-ewwel reli\u0121jon li kellha l-idea ta' reinkarnazzjoni (ji\u0121ifieri li n-nies jistg\u0127u jitwieldu mill-\u0121did wara li jmutu), karma (kaw\u017ca u effett), u ideat o\u0127ra.", "Il-\u0126indui\u017cmu huwa federazzjoni ta' numru ta' twemminijiet li evolvew fost in-nies li g\u0127exu fis-Sottokontinent Indjan.", "Hija ta\u0127lita komposta ta' twemminijiet.", "Grupp wie\u0127ed ja\u010b\u010betta l-Varna, ie\u0127or le; grupp wie\u0127ed ja\u010b\u010betta l-Veda, ie\u0127or le; grupp wie\u0127ed ja\u010b\u010betta li hemm alla, ie\u0127or ji\u010b\u0127ad l-e\u017cistenza ta' alla.", "Imma dawn kollha jissej\u0127u \u0126indu.", "Skont il-kostituzzjoni Indjana, id-definizzjoni ta' \u0126indu huwa kulmin jg\u0127ix l-Indja u mhux Mislem jew Nisrani.", "L-ener\u0121ija t'Alla hi Devi, l-Omm Divina.", "G\u0127all-veneraturi ta' Vixnu (jew \"Vajxnavas\") li jsegwu l-filosofija ta' Ramun\u0121a\u010baraja, Devi hi Lakxmi, Omm Kul\u0127add, li taqbe\u017c g\u0127all-umanit\u00e0 ma' Vixnu.", "G\u0127all-veneraturi ta' Xiva (jew \"Xajvas\"), Devi hi Parvati.", "G\u0127ax-Xaktas, ji\u0121ifieri, il-veneraturi ta' Devi, Devi huwa l-forma personali ta' Alla biex jil\u0127aq l-Assolut impersonali, Alla.", "G\u0127alihom, Xiva hi personifikata b\u0127ala Alla ming\u0127ajr attributi.", "Il-\u0126indui\u017cmu jie\u0127u ideat mill-Veda, mill-Upanishads, kif ukoll mit-tag\u0127lim ta' \u0127afna guruwijiet \u0126induwin matul i\u017c-\u017cmien.", "\u0126afna tipi differenti ta' filosofija \u0121ejjin minn sitt skejjel Vedi\u010bi/\u0126induwin ewlenin.", "Setet Bhaktin u skejjel Tantri\u010bi Agami\u010bi huma komuni \u0127afna fi \u0127dan l-Indui\u017cmu.", "\"It-Triq Eterna\" (bis-Sanskrit \u0938\u0928\u093e\u0924\u0928 \u0927\u0930\u094d\u092e, \"Sanatana Dharma\"), jew il-\"Filosofija/Armonija/Fidi ta' dejjem\", huwa l-isem li dejjem irrappre\u017centa l-\u0126indui\u017cmu g\u0127al eluf ta' snin.", "Skond il-\u0126induwin dan jesprimi l-idea li \u010berti prin\u010bipji spiritwali huma validi g\u0127al kull \u017cmien, jaqb\u017cu t-twemmin ma\u0127luq mill-bniedem, u jirrappre\u017centaw xjenza pura tal-konxju.", "Il-konxju mhuwiex biss dak tal-\u0121isem jew tal-mo\u0127\u0127, i\u017cda tar-ru\u0127 'l fuq mill-mo\u0127\u0127 u je\u017cisti fi \u0127dan u lil hinn mill-e\u017cistenza tag\u0127na, il-Jien pur ta' kul\u0127add.", "Ir-reli\u0121jon g\u0127all-Indu huwa t-tfittxija g\u0127ad-divin fil-Jien, it-tfittxija g\u0127all-verit\u00e0 Wa\u0127da li infatti qatt ma ntilfet.", "Skont dan it-twemmin, jekk xi \u0127add ifittex il-verit\u00e0, ikun min ikun, se jsibha.", "Dak kollu li je\u017cisti, mill-\u0127xejjex u l-annimali sal-bnedmin, hu su\u0121\u0121ett u o\u0121\u0121ett tad-\"Dharma Eterna\".", "Din il-fidi \u0121ewwenija, g\u0127alhekk, tissejja\u0127 ukoll \" Arja/Dharma Nobbli\", \" Veda/Dharma tal-G\u0127arfien\", \"Joga/Dharma tal-G\u0127aqda\", \"Dharma \u0126induista\" jew, sempli\u010bement, id-\"Dharma\".", "Dak li nistg\u0127u ng\u0127idu li hu komuni fost il-\u0126induwin hu twemmin fid-Dharma, reinkarnazzjoni, karma, u mokxa (\u0127elsien) ta' kull ru\u0127 permezz ta' varjet\u00e0 ta' joga morali, attiva u meditattiva.", "Hemm prin\u010bipji li huma wkoll i\u017cjed ba\u017ci\u010bi, fosthom \"ahimsa\" (nuqqas ta' vjolenza), l-importanza tal-Guru, il-Kelma Divina ta' Aum u l-qawwa tal-mantra, l-im\u0127abba tal-Verit\u00e0 f'\u0127afna manifestazzjonijiet b\u0127ala allat, il-fehim li x-xrara essenzjali tad-Divin (Atman/Brahman) tinsab f'kull bniedem, u hekk hemm \u0127afna toroq spiritwali li jwasslu g\u0127all-Verit\u00e0 Wa\u0127danija.", "Wie\u0127ed mill-e\u017cempji tal-ispiritwalit\u00e0 \u0126induista fil-\u0127ajja ta' kuljum huwa l-bindi, tikka li \u0127afna nisa Indu jkollom fuq \u0121binhom.", "Din tista' tfisser \u0127afna affarijiet differenti.", "G\u0127al xi w\u0127ud din tirrappre\u017centa \"it-tielet g\u0127ajn\" li tg\u0127in lin-nies jiksbu l-g\u0127arfien.", "Il-\u0126induwin kollha ja\u0127sbu li hu importanti li wie\u0127ed jitg\u0127allem permezz tal-meditazzjoni.", "Ja\u0127sbu li din tag\u0127tihom intwizzjoni lil hinn mill-mo\u0127\u0127 u l-\u0121isem, xi \u0127a\u0121a spiss asso\u010bjati mal-alla Xiva.", "L-ir\u0121iel ukoll \u0121ieli jqieg\u0127du marka msej\u0127a \"Tilak\" fuq \u0121binhom, is-soltu fil-festi reli\u0121ju\u017ci.", "L-g\u0127amla tag\u0127ha tista' tfisser devozzjoni lejn \u010bertu alla prin\u010bipali: l-g\u0127amla ta' 'U' tfisser lejn Vixnu, grupp ta' tliet linji lejn Xiva.", "Xi minn daqqiet jag\u0127aqduhom flimkien biex ifissru \"Hari-Hara\" ( Vixnu-Xiva indissolubbli).", "Il-\u0126indui\u017cmu jg\u0127id li s-su\u010b\u010bess jista' jinkiseb biss permezz bl-isforz.", "Il-\u0126indui\u017cmu jag\u0127ti mod partikolari ta' \u0127ajja li \u0126indu g\u0127andu jsegwi.", "Dan isir permezz ta' Jogi (prattiki spiritwali), prin\u010bipalment dawn:", "Il-mod kif wie\u0127ed jag\u0127mel dan kollu hu deskritt fi\u017c-\u017cew\u0121 testi ewlenin tal-Joga Induista: il-\u0120ita Bhagavad u l-Joga Sutra.", "L-Upanixad ukoll fihom testi importanti dwar il-joga.", "Il-\u0126indui\u017cmu jemmen fl-erba' g\u0127anijiet ewlenin tal-\u0127ajja.", "Dawn huma \"Kama\", \" Artha\", \"Dharma\" u \" Mokxa\".", "Il-\u0126induwin jg\u0127idu li l-bnedmin kollha jfittxu 'l \"Kama\" (pja\u010bir, fi\u017ciku jew emozzjonali) u \"Artha\" (qawwa , fama u l-\u0121id ), i\u017cda mal-maturit\u00e0 malajr jitg\u0127allmu jra\u017c\u017cnu dawn ix-xewqat le\u0121ittimi fi \u0127dan il-qafas pragmatiku og\u0127la, ta' \"Dharma\", jew armonija morali f'kollox.", "Fl-Indui\u017cmu, il-\u0127ajja ta' bniedem maqsuma f'erba' stadji.", "Kull wie\u0127ed minn dawn l-istadji hu msejja\u0127 Axrama.", "L-erba' stadji huma:", "Il-festi tal-\u0126induwin (Sanskrit: \"Utsava\"; letteralment \"tg\u0127olli 'l fuq\") huma meqjusa b\u0127ala ritwali simboli\u010bi li jins\u0121u b'mod sabi\u0127 il-\u0127ajja individwali u so\u010bjali f'dharma.", "L-\u0126indui\u017cmu g\u0127andu \u0127afna festi matul is-sena.", "Il-kalendarju \u0126indu s-soltu jiffissa d-dati.", "Il-festi tipi\u010bi ji\u010b\u010belebraw \u0121rajjiet mill-mitolo\u0121ija \u0126induwija u spiss jaqblu mal-bidliet tal-ista\u0121uni.", "Hemm festi li huma primarjament i\u010b\u010belebrati minn \u010berti setti jew f'\u010berti re\u0121juni tas-sottokontinent Indjan.", "Fost il-festi \u0126induwin osservati f'\u0127afna re\u0121juni insibu:", "Fil- [ [ 1966 ] ] , [ [ Qorti Suprema tal- Indja ] ] qal e\u017cattament dak Indui\u017cmu kien g\u0127all -finijiet tal- li\u0121i .", "De\u010bi\u017cjoni tal-Qorti qalet dak numru ta 'kundizzjonijiet persuna kellhom jissodisfaw biex tkun hindu .", "-Nazzjonijiet ta ' [ [ Indja ] ] , [ [ Mawrizju ] ] , u [ [ Nepal ]] kif ukoll il- [ [ Indone\u017cja ] ] n g\u017cira ta' [ [ Bali ] ] jkollhom aktar nies li huma Hindus minn nies li mhumiex Hindus . f'dawn nazzjonijiet , spe\u010bjalment [ [ Nepal ] ] u [ [ Indja ] ] Indui\u017cmu hija popolari \u0127afna .", "Dawn il-pajji\u017ci g\u0127andhom ukoll \u0127afna Hindus :", "Hemm ukoll komunitajiet Hindu qawwija fil-pajji\u017ci tal -Unjoni ex- Sovjetika , spe\u010bjalment [ [ Russja ] ] u [ [ Polonja ] ] .", "Il- g\u017cejjer Indone\u017cjan ta '[ [ Java (g\u017cejjer ) | Java ] ] , [ [ Sulawesi ] ] , [ [ Sumatra ] ] , u [ [ Borneo ] ] g\u0127andhom ukoll popolazzjonijiet kbar hindu indi\u0121eni .", "Fl-[ [ Yoga ] ] stream , Indui\u017cmu huwa sa\u0127ansitra aktar mifruxa madwar id- dinja ma 30 miljun (inqas minn wie\u0127ed fil-mija ma tistax tkun 30 miljun g\u0127all -popolazzjoni Istati Uniti) Hindus fil- [ [Stati Uniti ] ] biss.", "Skond perspettiva wa\u0127da , l- [ [ kasta ] ] sistema turi kif qawwi \u0127afna \u0127assew dwar kull persuna wara passa\u0121\u0121 Dharma , jew destinat tieg\u0127u jew tag\u0127ha .", "\u0126afna Hindus jg\u0127idu li tmur kontra l-veru sens tal- Dharma .", "Madankollu , kasta g\u0127andha rwol kbir fis-so\u010bjet\u00e0 Hindu , g\u0127alkemm issa qed titlef favur u huwa illegali fl-Indja .", "Fil-perjodi Vedic kmieni , l- Brahmins beda mhux kiri kandidati \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 isiru qassisin li kieku kienu fil- kasti t'isfel .", "Dan sar aktar parti mill-kultura tul is-sekli sakemm sar kwa\u017ci impossibbli li n\u0127affu fis- kasti og\u0127la.", "Anki jekk in-nies kienu ppruvaw ibiddlu l-affarijiet g\u0127as-snin, kasta hija tant ta 'parti mill -kultura Indjana li fil anki nies li jikkonvertu g\u0127all- Kristjane\u017cmu \u0121ew mag\u0127rufa li jkollhom laqg\u0127at knisja differenti g\u0127all kasti differenti .", "Il sitt \" \" Astika jew ortodoss ( li ta\u010b\u010betta l- awtorit\u00e0 tal- Vedas ) skejjel tal-filosofija hindu huma [ [ Nyaya ] ] , [ [ Vaisheshika ] ] , [ [ Samkhya ] ] , [ [ Yoga ] ] , [ [ Purva Mimamsa ] ] (imsej\u0127a biss \" Mimamsa \" wkoll ) , u [ [ Vedanta | Uttara Mimamsa ]] ( imsej\u0127a wkoll \" [ [ Vedanta ] ] \" ) .", "L-iskejjel mhux Vedic huma msej\u0127a Nastika , jew heterodox , u jirreferu g\u0127all [ [ Buddhism ] ] , [ [ Jainism ] ] u [ [ Lokayata ] ] .", "L-iskejjel li jkomplu jaffettwaw Indui\u017cmu llum huma [ [ Purva Mimamsa ] ] , [ [ Yoga ] ] , u [ [ Vedanta ] ] .", "Ara [ [ hindu filosofija ]] g\u0127al diskussjoni tas-sinifikat storiku ta ' [ [ Samkhya ] ] , [ [ Nyaya ] ] , u [ [ Vaisheshika ] ] .", "L-g\u0127an ewlieni ta 'l- \" Purva Mimamsa \" linja tal-\u0127sieb kien li jag\u0127mlu l- Vedas aktar ta' parti mill-\u0127ajja , u wassal nies jifhmu a\u0127jar. [ [ Adi Shankara ]] u [ [ Swami Vivekananda ] ] segwa din il-linja tal-\u0127sieb biex jispjegaw it-tifsira ta 'twemmin hindu .", "Il-[ [ Yoga ] ] is-sistema hija ma\u0127suba li jkunu \u0121ejjin mill- [ [ Samkhya ] ] filosofija .", "Il- \" \" yoga msemmija hawn , madankollu, huwa spe\u010bifikament Raja Yoga ( jew unjoni meditational ) .", "Hija bba\u017cata fuq l- salvja [ [ Patanjali ] ] 's test imsejja\u0127 il- [ [ Sutra Yoga ] ] , li huwa madwar l-filosofija Yoga li da\u0127lu qabel . [ [ Upanishads ] ] u [ [ Gita Bhagavad ]] huma wkoll kitbiet importanti fl-istudju ta ' Yoga .", "Il Uttara ( \" aktar tard \" ) iskola Mimamsa hi forsi wa\u0127da mill -movimenti pedament ta ' Indui\u017cmu u \u010bertament kien responsabbli g\u0127al mew\u0121a \u0121dida ta' filosofi\u010bi u meditative inkjesta , ti\u0121did tal -fidi , u r-riforma kulturali .", "Primarjament asso\u010bjata mal- [ [ Upanishad ]] i u l-kummentarju tag\u0127hom minn [ [ Badarayana ] ] , il- [ [ Sutra Vedanta ] ] i , Vedanta \u0127asbu maqsum fi tliet gruppi , mibdija mill- \u0127sieb u l-kitba ta '[ [ Adi Shankara ] ] .", "\u0126afna \u0127asbu Hindu llum b'xi mod tirrigwarda l -bidliet affettwati minn [ [ Vedanta | Vedantic ] ] \u0127sieb, li ffoka fuq meditazzjoni , il-moralit\u00e0 u kon\u010bentrazzjoni fuq fuq il- Self wie\u0127ed aktar milli fuq ritwali u distinzjonijiet so\u010bjetali sens b\u0127al [ [ kasti ] ] .", "Ara [ [ Vedanta ] ] g\u0127al aktar fil-fond .", "Advaita letteralment tfisser \" mhux tnejn \" ; g\u0127alhekk dan huwa dak li nirreferu g\u0127alih b\u0127ala ( jew mhux dualistika ) sistema monistika , li jenfasizza oneness .", "Consolidator tag\u0127ha kien [ [ Adi Shankara ] ] ( [ [ 788 ] ] - ? [ [ 820 ] ] ? )", "Spjegati teoriji tieg\u0127u bba\u017cata l-aktar fuq taghlim pre\u010bedenti tal- [ [ Upanishad ]] iu tieg\u0127u stess [ [ guru ] ] [ [ Govinda Bhagavadpada ] ] .", "B'anali\u017ci 'koxjenza experiential , huwa espost l- aspett relattiv tad -dinja u stabbilita r-realt\u00e0 mhux doppju tal Brahman li [ [ Atman ] ] ( l-ru\u0127 individwali) u [ [ Brahman ] ] ( ir-realt\u00e0 a\u0127\u0127ari ) huma identifikati assolutament .", "Huwa mhux biss il-filosofija, imma sistema konxja ta 'etika applikati u l-meditazzjoni , kollha mmirati lejn il-kisba ta' pa\u010bi u l-fehim tal-verit\u00e0 .", "Adi Shankara iddenunzjat [ [ kasta ]] u bla sens [ [ ritwali ] ] b\u0127ala foolish , u b'mod charismatic tieg\u0127u , exhorted l- devotee vera timmeditaw fuq l-im\u0127abba ta 'Alla u jaqbdu verit\u00e0 .", "Ara [ [ Advaita Vedanta ] ] g\u0127al aktar.", "[ [ Ramanuja ] ] ( [ [ 1040 ] ] - [ [ 1137 ] ] ) kien il- proponent qabel kollox tal-kun\u010bett ta Sriman Narayana b\u0127ala l- Brahman supremi .", "G\u0127allem li r-realt\u00e0 Ultimate kellu tliet aspetti : Isvara ( Vishnu ) , cit ( ru\u0127 ) u ACIT ( kwistjoni) .", "Vishnu huwa l-uniku realt\u00e0 indipendenti , filwaqt erwie\u0127 u affarijiet huma dipendenti fuq Alla g\u0127all-e\u017cistenza tag\u0127hom .", "Min\u0127abba din il-kwalifika ta 'realt\u00e0 Ultimate , sistema Ramanuja huwa mag\u0127ruf b\u0127ala kwalifikati mhux dwali\u017cmu .", "B\u0127al Ramanuja , [ [ Madhvacharya ] ] ( [ [ 1199 ] ] - [ [ 1278 ] ] ) identifikat god ma Vishnu , imma vista tieg\u0127u tat -realt\u00e0 kienet purament dualistika f'dik hu mifhum differenzjar fundamentali bejn il- Godhead a\u0127\u0127ari u r-ru\u0127 individwali , u s-sistema g\u0127alhekk jissejja\u0127 Dvaita ( dualistika ) Vedanta .", "Puja ( qima ) isse\u0127\u0127 fil- Mandir ( tempju ) .", "Mandirs jvarjaw fid-daqs minn shrines ra\u0127al \u017cg\u0127ar g\u0127al bini kbir , imdawwar bil-\u0127itan .", "Nies tista '\u017c\u017cur ukoll il- Mandir fi kwalunkwe \u0127in li nitolbu u jipparte\u010bipaw fl- bhajans ( kanzunetti reli\u0121ju\u017ci ) .", "Hindus qima wkoll fid-dar u spiss ikollhom kamra spe\u010bjali bil- shrine biex allat partikolari .", "Kostruzzjoni Temple fl-Indja bdiet kwa\u017ci 2000 sena ilu .", "Il- eqdem tempji li kienu mibnija ta 'briks u l-injam m'g\u0127adhomx je\u017cistu .", "Stone aktar tard sar l-materjal preferut .", "Tempji mmarkat it-transizzjoni tal Indui\u017cmu mill- reli\u0121jon Vedic ta ' sagrifi\u010b\u010bji ritwali g\u0127al reli\u0121jon ta' Bhakti jew im\u0127abba u devozzjoni lejn deity personali .", "Kostruzzjoni tempju u mezz ta ' qima hija rregolata mill- Iskrittura Sanskrit qedem imsej\u0127a agamas , li minnhom hemm diversi , li jittrattaw deities individwali .", "Hemm differenzi sostanzjali fl-arkitettura , id-dwana , ritwali u tradizzjonijiet fl tempji fil-partijiet differenti tal-Indja.", "Matul il- konsagrazzjoni ritwali ta ' tempju , il- pre\u017cenza tal- Brahman tinkludi kollox universali hija invokata fil- deity \u0121ebel prin\u010bipali tal- tempju , permezz ritwali , b'hekk jag\u0127mlu l- deity u l- sagru tempju u divina", "Il-[ [ Bhakti yoga | Bhakti ] ] ( Devotional ) iskola tie\u0127u isimha mill -kelma hindu li ifisser im\u0127abba blissful , selfless u assoluta ta 'Alla b\u0127ala l-Missier g\u0127e\u017cie\u017c , Omm , Tfal, jew kwalunkwe relazzjoni ssib appell fil-qalb tal- devotee tal .", "Il-filosofija ta ' Bhakti tfittex li ji\u0121i sfruttat il- divinity universali permezz f'g\u0127amla personali , li jispjega l-proliferazzjoni ta' tant allat u goddesses fl-Indja , li spiss kienu jirriflettu l- inklinazzjonijiet singular ta 're\u0121juni \u017cg\u0127ar jew gruppi ta' nies .", "Meqjusa b\u0127ala forma ta ' [ [ Yoga ] ] , jew union , ifittex li jxolji l- ego f'Alla , peress sensi tal-\u0121isem u mind limitata b\u0127ala self jidher li jkun fattur firda fil realizzazzjoni spiritwali .", "Essenzjalment , huwa Alla li effetti kollha bidla , li huwa s-sors ta 'xog\u0127lijiet kollha , li ja\u0121ixxi permezz tal- devotee kif im\u0127abba u dawl. \"", "Dnubiet \" u \u0127a\u017cen - doings tal- devotee huma qal li jaqg\u0127u bog\u0127od minn jeddhom , il shriven devotee , limitedness anki transcended , permezz tal- im\u0127abba ta 'Alla .", "Il- [ [ Bhakti ]] movimenti rejuvenated Indui\u017cmu permezz tal-espressjoni intensa tag\u0127hom ta ' fidi u sensibilit\u00e0 tag\u0127hom g\u0127all- \u0127ti\u0121ijiet emozzjonali u filosofi\u010bi tas -Indja .", "Huma jistg\u0127u \u0121ustament jing\u0127ad li affettwa l-akbar mew\u0121a ta ' bidla fit-talb hindu u ritwali minn \u017cminijiet antiki .", "L- iktar mezzi popolari ta jesprimu l-im\u0127abba g\u0127al Alla fit-tradizzjoni hindu kien permezz \" puja devozzjoni \" , jew ritwali , spiss ju\u017caw l-g\u0127ajnuna ta ' \" [ [ # Forom ta' qima : ikoni u mantras | Murti ]] \" ( istatwa ) flimkien mal- kant jew chanting ta 'talb meditational fil -forma ta' [ [ Mantra ] ] i .", "Kanzunetti devotional imsej\u0127a [ [ Bhajan ] ] i (miktub primarjament mill- 14 - sekli 17 ) , [ [ kirtan ] ] ( tif\u0127ir ) , u [ [ arti ] ] (forma iffiltrat isfel ta ritwali nar Vedic ) huma kultant kantata flimkien mal-prestazzjoni ta ' puja .", "Din is-sistema pjuttost organika ta ' devozzjoni tentattivi g\u0127all-g\u0127ajnuna l-individwu fil-konnessjoni ma' Alla permezz ta 'medja simboliku .", "Huwa qal , madankollu, li l- \" \" Bhakta , permezz ta 'konnessjoni li qed jikber ma' Alla , huwa eventwalment kapa\u010bi li eschew kollha jifformaw esterna u huwa mg\u0127addas kompletament fil- bliss ta 'Love differenzjata Verit\u00e0 .", "B'kollox , bhakti irri\u017culta massa ta ' letteratura devotional , mu\u017cika u arti li tejjeb id-dinja u taw Indja spinta \u0121dida spiritwali , wie\u0127ed evitar ritwali bla b\u017conn u l-konfini so\u010bjali artifi\u010bjali .", "Ara [ [ bhakti yoga ] ] g\u0127al aktar.", "Skond l-aktar famu\u017ci tantrik scholar Punent , Sir John Woodroffe ( psewdonimu Arthur Avalon ) : \"Il- Tantras Indjan , li huma numeru\u017ci , jikkostitwixxu l- Iskrittura ( Shastra ) tal- Kaliyuga , u b\u0127ala tali huma s-sors voluminu\u017ca ta ' ortodoss pre\u017centi u prattiku \" Indui\u017cmu \" . . il Shastra Tantra huwa , fil-fatt , u tkun xi tkun l-ori\u0121ini storika tag\u0127ha , \u017cvilupp tal- Karmakanda Vaidika , promulgati biex jil\u0127qu l- b\u017connijiet ta ' dik l-et\u00e0 Shiva jg\u0127id: \" g\u0127all-benefi\u010b\u010bju tal -ir\u0121iel tal- Kali et\u00e0, ir\u0121iel im\u010ba\u0127\u0127ad ta 'ener\u0121ija u dipendenti g\u0127all-e\u017cistenza fuq l-ikel li jieklu , id-duttrina Kaula , O awspi\u010bju wa\u0127da ! jing\u0127ata \" ( Kap. IX . , poe\u017ciji 12 ) .", "Biex il Tantra irridu n\u0127arsu g\u0127alhekk jekk a\u0127na se nifhmu aright kemm ritwali , yoga , u Sadhana ta 'kull tip , kif ukoll il- prin\u010bipji \u0121enerali li dawn il-prattiki huma , i\u017cda l-espressjoni g\u0127an . \"", "( Introduzzjoni g\u0127all traduzzjoni Sir John Woodroffe ta '\" Tantra Mahanirvana . \" )", "Il-kelma \" [ [ Tantra ] ] \" tfisser \" treatise \" jew \" continuum \" , u ji\u0121i applikat g\u0127al varjet\u00e0 ta ' mystical okkult xog\u0127lijiet, , medi\u010bi u xjentifi\u010bi kif ukoll g\u0127al dawk li a\u0127na issa jikkunsidrah b\u0127ala \" Tantric \" .", "\u0126afna Tantras kienu miktuba fil-Medju Evu tard u re\u0121g\u0127et mill- Hindu Cosmology u [ [ Yoga ] ] .", "\u0126afna Hindus huma vegetarians ( ma tiekolx la\u0127am ) min\u0127abba r-rispett tag\u0127hom g\u0127all-\u0127ajja .", "Madwar 30 % tal -lum [ [ Hindu ] ] popolazzjoni , spe\u010bjalment fil -komunitajiet ortodoss f '[ [ t'Isfel Indja ] ] , f'\u010berti stati tramuntana b\u0127al Gujarat , u f'\u0127afna [ [ Brahmin ] ] \u017coni madwar il- sottokontinent , huma ve\u0121etarjana .", "\u0126afna [ [ Hindus ] ] li ma jieklu la\u0127am ma tiekolx [ [ \u010banga ] ] .", "Xi w\u0127ud ma anki tu\u017ca [ [ \u0121ilda ]] prodotti .", "Dan hu aktar probabbli g\u0127aliex \u0127afna Hindus kienu jiddependu hekk \u0127afna fuq il- baqra g\u0127al kull xorta ta 'prodotti tal-\u0127alib , tilling ta' oqsma u l-fjuwil g\u0127all-fertilizzant li l-istatus tag\u0127ha b\u0127ala \" gwardjan \" lesti ta ' l-umanit\u00e0 kiber biex tidentifikah b\u0127ala figura kwa\u017ci materna .", "G\u0127alhekk , filwaqt li \u0127afna Hindus ma qima l- baqra, u r-regoli kontra tiekol la\u0127am ta\u010b-\u010banga qamet twil wara l- [ [ Veda ] ] i kienet \u0121iet miktuba , xorta g\u0127andha post honored fis-so\u010bjet\u00e0 hindu .", "Huwa qal li [ [ Krishna ] ] huwa kemm Govinda ( herder 'baqar ) u Gopala ( protettur ta' baqar ) , u [ [ Shiva ] ] attendant 's huwa [ [ Nandi ] ] , il-barri .", "Bl- istress fuq vegetarianism ( li normalment huwa segwit anki minn la\u0127am li jieklu Hindus fil-jiem reli\u0121ju\u017ci jew okka\u017cjonijiet spe\u010bjali) u n-natura sagru tal -baqra , huwa no wonder li l-bliet l-aktar qaddisa u \u017coni fl -Indja g\u0127andhom l-projbizzjoni fuq il-bejg\u0127 tal-la\u0127am prodotti u hemm moviment fost Hindus biex jipprojbixxu baqra il-qatla mhux biss fir-re\u0121juni spe\u010bifi\u010bi , i\u017cda fil kollha ta ' [ [ Indja ] ] .", "Hindus ju\u017caw simboli \u0127afna u sinjali .", "I\u017c-\u017cew\u0121 simboli l-aktar importanti u\u017cati mill Hindus huma l-\" [ [ Aum ]] \" u \" [ [ Swastika ( Indui\u017cmu ) ] ] \" .", "Kuntrarju g\u0127at-twemmin popolari , Indui\u017cmu pprattikata la [ [ polytheism | polytheistic ]] lanqas ma hija strettament [ [ monotheism | monoteisti\u010bi ] ] .", "Il varji [ [ allat Hindu ]] u Avatars li huma worshipped mill Hindus huma mifhuma b\u0127ala forom differenti ta ' verit\u00e0 One , xi kultant meqjusa b\u0127ala lil hinn minn sempli\u010bi god u b\u0127ala Sies Divin formless ( [ [ Brahman ] ] ) , jixbhu i\u017cda mhux limitati g\u0127al [ [ monism ] ] , jew b\u0127ala prin\u010bipju wa\u0127da monoteisti\u010bi b\u0127al [ [ Vishnu ] ] jew [ [ Shiva ] ] .", "Jekk jemmen fis-sors One b\u0127ala formless ( nirguna Brahman , ming\u0127ajr attributi ) jew b\u0127ala god personali ( saguna Brahman , b'attributi ) , Hindus jifhmu li l- verit\u00e0 wa\u0127da jistg\u0127u jitqiesu b\u0127ala differenti g\u0127al nies differenti .", "Indui\u017cmu jinkora\u0121\u0121ixxi Devoti biex jiddeskrivu u ti\u017cviluppa relazzjoni personali ma ' diety mag\u0127\u017cula tag\u0127hom ( ishta devata ) fil -forma ta' god jew alla .", "Filwaqt li xi \u010bensimenti istiva prattikanti ta ' forma wa\u0127da jew o\u0127ra ta' [ [ Vishnu ]] ( mag\u0127rufa b\u0127ala \" [ [ Vaishnav ]] i \" ) li tkun fil 80 % u dawk ta ' [ [ Shiva ]] ( imsej\u0127a \" [ [ Shaivaites ] ] \" ) u [ [ Devi | Shakti ]] fil- 20% li jifdal , dawn il-figuri huma forsi qarrieqa .", "Il-ma\u0121\u0121oranza vasta ta ' Hindus qima allat \u0127afna b\u0127ala forom varicolored ' l-istess pri\u017cma tal-Verit\u00e0 .", "Fost l-aktar popolari huma [ [ Vishnu ] ] (kif [ [ Krishna ] ] jew [ [ Rama ] ] ) , [ [ Shiva ] ] , [ [ Devi ] ] ( l-Omm kif \u0127afna deities femminili , b\u0127al [ [ Lakshmi ] ] , [ [ Saraswati ] ] , [ [ Kali ] ] u [ [ Durga ] ] ) , [ [ Ganesha ] ] , [ [ Skanda ] ] u [ [ Hanuman ] ] .", "Qima ta ' l- deities msemmija spiss isir permezz ta' l -g\u0127ajnuna ta ' stampi jew ikoni ( \" \" Murti ) li huma qal li ma jkun Alla infushom i\u017cda \u0121ifuni f'sensih, l- devotee tal , markaturi g\u0127all- ru\u0127 tal-bniedem li turi n-natura ineffable u illimitable ta l-im\u0127abba u grandeur ta '[ [ Alla ] ] .", "Dawn huma simboli tal- prin\u010bipju akbar , li jirrappre\u017centaw u huma qatt pre\u017cunti li \" \" jkun il-kun\u010bett jew entit\u00e0 nnifisha .", "G\u0127alhekk , Hindu qima imma\u0121ini huwa forma ta ' [ [ ikona ] ] olatry , li fihom is-simboli huma meqjuma b\u0127ala sigils putattiv ta' divinity , g\u0127all-kuntrarju [ [ idolatry ] ] , tariffa spiss mi\u0121bura ( b'mod \u017cbaljat ) fil Hindus .", "G\u0127al aktar dettalji dwar din il-forma ta 'qima , ara [ [ Murti ] ] .", "Hindus tu\u017ca diversi talb u l-grupp ta 'kliem .", "Xi grupp ta 'kliem huma msej\u0127a [ [ Mantra ] ] i .", "Dawn il-kliem huma qal li jag\u0127tu l- kelliem kon\u010bentrazzjoni aktar profonda u l-fehim , biex b'hekk iqarreb g\u0127al [ [ Brahman ] ] .", "A Mantra mag\u0127rufa sew huwa \" om \" jew \" \" aum .", "Dan jissimbolizza Brahman , u huwa spiss il- kelma ftu\u0127 f'\u0127afna talb .", "Jippronunzja Mantra tajjeb , inti g\u0127andek tg\u0127id bil-mod , u fl-vu\u010bi fil-fond .", "Hemm \u0127afna testi li g\u0127andhom x'jaqsmu mal Indui\u017cmu .", "\u0126afna minnhom \u0121ew miktuba [ [ Sanskrit ] ] .", "Dawn it-testi huma msej\u0127a hindu Iskrittura .", "Xi w\u0127ud mill- testi importanti hindu huma:", "Il-[ [ Veda ] ] i huma kkunsidrati Iskrittura minn kul\u0127add Hindus .", "Filwaqt li \u0127afna Hindus qatt ma jista ' jaqra l- [ [ Veda ] ] i , huma jemmnu bil-qawwa li t-tfittxija g\u0127all-g\u0127arfien eterna hija importanti ( \" \" Veda mezzi g\u0127arfien ) .", "Kklassifikati ma '[ [ Veda ] ] i (li jirreferu spe\u010bifikament g\u0127all- [ [ Rig Veda | Rig / Rg ] ] , [ [ Yajur Veda | Yajur ] ] , [ [ Sama Veda | Sama ]] u [ [ Atharva Veda ]] i ) huma kummentarji famu\u017ci tag\u0127hom , il- [ [ Upanishad ] ] i .", "L-Iskrittura hindu post- Vedic jiffurmaw l-a\u0127\u0127ar kategorija , l- aktar notevoli ta 'liema huma l- \" [ [ Mahabharata ]] \" u l- \" [ [ Ramayana ] ] \" , kbar [ [ epika ] ] i meqjus Iskrittura mill -aktar segwa\u010bi ta ' Sanatana Dharma , l-istejjer tag\u0127hom forsi familjari mal- majoriy kbira ta' Hindus jg\u0127ixu fil- [ [ sottokontinent Indjan ] ], jekk m'g\u0127andux f'postijiet o\u0127ra wkoll .", "Testi o\u0127ra meqjusa b\u0127ala importanti mill Hindus tal-lum jinkludu l- [ [ Devi Mahatmya ] ] , ode g\u0127al [ [ Devi ] ] , l-Omm divina , u l- [ [ Yoga Sutras ] ] , test ewlieni yoga meditative ta ' Shri [ [ Patanjali ] ] .", "Hemm ukoll numru ta ' hindu revered [ [ Tantras ] ] u [ [ Lista ta' sutras | Sutras ]] dak il-kmand -rispett ta ' settet hindu varji ta' perswa\u017cjoni differenti , li w\u0127ud inklu\u017c l- [ [ Mahanirvana Tantra ] ] , [ [ Tirumantiram ] ] u [ [ Shiva Sutras ] ] .", "{ { Reli\u0121jonijiet dinja Classic } }", "[ [ Kategorija : Indui\u017cmu | ]]", "L-Induizmu beda max-xmara Indu, fl-Indja madwar is-sena 1500 QK.", "Biss elementi tat-twemmin huma aktar antiki.", "Hija reli[jon ta' ]afna le[[endi u miti li jiehdu forma differenti skond il-kultura tar-regjun.", "L-allat taghhom jie]du wkoll xehta differenti u ismijiet differenti.", "L-Indu m'ghandux fundatur, m'hemmx ghalliema jew profeti.", "Ir-riti Induisti jinbidlu wkoll skond ir-regjun.", "Ghalekk l-Induismu tista tissejjah ghaqda ta' setet differenti, kollha bi drawwiet differenti imma bl-istess twemmin.", "Skond l-Induisti alla hu wie\u0127ed li ma jistax jigi deskritt (spjegazzjoni ghala hawn hafna tipi ta' allat Indu).", "Hu \u0127alaq kollox u g\u0127alekk hu jissejja\u0127 Brahman-l-assolut.", "Fost il-\u0127afna allat meqjuma insibu lill Brahma-il-kreatur, Vishnu \u2013 li jaghti l-\u0127ajja u Shiva-li se jkisser l-univers.", "Il-\u0127sieb ewlieni tal-g\u0127ajxien Induist hu li wie\u0127ed je\u0127les mi\u010b-\u010biklu tar-rinkarnazzjoni, ji\u0121ifieri li wara l-mewt ter\u0121a titwieled mill-\u0121did, u g\u0127alhekk min jirnexxielu je\u0127les mir-rabta ta' materjali f'din id-dinja ikun kiseb il-moksha.", "Dan isir billi il-bniedem jikseb g\u0127arfien profond, u paci u armonija tal-qalb.", "Fl-Induismu il-[[kasti]] so\u010bjali ghandhom importanza kbira.", "Meta titwieled f'kasta socjali trid tibqa fiha sa ma tmut, tghix ma dawk ta' l-istess kasta tieg]ek u kif ukoll tizzewweg lill xi hadd ta' l-istess kasta so`jali tieg]ek.", "Tibdil fil-kasti socjali isir biss bir-rinkarnazzjoni fejn int tista titla jew tinzel fis-socjeta, skond kif tkun ghext fil-hajja ta' qabel, jew sahan sitra tirrinkarna b]ala animal.", "Tradizzjonalment hemm hames kasti: \uf059 Il-qassisin- L-indu jemmnu li hargu minn halq Brahman", "Moksha- tinkiseb wara li wiehed jehles mic-ciklu tar-reinkarnazzjoni, paci u armonija.", "[[Kategorija:Indui\u017cmu]]"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13607", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13607", "title": "Dinja", "text": ["Dinja"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13653", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13653", "title": "Stati Uniti", "text": ["Stati Uniti", "L-Istati Uniti tal-Amerika (USA jew SUA), komunement imsej\u0127a l-Istati Uniti (US jew SU) u Amerika, hija repubblika federali li tikkonsisti \u0127amsin stat u distrett federali.", "It-48 stati kontigwi u d-distrett federali ta' Washington, DC huma fi\u010b-\u010bentrali tal-Amerika ta' Fuq bejn il-Kanada u l-Messiku.", "L-istat tal-Alaska huwa fil-punent tal-Kanada u l-lvant tar-Russja fl-Istrett Bering, u l-istat tal-\u0126awaj li tinsab fin-nofs tat-tramuntana tal-Pa\u010bifiku.", "Il-pajji\u017c ukoll g\u0127andu \u0127ames territorji popolati u disa mhux popolati fil-Pa\u010bifiku u l-Karibew.", "Bi 3.79 miljun mil kwadru (9.83 miljun km) u madwar ta' 315 miljun ru\u0127, l-Istati Uniti hija r-raba' l-akbar pajji\u017c mill-erja totali u t-tielet l-akbar kemm mill-art u mill-popolazzjoni.", "Hija wa\u0127da mill-aktar etnikament diversa fid-dinja u nazzjonijiet multikulturali, il-prodott ta' skala kbira minn immigrazzjoni minn bosta pajji\u017ci.", "Il-\u0121eografija u klima tal-US hija wkoll diversa \u0127afna, bid-de\u017certi, pjanuri, foresti, u muntanji li huma wkoll dar g\u0127al varjet\u00e0 wiesg\u0127a ta' annimali selva\u0121\u0121i.", "Il-Paleo-indjani emigraw mill-Asja g\u0127al dak li issa hija l-Istati Uniti kontinentali madwar 15,000 sena ilu.", "Il-kolonizzazzjoni Ewropea bdiet madwar l-1600 u da\u0127let l-aktar mill-Ingilterra.", "L-Istati Uniti \u0127ar\u0121et minn tlettax-il kolonji Brittani\u010bi li jinsabu tul il-kosta tal-Atlantiku.", "Kwistjonijiet bejn il-Gran Brittanja u l-kolonji Amerikani waslet g\u0127ar-Rivoluzzjoni Amerikana.", "Fl-4 ta' Lulju, 1776, delegati mit-tlettax-il kolonji \u0127ar\u0121u b'mod unanimu d-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza, li b'hekk \u0121iet stabbilixxa l-Istati Uniti tal-Amerika.", "Il-Gwerra Rivoluzzjonarja tal-Amerika, li ntemmet bir-rikonoxximent tal-indipendenza tal-Istati Uniti mir-Renju tal-Gran Brittanja, kienet l-ewwel gwerra ta' su\u010b\u010bess g\u0127all-indipendenza kontra l-imperu kolonjali Ewropew.", "Il-Kostituzzjoni attwali \u0121iet adottata fis-17 ta' Settembru, 1787; sadanittant, 27 Emendi \u0121ew mi\u017cjuda mal-Kostituzzjoni.", "L-ewwel g\u0127axar emendi, kollettivament imsemmija l-Abbozz tad-Drittijiet, kienu ratifikati fl-1791 u jiggarantixxu \u0127afna drittijiet u l-libertajiet \u010bivili fundamentali.", "Immexxija mid-duttrina tad-destin manifest, l-Istati Uniti imbarkat fuq l-espansjoni vigoru\u017ca madwar l-Amerika ta' Fuq matul is-seklu dsatax.", "Dan jinvolvi tribujiet indi\u0121eni spostari, akkwist ta' territorji \u0121odda, u gradwalment ammissjoni ta' stati \u0121odda.", "Il-Gwerra \u010aivili Amerikana ntemmet legalizzata skjavit\u00f9 fl-Istati Uniti.", "Fl-a\u0127\u0127ar tas-seklu dsatax, l-Istati Uniti \u0121iet esti\u017ca fl-O\u010bean Pa\u010bifiku, u l-ekonomija tag\u0127ha kienet l-akbar fid-dinja.", "Il-Gwerra Spanjola\u2013Amerikana u l-Ewwel Gwerra Dinjija ikkonfermat l-istatus tal-pajji\u017c b\u0127ala militari qawwija globali.", "L-Istati Uniti \u0127ar\u0121et mit-Tieni Gwerra Dinjija b\u0127ala superpotenza globali, l-ewwel pajji\u017c bl-armi nukleari, u membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurt\u00e0 tan-Nazzjonijiet Uniti.", "It-tmiem tal-Gwerra Bierda u x-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika \u0127allew l-Istati Uniti b\u0127ala l-unika superpotenza.", "L-Istati Uniti hija pajji\u017c \u017cviluppat u g\u0127andha l-akbar ekonomija nazzjonali fid-dinja, bi stmat ta' $15.6 triljun PGD u 19% tal-PGD globali fil-parit\u00e0 ta' xiri tal-ener\u0121ija, mill-2011.", "Il-PGD per capita tal-US kienet is-sitt l-akbar sa mill-2010, g\u0127alkemm l-inugwaljanza fid-d\u0127ul tal-Amerika kienet ukoll kklassifikata l-og\u0127la fost il-pajji\u017ci tal-OECD mill-Bank Dinji.", "L-ekonomija hija alimentata mill-abbundanza ta' ri\u017corsi naturali, infrastruttura \u017cviluppata sew, u produttivit\u00e0 g\u0127olja; u filwaqt li l-ekonomija tag\u0127ha hija meqjusa post-industrijali li tkompli tkun wa\u0127da mill-akbar manifatturi tad-dinja.", "Il-kontijiet tal-pajji\u017c jonfqu 39% g\u0127all-militari globali, li hija forza ekonomika, politika, u kulturali prominenti fid-dinja, kif ukoll b\u0127ala mexxej fir-ri\u010berka xjentifika u l-innovazzjoni teknolo\u0121ika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13668", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13668", "title": "ISO 3166-1", "text": ["ISO 3166-1", "Din hija lista ta' pajji\u017ci ma\u0127ru\u0121a mill-Organizzazzjoni Internazzjonali g\u0127all-Istandardizzazzjoni bil-kodi\u010bi ISO 3166-1."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13669", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13669", "title": "Afrika t'Isfel", "text": ["Afrika t'Isfel", "L-Afrika t'Isfel, uffi\u010bjalment ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, huwa pajji\u017c li jinsab fil-ponta tan-nofsinhar tal-Afrika.", "Hija maqsuma f'disa 'provin\u010bji u g\u0127andha 2,798 kilometru (1,739 mi) ta' kosta.", "Il-pajji\u017c \u0121irieni huma : 'Namibja, il-Botswana u \u017c-\u017bimbabwe;.", "Lejn il-lvant huma Mo\u017cambik u s-Swa\u017ciland; filwaqt Lesoto hija mdawwra minn territorju tal-Afrika t'Isfel.", "Afrika t'Isfel hija 25 l-akbar pajji\u017c fid-dinja li g\u0127andha erja u 24 l-akbar pajji\u017c popolat bil-fuq 51 miljun ru\u0127.", "Afrika t'Isfel hija nazzjon multi-etnika u jkollha kulturi differenti u lingwi.", "\u0126dax-lingwi uffi\u010bjali huma rikonoxxuti fil-kostituzzjoni.", "Tnejn minn dawn il-lingwi huma ta 'ori\u0121ini Ewropea:.", "Ingli\u017c tal-Afrika t'Isfel u Afrikaans , b'lingwa li ori\u0121inaw prin\u010bipalment mill-Olandi\u017c li hija mitkellma mill-ma\u0121\u0121oranza tal-abjad u kkulurit Sud Afrikani.", "G\u0127alkemm l-Ingli\u017c huwa komunement u\u017cat fil-\u0127ajja pubblika u kummer\u010bjali, huwa biss l-\u0127ames l-aktar lingwa mitkellma.", "Il-gruppi etni\u010bi u lingwisti\u010bi g\u0127andhom rappre\u017centanza politika fid-demokrazija kostituzzjonali tal-pajji\u017c li tinkludi repubblika parlamentari;.", "B'differenza repubbliki aktar parlamentari, il-po\u017cizzjonijiet ta 'kap ta' stat u kap tal-gvern huma mag\u0127quda fil-President parlament-dipendenti.", "Madwar 80% tal-popolazzjoni fl-Afrika t'Isfel huwa ta 'antenati Afrikani suwed, maqsum fost varjet\u00e0 ta' gruppi etni\u010bi li jitkellmu lingwi Bantu differenti, li disg\u0127a minnhom g\u0127andhom status uffi\u010bjali.", "Afrika t'Isfel fiha ukoll il-komunitajiet akbar ta 'Ewropej, A\u017cjati\u010bi , u razzi\u017cmu antenati m\u0127allta fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13670", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13670", "title": "Burundi", "text": ["Burundi", "Il-Burundi, uffi\u010bjalment ir-Repubblika tal-Burundi (Kirundi: \"Republika y'u Burundi\"; Fran\u010bi\u017c:\"R\u00e9publique du Burundi\"]), huwa pajji\u017ci interkju\u017c fir-re\u0121jun tal-Lagi Kbar tal-Afrika tal-Lvant, il-pajji\u017c huwa mdawwar mir-Rwanda fit-tramuntana, Tan\u017canija lejn il-lvant u l-Kongo fin-nofsinhar u lejn il-punent.", "Il-kapital huwa Bujumbura.", "G\u0127alkemm il-pajji\u017c huwa mdawwar bl-art, \u0127afna mill-fruntiera tal-lbi\u010b huwa biswiti minn Lag Tanganyika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13671", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13671", "title": "Madagaskar", "text": ["Madagaskar", "Il-Madagaskar huwa pajji\u017c fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13672", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13672", "title": "Komoros", "text": ["Komoros", "Il-Komoros hi nazzjon fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13674", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13674", "title": "Etjopja", "text": ["Etjopja", "L-Etjopja hi nazzjon fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13675", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13675", "title": "Eritrea", "text": ["Eritrea", "L-Eritrea (Ge'ez: \u12a4\u122d\u1275\u122b \u02beErtr\u0101 ; G\u0127arbi: \u0625\u0631\u062a\u0631\u064a\u0627\u200e Iritrij\u00e1 ), huwa pajji\u017c li jinsab fil-\"qarn\" tal-Afrika.", "L-isem Eritrea huwa derivat mill-forma Taljana tal-isem Grieg \u1f18\u03c1\u03c5\u03b8\u03c1\u03b1\u03af\u1fb1 (Erythra\u00ed\u0101 ), li tfisser l-\"[art] \u0127amra\".", "Il-kapitali tag\u0127ha hija Asmara u g\u0127andha fruntieri mas-Sudan fil-punent, l-Etjopja man-nofsinhar, u \u0120ibuti fix-xlokk.", "Fil-majjistral u fil-lvant tal-Eritrea hemm kosta twila mal-Ba\u0127ar l-A\u0127mar, fa\u010b\u010bata tal-Arabja Sawdija u l-Jemen.", "Il-pajji\u017c fih medda ta' madwar 117,600 km2 (45,406 mil kwadru), u jinkludi l-Ar\u010bipelagu Dahlak u \u0127afna mill-G\u017cejjer Hanix.", "L-Eritrea huwa pajji\u017c multi-etniku, b'disa' gruppi etni\u010bi konoxxuti.", "G\u0127andha popolazzjoni ta' madwar sitt miljun abitant.", "\u0126afna jitkellmu ilsna Afro-Asjati\u010bi, Semiti\u010bi jew Kusiti.", "Fost dawn il-komunitajiet, it-Tigrinja jag\u0127mlu 55% tal-popolazzjoni.", "\u0126afna min-nies huma Insara jew Musulmani.", "Is-saltna ta' Aksum, li kienet tikkomprendi l-Eritrea tal-lum u l-Etijopja ta' fuq, bdiet bejn l-ewwel u t-tieni seklu wK u kienet Nisranija kwa\u017ci sa mill-bidu tag\u0127ha.", "Fil-Medju-evu \u0127afna mill-Eritrea waqg\u0127et ta\u0127t is-saltna ta' Medri Ba\u0127ri, u bi\u010b\u010ba minnha kienet tag\u0127mel parti mir-Repubblika \u0126amasja.", "L-Eritrea tal-lum hija mag\u0127mula minn saltniet li qabel kienu independenti u stati vassali tal-Imperu Etijopiku u tal-Imperu Ottoman, li eventwalment iffurmaw l-Eritrea Taljana.", "Fl-1947 l-Eritrea saret parti mill-Federazzjoni tal-Etijopja u l-Eritrea.", "Wara l-Gwerra g\u0127all-Independenza, l-Eritrea saret stat indipendenti fl-1991.", "L-Eritrea hija membru tal-Unjoni Afrikana, tal-\u0120nus Mag\u0127quda u l-IGAD, u hija osservatri\u010bi fil-Lega G\u0127arbija."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13676", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13676", "title": "E\u0121ittu", "text": ["E\u0121ittu", "L-E\u0121ittu (G\u0127arbi:\u0645\u0635\u0631 \"Mi\u1e63r\"), uffi\u010bjalment ir-Repubblika G\u0127arbija tal-E\u0121ittu (G\u0127arbi: ), huwa pajji\u017c transkontinentali li jkopri mar-rokna tal-grigal tal-Afrika u fir-rokna tal-lbi\u010b tal-Asja permezz ta' pont tal-art iffurmat mill-Peni\u017cola Sinaj.", "\u0126afna mit-territorju ta' 1,010,000 kilometru kwadru (390,000 mi kw) jinsab fl-Afrika ta' Fuq u huwa mdawwar mill-Ba\u0127ar Mediterran lejn it-tramuntana, il-Medda ta' Ga\u017ca u l-I\u017crael g\u0127all-grigal, il-Ba\u0127ar l-A\u0127mar lejn il-lvant, is-Sudan fin-nofsinhar u l-Libja lejn il-punent.", "L-E\u0121ittu huwa wie\u0127ed mill-aktar pajji\u017ci popolati fl-Afrika u l-Lvant Nofsani, u l-15 il-pajji\u017c l-aktar popolazzjoni fid-dinja.", "Il-ma\u0121\u0121or parti tal-popolazzjoni E\u0121izzjana li hija ta' 84 miljun ru\u0127 jg\u0127ixu qrib ix-xtut tax-Xmara Nil, \u017cona ta' madwar 40,000 kilometru kwadru (15,000 mi kw), fejn l-unika art bir-raba'.", "Fir-re\u0121juni l-kbar tad-de\u017cert Sahara, li jikkostitwixxu l-ma\u0121\u0121or parti tat-territorju E\u0121izzjan, wie\u0127ed jista' jsib ftit abitazzjonijiet min\u0127abba s-s\u0127ana kiefra u xotta li tg\u0127addi minn fuq din l-art .", "Madwar nofs tar-re\u017cidenti fl-E\u0121ittu jg\u0127ixu f'\u017coni urbani, il-ma\u0121\u0121oranza mifruxa madwar i\u010b-\u010bentri b'popolazzjoni densa b\u0127all-Kajr, Alessandrija u bliet o\u0127ra ewlenin fid-delta tan-Nil."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13677", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13677", "title": "Montenegro", "text": ["Montenegro", "Montenegro (; Montenegrin: \"Crna Gora\" \u0426\u0440\u043d\u0430 \u0413\u043e\u0440\u0430 , tfisser \"Muntanja Sewda\") huwa pajji\u017c fl-Ewropa tax-Xlokk.", "Il-pajji\u017c g\u0127andu l-Ba\u0127ar Adrijatiku fil-lbi\u010b u huwa mdawwar mill-Kroazja fil-punent, il-Bosnia u \u0126er\u017cegovina fil-majjistral, is-Serbja fil-grigal, il-Kosovo lejn il-lvant u l-Albanija fix-xlokk.", "Il-belt kapitali u l-akbar belt hija Podgorika, filwaqt li Cetinje hija ma\u0127tura b\u0127ala \"Prijestonica\", tfisser l-eks Belt Kapitali Rjali.", "L-applikazzjoni tal-Montenegro g\u0127al s\u0127ubija fl-UE \u0121iet ippre\u017centata fil-15 ta' Di\u010bembru 2008.", "Fil-laqg\u0127a tieg\u0127u tat-23 ta' April 2009, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tippre\u017centa lill-Kunsill l-opinjoni tag\u0127ha dwar l-applikazzjoni tal-Montenegro.", "Fit-12 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni tat opinjoni po\u017cittiva u rrakkomandat il-ftu\u0127 ta' negozjati tal-ade\u017cjoni.", "Fil-laqg\u0127a tieg\u0127u tas-16 u s-17 ta' Di\u010bembru 2010, il-Kunsill Ewropew qabel li jag\u0127ti lill-Montenegro l-istatus ta' pajji\u017c kandidat.", "Fil-laqg\u0127a tieg\u0127u tad-29 ta' \u0120unju 2012, il-Kunsill Ewropew approva d-de\u010bi\u017cjoni tal-Kunsill biex jinfet\u0127u negozjati tal-ade\u017cjoni.", "L-a\u0127\u0127ar Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u ta' Asso\u010bjazzjoni UE-Montenegro, li sar fil-25 ta' \u0120unju 2018 e\u017camina l-istat tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Montenegro, inklu\u017c il-progress tal-Montenegro fit-t\u0127ejjijiet tieg\u0127u g\u0127as-s\u0127ubija fl-UE.", "L-ewwel laqg\u0127a tal-Konferenza mal-Montenegro dwar l-Ade\u017cjoni fil-livell ministerjali fet\u0127et in-negozjati tal-ade\u017cjoni fid-29 ta' \u0120unju 2012.", "Minn dakinhar, saru \u0127dax-il laqg\u0127a tal-Konferenza dwar l-Ade\u017cjoni fil-livell ministerjali fi Brussell.", "It-12-il laqg\u0127a tal-Konferenza mal-Montenegro dwar l-Ade\u017cjoni fil-livell ministerjali saret fl-10 ta' Di\u010bembru 2018.", "Il-konferenza fet\u0127et in-negozjati dwar il-Kapitolu 27 - L-Ambjent u t-tibdil fil-klima.", "Wara din il-Konferenza, minn total ta' 35 kapitolu ta' negozjar, 32 kapitolu issa nfet\u0127u g\u0127an-negozjati, li minn dawn di\u0121\u00e0 ng\u0127alqu provi\u017corjament tliet kapitoli.", "Ser ji\u0121u ppjanati aktar Konferenzi dwar l-Ade\u017cjoni, kif me\u0127tie\u0121, sabiex il-pro\u010bess jitmexxa 'l quddiem fl-ewwel nofs tal-2019.", "Fit-18 ta' \u0120unju 2019 il-Kunsill Affarijiet \u0120enerali adotta konklu\u017cjonijiet dwar it-tkabbir u l-pro\u010bess ta' stabbilizzazzjoni u ta' asso\u010bjazzjoni, li jkopru l-Montenegro.", "Fl-20 ta' \u0120unju 2019 il-Kunsill Ewropew approva l-konklu\u017cjonijiet."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13678", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13678", "title": "Ka\u017cakistan", "text": ["Ka\u017cakistan", "Il-Ka\u017cakistan (; Ka\u017cak:\u049a\u0430\u0437\u0430\u049b\u0441\u0442\u0430\u043d \"Qazaqstan\"), uffi\u010bjalment ir-Repubblika tal-Ka\u017cakistan, hu pajji\u017c fl-Asja \u010aentrali, b'parti \u017cg\u0127ira fil-punent tax-Xmara Ural fl-Ewropa tal-Lvant.", "Mill-erja, il-Ka\u017cakistan huwa l-akbar pajji\u017c interkju\u017c fid-dinja u d-disa' l-akbar pajji\u017c fid-dinja; it-territorju tal-pajji\u017c jkopri madwar 2,727,300 kilometru kwadru (1,053,000 mi kw) li huwa akbar mill-Ewropa tal-Punent.", "Il-pajji\u017c hu mdawwar minn dawn il-pajji\u017ci skont l-arlo\u0121\u0121 mit-tramuntana: ir-Russja, i\u010b-\u010aina, il-Kir\u0121i\u017cistan, l-U\u017cbekistan, u t-Turkmenistan, u wkoll g\u0127andhu fruntieri fuq il-parti kbira tal-Ba\u0127ar Kaspju.", "Bi 17-il miljun ru\u0127 (stima tal-2013) il-Ka\u017cakistan hija t-62 l-akbar mill-popolazzjoni fid-dinja, g\u0127alkemm id-densit\u00e0 tal-popolazzjoni tag\u0127ha hija inqas minn 6 persuni kull kilometru kwadru (15 kull mi. kw.).", "Il-kapital hija Nur-Sultan (pre\u010bedentement kienet Almaty)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13679", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13679", "title": "Somalja", "text": ["Somalja", "Is-Somalja hi nazzjon fl-Afrika.", "Il-belt kapitali hija Mogadixu."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13681", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13681", "title": "Rwanda", "text": ["Rwanda", "L-iRwanda hi nazzjon fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13682", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13682", "title": "Angola", "text": ["Angola", "L-Angola hi nazzjon fl-Afrika.", "Il-belt kapitali u l-ikbar belt hi Luanda."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13683", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13683", "title": "\u010aad", "text": ["\u010aad", "I\u010b-\u010aad (G\u0127arbi:\u062a\u0634\u0627 \u062f\u200e,T\u0161\u0101d; Fran\u010bi\u017c: \"Tchad\") huwa pajji\u017c interkju\u017c fl-Afrika \u010aentrali.", "Dan il-pajji\u017c huwa mdawwar mill-Libja lejn it-tramuntana, is-Sudan lejn il-lvant, ir-Repubblika Afrikana \u010aentrali lejn in-nofsinhar, il-Kamerun u n-Ni\u0121erja g\u0127all-lbi\u010b u n-Ni\u0121er lejn il-punent."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13684", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13684", "title": "Gabon", "text": ["Gabon", "Il-Gabon, uffi\u010bjalment mag\u0127ruf b\u0127ala r-Repubblika Gaboni\u017ca, huwa stat sovran fuq il-kosta tal-Punent tal-Afrika \u010aentrali.", "Dan il-pajji\u017c g\u0127andu konfini mal-Gwinea Ekwatorjali fil-Majjistral, lill-Kamerun fit-Tramuntana, ir-Repubblika tal-Kongo fuq il-Lvant u n-Nofsinhar, u l-Golf tal-Gwinea fuq il-Punent.", "Hu g\u0127andu erja ta' 270,000 kilometru kwadru (100,000 mil kwadru) u l-popolazzjoni hi stmata li tammonta g\u0127al 1.5 miljun ru\u0127.", "Il-belt kapitali u l-ikbar belt hija Libreville.", "Mill-indipendenza minn Franza fis-17 ta' Awwissu, 1960, il-Gabon kellu tliet presidenti.", "Fis-snin disg\u0127in, il-pajji\u017c introdu\u010ba sistema ta' plurali\u017cmu ta' partiti u kostituzzjoni demokratika \u0121dida li wasslet g\u0127al pro\u010bess elettorali iktar trasparenti u riforma f'diversi istituzzjonijiet governattivi.", "Grazzi g\u0127all-popolazzjoni baxxa, l-abbundanza ta' ri\u017corsi naturali u investimenti barranin g\u0127enu sabiex jag\u0127mlu lill-Gabon wa\u0127da mill-pajji\u017ci l-iktar sinjuri tar-re\u0121jun u tal-kontinent."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13685", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13685", "title": "Ginea Ekwatorjali", "text": ["Ginea Ekwatorjali", "Il-Gwinea Ekwatorjali hi nazzjon fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13687", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13687", "title": "\u017bimbabwe", "text": ["\u017bimbabwe", "I\u017c-\u017bimbabwe hu nazzjon fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13688", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13688", "title": "Sa\u0127ara tal-Punent", "text": ["Sa\u0127ara tal-Punent", "Is-Sa\u0127ara tal-Punent hu nazzjon fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13689", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13689", "title": "Sudan", "text": ["Sudan", "Is-Sudan hu nazzjon fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13690", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13690", "title": "Mawritanja", "text": ["Mawritanja", "Il-Mawritanja hi nazzjon fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13691", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13691", "title": "Liberja", "text": ["Liberja", "Il-Liberja hi nazzjon fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13693", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13693", "title": "Kap Verde", "text": ["Kap Verde", "Il-Kap Verde, uffi\u010bjalment ir-Repubblika tal-Kap Verde, huwa pajji\u017c forma ta' g\u017cira, li huwa ar\u010bipelagu mifrux f'10 g\u017cejjer li jinsabu fi\u010b-\u010bentral tal-O\u010bean Atlantiku , 570 kilometri (350 mili) barra mill-kosta tal-Afrika tal-Punent.", "Il-g\u017cejjer, li jkopru \u017cona mag\u0127quda ta' ftit aktar minn 4,000 kilometru kwadru (1,500 sq mi), huma ta 'ori\u0121ini vulkani\u010bi u filwaqt li tlieta minnhom (Sal, Boa Vista u Maio) huma pjuttost \u010batti, ramlija u niexfin, l-o\u0127rajn huma \u0121eneralment aktar b'sa\u0127\u0127ithom u g\u0127andhom aktar ve\u0121etazzjoni."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13694", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13694", "title": "Burkina Faso", "text": ["Burkina Faso", "Il-Burkina Faso huwa pajji\u017c interkju\u017c li jinsab fl-Afrika tal-Punent.", "Huwa pajji\u017c ming\u0127ajr \u017cblokk lejn il-ba\u0127ar u hu mdawwar minn sitt pajji\u017ci: il-Mali fit-tramuntana, in-Ni\u0121er fil-lvant, il-Benin fix-xlokk, it-Togo u l-Gana fin-nofsinhar, u l-Kosta tal-Avorju fil-lbi\u010b.", "Id-daqs tag\u0127ha huwa ta' 274,200 kilometru kwadru (105,900 mili kwadri) u huwa stmat li jg\u0127ixu 'l fuq minn 15,757,000 ru\u0127.", "Pre\u010bedentament, il-pajji\u017c kien mag\u0127ruf b\u0127ala r-Repubblika tal-Volta ta' Fuq, qabel ma fl-4 ta' Awwissu 1984 il-President Thomas Sankara biddel l-isem g\u0127al Burkina Faso li tfisser \"l-art tan-nies onesti\" fil-lingwa Mora u Dioula, l-ikbar lingwi prattikati fil-pajji\u017c.", "Il-belt kapitali tal-Burkina Faso hija Ouagadougou u l-format tal-gvern huwa repubblika semipresidenzjali, bil-president ikun Blaise Compaor\u00e9."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13695", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13695", "title": "Benin", "text": ["Benin", "Il-Benin huwa nazzjon fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13698", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13698", "title": "Mali", "text": ["Mali", "Mali huwa nazzjon fl-Afrika.", "Mali (/ \u02c8m\u0251\u02d0li / (Dwar din il-lista tal-\u0127oss); Pronunzja bil-Fran\u010bi\u017c: [mali]), uffi\u010bjalment ir-Repubblika ta' Mali (Fran\u010bi\u017c: \"R\u00e9publique du Mali\"; \"Bambara: Mali ka Fasojamana\"; skrittura N'Ko: \u07e1\u07ca\u07df\u07cc \u07de\u07ca \u07dd\u07ca\u07db\u07cf\u07d6\u07ca\u07e1\u07ca\u07e3\u07ca) hija mmarkata b\u0127ala pajji\u017c fl-Afrika tal-Punent.", "Mali huwa t-tmien l-akbar pajji\u017c fl-Afrika, b'\u017cona ta' ftit iktar minn 1,240,000 kilometru kwadru (480,000 sq mi).", "Il-popolazzjoni ta' Mali hija ta' 19.1 miljun.", "Fl-2017 il-popolazzjoni tag\u0127ha kienet stmata li 67% kienu ta\u0127t l-et\u00e0 ta' 25.", "Il-kapital tag\u0127ha huwa Bamako.", "L-istat sovran tal-Mali jikkonsisti minn tmien re\u0121juni u l-fruntieri tag\u0127ha fit-tramuntana jil\u0127qu l-fond fin-nofs tad-De\u017cert tas-Sa\u0127ara, filwaqt li l-parti tan-nofsinhar tal-pajji\u017c, fejn jg\u0127ixu l-ma\u0121\u0121oranza tal-abitanti, g\u0127andha x-xmajjar tan-Ni\u0121er u s-Senegal.", "L-ekonomija tal-pajji\u017c tikkon\u010bentra fuq l-agrikoltura u l-minjieri.", "U\u0127ud mir-ri\u017corsi naturali prominenti ta' Mali jinkludu d-deheb, li huwa t-tielet l-akbar produttur tad-deheb fil-kontinent Afrikan, u il-mel\u0127.", "Mali kienet tag\u0127mel parti minn tliet imperi tal-Afrika tal-Punent li kkontrollaw il-kummer\u010b trans-Sa\u0127arjan: l-Imperu Gana (li g\u0127alih huwa msemmi G\u0127ana), l-Imperu Mali (li g\u0127alih huwa msemmi Mali), u l-Imperu Songhai.", "Matul l-et\u00e0 tad-deheb tag\u0127ha, kien hemm fjoritura tal-matematika, l-astronomija, il-letteratura, u l-arti.", "Fil-qu\u010b\u010bata tag\u0127ha fl-1300, l-Imperu Mali kopra \u017cona madwar id-doppju tad-daqs ta' Franza ta' \u0121urnata moderna u ressaq il-kosta tal-punent tal-Afrika.", "Fl-a\u0127\u0127ar tas-seklu 19, waqt il-\u0121irja g\u0127all-Afrika, Franza \u0127atfet il-kontroll tal-Mali u g\u0127amilha parti mis-Sudan Fran\u010bi\u017c.", "Is-Sudan Fran\u010bi\u017c (dak i\u017c-\u017cmien mag\u0127ruf b\u0127ala r-Repubblika tas-Sudan) ing\u0127aqad mas-Senegal fl-1959, u kiseb l-indipendenza fl-1960 b\u0127ala l-Federazzjoni ta' Mali.", "Ftit wara, wara l-irtirar tas-Senegal mill-federazzjoni, ir-Repubblika Sudani\u017ca ddikjarat lilha nnifisha r-Repubblika indipendenti ta' Mali.", "Wara perjodu twil ta' tmexxija ta' partit wie\u0127ed, kolp ta' stat fl-1991 wassal g\u0127all-kitba ta' kostituzzjoni \u0121dida u t-twaqqif tal-Mali b\u0127ala stat demokratiku u b'\u0127afna partiti.", "F'Jannar 2012, fit-Tramuntana tal-Mali faqqa' kunflitt b'armata, li fih ribelli Tuareg \u0127adu l-kontroll ta' territorju fit-tramuntana, u f'April iddikjaraw is-se\u010bessjoni ta' stat \u0121did, Azawad.", "Il-kunflitt kien ikkumplikat minn kolp ta 'stat militari li se\u0127\u0127 f'Marzu u aktar tard \u0121lied bejn Tuareg u fazzjonijiet ribelli o\u0127ra.", "Bi twe\u0121iba g\u0127all-kisbiet territorjali, il-militar Fran\u010bi\u017c nieda Op\u00e9ration Serval f'Jannar 2013.", "Xahar wara, il-forzi Maljani u Fran\u010bi\u017ci re\u0121g\u0127u qabdu l-parti l-kbira tat-tramuntana.", "L-elezzjonijiet presidenzjali saru fit-28 ta' Lulju 2013, b'ta\u0127dita tat-tieni rawnd saret fil-11 ta' Awwissu, u l-elezzjonijiet le\u0121i\u017clattivi saru fl-24 ta' Novembru u l-15 ta' Di\u010bembru 2013."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13699", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13699", "title": "Ni\u0121er", "text": ["Ni\u0121er", "Ni\u0121er hu nazzjon fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13700", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13700", "title": "Togo", "text": ["Togo", "It-Togo hu nazzjon fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13701", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13701", "title": "Senegal", "text": ["Senegal", "Is-Senegal hu nazzjon fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13702", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13702", "title": "Libanu", "text": ["Libanu", "Il-Libanu huwa nazzjon fl-Asja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13703", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13703", "title": "Qatar", "text": ["Qatar", "Il-Qatar hu nazzjon fl-Asja.", "Dan il-pajjiz jinsab fil-Lvant Nofsani."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13704", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13704", "title": "\u0120ordan", "text": ["\u0120ordan", "Il-\u0120ordan (G\u0127arbi: \u0627\u064e\u0644\u0623\u064f\u0631\u0652\u062f\u064f\u0646\u0651\u200e \"Al-\u02beUrdunn\"), uffi\u010bjalment ir-Renju \u0126axemita tal-\u0120ordan (G\u0127arbi:\u0627\u064e\u0644\u0645\u064e\u0645\u0652\u0644\u064e\u0643\u064e\u0629 \u0627\u064e\u0644\u0623\u064f\u0631\u0652\u062f\u064f\u0646\u0650\u064a\u064e\u0651\u0629 \u0627\u064e\u0644\u0647\u064e\u0627\u0634\u0650\u0645\u0650\u064a\u064e\u0651\u0629 \"al-Mamlakah al-\u02beUrdunniyyah al-H\u0101\u0161imiyyah\"), huwa renju G\u0127arbi fil-Lvant Nofsani, fuq ix-xatt tal-Lvant tax-Xmara \u0120ordan li jestendi fir-re\u0121jun storiku tal-Palestina.", "Il-fruntieri tal-pajji\u017c huma l-Arabja Sawdija lejn in-nofsinhar u l-lvant, l-Iraq lejn il-grigal, is-Sirja fit-tramuntana u l-I\u017crael li jaqsam il-kontroll tal-Ba\u0127ar Mejjet mieg\u0127u, lejn il-punent.", "Ir-Renju tad-de\u017cert \u0127are\u0121 mill-qsim tal-Lvant Nofsani li sar wara l-Ewwel Gwerra Dinjija mill-Brittanja u Franza.", "Fl-1946, il-\u0120ordan sar stat sovran indipendenti uffi\u010bjalment mag\u0127ruf b\u0127ala r-Renju \u0126axemita tat-Trans\u0121ordan.", "Wara l-qabda tar-re\u0121jun ta\u010b-\u010ais\u0121ordanja matul il-gwerra 1948\u201349 mal-I\u017crael, Abdullah I \u0127a t-titolu tar-Re tal-\u0120ordan u l-Palestina, u biddel uffi\u010bjalment l-isem tal-pajji\u017c g\u0127ar-Renju \u0126axemita tal-\u0120ordan fl-1949."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13705", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13705", "title": "Ba\u0127rejn", "text": ["Ba\u0127rejn", "Il-Ba\u0127rejn huwa nazzjon fl-Asja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13706", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13706", "title": "Butan", "text": ["Butan", "Il-Butan (\"Dzongkha\": \u0f60\u0f56\u0fb2\u0f74\u0f42\u0f0b\u0f61\u0f74\u0f63\u0f0b; tra\u017clitterazzjoni tal-Wylie: Brug-Yul \"Druk Yul\"), uffi\u010bjalment ir-Renju tal-Butan, hu stat interkju\u017c fl-Asja t'Isfel fit-tarf tal-lvant tal-Himalayas.", "Hu mdawwar fit-tramuntana mi\u010b-\u010aina u fin-nofsinhar, il-lvant u l-punent mir-Repubblika tal-Indja.", "I\u017cjed lejn il-punent, hu separat minn-Nepal permezz tal-istat Indjan ta Sikkim, filwaqt aktar lejn in-nofsinhar hu mifrud mill-Bangladexx permezz tal-istati Indjani ta' Assam u Bengal tal-Punent.", "Il-belt kapitali u l-akbar belt tal-Butan hi Timfu."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13723", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13723", "title": "Istitut tal-Unjoni Ewropea g\u0127all-Istudji dwar is-Sigurt\u00e0", "text": ["Istitut tal-Unjoni Ewropea g\u0127all-Istudji dwar is-Sigurt\u00e0", "L-Istitut tal-Unjoni Ewropea g\u0127all-Istudji dwar is-Sigurt\u00e0 (EUISS) huwa a\u0121enzija tal-Unjoni Ewropea ta\u0127t il-Politika Komuni tal-Affarijiet Barranin u s-Sigurt\u00e0 (CFSP).", "L-g\u0127anijiet tieg\u0127u huma li jag\u0127ti kontribut g\u0127all-i\u017cvilupp tal-politika komuni tas-sigurt\u00e0 fl-UE, jg\u0127in fl-i\u017cvilupp u l-pro\u0121ezzjoni tal-CFSP, u jikkontribwixxi lejn id-dibattitu strate\u0121iku fl-Ewropa.", "L-EUISS huwa a\u0121enzija awtonoma b'libert\u00e0 intellettwali.", "B\u0127ala istitut g\u0127ar-ri\u010berka akkademika, huwa tipprovdi anali\u017ci fuq kwistjonijiet ta' sigurt\u00e0 ta' rilevanza g\u0127all-UE u jipprovdi forum g\u0127ad-dibattitu.", "Fil-kapa\u010bit\u00e0 tieg\u0127u b\u0127ala a\u0121enzija ta 'l-UE, toffri wkoll anali\u017ci g\u0127all Rappre\u017centant G\u0127oli Catherine Ashton.", "L-EUISS huwa msie\u0127ba fil-Kulle\u0121\u0121 Ewropew ta' Sigurt\u00e0 u Difi\u017ca.", "L-EUISS jipprovdi ri\u010berka fuq su\u0121\u0121etti relatati mal-Politika Komuni tal-Affarijiet Barranin u s-Sigurt\u00e0 (CFSP), inklu\u017c il-Politika ta' Sigurt\u00e0 u ta' Difi\u017ca Komuni (CSDP).", "L-Istitut tkopri r-relazzjonijiet UE ma 'l-Istati Uniti, il-Balkani tal-Punent, l-Afrika, il-Mediterran, il-Lvant Nofsani, ir-Russja, il-vi\u010binat tal-Lvant u l-Asja, kif ukoll l-oqsma temati\u010bi tal-\u0121lieda kontra t-terrori\u017cmu, id-di\u017carm u proliferazzjoni, prevenzjoni kontra l-Kunflitt u \u0121estjoni tal-kri\u017cijiet, l-i\u017cvilupp u l-governanza, u tkabbir tal-UE.", "Il-pubblikazzjoni l-aktar prominenti tal-Istitut huwa s-sensiela monografu ta' \"Chaillot Papers\".", "Miktuba minn esperti esterni kif ukoll l-inkarigati mir-ri\u010berka tal-Istitut, u bba\u017cata fuq ix-xog\u0127ol kollettiv jew ta' ri\u010berka individwali, dawn jittrattaw su\u0121\u0121etti kollha ta' rilevanza g\u0127as-sigurt\u00e0 tal-Unjoni.", "L-Istitut jippubblika wkoll dokumenti okka\u017cjonali, kotba, rapporti, kif ukoll \"briefs\" ta' politika u anali\u017ci iqsar.", "L-EUISS \u0121ie stabbilit bl-Azzjoni Kon\u0121unta tal-Kunsill tal-20 ta 'Lulju 2001 (rivedut mill-Azzjoni Kon\u0121unta tal-Kunsill tal-21 ta' Di\u010bembru 2006) b\u0127ala sostituzzjoni g\u0127all-Istitut g\u0127all-Istudji tas-Sigurt\u00e0 tal-Unjoni Ewropea tal-Punent (stabbilita f'Lulju 1990).", "Kien inawgurat fl-1 ta 'Jannar 2002."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13733", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13733", "title": "Moviment Brownjan", "text": ["Moviment Brownjan", "Il- moviment Brownjan hu deskrizzjoni matematika ta' moviment ka\u017cwali ta' parti\u010bella \"tqila\" mg\u0127addsa fi fluwidu u li m'g\u0127andhiex fuqha interazzjonijiet o\u0127ra \u0127lief il-\u0127bit fuqha tal-molekuli \"\u0127fief\" tal-fluwidu ta' madwarha.", "Minn dan jirri\u017culta li l-parti\u010bella t-tqila timxi b'moviment irregolari \u0127afna, li \u0121ie deskritt g\u0127all-ewwel darba fl-1827 mill-botanista Robert Brown waqt li kien qieg\u0127ed josserva \u010b-\u010baqlieq ta' parti\u010belli fil-fluwidu fil-\u0121ewwieni ta' trab tal-pollin.", "Id-deskrizzjoni fi\u017cika l-i\u017cjed elementari ta' dan il-fenomenu hi din:", "Permezz ta' dan il-moviment nistg\u0127u niddeskrivu l-im\u0121iba termodinamika tal-gasijiet (teorija \u010binetika tal-gasijiet), kif ukoll il-fenomenu tad-diffu\u017cjoni.", "Huwa u\u017cat \u0127afna wkoll fil-mudelli tal-matematika finanzjarja.", "Brown ra fil-fluwidu li kien fil-\u0121ewwieni tat-trab tal-pollin (il-moviment Brownjan ma \u0121iex osservat fuq it-trab tal-pollin stess kif jing\u0127ad sikwit), xi parti\u010belli \u017cg\u0127ar \u0127afna ji\u010b\u010baqilqu b'movimenti li kienu jidhru kaoti\u010bi.", "Dan ma setax ji\u0121i spjegat permezz ta' kurrenti u lanqas permezz ta' xi fenomenu fi\u017ciku ie\u0127or mag\u0127ruf.", "G\u0127all-ewwel Brown g\u0127alhekk attribwieh g\u0127al xi attivit\u00e0 \u0127ajja.", "L-ispjegazzjoni korretta tal-fenomenu \u0121iet wara.", "Brown ma kienx e\u017cattament l-ewwel wie\u0127ed li g\u0127amel din l-osservazzjoni.", "Qal hu stess li bosta o\u0127rajn kienu ssu\u0121\u0121erew l-e\u017cistenza ta' dan il-moviment (f'konnessjoni mat-teoriji vitalisti ta' \u017cmienu).", "Nistg\u0127u insemmu lill-qasis kattoliku John Turberville Needham (1713-1781), famus f'\u0127ajtu g\u0127as-seng\u0127a li kellu fuq il-mikroskopju, u lill-Olandi\u017c Jan Ingenhousz (1730 -1799) li fl-1785 iddeskriva l-moviment irregolari tat-trab tal-fa\u0127am fuq wi\u010b\u010b l-alko\u0127ol.", "Matul is-seklu 20 kien hemm \u0127afna diskussjonijiet dwar x'kien osserva sewwa Brown.", "Min\u0127abba l-kwalit\u00e0 medjokra tal-apparat li seta' jinqeda bih, xi w\u0127ud iddubitaw jekk kienx veru li ra l-moviment Brownjan, li kien jinvolvi parti\u010belli ta' xi mikrometri mill-i\u017cjed.", "L-Ingli\u017c Brian Ford re\u0121a' g\u0127amel l-esperiment fil-bidu tas-snin 1990, bil-materjal u\u017cat minn Brown u f'kondizzjonijietet li kienu l-istess kemm jista' jkun.", "Il-moviment kien veru osservat f'dawn il-kondizzjonijiet u hekk \u0121ew ikkonfermati l-osservazzjonijiet ta' Brown.", "Insibuh diffi\u010bli li nimmudellaw il-moviment Brownjan minn\u0127abba l-fatt li dan il-moviment hu ka\u017cwali u li statistikament kull parti\u010bella ma timxix: mhuwiex moviment tal-parti\u010belli kollha f'daqqa b\u0127ar-ri\u0127 jew kurrent.", "I\u017cjed pre\u010bi\u017c:", "Hu diffi\u010bli f'dawn il-kondizzjonijiet li nikkaratterizzaw il-moviment.", "Is-soluzzjoni sabha Louis Bachelier, u ppre\u017centaha fit-te\u017ci tieg\u0127u li ddefenda fid-29 ta' Marzu 1900.", "Wera li dak li jikkaratterizza l-moviment, m'hijiex il-medja aritmetika tal-po\u017cizzjonijiet formula_1 imma l-medja kwadrata formula_2 : jekk formula_3 hi d-distanza tal-parti\u010bella fil-\u0127in formula_4 wara li telqet minn fejn telqet, allura : formula_5 Nistg\u0127u nuru li hawn l-ispostament kwadrat medju hu \"proporzjonali g\u0127all-\u0127in\" :", "fejn formula_6 hi d-dimensjoni tal-moviment (linjari, pjan, spazjali), formula_7 il-koeffi\u010bjent tad-diffu\u017cjoni u formula_4 il-\u0127in li jkun g\u0127adda.", "Nistg\u0127u nag\u0127tu din id-definizzjoni formali: Il-moviment Brownjan hu pro\u010bess stokastiku formula_9 fejn l-inkrementi dis\u0121unti huma indipendenti u l-inkrement formula_10 jobdi l-li\u0121i normali b'medja \u017cero u varjanza formula_11.", "Permezz ta' din id-definizzjoni nistg\u0127u nippruvaw xi proprjetajiet tal-moviment Brownjan, b\u0127al pere\u017cempju il-kontinwit\u00e0 tieg\u0127u (kwa\u017ci \u017cgura), il-fatt li kwa\u017ci \u017cgurament, il-mog\u0127dija tieg\u0127u m'hi mkien differenzjabbli, u bosta proprjetajiet o\u0127ra.", "Nistg\u0127u ukoll niddefinixxu l-moviment Brownjan permezz tal-varjanza.", "Din id-definizzjoni, imsej\u0127a t-teorema ta' L\u00e9vy, tag\u0127ti din il-karatterizzazzjoni: Pro\u010bess stokastiku li hu martingala lokali u g\u0127andu varjanza formula_4 hu moviment Brownjan.", "Permezz tal-formola li tajna hawn fuq nistg\u0127u nikkalkulaw il-koeffi\u010bjent tad-diffu\u017cjoni ta' par parti\u010bella-fluwidu.", "\u0120aladarba nkunu nafu l-karatteristi\u010bi tal-parti\u010bella li qieg\u0127da tiddifu\u017ca, nistg\u0127u niddedu\u010bu l-karatteristi\u010bi tal-ie\u0127or.", "Jekk inkunu nafu l-karatteristi\u010bi tat-tnejn, inkunu nistg\u0127u nikkalkulaw in-numru ta' Avogadro bl-g\u0127ajnuna tal-formola ta' Einstein (1905) : formula_13 fejn formula_14 hi l-kostanti tal-gasijiet perfetti, formula_15 it-temperatura, formula_16 il- visko\u017cit\u00e0 tal-fluwidu, formula_17 ir-ra\u0121\u0121 tal-parti\u010bella u formula_18 in-numru ta' Avogadro.", "Il-fi\u017ciku Jean Perrin ikkalkula dan in-numru fl-1908 permezz ta' din il-formola.", "Fil-metodu ta' Langevin, il-parti\u010bella Brownjana l-kbira ta' massa formula_19 g\u0127andha fil-waqt formula_4, velo\u010bit\u00e0 formula_21 u ja\u0127kmu fuqha \u017cew\u0121 forzi: Meta napplikaw il-prin\u010bipju fundamentali tad-dinamika ta' Newton b'dawn il-forzi niksbu l-ekwazzjoni stokastika ta' Langevin:", "Il-pro\u010bess ta' Ornstein-Uhlenbeck hu pro\u010bess stokastiku li jiddeskrivi l-velo\u010bita ta' parti\u010bella fi fluwidu, f'dimensjoni 1.", "Niddefinuh b\u0127ala s-soluzzjoni formula_25 ta' din l-ekwazzjoni differenzjali stokastika: formula_26, fejn formula_27 hu moviment Brownjan standard, u formula_28 hi varjabbli ka\u017cwali mog\u0127tija.", "It-terminu formula_29 jirrappre\u017centa l-g\u0127add kbir ta' \u0127abtiet stokasti\u010bi mal-parti\u010bella, waqt li t-terminu formula_30 jirrappre\u017centa l-forza tal-frizzjoni fuq il-parti\u010bella.", "Il-formola ta' It\u00f4 applikata g\u0127all-pro\u010bess formula_31 tag\u0127tina:", "formula_32,", "li fil-forma integrali ssir:", "formula_33.", "Pere\u017cempju, jekk formula_28 tie\u0127u kwa\u017ci \u017cgur il-valur formula_35, Il-li\u0121i ta' formula_25 hi li\u0121i Gaussjana b'medja formula_37 u varjanza formula_38, li tikkonver\u0121i fil-li\u0121i meta formula_4 tersaq lejn l-infinit g\u0127al li\u0121i Gaussjana standard.", "Nistg\u0127u nu\u017caw mudell ta' mixja ka\u017cwali, fejn il-moviment isir b'qabziet \"diskreti\" bejn po\u017cizzjonijiet fissi (b'movimenti f'linja dritta bejn \u017cew\u0121 po\u017cizzjonijiet), b\u0127al pere\u017cempju fil-ka\u017c tad-diffu\u017cjoni fis-solidi.", "Jekk ix-formula_40 huma l-po\u017cizzjonijiet wara xulxin ta' parti\u010bella, wara formula_41 qab\u017ciet ikollna:", "Ejjew in\u0127arsu lejn mixja ta' parti\u010bella fuq l-assi \"Ox\".", "Nissoponu li din il-parti\u010bella tag\u0127mel qab\u017ciet ta' tul formula_42 bejn po\u017cizzjonijiet \u0121irien ta' xulxin sitwati fuq l-g\u0127oqod tax-xibka: formula_43 ta' \u0127adma formula_42 u kull qab\u017ca ddum \u017cmien formula_45.", "Irridu nag\u0127tu wkoll numru formula_46 li jissodisfa: formula_47.", "L-interpretazzjoni fi\u017cika ta dan il-parametru hi din:", "Il-ka\u017c tal-moviment Brownjan jikkorrispondi ma' li nag\u0127mlu l-ipote\u017ci ta' \"i\u017cotropija spazjali\".", "Id-direzzjonijiet fl-ispazju fi\u017ciku huma \"a priori\" ekwivalenti u l-probabbiltajiet ta' qbi\u017c lejn i\u017c-\u017cew\u0121 direzzjonijiet huma l-istess:", "Ix-xbieha hawn ta\u0127t turi e\u017cempju tipiku tar-ri\u017cultat: il-parti\u010bella titlaq minn formula_50, formula_51, u l-linja timxi mal-po\u017cizzjonijiet su\u010b\u010bessivi formula_52 tal-parti\u010bella fil-\u0127inijiet formula_23.", "Il-probabbilt\u00e0 ta' tran\u017cizzjoni kondizzjonali niddefinuha hekk:", "b\u0127ala l-probabbilt\u00e0 li nsibu l-parti\u010bella fuq is-sit (g\u0127oqda) formula_54 fil-\u0127in formula_55 meta nkunu nafu li kienet fuq is-sit formula_56 fil-\u0127in tal-bidu formula_50.", "L-ipote\u017ci ta' i\u017cotropija twassalna biex niktbu l-li\u0121i tal-evoluzzjoni ta' din il-pobabbilt\u00e0 ta' tran\u017cizzjoni kondizzjonali b'dan il-mod :", "Minnha niddedu\u010bu din ir-relazzjoni:", "Ejjew nie\u0127du l-limitu kontinwu tal-a\u0127\u0127ar ekwazzjoni, ji\u0121ifieri nie\u0127du l-limitu bil-parametri:", "Meta nag\u0127mlu l-kalkulu tal-limitu kontinwu naraw li l-kumbinazzjoni formula_60 trid tibqa' kostanti f'dan il-limitu.", "Meta ni\u017cviluppaw formula_61 f'poteri ta' formula_45 insibu:", "Meta ni\u017cviluppawha f'poteri ta' formula_42 ikollna:", "u jekk nag\u0127qduhom dawn tal-a\u0127\u0127ar flimkien in\u0121ibu:", "Minn dawn nistg\u0127u niddedu\u010bu l-ekwazzjoni ta' Fokker-Planck :", "jew", "li nistg\u0127u ner\u0121g\u0127u niktbuha:", "meta nintrodu\u010bu l-koeffi\u010bjent tad-diffu\u017cjoni:", "Barra mill-ekwazzjoni ta' Fokker-Planck, id-densit\u00e0 ta' probabbilt\u00e0 ta' tran\u017cizzjoni kondizzjonali formula_64 trid tissosdisfa i\u017c-\u017cew\u0121 kondizzjonijiet supplementari li \u0121ejjin:", "fejn formula_65 hi d-distribuzzjoi ta' Dirac.", "Id-densit\u00e0 ta' probabbilt\u00e0 ta' tran\u017cizzjoni kondizzjonali formula_64 hi mela essenzjalment funzjoni ta' Green tal-ekwazzjoni ta' Fokker-Planck.", "Nistg\u0127u nuru li din tinkiteb espli\u010bament: Il-mumenti ta' din id-distribuzzjoni nistg\u0127u nikkalkulawhom fa\u010bilment.", "Insej\u0127u moviment Brownjan fuq varjet\u00e0 Riemannjana formula_67 il-pro\u010bess ka\u017cwali kontinwu Markovjan li s-semigrupp tieg\u0127u tat-tran\u017cizzjoni b'parametru wie\u0127ed hu mnissel minn formula_68, fejn formula_69 hu l-operatur ta' Laplace-Beltrami fuq il-varjet\u00e0 formula_67."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13735", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13735", "title": "Trattat ta' Li\u017cbona", "text": ["Trattat ta' Li\u017cbona", "It-Trattat ta' Li\u017cbona huwa trattat iffirmat mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea (UE) nhar it-13 ta' Di\u010bembru 2007, u da\u0127al fis-se\u0127\u0127 fl-1 ta' Di\u010bembru 2009.", "Huwa jemenda t-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea (Maastricht, 1992) u t-Trattat li stabilixxa l-Komunit\u00e0 Ewropea (Ruma, 1957).", "Tibdil importanti jinkludi aktar ma\u0121\u0121oranza kwalifikata ta' votanti fi \u0127dan il-Kunsill tal-Ministri, involviment ikbar tal-Parlament Ewropew fil-pro\u010bess le\u0121islattiv permezz ta' kode\u010bi\u017cjoni esti\u017c mal-Kunsill tal-Ministri, tne\u0127\u0127ija tas-sistema tal-pilastri u l-\u0127olqien, fuq ba\u017ci permanenti, ta' President tal-Kunsill tal-Ewropa u Rappre\u017centant G\u0127oli tal-Unjoni g\u0127all-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurt\u00e0 sabiex b'hekk tirrappre\u017centa po\u017cizzjoni wa\u0127danija fuq il-politiki tal-UE."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13745", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13745", "title": "UEFA Champions League 2009\u201310", "text": ["UEFA Champions League 2009\u201310", "Il-UEFA Champions League 2009\u201310 kienet il-55 edizzjoni tal-og\u0127la kompetizzjoni g\u0127all-klabbs tal-futbol fl-Ewropa u t-tmintax-il edizzjoni ta\u0127t il-format il-\u0121did tal-UEFA Champions League.", "Din kienet ukoll l-ewwel edizzjoni ta\u0127t il-format il-\u0121did ta' kwalifika.", "Barcelona da\u0127lu f'din il-kompetizzjoni b\u0127ala t-tim difensur tat-titlu, wara li ttrijonfa fl-edizzjoni pre\u010bedenti.", "Il-finali ntlag\u0127bet nhar it-22 ta' Mejju 2010, \u0121ewwa l-iStadju Santiago Bernab\u00e9u , grawnd uffi\u010bjali ta' Real Madrid, \u0121ewwa Madrid, fi Spanja.", "Il-finali \u0121iet kontestata bejn Internazionale u Bayern Munich, b'tal-ewwel jikseb it-tielet titlu fl-istorja tal-klabb.", "F'din l-edizzjoni \u0127adu sehem 76 tim li \u0121ejjin minn 52 minn fost it-53 federazzjoni affiljata mal-UEFA (il-Liechtenstein huwa esklu\u017c min\u0127abba li ma torganizza l-ebda kampjonat nazzjonali).", "Il-pajji\u017ci \u0121ew mog\u0127tija numru ta' postijiet skont il-koeffi\u010bjenti tal-UEFA tal-2008, li tikkunsidra l-prestazzjonijiet tat-timijiet ta' dak il-pajji\u017c fil-perjodu bejn l-2003\u201304 u l-2007\u201308.", "Hawn ta\u0127t hi l-iskema ta' kwalifikazzjoni g\u0127all-UEFA Champions League 2009\u201310:", "Min\u0127abba li r-rebbie\u0127a tal-UEFA Champions League 2008\u201309, Barcelona, kisbu post fil-fa\u017ci tal-gruppi permezz tal-po\u017cizzjoni tag\u0127hom fil-kampjonat domestiku, il-post riservat g\u0127ad-difensur tat-titlu kien vakat.", "B'ri\u017cultat t'hekk:", "Detentur attwali tat-titlu", "It-tlug\u0127 tal-poloz kollha saru fil-kwartieri \u0121enerali tal-UEFA f'Nyon, l-I\u017cvizzera, sakemm mhuwiex indikat mod ie\u0127or.", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fit-30 ta' \u0120unju u fl-1 ta' Lulju, u t-tieni legs intlag\u0127bu fis-7 ta' Lulju u fit-8 ta' Lulju 2009.", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fl-14 ta' Lulju u fil-15 ta' Lulju, u t-tieni legs intlag\u0127bu fil-21 ta' Lulju u fit-22 ta' Lulju 2009.", "It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni kienet maqsuma f'\u017cew\u0121 sezzjonijiet separati: wa\u0127da g\u0127a\u010b-\u010bampjins u wa\u0127da g\u0127al dawk li mhumiex \u010bampjins.", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fit-28 ta' Lulju u fid-29 ta' Lulju, u t-tieni legs intlag\u0127bu fl-4 ta' Awwissu u fil-5 ta' Awwissu 2009. !colspan=\"6\"|\u010aampjins", "!colspan=\"6\"|Mhux \u010bampjins", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fit-18 u d-19 ta' Awwissu, u t-tieni legs intlag\u0127bu fil-25 u s-26 ta' Awwissu 2009.", "It-tim tellief fi\u017c-\u017cew\u0121 sezzjonijiet da\u0127al fil-fa\u017ci tal-gruppi tal-UEFA Europa League 2009\u201310. !colspan=\"6\"|\u010aampjins", "!colspan=\"6\"|Mhux \u010bampjins", "Fil-fa\u017ci eliminatorja, it-timijiet jilg\u0127abu \u017cew\u0121 partiti kontra xulxin abba\u017ci ta' partita \u0121ewwa u o\u0127ra barra minn darhom, minbarra l-finali li tkun partita wa\u0127da,", "It-tlug\u0127 tal-poloz g\u0127ar-rawnd ta' L-A\u0127\u0127ar sittax sar fit-18 ta' Di\u010bembru 2009.", "It-tmien rebbie\u0127a tal-grupp rispettiv tag\u0127hom, li jilg\u0127abu t-tieni log\u0127ba tag\u0127hom \u0121ewwa darhom, ittellg\u0127u kontra t-tmien timijiet li spi\u010b\u010baw it-tieni fil-grupp tag\u0127hom.", "G\u0127al dan ir-rawnd japplikaw \u010berti restrizzjonijiet fejn timijiet mill-istess grupp jew mill-istess asso\u010bjazzjonijiet ma jistg\u0127ux jilg\u0127abu ma' xulxin.", "It-tlug\u0127 tal-poloz g\u0127all-kwarti tal-final, is-semifinali u l-finali saru fid-19 ta' Marzu 2010.", "F'dawn l-a\u0127\u0127ar fa\u017cijiet m'hemm l-ebda restrizzjonijiet fjen tim jista' jer\u0121a' jilg\u0127ab ma' tim ie\u0127or li lag\u0127ab mieg\u0127u fil-fa\u017ci tal-gruppi jew minn pajji\u017cu stess.", "B'differenza mill-ista\u0121un pre\u010bedenti, il-partiti minn dan il-rawnd intlag\u0127bu f'temp ta' erba' \u0121img\u0127at minflok f'\u0121img\u0127atejn.", "L-ewwel legs saru fis-16, 17, 23 u 24 ta' Frar, u t-tieni legs saru fid-9, 10, 16 u 17 ta' Marzu 2010.", "L-ewwel legs saru fit-30 u 31 ta' Marzu, u t-tieni legs saru fis-6 u 7 ta' April 2010.", "L-ewwel legs saru fl-20 u 21 ta' April, u t-tieni legs saru fis-27 u 28 ta' April 2010.", "Din kienet ir-raba' darba li l-grawnd Santiago Bernab\u00e9u ta' Real Madrid \u017camm finali tal-UEFA Champions League, wara l-1957, l-1969 u l-1980.", "Il-finali kienet ukoll l-ewwel wa\u0127da li ntlag\u0127bet is-Sibt filg\u0127axija.", "I\u017c-\u017cew\u0121 timijiet li kkontenstaw il-finali, it-tnejn kienu qed ji\u0121\u0121ieldu g\u0127at-Tripletta, wara li reb\u0127u l-kampjonat domestiku u t-tazza nazzjonali.", "Din kienet ukoll it-tieni Tripletta konsekuttiva, wara li Barcelona la\u0127qu dan it-tragward fl-ista\u0121un ta' qabel."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13749", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13749", "title": "Frederick Russell Burnham", "text": ["Frederick Russell Burnham", "Frederick Russell Burnham (Minnesota, 11 ta' Mejju 1861 - 1947) kien scout Amerikan.", "Huwa kien avventurier u vvjagga bil-bosta.", "Kien maghruf ukoll ghas-servizzi tieghu lill-Armata Ingliza fl-Afrika kolonjali.", "Kien ghallem ix-xoghol fl-injam lil Robert Baden-Powell, u b'hekk sar wiehed minn minn dawk li ispiraw it-twaqqif tal-moviment internazzjonali ta' li scouts.", "Huwa beda l-karriera tieghu ta' 14-il sena bhala sewwieq meta mbghad mar l-Afrika jservi mal-Armata Ingliza, fejn hemmhekk ghamel hbieb ma' Baden-Powell u hadmu hafna flimkien.", "Aktar tard huwa kien indahhal fi spjunagg."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13759", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13759", "title": "Cecil Satariano", "text": ["Cecil Satariano", "B\u0127ala \u010bineasta ta' \u0127ila, Satariano kien l-ewwel Malti li kiseb g\u0127arfien internazzjonali f'dan il-qasam.", "Huwa reba\u0127 g\u0127add ta' premjijiet f'kemm-il festival ta\u010b-\u010binema barranin.", "L-ingredjenti li Cecil kien jinqeda bihom g\u0127all-films tieg\u0127u kienu l-kultura, id-drawwiet u l-folklor Maltin.", "Satariano twieled fid-29 ta' Settembru, 1930 u tg\u0127allem fil-Kulle\u0121\u0121 St Edward's. Meta kiber kien ja\u0127dem mal-\"Cable & Wireless\" u kien kritiku tal-films mas-\"Sunday Times of Malta\" u ma' \"The Times\".", "Fl-1972 il-Gvern stiednu jkun membru tal-Bord ta\u010b-\u010aensura ta\u010b-\u010ainema.", "Satariano beda jag\u0127mel il-films fl-1969 u kien ju\u017ca \"Super 8mm Cine Camera\", il-mag\u0127rufa Canon 518.", "Imbag\u0127ad beda ju\u017ca wkoll il-pellikola ta' 16mm.", "F'dik is-sena wkoll issie\u0127eb mal-Malta Cine Circle u s-sena ta' wara g\u0127amel l-ewwel film tieg\u0127u.", "Satariano mexxa \u0127ames films b'kollox: I\"'m Furious ...", "Red, The Beach, Ilona, \u0120u\u017ceppi,\" u \"\"Katarin\"\" f'dik l-ordni.", "L-ewwel film tieg\u0127u reba\u0127 Ten Best Trophy mill-Ingilterra.", "Imbag\u0127ad ing\u0127aqad ma' Ronnie Demajo li \u0127are\u0121 il-flus g\u0127all-a\u0127\u0127ar erba' produzzjonijiet ta' Cecil.", "Mistoqsi dwar din l-esperjenza, Ronnie Demajo qal li dawk il-jiem g\u0127alih kienu tal-g\u0127a\u0121eb u ma jinsiehom qatt.", "Kien pja\u010bir kbir ja\u0127dem ma' Cecil.", "Meta ji\u0121bed film, ix-xewqa ta' Cecil kienet dejjem li jo\u0127loq xi \u0127a\u0121a sabi\u0127a.", "Kellu g\u0127ajn g\u0127al kollox, isib il-post perfett g\u0127at-temi li jkollu, jag\u0127\u017cel l-a\u0127jar persuna\u0121\u0121i u fuq kollox kien jaf isib l-angolazzjoni t-tajba, l-a\u0127jar \"close-ups\", u l-irqaqat kollha me\u0127tie\u0121a g\u0127al film tajjeb.", "Imma x-aktarx li l-aqwa \u017cew\u0121 films ta' Satariano kienu \"\u0120u\u017ceppi\" u \"Katarin\".", "\u0120u\u017ceppi Mallia \u0127adem fl-ewwel film.", "Il-\u0121rajja tal-film kienet episodju veru f'\u0127ajjet \u0120u\u017ceppi.", "\u0120u\u017ceppi kellu di\u017cabilit\u00e0 u meta Cecil mar fuqu u stiednu jie\u0127u sehem f'film, Mallia saqsieh fuqiex kien qed ikellmu.", "Meta fissirlu kollox, Mallia wie\u0121eb biss li lanqas biss kien jaf x'inhu film billi la qatt kien Ra wie\u0127ed u lanqas da\u0127al f'\u010binema f'\u0127ajtu.", "I\u017cda fil-film \u0127adem b'mod naturali \u0127afna u billi Satariano l-film kienet l-g\u0127axqa tieg\u0127u, irnexxielu jo\u0127ro\u0121 l-a\u0127jar minn \u0120u\u017ceppi.", "Meta r-re\u0121ista Mike Hodges kien hawn Malta ji\u0121bed il-film tieg\u0127u \"Pulp\" u lema\u0127 ritratt ta' Mallia fit-\"Times of Malta\", ra kif g\u0127amel u da\u0127\u0127lu fil-film tieg\u0127u wkoll.", "\"\u0120u\u017ceppi\" kien l-aqwa film tal-karriera ta' Satariano u kisiblu aktar minn tu\u017c\u017cana \"Awards\" mid-dinja kollha, fosthom Nagasaki, Londra (fejn reba\u0127 \"Gold Star\" o\u0127ra fit-\"Ten Best UK\", Cannes, Tokjo, Lisbona, Hiroshima u bliet o\u0127rajn, barra milli kisiblu l-\"Kodak Award\" g\u0127all-a\u0127jar fotografija.", "I\u017cda Satariano la\u0127aq il-qu\u010b\u010bata tal-karriera tieg\u0127u bil-film \"Katarin\".", "G\u0127all-ewwel il-film kien mi\u0121bud bis-16mm u mbag\u0127ad intefa\u0127 g\u0127al 35mm u \u0127are\u0121 fi\u010b-\u010binema ta' Malta u ta' Londra.", "Intwera kemm fl-\"Embassy\" tal-Belt kemm fil-\"Plaza\" Tas-Sliema.", "\"Katarin\" intwera wkoll Londra.", "Kien l-ewwel film Malti li qatt intwera hemmhekk.", "Il-\u0121rajja tal-film hija dwar tfajla kampanjola ta' 15-il sena li tibda ssir xebba.", "Hawnhekk ukoll g\u0127andna lil Satariano jressaq quddiemna tfajla tar-ra\u0127al bil-kuntrasti kollha bejn il-\u0127ajja inno\u010benti tar-raba' u d-dinja moderna ta' dak i\u017c-\u017cmien.", "Satariano kien ukoll l-awtur ta' ktieb dwar l-art ta\u010b-\u010binema u kif isiru films amatorjali li jirb\u0127u l-premjijiet, bl-isem ta'\"Canon Fire\".", "Fl-1956 Cecil i\u017c\u017cewwe\u0121 lil Eileen nee Grixti u kellhom tliet ulied, Mark, Madeleine u Michael.", "Huwa miet fis-16 ta' Di\u010bembru 1996."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13765", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13765", "title": "Fede Galizia", "text": ["Fede Galizia", "Fede Galizia (Milan, 1578 \u2013 Milan, 1630) kienet pittri\u010bi Taljana tar-Rinaxximent, pijuniera tal-\u0121eneru tan-natura mewta.", "Fede Gallizi, i\u017cjed mag\u0127rufa b\u0127ala Galizia, twieldet Milan fl-1578.", "Missierha, Nunzio Galizia, li kien pittur tal-minjaturi kien \u0121ie Milan minn Trento.", "Fede (li isimha jfisser \"fidi\") tg\u0127allmet tpin\u0121i ming\u0127andu.", "Meta kellha tnax-il sena kienet di\u0121\u00e0 tajba bi\u017c\u017cejjed b\u0127ala artista biex tissemma minn Gian Paolo Lomazzo, pittur u teoriku tal-arti, \u0127abib ta' missierha, li kiteb, \"(Din it-tifla) tiddedika ru\u0127ha g\u0127all-imitazzjoni tal-a\u0127jar tal-arti tag\u0127na.\"", "Fede kienet stabbilita kmieni b\u0127ala ritrattista u kellha \u0127afna ordnijiet g\u0127ar-ritratti.", "Forsi kienet l-influwenza ta' missierha li \u0127ajjar 'l Fede li tie\u0127u \u0127sieb \u0127afna d-dettalji fir-ritratti tag\u0127ha.", "Min\u0127abba kif kienet to\u0127ro\u0121 il-\u0121ojjelli u l-ilbies saret imfittxa b\u0127ala ritrattista.", "Kellha sikwit ukoll ordnijiet g\u0127al su\u0121\u0121etti reli\u0121ju\u017ci u sekulari.", "Bosta mill-pitturi tag\u0127ha bba\u017cati fuq l-istorja ta' \u0120uditta u Oloferne, su\u0121\u0121ett popolari fl-arti ta' dak i\u017c-\u017cmien g\u0127adhom je\u017cistu f'kollezzjonijiet privati.", "Forsi l-ewwel wa\u0127da kienet \"\u0120uditta bir-ras ta' Oloferne\" li pin\u0121iet fl-1596 u li issa qieg\u0127da Sarasota Florida fir-\" Ringling Museum of Art\".", "Pin\u0121iet ukoll xi minjaturi u titulari g\u0127al xi kunventi.", "L-istil tag\u0127ha tar-ritratti, li ju\u017ca appro\u010b\u010b realistiku qawwi, \u0121ej mit-tradizzjoni naturalistika tar-Rinaxximent fl-Italja.", "Is-seng\u0127a artistika ta' Fede fid-disinn u l-pittura jidhru \u010bari fir-\"Ritratt ta' Paolo Morigia\", \u0120i\u017cwita studju\u017c, li kien wie\u0127ed mill-ewwel li taha appo\u0121\u0121.", "Morigia, li kien ukoll kittieb u storiku, kien jog\u0127\u0121bu \u0127afna x-xog\u0127ol ta' Fede u f'dan ir-ritratt, li g\u0127amlet fl-1596, pin\u0121ietu jikteb poe\u017cija fuq il-pittura li kienet qieg\u0127da tpin\u0121i.", "Kisbet bosta ordnijiet publi\u010bi g\u0127al titulari fil-knejjes ta' Milan; fost dawn kien hemm \"Noli me tangere\" (1616; Milan, S Stefano) li pin\u0121iet g\u0127all-artal tal-knisja ta' Santa Marija Maddalena.", "Barra l-pittura tar-ritratti, Fede kienet tinteressa ru\u0127ha \u0127afna fil-pittura tan-natura mejta, \u0121eneru li fih kienet pijuniera u li g\u0127alih hi l-i\u017cjed mag\u0127rufa.", "Jg\u0127idu li g\u0127amlet \u0127afna \u017cmien tfittex xi \u0127a\u0121a fl-Italja u l-Gre\u010bja.", "Jidher li sabet xi \u0127a\u0121a inkredibbli g\u0127ax tag\u0127bija ta' 2 tunelati ntbag\u0127tet lejn id-dar tag\u0127ha tas-sajf fi Spanja.", "Minkejja li ftit sorsi kontemporanji jsemmu il-pitturi tan-natura mejta ta' Fede, dawn jag\u0127mlu l-parti l-kbira tax-xog\u0127lijiet tag\u0127ha li baqa'.", "Tlieta u sittin pittura \u0121ew assenjati lilha li 44 minnhom huma fil-forma ta' natura mejta.", "Wa\u0127da mill-pitturi tan-natura mejta, impittra fl-1602 u ffirmata, hi x'aktarx l-ewwel natura mejta minn artista Taljan u dan jixhed kemm ikkontribwit g\u0127al dan l-istil \u0121did tal-pittura.", "Fede qatt ma \u017c\u017cew\u0121et, kellha \u0127ajja kuntenta u rnexxiet \u0127afna fil-karriera artistika tag\u0127ha.", "Fl-1630 mietet bil-pesta f'Milan.", "Fede Galizia pin\u0121iet ritratti, minjaturi u titulari g\u0127all-knejjes, imma l-parti l-i\u017cjed importanti tax-xog\u0127ol tag\u0127ha, li tatha fama xierqa fl-istorja tal-arti, hija n-natura mejta.", "Per\u00f2 l-pitturi tag\u0127ha ma kinux apprezzati daqs kemm jixirqilhom sa tard fis-seklu 20, meta fl-1963 u l-1989 saru studji li taw attenzjoni spe\u010bjali lix-xog\u0127ol tag\u0127ha.", "Dawn salvawha milli tintnesa g\u0127al kollox.", "Fede Galizia turi stil li \u0121ej mill-manjeri\u017cmu Lombard tat-tard fis-seklu 16, li kellu \u010bentru f'Mantova, imma kien mag\u0127ruf internazzjonalment, spe\u010bjalment fi Franza.", "Il-pitturi tan-natura mejta ta' Fede huma fost l-ewwel e\u017cempji ta' dan il-\u0121eneru \u0121did li fih in-nisa, in parti g\u0127aliex kienu esklu\u017ci minn forom o\u0127ra ta' pittura, kellhom jispikkaw.", "Il-pitturi tan-natura mejta ta' Fede huma ddettaljati ferm \u0127afna u differenti sewwa mix-xog\u0127lijiet ta' missierha, tu\u017ca i\u017cjed dettalji u kuluri jlelxu.", "Il-parti l-kbira tax-xog\u0127lijiet tag\u0127ha juru koffa jew skutella mimlija frott tal-istess tip, b\u0127al \u0127aw\u0127 jew lan\u0121as, bi fit frott xi minn daqqiet maqsum imferrex \u0127dejn l-iskutella.", "F'\u0127afna mill-pitturi tan-natura mejta li pin\u0121iet, qeg\u0127det fjuri friski jew frott ie\u0127or fuq il-mejda biex tipprovdi l-kuntrast u l-iskala.", "Fix-xog\u0127ol ta' Fede jidhru influwenzi ta' pitturi b\u0127all-\"Qoffa bil-Frott\" ta' Caravaggio.", "Imma xaqilbet lejn l-istil i\u017cjed kontrollat tal-perjodu tal-Kontroriforma, u ma waslitx g\u0127all-kompo\u017cizzjonijiet u forom lussu\u017ci li kienu ju\u017caw \u0127afna mill-kontemporanji tag\u0127ha li kienu qeg\u0127din ja\u0127dmu f'dan il-\u0121eneru; minflok ippreferiet li tu\u017ca stil sempli\u010bi b\u0127al dak li jidher fil-pitturi tan-natura mejta ta' Francisco de Zurbar\u00e1n ftit aktar tard.", "Il-pitturi ta' Fede huma mimlija dettalji, perfettament ibbilan\u010bjati u g\u0127at-trattament tad-dwal, dellijiet u tessituri ma kien i\u0127abbatha \u0127add mag\u0127ha f'dik l-eopoka.", "Kellha \u0127ila partikularment kbira fil-\u0127olqien ta' spazji li jistiednu fil-pitturi tag\u0127ha, kompo\u017cizzjonijiet ekwilibrati u mhux iffullati.", "Qisek tista' tmiss il-frott, taqbadhom u to\u0127ro\u0121hom mill-pittura ming\u0127ajr ma tiddisturba l-bqija tax-xog\u0127ol.", "Kontra ta' qabilhom li kienu artifi\u010bju\u017ci, l-arran\u0121amenti tag\u0127hom huma grazzju\u017ci, naturali u poeti\u010bi.", "It-trattament estetiku tan-natura mejta ta' Fede Galizia ma jer\u0121ag\u0127x jidher sa nofs is-seklu 16 u d-direzzjoni moderna li \u0127a dal-\u0121eneru kienet iffurmata prin\u010bipalment mix-xog\u0127lijiet tag\u0127ha.", "\u0126afna mill-pitturi tan-natura mejta li naraw illum huma influwenzati mill-ideat ori\u0121inali tag\u0127ha.", "Ma nafux kemm hemm pitturi ta' Fede; \u0127afna pitturi li jistg\u0127u ikunu tag\u0127ha \u0121ew attribwiti lill-ekwivalenti maskili tag\u0127ha Panfilo Nuvolone, li \u0127a \u0127afna mill-ispirazzjoni tieg\u0127u ming\u0127andha.", "Setg\u0127et ispirat lill-Bergami\u017c Francesco Codino u l-pittri\u010bi Barokka tan-natura mejta, Giovanna Garzoni."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13769", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13769", "title": "Slaten Ma\u0121i", "text": ["Slaten Ma\u0121i", "Skont it-tradizzjoni Nisranija is-Slaten Ma\u0121i (mill-Grieg: \u03bc\u03ac\u03b3\u03bf\u03b9, \"magoi\"), \u017caru 'l \u0120es\u00f9 wara twelidu u \u0121abulu r-rigali.", "Huma msemmijin biss fl-Evan\u0121elju ta' San Mattew li jg\u0127id li \u0121ew \"mil-lvant\" biex jaduraw 'l Kristu, \"li twieled sultan tal-Lhud \".", "Billi ssemmew tliet rigali, tradizzjonalment jing\u0127ad li kien hemm tliet Ma\u0121i, minkejja li Mattew ma spe\u010bifikax in-numru.", "Is-slaten Ma\u0121i jidhru regolarment fir-rakkonti tat-twelid ta' Kristu u fil-festi tal-Milied.", "L-identifikazzjoni tal-Ma\u0121i b\u0127ala slaten hi marbuta mal-profeziji tat-Testment l-Antik b\u0127al dik f'I\u017caija 60:3, li tiddeskrivi l-Messija meqjum mis-slaten.", "L-ewwel qarrejja interpretaw ir-rakkont ta' San Mattew fid-dawl ta' dawn il-profeziji u g\u0127amlu l-ma\u0121i rejiet.", "L-evan\u0121elju ta' San Mattew 2:1-12 jirrakkonta l-mi\u0121ja tal-Ma\u0121i:", "Meta twieled \u0120es\u00f9 f'Betlehem tal-Lhudija, fi \u017cmien is-sultan Erodi, xi ma\u0121i mil-lvant \u0121ew \u0120erusalemm jistaqsu: \"Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud?", "G\u0127ax rajna l-kewkba tieg\u0127u tielg\u0127a, u \u0121ejna nqimuh.\"Is-sultan Erodi sama' bihom, u t\u0127awwad hu u \u0120erusalemm kollha mieg\u0127u.", "\u0120abar flimkien il-qassisin il-kbar u l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf ming\u0127andhom fejn kellu jitwieled il-Messija.", "U huma qalulu: \"F'Betlehem tal-Lhudija, g\u0127ax hekk inkiteb mill-profeta: 'U int, Betlehem, art ta' \u0120uda, le, m'intix l-i\u017cg\u0127ar fost il-bliet il-kbar ta' \u0120uda, g\u0127ax minnek jo\u0127ro\u0121 mexxej li jirg\u0127a l-poplu tieg\u0127i I\u017crael.'", "Erodi mbag\u0127ad sejja\u0127 lill-ma\u0121i bil-mo\u0127bi, u tkixxef bir-reqqa kollha ming\u0127andhom i\u017c-\u017cmien li fih dehritilhom il-kewkba; bag\u0127athom Betlehem u qalilhom: \"Morru, staqsu sewwa g\u0127at-tifel, u meta ssibuh ejjew g\u0127iduli, \u0127alli jien ukoll ni\u0121i nqimu.\"", "Dawk, wara li semg\u0127u lis-sultan, telqu, u ara, il-kewkba li kienu raw tielg\u0127a bdiet miexja quddiemhom sakemm waslet u waqfet fuq il-post fejn kien hemm it-tifel.", "Kif raw il-kewkba mtlew b'fer\u0127 kbir tassew.", "Meta mbag\u0127ad da\u0127lu d-dar u raw lit-tifel ma' ommu Marija, nxte\u0127tu fl-art iqimuh; fet\u0127u t-te\u017cori tag\u0127hom u offrewlu rigali deheb, in\u010bens u mirra.", "Mbag\u0127ad, billi kienu mwissijin f'\u0127olma biex ma jer\u0121g\u0127ux imorru g\u0127and Erodi, telqu lura lejn arthom minn triq o\u0127ra.", "Wara jissemmew darbtejn o\u0127ra meta jing\u0127ad kif evitaw lil Erodi wara li raw lil \u0120es\u00f9 u x'sar jaf Erodi fuqu mill-laqg\u0127a li kellu mag\u0127hom qabel.", "Il-kelma \"Ma\u0121i\" hi forma Latina tal-plural tal-kelma Griega \"magos\" (\"\u03bc\u03b1\u03b3\u03bf\u03c2\" pl. \"\u03bc\u03b1\u03b3\u03bf\u03b9\"), li hi stess hi \u0121ejja mill-Persjan Antik \"magu\u015d\" mill-Avestan \"mag\u00e2un\u00f4\", ji\u0121ifieri l-kasta reli\u0121ju\u017ca li twieled fiha \u017boroastru.", "It-terminu jirreferi g\u0127all-kasta ta' qassisin ta\u017c-\u017boroastri\u017cmu.", "B\u0127ala parti mir-reli\u0121jon tag\u0127hom, dawn il-qassisin kienu jistudjaw b'mod spe\u010bjali l-kwiekeb,u kisbu fama internazzjonali g\u0127all-astrolo\u0121ija, li dak i\u017c-\u017cmien kienet meqjusa minn \u0127afna b\u0127ala xjenza.", "Min\u0127abba l-u\u017canzi reli\u0121ju\u017ci tag\u0127hom u l-u\u017cu tal-astrolo\u0121ija xi kliem li \u0127ar\u0121u mill-kelma \"Ma\u0121i\" \u0121ew applikati g\u0127all-okkult in \u0121enerali u wasslu g\u0127at-terminu \"Ma\u0121ija\".", "Waqt li Saydon u o\u0127rajn ju\u017caw il-kelma \"ma\u0121i\" fl-evan\u0121elju ta' San Mattew, l-istess kelma ittradu\u010bewha b\u0127ala \"sa\u0127\u0127ar\" meta iddeskrivew lil \"Elima s-sa\u0127\u0127ar\" fl-Atti 13:6-11, u 'l Xmun il-Magu li kien meqjus b\u0127ala eretku mill-Knisja bikrija, fl-Atti 8:9-13.", "It-tradizzjonijiet differenti jag\u0127tu ismijiet diversi lill-Ma\u0121i.", "Fil-Knisja Nisranija tal-Punent mit-tmien seklu kienu mag\u0127rufin b\u0127ala Kaspar, Melkjor u Baltasar.", "Dawn \u0121ejjin minn manuskritt Grieg tas-sitt seklu minn Lixandra.", "It-test bil-Latin \"Collectanea et Flores\" itenni t-tradizzjoni tat-tliet slaten u ismijiethom u jag\u0127ti i\u017cjed dettalji.", "Ma\u0127sub li t-test hu ta' nisel Irlandi\u017c u \u0121ej mis-seklu tmienja.", "Kaspar x'imdaqqiet jissejja\u0127 Gaspar jew \u0120aspar.", "Insibu kandidat g\u0127all-ori\u0121ni tal-isem Kaspar fl-Atti ta' Tumas b\u0127ala \"Gondofares\" (AD 21 \u2013 c. AD 47), jew Gudafarasa (li 'Kaspar' forsi \u0121ej minnu b\u0127ala korruzzjoni ta' 'Gaspar').", "Dan Gondofares iddikjara l-indipendenza mill-Arsa\u010bidi biex jil\u0127aq l-ewwel re Indo-Partjan u jing\u0127ad li \u017caru Tumas l-Appostlu.", "Il-le\u0121\u0121enda nisranija forsi g\u0127a\u017clet Gondofarr sempli\u010biment g\u0127ax kien re tal-orjent fil-perjodu korrett ta' \u017cmien.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra l-insara Sirja\u010bi lill-Ma\u0121i jsibuhom bl-ismijiet \"Larvandad\", \"Guxnasaf\", u \"\u0126ormisdas\".", "Dawn l-ismijiet g\u0127andhom probabbilt\u00e0 \u0127afna og\u0127la li kienu ori\u0121inalment Persjani, g\u0127alkemm naturalment dan ma ji\u017cgurax l-awtenti\u010bit\u00e0 tag\u0127hom.", "Fil-knejjes tal-Lvant, l-Etjopi pere\u017cempju, isej\u0127ulhom \"\u0126or\", \"Karsudan\", u \"Basanater\", waqt li l-Armeni jsej\u0127ulhom \"Kagfa\", \"Badadakharida\" u \"Badadilma\".", "\u0126afna nsara \u010aini\u017ci jemmnu li wie\u0127ed mill-Ma\u0121i \u0121ie mi\u010b-\u010aina.", "Il-fra\u017ci \"mil-lvant\" hi l-unika informazzjoni li jtina Mattew fuq minn fejn \u0121ew.", "Tradizzjonalment \u017cviluppat il-fehma li kienu Babilonjani jew G\u0127arab jew Lhud mill-Jemen billi s-slaten tal-Jemen dak i\u017c-\u017cmien kienu Lhud, fehma li kellu wkoll \u0120wanni Kri\u017costmu.", "Il-parti kbira kienu jemmnu li kienu mill-Babilonja, li kienet il-qalba ta\u017c-\u017burvani\u017cmu, u g\u0127alhekk tal-astrolo\u0121ija, dak i\u017c-\u017cmien.", "X'aktarx Mattew ma kienx qieg\u0127ed ja\u0127seb f'post spe\u010bifiku u l-fra\u017ci \"mil-Lvant\" qieg\u0127da hemm g\u0127all-effett letterarju u biex i\u017cid l-e\u017coti\u010bi\u017cmu.", "Skont l-Evan\u0121elju ta' San Mattew, il-Ma\u0121i sabu l-\u0120es\u00f9 billi mxew wara kewkba, li tradizzjonalment saret mag\u0127rufa b\u0127ala l-Kewkba ta' Betlehem.", "\u0120ew proposti \u0127afna teoriji fuq in-natura ta' din l-istilla.", "Meta sabuh, tawh tliet rigali simboli\u010bi: deheb, in\u010bens u mirra.", "Billi kienu mwissija f'\u0127olma li r-re Erodi tal-Lhudija kien bi \u0127sibu joqtol it-tarbija, idde\u010bidew li jmorru lura lejn darhom bi triq differenti.", "Dan \u0127ajjar lil Erodi biex joqtol it-trabi kollha ta' Betlehem, \u0121rajja msej\u0127a il-Massakru tal-Inno\u010benti, biex jipprova je\u0127les minn werriet rivali g\u0127at-tron tieg\u0127u.", "\u0120es\u00f9 u l-familja tieg\u0127u per\u00f2 kienu di\u0121a \u0127arbu lejn l-E\u0121ittu.", "Wara dawn il-\u0121rajjiet il-Ma\u0121i g\u0127ebu mill-istorja.", "Fl-istorja tat-twelid ta' \u0120es\u00f9, Mattew jigglorifika 'l \u0120es\u00f9, ixebb\u0127u 'l Mos\u00e8, u juri li \u0127ajtu twettaq il-profeziji.", "Xi kriti\u010bi jqisu l-istorja tat-twelid ta' \u0120es\u00f9 b\u0127ala l-\u0127olqien ta' l-awtur ta' Mattew.", "Wara \u017c-\u017cjara l-Ma\u0121i jg\u0127ibu mir-rakkont billi \"jmorru lura bi triq o\u0127ra\" biex jevitaw 'l Erodi u ma jer\u0121g\u0127ux jidhru.", "Gregorju Manju kiteb bl-elokwenza fuq dan is-su\u0121\u0121ett u kummenta li \"meta nsiru nafu 'l \u0120es\u00f9 ma nistg\u0127ux immorru lura bl-istess triq li nkunu \u0121ejna biha\".", "Hemm \u0127afna stejjer tradizzjonali dwar x'\u0121ara lill-Ma\u0121i wara dan.", "Wa\u0127da minn dawn tg\u0127id li San Tumas g\u0127ammidhom fi triqtu lejn l-Indja.", "O\u0127ra tg\u0127id li l-fdalijiet tag\u0127hom sabithom Santa Liena u \u0121abithom Kostantinopli, u fl-a\u0127\u0127ar spi\u010b\u010baw il-\u0120ermanja fir-relikwarju tat-tliet slaten f 'Kolonja.", "Il-Ma\u0121i huma deskritti b\u0127ala \"jintefg\u0127u fl-art\", \"jin\u017clu g\u0127ar-rkoptejhom\" jew \"jinklinaw\" fil-qima quddiem \u0120es\u00f9.", "Dawn il-\u0121esti kellhom effett importanti fuq l-u\u017canzi reli\u0121ju\u017ci Nsara.", "Juru rispett kbir, u kienu w\u017cati tipikament g\u0127all-qima tar-re.", "Min\u0127abba l-ispirazzjoni ta' dawn il-versi, l-in\u017cul g\u0127ar-rkoptejn u l-intfig\u0127 fl-art \u0121ew adotati fil-Knisja bikrija.", "Waqt li l-intfig\u0127 fl-art rari jintu\u017ca fil-Punent, g\u0127adu komuni fil-Knejjes tal-Lvant, spe\u010bjalment matul ir-Randan.", "L-in\u017cul g\u0127ar-rkoptejn baqa' u\u017canza importanti fil-qima Nisranija s'issa.", "Mattew isemmi espli\u010bitament tliet rigali: deheb, in\u010bens, u mirra li kienet tinstab biss fil-Jemen.", "\u0120ew proposti \u0127afna teoriji differenti g\u0127at-tifsir u s-simboli\u017cmu tar-rigali.", "Waqt li hu fa\u010bli li nispjegaw id-deheb, l-in\u010bens, u l-i\u017cjed il-mirra huma i\u017cjed oskuri.", "It-teoriji \u0121eneralment nistg\u0127u naqsmuhom f'\u017cew\u0121 gruppi:", "Sas-seklu 15, il-mirra kienet tintu\u017ca b\u0127ala bal\u017cmu u fl-in\u010bens fil-funerali u l-kremazzjonijiet.", "I\u017c-\"\u017cejt imbierek\" li jintu\u017ca tradizzjonalment fil-Knisja Ortodossa tal-Lvant fl-amministrazzjoni tas-sagramenti tal-gri\u017cma tal-isqof u l-gri\u017cma tal-morda hu mfewwa\u0127 bil-mirra, u meta xi \u0127add jir\u010bievi wie\u0127ed minn dawn is-sagramenti jg\u0127idu li \"rr\u010bieva l-mirra\".", "Xi studju\u017ci ssu\u0121\u0121erew li r-\"rigali\" kienu aktarx medi\u010binali milli \u0127wejje\u0121 prezzju\u017ci g\u0127all-qima.", "Din il-\u0121rajja hi marbuta mal-ktieb tas-Salmi 72 u I\u017caija 60 li jsemmu li rejiet taw rigali.", "Dan kien importanti biex il-Ma\u0121i jsiru meqjusin b\u0127ala slaten minflok astronomi-qassisin.", "F'innu tar-raba' seklu miktub mill-poeta Ruman, it-tliet rigali kienu di\u0121\u00e0 kisbu it-tifsiriet ta' g\u0127eliem profeti\u010bi tal-identit\u00e0 ta' \u0120es\u00f9.", "\u0120wann Kri\u017costmu ssu\u0121\u0121erixxa li r-ri\u0121ali kienu addatati mhux biss biex jing\u0127ataw lil re imma lill-Alla, u qabbilhom mal-offerti tradizzjonali tal-Lhud ta' nag\u0127a\u0121 u g\u0127o\u0121iela, u g\u0127alhekk Kri\u017costmu sostna li l-Ma\u0121i qimu lil \u0120es\u00f9 b\u0127ala Alla.", "X'\u0121ara wara minn dawn ir-rigali l-iskrittura qatt ma' tg\u0127id, imma \u017cviluppaw bosta tradizzjonijiet.", "Skont wa\u0127da minn dawn l-istejjer id-deheb insteraq mi\u017c-\u017cew\u0121 \u0127allelin li wara issallbu ma' \u0121enb \u0120es\u00f9.", "Skont o\u0127ra kien fdat lil \u0120uda li \u0127adu g\u0127alih.", "Fil-Monasteru ta' San Pawl ta' Athos hemm kaxxa tad-deheb tas-seklu 15 li suppost fiha r-rigali tal-Ma\u0121i.", "Ing\u0127atat lill-monasteru fis-seklu 15 minn Mara Brankovi\u0107, bint ir-re tas-Serbja \u0110ura\u0111 Brankovi\u0107, mart is-Sultan Ottoman Murat II u l-parrina ta' Mehmet II li reba\u0127 Kostantinopli.", "Jidher li kienu parti mir-relikwi tal-Palazz Mqaddes ta' Kostantinopli u jg\u0127idu li kienu jintwerew hemm sas-seklu 4 AD.", "Wara t-terremot ta' Ateni fid-9 ta' Settembru 1999, intwerew temporanjament f'Ateni biex tissa\u0127\u0127a\u0127 il-fidi u jin\u0121abru l-flus g\u0127all-vittmi tat-terremot.", "Din i\u017c-\u017cjara li \u0121eneralment tissejja\u0127 \"i\u017c-\u017cjara tal-Ma\u0121i\" \u017cgur \u0121rat bosta xhur wara t-twelid ta' \u0120es\u00f9.", "Ix-xhieda g\u0127al din il-konklu\u017cjoni nistg\u0127u insibuha fl-Evan\u0121elju ta' Mattew fit-tieni kapitlu.", "\"Meta mbag\u0127ad da\u0127lu d-dar u raw lit-tifel ma' ommu Marija, nxte\u0127tu fl-art iqimuh;...\"", "(Mattew 2:11) Meta niflu dan il-vers bir-reqqa nindunaw b'\u017cew\u0121 affarijiet, l-ewwel, \u0120es\u00f9 Kristu ma kienx tarbija meta \u017caruh il-Ma\u0121i imma tifel ta' xi sentejn.", "It-tieni, i\u017c-\u017cjara ma saritx fil-maqjel fejn twieled imma f'dar li kienu marru joqg\u0127odu fiha \u0120u\u017ceppi (San \u0120u\u017cepp) u Marija (omm \u0120es\u00f9) wara li \u0120es\u00f9 kien twieled f'maqjel.", "L-aqwa indikazzjoni li \u0120es\u00f9 kellu xi sentejn meta \u0121rat i\u017c-\u017cjara tinsab fil-vers 16 tat-tieni kapitlu tal-evan\u0121elju ta' Mattew, li jg\u0127id hekk, Erodi ..... nkorla bis-s\u0127i\u0127, u bag\u0127at joqtol f'Betlehem u fl-in\u0127awi kollha tag\u0127ha lit-tfal subien kollha ta' minn sentejn 'l isfel, skond i\u017c-\u017cmien li sar jaf ming\u0127and il-ma\u0121i.", "(Mattew 2:16) Nistg\u0127u nassumu bla bi\u017ca' li Erodi ma kienx jordna l-qerda tas-subien li kellhom sentejn jew inqas kieku l-Ma\u0121i kienu tawh x'ja\u0127seb li t-tifel li kienu qeg\u0127din ifittxu kien twieled xi ftit jiem qabel.", "Nistg\u0127u niddedu\u010bu mill-a\u0127\u0127ar vers ta' Mattew 2:16 li Erodi kien induna li l-Ma\u0121i kienu telqu minn pajji\u017chom fil-jum meta twieled \u0120es\u00f9, meta raw il-kewkba u waslu Betlehem sentejn wara.", "\"G\u0127ax rajna l-kewkba tieg\u0127u tielg\u0127a, u \u0121ejna nqimuh.\"", "(Matthew 2:2)", "Marco Polo sostna li kienu wreh it-tliet oqbra tal-Ma\u0121i f'Saveh fin-nofsinhar ta' Tehran madwar l-1270:", "Fil-Persja hemm il-belt ta' Saba, minn fejn telqu t-tliet Ma\u0121i u fejn huma midfuna fi tliet monumenti kbar u sbi\u0127, \u0127dejn xulxin.", "Fuqhom kien hemm binja kwadra mi\u017cmuma bil-kura.", "L-i\u0121sma g\u0127adhom talikwali, bid-daqna u x-xag\u0127ar b'kollox.", "Ir-relikwarju tat-tliet Ma\u0121i fil-Katidral ta' Kolonja, skont it-tradizzjoni, fih l-g\u0127adam tag\u0127hom.", "Suppost skopriethom Santa Liena matul il-pellegrina\u0121\u0121 famu\u017c tag\u0127ha fil-Palestina u l-Art Imqaddsa.", "Il-fdalijiet \u0127adithom fil-knisja ta' Ha\u0121ja Sofija (\u0391\u03b3\u03af\u03b1 \u03a3\u03bf\u03c6\u03af\u03b1) f'Kostantinopli; imbag\u0127ad \u0127aduhom Milan (xi sorsi jg\u0127idu li \u0127adhom l-isqof tal-belt, Ewstor\u0121ju I), qabel ma \u0127adhom fejn qeg\u0127din issa l-Imqaddes Imperatur Ruman Frederiku I fl-1164 AD.", "Il-Milani\u017ci ji\u010b\u010belebraw il-parti tag\u0127hom fit-tradizzjoni billi jag\u0127mlu parata bi lbies medjovali kull 6 ta' Jannar.", "Insibu ver\u017cjoni ta' din l-istorja miktuba mill-kjeriku Johannes von Hildesheim fis-seklu 14, \"Historia Trium Regum\" (\"Storja tat-Tliet Rejiet\").", "Ir-rakkont ta' kif l-i\u0121sma tag\u0127hom ibbal\u017cmati spi\u010b\u010baw f'Kolonja, jibda bil-vja\u0121\u0121 ta' Elena (Santa Liena), omm Kostantinu I, lejn \u0120erusalemm fejn sabet is-salib ta' Kristu u relikwi o\u0127ra: Ir-Re\u0121ina Elena... bdiet ta\u0127seb bis-serjet\u00e0 fuq l-i\u0121sma ta' dawn it-tliet slaten u lestiet ru\u0127ha, u kkumpanjata minn \u0127afna qaddejja, marret fl-Art ta' Ind... wara li kienet sabet l-i\u0121sma ta' Melkjor, Baltasar, u Gaspar, ir-Re\u0121ina Elena po\u0121\u0121iethom f'senduq li \u017cejnet b'g\u0127ana kbira u \u0121abithom f'Kostantinopli... u qeg\u0127dithom fi knisja li hi msej\u0127a Santa Sofija.", "Skont il-parti l-kbira tal-insara, il-Ma\u0121i kienu l-ewwel figuri reli\u0121ju\u017ci li qimu 'l Kristu, u g\u0127al din ir-ra\u0121uni l-istorja tal-Ma\u0121i hi rispettata u popolari fost l-Insara.", "I\u017c-\u017cjara tal-Ma\u0121i hi kkomemorata fil-knejjes Insara tal-Punent (imma mhux mill-Ortodossi tal-Lvant) bil-festa tal-Epifanija, is-6 ta' Jannar.", "L-Ortodossi tal-Lvant ji\u010b\u010belebrawha fil-25 ta' Di\u010bembru.", "I\u017c-\u017cjara sikwit tissemma \"L-adorazzjoni tal- Ma\u0121i\" fl-arti u letteratura nsara.", "Minkejja li l-Koran ma jsemmix l-istorja tal-Ma\u0121i, din kienet mag\u0127rufa sewwa fost l-G\u0127arab.", "L-en\u010biklopedista al-Tabari, fil-kitba tieg\u0127u fis-seklu 9, jag\u0127ti s-simboli\u017cmu tas-soltu tar-rigali tal-Ma\u0121i.", "Al-Tabari jg\u0127id li \u0127a din l-informazzjoni mill-kittieb tat-tard fis-seklu 7, Wa\u0127b ibn Munabbi\u0127.", "Xi tradizzjonijiet reli\u0121ju\u017ci jag\u0127tu interpretazzjoni negattiva lill-Ma\u0121i.", "Ix-Xhieda ta' Je\u0127ova ma jqisux il-wasla tal-Ma\u0121i b\u0127ala xi \u0127a\u0121a li g\u0127andha ti\u0121i \u010b\u010belebrata, imma minflok jemfasizzaw il-kundanna mill-Bibbja tas-se\u0127er u l-astrolo\u0121ija f'testi b\u0127ad-Dewteronomju 18:10\u201311, Levitiku 19:26, u I\u017caija 47:13\u201314.", "Dawn jg\u0127idu li l-fatt l-kewkba li raw il-Ma\u0121i waslithom l-ewwel g\u0127and l-g\u0127adu ta' \u0120es\u00f9 li kien lest biex joqtlu, u mbag\u0127ad g\u0127al fejn kien hemm it-tifel ma jag\u0127milx sens b\u0127ala \u0121rajja li \u0121ejja minn Alla.", "Fl-i\u017cjed xbihat bikrija, il-Ma\u0121i jidhru bi lbies Persjan, libsin il-qliezet u brieret Fri\u0121jani, is-soltu fil-profil, javvanzaw wie\u0127ed wara l-ie\u0127or u j\u017commu r-ri\u0121ali quddiemhom.", "Dawn ix-xbihat ju\u017caw il-po\u017ca, me\u0127uda mill-Antikit\u00e0 tat-Tard, tal-barbari qeg\u0127din i\u010bedu g\u0127all-Imperatur u joffrulu girlandi tad-deheb u l-po\u017ca ta' nies i\u0121ibu t-tribut, minn diversi kulturi Mediterranji li jmorru lura \u0127afna sekli.", "L-i\u017cjed bikrija huma l-pitturi tal-Katakombi u rilievi fuq sarkofagi tar-raba' seklu.", "Il-kuruni dehru g\u0127all-ewwel darba fis-seklu 10, l-i\u017cjed fil-Punent, fejn l-ilbies issa tilef ix-xa\u0127ta Orjentali tieg\u0127u kwa\u017ci fil-ka\u017ci kollha.", "Xbihat Bi\u017cantini tat-tard sikwit juru kaxxi \u010bilindi\u010bi \u017cg\u0127ar li m'hemmx qbil fuq it-tifsira tag\u0127hom.", "Is-soltu sa dan i\u017c-\u017cmien il-Ma\u0121i kienu jintwerew tal-istess et\u00e0 imma mbag\u0127ad bdiet die\u0127la l-idea li jirrapre\u017centaw it-tliet etajiet tal-bniedem: e\u017cempju mill-isba\u0127 ta' dan jinsab fir-riliev fuq il-fa\u010b\u010bata tal-katidral ta' Orvieto.", "Din ix-xena kienet wa\u0127da minn dawk li dejjem jidhru fi\u010b-\"\u010aiklu Marjan\" kif ukoll fi\u010b-\u010biklu tal-\"\u0126ajja ta' Kristu\".", "Xi drabi fis-seklu 12, u spiss \u0127afna fl-Ewropa ta' Fuq mis-seklu 15 'l hawn, il-Ma\u0121i saru jirrappre\u017centaw it-tliet kontinenti tad-dinja mag\u0127rufa dak i\u017c-\u017cmien: i\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Baltasar is-soltu juruh b\u0127ala Afrikan jew G\u0127arbi, ix-xi\u0127 Kaspar jag\u0127tuh fattizzi Orjentali jew, i\u017cjed spiss ilbies Orjentali, Melkjor jirrappre\u017centa l-Ewropa u l-et\u00e0 medja.", "Mis-seklu 14 'l hawn il-Ma\u0121i jidhru kkumpanjati minn \u0127afna nies, ir-rigali qeg\u0127din f'kaxxi tad-deheb b'lavuri spettakulari u \u017cdied it-ti\u017cjin fi lbies il-Ma\u0121i.", "Sa meta wasal I-seklu 15, l-adorazzjoni tal-Ma\u0121i spiss saret bi\u010b\u010ba bravura li fiha l-artista juri s-seng\u0127a tieg\u0127u fit-tpin\u0121ija ta' xeni kompless u ffullati bin-nies, \u017cwiemel u i\u0121mla, imma juru wkoll id diversi tessuti b\u0127al \u0127arir, pelli\u010bji, \u0121ojjelli u d-deheb tas-slaten meta jidhru kontra l-injam tal-istalla, it-tiben tal-maxtura ta' \u0120es\u00f9 u l-ilbies \u0127arex ta' \u0120u\u017ceppi u r-rg\u0127ajja .", "Ix-xena sikwit ikun fiha wkoll ta\u0127lita sewwa ta' annimali: is-soltu jkun hemm il-\u0127mara u l-baqra tax-xena tat-twelid ta' Kristu, imma jkun hemm ukoll \u017cwiemel, i\u0121mla, klieb u isqra tar-rejiet u ta' dawk ta' mag\u0127hom, u annimali o\u0127ra b\u0127al g\u0127asafar fuq it-travi tal-istalla.", "Mis-seklu 15 'l hawn, l-Adorazzjoni tal-Ma\u0121i hi sikwit ikkombinata mal-Adorazzjoni tar-rg\u0127ajja mir-rakkont tal-evan\u0121elju skont Luqa (2:8-20), opportunit\u00e0 biex ikun hemm i\u017cjed diversit\u00e0 ta' nies u annimali flimkien; f'xi kompo\u017cizzjonijiet (tripti\u010bi pere\u017cempju), i\u017c-\u017cew\u0121 xeni huma mqeg\u0127da f'kull na\u0127a tax-xena \u010bentrali, li s-soltu tkun it-twelid ta' Kristu, biex ikun hemm kuntrast bejniethom.", "L-utilit\u00e0 tas-su\u0121\u0121ett g\u0127all-Knisja u r-Rejiet u l-isfida g\u0127as-seng\u0127a tal-pittur li tipprovdi g\u0127amlu l-Adorazzjoni tal-Ma\u0121i su\u0121\u0121ett popolari \u0127afna fl-arti Nisranija, l-i\u017cjed fil-pittura imma wkoll fl-iskultura.", "Hawn ta\u0127t nag\u0127tu ftit e\u017cempji mill-mijiet ta' pitturi u rilievi li jirrappre\u017centaw l-adorazzjoni tal-Ma\u0121i."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13771", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13771", "title": "Baxir \u0120umajjil", "text": ["Baxir \u0120umajjil", "Baxir \u0120umajjil (1974-1982) kien politiku Lebani\u017c, kmandant milizzja, u president elett.", "Huwa kien membru anzjan tal-Phalange parti u l-kmandant tal-milizzji Forzi Lebani\u017ca fost l-ewwel diversi snin tal-Gwerra \u010aivili Lebani\u017ca (1975-90).", "Huwa kien elett president fuq l-23 Awissu, 1982 filwaqt li l-pajji\u017c \u0121ie mqatta 'minn gwerer \u010bivili u okkupati mill - kemm I\u017crael u s-Sirja.", "Huwa \u0121ie maqtul ta 'Settembru 14, 1982, flimkien ma '26-o\u0127rajn, meta bomba splodiet Beirut-kwartieri \u0121enerali ta 'l-Phalange.", "Il-bomba kienet m\u0127awla mill Habib Tanious Shartouni.", "Il-\u0127tija g\u0127all-FBI Sirjani So\u010bjali Partit Nazzjonalista."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13774", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13774", "title": "West Ham United FC", "text": ["West Ham United FC", "West Ham United Football Club huwa klabb tal-futbol Ingli\u017c ibba\u017cat fil-belt ta' Londra.", "Riferut \u0127afna drabi bil-ver\u017cjoni mqassra ta' ismu, \"Hammers\", il-klabb hu mag\u0127ruf g\u0127all-kuluri distinti u g\u0127all-istorja twila.", "Il-klabb \u0121ie fundat fl-1895."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13776", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13776", "title": "Londra", "text": ["Londra", "Londra hi l-belt kapitali ta' Renju Unit.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 8,278,251 persuna (sal-2007)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13787", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13787", "title": "Mikiel Spiteri", "text": ["Mikiel Spiteri", "Mikiel Spiteri (mag\u0127ruf b\u0127ala Kilin) (ir-Rabat, Malta, 20 ta' Awwissu, 1917 - Msida, 8 ta' Lulju, 2008) kien kittieb Malti.", "Din l-informazzjoni ttie\u0127det minn Ref 1, Ref 2 u Ref 3.", "Ommu u missier Kilin kienu Anna Azzopardi u Diegu Spiteri.", "Dawn kellhom g\u0127axart itfal li minnhom tlieta mietu fit-tfulija.", "Kilin jg\u0127id li meta kien \u017cg\u0127ir kien se jmut b'xemxata kbira.", "Kilin mill-ewwel deher li kien se jipprometti fl-iskola g\u0127ax kien tifel li kellu interess f'kollox u kien determinat li ried jirnexxi.", "\u0126a l-edukazzjoni sekondarja tieg\u0127u fil-Li\u010beo.", "\u0126adem b\u0127ala uffi\u010bjal tad-dwana bejn l-1935 u l-1941 u f'diversi dipartiment tal-Gvern sal-1975.", "Il-laqam \"Kilin\" beda ju\u017cah meta darba sema' lil xi \u0127add isejja\u0127 lil xi \u0127add ie\u0127or Kilin u dan l-isem g\u0127o\u0121bu.", "Kilin beda jikteb fl-1966 meta kellu 31 sena u l-aktar li kien i\u0127obb jikteb kienet il-pro\u017ca, b\u0127al novelli, rumanzi u sa\u0121\u0121i bil-Malti.", "L-ewwel xog\u0127lijiet tieg\u0127u letterarji ppubblikati kienu \"Burdati\" (1970) u \"Burdati 71\" (1971).", "L-aktar xog\u0127ol mag\u0127ruf ta' Kilin hu \"Fuq il-G\u0127ajn ta' San Bastjan\" (1973).", "Wara kiteb \"Wara l-G\u0127ajn ta' San Bastjan\" (1994) u \"I\u017c-\u017bmien Isajjar il-Bajtar\" (1996) fejn jissoktaw it-tifkiriet ta' tfulitu u \u017cg\u0127o\u017citu.", "Imma Kilin iddikjara li l-aktar ktieb li jog\u0127\u0121bu kien \"Tlikki Tlikki ma' Wenzu\".", "Kilin huwa l-awtur ta' erba' rumanzi: \"L-G\u0127afrid\" (1975), \"Tmint Ijiem fi Dragunara\" (1984), \"It-Tapit Imsa\u0127\u0127ar\" (1995) u\"Tinsiex, Publius, Tinsiex!\" (2003).", "Fl-1998 \u0121abar in-novelli fil-ktieb \"G\u0127ajnejn Kalan\u0121\" li ji\u0121bru 'kwadru morali' tal-\u0127ajja, bil-\u0127elu u bil-morr tag\u0127ha.", "Huwa ttradu\u010ba \"L-Alla li ma Nemminx Fih\" (1983) mill-Ispanjol u \u0127are\u0121 sensiela ta' \u0127ames kotba \u017cg\u0127ar \"Kappelli u Knejjes \u017bg\u0127ar\" (1967), \"Nistqarr\" (1968), \"Djar is-Sultana\" (1969 u \"Osanna\" (1978).", "\"Wayside Chapels\" (1966) u \"A Maltese Mosaic\" (1990) huma l-ver\u017cjoni bl-Ingli\u017c ta' dawn il-kotba.", "Kilin kiteb ukoll xi poe\u017ciji.", "Kilin baqa' jsemma' le\u0127nu fil-\u0121urnali, sikwit jilmenta fuq il-bidliet li g\u0127addej minnhom ilsienna.", "Fl-1973 reba\u0127 il-Premju Rothmans g\u0127al-Letteratura bid-dramm \"Bl-Ir\u0121ulija u bl-Onest\u00e0\", li deher fi ktieb bl-istess titlu flimkien ma' \u0121abra ta' novelli.", "Fl-1981, \"Tmint Ijiem fi Dragunara\" (\u0127are\u0121 1984) reba\u0127 it-tieni premju fil-Konkors Bu\u0121elli.", "Fl-1999, in-novella \"Id-Dell tal-Fatat\" \u0121iet fit-tieni post minn fost 842 novella f'kompetizzjoni li n\u017cammet fl-Italja.", "In-novella kienet bil-Malti u hu stess qalibha bit-Taljan.", "Fit-13 ta' Di\u010bembru 2000, ing\u0127ata l-Midalja g\u0127all-Qadi tar-Repubblika mill-President ta' Malta dak i\u017c-\u017cmien Guido de Marco.", "Ftit xhur qabel miet f'g\u0127eluq id-90 sena l-Akkademja tal-Malti onoratu b'tifkira g\u0127all-\u0127idma sfiqa u bla heda tul \u0127ajtu kollha g\u0127all-ilsien Malti.", "Kien m\u017c\u017cewwe\u0121 lil \u0120u\u017ca Mifsud u kellhom sebat itfal.", "Kien nannu ta' 17 u bu\u017cnannu ta' 12 .", "G\u0127amel \u0127afna snin jg\u0127ix l-Imsida u g\u0127ex hemm sakemm miet.", "Kilin kien i\u0127obb il-familja, tant li kemm-il darba ddikjara li biex jie\u0127u \u0127siebha sewwa \u0121ieli kellu jag\u0127mel sitt xog\u0127lijiet.", "Mikiel Spiteri kien ukoll iffissat fuq i\u010b-\u010aess u kien i\u0127obb imur g\u0127all-kwiet fil-kampanja u joqg\u0127od ipin\u0121i."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13803", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13803", "title": "Madrid", "text": ["Madrid", "Madrid hija l-belt kapitali ta' Spanja.", "Sa l-2016, fiha kienu joqg\u0127odu 3,182,981 -il persuna."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13814", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13814", "title": "Facebook", "text": ["Facebook", "Facebook huwa sit elettroniku li jipprovdi servizz ta' midja so\u010bjali mmexxi minn kumpanija bba\u017cata f'Menlo Park, California.", "Is-sit tnieda fl-4 ta' Frar 2004 minn Mark Zuckerberg flimkien ma' s\u0127abu fl-Universit\u00e0 ta' Harvard.", "F'dan is-sit, l-utenti jistg\u0127u jirre\u0121istraw, jo\u0127olqu profil personali tag\u0127hom, i\u017cidu utenti o\u0127ra b\u0127ala \"\u0127bieb\" u jaqsmu mag\u0127hom messa\u0121\u0121i, ritratti, vidjows u \u0127oloq.", "L-utenti jistg\u0127u wkoll jissieb\u0127u f'pa\u0121ni ta' interess u gruppi.", "G\u0127all-bidu l-fundaturi llimitaw is-s\u0127ubija fis-sit g\u0127all-istudenti ta' Harvard biss.", "Aktar tard bdew ji\u0121u nklu\u017ci skejjel u universitajiet o\u0127ra, sakemm fl-a\u0127\u0127ar infet\u0127et g\u0127al kul\u0127add 'il fuq minn 13-il sena.", "Fi Frar tal-2012, Facebook tqieg\u0127ed fis-suq permezz ta' Offerta Pubblika Inizjali (IPO) u beda jbieg\u0127 stokks lill-pubbliku tliet xhur wara, fejn la\u0127aq kapital rekord ta' $104 miljun.", "Il-ma\u0121\u0121oranza tad-d\u0127ul tal-kumpanija \u0121ej mir-reklami li jidher fis-sit.", "Sa \u0120unju tal-2017, 'il fuq minn 2 biljun utent ja\u010b\u010bessaw is-sit fix-xahar.", "Din il-popularit\u00e0 wassal g\u0127all-istampa sabiex tkopri l-impatt ta' dan is-sit, fosthom fuq l-iskrutinju dwar il-privatezza u l-effetti psikolo\u0121i\u010bi tal-utenti tag\u0127ha.", "Fis-snin ri\u010benti, il-kumpanija affa\u010b\u010bjat kritika fuq l-ammont ta' a\u0127barijiet foloz, diskors ta' mibeg\u0127da u xeni ta' vjolenza.", "Il-Facebook \u0121ie fundat fl-4 ta' Frar 2004 minn Mark Zuckerberg, fi \u017cmien meta kien g\u0127adu student ta' dsatax-il sena fl-Universit\u00e0 ta' Harvard, bl-g\u0127ajnuna ta' Andrew McCollum u Eduardo Saverin.", "Fi tmiem l-istess xahar, iktar minn nofs il-popolazzjoni universitarja ta' Harvard kienu re\u0121istrati ma' dan is-servizz.", "Dak i\u017c-\u017cmien, Zuckerberg kien \u0121ie meg\u0127jun minn Dustin Moskovitz u Chris Hughes g\u0127all-promozzjoni tas-sit u l-Facebook kiber g\u0127all-Universit\u00e0 ta' Stanford, g\u0127all-Universit\u00e0 ta' Kolumbja u g\u0127all-Universit\u00e0 ta' Yale.", "Dan il-kobor kompla f'April tal-2004 meta \u0121ie esti\u017c g\u0127all-kumplament tal-Ivy League, g\u0127all-MIT, g\u0127all-Universit\u00e0 ta' Boston u g\u0127all-Kulle\u0121\u0121 ta' Boston.", "Fi tmiem is-sena skolastika, Zuckerberg u Moskovitz ittrasferixxew lejn Palo Alto f'Kalifornja ma' McCollum.", "Hemmhekk huma krew dar qrib l-Universit\u00e0 ta' Stanford fejn mag\u0127hom ing\u0127aqdu wkoll Adam D'Angelo u Sean Parker.", "Id-dominju attwali, facebook.com, \u0121ie re\u0121istrat bejn April u Awwissu tal-2005 g\u0127al somma ta' $200,000, u diversi universitajiet o\u0127ra \u0121ew mi\u017cjuda fis-sena ta' wara.", "Ma\u017c-\u017cmien, persuni li kellhom l-indirizz tal-posta elettronika tag\u0127hom b'dominju universitarju (per e\u017cempju .edu, .ac.uk u o\u0127rajn) minn istituzzjonijiet minn madwar id-dinja kisbu r-rekwi\u017citi sabiex jipparte\u010bipaw.", "B'hekk, nhar is-27 ta' Frar 2006 Facebook estenda ru\u0127u g\u0127all-iskejjel sekondarji u azjendi kbar.", "Mis-26 ta' Settembru 2006, Facebook feta\u0127 g\u0127al dawk kollha li g\u0127andhom tlettax-il sena jew iktar u li g\u0127andhom indirizz elettroniku validu.", "F'Ottubru tal-2008, Facebook \u0127abbar li kien se jag\u0127mel il-kwartieri \u0121enerali internazzjonali tieg\u0127u \u0121ewwa Dublin, fl-Irlanda.", "Minn Settembru tal-2006 sa Settembru tal-2007, il-po\u017cizzjoni fil-klassifiki tat-traffiku tal-websajts skont kif ma\u0127ru\u0121 minn Alexa, dan is-sit g\u0127amel qab\u017ca kbira mis-sittin post g\u0127as-seba' post. Minn Lulju tal-2007, da\u0127al fil-klassifika tal-g\u0127axar siti l-aktar vi\u017citati fid-dinja.", "\u0120ewwa Malta, skont rapport ma\u0127ru\u0121 minn Google Labs, in-numru ta' Maltin fuq dan is-sit matul l-2007 immultiplika \u0127afna drabi.", "Matul l-2008 kien hemm splu\u017cjoni kbira ta' utenti fuq dan is-sit, fejn dan in-numru kiber biex sa Jannar 2010 hemm madwar 131,000 utent Malti.", "Barra minn hekk, il-Facebook f'Malta kellu fost l-og\u0127la rata ta' penetrazzjoni minn madwar id-dinja.", "Skont Alexa, f'Malta, dan is-sit huwa t-tieni wie\u0127ed l-iktar vi\u017citat, wara l-Google.", "L-utenti jistg\u0127u jo\u0127olqu l-profili tag\u0127hom b'ritratti, elenki ta' l-interessi tag\u0127hom, u dettalji o\u0127ra personali.", "Komunikazzjoni bejn il-\u0127bieb u utenti o\u0127ra tista' ssir permezz ta' messa\u0121\u0121i kemmm dawk privati kif ukoll dawk pubbli\u010bi, jew permezz tal-u\u017cu ta\u010b-chat.", "L-utenti jistg\u0127u jo\u0127olqu u jing\u0127aqdu fi gruppi ta' interess partikulari jew ta' sosten, fejn xi ftit minnhom huma mi\u017cmuma minn organizzazzjonijiet g\u0127al skopijiet ta' reklamar.", "Biex tikkumbatti l-\"\u0121lieda\" fuq il-privatezza, il-Facebook t\u0127alli lil kull min g\u0127andu profil li jag\u0127\u017cel min jista' jara l-profil tieg\u0127u u liema parti jista' jara.", "Dan is-sit huwa miftu\u0127 g\u0127al kul\u0127add, huwa b'xejn g\u0127all-utenti u l-introjtu huwa \u0121enerat mir-reklamar."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13825", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13825", "title": "Mark Zuckerberg", "text": ["Mark Zuckerberg", "Mark Elliott Zuckerberg (Boca Raton, 14 ta' Mejju 1984) huwa informatiku u imprenditur Amerikan, mag\u0127ruf b\u0127ala l-fundat tas-sit so\u010bjali Facebook.", "Sa Marzu tal-2018, kien stmat li valur nett ta' 62.2 biljun dollaru.", "Zuckerberg nieda Facebook minn kamartu fl-Universit\u00e0 ta' Harvard nhar l-4 ta' Frar 2004, flimkien ma' s\u0127abu Eduardo Saverin, Andrew McCollum, Dustin Moskovitz u Chris Hughes.", "Il-grupp aktar tard introdu\u010ba din il-pjattaforma lil universitajiet o\u0127ra.", "Il-popolarit\u00e0 ta' Facebook kompliet ti\u017cdied, fejn fl-2012 la\u0127qet il-biljun utent.", "Matul dan i\u017c-\u017cmien, Zuckerberg kien involut f'numru ta' tilwim legali ma' \u0127biebu u l-ko-fundaturi, li stqarrew li kellhom nieqes sehem fil-kumpanija min\u0127abba l-involviment tag\u0127hom fil-fa\u017ci tal-i\u017cvilupp.", "Mill-2010, ir-rivista \"Time\" ni\u017c\u017clet lil Zuck fost il-100 persuna l-iktar sinjura u influwenti fid-dinja b\u0127ala parti mill-unur tag\u0127ha tal-Persun tas-Sena.", "Zuckerberg i\u017c\u017cewwe\u0121 lil Priscilla Chan fid-19 ta' Mejju 2012.", "Huma g\u0127andhom \u017cew\u0121t itfal: Maxima Chan Zuckerberg (\"Max\"), li twieldet fl-1 ta' Di\u010bembru 2015, u August li twieldet f'Awwissu tal-2017."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13851", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13851", "title": "Merlin (serje televi\u017civa)", "text": ["Merlin (serje televi\u017civa)", "Merlin hi serje tat-televi\u017cjoni Ingli\u017ca li bdiet fl-2008.", "Din is-serje hi bba\u017cata fuq il-le\u0121\u0121endi tas-sa\u0127\u0127ar Merlin u r-Re Artur, i\u017cda xorta wa\u0127da hemm differenza kbira bejn it-tnejn.", "Is-serje hi prodotta mill-kumpanija Shine Limited g\u0127all-istazzjon televi\u017civ BBC One.", "It tieni serje bdiet fid-19 ta' Settembru 2009, u l-produzzjoni tat-tielet serje \u0121iet ikkononfermata mill-BBC.", "Il-po\u017cizzjoni tg\u0127odd biss g\u0127al BBC One u mhux g\u0127all-istazzjonijiet kollha."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13858", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13858", "title": "Natura mejta", "text": ["Natura mejta", "Natura mejta hi xog\u0127ol tal-arti li jirrappre\u017centa o\u0121\u0121etti inanimi, \u0121eneralment o\u0121\u0121etti ta' kuljum li jistg\u0127u ikunu naturali (ikel, fjuri, xtieli, \u0121ebel, jew arzell) jew mag\u0127mulin mill-bniedem (g\u0127odda tal-k\u010bina, fajjenza, kotba, va\u017cuni, \u0121ojjelli, muniti, pipi, etc) fi spazju artifi\u010bjali.", "Il-pittura tan-natura mejta, li bdiet fl-antikit\u00e0 u saret popolari l-i\u017cjed fil-punent, tag\u0127ti lill-artista i\u017cjed libert\u00e0 fit-tqeg\u0127id tal-elementi tad-disinn f'kompo\u017cizzjoni mill-pittura ta' su\u0121\u0121etti o\u0127ra, b\u0127all-veduti u r-ritratti.", "Fin-natura mejta, l-i\u017cjed qabel l-1700, sikwit kien ikun simboli\u017cmu reli\u0121ju\u017c u allegoriku asso\u010bjat mall-o\u0121\u0121etti rappre\u017centati.", "F'xi ka\u017ci n-natura mejta to\u0127ro\u0121 mil-limiti bidimensjonali permezz ta' mezzi tekni\u010bi tridimensjonali li j\u0127alltu o\u0121\u0121etti misjubin, fotografiji, grafika \u0121enerata mill-kompjuters kif ukoll \u0127oss u vidjo.", "It-terminu natura mejta deher g\u0127all-ewwel darba fit-Taljan b\u0127ala \"natura morta\" fl-a\u0127\u0127ar tas-seklu 17.", "Vasari u\u017ca \"cose naturali\" (o\u0121\u0121etti naturali) biex jirreferi g\u0127ad-disinji ta' Giovanni da Udine.", "Wara fil-Fjandri lejn l-1650, deher it-terminu \"stilleven\" g\u0127al xbihat ta' frott, fjuri u \u0127ut jew xbihat ta' ikel im\u0127ejji, li wara \u0121ie addottat mill-\u0120ermani\u017ci (\"Stilleben\") u mill-Ingli\u017ci (\"still-life\").", "Dan nistg\u0127u nittradu\u010buh b\u0127ala \"\u0127ajja sikta jew wieqfa\".", "Fi Spanja l-espressjoni u\u017cata g\u0127an-naturi mejtin hi \"bodegones\".", "Diderot, fis-\"Salons\", kien isemmi \"naturi inanimi\".", "Charles Sterling, spe\u010bjalista tan-natura mejta, ippropona d-definizzjoni li \u0121ejja g\u0127an-natura mejta : Il-\u0121ewwieni tal-oqbra E\u0121izzjani antiki kienu sikwit ikunu m\u017cejnin bil-pitturi tan-natura mejta.", "L-E\u0121izzjani kienu ja\u0127sbu li l-o\u0121\u0121etti tal-ikel u \u0127wejje\u0121 o\u0127ra rrappre\u017centati hemmhekk, isiru ta' veru fil-\u0127ajja l-o\u0127ra u l-mejjet ikun jista' jag\u0127mel u\u017cu minnhom.", "Fil-pitturi Rumani fuq il-\u0127ajt f'Pompej, Erkulanju u l-Villa Boscoreale instabu wkoll naturi mejtin simili, imma dawn kienu i\u017cjed b\u0127ala ti\u017cjin u kellhom prospettiva iktar realistika.", "Fosthom insibu l-mottiv li tant sar familjari ta' skutella tal-\u0127\u0121ie\u0121 mimlija frott.", "Il-mu\u017caj\u010bi dekorattivi, msej\u0127a \"emblema\", li nstabu fid-djar tar-Rumani g\u0127onja, kienu juru l-varjet\u00e0 ta' ikel li kienu jgawdu l-klassijiet g\u0127olja u kienu jservu ukoll ta' g\u0127eliem ta' ospitalit\u00e0 u b\u0127ala \u010belebrazzjoni tal-ista\u0121uni u l-\u0127ajja.", "Skont Charles Sterling, in-natura mejta tal-Antikit\u00e0 kellha g\u0127an ie\u0127or barra s-sempli\u010bi pja\u010bir tal-mimika: \"\"hu \u010bar li n-naturi mejtin Ellenisti\u010bi u Rumani li jirrappre\u017centaw platti lesti g\u0127all-ikel g\u0127andhom fihom sottotest epikurew\"\" .", "Fis-seklu 16, l-ikel u l-fjuri jer\u0121g\u0127u jidhru b\u0127ala simboli tal-ista\u0121uni u l-\u0127ames sensi.", "Mill-epoka Rumana bdiet ukoll it-tradizzjoni tal-u\u017cu ta' kranju b\u0127ala simbolu tal-mortalit\u00e0 u l-fdalijiet ta' din id-dinja, sikwit akkompanjat mill-fra\u017ci \"Omnia mors aequat\" (Il-mewt tag\u0127mel lil kul\u0127add indaqs.).", "Matul l-a\u0127\u0127ar 400 sena tal-istorja tal-arti dawn ix-xbihat ta' vanitas kienu spiss is-su\u0121\u0121ett ta' xog\u0127lijiet tal-pittura.", "Dan bdewh il-pitturi Olandi\u017ci madwar l-1600.", "L-apprezzament popolari tar-reali\u017cmu fin-natura mejta kien di\u0121\u00e0 msemmi fil-le\u0121\u0121enda antika Griega fuq \u017bew\u017ci u Parrasju, li tg\u0127id li dawn darba kkompetew biex jo\u0127olqu l-i\u017cjed xbieha li tidher ta' veru, l-ewwel deskrizzjoni fl-istorja ta' \"trompe l'oeil\" jew \"qerq il-g\u0127ajn\" fil-pittura.", "Kif kiteb Plinju l-Kbir fi \u017cmien ir-Rumani, l-artisti Griegi minn sekli qabel kienu \u0127afna i\u017cjed avvanzati fl-arti tar-ritratti u n-natura mejta.", "Semma lil Peiraikos, \"li s-seng\u0127a tieg\u0127u ftit jaqb\u017cuha...", "Pin\u0121a \u0127wienet tal-barbiera u skrapan, \u0127mir, \u0127axix u \u0127wejje\u0121 b\u0127alhom, u g\u0127alhekk sar mag\u0127ruf b\u0127ala l-'pittur tal-o\u0121\u0121etti vulgari'; imma dawn ix-xog\u0127lijiet kienu pja\u010bevoli, u kienu jinbig\u0127u b'prezzijiet og\u0127la mill-aqwa pitturi tal-artisti l-o\u0127ra\".", "Mal-firxa tal-e\u0121emonija Kattolika fil-Medju Evu, ir-rappre\u017centazzjoni tal-o\u0121\u0121etti b\u0127ala l-uniku su\u0121\u0121ett ta' pittura g\u0127ebet.", "F'dik l-epoka, skont Michel u Fabrice Far\u00e9 Dawn l-o\u0121\u0121etti m'g\u0127adhomx hemm i\u017cjed g\u0127all-e\u017cistenza tag\u0127hom fiha nfisha, imma g\u0127al dak li jissombolizzaw, u din wa\u0127da mir-ra\u0121unijiet prin\u010bipali li min\u0127abba fiha \u0127afna spe\u010bjalisti jaqblu biex jg\u0127idu li m'hemmx naturi mejtin matul dan il-perjodu tal-istorja.", "Irridu nistennew it-teolo\u0121iji ta' San Fran\u0121isk t'Assisi, u ta' San Tumas t'Akwinu, ir-ritorn tal-filosofija aristotelika kif ukoll it-teoriji ta' Roger Bacon u Guliermu t'Occam biex naraw il-Kattoli\u010be\u017cmu jirrikon\u010bilja ru\u0127u mas-sensazzjonijiet u l-esperjenza tan-natura.", "Mill-1300, nibdew bix-xog\u0127ol ta' Giotto u d-dixxipli tieg\u0127u, il-pittura tan-natura mejta re\u0121g\u0127et \u0127adet spinta bl-inklu\u017cjoni ta' ni\u010be\u010b fuq il-\u0127ajt fl-isfond ta' pitturi reli\u0121ju\u017ci billi dawn in-ni\u010be\u010b kien ikun hemm fihom o\u0121\u0121etti ta' kuljum, .", "Dan it-tip ta' rappre\u017centazzjoni kien meqjus ta' ftit importanza sar-Rinaxximent, u kien jidher biss b\u0127ala parti minn kwadri ta' \u0121eneru ie\u0127or, b\u0127all-pittura reli\u0121ju\u017ca u ritratti, u l-o\u0121\u0121etti dejjem kien ikollhom tifsira reli\u0121ju\u017ca jew allegorika.", "Dan kien veru partikularment fix-xog\u0127ol tal-artisti tal-Ewropa ta' Fuq, li l-interess li kellhom fis-simboli\u017cmu u r-reali\u017cmu ddettaljat \u0127afna, wassalhom biex jag\u0127tu attenzjoni kbira lill-messa\u0121\u0121 \u0121enerali tal-pittura.", "Pitturi b\u0127al Jan van Eyck sikwit kienu ju\u017caw xi elementi ta' natura mejta b\u0127ala parti mill-programm ikonografiku tag\u0127hom.", "L-i\u017cvilupp fit-teknika tal-pittura bi\u017c-\u017cejt li g\u0127amlu Jan van Eyck u artisti o\u0127ra tal-Ewropa ta' Fuq ippermetta r-rappre\u017centazzjoni ta' o\u0121\u0121etti ta' kuljum fi stil iper-realistiku, peress li \u017c-\u017cebg\u0127a ta\u017c-\u017cejt iddum ma tinxef, tit\u0127allat tajjeb u tista' tin\u0127adem f'\u0127afna saffi fuq xulxin.", "Ir-ritratt li pin\u0121a Petrus Christus ta' \u017cew\u0121 g\u0127arajjes i\u017curu \u0127anut tad-deheb hu e\u017cempju tipiku ta' natura mejta tran\u017cizzjonali li jirrappre\u017centa kontenut kemm reli\u0121ju\u017c kif ukoll sekulari.", "G\u0127alkemm g\u0127andu messa\u0121\u0121 prin\u010bipalment allegoriku, il-figuri tal-koppja huma realisti\u010bi u l-o\u0121\u0121etti li fih (flus, va\u017cuni etc) huma mpin\u0121ijin bir-reqqa \u0127afna imma sid il-\u0127anut hu infatti rappre\u017centazzjoni ta' Sant'Eli\u0121ju u l-o\u0121\u0121etti huma mg\u0127obbijin simboli\u017cmu.", "Hemm tip simili ta' pittura li f'ritratt tal-familja jikkombina l-figuri tan-nies ma' mejda mimlija sewwa bl-ikel bil-g\u0127an li jissimbolizza d-devozzjoni tal-familja u l-\u0127ajr tag\u0127ha lejn Alla g\u0127all-\u0121id li pprovdilha.", "Xi dan i\u017c-\u017cmien bdew jidhru naturi mejtin bla figuri (imma mhux ming\u0127ajr tifsir allegoriku) impin\u0121ijin fuq barra tal-kontraporti li jag\u0127lqu l-pitturi devozzjonali privati.", "Sar pass ie\u0127or lejn il-natura mejta awtonima meta madwar l-1475 bdew ipin\u0121u fjuri simboli\u010bi fuq wara tar-ritratti sekulari.", "Fost l-ewwel li nqatg\u0127u mis-sinjifikat reli\u0121ju\u017c insibu lil Leonardo da Vinci, li pin\u0121a akwerelli ta' frott (madwar l-1495) b\u0127ala parti mill-e\u017caminazzjonu bla heda tan-natura, u lil Albrecht D\u00fcrer li pin\u0121a disinji pre\u010bi\u017ci ta' xtieli u annimali.", "Jacopo de' Barbari g\u0127amel pass ie\u0127or 'il quddiem bil-pittura \"Natura Mejta b'perni\u010bi, ingwanti tal-\u0127adid, u vle\u0121e\u0121 tal-balestra\" (1504).", "Din fiha kontenut reli\u0121ju\u017c mill-inqas u hi fost it-\"trompes l'oeil\" iffirmati u ddatati l-i\u017cjed bikrija.", "Is-seklu 16 ra splu\u017cjoni ta' interess fid-dinja naturali u ra anki l-\u0127olqien ta' en\u010biklopediji botani\u010bi lussu\u017ci jiddokumentaw l-iskoperti tad-Dinja l-\u0120dida u l-Asja.", "L-illustrazzjoni xjentifika u l-klassifikazzjoni tal-kampjuni ukoll kellhom spinta.", "L-o\u0121\u0121etti naturali bdew ji\u0121u apprezzati b\u0127ala o\u0121\u0121etti ta' studju individwali ming\u0127ajr asso\u010bjazzjonijiet reli\u0121ju\u017ci jew mitolo\u0121i\u010bi.", "Ix-xjenza tal-fitoterapija, li kienet estensjoni prattika ta' dan l-g\u0127arfien \u0121did, bdiet ukoll f'dan i\u017c-\u017cmien.", "Barra minn hekk patruni g\u0127onja bdew jag\u0127mlu kollezzjoniet ta' kampjuni ta' annimali u minerali bil-\u0127olqien ta' \"gabinetti ta' kur\u017citajiet\".", "Dawn il-kampjuni servew ta' mudelli g\u0127all-pitturi li kellhom g\u0127atx kbir g\u0127ar-reali\u017cmu u n-novit\u00e0.", "L-arzell, l-insetti, il-frott e\u017cotiku u l-fjuri kollha bdew jin\u0121abru u jinbig\u0127u, u xtieli \u0121odda b\u0127at-tulipani (importati fl-Ewropa mit-Turkija), \u0121ew i\u010b\u010belebrati fil-pittura tan-natura mejta.", "L-isplu\u017cjoni ortikulturali infirxet mal-Ewropa kollha u l-artisti pprofitaw ru\u0127hom minn dan u pprodu\u010bew eluf ta' pitturi ta' natura mejta.", "Xi pajji\u017ci u qrati kellhom interess spe\u010bjali f'su\u0121getti partikulari, pere\u017cempju, il-Medici ta' Firenze kellhom interess partikulari fir-rappre\u017centazzjoni tal-frott ta\u010b-\u010bitru.", "Din il-firxa kbira tal-kampjuni naturali u l-interess li kien qieg\u0127ed jikber fir-rappre\u017centazzjoni tan-natura mal-Ewropa kollha, wasslu g\u0127all-\u0127olqien tal-pittura moderna tan-natura mejta f'dawn il-pajji\u017ci.", "Sat-tieni nofs tas-seklu 16, kienet evolvit natura mejta awtonoma.", "Bilmod, il-kontenut reli\u0121ju\u017c naqas fid-daqs u fl-importanza tal-post f'dawn il-pitturi, per\u00f2 l-lezzjonijiet morali baqg\u0127u hemm b'mod impli\u010bitu.", "Fost l-e\u017cempji ta' dan insibu \"Il-\u0127anut tal-la\u0127am\" ta' Joachim Beuckelaer (1568), li fih r-rappre\u017centazzjoni realistika tal-la\u0127am nej fl-ewwel pjan waqt li x-xena fl-isfond twiddeb fuq il-periklu tas-sokor u \u017c-\u017cina.", "Meta fl-1583 Annibale Carracci ittratta l-istess su\u0121\u0121ett ne\u0127\u0127a l-messa\u0121\u0121i morali, kif g\u0127amlu \u0127afna pitturi o\u0127ra tan-natura mejta \"tal-k\u010bina u s-suq\" ta' dan il-perjodu.", "Minkejja li n-natura mejta Taljana bdiet ti\u017cdied fil-popolarit\u00e0, storikament baqg\u0127et inqas meqjusa mill-pitturi tal-\"grande maniera\" ta' su\u0121\u0121etti reli\u0121ju\u017ci u miti\u010bi.", "\u0126afna akkademi\u010bi prominenti ta' kmieni fis-seklu 17, b\u0127al Andrea Sacchi, kienu tal-fehma li l-pittura tan-natura mejta m'g\u0127andhiex \"gravitas\" bi\u017c\u017cejjed biex jist\u0127oqqilha titqis b\u0127ala kbira.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra l-artisti Taljani tan-natura mejta li rnexxew kisbu appo\u0121\u0121 qawwi fi \u017cmienhom.", "Barra minn hekk, l-artisti nisa, allavolja kien hemm ftit biss minnhom, g\u0127a\u017clu jew kienu ristretti li jpin\u0121u su\u0121\u0121etti b\u0127an-natura mejta, Giovanna Garzoni, Laura Bernasconi, u Fede Galizia pere\u017cempju.", "\u0126afna artisti prominenti f'\u0121eneri o\u0127ra, ipprodu\u010bew ukoll xi pittturi tan-natura mejta.", "B'mod partikulari, Caravaggio applika t-teknika naturalista influwenzjali tieg\u0127u g\u0127an-natura mejta.", "Il-\"Qoffa bil-Frott\" (c. 1595-1600) li kienet wa\u0127da mill-ewwel e\u017cempji ta' natura mejta pura, hi mpin\u0121ija pre\u010bi\u017cament u fil-livell tal-g\u0127ajnejn.", "Minkejja li m'g\u0127andhiex simboli\u017cmu fil-bera\u0127, din il-pittura kienet fil-propjet\u00e0 tal-Kardinal Borromeo u jista' jkun li kienet apprezzata kemm g\u0127al ra\u0121unijiet reli\u0121ju\u017ci kif ukoll esteti\u010bi.", "Jan Bruegel ukoll pin\u0121a pittura, \"Bukkett kbir Milani\u017c\" (1606), g\u0127all-kardinal u sostna li kienet 'fatta tutti del natturel' (mag\u0127mula kollha min-natura) u talab i\u017cjed flus g\u0127all-isforz \u017cejjed.", "Dawn kienu tnejn fost il-\u0127afna pitturi tan-natura mejta fil-kollezzjoni tal-kardinal li kien fiha wkoll \u0121abra kbira ta' kur\u017citajiet.", "Fost in-naturi mejtin Taljani l-o\u0127ra insibu \"il-Koka\" ta' Bernardo Strozzi, xena ta' k\u010bina fil-maniera Olandi\u017ca, li fiha ritratt ddettaljat ta' koka u t-tajr li qieg\u0127da t\u0127ejji g\u0127all-ikel.", "Bl-istess mod, wa\u0127da mill-pitturi tan-natura mejta rari ta' Rembrandt, \"Tifla \u017bg\u0127ira bil-Paguni Mejta\" tg\u0127aqqad ritratt femminili simpatiku ma' xbihat tat-tjur.", "Kien fil-klima artistika \u0121dida tal-Pajji\u017ci l-Baxxi tas-seklu 17 li n-natura mejta (bl-isem \"stilleven\") saret forma ta' pittura tassew indipendenti.", "Waqt li l-artisti ma tantx kien baqag\u0127lhom opportunit\u00e0 li jpin\u0121u pittura reli\u0121ju\u017ca li kienu jiddependu fuqha sa dak i\u017c-\u017cmien \u2014 xbihat reli\u0121ju\u017ci saru pprojbiti mill-Knisja Protestanta Riformata Olandi\u017ca \u2014 it-tradizzjoni tal-Ewropa ta' Fuq tar-reali\u017cmu ddettaljat u simboli mo\u0127bijin kienet tintg\u0127o\u0121ob mill-klassi medja Olandi\u017ca li kienu qeg\u0127din jie\u0127du post il-knisja u l-istat b\u0127ala patruni ewlenin tal-arti fil-Pajji\u017ci l-Baxxi.", "Barra minn hekk l-Olandi\u017ci kienu m\u0121ennin fuq l-ortikultura, l-i\u017cjed fuq it-tulipani.", "Dawn i\u017c-\u017cew\u0121 modi kif kienu j\u0127arsu lejn il-fjuri \u2014 b\u0127ala o\u0121\u0121etti esteti\u010bi u simboli reli\u0121ju\u017ci \u2014 ing\u0127aqdu biex jo\u0127olqu domanda qawwija \u0127afna g\u0127al dan it-tip ta' natura mejta.", "Il-pittura tan-natura mejta, b\u0127ax-xog\u0127lijiet l-o\u0127rajn tal-arti Olandi\u017ci \u0121eneralment kienu jinbig\u0127u jew fis-suq jew minn bejjieg\u0127a jew mill-artisti stess mill-\u0127wienet tax-xog\u0127ol tag\u0127hom u rari kienu ordnati; allura l-artisti kienu jistg\u0127u jag\u0127\u017clu s-su\u0121\u0121etti u d-disinn.", "Dan it-tip ta' pittura ta' natura mejta tant kien popolari li fl-1740 Gerard de Lairesse kiteb ir-regoli tat-teknika tal-pittura tal-fjuri Olandi\u017ca fit-trattat tieg\u0127u \"Groot Schilderboeck\" li fih ta varjet\u00e0 kbira ta' pariri fuq il-kuluri, tqeg\u0127id tal-o\u0121\u0121etti, xog\u0127ol tal-pinzell, t\u0127ejjija tal-kampjuni, armonija, kompo\u017cizzjoni u prospettiva, etc.", "Is-simboli\u017cmu tal-fjuri kien ilu jevolvi mil-bidu tal-Kristjane\u017cmu.", "Il-fjuri l-i\u017cjed komuni kollha kellhom tifsira simbolika: il-warda (Il-Madonna, Venere, l-im\u0127abba, il-prekarjet\u00e0); il-\u0121ilju (Il-Madonna, il-ver\u0121init\u00e0, is-safa tal-mo\u0127\u0127, il-\u0121ustizzja); it-tulipan (il-pompa, in-nobbilt\u00e0); il-warda tax-xemx (il-fedelt\u00e0, l-im\u0127abba divina, id-devozzjoni); il-vjola (il-modest\u00e0, ir-ri\u017cerva, l-umilt\u00e0); l-akwile\u0121ja (il-melankolija); il-peprina (il-qawwa, l-irqad, il-mewt).", "Fost l-insetti, il-farfett kien jirrappre\u017centa il-bidla u l-irxoxt waqt li l-mazzarell kien jissimbolizza l-prekarjet\u00e0 u n-nemla il-b\u017culija u l-kura tal-u\u010buh tar-raba.", "L-artisti Olandi\u017ci fl-istess \u0127in irxoxtaw it-tradizzjoni tan-natura mejta antika Griega tat-\"trompe l'oeil\" jew \"qerq il-g\u0127ajn\", partikularment l-imitazzjoni tan-natura jew \"mimesis\", li sej\u0127ulha \"bedriegertje\" (\"qerq \u017cg\u0127ir\").", "Barra dawn it-tipi ta' natura mejta, l-artisti Olandi\u017ci identifikaw u \u017cviluppaw separatament pitturi tal-k\u010bina u s-suq, tal-kolazzjon u l-pranzu, tal-vanitas u ta' \u0121abriet allegori\u010bi.", "F'dan il-perjodu kienu popolari \u0127afna l-pitturi tal-vanitas, li kien ikun hemm fihom \u0121abriet ta' frott u fjuri, kotba, statwetti, va\u017cuni, muniti, \u0121ojjelli, pitturi, strumenti mu\u017cikali u xjentifi\u010bi, fida u kristalli fini flimkien ma' tifkiriet simboli\u010bi tal-qosor tal-\u0127ajja.", "Mag\u0127hom kienu jqeg\u0127du xi kranju, impulletta jew arlo\u0121\u0121 tal-but, xemg\u0127a tixg\u0127el jew ktieb bil-pa\u0121ni jinqalbu biex iservi ta' messa\u0121\u0121 morali fuq kemm jg\u0127addu malajr il-pja\u010biri tas-sensi.", "Sikwit ftit mill-frott u l-fjuri stess kienu juruhom \u0127a jibdew jit\u0127assru jew jitbielu biex jenfasizzaw l-istess punt.", "Kien hemm tip ie\u0127or ta' natura mejta, mag\u0127ruf b\u0127ala \"pittura tal-kolazzjon\", li jirrappre\u017centa fl-istess waqt \u0121abra ta' ikel tajjeb li l-klassi g\u0127olja kienu jgawdu u twiddiba reli\u0121ju\u017ca li wie\u0127ed g\u0127andu jevita l-ikel u x-xorb \u017cejjed.", "L-Olandi\u017ci g\u0127amlu innovazzjoni o\u0127ra: madwar l-1650 Samuel van Hoogstraten pin\u0121a wa\u0127da mill-ewwel pitturi \"tal-ixtillieri\", pitturi tan-natura mejta f'g\u0127amla ta' trompe l'oeil li juru o\u0121\u0121etti marbutin, imsammrin jew imwa\u0127\u0127lin b'xi mod ma' tavla mal-\u0127ajt.", "Dan it-tip ta' natura mejta kien popolari \u0127afna fl-iStati Uniti fis-seklu 19.", "Varjazzjoni o\u0127ra ta' natura mejta f'g\u0127amla ta' trompe l'oeil kienet turi o\u0121getti li kellhom x'jaqsmu ma' xi seng\u0127a jew professjoni, b\u0127all-pittura ta' Cornelis Norbertus Gysbrecht \"Kavallett tal-pittura mal-frott\", li fiha juri l-g\u0127odda kollha tas-seng\u0127a tal-pittur.", "Fl-ewwel nofs tas-seklu 17 kienu popolari wkoll il-pitturi ta' \u0121abra kbira ta' o\u0121\u0121etti f'forma allegorika, pere\u017cempju \"il-\u0127ames sensi\", \"l-erba' kontinenti\" jew \"l-erba' sta\u0121uni\" li juru alla mara jew figura allegorika mdawra b'o\u0121\u0121etti xierqa, naturali jew mag\u0127mulin mill-bniedem.", "Il-popolarit\u00e0 tal-pitturi tal-vanitas u dawn il-forom o\u0127ra ta' natura mejta, malajr infirxu mill-Olanda g\u0127all-Fjandri u l-\u0120ermanja, u wkoll lejn Spanja u Franza.", "In-natura mejta \u0120ermani\u017ca segwiet fil-qrib il-mudelli Olandi\u017ci.", "Il-pittur \u0120ermani\u017c Georg Flegel kien pijunier fin-natura mejta pura ming\u0127ajr figuri u \u0127oloq innovazzjoni fil-kompo\u017cizzjoni billi qieg\u0127ed o\u0121\u0121etti ddettaljati f'gabinetti, armarji u vetrini u pprodu\u010ba dehriet minn bosta angoli fl-istess kwadru.", "Il-pitturi tan-natura mejta \u0121o Spanja, imsej\u0127in ukoll bodegones, kienu awsteri.", "Kienu differenti min-natura mejta Olandi\u017ca, li sikwit kien ikun fiha pranzijiet g\u0127onja mdawrin b'o\u0121\u0121etti tad-drap u l-\u0127\u0121ie\u0121 im\u017cejnin u lussu\u017ci.", "Il-ka\u010b\u010ba fil-pittura Spanjola hi sikwit annimali mejtin g\u0127adhom jistennew li jitnittfu jew jitqaxxru.", "Il-frott u l-\u0127axix g\u0127adhom nejjin.", "L-isfond li jew hu de\u017colat jew mag\u0127mul minn blokki \u0121eometri\u010bi lixxi tal-injam sikwit jo\u0127loq atmosfera surrealista.", "Waqt li n-natura mejta Olandi\u017ca u Spanjola t-tnejn sikwit kellhom g\u0127an morali ingastat fihom, l-awsterit\u00e0, li xi w\u0127ud isibuha tixba\u0127 id-de\u017colazzjoni ta' xi witjiet g\u0127oljin Spanjoli, tidher qisha ti\u010b\u0127ad il-pja\u010biri tas-sensi, il-\u0121id u l-lussu tan-natura mejta Olandi\u017ca.", "Fl-Italja u Spanja, il-pitturi tassew tal-vanitas kienu rari u kien hemm \u0127afna inqas spe\u010bjalisti tan-natura mejta.", "Fl-Ewropa ta' Isfel kienu ju\u017caw i\u017cjed in-naturali\u017cmu delikat ta' Caravaggio u jenfasizzaw inqas l-iper-reali\u017cmu tal-Ewropej ta' Fuq.", "\u0120o Franza, il-pitturi tan-natura mejta (\"nature morte\") li kienu influwenzati mill-iskejjel ta' Fuq u ta' Isfel, isselfu kemm mill-pitturi tal-vanitas tal-Pajji\u017ci l-Baxxi u kemm mill-kompo\u017cizzjonijiet awsteri ta' Spanja.", "Sa meta wasal is-seklu 18, f'\u0127afna ka\u017ci, is-sinjifikati mo\u0127bijin reli\u0121ju\u017ci u allegori\u010bi fil-pittura tan-natura mejta kienu \u0121ew abbandunati u n-naturi mejtin tal-mejda tal-k\u010bina kienu evolvew f'rappre\u017centazzjonijiet ippjanati ta' kuluri u forom varjati, juru ikel ta' kuljum.", "L-aristokrazija Fran\u010bi\u017ca qabdu l-artisti jpin\u0121ulhom pitturi ta' su\u0121\u0121etti ta' natura mejta abbundanti u estravaganti b\u0127alli kienu j\u017cejnu l-mejda tal-pranzu tag\u0127\u0127om, fl-istess \u0127in ming\u0127ajr il-messa\u0121\u0121 moralistiku tal-vanitas tal-prede\u010bessuri tag\u0127hom Olandi\u017ci.", "L-im\u0127abba li kellu r-Rokok\u00f2 g\u0127all-ingann wassal biex fi Franza ji\u017cdied l-apprezzament g\u0127al-pittura ta' trompe l'oeil (Fran\u010bi\u017c: \"qerq il-g\u0127ajn\").", "Il-pitturi ta' natura mejta ta' Jean-Baptiste Chardin ju\u017caw varjet\u00e0 ta' metodi, minn reali\u017cmu ta' stil Olandi\u017c sa armoniji i\u017cjed \u0127elwin.", "Fl-iStati Uniti fi \u017cmien ir-rivoluzzjoni, l-artisti Amerikani li kienu m\u0127arr\u0121a barra l-pajji\u017c applikaw l-istili Ewropej g\u0127al-pittura tar-ritratti u n-natura mejta.", "Charles Willson Peale beda familja ta' pitturi Amerikani famu\u017ci u b\u0127ala mexxej importanti fil-komunit\u00e0 artistika Amerikana, waqqaf ukoll so\u010bjet\u00e0 g\u0127at-t\u0127arri\u0121 tal-artisti kif ukoll mu\u017cew ta' kur\u017citajiet naturali.", "Ibnu, Raphaelle Peale, kien wie\u0127ed mill-grupp ta' artisti bikrija tan-natura mejta, li kien hemm fih ukoll John F. Francis, Charles Bird King u John Johnston.", "Sat-tieni nofs tas-seklu 19, Martin Johnson Heade kien introdu\u010ba l-ver\u017cjoni Amerikana tal-pittura tal-bijotopu jew \u0127abitat li fiha l-g\u0127asafar u l-fjuri kienu mqeg\u0127din f'ambjent ta' barra simulat.", "Il-pitturi Amerikani tat-trompe l'oeil, ma\u0127luqin minn John Haberle, William Michael Harnett, u John Frederick Peto iffjorixxew ukoll.", "Peto kien jispe\u010bjalizza f'pitturi \"tal-ixtillieri\" nostal\u0121i\u010bi waqt li Harnett la\u0127aq l-og\u0127la livell ta' iper-reali\u017cmu fi\u010b-\u010belebrazzjonijiet pittori\u010bi tal-\u0127ajja Amerikana permezz ta' o\u0121\u0121etti ta' kuljum.", "Bill-qawmien tal-Akkademji Ewropej, l-iktar l-Acad\u00e9mie fran\u00e7aise li kellha influwenza qawwija fuq l-arti akkademika, in-natura mejta bdiet tonqos fil-popolarit\u00e0.", "L-akkademji kienu jg\u0127allmu d-dotrina tal-\"\u0120erarkija tal-\u0121eneri\" (jew il-\"\u0120erarkija tas-su\u0121\u0121ett ittrattat\"), li kienet tg\u0127id li l-mertu artistiku ta' pittura kien imsejjes qabel kollox fuq is-su\u0121\u0121ett tag\u0127ha.", "Fis-sistema akkademika, l-og\u0127la forma ta' pittura tikkonsisti f'xbihat ta' sinjifikat storiku, Bibbliku jew mitolo\u0121iku u n-natura mejta kienet artistikament meqjusa fil-livell l-i\u017cjed baxx.", "Minflokk li u\u017caw in-natura mejta biex jigglorifikaw in-natura, xi artisti, b\u0127al John Constable u Camille Corot, g\u0127a\u017clu l-veduta g\u0127al dan l-g\u0127an.", "Meta n-Neo-Klassi\u010bi\u017cmu beda jmur lura fis-snin qabel l-1840, ir-rivoluzzjonijiet artisti\u010bi tar-Reali\u017cmu u Romanti\u010bi\u017cmu iffokaw fuq il-pittura tal-\u0121eneru u r-ritratti.", "Per\u00f2, \u0127afna mill-aqwa artisti ta' dak il-perjodu kellhom natura mejta fost ix-xog\u0127lijiet tag\u0127hom.", "Il-pitturi tan-natura mejta ta' Francisco Goya, Gustave Courbet, u Eug\u00e8ne Delacroix jittra\u017cmettu emozzjoni qawwija, u huma i\u017cjed interessati fl-atmosfera milli fl-e\u017cattezza .", "Minkejja li mxew fuq il-mudelli tan-natura mejta i\u017cjed bikrija ta' Chardin, il-pitturi tan-natura mejta ta' \u00c9douard Manet kellhom tonalit\u00e0 qawwija u jidher \u010bar li mexjin lejn l-Impressjoni\u017cmu.", "Henri Fantin-Latour, li u\u017ca teknika i\u017cjed tradizzjonali, kien famu\u017c g\u0127all-pitturi skwi\u017citi tieg\u0127u tal-fjuri u qala x'jg\u0127ix mill-ordnijiet g\u0127all-pittura tan-natura mejta.", "Per\u00f2, it-teknika u l-armonija tal-kuluri ma ttrijunfawx fuq is-su\u0121\u0121ett tal-pittura qabel li l-\u0121erarkija akkademika fl-Ewropa g\u0127ebet g\u0127al kollox u bdew l-Impressjoni\u017cmu u l-Post-Impressjoni\u017cmu.", "Meta se\u0127h dan, in-natura mejta saret imfittxa bil-\u0127erqa mill-artisti.", "Fin-naturi mejtin bikrija tieg\u0127u, Claude Monet juri l-influwenza ta' Fantin-Latour, imma kien wie\u0127ed minn ta' l-ewwel li abbandunaw it-tradizzjoni tal-isfond skur.", "Pierre-Auguste Renoir ukoll abbandunaha fin-\"Natura Mejta bi Mrew\u0127a u Bukkett Fjuri\" (1871), billi taha 'l din il-pittura sfond oran\u0121jo jg\u0127ajjat.", "Fin-natura mejta Impressjonista, il-kontenut allegoriku u mitolo\u0121iku nieqes g\u0127al kollox, kif ukoll ix-xog\u0127ol iddettaljat tal-pinzell.", "Minflok, l-impressjonisti iffokaw fuq l-esperimentazzjoni b'daqqiet wiesa' tal-pin\u017cell, valuri tonali, u fejn kienu jpo\u0121\u0121u l-kuluri.", "L-Impressjonisti u l-Post-Impressjonisti kienu ispirati mill-iskema tal-kuluri tan-natura imma dawn reinterpretaw in-natura bl-armoniji tal-kulur tag\u0127hom, li xi drabi sfaw ta' artifi\u010bjalit\u00e0 li ta\u0127sdek.", "Kif iddikjara Gauguin, \"Il-kuluri g\u0127andhom it-tifsira tag\u0127hom\".", "Fl-istess \u0127in u\u017caw varjazzjonijet fil-prospettiva b\u0127al angoli g\u0127oljin kif nistg\u0127u naraw fi \"Frott muri fuq \u010aentru\" ta' Gustave Caillebotte, pittura li xi nies kienu jiddie\u0127qu biha fi \u017cmienha u sej\u0127ula \"frott kif jarah l-g\u0127asfur\".", "Il-pitturi tal-\"Ward tax-Xemx\" ta' Vincent van Gogh huma fost il-pitturi tan-natura mejta tas-seklu 19 l-i\u017cjed mag\u0127rufin.", "Van Gogh permezz ta' tonalitajiet fl-isfar u l-okra u rappre\u017centazzjoni x'aktarx fi\u010b-\u010batt g\u0127amel kontribuzzjoni li ma tinsesiex fl-istorja tan-natura mejta.", "Il-pittura tieg\u0127u \"Natura Mejta ma' Tavla tad-Disinn\" (1889) hi awtoritratt f'g\u0127amla ta' natura mejta, li fiha Van Gogh wera \u0127afna o\u0121\u0121etti mill-\u0127ajja personali tieg\u0127u, fosthom il-pipa tieg\u0127u, ikel sempli\u010bi (basal), ktieb edifikanti, u ittra ming\u0127and \u0127uh, mifruxin fuq il-mejda tieg\u0127u, ming\u0127ajr ma hemm xbieha tieg\u0127u.", "Pin\u0121a wkoll il-ver\u017cjoni tieg\u0127u tal-pittura tal-vanitas, \"Natura Mejta b'Bibbja miftu\u0127a, Xemg\u0127a u Ktieb\" (1885).", "L-ewwel erbg\u0127in sena tas-seklu 20 kien perjodu e\u010b\u010bezzjonali ta' ferment u rivoluzzjoni artistika.", "Malajr \u017cviluppaw \u0127afna movimenti avant-garde, wie\u0127ed jibda qabel l-ie\u0127or jispi\u010b\u010ba, kollha mexjin lejn l-astrazzjoni mhux figurattiva totali.", "In-natura mejta, b\u0127all-arti rappre\u017centazzjonali l-o\u0127rajn, komplew jevolvu u jaddattaw sa nofs is-seklu meta l-astrazzjoni totali, b\u0127all-pittura bil-qtar ta' Jackson Pollock, eliminat il-kontenut li jintg\u0127araf kollu.", "Is-seklu beda b'bosta tendenzi jiddominaw l-arti.", "Fl-1901, Paul Gauguin pin\u0121a \"Natura Mejta bil-Ward tax-Xemx\", f'\u0121ie\u0127 \u0127abibu van Gogh li kien miet \u0127dax-il sena qabel.", "Il-grupp mag\u0127ruf b\u0127ala n-Nabi, fosthom Pierre Bonnard u Edouard Vuillard, \u0127adu t-teoriji armoni\u010bi ta' Gauguin u \u017ciedu xi elementi ispirati mill-in\u010bi\u017cjonijiet fl-injam \u0120appuni\u017ci fil-pitturi tan-natura tag\u0127hom.", "Il-pittur Fran\u010bi\u017c Odilon Redon ukoll pin\u0121a natura mejta importanti f'dan il-perjodu, l-i\u017cjed tal-fjuri.", "Henri Matisse irridu\u010ba r-rappre\u017centazzjoni tal-o\u0121getti tan-natura mejta i\u017cjed u i\u017cjed sa ma \u0121abhom \u017coni mmarkati b'linji \u0127oxnin mimlijin b'kuluri jg\u0127ajtu.", "Issimplifika wkoll il-prospettiva u introdu\u010ba sfondi ta' bosta kuluri.", "F'xi w\u0127ud mill-pitturi tieg\u0127u tan-natura mejta, b\u0127all-\"Pittura mejta bil-Brin\u0121iel\", il-mejda bl-o\u0121\u0121etti kwa\u017ci tintilef fost id-disinji kuluriti l-o\u0127ra li jimlew il-bqija tal-kamra.", "Xi esponenti tal-Fauvi\u017cmu, b\u0127al Maurice de Vlaminck u Andr\u00e9 Derain, esploraw i\u017cjed il-kulur pur u l-astrazzjoni fin-natura mejta tag\u0127hom.", "Paul C\u00e9zanne fin-natura mejta tieg\u0127u sab mezz ideali biex jesplora l-organi\u017c\u017cazzjoni \u0121eometrika spazjali u biex ibieg\u0127ed il-pittura mill-g\u0127an illustrattiv jew mimetiku g\u0127al wie\u0127ed li juri indipendentament l-elementi ta' kulur, forma u linja, pass kbir lejn l-arti astratta.", "L-esperimenti ta' C\u00e9zanne iwasslu direttament lejn l-i\u017cvilupp tan-natura mejta Kubista ta' kmieni fis-seklu.", "Fl-stess \u0127in li adattaw it-tibdil u t-tidwir tal-pjani u l-assi li kien ju\u017ca C\u00e9zanne, il-Kubisti ra\u017c\u017cnu l-iskema qawwija tal-kuluri tal-Fauves u minnflok iffokaw fuq id-dekostruzzjoni tal-o\u0121\u0121etti fi pjani u forom purament \u0121eometri\u010bi.", "Bejn l-1910 u l-1920, xi artisti Kubisti b\u0127al Pablo Picasso, Georges Braque, u Juan Gris pin\u0121ew \u0127afna kompo\u017cizzjonijiet ta' natura mejta, sikwit jinkludu strumenti mu\u017cikali, u \u0127olqu wkoll l-ewwel xog\u0127lijiet tal-collage tal-Kubi\u017cmu Sintetiku, b\u0127all-pittura ovali ta' Picasso \"Natura Mejta b'\u0127adma tat-tiben\" (1912).", "F'dawn ix-xog\u0127lijiet, l-o\u0121\u0121etti tan-natura mejta huma mrikbin fuq xulxin u m\u0127abblin flimkien tant li bilkemm baqag\u0127lhom forom bidimensjonali li jing\u0127arfu, tilfu it-tessitura individwa, u t\u0127alltu mal-isfond \u2014 g\u0127anijiet kontra dawk tan-natura mejta tradizzjonali.", "Fernand L\u00e9ger fin-natura mejta tieg\u0127u introdu\u010ba l-u\u017cu ta' spazju abjad wiesa' u forom \u0121eometri\u010bi kuluriti, immarkati \u010bari u jirkbu fuq xulxin biex jipprodu\u010bi effett iktar mekkaniku.", "Marcel Duchamp u membri o\u0127ra tal-moviment Dada abbandunaw ir-riduzzjoni tal-ispazju g\u0127all-pjan li kienu ju\u017caw il-Kubisti u marru f'direzzjoni radikalment differenti biex \u0127olqu skulturi tan-natura mejta tridimensjonali \"tal-lest\".", "Il-Futuristi u s-Surrealisti b\u0127ala parti mill-mezz biex iroddu lura xi tifsir simboliku lin-natura mejta qeg\u0127du o\u0121\u0121etti tan-natura mejta li jing\u0127arfu fil-veduti tal-\u0127olm tag\u0127hom.", "Fil-pitturi tan-natura mejta ta' Joan Mir\u00f3, l-o\u0121\u0121etti jidhru bla pi\u017c u jittajru fi spazju bidimensjonali ssu\u0121\u0121erit \u0127afif, anki l-muntanji huma mpin\u0121ijin b'linji sempli\u010bi.", "Giorgio Morandi li kien il-pittur ewlieni tan-natura mejta fl-Italja f'dan i\u017c-\u017cmien, esplora varjet\u00e0 kbira ta' metodi kif ipin\u0121i fliexken ordinarji u g\u0127odda tal-k\u010bina.", "L-artista Olandi\u017c M. C. Escher, mag\u0127ruf l-i\u017cjed g\u0127all-grafi\u010bi tieg\u0127u dettaljati imma fl-istess \u0127in ambigwi, pin\u0121a \"Natura Mejta u Triq\" (1937), ver\u017cjoni a\u0121\u0121ornata tan-natura mejta Olandi\u017ca tradizzjonali tal-mejda.", "Meta l-artisti Amerikani tas-seklu 20 saru jafu bil-Moderni\u017cmu Ewropew, bdew jinterpretaw is-su\u0121\u0121etti tan-natura mejta b'ta\u0127lita ta' reali\u017cmu Amerikan u astrazzjoni \u0121ejja mill-Kubisti.", "Il-pitturi ta' Georgia O'Keeffe, Stuart Davis, u Marsden Hartley, u l-fotografiji ta' Edward Weston huma tipi\u010bi tax-xog\u0127lijiet Amerikani tan-natura mejta ta' dak il-perjodu.", "Il-pitturi tal-fjuri ta' O'Keeffe impin\u0121ijin mill-qrib \u0127afna juru, fl-istess \u0127in l-istruttura fi\u017cika u l-messa\u0121\u0121 emottiv tal-petali u l-weraq, b'mod li b\u0127alu ma kienx sar qabel.", "Fil-Messiku, mis-snin 1930, Frida Kahlo u artisti o\u0127ra \u0127olqu stil ta' Surreali\u017cmu g\u0127alihom, u fil-pitturi tag\u0127hom tan-natura mejta da\u0127\u0127lu l-ikel u s-simboli tal-pajji\u017c .", "Mis-snin 1930, l-Espressjoni\u017cmu Astratt beda jirredu\u010bi n-natura mejta g\u0127all-rappre\u017centazzjoni ta' forma u kulur biss, tant li sas-snin 1950, l-astrazzjoni totali kienet tiddomina d-dinja tal-arti.", "Per\u00f2, il-Pop Art fis-snin 1960 u 1970 dawret lura din it-tendenza u \u0127olqot g\u0127amla \u0121dida ta' natura mejta.", "\u0126afna mill-Pop Art (b\u0127al \"Campbell's Soup Cans\" ta' Andy Warhol) hi bba\u017cata fuq in-natura mejta, imma spiss is-su\u0121\u0121ett tassew hu x-xbieha kkommodifikata tal-prodott kummer\u010bjali rrappre\u017centat, aktar mill-o\u0121\u0121ett tan-natura mejta fi\u017ciku nnifsu.", "Roy Lichtenstein fin-\"Natura Mejta bl-iSkutella tal-\u0126ut\" (1972) jikkombina l-kuluri puri ta' Matisse mal-ikonografija pop ta' Warhol.", "Wayne Thiebaud fil-\"Mejda tal-Ikel\" (1964) ma jurix ikla ta' familja wa\u0127da imma katina ta' monta\u0121\u0121 ta' ikel Amerikan standardizzat.", "Il-moviment Neo-dada mar lura lejn ir-rappre\u017centazzjonijiet tridimensjonali ta' o\u0121\u0121etti tal-\u0127ajja ta' kuljum ta' Duchamp u \u0127oloq il-ver\u017cjoni tieg\u0127u tan-natura mejta, b\u0127al pere\u017cempju fix-xog\u0127lijiet ta' Jasper Johns, \"Statwa tal-Bron\u017c Mi\u017cbug\u0127a\" (1960) u \"Dar tal-Iblah\" (1962).", "L-avvanz tal-Fotoreali\u017cmu fis-snin 1970 riafferma r-rappre\u017centazzjoni illu\u017cjonistika, waqt li fl-istess \u0127in \u017camm ftit mill-messa\u0121\u0121 tal-Pop tal-fu\u017cjoni tal-o\u0121\u0121ett, ix-xbieha u l-prodott kummer\u010bjali.", "Il-pitturi ta' Don Eddy u Ralph Goings huma tipi\u010bi f'dan ir-rigward.", "Fl-a\u0127\u0127ar tletin sena tas-seklu 20, u kmieni fis-seklu 21 in-natura mejta \u0127ar\u0121et barra l-konfini tal-gwarni\u010b.", "Spe\u010bjalment fir-ri\u0127 tal-et\u00e0 tal-kompjuter, u l-i\u017cvilupp fl-arti \u0121\u0121enerata bil-kompjuter u l-arti digitali, il-karattru u d-definizzjoni tan-natura mejta nbidlu u xi artisti issa ju\u017caw metodi tekni\u010bi m\u0127allta biex jinkorporaw \u0121on-natura mejta o\u0121\u0121etti misjuba, fotografija, vidjo, u \u0127oss, u anki jifirxuhom mill-art sas-saqaf u jimlew kamra s\u0127i\u0127a f'gallerija tal-arti.", "Il-grafi\u010bi \u0121\u0121enerati mill-kompjuter estendew il-metodi tekni\u010bi li jistg\u0127u ju\u017caw l-artisti tan-natura mejta.", "Bl-u\u017cu tal-kamera tal-vidjo, l-artisti tan-natura mejta jistg\u0127u anki jinkorporaw l-ispettatur fix-xog\u0127ol tag\u0127hom."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13865", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13865", "title": "Multilingwi\u017cmu", "text": ["Multilingwi\u017cmu", "Il-Multilingwi\u017cmu min-na\u0127a wa\u0127da jfisser il-\u0127ila ta' persuna li titkellem aktar minn lingwa wa\u0127da.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, dan it-terminu jfisser il-validit\u00e0 jew l-u\u017cu mifrux ta' g\u0127add ta' lingwi f'so\u010bjet\u00e0, stat jew re\u0121un lingwistiku.", "Il-multilingwi\u017cmu jista' jfisser:", "It-termini mhumiex dejjem distinti minn xulxin b'mod \u010bar fl-u\u017cu ta' kuljum, per\u00f2 f'dixxiplini xjentifi\u010bi huma definiti pre\u010bi\u017cament u b\u0127ala re\u010biprokament esklussivi.", "Persuna li taf titkellem b'diversi lingwi, tissejja\u0127 poliglotta .", "Il-multilingwi\u017cmu individwali jirriferi g\u0127al meta persuna tu\u017ca diversi lingwi regolarment fil-\u0127ajja ta' kuljum.", "Il-persuna tkun tista' taqleb minn lingwa g\u0127al o\u0127ra, jekk ikollha b\u017conn pere\u017cempju biex tit\u0127addet ma' ta' madwarha.", "Ji\u0121ifieri l-persuna tkun tista' tikkomunika b'g\u0127add ta' lingwi fil-\u0127ajja ta' kuljum, peress li tkun \u0127akmet kull lingwa perfettament.", "Il- multilingwi\u017cmu ta' persuna tista' tirri\u017culta minn pro\u010bessi differenti ta' tag\u0127lim u tiddependi minn \u0127afna fatturi esterni u interni, b\u0127all-et\u00e0, il-post, it-tip, u \u010b-\u010birkostanzi li fihom tinsab il-persuna, kif ukoll il-motivazzjoni tal-persuna li qieg\u0127da titg\u0127allem.", "Kif il-persuna tikseb dawn il-lingwi jista' jvarja \u0127afna.", "Tista' titg\u0127allem il-lingwi fl-istess \u0127in b\u0127al meta \u017c-\u017cew\u0121 \u0121enituri jitkellmu lingwi differenti jew wara xulxin b\u0127al meta t-tifel jew tifla jitg\u0127allmu l-ewwel il-lingwa nattiva tag\u0127hom u wara jitg\u0127allmu lingwa o\u0127ra l-iskola.", "L-akkwist jista' jsir bla gwida pere\u017cempju fil-kuntest ta' komunikazzjoni ta' kuljum jew jista' jkun ikkontrollat, pere\u017cempju permezz ta' lezzjonijiet .", "Wie\u0127ed jista' wkoll jiddistingwi bejn multilingwi\u017cmu simmetriku u asimmetriku.", "Fl-ewwel ka\u017c wie\u0127ed ikun tal-istess livell fil-lingwi li jitkellem waqt li fil-ka\u017c ta' asimmetrija wie\u0127ed ikollu \u0127akma ta' lingwa (jew xi lingi) i\u017cjed minn tal-o\u0127rajn.", "Il-multilingwi\u017cmu individwali g\u0127andha \u0127afna kaw\u017ci; pere\u017cempju, l-g\u0127ixien fi\u017c-\u017coni tal-fruntiera tal-lingwi f're\u0121juni lingwistikament im\u0127allta, l-g\u0127ixien flimkien u \u017c-\u017cwie\u0121 ma' sie\u0127eb jew sie\u0127ba li titkellem lingwa barranija, a\u010b\u010bess g\u0127all-Edukazzjoni G\u0127olja, s\u0127ubija f'reli\u0121jon, e\u010b\u010b (Yilmaz, 2004).", "Il-multilingwi\u017cmu territorjali jirriferi g\u0127all-pre\u017cenza simultanja ta' g\u0127add ta' lingwi f'territorju wie\u0127ed.", "Il-Multilingwi\u017cmu so\u010bjetali jirreferi g\u0127al meta jkun hemm interpenetrazzjoni tal-komunitajiet tal-lingwa.", "F'dan il-ka\u017c individwi jag\u0127mlu u\u017cu minn aktar minn lingwa wa\u0127da fil-\u0127ajja ta' kuljum.", "Dan ji\u0121ri, pere\u017cempju meta l-fruntieri tar-re\u0121juni lingwisti\u010bi ma jkunux ri\u0121idi.", "Jkun hemm multilingwi\u017cmu istituzzjonali meta istituzzjoni jkollha g\u0127add ta' lingwi uffi\u010bjali.", "Fl-I\u017cvizzera, pere\u017cempju, is-servizzi pubbli\u010bi nazzjonali u kantonali ji\u0121u pprovduti f'g\u0127add ta' lingwi differenti u t-tiketti fuq l-ikel huma miktuba bi tliet lingwi.", "L-u\u017cu tal-lingwa hu mifrux fuq diversi oqsma, pere\u017cempju wie\u0127ed jista' jitkellem fuq ix-xog\u0127ol b'mod differenti minn mal-familja u \u0127bieb, fuq ix-xog\u0127ol b'xi lingwa standard u d-dar b'djalett tal-istess lingwa.", "Din tissejja\u0127 diglossija.", "Dan it-terminu jintu\u017ca wkoll anki jekk i\u017c-\u017cew\u0121 lingwi ma jkollomhomx l-istess ba\u017ci, b\u0127al meta immigrant ju\u017ca l-lingwa nattiva tieg\u0127u spiss.", "Hemm diversi kaw\u017ci g\u0127al multilingwi\u017cmu.", "Fil-parti l-kbira dawn huma ta' natura politika u storika.", "Wa\u0127da mill-kaw\u017ci l-iktar importanti hi l-espansjoni ta' pajji\u017c bil-kolonizzazzjoni.", "\"F'konkwista territorjali il-pajji\u017c rebbie\u0127 i\u0121\u0121ib mieg\u0127u il-lingwa tieg\u0127u fil-pajji\u017c mirbu\u0127 u jda\u0127\u0127alha hemm bil-forza.\"", "( Roos, 2005, p.5).", "Dan pere\u017cempju \u0121ara fil-konkwisti kolonjali Brittani\u010bi u Fran\u010bi\u017ci fl-Afrika.", "G\u0127alkemm issa li-pajji\u017ci konkwisti m'g\u0127adhomx kolonji aktar, madankollu l-Ingli\u017c u l-Fran\u010bi\u017c huma stabbiliti u saru il-lingwi uffi\u010bjali ta' dawk il-pajji\u017ci.", "\"G\u0127andu jing\u0127ad ukoll li l-qsim arbitrarju tal-Afrika mill-potenzi kolonjali kkontribwixxa g\u0127all-fatt li l-istati issa hemm fihom g\u0127add ta' gruppi lingwisti\u010bi peress li l-fruntieri statali ma jaqblux mal-konfini tribali fl-intern ta;-istat.", "G\u0127alhekk, waqt li qabel l-inva\u017cjoni kolonjali, kull trib\u00f9 kellu l-pajji\u017c u l-lingwa tieg\u0127u, issa l-gruppi lingwisti\u010bi differenti huma mifruxa mad-diversi t-territorji u dan jo\u0127loq multilingwi\u017cmu mhux biss bil-kuntatt bejn l-Ingli\u017c u l-Fran\u010bi\u017c u l-lingwi indi\u0121eni i\u017cda wkoll bil-kuntatt bejn il-lingwi indi\u0121eni stess.\"", "(Roos, 2005, p.5).", "Kaw\u017ca o\u0127ra tal-multilingwi\u017cmu hi l-migrazzjoni, nies li jemigraw lejn pajji\u017c fejn jing\u0127aqdu ma' minoranza lingwistika.", "Sabiex ji\u0121u integrati f'dan il-pajji\u017c, spiss je\u0127tie\u0121 li l-immigranti jitg\u0127allmu l-lingwa tal-pajji\u017c li tkun barranija g\u0127alihom.", "It-tielet kaw\u017ca tal-\u0127olqien tal-multilingwi\u017cmu hi l-unifikazzjoni politika ta' territorju.", "Sikwit grupp etniku jistabillixi lingwa wa\u0127da b\u0127ala l-lingwa tal-istat biex isa\u0127a\u0127 l-unifikazzjoni tieg\u0127u.", "E\u017cempju ta' din is-sitwazzjoni nistg\u0127u narawh fi\u010b-\u010aina.", "Hemmhekk il-Mandarin hu lingwa statali u universali, madankollu, fi\u010b-\u010aina je\u017cistu \u0127afna lingwi o\u0127ra.", "Barra minn dawn, l-Ewropizzazzjoni u l-globalizzazzjoni tal-politika u l-ekonomija g\u0127andha rwol importanti fl-i\u017cvilupp tal-multilingwi\u017cmu.", "Qieg\u0127ed jidher i\u017cjed u i\u017cjed li l-\u0127ila li wie\u0127ed ikun jaf jitkellem b'g\u0127add ta' lingwi, hi \u0127tie\u0121a ba\u017cika fl-edukazzjoni vokazzjonali moderna.", "\"L-abbilt\u00e0 multilingwi min-na\u0127a ta\u010b-\u010bittadini tal-pajji\u017ci Ewropej hi me\u0127tie\u0121a mill-pro\u010bessi ta' integrazzjoni fl-Unjoni Ewropea.\"", "(Albayrak, 2007, p.7).", "Dan g\u0127andu impatt kbir fuq l-iskejjel, li g\u0127andhom l-inkarigu li j\u0127ejju t-tfal g\u0127all-futur.", "Fil-kuntest tal-globalizzazzjoni, il-multilingwi\u017cmu u l-poliglossija qed isiru dejjem aktar kun\u010betti importanti biex nifhmu \u0127afna bidliet so\u010bjali:", "B'reazzjoni g\u0127all-globalizzazzjoni jista' jag\u0127mel sens li ninkura\u0121\u0121ixxu t-tag\u0127lim ta' g\u0127add ta' lingwi kmieni fit-tfulija u li ninvestigaw fenomeni spe\u010bifi\u010bi b\u0127all-qlib tal-kodi\u010bi lingwistiku.", "Il-qlib tal-kodi\u010bi hu \"l-bidla bejn lingwi differenti minn kelliema bilingwi u/jew multilingwi skont il-\u0127ti\u0121ijiet tas-sitwazzjoni tal-komunikazzjoni\" (Bu\u00dfmann 1990 u F\u00f6ldes 2005, S. 210 ff.", "\"Kode-Umschaltung\").", "Waqt li qabel dan il-fenomenu kien meqjus minn kul\u0127add b\u0127ala xi \u0127a\u0121a \u0127a\u017cina, illum xi w\u0127ud iqisuh b\u0127ala l-\u0127ila tal-kelliema multilingi li jadattaw g\u0127al diversi modi ta' kommunikazzjoni bil-kliem (Ara Chilla, Rothweilweiler u Babur).", "Il-multilingwi\u017cmu jista' jinkiseb b'\u017cew\u0121 modi differenti: B'mod mhux ikkontrollat \u200b\u200b(jew naturali) jew ikkontrollat (\u200b\u200bpermezz tat-tag\u0127lim formali).", "Madankollu id-distinzjoni bejn il-ksib ikkontrollat u mhux mhijiex dejjem \u010bara.", "I\u017c-\u017cew\u0121 g\u0127a\u017cliet huma spiss marbutin flimkien u dan jiddependi mill-pajji\u017c.", "Per e\u017cempju, jekk il-klassijiet jin\u017cammu f'pajji\u017c fejn jitkellmu bil-lingwa X dawk li qeg\u0127din jitg\u0127allmu l-lingwa X \u0127a jkollhom kuntatt f'ambjent naturali ma' min jitkellem il-lingwa X b\u0127ala lingwa nattiva.", "Il-ksib tal-lingwa jse\u0127\u0127 ukoll b'mod mhux ikkontrollat permezz tas-smig\u0127 u t-ta\u0127dit.", "Dan japplika wkoll g\u0127at-tfal migranti.", "Per e\u017cempju, dawn jitg\u0127allmu l-lingwa tal-pajji\u017c ospitanti fl-iskola (b'mod ikkontrollat), u fit-ta\u0127lit ma' s\u0127abhom (mod mhux ikkontrollat).", "Ribeaud tispjega li l-ewwel ksib tal-lingwa hu bla kontroll.", "It-trabi sa meta jkollhom tliet snin jitg\u0127allmu mill-\u0121enituri, \u0127uthom u l-familja, jixorbu l-lingwa qishom spon\u017ca.", "It-tfal jitg\u0127allmu indirettament, b\u0127al meta jisimg\u0127u il-\u0121enituri jitkellmu ming\u0127ajr ma jkunu qeg\u0127din jindirizzawhom.", "Niddistingwu \u017cew\u0121 possibilitajiet fil-kisba naturali ta' g\u0127add ta' lingwi.", "Jekk it-tfal jiksbu t-tieni lingwa fl-istess \u0127in mal-ewwel lingwa, din ng\u0127idulha akkwist bilingwu tal-ewwel lingwi (sal-et\u00e0 ta' tliet snin).", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra t-tfal jistg\u0127u jiksbu lingwa meta jkunu ikbar jew adulti (Riehl 2004).", "Il-kisba ta' \u017cew\u0121 lingwi nattivi jew i\u017cjed fl-istess \u0127in \u0121eneralment ti\u0121ri f'dawn l-ambjenti (Romaine 1995).", "Riehl jispjega l-prin\u010bipju ta' \"persuna wa\u0127da, lingwa wa\u0127da\" fil-familji ta' lingwi m\u0127allta.", "Hawn kull \u0121enitur ikellem it-tfal bil-lingwa nattiva tieg\u0127u u hekk il-lingwa tkun marbuta ma' persuna spe\u010bifika.", "It-tfal jiddistingwu bejn il-lingwa tal-missier u l-lingwa tal-omm fil-bini tal-lessiku multilingwi.", "Dan isir diffi\u010bli jekk wie\u0127ed mis-s\u0127ab ikun jaf lingwa wa\u0127da biss, u g\u0127alhekk jit\u0127alla barra mill-konver\u017cazzjoni mas-sie\u0127eb l-ie\u0127or.", "Meta jintu\u017ca dan il-prin\u010bipju ta' \"persuna wa\u0127da, lingwa wa\u0127da\", it-tfal jitg\u0127allmu kmieni \u0127afna jitkellmu b'lingwi differenti.", "G\u0127at-tfal immigranti li fil-familja jitkellmu lingwa wa\u0127da u jitrabbew f'ambjent differenti, importanti \u0127afna li l-\u0121enituri jitkellmu l-lingwa tag\u0127hom u ma j\u0127alltux il-lingwi.", "Fil-ka\u017c tal-akkwist mhux ikkontrollat \u200b\u200b(naturali) tat-tieni lingwa, it-tfal g\u0127andhom \u017cew\u0121 modi biex jitg\u0127allmu l-lingwa \u0121dida.", "Min-na\u0127a wa\u0127da t-tfal jistg\u0127u jiksbu t-tieni lingwa meta jkunu \u017cg\u0127ar fl-istess \u0127in mal-ewwel lingwa.", "Din isej\u0127ulha \"kisba bilingwali tal-ewwel lingwi\" (sal-et\u00e0 ta' tliet snin).", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, il-lingwa tista' tinkiseb fi stadju aktar tard, minn tfal ikbar minn tliet snin.", "Per\u00f2 din il-possibbilt\u00e0 tal-a\u0127\u0127ar i\u0121\u0121ib \u010bertu problemi mag\u0127ha.", "Meta meta wie\u0127ed jitg\u0127allem il-lingwa aktar tard il-\u0127akma l-a\u010b\u010bent tal-lingwa ma tantx hu possibbli.", "G\u0127alhekk f'dan il-ka\u017c ng\u0127idu li hemm \"perjodu kritiku\" g\u0127all-akkwist ta' g\u0127add ta' lingwi (Riehl, 2004) .", "G\u0127alkemm il-lingwa wie\u0127ed jista' jitg\u0127allimha b'immersjoni f'so\u010bjet\u00e0 b'lingwa differenti, l-akkwist tal-lingwa f'dan il-ka\u017c normalment isir f'istituzzjonijiet pere\u017cempju l-iskola.", "L-istess japplika bil-kontra g\u0127all-ewwel lingwa: it-tfal tal-immigranti, dawn l-iskola normalment jitg\u0127allmu biss il-lingwa tal-pajji\u017c ospitanti b\u0127ala lingwa miktuba u l-lingwa nattiva spiss tibqa' biss \"lingwa tad-dar\".", "Din taffettwa l-g\u0127add kbir ta' migranti fid-dinja.", "It-tfal jikbru f'pajji\u017c b'lingwa differenti u jkunu jafu jiktbu b'dik il-lingwa biss.", "Il-\"multilingwi\u017cmu ibbilan\u010bjat\" jinkiseb biss meta wie\u0127ed jitg\u0127allem jikteb bi\u017c-\u017cew\u0121 lingwi, ji\u0121ifier jekk it-tfal imorru skola bilingwi jew b'dik li jsej\u0127ulha \"edukazzjoni immerssiva\" (Riehl, 2004).", "Fil-ka\u017c ta' \"edukazzjoni immersiva\", l-istudenti \"jintefg\u0127u f'banju lingwistku\" li fih is-su\u0121\u0121etti l-o\u0127ra ji\u0121u mg\u0127allma b'lingwi differenti.", "Dawn il-programmi ta' immersjoni jistg\u0127u jvarjaw \u0127afna.", "\"(Riehl, 2004).", "It-teoristi j\u0127arsu lejn il-multilingwi\u017cmu minn \u017cew\u0121 perspettivi.", "Min-na\u0127a tisat' tqisu b\u0127ala \u017cvanta\u0121\u0121 g\u0127as-so\u010bjet\u00e0, u min-na\u0127a l-o\u0127ra jipprovdu numru ta' vanta\u0121\u0121i DAR.", "Hawn ni\u010b\u010baraw il-vanta\u0121\u0121i tal-multilingwi\u017cmu.", "Vanta\u0121\u0121 \u010bar tal-multilingwi\u017cmu hu \u017c-\u017cieda fil-\u0127ila tal-komunikazzjoni so\u010bjali (Reimann, 2009).", "L-ewwelnett, dan jippromwovi skambju internazzjonali (Roth, 2006) billi nies b'lingwi nattivi differenti u minn pajji\u017ci differenti xorta jistg\u0127u jifhmu 'l xulxin u jikkomunikaw f'\u0127afna sitwazzjonijiet.", "Il-fa\u010bilt\u00e0 ta' komunikazzjoni ti\u017cdied mhux biss 'il barra imma wkoll 'il \u0121ewwa: F'kumpanija l-possibbilt\u00e0 ta' ftehim ti\u0121i promossa u peress li l-komunikazzjoni bejn il-ma\u0121\u0121oranza u l-minoranza ssir possibbli, l-interazzjoni ssir ukoll possibbli u b'dan il-mod, l-integrazzjoni tal-minoranzi fil-parte\u010bipazzjoni fil-kumpanija ssir i\u017cjed fa\u010bli (Roth, 2006).", "Il-lingwi li wie\u0127ed jitkellem, jistg\u0127u jaqduh b'\u0127afna modi b\u0127ala ri\u017cors lingwistiku.", "It-tfal u \u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li jitrabbew b'g\u0127add ta' lingwi, jidraw minn kmieni il-kuntrast bejn il-lingwi u hekk jistabbilixxu kuxjenza meta-lingwistika.", "Dan huwa ta' vanta\u0121\u0121 g\u0127alihom meta ji\u0121u biex jitg\u0127allmu lingwi \u0121odda u minnhom strutturi lingwisti\u010bi \u0121odda (Roth, 2006).", "Kif jispjega Riehl (2006), il-vanta\u0121\u0121 tal-multilingwi\u017cmu fit-tag\u0127lim ta' lingwi \u0121odda mhux qieg\u0127ed biss fit-tisfir tal-lingwa, i\u017cda wkoll fl-g\u0127arfien metalingwistiku.", "In-nies multilingwi kif jitg\u0127allmu xi lingwa \u0121dida mill-ewwel jistg\u0127u ju\u017caw strate\u0121iji lingwisti\u010bi differenti li jie\u0127du mill-multilingwi\u017cmu tag\u0127hom (b\u0127all-parafra\u017ci u l-\"code-switching\"), dawn jiffokaw b'aktar kunfidenza fuq it-testi u jistg\u0127u jag\u0127mlu tfittxija i\u017cjed ristretta g\u0127al strutturi u kliem familjari.", "Jistg\u0127u wkoll jiddeterminaw a\u0127jar il-limiti tal-kliem u jifhmu a\u0127jar ir-regoli grammati\u010bi, peress li hu aktar probabbli li jag\u0127tu attenzjoni g\u0127al dawn l-aspetti min-nies monolingwi (Riehl, 2006).", "Studji differenti fir-ri\u010berka tal-mo\u0127\u0127 (cf. Franceschini, 2001) juru b'mod \u010bar li l-multilingwi\u017cmu bikri (mill-et\u00e0 ta' sitt snin) juri vanta\u0121\u0121i konsiderevoli fit-tag\u0127lim ta' lingwi \u0121odda.", "Il-lingwi l-o\u0127ra jistg\u0127u ji\u0121u konnessi mal-oqsma tal-lingwi e\u017cistenti u b'hekk it-tag\u0127lim isir i\u017cjed fa\u010bli (Riehl, 2006).", "Fi studji i\u017cjed fil-fond fil-psikolin\u0121wistika sabu li hemm konnessjoni distintiva bejn il-konsapevolezza metalingwistika u t-tag\u0127lim tal-qari.", "Wie\u0127ed minn dawn l-istudji (ara Clyne, 2005) wera li t-tfal multilingwi fil-qari jkunu xi ftit xhur 'il quddiem mit-tfal monolingwi.", "Il-multilingwi\u017cmu \u0121\u0121ib mieg\u0127u aktar aspetti prammati\u010bi lingwisti\u010bi.", "Il-bilingwi\u017cmu u l-multilingwi\u017cmu jift\u0127u l-mo\u0127\u0127 tal-individwu.", "Dan jirrigwarda parzjalment il-kapa\u010bit\u00e0 li wie\u0127ed jifhem kulturi o\u0127ra, i\u017cda wkoll l-opportunitajiet edukattivi o\u0127ra.", "Li wie\u0127ed ikun jaf jitkellem u jifhem g\u0127add ta' lingwi, g\u0127andu \u0127afna vanta\u0121\u0121i fil-qasam edukattiv u professjonali (Roth, 2006).", "Meta jfisser dan aspett prammatiku tal-lingwa Riehl (2006) jitkellem dwar il-\"vista differenzjata tad-dinja\" tan-nies l-multilinqwi g\u0127ax dawn jistg\u0127u i\u0127arsu minn \"g\u0127ajnejn lingwi o\u0127ra\" u hekk jistg\u0127u ikollhom perspettivi o\u0127ra u jkunu i\u017cjed flessibbli f'g\u0127emilhom.", "Il-multilingwi\u017cmu li jirri\u017culta mill-migrazzjoni huwa spiss meqjus b\u0127ala \u017cvanta\u0121\u0121, u fil-letteratura din l-opinjoni dwar id-diffikultajiet tal-multilingwi\u017cmu nsibuha spiss.", "Stoelting (1980) isostni li l-multilingwi\u017cmu mhuwiex fin-natura tal-bniedem.", "A\u0127na organi\u017cmi monolingwi u kontra n-natura tag\u0127na li nitg\u0127allmu u nitkellmu b'aktar minn lingwi wa\u0127da (Ostendoerfer, 2009).", "Wa\u0127da mid-diffikultajiet tal-multilingwi\u017cmu huwa l-mod li jwassal g\u0127alih.", "It-tieni jew it-tielet lingwa jiswewlu \u0127afna \u0127in lil min jitg\u0127allimhom.", "Dan jirrappre\u017centa sforz kbir, li spiss ise\u0127\u0127 akkost ta' attivitajiet o\u0127ra u dan jiskura\u0121\u0121ixxi \u0127afna nies milli jitg\u0127allmu lingwi o\u0127ra (Krieger, 2011).", "Skont il-kuntest li wie\u0127ed jag\u0127\u017cel biex jitg\u0127allem, hemm ispejje\u017c differenti, b\u0127al, fost o\u0127rajn, korsijiet tal-lingwa u kotba biex jg\u0127inu l-pro\u010bess tat-tag\u0127lim.", "Meta inti titg\u0127allem ilsna differenti u titkellimhom, skont Krieger (2011), jidher \u010bar li l-lingwi jinfluwenzaw lil xulxin.", "Dan iwassal biex tiddg\u0127ajjef l-affinit\u00e0 mal-lingwa, g\u0127aliex bniedem multilingwi qatt ma jista' jikkon\u010bentra fuq lingwa wa\u0127da ming\u0127ajr ma jorjenta ru\u0127u bl-istess mod meta jitkellem jew jikteb bil-lingwi l-o\u0127ra.", "Hemm fatturi o\u0127ra li jistg\u0127u ji\u0121u affettwati \u0127a\u017cin mill-multilingwi\u017cmu pere\u017cempju jista' jkun hemm in\u010bertezza fl-espressjoni u \u010bertu faqar fil-vokabularju.", "Dan dovut g\u0127all-fatt li l-vokabularju u l-grammatika l-\u0127in kollu jinqalbu minn lingwa g\u0127all-o\u0127ra f'mo\u0127\u0127 min jitkellimhom.", "Skont Eichinger (1994) komunit\u00e0 tin\u017camm flimkien permezz ta', fost o\u0127rajn, il-lingwa ta' kull parte\u010bipant.", "Allura, fejn jitkellmu b'g\u0127add ta' lingwi, il-komunit\u00e0 mhijiex qawwija daqs grupp ta' nies li jitkellmu b'lingwa wa\u0127da biss.", "F'dan il-ka\u017c, l-g\u0127aqda tkun aktar qawwija u l-poplu aktar konxju.", "Madankollu, dan l-aspett negattiv tal-multilingwi\u017cmu irridu nibbalin\u010bjawh mal-fattur po\u017cittiv fl-integrazzjoni u l-parte\u010bipazzjoni tal-membri ta' so\u010bjet\u00e0 permezz tal-multilingwi\u017cmu li semmejna i\u017cjed 'il fuq ta\u0127t \"Il-vanta\u0121\u0121i tal-multilingwi\u017cmu\".", "G\u0127al darb'o\u0127ra, b'kuntrast mal-vanta\u0121\u0121i tal-multilingwi\u017cmu li ddiskutejna hawn fuq, skont Roth (2006) u Eichinger (1994) il-multilingwi\u017cmu jista' jkun barriera lingwistika g\u0127al xi nies.", "Billi bniedem multilingwi qatt ma jista' jitkellmu bil-lingwi b'\u010bertezza fissa (g\u0127aliex il-lingwi kollha jinfluwenzaw lil xulxin), dan jista' jwassal g\u0127all-fatt li \u0127add ma jista' jikkomunika b'mod effettiv ma' \u0127add ie\u0127or f'so\u010bjet\u00e0 multilingwi.", "Rigward il-familji migranti, din i\u017c\u017commhom lura mill-integrazzjoni u l-parte\u010bipazzjoni fis-so\u010bjet\u00e0.", "Il-Bilingwi\u017cmu f'Malta tul is-sekli== L-istorja tixhed li lingwistikament Malta dejjem a\u0121\u0121ornat ru\u0127ha mal-\u0127ti\u0121ijiet tal-Ewropa tal-Mediterran.", "Fi-tgerbiba tal-\u0121rajja ta' Malta jidher li minn dejjem kien hawn xi element barrani ja\u0127dem fuq il-lingwa tul il-perjodi differenti kollha \u0127alliet jid\u0127lu bosta \u017cidiet non-Semiti\u010bi me\u0127tie\u0121a g\u0127all-komunikazzjoni sempli\u010bi \u2013 \u017cidiet li kkontribwew g\u0127all-wirt lingwistiku tal-Maltin.", "Dawn i\u017c-\u017cidiet donnhom jindikaw li fost missirijietna wkoll kin hawn element ta' bilingwi\u017cmu.", "Anzi nasa ng\u0127idu li l-bilingwi\u017cmu f'Malta kien minn \u017cmien \u017cem\u017cem g\u0127odda qawwija fl-i\u017cvilupp politico-so\u010bjali tan-nazzjon.", "Mid-dokumenti uffi\u010bjali ma\u0127\u017cuna fil-bibjoteka u mid-diversi ri\u010berki li saru sa issa ninteb\u0127u li minn dejjem kien hawn l-ilsien uffi\u010bjali li l- \u0127akkiema \u0127addmu fl-amministrazzjoni tal-g\u017cejjer, u mag\u0127ha wkoll kien hawn l-ilsien tal-poplu, mitkellem u ftit li xejn miktub.", "Wie\u0127ed ukoll irid i\u017comm f'mo\u0127\u0127u li interferenza minn ilsien g\u0127al ie\u0127or x'aktarx li tindika u\u017cu m\u0127allat u fit-tul tal-ilsien fl-istess sitwazzjoni."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13912", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13912", "title": "Francesco Totti", "text": ["Francesco Totti", "Francesco Totti (Ruma, 27 ta' Settembru 1976) huwa futboler Taljan li jilg\u0127ab b\u0127ala attakkant mat-tim ta' Roma."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13913", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13913", "title": "Bra\u017cil", "text": ["Bra\u017cil", "Il-Bra\u017cil (Portugi\u017c: \"Brasil\"), huwa l-akbar pajji\u017c fl-Amerika Latina.", "Huwa l-\u0127ames l-ikbar pajji\u017c fid-dinja, kemm b\u0127ala art kif ukoll b\u0127ala popolazzjoni, b'iktar minn 193 miljun ru\u0127.", "Bl-O\u010bean Atlantiku fil-Lvant, il-Bra\u017cil g\u0127andu kosta twila 7,491 km (4,655 mil).", "Fit-tramuntana g\u0127andu tmiss mieg\u0127u il-Vene\u017cwela, il-Gujana, is-Surinam u l-Gujana Fran\u010bi\u017ca; fil-majjistral il-Kolumbja; fil-punent il-Bolivja u l-Peru; fil-lbi\u010b l-Ar\u0121entina u l-Paragwaj u fin-nofsinhar l-Urugwaj.", "It-territorji Bra\u017ciljan g\u0127andu ukoll \u0127afna ar\u010bipelagi, fosthom Fernando de Noronha, Rocas Atoll, Saint Peter and Paul Rocks, u Trindade and Martim Vaz.", "Il-pajji\u017ci kollha tal-Amerika t'Isfel, barra l-Ekwador u \u010b-\u010aili, imissu mal-Bra\u017cil.", "Il-Bra\u017cil kien kolonja tal-Portugall mill-wasla ta' Pedro \u00c1lvares Cabral fl-1500, sal-1815, meta saret saltna b\u0127ala parti mir-Renju Unit tal-Portugal, Bra\u017cil u l-Algarvi.", "Ir-rabta imperjali infatti kienet di\u0121\u00e0 nqatg\u0127et fl-1808 meta l-belt l-kapitali ta' dan l-Imperu \u0121iet trasferita minn Li\u017cbona g\u0127al Rio de Janeiro, wara li Napuljun invada l-Portugall.", "L-indipendenza inkisbet fl-1822 bit-twaqqif tal-Imperu tal-Bra\u017cil, stat unitarju b'monarkija u sistema parlamentai.", "Fl-1889 sar repubblika parlamentari wara kolp ta' stat militari.", "Fl-1988, il-Bra\u017cil sar repubblika federali, iffurmara mid-Distrett Federali, 26 Stat u 5,564 Muni\u010bipalit\u00e0.", "L-ekonomija Bra\u017ciljana hija s-seba' l-ikbar fid-dinja kemm fil-Prodott Gross Domestiku nominali u kemm fil-parit\u00e0 tal-poter ta' akkwist.", "G\u0127andu wa\u0127da mill-ekonomiji li qed jikbru bl-i\u017cjed rata mg\u0127a\u0121\u0121la u r-riformi ekonomi\u010bi li saru ri\u010bentament il-pajji\u017c kisbulu rikonoxximent u influwenza internazzjonali \u0127afna i\u017cjed milli kellu.", "L-isem \"Bra\u017cil\" \u0121ej mill-\"pau-brasil\" (\"Caesalpinia echinata\"), si\u0121ra li qabel kienet tikber \u0127afna mal-kosta Bra\u017ciljana.", "\"Pau\" bil-Portugi\u017c tfisser \"g\u0127uda\" u brasil jg\u0127idu li \u0121ejja minn brasa, li bil-Portugi\u017c tfisser \"\u0121amra\".", "Billi l-\"pau-brasil\" jipprodu\u010bi \u017cebg\u0127a \u0127amra qawwija, dan kien i\u0121ib prezz tajjeb fl-industrija tad-drappijiet fl-Ewropa u kien l-ewwel prodott tal-Bra\u017cils fruttat kummer\u010bjalment.", "Matul is-seklu sittax, il-popli indi\u0121eni (l-iktar it-Tupi) kienu jaqtg\u0127u \u0127afna minn dan l-injam u jbig\u0127uh lin-negozjanti Ewropej (l-aktar Portugi\u017ci, i\u017cda ukoll Fran\u010bi\u017ci) u dawn kienu jag\u0127tuhom \u0127wejje\u0121 ta' konsum mill-Ewropa.", "Fid-dokumenti Portugi\u017ci, l-isem uffi\u010bjali tal-art kien \"l-Art tas-Salib Imqaddes\" imma l-ba\u0127rin u kummer\u010bjanti Ewropej kienu jsibuha b\u0127ala \"l-Art tal-Bra\u017cil\" (\"Terra do Brasil\") min\u0127abba n-negozju tal-\"Pau-Brasil\".", "Xi ba\u0127rin tal-bidu kienu jsej\u0127ulha ukoll \"l-Art tal-Pappagalli\" (\"Terra di Papaga\").", "Fl-ilsien Guarani, il-Bra\u017cil jissejja\u0127 \"Pindorama\".", "Dan kien l-isem li l-popolazzjoni indi\u0121ena tat lir-re\u0121jun, u jfisser \"l-art tas-si\u0121ar tal-palm\".", "L-eqdem fu\u0127\u0127ar li nstab fl-Emisfera tal-Punent, g\u0127andu 8,000 sena, u \u0121ie skavat fil-ba\u010bin tal-Ama\u017conja fil-Bra\u017cil, qrib Santarem tal-lum, u hekk intwera li r-re\u0121jun tal-foresta tropikali kellu kultura presitorika kumplessa; fir-re\u0121jun kienu jg\u0127ixu mijiet ta' tribujiet nativi, bl-eqdem wie\u0127ed imur lura 10,000 sena fl-in\u0127awi muntanju\u017ci ta' Minas Gerais.", "It-territorju ta' dak li llum huwa l-Bra\u017cil kellu daqs 2,000 trib\u00f9, \u0127afna minnhom semi-nomadi\u010bi li kienu jg\u0127ixu mill-ka\u010b\u010ba, sajd, \u0121bir ta' frott u agrikultura sta\u0121onali.", "Il-popolazzjoni indi\u0121ena tal-Bra\u017cil kienet maqsum f'nazzjonijiet mag\u0127mula minn \u0127afna gruppi etn\u010bi fosthom it-Tupi, il-Guaran\u00ec, il-G\u00eas u l-Arawaki.", "Qabel ma waslu l-Ewropej, dawn kienu jissieltu \u0127afna bejniethom, min\u0127abba differenzi kulturali, lingwisti\u010bi u morali.", "Dawn kienu jispi\u010b\u010baw fi gwerer kbar fuq l-art u fuq il-ba\u0127ar, u b'kannibali\u017cmu ritwali fuq il-pri\u0121unieri tal-gwerra.", "Meta waslu l-Portugi\u017ci fl-1500 lin-nativi rawhom b\u0127ala \"slava\u0121 tajba\", u mill-ewwel bdew jit\u0127alltu fi\u017c-\u017cwie\u0121 mag\u0127hom.", "Il-\u0121lied tribali, il-kannibali\u017cmu u t-tfittxija g\u0127all-\"brazilwood\" wasslu lill-Portugi\u017ci biex jikkonvin\u010bu ru\u0127hom li kellhom ji\u010b\u010bivilizzaw il-popolazzjoni indi\u0121ena.", "I\u017cda l-Portugi\u017ci, bla ma kienu jafu \u0121abu l-mard mag\u0127hom, li kontrieh in-nies indi\u0121eni ma setg\u0127u jag\u0127mlu xejn g\u0127ax ma kinux immuni minnu.", "\u0126osba, \u0121idri, tuberkolo\u017ci, gonorrea, u influwenza qatlu g\u0127axriet ta' eluf.", "Dan il-mard infirex mar-rotot kollha kummer\u010bjali tal-indi\u0121eni, u tribujiet s\u0127a\u0127 inqerdu bla ma qatt kienu \u0121ew f'kuntatt dirett mal-Ewropej.", "L-Imperu Portugi\u017c okkupa l-Bra\u017cil fit-22 ta' April 1500, bil-wasla tal-flotta Portugi\u017ca mmexxija minn Pedro \u00c1lvares Cabral.", "Il-Portugi\u017ci ltaqg\u0127u ma' popli indi\u0121eni maqsumin f'\u0127afna tribuijiet.", "Minkejja li l-ewwel insedjament sar fl-1532, il-kolonizzazzjoni vera bdiet fl-1534, meta r-Re Dom Jo\u00e3o III tal-Portugal qasam it-territorju fi tnax -il Kolonja Awtonoma.", "Fl-1549 saret struttura \u0121dida u n\u0127oloq il-Gvern \u0120enerali tal-Bra\u017cil, kolonja wa\u0127da \u010bentralizzata.", "Fl-ewwel \u017cew\u0121 sekli l-indi\u0121eni u l-Ewropej g\u0127exu fi \u0121lied kontinwu u meta kienu jag\u0127mlu alleanza dan kien biex japprofittawhom ru\u0127hom minn xulxin.", "Minn nofs is-seklu sittax, iz-zokkor sar l-iktar prodott komuni ta' esportazzjoni, u l-iskjavi suwed Afrikani saru l-ikbar importazzjoni biex ja\u0127dmu fil-pjanta\u0121\u0121uni tal-kannamieli taz-zokkor.", "Fi tmiem is-seklu sbatax l-esportazzjoni taz-zokkor bdiet tonqos u l-iskopert\u00e0 tad-deheb mill-\"bandeirantes\" saret is-sinsla l-\u0121dida tal-ekonomija Bra\u017ciljana, u wasslet g\u0127all-\u0120irja g\u0127ad-Deheb u \u0121abet eluf ta' abitanti \u0121odda mill-Portugal u mill-kolonji tag\u0127ha.", "F'din l-era, \u0127akmiet o\u0127ra Ewropej ppruvaw jikkolonizzaw partijiet mill-Bra\u017cil, li i\u017cda l-Portugi\u017ci ma \u0127allewx, fosthom il-Fran\u010bi\u017ci f'Rio f'nofs is-seklu sittax, f'Maranh\u00e3o fil-bidu tas-seklu sbatax, u l-Olandi\u017ci f'Bahia u Pernambuco, fil-Gwerra bejn l-Olandi\u017ci u l-Portugi\u017ci, fi tmiem l-Unjoni Iberika.", "Biex il-Portugi\u017ci jibqg\u0127u j\u017commu l-monopolju fil-Bra\u017cil huma g\u0127amlu minn kollox biex ira\u017c\u017cnu u jeqirdu r-ribelljonijiet u r-re\u017cistenza tal-ilsiera, kif \u0121ara fil-\"Quilombo dos Palmares\" fis-seklu sbatax, kif ukoll ira\u017c\u017cnu kull moviment g\u0127all-awtonomija jew independenza, b\u0127al fil-Kumplott ta' Minas fi tmiem is-seklu tmintax."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13919", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13919", "title": "Madre Tere\u017ca ta' Kalkutta", "text": ["Madre Tere\u017ca ta' Kalkutta", "Madre Tere\u017ca ta' Kalkutta (Skopje, 26 ta' Awwissu 1910 - Kalkultta, Indja, 5 ta' Settembru 1997) twieldet f'familja Kattolika Albani\u017ca fi Skopje, illum parti mill-Ma\u010bedonja.", "Ta' 18-il sena dde\u010bidiet li tid\u0127ol fil-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Missjonarji tal-Madonna ta' Loreto.", "Fl-1928 telqet lejn l-Irlanda, u sena wara kienet l-Indja.", "Fl-1931 i\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127a Ine\u017c \u0127adet l-ewwel voti u l-isem \u0121did ta' Swor Marija Tere\u017ca tal-Bambin \u0120es\u00f9 (g\u0127ad-devozzjoni tag\u0127ha lejn il-qaddisa ta' Lisieux), u ta 20 sena kienet tg\u0127allem l-istorja u l-\u0121ografija lil studenti bniet sinjuri fil-kulle\u0121\u0121 tas-sorijiet ta' Loreto f'Entally, \u017cona fil-lvant ta' Kalkutta.", "Wara l-\u0127ajt tal-kunvent kien hemm il-kwartier ta' Motti bl-intiena soffokanti tieg\u0127u, wie\u0127ed mill-ifqar slums ta' Kalkutta, il-mi\u017cbla tad-dinja.", "Mill-bog\u0127od swor Tere\u017ca setg\u0127et tisma' l-\u0127sejjes li kienu jaslu sal-kulle\u0121\u0121 lussu\u017c i\u017cda ma kinitx taf x'kienu.", "Kienu l-wi\u010b\u010b l-ie\u0127or ta' l-Indja, dinja o\u0127ra 'l bog\u0127od minnha, g\u0127allinqas sa dik il-lejla ta' l-10 ta' Settembru 1946, meta kienet f'ferrovija diretta lejn Darjeeling g\u0127all-e\u017cer\u010bizzji spiritwali u hemm \u0121ietha t-\"tieni sej\u0127a\": matul dak il-lejl fra\u017ci baqg\u0127et imwa\u0127\u0127la f'mo\u0127\u0127ha tul il-vja\u0121\u0121 kollu, l-g\u0127ajta mu\u0121ug\u0127a ta' \u0120es\u00f9 msallab: \"G\u0127andi l-g\u0127atx!\"", "Hija kellha t\u0127alli l-kunvent biex tiddedika ru\u0127ha g\u0127all-ifqar fost il-fqar: dawk li huma x-xejn, l-emar\u0121inati f'kollox, l-abbandunati li kuljum kienu jmutu fuq il-bankini ta' Kalkutta, ming\u0127ajr lanqas id-dinjit\u00e0 li jistg\u0127u jmutu fil-pa\u010bi ta dejjem.", "Swor Tere\u017ca \u0127alliet il-kunvent ta' Entally b'\u0127ames rupiji fil-but u s-sari abjad bit-tarf ik\u0127al ta' l-ifqar Indjani, wara kwa\u017ci 20 sena mas-sorijiet ta' Loreto.", "Kien is-16 t'Awissu 1948.", "I\u017c-\u017cg\u0127ira Ine\u017c saret Madre Tere\u017ca.", "Fl-1950 id-djo\u010besi approvat il-kongregazzjoni \u0121dida tag\u0127ha tal-Missjunarji tal-Karit\u00e0.", "Kien is-7 ta' Ottubru, il-festa tar-Ru\u017carju, u mhux b'kumbinazzjoni g\u0127ax g\u0127al Marija hija ddedikata din il-kongregazzjoni \u0121dida.", "L-im\u0127abba profonda ta' Madre Tere\u017ca lejn il-Madonna kellha g\u0127eruq fit-tfulija tag\u0127ha, meta ommha kienet tie\u0127u lilha u lil \u0127utha Lazar u Age l-knisja, i\u017curu l-foqra u jitolbu flimkien ir-ru\u017carju.", "Barra t-tliet voti tal-faqar, kastit\u00e0 u ubbidjenza, kull Missjonarju tal-Karit\u00e0 jie\u0127u ie\u0127or, dak ta' \"servizz gratwit lejn l-ifqar fost il-fqar\".", "Enfasi fuq l-imitazzjoni tal-virtujiet tal-Madonna, spe\u010bjalment l-umilt\u00e0, is-silenzju, u l-karit\u00e0.", "\"I thirst\" (g\u0127andi l-g\u0127atx), hemm miktub fuq il-kur\u010bifiss tal-Casa Madre u f'kull kappella \u2013 f'kull parti tad-dinja \u2013 f'kull dar tal-kongregazzjoni ta' Madre Tere\u017ca.", "Din il-fra\u017ci tat-\"tieni sej\u0127a tag\u0127ha\", ti\u0121bor f'\u017cew\u0121 kelmiet l-ispiritwalit\u00e0 tag\u0127ha.", "Illum il-figura rqiqa ta' Madre Tere\u017ca, il-\u0121isem fra\u0121li tag\u0127ha mg\u0127awwe\u0121 bl-g\u0127ejja tax-xog\u0127ol, u wi\u010b\u010bha mkemmex saru mag\u0127rufin mad-dinja kollha.", "Kull min iltaqa' mag\u0127ha, anke darba, ma jistax jinsieha: id-dija tat-tbissima tag\u0127ha kienet tirrifletti l-im\u0127abba immensa tag\u0127ha.", "Meta hi t\u0127ares lejk, b'dawk g\u0127ajnejha profondi, amorevoli, limpidi, kont t\u0127oss li qed i\u0127arsu lejk l-istess g\u0127ajnejn ta' Alla l-Imbierek.", "Attiva u kontemplattiva fl-istess \u0127in, fiha kien hemm ideali\u017cmu u konkretezza, pragmati\u017cmu u utopja.", "Kienet t\u0127obb tiddefinixxi lilha nnifisha b\u0127ala \"l-lapes \u017cg\u0127ir ta' Alla\", strument \u017cg\u0127ir u sempli\u010bi f'idejh.", "Kienet tag\u0127raf b'umilt\u00e0 li meta l-lapes jispi\u010b\u010ba, il-Mulej jarmih u jafda lil \u0127addie\u0127or il-missjoni appostolika tag\u0127ha: \"Min jemmen fija jag\u0127mel hu ukoll l-g\u0127emejjel li qed nag\u0127mel jien, u ikbar minnhom ukoll\" (\u0120wanni 14, 12).", "Madre Tere\u017ca mietet f'Kalkutta filg\u0127axija tal-\u0120img\u0127a 5 ta' Settembru 1997, fid-9.30.", "Kellha 87 sena.", "Fis-26 ta' Lulju 1999 infeta\u0127 il-pro\u010bess tag\u0127ha ta' beatifikazzjoni, 3 snin qabel suppost; g\u0127alkemm g\u0127all-poplu Madre Tere\u017ca kienet di\u0121\u00e0 qaddisa.", "Nhar id-19 ta' Ottubru 2003, il-Papa \u0120wanni Pawlu II iddikjaraha Beata.", "Il-messa\u0121\u0121 tag\u0127ha huwa dejjem attwali: li kul\u0127add ifittex il-Kalkutta tieg\u0127u, li tinsab ukoll fit-toroq ta' l-O\u010b\u010bident sinjur, fir-ritmu frenetiku ta' l-ibliet tag\u0127na.", "\"Tista' ssib Kalkutta fid-dinja kollha jekk g\u0127andek g\u0127ajnejn biex tara.", "Kull fejn hemm persuni mhux ma\u0127buba, li ma jridhom \u0127add, imwarrbin u minsijin minn kul\u0127add\".", "L-ulied spiritwali tag\u0127ha g\u0127adhom jaqdu lill-\"ifqar fost il-fqar\" fl-orfanotrofji, fil-lebbro\u017carji, fid-djar ta' l-anzjani, ommijiet xebbiet, u moribondi.", "B'kollox qeg\u0127din 5000 f'madwar 600 dar imferrxin madwar id-dinja.", "\"Meta mmut \u2013 kienet tg\u0127id hi \u2013, inkun nista' ng\u0127inkom iktar...\"", "Il-Kumitat Nobel Norve\u0121i\u017c ippremja l-Premju Nobel g\u0127all-Pa\u010bi g\u0127all-1979 lil Madre Tere\u017ca.", "Tletin sena ilu, il-madreOmm Teresa \u0127alliet il-post tat-tag\u0127lim tag\u0127ha fl-iskola tal-bniet Kattolika Rumana f'Kalcutta sabiex tiddedika l-\u0127ajja tag\u0127ha biex ta\u0127dem fost l-ifqar fost il-foqra fil-kwartieri fqar ta' dik il-belt.", "L-ordni Kattolika Rumana li tag\u0127ha issa hi l-kap fl-a\u0127\u0127ar snin estendiet l-attivitajiet tag\u0127ha biex tinkludi g\u0127add ta' bliet Indjani o\u0127ra u partijiet o\u0127ra tad-dinja.", "Meta g\u0127amel l-g\u0127otja, il-Kumitat Nobel Norve\u0121i\u017c esprima r-rikonoxximent tieg\u0127u tal-\u0127idma ta' Madre Tere\u017ca biex i\u0121\u0121ib g\u0127ajnuna biex tbati l-umanit\u00e0.", "Din is-sena d-dinja tatha l-attenzjoni tag\u0127ha fuq il-qag\u0127da mwieg\u0127ra tat-tfal u r-refu\u0121jati, u dawn huma pre\u010bi\u017cament il-kategoriji li g\u0127aliha Madre Tere\u017ca ilha g\u0127al \u0127afna snin \u0127ar\u0121iet hekk.", "Il-Kumitat g\u0127amel enfasi spe\u010bjali fuq l-ispirtu li ispira l-attivitajiet tag\u0127ha u li hija l-espressjoni tan\u0121ibbli ta 'l-attitudni personali u l-kwalitajiet umani tag\u0127ha.", "Karatteristika tal-\u0127idma tag\u0127ha kienet ir-rispett g\u0127all-bniedem individwali, g\u0127ad-dinjit\u00e0 tieg\u0127u u g\u0127all-valur intrinsiku tieg\u0127u.", "L-iktar solitarju, l-aktar \u017cvanta\u0121\u0121u\u017c u l-mewt, f'idejh, ir\u010bivew il-kompassjoni ming\u0127ajr kundanna, ibba\u017cata fuq reverenza g\u0127all-bniedem.", "Fil-ka\u017c ta' Madre Tere\u017ca, din il-filosofija ba\u017cika tal-\u0127ajja hija msejsa sew fil-fidi nisranija tag\u0127ha.", "F'C Calcutta u bnadi o\u0127ra, hija nkludiet l-g\u0127ajnuna ta' assistenti minn denominazzjonijiet reli\u0121ju\u017ci o\u0127ra.", "Hija \u0121iet rikonoxxuta wkoll mill-awtoritajiet Indjani u mis-Segretarju \u0120enerali Asjatiku tan-Nazzjonijiet Uniti, l-U Thant Buddista.", "Din mhix l-ewwel darba li l-Kumitat Nobel Norve\u0121i\u017c ta l-Premju g\u0127all-Pa\u010bi g\u0127ax-xog\u0127ol imwettaq fil-\u0121lieda biex jing\u0127eleb il-faqar u d-dwejjaq fid-dinja, li jikkostitwixxu wkoll theddida g\u0127all-pa\u010bi.", "Huwa r\u010bieva l-Premju tal-Pa\u010bi li\u010b-\u010bampjins tad-drittijiet tal-bniedem, inklu\u017ci dawk li \u0121\u0121ieldu g\u0127all-ugwaljanza razzjali.", "Fl-g\u0127ajnejn tal-Kumitat Nobel Norve\u0121i\u017c, l-isforzi kostruttivi biex jitne\u0127\u0127ew il-\u0121u\u0127 u l-faqar, u biex tkun \u017cgurata g\u0127all-bnedmin aktar sikuri u komunit\u00e0 dinjija a\u0127jar li fiha ji\u017cviluppaw, g\u0127andhom ikunu ispirati mill-ispirtu ta' Madre Teresa, b'rispett g\u0127all-valur u id-dinjit\u00e0 tal-bniedem individwali.", "Oslo, 27 ta' Ottubru, 1979"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13927", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13927", "title": "Alessandro Nesta", "text": ["Alessandro Nesta", "Alessandro Nesta (Ruma, 19 ta' Marzu 1976) huwa futboler Taljan li jilg\u0127ab mal-klabb Kanadi\u017c ta' Montreal Impact.", "Ikkunsidrat b\u0127ala wie\u0127ed mill-aqwa difensuri \u010bentrali ta' kull \u017cmien, hu reba\u0127 it-Tazza tad-Dinja 2006 flimkien mat-tim nazzjonali Taljan.", "Nesta huwa meqjus b\u0127ala wie\u0127ed mill-aqwa difensuri \u010bentrali fid-dinja tal-futbol.", "Huwa difensur velo\u010bi \u0127afna, atletiku u b'sa\u0127\u0127tu.", "Mag\u0127ruf ukoll g\u0127as-sens ta' po\u017cizzjoni li g\u0127andu fil-grawnd u g\u0127all-mod kif janti\u010bipa lil attakkant.", "Rappre\u017centant ta' AS Roma kien g\u0127all-bidu induna bit-talent li jipposjedi Nesta meta kien g\u0127adu tifel, imma missieru ma riedx li ibnu jilg\u0127ab mar-Roma min\u0127abba li hu kellu legami kbar mar-rivali kbar taghhom, SS Lazio.", "Fl-1985, beda l-karriera tieg\u0127u mal-Lazio kif xtaq missieru.", "Fl-1993 il-kow\u010b Zdenek Zeman g\u0127araf it-talent ta' Nesta u g\u0127a\u017clu biex jilg\u0127ab mal-ewwel \u0127dax fis-Serie A. Nesta lag\u0127ab l-ewwel log\u0127ba tieghu kontra Udinese, log\u0127ba li ntemmet 2\u20132.", "Fl-ista\u0121un 1997\u201398, Nesta skorja l-gowl de\u010bi\u017civ li rebba\u0127 il-Coppa Italia lil Lazio konta l-Milan.", "Fl-1998 \u0121ie mag\u0127\u017cul minn Cesare Maldini fl-iskwadra li kellha tirrapre\u017centa lit-tim nazzjonali Taljan \u0121ewwa Franza g\u0127at-Tazza tad-Dinja.", "Waqt it-Tazza tad-Dinja, Nesta we\u0121\u0121a' u kellu jibqa' barra mil-log\u0127ob g\u0127al \u0127ames xhur.", "Ir-ritorn lura tieg\u0127u wasal f'Di\u010bembru tal-1998 fejn kien strumentali fit-ti\u0121rija g\u0127all-kampjonat li ntilef fl-a\u0127\u0127ar \u0121urnata g\u0127al punt biss.", "Fl-1999 bhala kaptan mexxa lit-tim tieg\u0127u g\u0127al rebha fit-Tazza tat-Tazzi u ftit xhur wara g\u0127olla wkoll is-Supercup Ewropea.", "L-ikbar sodisfazzjon g\u0127al Nesta waslet fis-sena ta' wara meta irnexxielu jirba\u0127 kemm il-kampjonat kif ukoll il-Coppa Italia.", "Fis-sena 2002, Il-president tal-Lazio Sergio Cragnotti kellu jbieh hafna mill-plajers tieghu minhabba krizi finanzjarja li waslitu ghal falliment.", "Nesta gie akkwistat mil-A.C.Milan fl-ahhar jum tal-calciomercato.", "Nesta kompla sahhah id-difiza tal-Milan li diga kienet issahhet bl-akkwist ta' Jaap Stam ftit qalbel.", "Fl-ewwel stagun tieghu mal-Milan, nesta rebah it-tazza tac-campjins u l-Coppa Italia.", "Nesta kompla jzid fl-unuri personali tieghu bir-rebh ta` Supercoppa UEFA, kampjonat, u Supercoppa Taljana.", "Lazio"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13938", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13938", "title": "Cartoon Network", "text": ["Cartoon Network", "Cartoon Network huwa stazzjon tal-cartoons tat-tfal madwar id-dinja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13946", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13946", "title": "Lucia Anguissola", "text": ["Lucia Anguissola", "Lucia Anguissola (1536 or 1538 - d. ?Cremona, c. 1565, qabel 1568) kinet pittri\u010bi manierista Taljana.", "Ftit nafu fuq il-\u0127ajja ta' Lucia u m'g\u0127andniex re\u0121istri tat-twelid, per\u00f2 tradizzjonalment jing\u0127ad li mietet fl-1565 meta kellha bejn g\u0127oxrin u tletin sena.", "Nafu bi ftit biss mill-pitturi ta' Lucia u tnejn biss minn dawk li baqa' huma ffirmati.", "Lucia twieldet Cremona, l-Italja.", "Kienet it-tielet minn \u0127ames a\u0127wa bniet li kollha saru pitturi.", "Missierha, Amilcare Anguissola, li kien minn-nobbilt\u00e0 minuri ta' Genova \u0127e\u0121\u0121e\u0121 lil uliedu biex jitg\u0127allmu l-pittura.", "Lucia x'aktarx t\u0127arr\u0121et ma' o\u0127ta l-kbira Sofonisba Anguissola u xog\u0127olha, il-parti l-kbira ritratti, jixba\u0127 lil tag\u0127ha fl-istill u t-teknika.", "Minn \u0127ut Sofonisba, Lucia kellha l-i\u017cjed \u0127ila.", "Vasari fa\u0127\u0127ar wa\u0127da mill-pitturi li g\u0127adha te\u017cisti li ra meta \u017car id-dar tal-familja wara mewtha, ir-\"Ritratt ta' Pietro Maria\", Tabib ta' Cremona, (kmieni fis-snin 1560).", "Dan ritratt sensibbli, fuq il-gri\u017c u l-kannella.", "Lucia qeg\u0127det lifg\u0127a fuq il-bastun ta' Pietro Maria biex turi li kien tabib.", "Is-seng\u0127a tag\u0127ha tidher fil-\u0127ila li kellha li turi l-karattru tal-mudell f'wi\u010b\u010bu mimli \u0127ajja b'\u0127u\u0121bejn og\u0127la mill-o\u0127ra u spalla og\u0127la mill-o\u0127ra.", "L-uniku xog\u0127ol ie\u0127or ta' Lucia li hu iffirmat hu awtoritratt ta' nofs tul (c. 1557).", "Lucia pin\u0121iet ukoll \"Madonna bil-Bambin\".", "Hemm \"Ritratt ta' Mara\" (kmien fis-snin 1560, Gal.", "Borghese, Ruma) li hu ma\u0127sub li jew hu awtoritratt tag\u0127ha jew ritratt tag\u0127ha mpin\u0121i minn Sofonisba.", "\u017bew\u0121 ritratti (Pinacoteca Tosio Martinengo, Brescia u Museo Poldi Pezzoli, Milan), x'aktarx ta' Minerva Anguissola, jistg\u0127u ukoll kienu mpin\u0121ijin minn Lucia.", "Billi mietet \u017cg\u0127ira ma kellhiex l-opportunit\u00e0 li tkun mag\u0127rufa daqs o\u0127ta."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13949", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13949", "title": "Battalja ta' Champaubert", "text": ["Battalja ta' Champaubert", "Il-Battalja ta' Champaubert \u0121iet mi\u0121\u0121ielda nhar l-10 ta' Frar, 1814, bejn it-truppi tal-Ewwel Imperu Fran\u010bi\u017c, immexxija mill-Imperatur Napuljun Bonaparti u mill-marixxal Auguste Marmont, u l-qawwiet Russi-Prussjani tas-Sitt Koalizzjoni ta\u0127t il-gwida tal-\u0120eneral Olssufiev.", "Il-battalja ta' Champaubert kienet wa\u0127da mill-ftit drabi matul il-Gwerra tas-Sitt Koalizzjoni li Franza kellha vanta\u0121\u0121 numeriku konsiderevoli fuq il-front tal-battalja.", "Napuljun \u0127adha kontra l-armata estensiva Prussjana bix-xewqa li permezz ta' sensiela ta' battalji, hu jkun jista' jdg\u0127ajjef l-armata tal-g\u0127adu.", "Fl-10 ta' Frar, hu qabad il-\u0127amest elef Russu mmexxija mill-\u0120eneral Olssufiev fin-Nofsinhar ta' Champaubert, belt li tinsab fil-wied ta' Marne, fil-Lvant ta' Pari\u0121i.", "L-e\u017cer\u010btu Fran\u010bi\u017c kien kompost minn 120 kanun, u minn 30,000 suldat g\u0127ajjenin u m\u0121ew\u0127in, fejn x'u\u0127ud minnhom kienu \u0121ew reklutati kontra r-rieda tag\u0127hom.", "Minkejja dan kollu, il-Fran\u010bi\u017ci kienu jgawdu minn vanta\u0121\u0121 numeriku ta' 6 g\u0127al 1.", "Napuljun g\u0127a\u017cel li jafda l-kmand tal-operazzjonijiet fil-kamp lil Auguste Marmont, li per\u00f2 baqa' ta\u0127t id-direttivi tal-imperatur.", "Minkejja li numerikament kien \u017cvanta\u0121\u0121jat, Olssufiev idde\u010bieda li jikkumbati minflok jirtira.", "Id-de\u010bi\u017cjoni tieg\u0127u kienet influwenzata mit-tama \u017cbaljata li kellu li jikseb rinforz f'waqtu mill-marixxal Bl\u00fccher sabiex jevita d-di\u017castru milli jsir.", "Madanakollu, il-\u0127sieb tieg\u0127u mar \u017cmer\u010b g\u0127all-a\u0127\u0127ar u wara \u0127ames sig\u0127at ta' re\u017cistenza t-truppi Russi \u0121ew imdawrin mill-kavallerija Fran\u010bi\u017ca.", "G\u0127al Olssufiev kien di\u017castru totali fejn aktar minn nofs in-nies tieg\u0127u nqatlu u hu stess ittie\u0127ed b\u0127ala pri\u0121unier.", "Il-Fran\u010bi\u017ci, min-na\u0127a tag\u0127hom, tilfu tliet mitt ru\u0127, fosthom il-\u0120eneral Joseph Lagrange."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13954", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13954", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-E\u0121ittu", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-E\u0121ittu", "It-tim nazzjonali tal-futbol tal-E\u0121ittu (bl-G\u0127arbi: \u0645\u0646\u062a\u062e\u0628 \u0645\u0635\u0631 \u0644\u0643\u0631\u0629 \u0627\u0644\u0642\u062f\u0645) huwa t-tim nazzjonali tad-dixxiplina sportiva tal-futbol tal-E\u0121ittu u huwa amministrat mill-federazzjoni tal-futbol E\u0121izzjana.", "Attwalment huma \u010b-\u010bampjins Afrikani wara li ttrijunfaw fl-edizzjoni tal-2010 tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani.", "Barra minn hekk, huma huma l-aktar tim Afrikan li kiseb su\u010b\u010bess fuq livell ta' konfederazzjoni, fejn reba\u0127 mhux inqas minn seba' edizzjonijiet tal-kompetizzjoni nazzjonali.", "Il-plejers segwenti \u0121ew mag\u0127\u017cula g\u0127at-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani 2010 fl-Angola.", "Id-dati pre\u017centi huma sal-31 ta' Jannar, 2010.", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13960", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13960", "title": "Leonardo Ara\u00fajo", "text": ["Leonardo Ara\u00fajo", "Leonardo Nascimento de Ara\u00fajo, (Niter\u00f3i, 5 ta' Settembru 1969) mag\u0127ruf aktar b\u0127ala Leonardo, huwa eks plejer tal-futbol.", "Huwa kiseb i\u010b-\u010bittadinanza Taljana mill-2008.", "Huwa eks plejer internazzjonali Bra\u017cil, huwa serva wkoll b\u0127ala plejer u direttur tal-\u0121enb Taljan Milan, u su\u010b\u010bessivament kien kow\u010b tar-rivali tag\u0127hom Internazionale.", "Hu reba\u0127 it-Tazza tad-Dinja fl-1994, u kif ukoll kien finalist fl-1998.", "Huwa twieled u trabba f'Niter\u00f3i, \u0121ewwa l-Bra\u017cil.", "Huma nfired mill-ewwel minn mal-mara tieg\u0127u u kellu tlett itfal (tifel u 2 ibniet), huwa nga\u0121\u0121at mal-pre\u017centatura ta' Sky Italia Anna Bill\u00f3, ma' min hu g\u0127andu tifel.", "Leonardo beda l-karriera tieg\u0127u mal-klabb Bra\u017ciljan Flamengo fl-1987; fl-et\u00e0 ta' 17, kien ing\u0127ata l-opportunit\u00e0 li jilag\u0127ab mal-eroj tieg\u0127u Zico flimkien ma' Leandro, Bebeto u Renato Ga\u00facho, u ta' parti fl-ewwel reb\u0127a tal-kampjonat Bra\u017ciljan tieg\u0127u.", "Fl-1990, Leonardo ffirma ma S\u00e3o Paulo FC, u fl-1991, Leonardo, Ra\u00ed, u talenti \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 o\u0127ra kienu mmuntati bis-sej\u0127a tag\u0127hom 'esquadr\u00e3o tricolor' (\"Skwadra trikkulurita\") ta\u0127t il-kmand tal-le\u0121\u0121enda Bra\u017ciljana Tel\u00ea Santana, Leonardo kiseb it-tieni kampjonat Bra\u017ciljan tieg\u0127u.", "Aktar tard dik is-sena, huwa g\u0127amel bidla g\u0127all-futbol Ewropew u ffirma mal-klabb Spanjol Valencia CF.", "Wara \u017cew\u0121 sta\u0121uni ma' Valencia, hu rritorna lejn il-Bra\u017cil g\u0127al stint qasir ma S\u00e3o Paulo fl-1993, li matulu t-tim reba\u0127 diversi titoli, inklu\u017c l-presti\u0121ju\u017ci l-Copa Libertadores u t-Tazza Interkontinentali.", "Fl-1994, wara t-Tazza tad-Dinja, Leonardo ffirma ma Kashima Antlers fil-kampjonat \u0121did iffurmat J. League.", "Leonardo kompla s-su\u010b\u010bess kontinwu tieg\u0127u f'Kashima, fejn g\u0127al darb'o\u0127ra lag\u0127ab mal-idolu u \u0127abib tieg\u0127u Zico.", "Fl-1996, hu rritorna lejn l-Ewropa, din id-darba ffirma mal-klabb Fran\u010bi\u017c Paris St Germain, fejn hu re\u0121a' kellhu su\u010b\u010bess, wie\u0127ed mill-gowls tieg\u0127u elimina lil Liverpool mis-semifinali tat-Tazza tat-Tazez Ewropej.", "F'dan il-punt fil-karriera tieg\u0127u, Leonardo kien aktar waqaf jilg\u0127ab b\u0127ala difensur xellugi u bidel il-po\u017cizzjoni g\u0127all-midfilder xellugi.", "Di\u0121\u00e0 fil-\u0120appun, dan kien irri\u017culta xi gowls spettakolari g\u0127al Leonardo, din ix-xejra kompliet fl-Ewropa.", "Fis-sajf tal-1997 kien iffirma mat-tim Taljan AC Milan, g\u0127al 8.5 miljun ewro minn g\u0127and PSG.", "Ma' Milan hu kiseb parti prominenti tal-formazzjoni u kien wie\u0127ed mill-favoriti tal-partitarji.", "Huwa lag\u0127ab erba' sta\u0121uni s\u0127a\u0127, billi skorja 22 gowls u lag\u0127ab 177 log\u0127ob g\u0127al Milan, qabel ma rritorna lejn il-Bra\u017cil ma' S\u00e3o Paulo FC u Flamengo.", "Huwa aktar tard mar lura lejn Milan u spi\u010b\u010ba l-karriera tieg\u0127u mag\u0127hom fl-2003.", "Leonardo g\u0127amel id-debutt internazzjonali tieg\u0127u fl-1990.", "Huwa kien mag\u0127\u017cul b\u0127ala difensur xellugi g\u0127at-Tazza tad-Dinja 1994, i\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Roberto Carlos baqg\u0127a barra mit-tim.", "Leonardo lag\u0127ab tajjeb fl-ewwel log\u0127biet i\u017cda mbag\u0127ad \u0121iet mog\u0127ti sospensjoni ta' erba log\u0127biet min\u0127abba li ta' daqqa ta' minkeb lil midfilder Amerikan Tab Ramos, b'dik id-daqqa kkaw\u017cat ksur fl-g\u0127adma malar.", "Ramos kellhu jibqg\u0127a fl-isptar g\u0127al tliet xhur u nofs.", "Is-sospensjoni ta' Leonardo ma \u0127allitux milli jipparte\u010bipa fil-bqija tal-kompetizzjoni.", "Din kienet it-tieni l-itwal projbizzjoni fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, wara Mauro Tassotti fejn dan \u0121ie sospi\u017c tmien log\u0127biet wara li kiser imnie\u0127er Luis Enrique fl-istess turnew.", "Fl-1997, Leonardo kien mog\u0127ti n-numru 10 g\u0127at-tim nazzjonali.", "Huwa kien membru importanti tat-tim meta reba\u0127 il-Copa Am\u00e9rica fl-1997.", "Leonardo lag\u0127ab seba log\u0127biet fit-tieni parte\u010bipazzjoni tat-Tazza tad-Dinja, huwa g\u0127en lil Bra\u017cil jiksbu l-medalja tal-fidda.", "Fit-tieni rawnd tal-ftu\u0127 kontra Marokk, hu nnettja xutt wie\u0127et u beda ji\u010b\u010belebra, i\u017cda kien im\u0127assar min\u0127abba \"off-side\".", "L-a\u0127\u0127ar g\u0127ajta tieg\u0127u g\u0127all-Bra\u017cil waslet matul il-kampanja ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja 2002 u l-karriera tieg\u0127u spi\u010b\u010bat b'60 log\u0127ba u 8 gowls g\u0127all-Bra\u017cil.", "Kmieni fl-2008 in\u0127atar Direttur Tekniku tal-klabb pre\u010bedenti tieg\u0127u AC Milan.", "Aktar tard fl-istess sena huwa kiseb i\u010b-\u010bittadinanza Taljana, wara tnax-il sena fl-Italja b\u0127ala resident.", "Wara t-tluq ta' Carlo Ancelotti minn ma' Milan biex issir kow\u010b ta' Chelsea FC fl-a\u0127\u0127ar ta' Mejju 2009, Leonardo kien imsemmi kow\u010b ta' Milan minkejja li kellu neqsin il-kwalifiki me\u0127tie\u0121a (hu kien stabbilit biex jattendi kors tal-kow\u010bing mill-UEFA f'\u0120unju 2009).", "Madankollu, huwa kien e\u017centat milli je\u0127tie\u0121 il-li\u010benzja professjonali tal-UEFA, li hija mandatorja g\u0127all-kow\u010bis tas-Serie A , filwaqt hu kien eks rebbie\u0127 tat-Tazza tad-Dinja b\u0127ala plejer.", "Leonardo ma \u0127ela ebda \u017cmien meta ddikjara li ried lit-tim tieg\u0127u biex jilg\u0127ab futbol attraenti, ukoll nvoka l-isem tal-parrinu qadim tieg\u0127u, Tel\u00ea Santana.", "Wara bidu fqir tal-ista\u0121un, b'xokk ikkaratterizzat li kkaw\u017ca telfa ta' 0-4 kontra r-rivali Internazionale, din l-ispekulazzjoni bdiet dwar tke\u010b\u010bija possibbli tieg\u0127u b\u0127ala kow\u010b ta' Milan, ir-ri\u017cultati bdew jitjibu g\u0127ar-\"rossoneri\" ta\u0127t Leonardo, grazzi g\u0127all-applikazzjoni tat-tattika 4\u20132\u20131\u20133 (imlaqqma \"fantasija-4-2\" mill-vi\u010bi-president ta' Milan Adriano Galliani).", "Din it-tattika li kienet pjuttost mhux tas-soltu fil-futbol Taljan, iffokat fuq \u0127afna plejers kreattivi b\u0127al Ronaldinho, Andrea Pirlo u Clarence Seedorf, din g\u0127enet lil Milan biex itejbu r-ri\u017cultati kemm fis-Serie A u kemm fil-UEFA Champions League, inklu\u017ca r-reb\u0127a notevoli ta' 3\u20132 fl-Istadju Santiago Bernab\u00e9u kontra Real Madrid u reb\u0127a ta' 3\u20130 kontra Juventus li ppermettiet lil Leonardo biex jintemm fit-tieni post fin-nofs tal-ista\u0121un, b'sitt punti jitme\u017cm\u017cu ta\u0127t il-mexxejja Inter b'log\u0127ba fl-idejn.", "However, il-passa\u0121\u0121 g\u0127all-finali tal-UEFA Champions League twaqqaf qabel i\u017c-\u017cmien fejn Milan \u0121ew eliminati fl-ewwel fa\u017ci eliminatorja minn Manchester United f'telfa ta' 2\u20137 bl-aggregat (2\u20133, 0\u20134).", "Fil-\u0121img\u0127at finali tal-ista\u0121un, kien spekulat li Leonardo jista j\u0127alli lil Milan fl-a\u0127\u0127ar tal-ista\u0121un.", "F'April 2010, Leonardo kkonferma d-diver\u0121enzi mas-sid tal-klabb u l-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi, dawn iddefinixxu r-relazzjoni tag\u0127hom b\u0127ala \"diffi\u010bli\".", "\u0120ie kkonfermat li Leonardo se j\u0127alli lil Milan bi ftehim re\u010biproku wara l-log\u0127ba finali tal-ista\u0121un kontra Juventus.", "Leonardo xejjer addiju g\u0127al emozzjonali ppakkjata f'San Siro, kif hu amministra l-a\u0127\u0127ar log\u0127ba b'reb\u0127a ta' 3\u20130 kontra Juventus.", "Fl-24 ta' Di\u010bembru 2010, wara \u0121ranet ta' spekulazzjoni, \u0121ie kkonfermat li Leonardo se jie\u0127u f'idejh il-kariga ta' kow\u010b ma\u010b-\u010bampjins friski tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs Internazionale, hu \u0127a post Rafael Ben\u00edtez fil-pass kemmxejn kontroversjali, min\u0127abba karriera twila mar-rivali Milan b\u0127ala plejer u kow\u010b; huwa qabel f'kuntratt ta' 18-il xahar li jiskadi fit-30 ta' \u0120unju 2012.", "Leonardo beda tajjeb \u0127afna, hu \u0121abar 30 punt minn 12-il log\u0127ba, b'medja ta' 2.5 punti g\u0127al kull log\u0127ba, a\u0127jar mill-prede\u010bessuri tieg\u0127u Ben\u00edtez u Jos\u00e9 Mourinho.", "Fis-6 ta' Marzu, 2011 Leonardo kiser rekord fis-Serie A billi \u0121abar 33 punt fi 13-il log\u0127ba, ir-rekord pre\u010bedenti kien 32 punt fi 13-il log\u0127ba miksur minn Fabio Capello fl-ista\u0121un 2004\u201305.", "Fil-15 ta' Marzu, 2011, Leonardo wassal lil Internazionale f'reb\u0127a memorabbli ta' 3\u20132 kontra Bayern Munich fl-Allianz Arena fl-a\u0127\u0127ar sittax tal-UEFA Champions League wara li tilfu l-ewwel leg f'darhom.", "Fit-2 ta' April 2011, Internazionale tilfu 3\u20130 kontra r-rivali \u0127arxa tag\u0127hom Milan, \u0121imag\u0127tejn wara, Internazionale tilfu 2\u20130 kontra l-\u0121ellieda tar-relegazzjoni Parma, l-ambizzjonijiet tat-titoli ta' Internazionale kienu effettivament intemmu.", "Fis-6 ta' April 2011 Internazionale tilfu 2\u20135 kontra Schalke 04 fil-kwarti tal-finali ta\u010b-Champions League.", "Fid-29 ta' Mejju 2011, Internazionale g\u0127elbu lil Palermo 3\u20131 biex jag\u0127tu l-ewwel u l-unika tazza lil Leonardo b\u0127ala kow\u010b ta' Internazionale, il-Coppa Italia.", "Huwa rri\u017cenja minn ma' Internazionale fit-18 ta' \u0120unju 2011."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13961", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13961", "title": "Laura Pausini", "text": ["Laura Pausini", "Laura Pausini (16 ta' Mejju 1974, Solarolo, Ravenna) hija kantanta \u010belebri Taljana.", "Barra mill-Italja hija mlaqqma bhala ir-re\u0121ina tal-POP taljan.", "Hija mag\u0127rufa g\u0127al vu\u010bi qawwija li g\u0127andha u g\u0127al bosta kanzunetti romanti\u010bi li kitbet hija stess.", "Barra li tkanta bit-Taljan Pausini tkanta ukoll bl-Ingli\u017c, bl-Ispanjol, bil-Portugi\u017c u bil-Fran\u010biz.", "Pausini ddebuttat fit-43 edizzjoni tal-festival ta' San Remo fl-1993 fejn reb\u0127et is-sezzjoni tat-talenti \u0121odda bid-diska \"La Solitudine\".", "S'issa, Laura Pausini bieg\u0127et xejn anqas minn 70 miljun diska.", "Laura Pausini hija bint Fabrizio Pausini u Gianna Ballardini.", "Bdiet tkanta ma' missierha meta kellha biss tmien snin.", "Ta' tlettax-il sena, irrekordjat l-ewwel album taghha intitolat \"I sogni di Laura\".", "Fl-1993 il-karriera tag\u0127ha \u0127adet spinta 'l quddiem bir-reb\u0127 fil-festival ta' San Remo.", "\"La Solitudine\", id-diska li reb\u0127et biha f'San Remo, g\u0127adha sal-\u0121urnata tal-lum mag\u0127rufa b\u0127ala wa\u0127da mill-aktar diski popolari ta' Pausini.", "Dan is-su\u010b\u010bess wassal g\u0127all-avvi\u010binament ta` Warner Music Italy biex b'hekk, Laura \u0127arget l-ewwel album professjonali tag\u0127ha li kien ta' su\u010b\u010bess kbir sa\u0127ansitra anki \u0121ewwa Franza u l-Olanda.", "It-tieni album tag\u0127ha, intitolat \"Laura\" , \u0127are\u0121 fl-1994.", "Fl-istess sena, Laura Pausini bdiet tkanta ukoll bl-Ispanjol."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13971", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13971", "title": "Corbin Bleu", "text": ["Corbin Bleu", "Corbin Bleu Reivers (21 Frar 1989), hi attri\u010bi, kantanta, u liri\u010bista Amerikana."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "13982", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=13982", "title": "Mikrostat", "text": ["Mikrostat", "Mikrostat huwa stat sovran li g\u0127andu popolazzjoni jew spazju ta' art \u017cg\u0127ir, is-soltu t-tnejn.", "Xi e\u017cempji huma il-Belt tal-Vatikan, Monako u Malta.", "L-i\u017cg\u0127ar mikrostat kumpletament sovran huwa l-belt tal-Vatikan, b'991 fl-2003 u \u017cona biss ta' 0.44 km2."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14001", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14001", "title": "Le\u0121jun ta' Marija", "text": ["Le\u0121jun ta' Marija", "Il-Le\u0121jun ta' Marija (bil-Latin: \"Legio Mariae\") \u0121ie mwaqqaf minn Frank Duff fis-7 ta' Settembru, 1921 f'Dublin, l-Irlanda.", "\u0120ewwa Malta, il-Le\u0121jun ta' Marija beda fl-1936 minn Monica Walsh, Tessie Agius u Mary Pitr\u00e9 f'Tas-Sliema u kellu l-ewwel direttur spiritwali lil Dun Karm Psaila, il-Poeta Nazzjonali u \u0121ie rikonoxxut uffi\u010bjalment fl-1940.", "Il-Le\u0121jun ta' Marija \u0121ie ffurmat fuq is-sistema tal-Le\u0121jun Ruman biex ja\u0127dem g\u0127as-servizz tal-Knisja u j\u0121edded il-vera devozzjoni lejn Marija fil-membri tieg\u0127u.", "L-g\u0127an tal-Le\u0121jun huwa li ja\u0127dem g\u0127all-qdusija tal-membri u l-evan\u0121elizzazzjoni ta' o\u0127rajn.", "Il-membri jiltaqg\u0127u darba fil-\u0121img\u0127a u hu mistenni minnhom li jag\u0127mlu kull \u0121img\u0127a mill-inqas sag\u0127tejn appostolat ta' kull xorta mal-proxxmu.", "Dan kollu jservi ta' formazzjoni tal-membri ta\u0127t il-patro\u010binju u l-gwida ta' Marija u l-awtorit\u00e0 tal-Knisja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14009", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14009", "title": "Xemxija", "text": ["Xemxija", "Xemxija huwa villa\u0121\u0121 \u017cg\u0127ir \u0121ewwa San Pawl Il-Ba\u0127ar fit-tramuntana ta' Malta.", "Mag\u0127ruf b\u0127ala villa\u0121\u0121 kwiet u imdawwar b'xenarju pittoresk u sabie\u0127.", "Huwa wie\u0127ed mill iktar postijiet fertili fill g\u017cira Maltija.", "Il-villa\u0121\u0121 jikkonsisti f'port, erbatax il-triq residenzjali, u knisja.", "Ghalkemm l-ewwel bini geww ix-Xemxija imur lura biss gha\u017c \u017cmien 80 u 90, i\u017c-\u017cona kienet abitata minn \u017cmien il-preistorja.", "Fix-Xemxija wie\u0127ed jista jsib rotta s\u0127ie\u0127a ta' siti preistori\u010bi li jinkuldu oqbra Puni\u010bi, mha\u017cen tal-qam\u0127, fdal ta` tempji, u \u0121ebel megaliti\u010bi."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14012", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14012", "title": "Lavinia Fontana", "text": ["Lavinia Fontana", "Lavinia Fontana (24 ta' Awwissu, 1552-11 ta' Awwissu , 1614) kienet pittri\u010bi Taljana.", "Lavinia Fontana twieldet Bolonja, bint Prospero Fontana, pittur prominenti tal-iskola Bolonji\u017ca ta' dak i\u017c-\u017cmien li kien ukoll l-g\u0127alliem tag\u0127ha.", "L-ewwel xog\u0127ol li nafu bih, \"Tifla Xadina\", pingietu fl-1575 meta kellha 23 sena.", "Din il-pittura ntilfet imma g\u0127andna o\u0127ra mill-pitturi bikrija tag\u0127ha, \"Kristu bis-Simboli tal-Passjoni\", li pin\u0121iet fl-1576 u issa qieg\u0127da fil-Mu\u017cew tal-Arti ta' El Paso Museum of Art.", "Kompliet tpin\u0121i f'bosta \u0121eneri.", "Fil-bidu tal-karriera tag\u0127ha kienet famu\u017ca g\u0127ar-ritratti tan-nies g\u0127onja ta' Bolonja.", "Bdiet billi tpin\u0121i pitturi devozzjonali \u017cg\u0127ar fuq ir-ram, li kienu popolari b\u0127ala rigali papali u diplomati\u010bi, min\u0127abba li l-kuluri jidhru i\u017cjed puri fuq il-metall.", "Wara, \u0127olqot bosta pitturi ta' figuri nudi u pitturi reli\u0121ju\u017ci fuq skala kbira.", "Fontana \u017c\u017cew\u0121et lil Paolo Zappi (spelluta wkoll Fappi) fl-1577.", "Kellhom 11 ulied, per\u00f2 3 biss kienu \u0127ajjin meta mietet.", "Wara \u017c-\u017cwie\u0121, Fontana kompliet tpin\u0121i biex tmanti l-familja tag\u0127ha.", "Zappi kien jie\u0127u \u0127sieb it-tmexxija tad-dar u jg\u0127in 'l martu b\u0127ala lavrant, ipin\u0121i wkoll xi elementi sekondarji tal-pittura b\u0127ad-drappijiet.", "Fontana u l-familja tag\u0127ha marru joqg\u0127odu Ruma fl-1603 fuq stedina tal-Papa Klement VIII.", "Hemm kisbet il-patruna\u0121\u0121 tal-familja Buoncompagni, li wie\u0127ed minnhom kien il-Papa Gregorju XIII.", "Lavinia ffjorixxiet f'Ruma daqs kemm kienet f'Bolonja u l-Papa Pawl V kien wie\u0127ed minn dawk li pin\u0121iet ir-ritratt tag\u0127hom.", "Xi w\u0127ud mil-pitturi, li sikwit kienet tit\u0127allas tajjeb \u0127afna g\u0127alihom, kienu attribwiti bi \u017cball lil Guido Reni.", "L-importanti fost dawn huma \"Venere\", \"Il-Madonna tikxef il-Bambin \u0120es\u00f9\" u s-\"Sultana ta' Saba \u017c\u017cur lil Salamun\".", "L-awtoritratt tag\u0127ha \u2013 jing\u0127ad li kienet mara sabi\u0127a \u0127afna f'\u017cog\u0127\u017cita \u2013 x'aktarx kien il-kapulavur tag\u0127ha; dan hu l-propjet\u00e0 tal-Konti Zappi ta' Imola, dixxendent tal-familja ta' \u017cew\u0121ha.", "Waqt li l-istil tal-bidu tal-karriera tag\u0127ha kien jixba\u0127 \u0127afna 'l ta' missierha, bilmod addottat l-istil tal-Carracci, b'kolorazzjoni qawwija kwa\u017ci Venezjana.", "\u0120iet eletta membru tal-Accademia di San Luca ta' Ruma, u mietet f'dik il-belt fil-11 t'Awwissu tal-1614.", "Fid-dokumenti nsibu 'l fuq minn 100 xog\u0127ol imsemmi, imma ffirmati u bid-data hemm 32 biss li nafu bihom illum.", "Hemm 25 li jistg\u0127u ji\u0121u attribwiti lilha u hekk nistg\u0127u ng\u0127idu li hi l-pittri\u010bi ta' qabel l-1700 li nafu bl-ikbar numru ta' xog\u0127lijiet tag\u0127ha.", "Jista' jkun li Sofonisba Anguissola kellha influwenza fuq il-karriera tag\u0127ha."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14014", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14014", "title": "Enya", "text": ["Enya", "Eithne Patricia N\u00ed Bhraon\u00e1in (Gweedore, 17 ta' Mejju 1961), mag\u0127rufha a\u0127jar b\u0127ala Enya, hija kantanta, mu\u017ci\u010bista u kompo\u017citri\u010bi Irlandi\u017ca.", "Isimha \u0127afna drabi huwa ppre\u017centat fil-medja b\u0127ala Enya Breenan; \"Enya\" huwa tran\u017cliterazzjoni approsimittiva ta' kif Eithne (isem bl-Irlandi\u017c) huwa pronunzjat fil-lingwa Irlandi\u017ca, il-lingwa nattiva tag\u0127ha.", "Il-karriera mu\u017cikali tag\u0127ha bdiet fl-1980, meta g\u0127al ftit ing\u0127aqdet mal-grupp Clannad, qabel ma \u0127alliet 'l-grupp biex tibda karriera b\u0127ala solista.", "L-album tag\u0127ha \"Watermark\", li \u0127are\u0121 fl-1988, irnexxielha jwassalha g\u0127ar-rikonoxximent internazzjonali u Enya saret mag\u0127rufha g\u0127all-\u0127oss uniku tag\u0127ha, li kien karatterizzat minn melodiji folkloristi\u010bi, u diversi tipi o\u0127ra ta' \u0127sejjes.", "Matul is-snin disg\u0127in u l-bidu tal-millenju, Enya kompliet tgawdi s-su\u010b\u010bess; l-album tag\u0127ha \"A Day Without Rain\" (2000) irnexxielu jbig\u0127 15-il miljun kopja u hi \u0121iet imsej\u0127a b\u0127ala l-ikbar artista femminili li bieg\u0127et diski fl-2001.", "Fl-Irlanda, hi hi l-iktar artista solista li bieg\u0127et kopji u hi uffi\u010bjalment it-tieni l-ikbar esportatri\u010bi ta' mu\u017cika f'pajji\u017cha wara l-grupp U2.", "I\u010b-\u010bifra ta' kopji tal-albums tag\u0127ha jammontaw g\u0127al 70 miljun sal-2009, b'iktar minn 26 miljun ikunu mill-Istati Uniti.", "Ix-xog\u0127ol tag\u0127ha wassalha g\u0127al erba' Grammys u nominazzjoni g\u0127all-Academy Award."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14021", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14021", "title": "Log\u0127ob Olimpiku tax-xitwa 2010", "text": ["Log\u0127ob Olimpiku tax-xitwa 2010", "Il-Log\u0127ob Olimpiku tax-xitwa 2010, mag\u0127rufin uffi\u010bjalment b\u0127ala l-Log\u0127ob tal-XXI Olimpjadi tax-xitwa, kienu manifestazzjoni sportiva li saru bejn it-12 u t-28 ta' Frar, 2010, \u0121ewwa Vancouver, Kolumbja Brittanika, il-Kanada.", "Kemm l-Olimpjadi u kif ukoll il-Log\u0127ob Paralimpiku \u0121ew organizzati mill-Kumitat Organizzattiv ta' Vancouver (VANOC).", "Din kienet it-tielet darba li l-Kanada ospitat l-Olimpjadi \u0121ewwa darha, u l-ewwel darba mill-provin\u010bja ta' Kolumbja Brittanika.", "Qabel, il-Kanada ospitat l-edizzjoni tal-1976 tal-Olimpjadi tas-sajf \u0121ewwa Montreal, il-Quebec, u l-Olimpjadi tax-xitwa tal-1988 ta' Calgary, f'Alberta.", "Fi\u010b-\u010berimonja ta' g\u0127eluq tal-Olimpjadi tax-xitwa 2006 li saru \u0121ewwa Turin, l-Italja, bi tradizzjoni Olimpika, is-sindku tal-belt ta' Vancouver Sam Sullivan ir\u010bieva l-bandiera Olimpika.", "Il-bandiera \u0121iet mtella' nhar it-28 ta' Frar, 2006, f'\u010berimonja spe\u010bjali, u kienet miftu\u0127a g\u0127ad-dehra tal-pubbliku fil-Vancouver City Hall sa\u010b-\u010berimonja tal-ftu\u0127 tal-Olimpjadi su\u010b\u010bessivi.", "L-avveniment kien uffi\u010bjalment miftu\u0127 mill-Gvernatri\u010bi \u0120enerali Micha\u00eblle Jean.", "G\u0127all-ewwel darba, il-Kanada irnexxielha tikseb midalja tad-deheb f'Log\u0127ob Olimpiku li sar \u0121ewwa pajji\u017cha, wara li naqset li tag\u0127mel dan fl-edizzjonijiet pre\u010bedenti ta' Montreal 1976 u Calgary 1988.", "B'total ta' erbatax-il midalja tad-deheb, il-Kanada kisret ir-rekord g\u0127all-aktar numru ta' midalji tad-deheb li ntreb\u0127u f'edizzjoni wa\u0127da tal-Olimpjadi tax-xitwa, li kien fuq kwota 13, mi\u017cmum mill-Unjoni Sovjetika (1976) u n-Norve\u0121ja (2002).", "L-Istati Uniti reb\u0127u l-klassifika tal-aktar numru ta' midalji li ntrebhu, g\u0127at-tieni darba fl-istorja tag\u0127hom fl-Olimpjadi tax-xitwa, u kisru wkoll ir-rekord g\u0127all-iktar numru ta' midalji li ntreb\u0127u f'edizzjoni wa\u0127da tal-Olimpjadi, 37, li kien pre\u010bedentament f'idejn il-\u0120ermanja (2002) b'36.", "Atleti mis-Slovakkja u l-Belarus taw l-ewwel midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tax-xitwa lil pajji\u017chom.", "Il-21 edizzjoni tal-Log\u0127ob Olimpiku tax-xitwa ng\u0127ataw f'idejn il-belt ta' Vancouver nhar it-2 ta' Lulju 2006 matul il-115-il kungress tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, li sar \u0121ewwa Praga fir-Repubblika \u010aeka.", "G\u0127all-bidu kien hemm tmien ibliet li ppre\u017centaw il-kandidatura tag\u0127hom: Andorra, Berna (\u017bvizzera), Jaca (Spanja), Harbin (\u010aina), Pyeongchang (Korea t'Isfel), Sali\u017cburgu (Awstrija), Sarajevo (Bo\u017cnija u \u0126er\u017cegovina), u Vancouver (Kanada).", "Minn dawn, kienu biss Sali\u017cburgu, Pyeongchang u Vancounver li ntag\u0127\u017clu b\u0127ala finalisti g\u0127al dan il-pro\u010bess.", "G\u0127all-elezzjoni finali kien hemm il-b\u017conn ta' \u017cew\u0121 votazzjonijiet: mill-ewwel ri\u017cultat il-belt ta' Sali\u017cburgu \u0121iet eliminata b'16-il vot biss; it-tieni rawnd ipproklama lil Vancouver b\u0127ala l-belt organizzatri\u010bi tal-Log\u0127ob, b'total ta' 56 vot, bi 53 imorru lill-belt Koreana ta' Pyeongchang.", "Il-mixja tat-Tor\u010ba Olimpika huwa t-tra\u0121itt li jwassal 'il-fjamma Olimpika mill-belt antika ta' Olimpja, fil-Gre\u010bja \u2013 fejn saru l-ewwel Log\u0127ob Olimpi\u010bi eluf ta' snin ilu \u2013 sal-impjant tal-belt fejn tkun se ssir l-edizzjoni.", "Il-fjamma tasal e\u017catt fil-\u0127in g\u0127a\u010b-\u010berimonja tal-ftu\u0127.", "G\u0127al-log\u0127ob ta' Vancouver 2010, il-fjamma nxtelg\u0127et \u0121ewwa Olimpja nhar it-22 ta' Ottubru, 2009.", "Wara vvja\u0121\u0121at mill-Gre\u010bja, fuq il-Pol tat-Tramuntana lejn l-Artiklu G\u0127oli tal-Kanada u lejn il-West Coast u Vancouver.", "Il-vja\u0121\u0121 beda l-mixja twila tieg\u0127u fil-Kanada mill-kapitali tal-Kolumbja Brittanika, Victoria.", "Fil-Kanada, it-tor\u010ba mxiet madwar 45,000 kilometru (28,000 mil) f'tul ta' 106 \u0121urnata, biex g\u0127amlitha fost l-itwal mixjiet f'pajji\u017c wie\u0127ed fl-istorja tal-Olimpjadi.", "It-Tor\u010ba \u0121iet mi\u017cmuma minn madwar 12,000 Kanadi\u017c u la\u0127qet lil madwar 1,000 komunit\u00e0.", "Sig\u0127at qabel i\u010b-\u010berimonja tal-ftu\u0127, il-\u0120eor\u0121jan Nodar Kumaritashvili miet waqt sessjoni ta' ta\u0127ri\u0121.", "Fil-korsa tal-luge ta' Whistler, l-isportiv ta' 21 sena, tilef il-kontroll u ta\u0127t velo\u010bit\u00e0 stmata ta' 140 km/h hu \u0127abat ma' arblu tal-azzar wara li kien spi\u010b\u010ba barra mill-islitta.", "Fuq il-post saru diversi attentati biex jer\u0121g\u0127u jqajmuh u aktar tard \u0121iet me\u0127ud lejn fa\u010bilita medika fejn miet.", "Allavolja saru diversi mistoqsijiet dwar is-sigurt\u00e0 tal-korsa, l-uffi\u010bjali kkonkludew li t-tra\u0121edja kienet kaw\u017ca ta' \u017cball tal-atleta milli problema fil-korsa.", "Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Luge sej\u0127et laqg\u0127a ta' emer\u0121enza wara dan l-in\u010bident, u t-ta\u0127ri\u0121 kollu g\u0127al dik il-\u0121urnata \u0121ie kan\u010bellat.", "82 Kumitat Olimpiku Internazzjonali da\u0127lu timijiet tag\u0127hom g\u0127all-edizzjoni tal-2010 tal-Olimpjadi.", "Il-G\u017cejjer Kajman, il-Kolombja, il-Gana, il-Montenegro, il-Pakistan, il-Peru u s-Serbja g\u0127amlu l-ewwel dehra tag\u0127hom fl-Olimpjadi tax-xitwa.", "Il-\u0120amajka, il-Messiku u l-Marokk irritornaw wara li tilfu l-edizzjoni ta' Turin 2006.", "Tonga kienet preparata li tag\u0127mel id-debutt tag\u0127ha b'kompetitur wie\u0127ed fid-dixxiplina tal-luge, per\u00f2 dan kraxxja fl-a\u0127\u0127ar rawnd ta' kwalifika.", "Il-Lussemburgu kellha preparati \u017cew\u0121 atleti, imma ma \u0127aditx sehem min\u0127abba li wie\u0127ed minnhom ma la\u0127aqx il-kriterji proposti mill-KOI, u l-ie\u0127or safa' imwe\u0121\u0121a qabel il-Log\u0127ob.", "L-edizzjoni 2010 tal-Olimpjadi tax-xitwa pprepara 15-il dixxiplina sportiva:", "Fil-kalendarju segwenti tal-Log\u0127ob Olimpiku tax-xitwa 2010, kull kaxxa blu tindika li avveniment kompetittiv, b\u0127al rawnd ta' kwalifika, sar f'dak il-jum.", "Il-kaxex sofor jirrapre\u017centaw \u0121ranet li matulhom saru finali g\u0127ar-reb\u0127 tal-midalji.", "Kull ballun f'dawn il-kaxex juri finali ta' avveniment, bin-numru ta' blalen f'kull kaxex jirrapre\u017centaw in-numru ta' finali li ntlag\u0127bu f'dik il-\u0121urnata.", "L-aqwa g\u0127axar KON skont in-numru ta' midalji tad-deheb mirbu\u0127a huma mni\u017c\u017cla hawn ta\u0127t.", "L-organizzatur, il-Kanada, g\u0127andhom sfond bil-kulur."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14024", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14024", "title": "Michael Jackson", "text": ["Michael Jackson", "Michael Joe Jackson (29 ta' Awissu 1958 - 25 ta' \u0120unju 2009), mag\u0127ruf a\u0127jar b\u0127ala Michael Jackson, kien mu\u017ci\u010bista mill-Istati Uniti.", "Michael Joe Jackson twieled f'Gary, Indiana, li jag\u0127mel parti minn Chicago fl-Istati Uniti tal-Amerika, f'familja ta' \u0127addiema.", "Il-\u0121enituri tieg\u0127u, Joe u Katherine, it-tnejn Afro-Amerikani, i\u017c\u017cew\u0121u fl-1949.", "Kellhom familja kbira ta' disa' ulied \u2013 tlett ibniet u sitt subien: Rebbie, Jackie, Tito, Jermaine, La Toya, Marlon, Michael, Randy u Janet.", "L-ewwel tmienja twieldu bejn l-1950 u l-1961.", "Janet \u0121iet \u0127ames snin wara.", "Michael trabba b\u0127ala Xhud ta' \u0120ehovah, setta Kristjana, minn ommu Katherine, mara devota \u0127afna.", "Il-kantant kien jib\u017ca' \u0127afna minn missieru li kien strett wisq u ju\u017ca \u010b-\u010binturin fuq uliedu meta jag\u0127mlu xi \u0127a\u0121a \u0127a\u017cina, xi \u0127a\u0121a meqjusa normali f'dawk i\u017c-\u017cminijiet.", "\"Missieri kien jaqbad mieg\u0127i, xi \u0127a\u0121a li kont nobg\u0127od u li min\u0127abba fiha kont nibki kuljum.", "Kien hemm \u017cminijiet li meta kien ji\u0121i jarani kont in\u0127ossni ma nifla\u0127x u nibda nirremetti,\" kien stqarr lil Oprah Winfrey fl-1993.", "I\u017cda kien ukoll grazzi g\u0127al missieru li Michael u \u0127utu kisbu l-fama.", "Fil-\u0127amsinijiet hu kien idoqq l-R&B ma' \u0127uh f'band, \"The Falcons\", li ma damitx wisq.", "Sakemm twieldet o\u0127thom i\u017c-\u017cg\u0127ira, it-tliet subien il-kbar \u2013 Jackie, Tito u Jermaine \u2013 kienu di\u0121\u00e0 bdew il-grupp tag\u0127hom.", "Michael u Marlon da\u0127lu fih iktar tard.", "Missierhom ra opportunit\u00e0 ta' karriera mu\u017cikali fihom li f'tieg\u0127u ma rnexxietx u ma' uliedu kien g\u0127alliem a\u0127rax u kien i\u0121eg\u0127ilhom jippruvaw il-kanzunetta b'intensit\u00e0 kbira.", "Meta Jackson kellu g\u0127axar snin il-\"Jackson 5\" di\u0121\u00e0 kienu jdoqqu fuq livell professjonali u jduru l-klabbs.", "Hu beda jkanta mag\u0127hom minn mindu kellu sitt snin.", "Ta' tmien snin sar il-kantant ewlieni flimkien ma' \u0127uh Jermaine.", "F'wie\u0127ed minnhom rahom il-produttur Bobby Taylor lil \u0127e\u0121\u0121e\u0121 lil Motown biex jag\u0127mel kuntratt mag\u0127hom.", "Berry Gordy, il-fundatur ta' Motown, kien qal li huma kienu l-a\u0127\u0127ar stilel li \u0127adem mag\u0127hom.", "Gordy iktar tard sar il-kunjatu ta' Jermaine ukoll.", "Il-grupp g\u0127amel su\u010b\u010bess minnufih b'erba' kanzunetti li telg\u0127u fl-ewwel post. Permezz tag\u0127hom kisbu \u0127afna ammiraturi kif ukoll programm fuq it-televixin.", "I\u017cda kellhom prezz xi j\u0127allsu g\u0127aliex is-su\u010b\u010bess wara sar pi\u017c.", "F'nofs is-sebg\u0127inijiet il-grupp, minbarra Jermaine, imxew g\u0127al mal-Epic Records li rrekordjaw mag\u0127hom \u017cew\u0121 albums u d-diska 'Enjoy Yourself'.", "F'dawk i\u017c-\u017cminijiet Michael di\u0121\u00e0 kien beda jispikka.", "Il-produtturi tal-Epic Records, Gamble u Huff, jiftakruh jie\u0127u interess fl-irrekordjar tat-teknolo\u0121ija u kif jinstema'.", "G\u0127alihom li fl-1979 \u0127are\u0121 g\u0127al rasu Off the Wall ma' Quincy Jones b\u0127ala produttur kienet mossa tajba.", "B''Off the Wall' ma' Quincy Jones bieg\u0127 20 miljun kopja madwar id-dinja u permezz tieg\u0127u Jackson reba\u0127 tliet premji importanti.", "Minkejja s-su\u010b\u010bes il-kantant \u0127ass li xorta seta' jag\u0127mel \u0127oss akbar.", "Fl-1982 wara li \u0127are\u0121 id-diska 'Someone in the Dark' g\u0127all-film \"E.T the Extra-Terrestrial\" li biha kiseb Grammy g\u0127all-A\u0127jar Album g\u0127at-Tfal.", "Fl-istess sena \u0127are\u0121 'Thriller' u kiseb su\u010b\u010bess ta' barra minn hawn.", "Il-kanzunetta damet fl-ewwel post g\u0127al 37 \u0121img\u0127a u fil-qu\u010b\u010bata tas-su\u010b\u010bess bieg\u0127 miljun kopja fil-\u0121img\u0127a.", "Sal-lum id-diska bieg\u0127et mal-mitt miljun kopja madwar id-dinja u hija l-aktar wa\u0127da li nbieg\u0127et fl-istorja tal-mu\u017cika pop.", "Il-vidjow tag\u0127ha, twil erbatax-il minuta, witta t-triq g\u0127al vidjows mu\u017cikali li \u0121ew warajh inklu\u017c 'Scream', li kien \u0127adem ma' o\u0127tu Janet fl-1995 li sewa $7 miljun u probabbli hu l-aktar vidjow li sewa flus.", "Is-su\u010b\u010bess tieg\u0127u tista' tg\u0127id wassal g\u0127all-falliment tieg\u0127u g\u0127ax l-album 'History', li bieg\u0127 seba' miljun kopja, tqies li kien falla.", "Fl-1983 iddebutta \u017c-\u017cifna mag\u0127rufa tieg\u0127u 'Moon Walk' fil-programm televi\u017civ 'Motown 25: Yesterday, Today, Forever'.", "Sena wara reba\u0127 tmien Grammy's u beda l-Victory Tour ma' \u0127utu.", "F'dan i\u017c-\u017cmien g\u0127amel \u0127bieb ma' Paul McCartney.", "Fl-1987 \u0127are\u0121 l-ewwel album 'Bad' li g\u0127amel su\u010b\u010bess kbir i\u017cda b'inqas bejg\u0127 minn 'Thriller'.", "Fl-2008 l-album la\u0127aq bieg\u0127 it-30 miljun kopja madwar id-dinja.", "It-tour tal-album dam sentejn u ta 123 kun\u010bert quddiem 4.4 miljun ru\u0127.", "It-tfal \u017cvanta\u0121\u0121jati kienu jit\u0127allew jid\u0127lu b'xejn u mill-qlig\u0127 kien jag\u0127ti \u0127afna donazzjonijiet lill-isptarijiet u orfanatrofji.", "Fl-1988 \u0127are\u0121 l-ewwel awtobijografija tieg\u0127u: 'Moon Walk' li \u0127adet erba' snin biex titlesta.", "Il-laqam King of Pop ing\u0127atalu fl-1989 minn \u0127abibtu l-attri\u010bi Liz Taylor meta kien qed jag\u0127mel \u0127afna flus mill-bejg\u0127 tal-albums biss.", "Jing\u0127ad li l-ewwel operazzjoni li g\u0127amel kien f'imnie\u0127ru meta kellu xi g\u0127oxrin sena wara li kissru waqt li kien ji\u017cfen.", "L-operazzjoni ma kinitx ta' su\u010b\u010bess g\u0127ax baqa' jbati bi problemi tan-nifs.", "G\u0127alhekk baqg\u0127u jsirulu l-operazzjonijiet fuq imnie\u0127ru.", "Wara saret anki bidla f'geddumu, fil-forma tax-xag\u0127ar t'g\u0127ajnejh, f'xufftejh u \u0127alqu u li hu jg\u0127id li kienu ri\u017cultat tal-pubert\u00e0, telf ta' pi\u017c, dieta stretta, bidla fl-istil tax-xag\u0127ar u dwal fuq il-palk.", "\u0126afna jsostnu li l-kantant g\u0127amel operazzjoni ko\u017cmetika biex ji\u010b\u010bara l-\u0121ilda g\u0127alkemm hu jsostni li l-kulur tal-\u0121ilda nbidel min\u0127abba l-marda vitilgo li qabditu fl-1986 li hi marda kronika li biha l-\u0121ilda ti\u010b\u010bara (depigmentation) u li g\u0127amlitu sensittiv g\u0127ax-xemx.", "Lisa-Marie Presley li g\u0127amlet sentejn mi\u017c\u017cew\u0121a ma' Jackson qalet li hu kien jaf li \u0127ajtu se tintemm b\u0127al ta' missierha Elvis Presley, li wkoll kien miet b'attakk f'qalbu tort ta' pilloli preskritti i\u017cda fl-et\u00e0 ta' 42 sena.", "\"Ridt 'insalvah' minn dak li kien inevitabbli li g\u0127adu kif \u0121ara.", "Anki familtu u min kien i\u0127obbu xtaq 'isalvah' imma \u0127add ma kien jaf kif...", "\"Kellu forza dinamika li ma kienx ta' min ma jag\u0127tix kasha.", "Meta kien ju\u017caha fit-tajjeb kienet to\u0127ro\u0121 l-a\u0127jar tag\u0127ha i\u017cda meta kien ju\u017caha \u0127a\u017cin ir-ri\u017cultat kien ikun \u0127a\u017cin \u0127afna...", "\"G\u0127ejjejt emozzjonalment u spiritwalment nipprova nsalvah minn im\u0121iba distruttiva...", "Kont mg\u0127addsa f'din il-kwistjoni imma jien kelli nie\u0127u \u0127sieb lil uliedi wkoll.", "G\u0127alhekk kelli nie\u0127u l-aktar de\u010bi\u017cjoni diffi\u010bli: li nitilqu g\u0127al xortih anke jekk kont in\u0127obbu u ppruvajt inwaqqfu.\"", "\"Jien fortunata li kont ersaqt daqshekk vi\u010bin tieg\u0127u u li qattajt dawk is-snin mieg\u0127u.", "Nispera li issa jitne\u0127\u0127a mit-tbatija, pressjoni u l-inkwiet.", "\u0126aqqu jkun \u0127ieles minn kollox u nispera li qieg\u0127ed f'post a\u0127jar.\"", "Filwaqt li kien qed i\u0127ejji g\u0127all-kun\u010bert \"This Is It\" fl-2009, Jackson miet nhar il-25 ta' \u0120unju fl-eta ta' \u0127amsin sena, b'attakk f'qalbu.", "Jidher li kienu \u0121ew amministrati lilu medi\u010bini qawwija b\u0127all-propofol u l-lorazepam, u hemm min jg\u0127id li nqatel mit-tobba.", "I\u010b-\u010berimonja tal-funeral tieg\u0127u ixxandret dirett fuq it-televixin mad-dinja kollha, u b'kollox rawha madwar biljun ru\u0127."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14028", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14028", "title": "Annimal", "text": ["Annimal", "Annimal (\"Animalia\")."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14030", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14030", "title": "Mikelan\u0121lu", "text": ["Mikelan\u0121lu", "Michelangelo di Lodovico Buonarroti Simoni (Caprese, 6 ta' Marzu 1475 \u2013 Ruma, 18 ta' Frar 1564), mag\u0127ruf bil-Malti b\u0127ala Mikelan\u0121lu, kien skultur, arkitett u pittur Taljan tar-Rinaxximent, meqjus b\u0127ala wie\u0127ed mill-aqwa artisti fl-istorja kemm fl-iskultura u l-pittura kif ukoll fl-arkitettura.", "Il-versatilit\u00e0 li wera f'dawn id-dixxiplini kienet ta' ordni tant g\u0127olja li \u0127afna nies iqisuh b\u0127ala l-bniedem arketipiku Rinaxximentali, flimkien mal-kompatrijott tieg\u0127u Leonardo da Vinci.", "Xi w\u0127ud mix-xog\u0127lijiet tieg\u0127u fil-pittura, l-iskultura u l-arkitettura huma fost l-aktar famu\u017ci fid-dinja.", "Il-kontribut tieg\u0127u f'kull qasam li \u0127adem fih matul \u0127ajtu kien tassew tal-g\u0127a\u0121eb waqt li l-ammont kbir ta' korrispondenza, abbozzi u memorji li baqg\u0127u je\u017cistu, jag\u0127mluh l-artista l-aktar dokumentat tas-seklu 16.", "Tnejn mill-aktar xog\u0127lijiet mag\u0127rufa tieg\u0127u, il-\"Piet\u00e0\" u \"David\", skolpihom qabel g\u0127alaq it-tletin sena.", "Minkejja li kien iqis il-pittura inferjuri g\u0127all-iskultura, Mikelan\u0121lu \u0127oloq tnejn mix-xog\u0127lijiet fl-affresk l-i\u017cjed influwenti fl-istorja tal-arti tal-Punent: ix-xeni mill-\u0120enesi fis-saqaf u \"L-A\u0127\u0127ar \u0120udizzju\" fuq il-\u0127ajt tal-altar tal-Kappella Sistina f'Ruma.", "B\u0127ala arkitett, Mikelan\u0121lu kien pijunier fl-istil Manjerista bid-disinn li fassal g\u0127all-Bibljoteka Lawrenzjana.", "Fl-et\u00e0 72 sena \u0127a post Antonio da Sangallo \u017c-\u017bg\u0127ir b\u0127ala l-arkitett tal-Ba\u017cilika ta' San Pietru.", "Mikelan\u0121lu ttrasforma l-pjan u n-na\u0127a tal-Punent tlestiet skont id-disinji tieg\u0127u waqt li l-koppla tkompliet wara mewtu bi ftit modifiki.", "Kemm kienet kbira tal-po\u017cizzjoni ta' Mikelan\u0121lu narawh mill-fatt li kien l-ewwel artista tal-Punent li l-bijografija \u0121iet pubblikata matul \u0127ajtu.", "\u017bew\u0121 bijografiji \u0121ew pubblikati matul \u0127ajtu; f'wa\u0127da minnhom, l-awtur Giorgio Vasari, kien tal-fehma li Mikelan\u0121lu kien il-qu\u010b\u010bata ta' dak kollu li kien inkiseb fl-arti mill-bidu tar-Rinaxximent, opinjoni li baqg\u0127et valida fl-istorja tal-arti g\u0127al sekli s\u0127a\u0127.", "Kien ammirat \u0127afna mill-kontemporanji tieg\u0127u li laqqmuh \"id-Divin\".", "Kien perfezzjonista mill-ikbar u ttrijonfa fl-arti kollha li \u0127adem fihom; jekk kien isib l-inqas difett f'wa\u0127da mix-xog\u0127lijiet tieg\u0127u, kien iqisu b\u0127ala di\u017castru.", "Mikelan\u0121lu twieled fl-1475, f'Caprese, ra\u0127al fit-Toskana qrib il-belt ta' Arezzo.", "Kien it-tieni mill-\u0127ames ulied subien ta' Lodovico di Leonardo di Buonarroti Simone u Francesca di Neri del Miniato di Siena.", "Ommu mietet fl-1481, meta Mikelan\u0121lu kellu sitt snin.", "Il-familja Buonarroti Simone kienu ilhom jg\u0127ixu Firenze g\u0127al aktar minn tliet mitt sena u kienu j\u017commu mal-partit tal-Gwelfi u \u0127afna minnhom kellhom kariga pubblika.", "Il-fortuna tal-familja bdiet tmajna fi \u017cmien nannuh u missieru, li ma kienx irnexxielhom i\u017commu l-po\u017cizzjoni so\u010bjali tal-familja u saru jg\u0127ixu minn fuq xi impjiegi mal-gvern, fejn fosthom missieru kien ma\u0121istrat \u0121udizzjarju tar-ra\u0127al \u017cg\u0127ir ta' Caprese meta twieled Mikelan\u0121lu.", "Lura Firenze kienu jg\u0127ixu mid-d\u0127ul \u017cg\u0127ir minn barriera tal-ir\u0127am u razzett \u017cg\u0127ir li kellhom f'Settignano, il-belt fejn Mikelan\u0121lu kien joqg\u0127od matul il-marda twila u l-mewt t'ommu; hemmhekk kienu jie\u0127du \u0127siebu familja ta' na\u0121\u0121ar tal-\u0121ebel.", "Missieru \u0121ieg\u0127lu jistudja l-grammatka ma' Maestro Francesco da Urbino f'Firenze.", "Mikelan\u0121lu ried isir artista, u meta g\u0127arraf lil missieru b'din ix-xewqa, dan ma tantx \u0127a pja\u010bir billi dak i\u017c-\u017cmien din il-professjoni ftit kienet rikonoxxuta.", "Ludovico di Leonardo kien tal-fehma li dan ix-xog\u0127ol ma kienx jixraq il-presti\u0121ju tal-linja tar-razza tieg\u0127u.", "Mikelan\u0121lu bid-determinazzjoni qawwija li kellu, minkejja \u017cg\u0127o\u017citu, irnexxielu jikkonvin\u010bi 'l missieru j\u0127allih jimxi mal-\u0127ajra artistika kbira li kellu, li skontu, bdiet mat-trobbija tieg\u0127u mill-mara tan-na\u0121\u0121ar.", "Kien jg\u0127id: \"Flimkien mal-\u0127alib erdg\u0127ajt il-furmaturi u l-imrietel li bihom skolpejt l-istatwi tieg\u0127i\".", "Baqa' jin\u0121ieb ma' familtu matul \u0127ajtu kollha.", "Meta \u0127uh il-kbir da\u0127al patri Dumnikan f'Pisa, hu \u0127a f'idejh r-responsabbilt\u00e0 tal-familja.", "\u0126a fi \u0127siebu l-patrimonju tal-Buonarroti u kabbru bix-xiri tal-art u d-djar, u rran\u0121a wkoll i\u017c-\u017cwie\u0121 tan-neputijiet tieg\u0127u Francesca u Leonardo ma' familji tajba ta' Firenze.", "Il-\u0127ila artistika kbira fl-iskultura ta' Mikelan\u0121lu bdiet tidher minn mindu kien \u017cg\u0127ir \u0127afna u fi \u017cmien qasir beda jibbrilla f'dan il-qasam.", "F'April tal-1488, meta kellu tnax-il sena, fuq il-parir tal-pittur \u017cag\u0127\u017cug\u0127 Francesco Granacci, da\u0127al ja\u0127dem mal-a\u0127wa famu\u017ci Ghirlandaio.", "Il-familju tieg\u0127u u Ghirlandaio iffirmaw kuntratt g\u0127al tliet snin: Baqa' apprendista g\u0127al sena u wara, ta\u0127t it-tmexxija ta' Bertoldo di Giovanni, beda j\u017cur il-\u0120nien ta' San Marco tal-Medici, fejn kien jistudja l-iskulturi antiki mi\u0121burin hemmhekk.", "L-ewwel xog\u0127lijiet artisti\u010bi tieg\u0127u impressjonaw lil Lorenzo il Magnifico, li stiednu biex imur joqg\u0127od fil-palazz tieg\u0127u ta' Via Longa, fejn Mikelan\u0121lu ltaqa' ma' Angelo Poliziano u umanisti o\u0127ra madwar il-Medici, b\u0127al Giovanni Pico della Mirandola u Marsilio Ficino.", "Permezz ta' dawn \u0121ie f'kuntatt mat-teoriji idealisti ta' Platun, ideat li kellhom isiru s-sisien ta' \u0127ajtu u xog\u0127lu, riflessi fil-\u0127idma skulturali u poetika tieg\u0127u.", "Skont Vasari, darba huwa u \u0127iereg mill-\u0121nien tal-Medici, jew, skont Benvenuto Cellini mill-Kappella Brancacci, fejn hu u xi studenti o\u0127ra kienu jitg\u0127allmu jpin\u0121u l-affreski ta' Masaccio, Pietro Torrigiano tah daqqa ta' ponn u kissirlu mnie\u0127ru u baqa' \u0127ajtu kollha b'imnie\u0127ru mg\u0127affe\u0121 kif jidher \u010bar mir-ritratti kollha tieg\u0127u.", "Wara l-mewt ta' Lorenzo il Magnifico, fl-1492, Mikelan\u0121lu telaq minn Firenze lejn Venezja u mbag\u0127ad mar joqg\u0127od Bolonja.", "Hemmhekk skolpixxa numru ta' xog\u0127lijiet influwenzati mix-xog\u0127ol ta' Jacopo della Quercia.", "I\u017cda fl-1496 idde\u010bieda li jitlaq lejn Ruma, belt fejn kien \u0127a jkollu su\u010b\u010bessi kbar.", "Hemm beda g\u0127axar snin ta' intensit\u00e0 artistika kbira, li warajhom, ta' tletin sena, kien sar mag\u0127dud mal-aqwa artisti.", "Meta kellu tlieta u g\u0127oxrin sena skolpixxa l-\"Piet\u00e0 tal-Vatikan\", wara l-\"Bakku\" tal-Bargello (1496) u wara din g\u0127amel it-\"Tondo Pitti \".", "Fl-istess perjodu pin\u0121a l-kartuna g\u0127all-\"Battalja ta' Cascina\", li issa ntilfet, g\u0127as-Signoria ta' Firenze u \"David\", kapulavur tal-iskultura, ta' komplessit\u00e0 kbira min\u0127abba d-djuq tal-blokka tal-ir\u0127am, li tqieg\u0127ed quddiem il-Palazzo della Signoria f'Firenze u sar is-simbolu tal-ideali \u010bivi\u010bi g\u0127oljin tar-Rinaxximent.", "F'Marzu tal-1505, il-Papa \u0120ulju II ordnalu biex jag\u0127millu monument g\u0127al qabar: Mikelan\u0121lu ppjana kumpless arkitettoniku u skulturali li aktar mill-presti\u0121ju tal-Papa, kien ifa\u0127\u0127ar it-trijonf tal-Knisja.", "L-iskultur, mimli \u0127e\u0121\u0121a g\u0127al dan ix-xog\u0127ol, mar jog\u0127qod Carrara g\u0127al tmien xhur biex jie\u0127u \u0127sieb hu stess l-g\u0127a\u017cla u t-tmexxija tal-qtug\u0127 tal-ir\u0127am me\u0127tie\u0121.", "Sfortunatament, meta mar lura Ruma, sab li l-Papa kien tilef l-interess fil-pro\u0121ett tal-mosulew, billi kien mo\u0127\u0127u fit-tibdil li kien qieg\u0127ed jag\u0127mel Bramante f'San Pietru.", "Mikelan\u0121lu, irrabjat telaq minn Ruma u mar Firenze, i\u017cda fl-a\u0127\u0127ar ta' Novembru tal-1506, wara bosta sej\u0127iet mill-Papa fejn heddu li jiskomunikah, iltaqa' mieg\u0127u Bolonja.", "F'Mejju tal-1508 qabel li jmexxi x-xog\u0127ol ta' dekorazzjoni tas-saqaf tal-Kappella Sistina, li l-affreski ta' fiha lesta erba' snin wara, b'\u0127afna xog\u0127ol iebes u solitarju.", "F'dan ix-xog\u0127ol iddisinja struttura arkitettonika grandju\u017ca, ispirata mill-forma tas-saqaf.", "Fit-tema biblika \u0121enerali tas-saqaf, il-\u0120enesi, Mikelan\u0121lu tah interpretazzjoni Neoplatonika u \u0127oloq interpretazzjoni tal-figuri li kellhom isiru s-simbolu tal-arti tar-Rinaxximent.", "Wara l-mewt ta' \u0120ulju II, f'Mejju tal-1513, l-artista ipprova g\u0127at-tieni darba jkompli x-xog\u0127ol tal-mosulew tal-Papa.", "G\u0127al dan il-g\u0127an skolpixxa \u017c-\u017cew\u0121 figuri tal-\"Ilsiera\" u l-\"Mos\u00e8\", li jirriflettu l-ener\u0121ija tturmentata, it-\"terribbilt\u00e0\" ta' Mikelan\u0121lu.", "I\u017cda dan it-tieni attentat ma rnexxiex wisq.", "Fl-a\u0127\u0127ar, wara l-mewt ta' Bramante (1514) u Raffaello (1520), Mikelan\u0121lu kiseb il-fidu\u010bja s\u0127i\u0127a tal-Papa.", "Fl-1516, imqabbad minn Ljun X, beda l-fa\u010b\u010bata tal-Ba\u017cilika ta' San Lorenzo, xog\u0127ol li fl-1520 kellu jitlaq b'niket kbir.", "Mill-pro\u0121ett ori\u0121inali baqa' bosta disinji u abbozz tal-injam.", "Mill-1520 sal-1530 Mikelan\u0121lu \u0127adem f'Firenze u bena s-Sagristija l-\u0120dida ta' San Lorenzo u l-Biblijoteka Lawrenzjana.", "Wara l-Qerda ta' Ruma fl-1527 u t-tke\u010b\u010bija tal-Medici minn Firenze, Mikelan\u0121lu, skont kif jg\u0127idu, \u0127a sehem fil-gvern tar-Repubblika Fjorentina l-\u0121dida, u n\u0127atar gvernatur u prokuratur tal-bini u l-fortifikazzjoni tas-swar, u \u0127a sehem fid-difi\u017ca tal-belt assedjata mit-truppi papali.", "Fl-1530, wara l-waqg\u0127a tar-Repubblika, il-ma\u0127fra ta' Klement VII \u0127elsitu mill-vendetta ta' dawk li kienu j\u017commu mal-Medici.", "Minn din is-sena kompla x-xog\u0127ol fuq is-Sagristija l-\u0120dida u l-qabar ta' \u0120ulju II.", "Fl-1534 xaba' mis-sitwazzjoni politika l-\u0121dida li kienet twaqqfet f'Firenze, \u0127alla l-belt u mar joqg\u0127od Ruma, fejn a\u010b\u010betta ordni minn Klement VII biex ja\u0127dem fuq l-altar tal-Kappella Sistina fejn, bejn l-1536 u l-1541, pin\u0121a l-pittura manjifika ta' \"L-A\u0127\u0127ar \u0120udizzju\".", "Sas-sena 1550 kien g\u0127adu ja\u0127dem fuq il-qabar ta' \u0120ulju II u l-affreski tal-Kappella Pawlina li jirrappre\u017centaw \"Il-Konver\u017cjoni ta' San Pawl\" u \"It-Tislib ta' San Pietru\".", "Mikelan\u0121lu fittex li jinternalizza t-teoriji neoplatoni\u010bi tal-im\u0127abba u g\u0127amel sforzi kbar biex jinkiseb bilan\u010b emottiv li rarament jintla\u0127aq.", "L-inklinazzjoni naturali tieg\u0127u li jag\u0127\u017cel b\u0127ala s-su\u0121\u0121ett il-forma fi\u017cika \u2013 kien, fuq kollox, skultur tal-\u0121isem \u2013 flimkien mal-faxxinu tieg\u0127u g\u0127a\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 u l-vigoru\u017c, emblemi tas-sbu\u0127ija klassika, \u0121ieg\u0127luh jag\u0127\u017cel is-sbu\u0127ija umana u l-im\u0127abba i\u017cjed senswali sa tard \u0127afna f'\u0127ajtu.", "Dan il-kunflitt li bih l-artista g\u0127ex ix-xewqa karnali tieg\u0127u, tfa\u010b\u010ba wkoll fil-konfront mal-omosesswalit\u00e0 tieg\u0127u.", "L-artista kellu relazzjonijiet ma' bosta \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 b\u0127al Cecchino dei Bracci, li g\u0127alih kellu m\u0127abba kbira.", "Meta miet Bracci fl-1543, Mikelan\u0121lu ddisinja l-qabar tieg\u0127u fil-knisja ta' Santa Maria in Aracoeli f'Ruma, u ta x-xog\u0127ol f'idejn id-dixxiplu tieg\u0127u Urbino.", "Kien hemm ukoll Giovanni da Pistoia, kittieb \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u sabi\u0127 li kien g\u0127al xi \u017cmien \u0127abib intimu tieg\u0127u, u jista' jkun li kellu relazzjoni ma' Mikelan\u0121lu fi\u017c-\u017cmien meta beda jpin\u0121i s-saqaf tal-Kappella Sistina.", "Din ir-relazzjoni hija riflessa f'xi sunetti appassjonati \u0127afna ddedikati lil Giovanni.", "Matul vja\u0121\u0121 lejn Ruma fl-1532, iltaqa' mal-bniedem li kellu jkun l-ikbar im\u0127abba ta' \u0127ajtu, i\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Tommaso Cavalieri, aristokratiku ta' intelli\u0121enza mhux tas-soltu li kien i\u0127obb l-arti.", "Ftit wara li sar jafu bag\u0127atlu ittra li fiha stqarr: \"Is-sema g\u0127amlet sew ma t\u0127allix il-fehma s\u0127i\u0127a tas-sbu\u0127ija tieg\u0127ek\".", "Irridu niftakru li l-membri tal-Akkademja Platonika ta' Firenze riedu jimitaw lill-belt Griega ta' Perikle.", "Din is-s\u0127ubija kulturali kienet tikkonsisti minn \u010birku so\u010bjali maskili, li fih, ir-relazzjoni bejn ra\u0121el u \u017cag\u0127\u017cug\u0127 kienet meqjusa b\u0127ala sentiment nobbli u onorevoli.", "F'dan l-ambjent wie\u0127ed jista' jifhem il-psikolo\u0121ija, il-gosti u l-arti ta' Michelangelo.", "L-artista kien ja\u0127seb li s-sbu\u0127ija tar-ra\u0121el ti\u017cboq lil dik tal-mara, u g\u0127alhekk, fl-im\u0127abba li kellu g\u0127al Tommaso kien i\u0127ossu qieg\u0127ed i\u010bedi g\u0127as-\"sbu\u0127ija Platonika\".", "Tommaso Cavalieri kien tfajjel ta' 17-il sena, ta' familja tajba, dilettant tal-arti, il-pittura kif ukoll l-iskultura.", "Varchi qal fuqu li kellu \"temperament ri\u017cervat u modest u sbu\u0127ija inkomparabbli\", kien attraenti \u0127afna u fl-istess \u0127in spiritu\u017c.", "Fl-ewwel laqg\u0127a tag\u0127hom, g\u0127amel impressjoni profonda fuq Mikelan\u0121lu, u ma\u017c-\u017cmien ir-relazzjoni inbidlet f'\u0127biberija, b'passjoni u lealt\u00e0 li damet sal-mewt.", "Mikelan\u0121lu, min-na\u0127a l-o\u0127ra, kien ra\u0121el ta' 57, li kien fil-qu\u010b\u010bata tal-fama tieg\u0127u, kellu l-appo\u0121\u0121 ta' diversi papiet u Tommaso kien jammirah profondament.", "Jidher li l-\u0127biberija \u0127adet xi \u017cmien biex bdiet, imma meta ssa\u0127\u0127et saret profonda \u0127afna tant li Cavalieri, di\u0121\u00e0 mi\u017c\u017cewe\u0121 u bit-tfal, baqa' dixxiplu u \u0127abib tieg\u0127u sal-mewt ta' Mikelan\u0121lu u kien mieg\u0127u fis-sieg\u0127a tal-mewt tieg\u0127u, meta l-kapitlu ta' m\u0127abba kien ilu li temm.", "Vittoria Colonna kienet \u0121ejja minn familja nobbli u kienet wa\u0127da min-nisa l-aktar notevoli tal-Italja Rinaxximentali.", "Meta kienet \u017cag\u0127\u017cug\u0127a \u017c\u017cew\u0121et lil Fernando ta' Avalos, Marki\u017c ta' Pescara, ra\u0121el ta' poter kbir li miet fil-Battalja ta' Pavia huwa u ji\u0121\u0121ieled fuq in-na\u0127a tal-Ispanjoli fis-servizz ta' Karlu I ta' Spanja.", "Wara l-mewt ta' \u017cew\u0121ha, irtirat mill-\u0127ajja tal-qorti u ddedikat ru\u0127ha g\u0127all-prattika tar-reli\u0121jon.", "Issie\u0127bet mal-grupp ta' riformisti Era\u017cmisti ta' Juan de Vald\u00e9s, Re\u0121inaldu Pol u Lorenzo Ghiberti, li segwew duttrina opposta g\u0127al dik tal-kontrariforma.", "Mikelan\u0121lu ltaqa' ma' din il-mara g\u0127all-ewwel darba fl-1536 fil-kunvent ta' San Silvestro f'Montecavallo, Ruma, u mill-ewwel kien hemm \u0121ibda kbira bejniethom, forsi min\u0127abba li t-tnejn kellhom l-istess fehmiet reli\u0121ju\u017ci u kienu j\u0127obbu \u0127afna l-poe\u017cija.", "Skont Ascanio Condivi, Mikelan\u0121lu \"\u0127abb l-ispirtu divin tag\u0127ha\" u, b\u0127ala ammiratur kbir ta' Dante, hi rrappre\u017centat dak li l-persuna\u0121\u0121 ta' Beatrice kien ifisser g\u0127all-poeta.", "Dan jidher \u010bar meta wie\u0127ed jaqra l-poe\u017ciji ddedikati lil Vittoria, u mid-disinji li taha, kollha ta' su\u0121\u0121etti reli\u0121ju\u017ci: \"Piet\u00e0\", \"Kru\u010bifissjoni\" u \"Sagra Familja\".", "Il-mewt ta' Vittoria fis-sena 1547 \u0127alliet lil Mikelan\u0121lu b'niket profond.", "Kif stqarr hu nnifsu lil Ascanio Condivi: \"Ma kellix u\u0121ig\u0127 i\u017cjed profond f'din id-dinja minn dak li \u0127assejt meta \u0127alliet din il-\u0127ajja ming\u0127ajr ma bist xbinha jew \u0127addejha, b\u0127al ma bist idha meta mort naraha fuq is-sodda tal-mewt\".", "Matul l-a\u0127\u0127ar g\u0127oxrin sena ta' \u0127ajtu, Mikelan\u0121lu ddedika ru\u0127u fuq kollox g\u0127al xog\u0127lijiet tal-arkitettura: mexxa x-xog\u0127lijiet tal-Biblioteca Medicea Laurenziana ta' Firenze, u f'Ruma, ir-rimudellar tal-Piazza del Campidoglio, il-Kappella Sforza ta' Santa Marija Maggiore, l-a\u0127\u0127ar xog\u0127lijiet tal-Palazzo Farnese u, fuq kollox il-finalizzazzjoni ta' San Pietru fil-Vatikan.", "F'dan il-perjodu wettaq l-a\u0127\u0127ar skulturi b\u0127all-\"Piet\u00e0 Palestrina\" jew il-\"Piet\u00e0 Rondanini \" flimkien ma' \u0127afna disinji u poe\u017ciji ta' ispirazzjoni reli\u0121ju\u017ca.", "Fil-pro\u0121ett tal-ba\u017cilika Vatikana, li \u0127adem fuqu matul l-a\u0127\u0127ar snin ta' \u0127ajtu, issemplifika d-disinn ta' Bramante filwaqt li \u017camm l-istruttura bis-salib Grieg u l-koppla kbira.", "Miet fl-1564 f'Ruma, qabel ma ra x-xog\u0127ol tieg\u0127u lest, fl-et\u00e0 ta' tmienja u tmenin sena.", "Kien mieg\u0127u s-segretarju tieg\u0127u Daniele da Volterra u l-\u0127abib fidil tieg\u0127u Tommaso Cavalieri.", "Kien \u0127alla bil-miktub li ried jindifen Firenze.", "Fit-testment li g\u0127amel quddiem it-tabib tieg\u0127u Federico Donati, ried li \"j\u0127alli ru\u0127u f'idejn Alla, \u0121ismu fl-art u \u0121idu lill-qraba\".", "Neputih Leonardo \u0121ie inkarigat li jara li jse\u0127\u0127u l-a\u0127\u0127ar xewqat tal-artista, u fl-10 ta' Marzu tal-1564 indifen fis-sagristija tal-knisja ta' Santa Croce.", "Fl-14 ta' Lulju kellu funeral solenni fejn fost l-o\u0127rajn attendew Giorgio Vasari, Benvenuto Cellini, Bartolomeo Ammannati u Bronzino.", "Fl-1570 Giorgio Vasari ddisinja l-monument ta' fuq qabru.", "Bejn l-1490 u l-1492, Mikelan\u0121lu g\u0127amel l-ewwel disinji li nafu bihom, studji fuq l-affreski Goti\u010bi ta' Masaccio u Giotto.", "Ja\u0127sbu li fost l-ewwel skulturi li g\u0127amel kien hemm kopja ta' \"Ras ta' Fawun\", li ntilfet.", "L-ewwel riljevi kienu l-\"Madonna tat-Tara\u0121\" u \"Il-Battalja ta\u010b-\u010aentawri\", mi\u017cmumin fil-Casa Buonarroti ta' Firenze, li fihom di\u0121\u00e0 hemm definizzjoni \u010bara tal-istil tieg\u0127u.", "Fihom wera ru\u0127u b\u0127ala l-werriet assolut tal-arti Fjorentina tas-sekli erbatax u \u0127mistax, fl-istess \u0127in li stabbilixxa rabta aktar diretta mal-arti klassika.", "Ir-riljev fl-ir\u0127am f\"Il-Battalja ta\u010b-\u010aentawri\" ispirat mit-tnax-il ktieb ta' \"Il-Metamorfo\u017ci\" ta' Ovidju juri l-\u0121ellieda g\u0127arwenin fis-sa\u0127na s\u0127i\u0127a tat-taqbida, im\u0127abblin ma' xulxin b'tensjoni qawwija, b'anti\u010bipazzjoni tar-ritmi mserrpin tant u\u017cati minn Mikelan\u0121lu fil-gruppi skulturali tieg\u0127u.", "Ascanio Condivi, fil-bijografija tieg\u0127u tal-artista, qal li semg\u0127u jg\u0127id:", "Fost l-iskulturi ta' din l-epoka (madwar l-1490) insibu wkoll ir-riljev tal-\"Madonna tat-Tara\u0121\", li d-disinn tieg\u0127u jixbah xi ftit lil dawk ta' Donatello, imma fih hemm l-ener\u0121ija kollha tal-iskultura ta' Mikelan\u0121lu, kemm fil-forma tat-trattament tal-pjani tal-figura kif ukoll fid-delinjazzjoni vigoru\u017ca u fl-anatomija ta' \u0120es\u00f9 tarbija bi \u0127jiel ta' \"contrapposto\".", "Wara l-mewt fl-1492 ta' Lorenzo il Magnifico, minn rajh g\u0127amel skultura tal-ir\u0127am \"Erkole\" li \u0127adem fuqha fid-dar tal-familja.", "G\u0127a\u017cel dan is-su\u0121\u0121ett billi Erkole kien mis-seklu 13, wie\u0127ed mill-patruni ta' Firenze.", "L-istatwa inxtrat minn Strozzi, li bieg\u0127ha lil Giovan Battista Palla, li kien akkwistaha g\u0127ar-re ta' Franza Neriku II u tqieg\u0127det fil-\u0121nien ta' Fontainebleau, fejn Rubens pin\u0121iha qabel li g\u0127ebet fl-1713.", "Baqa' biss dan id-disinn g\u0127al din l-istatwa mi\u017cmum fil-Casa Buonarroti.", "Wara g\u0127ex g\u0127al xi \u017cmien fil-kunvent ta' Santo Spirito, fejn studja l-anatomija fuq il-kadavri mill-isptar tal-kunvent.", "Lill-pirjol Niccol\u00f2 di Giovanni di Lapo Bichiellini g\u0127amillu kur\u010bifiss tal-injam mi\u017cbug\u0127 li juri l-\u0121isem g\u0127arwien ta' Kristu b\u0127ala dak ta' adolexxenti \u017cag\u0127\u017cug\u0127, ming\u0127ajr enfasi fuq il-muskolatura, minkejja li l-wi\u010b\u010b hu ta' wie\u0127ed adult b'qis kemm kemm sproporzjonat imqabbel mal-\u0121isem.", "Kif inhu mi\u017cbug\u0127 b'kuluri dg\u0127ajfa u b'linji \u0127fief tad-demm jaqbel perfettament mad-daqs tal-iskultura.", "Kien meqjus mitluf matul il-\u0127akma Fran\u010bi\u017ca sakemm re\u0121a' nstab fl-1962, fl-istess kunvent, miksi b'saff o\u0127xon ta' \u017cebg\u0127a li g\u0127amlu kwa\u017ci ma jing\u0127arafx.", "Firenze ta\u0127t Piero de Medici, iben Lorenzo il Magnifico, ma kinitx tog\u0127\u0121bu lil Mikelan\u0121lu u g\u0127alhekk f'Ottubru tal-1494 telaq lejn Bolonja, fejn ra g\u0127all-ewwel darba r-riljevi fuq il-panelli tal-bieb tal-knisja ta' San Petronio ta' Jacopo della Quercia, skultur mill-aqwa tal-Gotiku tard, li l-istil tieg\u0127u integra l-piegi mer\u0127ijin tal-ilbies mal-emozzjoni tal-persuna\u0121\u0121i tieg\u0127u.", "Francesco Aldovrandi ordnalu tliet skulturi biex jitkompla l-qabar ta' San Duminku, imsejja\u0127 Arca de San Domenico.", "G\u0127alih skolpixxa an\u0121lu g\u0127ar-rkubtejh i\u017comm gandlier biex jag\u0127mel par ma' ie\u0127or mag\u0127mul minn Niccol\u00f2 dell'Arca, flimkien ma' statwi ta' \"San Proklu\" u \"San Petronju\", li issa jinstabu fil-Ba\u017cilika ta' San Duminku f'Bolonja.", "Meta lesta dawn ix-xog\u0127lijiet, fi\u017c-\u017cmien ta' ftit iktar minn sena, mar lura lejn Firenze.", "F'dan i\u017c-\u017cmien il-patri Duminikan Girolamo Savonarola kien qieg\u0127ed i\u0127e\u0121\u0121e\u0121 li titwaqqaf repubblika teokratika, u min\u0127abba l-kritika tieg\u0127u fl-1495 il-Medici tke\u010b\u010bew minn Firenze.", "Savonarola g\u0127amel sej\u0127a g\u0127al ritorn lejn l-arti reli\u0121ju\u017ca u l-qerda tal-arti pagana.", "Dawn il-priedki \u017cerg\u0127u dubji serji f'mo\u0127\u0127 Mikelan\u0121lu, bejn il-fidi u l-g\u0127arfien, bejn il-\u0121isem u r-ru\u0127, u qajjem il-\u0127sieb ta' jekk is-sbu\u0127ija kinitx dnub u ta' jekk, b\u0127alma kien jg\u0127id dan il-patri, kellhiex titne\u0127\u0127a mill-arti l-pre\u017cenza tal-\u0121isem tal-bniedem.", "Fil-prietka tieg\u0127u kontra l-assoluti\u017cmu papali, fis-7 ta' Frar 1497, Savonarola organizza fil-Piazza della Signoria \u0127u\u0121\u0121ie\u0121a kbira, (il-\u0126u\u0121\u0121ie\u0121a tal-Vanitajiet), fejn ordna li jin\u0127arqu l-pitturi, il-\u0121ojjelli, l-istrumenti mu\u017cikali u wkoll il-kotba ta' Boccaccio u ta' Petrarca.", "G\u0127al dan l-g\u0127emil \u0121ie skomunikat mill-Papa Alessandrur VI.", "Is-sena ta' wara Savonarola irrepeta l-istess azzjoni, sabiex fl-a\u0127\u0127ar \u0121ie arrestat u kkundannat g\u0127all-mewt bin-nar u miet fit-23 ta' Mejju 1498.", "F'Firenze, bejn l-1495 u l-1496, Mikelan\u0121lu skolpixxa \u017cew\u0121 statwi li ntilfu: wa\u0127da ta' \"San \u0120wann tifel\" u l-o\u0127ra \"Kupidu rieqed\".", "Ta' San \u0120wann mhux mag\u0127ruf x'\u0121ara minnha \u0127lief xi attribwizzjonijiet li saru f'diversi postijiet: hemm spekulazzjoni li tista' tkun l-iskultura li qieg\u0127da fil-Mu\u017cew Kaiser Friedrich f'Berlin jew o\u0127ra, li qieg\u0127da fil-Kappella tal-Salvatur f'\u00dabeda, u fl-a\u0127\u0127ar, li hija fuq il-bieb tas-sagristija ta' San Giovanni dei Fiorentini f'Ruma.", "L-istatwa tal-\"Kupidu rieqed\", imwettqa skont mudell Ellenistiku iktar klassiku, jg\u0127idu li difnuha fl-art biex tie\u0127u l-patina ta' statwa qadima u nbieg\u0127et lill-Kardinal di San Giorgio, Raffaele Riario, b\u0127ala statwa antika awtentika ming\u0127ajr ma kien jaf Mikelan\u0121lu.", "Aktar tard, inxtrat minn Cesare Borgia u fl-a\u0127\u0127ar ing\u0127atat lil Isabella d'Este, u aktar tard, fil-1632 intbag\u0127tet l-Ingilterra b\u0127ala rigal g\u0127ar-Re Karlu I u minn dak i\u017c-\u017cmien it-tra\u010b\u010bja tag\u0127ha ntilfet g\u0127al kollox.", "Mikelan\u0121lu telaq lejn Ruma fl-20 ta' \u0120unju 1496.", "L-ewwel xog\u0127ol li g\u0127amel hemm kien statwa ta' \"Bakku\" ta' qis naturali, tixbah \u0127afna l-istatwi klassi\u010bi, li kien ordnaha il-Kardinal Riario u meta dan tke\u010b\u010ba akkwistaha l-bankier Jacopo Galli.", "Aktar tard inxtrat minn Francesco I de Medici u issa tin\u017camm fil-mu\u017cew tal-Bargello ta' Firenze.", "Aschanio Condivi kien l-ewwel wie\u0127ed li qabbel l-istatwa max-xog\u0127lijiet tal-antikit\u00e0 klassika: Dan huwa \u010barament l-ewwel xog\u0127ol kbir ta' Mikelan\u0121lu, fejn tidher il-karatteristika tas-sesswalit\u00e0 li dejjem insibu fl-iskultura tieg\u0127u u s-simbolu tal-ispirtu tal-edoni\u017cmu klassiku li Savonarola u s-segwa\u010bi tieg\u0127u riedu jqa\u010b\u010btu minn Firenze.", "Waqt li kien qieg\u0127ed ja\u0127dem fuq il-\"Bakku\", Jacopo Galli ordnalu statwa ta' \"Kupidu bil-wieqfa\", li aktar tard saret tappartjeni g\u0127all-kollezzjoni tal-Medici u li issa g\u0127ebet.", "Fl-1497 bl-g\u0127ajnuna tal-kollettur Galli, il-kardinal Franc\u00e9s Jean Bilh\u00e8res de Lagraulas ordnalu statwa tal-\"Piet\u00e0\" b\u0127ala monument g\u0127all-mosulew tieg\u0127u fil-kappella ta' Santa Petronilla fl-Ba\u017cilika antika ta' San Pietru, u li iktar tard tqieg\u0127det fil-binja \u0121dida ta' Bramante.", "L-ori\u0121inalit\u00e0 li biha Mikelan\u0121lu ttratta dan ix-xog\u0127ol tidher fil-mod kif qata' drammatikament minn dawk li qabel kienu \u0127admu fuq dan is-su\u0121\u0121ett u dejjem urew in-niket kbir tal-omm bit-tifel mejjet f'dirg\u0127ajha.", "Mikelan\u0121lu g\u0127amel il-Madonna \u017cg\u0127a\u017cug\u0127a \u0127afna, serena u m\u0127assba, u 'l Kristu qisu rieqed ming\u0127ajr l-ebda sinjal f'\u0121ismu tal-martirju li kien sofra: l-iskultur warrab kwa\u017ci kull dehra ta' u\u0121ig\u0127 \u0127lief bi\u017c\u017cejjed biex i\u0121ieg\u0127el 'l-ispettatur li jirrifletti fuq il-mument kbir tal-mewt.", "Dan huwa l-uniku xog\u0127ol ta' Mikelan\u0121lu li hu ffirmat; fuq it-ter\u0127a ta' fuq sider il-Madonna kiteb: MICHAEL.", "ANGELVS.", "BONAROTVS.", "FLORENT[INVS].FACIEBAT", "Ri\u010bentement \u0121ie attribwit lil Mikelan\u0121lu kur\u010bifiss tal-avorju, bid-data bejn l-1496 u l-1497.", "Din ix-xbieha qieg\u0127da fil-monasteru ta' Montserrat u tirrappre\u017centa, skont l-istoriku Anscari Mund\u00f3, l-a\u0127\u0127ar agunija ta' Kristu, rasu inklinata lejn il-lemin, \u0127alqu miftu\u0127 u g\u0127ajnejh kwa\u017ci mag\u0127luqin u nkurunat bix-xewk, b'\u0121isem ta' \u017cag\u0127\u017cug\u0127 b'dirg\u0127ajh miftu\u0127in, mg\u0127otti b'ter\u0127a mitwija bil-piegi irregolari marbuta b'\u0127abel doppju.", "G\u0127andu anatomija tajba, realistika \u0127afna u juri l-ferita fuq il-lemin tal-kustilji.", "It-tul tieg\u0127u hu 58.5 \u010bm.", "Mund\u00f3 ja\u0127seb li akkwistah l-Abbati Marcet fl-1920 matul vja\u0121\u0121 lejn Ruma u \u0127aseb li kien ix-xog\u0127ol ta' Ghiberti.", "Fl-1958 tqieg\u0127ed fuq l-altar ma\u0121\u0121ur tal-Ba\u017cilika ta' Montserrat fejn jinsab illum il-\u0121urnata.", "Mar lura Firenze fir-rebbieg\u0127a tal-1501, wara \u0127ames snin 'il bog\u0127od mit-Toskana.", "Wara l-mewt ta' Savonarola, Firenze ddikjarat ru\u0127ha repubblika \u0121dida ggvernata minn \"gonfaloniere\", Piero Soderini, li kien jammira \u0127afna x-xog\u0127ol ta' Mikelan\u0121lu u tah wa\u0127da mill-ordnijiet l-iktar importanti ta' \u0127ajtu: id-\"David\".", "Offrielu blokka kbira tal-ir\u0127am li kienet mitluqa f'Santa Maria del Fiore wara li kien beda ja\u0127dem fuqha Agostino di Duccio fl-1464.", "Vasari spjega li meta tah il-kummissjoni, il-\"gonfaloniere\" \u0127aseb li l-blokka mhux tajba g\u0127al xejn u qallu jag\u0127tiha liema forma jrid.", "Mikelan\u0121lu g\u0127amel mudell tax-xama' u beda jiskolpixxi l-blokka fl-istess post fejn kienet tinsab ming\u0127ajr ma \u0127alla 'l \u0127add jara x-xog\u0127ol tieg\u0127u g\u0127al iktar minn sentejn u nofs, sakemm lestieha.", "Lil David irrappre\u017centah fil-mument ta' qabel il-\u0121lieda ma' Gulija, b'\u0127arsa mimljia in\u010bertezza, personifikazzjoni simbolika tad-difi\u017ca tal-belt ta' Firenze kontra l-g\u0127edewwa tag\u0127ha.", "Il-Fjorentini kienu jqisu 'l \"David\" b\u0127ala s-simbolu rebbie\u0127 tad-demokrazija.", "Dan ix-xog\u0127ol juri l-g\u0127arfien tal-\u0121isem uman li kien kiseb Mikelan\u0121lu sa dak i\u017c-\u017cmien.", "Benvenuto Cellini iddeskriva t-teknika li kien ju\u017ca l-iskultur:", "Meta l-istatwa kienet lesta, fuq il-parir ta' kummissjoni mag\u0127mula minn, fost o\u0127rajn, l-artisti Francesco Granacci, Filippo Lippi, Sandro Botticelli, Giuliano da Sangallo, Andrea Sansovino, Leonardo da Vinci u Pietro Perugino, idde\u010bidew li jqeg\u0127duha fil-Piazza della Signoria in-na\u0127a l-o\u0127ra mill-Palazzo Vecchio.", "Biex ti\u0121i kkonservata a\u0127jar fl-1873 ittie\u0127det minn hemm g\u0127all-mu\u017cew tal-Galleria dell'Accademia, filwaqt li f'postha tqieg\u0127det kopja tal-ir\u0127am.", "Fl-istess \u0127in, \u0127adem fuq it-\"Tondo Taddei\", riljev fl-ir\u0127am ta' 109 \u010bm fid-dijametru li juri 'l-Madonna bil-Bambin u San \u0120wann Battista, tifel ukoll, fuq ix-xellug i\u017comm g\u0127asfur f'idejh.", "Il-figura ta' \u0120es\u00f9 u l-parti ta' fuq tal-Madonna huma kompluti, i\u017cda l-bqija le.", "Ir-riljev kisbu Taddeo Taddei, patrun tal-pittur Raffaello Sanzio, u issa jin\u017camm fir-Royal Academy of Arts ta' Londra.", "Riljev ie\u0127or, it-\"Tondo Pitti\", ukoll fl-ir\u0127am, ordnat minn Bartolomeo Pitti, juri 'l-Madonna bilqieg\u0127da b'\u0120es\u00f9 bilqieg\u0127da fuq ktieb miftu\u0127 fuq irkopptejn ommu.", "Dan ilu fil-Mu\u017cew tal-Bargello mill-1873, u b\u0127all-ie\u0127or mhuwiex komplut.", "Sal-1503 kien lesta Madonna bil-Bambin g\u0127all-kappella fil-knisja tal-Madonna ta' Bruges, ordnata min-negozjanti Fjamingi, Mouscron.", "G\u0127alkemm il-moviment tal-ilbies jikkompara ma' dak fil-Piet\u00e0 tal-Vatikan, ir-ri\u017cultat hu differenti, fuq kollox min\u0127abba l-vertikalit\u00e0 tal-iskultura.", "Tidher f'waqt ta' telqa fejn l-id il-leminija tal-Madonna qisha g\u0127andha s-sa\u0127\u0127a biss li \u017c\u017comm il-ktieb biex ma jaqax u bix-xellugija qieg\u0127da \u017c\u017comm il-Bambin bil-\u0127lewwa waqt li b'kuntrast hu mimli \u0127ajja.", "Fl-24 ta' April 1503, l-iskultur iffirma l-kuntratt mar-rappre\u017centanti tax-xirka tas-suf (\"Arte della Lana\"), li bih intrabat li jag\u0127mel tnax-il xbieha tal-appostli g\u0127al Santa Maria del Fiore.", "Beda biss lil \"San Mattew\", xog\u0127ol fuq bi\u010b\u010ba r\u0127am g\u0127olja 261 \u010bm, li \u0127alla mhux lest u issa jinsab fil-Galleria della Accademia ta' Firenze.", "G\u0127all-kappella tal-Piccolomini tal-Katidral ta' Siena, bejn l-1503 u l-1504, g\u0127amel erba' xbihat, San Pawl, San Pietru, San Piju u San Girgor (tal-a\u0127\u0127ar mhux \u017cgur li g\u0127amlu hu), b'rikkezza ta' pigi fil-\u0127wejje\u0121 u bilan\u010b kbir bejn id-dellijiet u d-dwal.", "Minn wara huma mnaqxxin ming\u0127ajr dettalji billi kienu \u0127a jitqieg\u0127du f'ni\u010be\u010b fl-altar mag\u0127mul minn Andrea Bregno bejn l-1483 u l-1485.", "Fis-sena 1505, il-Papa \u0120ulju II sejja\u0127lu biex imur Ruma u qallu li xtaqu jibni l-mosulew papali, li kien \u0127a jitqieg\u0127ed ta\u0127t il-koppla tal-Ba\u017cilika ta' San Pietru tal-Vatikan.", "Is-sensiela s\u0127i\u0127a ta' \u0121rajja matul l-erbg\u0127in sena li \u0127a biex lesta l-qabar issej\u0127et minn Ascanio Condivi \"it-tra\u0121edja tal-mosulew\", min\u0127abba l-isfortuni wa\u0127da wara l-o\u0127ra li \u0121raw matul dan ix-xog\u0127ol.", "L-artista kien iqis il-qabar ta' \u0120ulju II b\u0127ala l-ikbar xog\u0127ol ta' \u0127ajtu.", "L-ewwel pro\u0121ett li ppre\u017centa kien monument i\u017colat bi pjanta rettangolari u ta' forma ta' piramida imtar\u0121a fi tliet livelli b'\u0127afna figuri skolpiti.", "Meta l-Papa qallu li jista' jibda, Mikelan\u0121lu qatta' xi tmien xhur fil-barrieri ta' Carrara biex jag\u0127\u017cel il-blokki tal-ir\u0127am g\u0127al dan ix-xog\u0127ol.", "Fuq il-parir ta' Bramante, \u0120ulju II, bidel il-\u0127sieb u talab l-iskultur biex iwaqqaf ix-xog\u0127ol fuq il-mosulew u jie\u0127u f'idejh il-pittura tas-saqaf tal-Kappella Sistina.", "Fis-17 ta' April 1506, Mikelan\u0121lu xaba' u telaq minn Ruma lejn Firenze, i\u017cda fl-a\u0127\u0127ar ta' Novembru, wara li Papa sejja\u0127lu bosta drabi u wasal biex jheddu bl-iskomunika, iltaqa' mieg\u0127u Bolonja.", "Il-Papa f'din il-belt qabdu jag\u0127mel statwa kolossali tal-bron\u017c tieg\u0127u, il-Papa \u0120ulju stess, li lesta fi Frar tal-1508, u tqeg\u0127det fil-fa\u010b\u010bata tal-Ba\u017cilika ta' San Petronju.", "Din l-iskultura nqerdet f'Di\u010bembru tal-1511 mir-ribelli Bolonji\u017ci.", "Fil-1513, meta lesta l-pittura tas-saqaf tal-Kappella Sistina, Mikelan\u0121lu \u0127aseb li issa jista' jiskolpixxi l-istatwi tal-ir\u0127am g\u0127all-qabar, imma l-Papa \u0120ulju miet u x-xog\u0127ol \u0121ie pospost g\u0127al g\u0127oxrin sena o\u0127ra.", "Saru sitt pro\u0121etti differenti u fl-a\u0127\u0127ar fl-1542 il-qabar inbena f'forma ta' altar b'seba' statwi, u tqieg\u0127ed fil-Knisja ta' San Pietro in Vincoli u mhux fil-Ba\u017cilika tal-Vatikan.", "L-ikbar skultura tal-mosulew hija l-figura ta' \"Mos\u00e8\", l-unika wa\u0127da mill-ewwel pro\u0121ett li \u0121iet u\u017cata fix-xog\u0127ol finali.", "L-istatwa kolossali bit-\"terribbilt\u00e1\" tal-\u0127arsa tag\u0127ha g\u0127andha dinami\u017cmu tremend.", "Qieg\u0127da fi\u010b-\u010bentru tal-parti t'isfel, b'mod li tinsab fi\u010b-\u010bentru tal-attenzjoni tal-pro\u0121ett finali, flimkien mal-istatwi ta' Rakel u Lija, wa\u0127da fuq kull na\u0127a.", "Il-bqija tal-monument in\u0127adem mill-assistenti tieg\u0127u.", "G\u0127all-ewwel pro\u0121ett, matul l-1513 u l-1516, g\u0127amel l-\"Ilsir moribond\" u l-\"Ilsir ribell\" (it-tnejn fil-Louvre), biex jissimbolizzaw il-\u0121nus pagani jirrikonoxxu l-fidi vera.", "L-\"Ilsir moribond\" ifakkarna fix-xbihat ta' San Bastjan, \u0121ismu mibrum b'moviment lura b\"contrapposto\" immarkat, li hu enfasizzat mid-drieg\u0127 ix-xellugija fuq ras l-ilsir u bilan\u010bjata bil-leminija fuq sidru.", "L-\"Ilsir ribell\" jekk tqabblu mad-disinji tal-bidu ta' Mikelan\u0121lu (mi\u017cmumin f'Oxford) juri l-bidla li imponiet il-forma primittiva tal-blokka tal-ir\u0127am: ri\u0121lu l-leminija, li fid-disinn kienet nofsha mo\u0127bija waqt li fl-iskultura hija kompletament \u010batta mal-blokka, fid-disinn dirg\u0127ajh huma marbutin wara dahru, filwaqt li fl-istatwa jidhru minn quddiem: tal-lemin titla' vertikalment mat-tarf tal-blokka, u tax-xellug tmur lura f'anglu rett, u fl-a\u0127\u0127ar rasu hi mdawra 'l fuq b'tifkira \u010bara tal-espressjoni tal-iskultura tal-Laokoon u wliedu, li Mikelan\u0121lu kien ra b'g\u0127ajnejh stess l-iskoperta tag\u0127ha f'Ruma.", "Mill-1520, kompla jiskolpixxi erba' statwi ta' lsira, ta' daqs anzi ikbar minn ta' qabel u inqas irfinuti fix-xog\u0127ol , mag\u0127rufa b\u0127ala l-\"Ilsir \u017cag\u0127\u017cug\u0127\", l-\"Ilsir Atlante\", l-\"Ilsir iqum\" u l-\"Ilsir bil-baffi\".", "Dawn baqg\u0127u fil-\u0127anut tal-iskultur sal-1564, meta neputih Leonardo tahom lil Cosimo I de' Medici u tqieg\u0127du fil-Grotta tal-Buontalenti fil-\u0121nien tal-Boboli sakemm fl-1908 ittie\u0127du g\u0127al-dejjem fil-Galeria dell'Academia, f'Firenze.", "G\u0127all-\u0127ames pro\u0121ett g\u0127all-qabar ta' \u0120ulju II kien lesta l-istatwa tal-\"\u0120enju tal-Vittorja\", g\u0127alkemm Vasari jg\u0127id li kien iddisinjaha g\u0127all-ewwel pro\u0121ett, imma f'dak il-pjan kienet imlibbsa g\u0127al kollox u kien biss fil-\u0127ames pro\u0121ett li dehret mikxufa.", "Per\u00f2 hemm qbil fuq il-fatt li kienet mag\u0127mula g\u0127all-mosulew tal-Papa.", "Din l-iskultura wara tqeg\u0127det fis-sala ta\u010b-\"Cinquecento\" tal-Palazzo Vecchio.", "Minn xi ittri bejn Vasari u n-neputi ta' Mikelan\u0121lu, Leonardo, nafu li kienet g\u0127and l-iskultur meta miet fl-1564 u n-neputi ssu\u0121\u0121erixxa li titqieg\u0127ed fuq il-qabar ta' Mikelan\u0121lu.", "Fl-a\u0127\u0127ar, ing\u0127atat lid-Duka Cosimo I de' Medici u tqeg\u0127det fil-Palazzo Vecchio.", "Skont Tolnay din l-iskultura tirrapre\u017centa r-rebbie\u0127 mirbu\u0127, ir-reb\u0127a inevitabbli ta\u017c-\u017cg\u0127o\u017cija fuq ix-xju\u0127ija.", "Il-Papa Klement VII, madwar is-sena 1520, inkarigah bil-pro\u0121ett tal-oqbra tal-qraba tieg\u0127u Lorenzo il Magnifico, missier il-Papa Ljun X u \u0127uh \u0120uljanu (missier Klement VII stess), u \u017cew\u0121 oqbra g\u0127al membri o\u0127ra tal-familja, \u0120uljanu II u Lorenzo II, fis-sagristija tal-Ba\u017cilika ta' San Lorenzo ta' Firenze.", "Il-Papa pproponielu erba' oqbra, wie\u0127ed ma' kull \u0127ajt tal-pjanta kwadra tas-sagristija, Madonna bil-Bambin u x-xbihat tal-qaddisin Ko\u017cma u Damjanu, li kellhom jitqieg\u0127du fi\u010b-\u010bentru tal-kamra fuq artal.", "Wara li \u0121ie approvat, il-pro\u0121ett ma bediex jitwettaq sal-1524, meta waslu l-blokki tal-ir\u0127am minn Carrara.", "Mikelan\u0121lu qabbel l-iskulturi mal-arkitettura tal-\u0127itan; il-lavuri u gwarni\u010buni kollha jghinu fil-kuntrast ta' dell u dawl.", "Lesta \u017cew\u0121 oqbra, dawk ta' \u0120uljanu II u Lorenzo II, li kull wie\u0127ed minnhom jikkonsisti f'sarkofagu kurvilinjari li fuqu hemm \u017cew\u0121 statwi li jissimbolizzaw il-\u0127in tal-\u0121urnata.", "F'ta' Lorenzo II, \"L-G\u0127abex\", hu rappre\u017centat b'ra\u0121el li qieg\u0127ed jixjie\u0127 i\u017cda xorta g\u0127adu f'sa\u0127\u0127tu, li g\u0127andu qag\u0127da simmetrika ma' \"I\u017c-\u017bernieq\" fuq il-lemin u fuqhom it-tnejn, f'ni\u010b\u010ba, hemm l-istatwa ta' Lorenzo, in-neputi ta' Ljun X b'elmu ta' \u0121eneral Ruman f'rasu, li min\u0127abba l-qag\u0127da tieg\u0127u jimmedita ma damx ma sar mag\u0127ruf bl-isem ta' \"il-\u0127assieb\".", "Fuq il-qabar ta' \u0120uljanu II hemm l-allegoriji ta' \"Il-Lejl\", li minkejja li tissimbolizza l-mewt, t\u0127abbar il-pa\u010bi suprem u \"Il-Jum\" li hu rappre\u017centazzjoni stramba ta' ra\u0121el imda\u0127\u0127al fi\u017c-\u017cmien b'rasu mhux kompluta.", "Dan jissimbolizza l-g\u0127eja ta' ewl il-jum ming\u0127ajr il-\u0127ajra g\u0127all-jum.", "Fuqhom hemm l-istatwa ta' \u0120uljanu, \u0127u Ljun X, li tixbah sewwa l-iskultura ta' Mos\u00e8 tal-qabar ta' \u0120ulju II; \u0121ismu ta' atleta \u017cag\u0127\u017cug\u0127 jidher mill-kurazza li liebes.", "Fil-qosor, ir-ritratti ta' dawn in-nies tal-familja Medici huma i\u017cjed spiritwali milli fi\u017ci\u010bi u juru i\u017cjed il-karattru milli d-dehra fi\u017cika.", "Meta lill-iskultur qalulu li dawn bilkemm jixbhu n-nies li jirrappre\u017centaw, wie\u0121eb: \"Min se jinduna g\u0127axar sekli o\u0127ra?\"", "Mikelan\u0121lu g\u0127amel ukoll l-iskultura tal-\"Madonna bil-Bambin\", simbolu tal-\u0127ajja eterna li ma\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at tag\u0127ha hemm l-istatwi ta' \"San Ko\u017cma\" u \"San Damjanu\", il-protetturi tal-Medici, ma\u0127dumin fuq il-mudell ta' Buonarroti minn Giovanni Angelo Montorsoli u Raffaello da Montelupo, rispettivament.", "Hawnhekk hemm midfunin Lorenzo il Magnifico (l-ewwel patrun ta' Mikelan\u0121lu) u \u0127uh \u0120uljanu.", "Dawn l-oqbra baqg\u0127u ma tlestewx, b\u0127all-iskulturi li jirrapre\u017centaw ix-xmajjar, li kellhom jitqieg\u0127du fil-parti t'isfel tal-oqbra l-o\u0127ra li kienu di\u0121\u00e0 lesti, billi Mikelan\u0121lu telaq g\u0127al kollox lejn Ruma fis-sena 1534 min\u0127abba s-sitwazzjoni politika f'Firenze.", "G\u0127al dawn l-oqbra skolpixxa wkoll \"Tifel qieg\u0127ed kokka\" tal-ir\u0127am, tifel g\u0127arwien, mitwi fi tnejn, x'aktarx bil-\u0127sieb li jirrappre\u017centa l-erwie\u0127 \"mhux imwielda\".", "Kienet wa\u0127da mill-skulturi li baqg\u0127u fis-sagristija fis-sena 1534, meta Mikelan\u0121lu telaq lejn Ruma.", "Din l-istatwa tinsab fil-Mu\u017cew tal-Ermitage f'San Pietruburgu.", "L-ewwel ver\u017cjoni tal-istatwa ta' \"Kristu ta' Minerva\", ordnata minn Metello Vari u li nbdiet matul is-sena 1514, \u0121iet abbandunata min\u0127abba difetti fl-ir\u0127am.", "Il-kuntratt tal-iskultura g\u0127amilha \u010bara li tkun \"statwa tal-ir\u0127am ta' Kristu, ta' daqs naturali, g\u0127arwien, b'salib f'dirg\u0127ajh u s-simboli tal-passjoni fil-post fejn Mikelan\u0121lu kien jidhirlu li hu l-a\u0127jar\".", "Minflokha saret ver\u017cjoni \u0121dida malajr malajr bejn l-1519 u l-1520 qabel ma g\u0127alaq i\u017c-\u017cmien li stipula l-kuntratt.", "Mikelan\u0121lu \u0127adem fuqha Firenze u ntbag\u0127tet Ruma u l-a\u0127\u0127ar daqqiet \u0127alliehom f'idejn il-lavrant tieg\u0127u Pietro Urbano.", "Per\u00f2 dan g\u0127amillha l-\u0127sara u kellu jinbidel ma' Federico Frizzi fuq su\u0121\u0121eriment ta' Sebastiano del Piombo.", "L-istatwa tqieg\u0127det fil-knisja ta' Santa Maria sopra Minerva f'Ruma.", "Fl-1530, Baccio Valori, kummissarju tal-Papa Klement VII u l-gvernatur \u0121did ta' Firenze, ordnalu statwa ta' Apollo jew ta' David.", "Ja\u0127sbu li fil-bidu Mikelan\u0121lu xaqleb lejn \"David\", u l-forma tonda li tidher ta\u0127t is-sieq il-leminija kienet \u0121ejja ras Gulija.", "Per\u00f2, il-figura li \u0127ar\u0121et fl-a\u0127\u0127ar hi ming\u0127ajr dubju ta' \"Apollo\", trattat b\u0127ala Nar\u010bisju meg\u0127di bih innifsu u b'\u0121isem li jevoka l-forma ta' mara f'po\u017ca ta' \"contrapposto\" \u010bar.", "L-istatwa tinsab fil-mu\u017cew Fjorentin tal-Bargello.", "Il-bust ta' \"Brutu\" sar lejn l-1539 f'Ruma u jinsab wkoll fil-Bargello.", "Dan kien ordnat mill-Kardinal Niccol\u00f2 Ridolfi u hu ma\u0127dum fuq stil antik, b\u0127all-busti Rumani tal-ewwel u t-tieni seklu wara Kristu.", "Dan spi\u010b\u010bah id-dixxiplu tieg\u0127u Tiberio Calcagni, l-i\u017cjed fil-parti tal-\u0127wejje\u0121.", "G\u0127andu g\u0127oli ta' 74 \u010bm ming\u0127ajr pedestal.", "Vasari kien l-ewwel wie\u0127ed li xeb\u0127u mal-istatwi tal-antikit\u00e0 klassika u Tolnay osserva li dan ifakkru fil-bust Ruman ta' Caracalla li jinsab fi Mu\u017cew Arkeolo\u0121iku Nazzjonali ta' Napli.", "Ja\u0127sbu li l-\"Piet\u00e0 Fjorentina\", imsej\u0127a hekk g\u0127ax qieg\u0127da fid-Duomo ta' Firenze, inbdiet fis-sena 1550.", "Skont Vasari u Condivi, Mikelan\u0121lu ppjana dan il-grupp skulturali bil-\u0127sieb li jindifen ta\u0127tu, \u0121ewwa l-Ba\u017cilika ta' Santa Maria Maggiore f'Ruma.", "Aktar tard, bidel il-\u0127sieb billi xtaq jindifen Firenze u billi fl-1561 Francesco Bandini ried jixtriha.", "Dan qieg\u0127ed l-iskultura fil-\u0121onna Rumani ta' Montecavallo, fejn baqg\u0127et sakemm ittie\u0127det fil-Ba\u017cilika ta' San Lorenzo ta' Firenze minn Cosimo III fl-1674 u wara fl-1722 tqieg\u0127det f'Santa Maria del Fiore.", "Fl-a\u0127\u0127ar fl-1960 ittie\u0127det fil-mu\u017cew tal-Katidral.", "L-iskultura tal-\"Piet\u00e0 Fjorentina\" fiha erba' persuni: Kristu mejjet li qieg\u0127da \u017c\u017commu ommu Marija, Marija Madalena u Nikodemu, li wi\u010b\u010bu hu awtoritratt ta' Mikelan\u0121lu stess.", "L-istruttura hi piramidika, b'Nikodemu b\u0127ala l-qu\u010b\u010bata u Kristu g\u0127andu figura \"mserrpa\", tassew manjerista.", "Fis-sena 1555, mhux mag\u0127ruf sewwa, jekk hux b'in\u010bident jew min\u0127abba li x-xog\u0127ol ma g\u0127o\u0121bux, Mikelan\u0121lu kissirha f'bosta bi\u010b\u010biet.", "Vasari spjega l-in\u010bident hekk:", "Aktar tard, il-\"Piet\u00e0 Fjorentina\" irrestawraha Tiberio Calcagni, per\u00f2 xorta wa\u0127da tidher xi \u0127sara fiha fi drieg\u0127 u f'ri\u0121el ta' Kristu.", "Il-\"Piet\u00e0 Palestrina\", xog\u0127ol ie\u0127or bl-istess su\u0121\u0121ett, twettqet madwar l-istess \u017cmien (1556).", "Din l-iskultura, g\u0127olja \u017cew\u0121 metri u nofs u li tikkonsisti minn Kristu, il-Madonna u Marija Madalena, ma tlestietx g\u0127al kollox.", "G\u0127alih Mikelan\u0121lu u\u017ca bi\u010b\u010ba r\u0127am minn bini Ruman, u fuq in-na\u0127a ta' wara g\u0127adha tidher parti minn dekorazzjoni antika ta' arkitravu Ruman.", "L-istatwa tqieg\u0127det fil-kappella tal-Palazzo Barberini ta' Palestrina u issa tinsab fil-Gallerija tal-Akkademja \u0121ewwa Firenze.", "Mikelan\u0121lu beda wkoll il-\"Piet\u00e0 Rondanini \", li kellha tkun l-a\u0127\u0127ar skultura li \u0127adem fuqha lejliet mewtu.", "Ir-reli\u0121jo\u017cit\u00e0 li nsibu f'dawn l-a\u0127\u0127ar skulturi kienet \u0121ejja mill-kri\u017ci interna li kellu l-iskultur.", "Il-figuri tal-\"Pieta Rondanini\" huma tawwalin u Kristu u l-Madonna huma mag\u0127qudin flimkien qishom f'\u0121isem wie\u0127ed.", "\u0126alliha mhux lesta b\u0127ala wirt, fl-1561, lill-qaddej fidil tieg\u0127u Antonio del Franzese.", "Baqg\u0127et g\u0127al sekli s\u0127ah fil-bit\u0127a tal-Palazzo Rondanini u fl-1952 inkisbet mill-belt ta' Milan u tqieg\u0127det fi\u010b-\u010bentru \u010biviku ta' Castello Sforza.", "Fost l-iskulturi tieg\u0127u, il-\"Piet\u00e0 Rondanini\" hi l-i\u017cjed tra\u0121ika u misterju\u017ca.", "L-inventarju tad-dar tieg\u0127u f'Ruma jirreferi g\u0127aliha b\u0127ala \"statwa o\u0127ra mibdija ta' Kristu ma' figura o\u0127ra 'l fuq, delinjata u mhux kompluta\".", "L-ewwel pittura attribwita lil Mikelan\u0121lu hija \"It-turment ta' Sant'Antnin\" li pin\u0121a meta kellu 12-il sena.", "Il-pittura, imsemmija mill-ewwel bijografi tal-artista b\u0127al Giorgio Vasari, hi kopja b'xi bidliet ta' in\u010bi\u017cjoni mag\u0127rufa tal-\u0120ermani\u017c Martin Schongauer.", "Fi rkant fejn kienet deskritta b\u0127ala xog\u0127ol \"mill-\u0127anut ta' Ghirlandaio\" inxtrat minn negozjant Amerikan u \u0121iet su\u0121\u0121etta g\u0127al bosta anali\u017ci fil-Metropolitan Museum ta' New York.", "Diversi esperti fix-xog\u0127ol ta' Mikelan\u0121lu identifikawha definittivament b\u0127ala pittura tieg\u0127u ma\u0127luqa matul l-apprendistat ma' Ghirlandaio, u fl-a\u0127\u0127ar inxtrat mill-Mu\u017cew Kimbell.", "Sas-sejba ri\u010benti ta' \"It-turment ta' Sant'Antnin\", \"Id-dfin ta' Kristu\" u l-\"Madonna ta' Manchester\" kienu l-pitturi l-i\u017cjed bikrija attribwiti lil Mikelan\u0121lu.", "\"Id-dfin ta' Kristu\", pittura bit-tempera mhux kompluta u bid-data 1500\u20131501, tinsab fin-National Gallery ta' Londra.", "Mid-dokumenti ppubblikati fl-1980 huwa mag\u0127ruf li matul i\u017c-\u017cjara tieg\u0127u f'Ruma ing\u0127ata kummissjoni biex ipin\u0121i titular g\u0127all-knisja ta' Sant'Agostino f'din il-belt u li l-artista ta lura l-\u0127las li kien ir\u010bieva billi ma setax ilestih min\u0127abba li mar lura Firenze fl-1501.", "Dan il-kwadru, li g\u0127al \u0127afna snin kien hemm xi dubji dwar jekk kienx minn Mikelan\u0121lu, fl-a\u0127\u0127ar \u0121ie rikonoxxut b\u0127ala xog\u0127ol tieg\u0127u.", "Fost il figuri li fih, dawk ta' Kristu u San \u0120wann juru l-iktar qawwa waqt li l-figura ta' \u0120u\u017ceppi minn Arimatea, wara \u0120es\u00f9 Kristu, tixbah b'mod kurju\u017c lil dik ta' San \u0120u\u017cepp tat-\"Tondo Doni\".", "It-\"Tondo Doni\", mag\u0127rufa wkoll b\u0127ala s-\"Sagra familja\" (1504\u20131505), issa tinsab fil-Galleria Uffizi, Firenze.", "Din il-pittura bit-tempera tpin\u0121iet g\u0127al Agnolo Doni b\u0127ala rigal tat-tie\u0121 lil martu Maddalena Strozzi.", "Fl-ewwel pjan hemm il-Madonna mal-Bambin u wara hemm San \u0120u\u017cepp, bi proporzjonijiet grandju\u017ci u artikulat b'dinami\u017cmu kbir.", "Il-figuri ewlenin fil-kompo\u017cizzjoni li qieg\u0127da f'\u010birku ta' dijametru ta' 120 \u010bm, huma ttrattati b\u0127ala skultura u jiffurmaw piramida.", "Il-linja ba\u017ci tal-piramida hija mmarkata minn ri\u0121lejn il-Madonna g\u0127ar-rkopptejha, rasha mdawra lejn il-lemin, fejn hemm il-Bambin b'\u0121ismu mmejjel lejn ix-xellug, merfug\u0127 minn San \u0120u\u017cepp.", "Din l-og\u0127la parti tal-pittura permezz tal-linji tad-dirg\u0127ajn turi moviment ta' forma spirali.", "Mifrudin b'ringiela balavostri hemm San \u0120wann l-G\u0127ammied u grupp ta' \"ignudi.\"", "Din il-pittura tista' titqis b\u0127ala rappre\u017centazzjoni ta' tliet epoki differenti fl-istorja tal-bniedem: l-\"ignudi\" jirrappre\u017centaw i\u010b-\u010bivilt\u00e0 pagana, San \u0120wann u San \u0120u\u017cepp i\u017c-\u017cmien ta' Mos\u00e8 u l-Madonna u l-Bambin \u017cmien il-fidwa permezz tal-inkarnazzjoni ta' \u0120es\u00f9.", "L-interpretazzjoni tkompli wkoll fl-irjus skolpiti fuq il-gwarni\u010b ori\u0121inali, \u017cew\u0121 Sibilli (li jirrappre\u017centaw l-et\u00e0 pagana), \u017cew\u0121 profeti (li jirrappre\u017centaw l-et\u00e0 ta' Mos\u00e8) u r-ras ta' Kristu (li tirrappre\u017centa l-et\u00e0 tal-fidwa).", "Bejniethom hemm annimali, maskri tas-satiri u l-arma tal-iStrozzi.", "F'dan ix-xog\u0127ol, l-artista wera li fil-pittura kellu l-\u0127ila li jesprimi ru\u0127u bl-istess grandjo\u017cit\u00e0 daqs fl-iskultura.", "It-\"Tondo Doni\", fil-fatt, hu meqjus b\u0127ala l-punt tat-twelid tal-manjeri\u017cmu.", "Bejn Marzu u April tal-1508, l-artista r\u010bieva kummissjoni minn g\u0127and \u0120ulju II biex i\u017cejjen is-saqaf tal-Kappella Sistina.", "F'Mejju a\u010b\u010betta, u l-affreski lestihom erba' snin wara, b'\u0127afna xog\u0127ol iebes u solitarju.", "Il-pro\u0121ett tal-Papa li kien jikkonsisti fir-rappre\u017centazzjoni tat-tnax-il appostlu, Mikelan\u0121lu bidlu f'wie\u0127ed \u0127afna i\u017cjed wiesa' u kumpless.", "Bil-pittura fassal struttura arkitettonika grandju\u017ca, ispirata mill-forma attwali tas-saqaf.", "It-tema Biblika tas-saqaf, Mikelan\u0121lu taha interpretazzjoni Neoplatonika bir-rappre\u017centazzjoni ta' disa' xeni mill-\u0120enesi, kull wa\u0127da mdawra minn erba' \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ir\u0121iel g\u0127arwiena (\"ignudi\"), flimkien ma' tnax-il profeta u s-sibilli.", "Ftit aktar 'l isfel hemm l-antenati ta' Kristu.", "Dawn ix-xbihat brillanti saru tassew is-simbolu tal-arti tar-Rinaxximent.", "Ix-xog\u0127ol bdieh fl-10 ta' Mejju, 1508, u rrifjuta l-g\u0127ajnuna ta' pitturi esperti fl-affreski.", "Ordna li jitne\u0127\u0127a l-armar li kien qieg\u0127ed Bramante u po\u0121\u0121a armar \u0121did iddisinjat minnu.", "Waqt li kien qieg\u0127ed ja\u0127dem fuq l-ewwel affresk (\"Id-Dilluvju\"), kellu \u0127afna problemi hekk kif l-umdit\u00e0 kienet qieg\u0127da tibdel il-kuluri u d-disinn, u g\u0127alhekk kellu jirrikorri g\u0127and Giuliano da Sangallo g\u0127al soluzzjoni u re\u0121a' beda mill-bidu.", "Mikelan\u0121lu tg\u0127allem bit-tbatija t-teknika tal-affresk, kif jg\u0127id Vasari:", "Il-parti mpittra f'jum wie\u0127ed tissejja\u0127 \"\u0121urnata\"; ix-xena ta' \"Il-\u0126olqien ta' Adam \", wa\u0127da mill-i\u017cjed spettakolari tas-saqaf, saret f'sittax-il \u0121urnata.", "Matul dan i\u017c-\u017cmien l-artista kellu \u0127afna tensjoni, min\u0127abba d-diskussjonijiet kontinwi mal-Papa, l-g\u0127a\u0121la biex ilesti l-pittura u l-fatt li ma kienx qieg\u0127ed jit\u0127allas.", "Ix-xog\u0127ol enormi tal-pittura tas-saqaf tlesta u ntwera pubblikament fil-31 ta' Ottubru 1512.", "Fuq ordni tal-Papa Klement VII, wara kkonfermata minn Pawlu III, Mikelan\u0121lu a\u010b\u010betta li jpin\u0121i fuq il-\u0127ajt tal-altar tal-Kappella Sistina \"L-A\u0127\u0127ar \u0120udizzju\" jew \"Il-\u0120udizzju Universali\" li beda fl-1536 u lesta fl-1541.", "It-tema hi bba\u017cata fuq l-Apokalissi ta' San \u0120wann Evan\u0121elista.", "Il-parti \u010bentrali jokkupaha Kristu li b'\u0121est qawwi jifred it-tajbin mill-\u0127\u017ciena, u ma' \u0121enbu hemm ommu Marija, imbe\u017c\u017cg\u0127a bil-\u0121est vjolenti ta' Binha.", "Madwaru hemm il-qaddisin li jintg\u0127arfu fa\u010bilment billi l-parti l-kbira minnhom i\u0121orru s-simbolu tal-martirju tag\u0127hom, fosthom San Bert, li fil-martirju tieg\u0127u \u0121ie mislu\u0127; dan il-qaddis g\u0127andu mdendla f'idu \u0121ildu stess, li fiha nistg\u0127u nilm\u0127u l-awtoritratt ta' Mikelan\u0121lu.", "E\u017catt ta\u0127t, hemm grupp ta' an\u0121li bit-trumbetti, \u0127abbara tal-\u0120udizzju.", "Ix-xeni kollha huma mimlijin b'g\u0127add kbir ta' nies, fuq il-lemin ta' Kristu hemm dawk li \u0127a jitilg\u0127u is-sema, u fuq ix-xellug hemm dawk li huma kkundannati biex imorru fid-dlam tal-infern, xi w\u0127ud minnhom fuq id-dg\u0127ajsa ta' Karonte msemmija fil-Kummiedja Divina ta' Dante.", "Fin-nofs \u010brieki ta' fuq jidhru l-an\u0121li bis-simboli tal-Passjoni ta' Kristu, fuq na\u0127a wa\u0127da is-salib li miet fuqu u fl-o\u0127ra il-kolonna fejn \u0121ie ffla\u0121ellat.", "Minkejja l-ammirazzjoni li attira dan ix-xog\u0127ol, kien hemm \u0127afna protesti kontra l-figuri g\u0127arwenin u l-po\u017cizzjoni tal-karattri, minn nies importanti li kienu jqisuhom immorali.", "I\u010b-\u010berimonjier papali, Biagio da Cesena, qal il-pittura kienet di\u017conesta, i\u017cda wie\u0127ed mill-kriti\u010bi li kien l-aktar kontra l-figuri g\u0127arwenin kien Pietro Aretino li qal li \"g\u0127andha ssir \u0127u\u0121\u0121ie\u0121a mill-pittura\".", "Fl-1559, \u0121ara li l-pittur Daniele da Volterra, fuq ordni tal-papa Pawlu IV Papa, beda jg\u0127atti il-\"parti mist\u0127ija\" tal-figuri mikxufa u g\u0127alhekk tlaqqam \"il Braghettone\"; il-pittur miet wara sentejn ming\u0127ajr ma lesta x-xog\u0127ol tieg\u0127u.", "Wara li tlesta r-restawr li beda fl-1980, il-pittura re\u0121g\u0127et dehret kif \u0127alliha Mikelan\u0121lu.", "Wara li lesta \"L-A\u0127\u0127ar \u0120udizzju\", il-Papa Pawlu III qabdu jpin\u0121i \u017cew\u0121 affreski kbar fil-Kappella Pawlina (li kienet imbniet minn Antonio da Sangallo l-iben), \"Il-Konver\u017cjoni ta' San Pawl\" u \"Il-Martirju San Pietru\".", "Mikelan\u0121lu \u0127adem fuqhom mill-1542 sal-1550.", "Kien hemm bosta ra\u0121unijiet g\u0127aliex dawn \u0127adulu \u0127afna \u017cmien, fosthom in-nar tal-1544, il-marda li qabditu li ttardjat it-tieni affresk sal-1546, il-mewt ta' \u0127abibu Luigi del Riccio fl-1546 u wara dik ta' Vittoria Colonna fl-1549.", "Jidher li l-ewwel affresk li lesta kien \"Il-Konver\u017cjoni ta' San Pawl\", li jixbah \u0127afna fl-istil tieg\u0127u lil \"L-A\u0127\u0127ar \u0120udizzju\" l-i\u017cjed fil-figura ta' San Pawl, rasu 'l isfel u dirg\u0127ajh wa\u0127da tipponta lejn l-art u l-o\u0127ra lejn is-s\u0127ab.", "Dan ifakkar fit-tg\u0127awwi\u0121 tas-salvati u tal-ikkundanati madwar \u0120es\u00f9 fil-\u0120udizzju.", "F'dan l-affresk tidher ukoll il-firda bejn is-sema u l-art, b'kuntrast bejn l-o\u0121\u0121ett prin\u010bipali tal-parti t'isfel, i\u017c-\u017ciemel li j\u0127ares lejn il-lemin, u tal-parti ta' fuq, \u0120es\u00f9 j\u0127ares lejn in-na\u0127a l-o\u0127ra.", "Dan id-dinami\u017cmu qawwi hu \u0127afna i\u017cjed imra\u017c\u017can fl-affresk ta' wara, \"Il-Martirju ta' San Pietru\", fejn naraw ritmu kompo\u017cittiv ibbilan\u010bjat, imqabbel mad-di\u017cordni li nsibu f\"Il-Konver\u017cjoni ta' San Pawl\".", "Is-salib nofsu mtella' jifforma l-linja ewlenija dijagonali u l-figuri jag\u0127mlu \u0127nejja lejn i\u010b-\u010bentru.", "Permezz tal-moviment ta' ras San Pietru, Mikelan\u0121lu ji\u0121bed l-attenzjoni g\u0127all-punt ewlieni tax-xena.", "Fl-1540, Vittoria Colonna talbitu jpin\u0121ilha xbieha \u017cg\u0127ira ta' \"Il-kru\u010bifissjoni\" biex jg\u0127inha fit-talb privat tag\u0127ha.", "Wara li ppre\u017centalha bosta abbozzi, li huma mi\u017cmumin fl-British Museum u fil-Louvre, l-artista pin\u0121ielha \"Kalvarju\" li Vittoria kienet kuntenta \u0127afna bih min\u0127abba l-ispiritwalit\u00e0 tal-figuri.", "F'dan kien hemm biss Kristu, il-Madonna, San \u0120wann u xi an\u0121li.", "Vasari jiddeskrivih hekk: G\u0127alkemm hu jitkellem dwar tpin\u0121ija, l-artista spi\u010bca biex g\u0127amel pittura.", "Aktar informazzjoni dwar din il-pittura inkixfet f'ittra minn Vittoria lil Mikelan\u0121lu:", "Fl-1547, Vittoria mietet u hekk kienet l-im\u0127abba li stqarr Mikelan\u0121lu lejha, li re\u0121a' \u0127a l-kwadru u \u017cied fih Marija Madalena t\u0127addan is-salib ta' Kristu b'xalpa fuq spallejha simbolu tar-romol tag\u0127ha.", "G\u0127alkemm il-kwadru ori\u0121inali ntilef, hemm \u0127afna tpin\u0121ijiet u kopji mag\u0127mula mid-dixxipli ta' Mikelan\u0121lu.", "Wa\u0127da minn dawn il-kopji, li xi stori\u010bi jattribwixxu lil Mikelan\u0121lu, tinsab Spanja fil-Katidral ta' Santa Maria de la Redonda ta' Logro\u00f1o.", "Il-familja Medici iffinanzjat il-bini tal-Ba\u017cilika ta' San Lawrenz f'Firenze, imfassla minn Brunelleschi.", "Din inbdiet fl-1420 u matul i\u017c-\u017cjara tal-Papa Ljun X, fl-1515, il-fa\u010b\u010bata tag\u0127ha kienet g\u0127adha mhux lesta u kellha biss kisja ta' \u010blamit.", "G\u0127al din l-okka\u017cjoni, il-fa\u010b\u010bata tal-knisja \u0121iet miksija b'kostruzzjoni temporanja mag\u0127mula minn Jacopo Sansovino u Andrea del Sarto.", "Il-Papa dde\u010bieda li jag\u0127mel kompetizzjoni g\u0127ad-disinn tal-fa\u010b\u010bata, dejjem bil-flus tal-Medici.", "Mikelan\u0121lu reba\u0127 din il-kompetizzjoni tad-disinn kontra Raffaello Sanzio, Jacopo Sansovino u Giuliano da Sangallo.", "Fid-disinn ried jaqqg\u0127ad flimkien l-arkitettura u l-iskultura tal-Italja kollha, billi jag\u0127mel il-fa\u010b\u010bata qisha altar kontroriformista m\u017cejna b'\u0127afna statwi u riljevi tal-ir\u0127am u l-bron\u017c.", "Ta\u0127t id-direzzjoni tieg\u0127u, Baccio d'Agnolo g\u0127amel mudell tal-injam u billi dan ma g\u0127o\u0121bux g\u0127amel mudell ie\u0127or b'erbg\u0127a u g\u0127oxrin figura tax-xama'.", "Fuq il-ba\u017ci ta' dan il-mudell, fid-19 ta' Jannar 1518, iffirma kuntratt g\u0127al bini tal-fa\u010b\u010bata.", "Skont kif kiteb Mikelan\u0121lu, kollu \u0127e\u0121\u0121a: \"Qieg\u0127ed nippjana li nag\u0127mel minn din il-fa\u010b\u010bata ta' San Lawrenz, xog\u0127ol li hu l-mera tal-arkitettura u l-iskultura kollha tal-Italja.\"", "Bejn is-snin 1518 u 1519, Mikelan\u0121lu \u017car il-barrieri tal-ir\u0127am ta' Carrara, imma dan kien kollu xog\u0127ol g\u0127alxejn, billi l-Papa riedu ju\u017ca r\u0127am mill-barrieri ta' Pietrasanta u Serravezza, barra t-territorju ta' Firenze.", "Fl-10 ta' Marzu 1520, il-Papa xolja l-kuntratt meta l-artista beda jilmenta li l-ir\u0127am ma\u0127sub g\u0127all-fa\u010b\u010bata kien qieg\u0127ed jintu\u017ca f'xog\u0127lijiet o\u0127ra.", "It-tieni mudell tal-injam, li l-assistent tieg\u0127u Urbano \u0127a g\u0127and il-Papa, illum jin\u017camm f'Casa Buonarroti.", "Madwar is-sena 1517, wettaq xi xog\u0127ol ta' titjib fis-sular ta' isfel tal-Palazzo Medici-Riccardi, li bih g\u0127alaq l-arkati tal-lo\u0121\u0121a fil-kantuniera ta' Via Longa u Via de'Gori u g\u0127amel l-arkitettura tal-bini aktar kompatta.", "Qieg\u0127ed ukoll twieqi fil-\u0127nejjiet li Vasari sejja\u0127 \"inginocchiate\" (g\u0127ar-rkobbtejhom).", "F'Casa Buonarroti jin\u017camm d-disinn li ntu\u017ca g\u0127at-bidliet fil-palazz.", "Is-sagristija l-\u0121dida ta' San Lawrenz inbdiet bl-ordni ta' Ljun X fl-1520, imma kien fl-1523, ta\u0127t it-tmexxija ta' Klement VII, li l-bini tag\u0127ha \u0127a spinta \u0121dida.", "Din inbniet bl-g\u0127an li jitqeg\u0127du fiha l-oqbra tal-mexxejja Medici ta' Firenze, Giuliano II, duka ta' Nemours, u Lorenzo II, duka ta' Urbino, li ma kinux ilhom li mietu, u Lorenzo il Magnifico u \u0127uh Guliano de' Medici.", "Din tinsab fil-Ba\u017cilika ta' San Lawrenz f'Firenze fuq in-na\u0127a l-o\u0127ra mis-sagristija l-qadima li kienet nbniet minn Brunelleschi u \u017c\u017cejnet minn Donatello.", "Il-bini l-\u0121did mexa mal-pjanta ta' qabel, li kienet tikkonsisti f'\u017cew\u0121 kwadri ta' wisa' differenti mag\u0127qudin bi \u0127nejja u b'koppla, \u0127itan lixxi maqsumin b'pilastri u gwarni\u010bjuni mag\u0127mulin mill-\"Pietra Serena\", \u0121ebla gri\u017ca tar-re\u0121jun.", "Mikelan\u0121lu kabbar il-parti \u010bentrali sabiex jipprovdi aktar spazju g\u0127all-oqbra u l-altar.", "Fid-disinn vertikali biddel l-arkitettura tal-Quattrocento u qieg\u0127ed twieqi g\u0127omja fuq il-bibien.", "It-twieqi madwar il-koppla g\u0127amilhom forma ta' trape\u017cju biex jag\u0127tu l-impressjoni ta' g\u0127oli akbar.", "Il-koppla hi mag\u0127mula minn kaxxi radjali.", "Dawn il-kaxxi huma maqsumin f'\u0127ames ringieli ta' wisa' dejjem tonqos, li jimitaw, anke fin-numru, lill-Panteon ta' Ruma.", "Dawn jispi\u010b\u010baw f'kuruna radjata, li minnha tibda l-lanterna ta' forma perfetta u sbu\u0127ija delikata.", "Din hi l-element l-i\u017cjed importanti fl-esterjuri tal-kappella.", "Minn barra, is-sagristija ta' San Lawrenz, kif biddilha Mikelan\u0121lu, tidher koppla kbira miksija bil-madum u numru ta' twieqi kbar li jiffavorixxu l-log\u0127ob tad-dawl u d-dell fuq \u0121ewwa.", "L-artista warrab l-ewwel disinn li fih kien \u0127alla l-ispazju \u010bentrali g\u0127all-monumenti funerarji.", "Fid-disinji ta' wara mexxa dawn il-monumenti g\u0127al mal-\u0127ajt fejn \u0121ew integrati kompletament fl-arkitettura.", "Lil Klement VII \u0121ietu wkoll l-idea li jibni librerija \u0121o Firenze biex ji\u0121bor fiha l-kodi\u010bi kollha tal-familja Medici u qabbad lil Buonarroti g\u0127al dan il-pro\u0121ett.", "Il-librerija wara saret mag\u0127rufa b\u0127ala l-Bibljoteka Lawrenzjana.", "Il-pro\u0121ett, li kellu g\u0127add kbir ta' tibdiliet, inbeda fl-1523, malli kien intg\u0127a\u017cel il-post fejn kien \u0127a jsir fil-kunvent tal-Ba\u017cilika ta' San Lawrenz fil-parti ta' fuq tan-na\u0127a tal-Lvant tal-kjostru.", "Kellhom il-\u0127sieb li jkun hemm spazji differenti g\u0127all-kotba Latini u Griegi, u wkoll li l-kotba rari jitqieg\u0127du fi kmamar \u017cg\u0127ar, i\u017cda fl-a\u0127\u0127ar spi\u010b\u010baw billi organizzaw kollox f'kamra wa\u0127da kbira.", "Kien hemm il-problema ta' kif iser\u0127u l-istruttura l-\u0121dida fuq il-\u0127itan e\u017cistenti: fil-bibljoteka baxxew il-livell tas-saqaf u qieg\u0127du t-twieqi qrib \u0127afna flimkien biex jidhol i\u017cjed dawl.", "L-atriju kien iddisinjat b\u0127ala post ta' moviment, og\u0127la u b'i\u017cjed twieqi.", "Fl-1533, il-Papa ta permess lil Mikelan\u0121lu li jmur Ruma, bil-kundizzjoni li j\u0127alli lesti d-dekorazzjoni u t-tara\u0121 tal-atriju.", "Is-saqaf bil-kxaxen tal-bibljoteka hu mag\u0127mul b'motivi ellitti\u010bi u rombi\u010bi.", "Buonarroti fassal ukoll l-iskrivaniji kbar g\u0127all-qari.", "G\u0127at-tara\u0121 g\u0127amel \u0127afna disinji, u fl-a\u0127har, fl-1558, bag\u0127at Ruma l-pjan finali, flimkien ma' mudell lil Bartolomeo Ammannati, li kien imqabbad minn Cosimo I de' Medici biex jibnih.", "Je\u017cistu iktar minn tletin pa\u0121na ta' disinji tal-Bibljoteka Lawrenzjana, g\u0127alkemm mill-korrispondenza matul l-ippjanar, huwa mifhum li hemm aktar.", "Wara Firenze, matul l-a\u0127\u0127ar g\u0127oxrin sena ta' \u0127ajtu f'Ruma, g\u0127amel pass kbir ie\u0127or fl-arkitettura.", "Fl-1546 \u0121ie nkarigat bl-i\u017cvilupp tal-Pjazza tal-Campidoglio jew il-\"Campidoglio\".", "Matul i\u017c-\u017cjara tal-Imperatur Karlu V, il-Papa Pawlu III fost il-bosta xog\u0127lijiet o\u0127ra ta' ti\u017cjin tal-belt g\u0127al din l-okka\u017c\u017cjoni, mexxa xi skulturi g\u0127all-g\u0127olja tal-Campidoglio.", "Fl-1537 qieg\u0127ed hemm l-istatwa tal-bron\u017c ta' Marku Awrelju riekeb i\u017c-\u017ciemel, simbolu ta' awtorit\u00e0 imperjali u b'estenzjoni tal-kontinwit\u00e0 bejn Ruma imperjali u papali.", "Din l-iskultura kellha tkun i\u010b-\u010bentru tal-i\u017cvilupp kollu.", "Mikelan\u0121lu, li g\u0127all-pjazza kellu vi\u017cjoni unifikata, po\u0121\u0121a l-Palazzo Senatorio (sede tal-muni\u010bipju) fil-fond tal-pjazza, b'tur\u0121ien tan\u0121enti mal-fa\u010b\u010bata, u llimitah fil-\u0121nub b'\u017cew\u0121 palazzi: il-Palazzo dei Conservatori u l-palazz imsejja\u0127 Palazzo Nuovo mibni mill-bidu.", "It-tnejn jaslu sat-tara\u0121 li jitla' g\u0127all-Campidoglio.", "Il-fa\u010b\u010bati tal-binjiet, fejn da\u017c-\u017cmien hemm il-Mu\u017cewijiet Capitolini, \u0121ew im\u017cejnin b'ordni \u0121ganta ta' kolonni Korintin, korni\u010bjuni u arkitravi.", "I\u017c-\u017cew\u0121 palazzi li kienu e\u017cistenti ma kinux perpendikolari ma' xulxin u g\u0127alhekk il-pjazza Mikelan\u0121lu g\u0127amilha trape\u017cojdali, biex fl-istess \u0127in jag\u0127ti l-illu\u017cjoni ta' i\u017cjed fond.", "Il-motif u\u017cat fil-paviment tal-pjazza kien imfassal fuq gradilja kurvilinjari iskritta f'ellissi \u010b\u010bentrata fuq il-ba\u017ci tal-istatwa ta' Marku Awrelju, maqsuma fi tnax-il sezzjoni.", "Din tfakkar fis-simbolu u\u017cat fl-antikit\u00e0 g\u0127at-tnax-il g\u0127elm ta\u017c-\u017codjaku u tirreferi wkoll g\u0127all-arkitettura Nisranija, bis-simbolu tat-tnax-il appostlu.", "It-trattament ta' Mikelan\u0121lu jixba\u0127 it-tip ta' \"schemata\" medjevali biex ji\u0121i kkoordinat i\u010b-\u010biklu tal-qamar ma' interpretazzjonijiet o\u0127ra b\u0127as-sig\u0127at u \u017c-\u017codjaku.", "Insibu e\u017cempju ta' dawn l-imfieta\u0127 simboli\u010bi fil-manuskritt tas-seklu 10 \"De Rerum Natura\" ta' San I\u017cidoru ta' Sivilja (li jittratta dwar l-astronomija u l-\u0121eografija).", "Mikelan\u0121lu ta l-post plastika straordinarja bl-g\u0127an li jg\u0127aqqad l-ambjent arkitettoniku kollu.", "Ir-ri\u017cultat kien spazju miftu\u0127, spe\u010bjalment bejn i\u017c-\u017cew\u0121 palazzi simetri\u010bi, qisu sala li mag\u0127ha hemm immedjatament ir-rampa kbira \u010bentrali tan-ni\u017cla, il-Cordonata Capitolina.", "Din ukoll g\u0127andha balavostri diver\u0121enti biex tag\u0127ti effett vi\u017cwali unit mal-pjazza.", "L-unit\u00e0 totali ma ntla\u0127qetx sa wara \u0127afna meta nbena l-Palazzo Nuovo, iddisinjat minn Mikelan\u0121lu biex jifred il-pjazza mill-knisja ta' Aracoeli.", "Il-fa\u010b\u010bati nbew, fil-parti l-kbira, wara l-mewt tal-artista u g\u0127alkemm mhumiex implementazzjoni fidila g\u0127al kollox tal-pro\u0121etti tieg\u0127u, huma kompo\u017cizzjoni artistika tal-g\u0127a\u0121eb.", "Mikelan\u0121lu \u0121ie nkarigat bil-bini tal-Palazzo Farnese fl-1546 minflok Antonio da Sangallo i\u017c-\u017bg\u0127ir li kien qieg\u0127ed imexxi x-xog\u0127ol meta miet.", "Il-bini kien tela' sat-tieni sular.", "Mikelan\u0121lu lesta l-fa\u010bcata qabel ma g\u0127amel il-partijiet tal-\u0121enb u ta' wara.", "\u017bied l-g\u0127oli tat-tieni sular sabiex jag\u0127mlu l-istess b\u0127al ta' isfel.", "Il-korni\u010bjun li Sangallo kien \u0127a jag\u0127mel idjaq, bidlu f'wie\u0127ed usa' b'elementi dekorattivi li fihom ta\u0127lita tal-ordnijiet Doriku, Joniku u Korinzju.", "Biddel ukoll ir-ritmu tal-fa\u010b\u010bata b'modifikazzjoni tat-tieqa \u010bentrali, li kabbarlha l-blata u tawwallha t-trabeazzjoni u fuqha qieg\u0127ed arma \u0121ganta, g\u0127olja 'l fuq minn fuq tliet metri.", "Il-parti ta' wara tlestiet snin wara minn Giacomo della Porta.", "Mikelan\u0121lu n\u0127atar perit ta' Ba\u017cilika ta' San Pietru fl-1546 meta kellu 72 sena, wara l-mewt ta' Antonio da Sangallo i\u017c-\u017bg\u0127ir.", "Il-Ba\u017cilika bdiet tinbena fejn kien hemm qabel ba\u017cilika Paleokristjana, fuq l-ordni tal-Papa \u0120ulju II u ta\u0127t id-direzzjoni tal-arkitett Bramante.", "Wara l-mewt ta' Bramante \u0127adha f'idejh Raffaelllo Sanzio, li mmodifika l-pjanta u ttrasformaha f'Salib Latin.", "Meta Mikelan\u0121lu \u0121ie nkarigat bix-xog\u0127ol, re\u0121a' biddel il-pjanta mill-\u0121did u mar lura, b'varjazzjonijiet \u017cg\u0127ar, g\u0127all-idea ori\u0121inali ta' Bramante ta' Salib Grieg, i\u017cda \u010bekken l-erba' na\u0127at tal-kwadru sabiex i\u017c-\u017coni \u017c-\u017cg\u0127ar ikollhom dawl dirett.", "B'mod partikolari mmodifika l-koppla \u010bentrali fil-pjanta ta' Bramante: ne\u0127\u0127a \u010b-\u010birku ta' kolonni u taha profil og\u0127la.", "Billi ne\u0127\u0127a l-kampnari, l-koppla saret l-element predominanti.", "Kiseb permess ming\u0127and il-Papa, wara li dan ra l-pjanta tieg\u0127u, biex iwaqqa' parti mill-bini ta' Sangallo u, ming\u0127ajr ma jibdel il-forma sostanzjali min-\u0121ewwa, ikun jista' jimponi l-istil personali tieg\u0127u u jag\u0127ti unit\u00e0 s\u0127i\u0127a lill-pro\u0121ett.", "\u0126afna mill-xog\u0127lijiet twettqu bejn l-1549 u l-1558.", "B'tibdiliet \u017cg\u0127ar fil-pro\u0121ett ma\u0127sub minn Mikelan\u0121lu, li \u0127alla abbozz g\u0127all-koppla \u010bentrali mag\u0127mul bejn l-1558 u l-1561, ix-xog\u0127ol tlesta 24 sena wara mewtu mill-arkitetti Giacomo della Porta u Domenico Fontana, b'g\u0127oli ta' 132 metru u dijametru ta' 42.5 metri.", "Bil-kon\u010bessjoni permezz tal-bolla tas-27 ta' Lulju 1561, Papa Piju IV idde\u010bieda li jinstalla l-Kartu\u017cjani fit-Termi ta' Dijoklezjanu, wara li ji\u0121u ttrasformati fi knisja.", "Fl-1541 kien di\u0121\u00e0 kemm qassis Sqalli, Antonio del Duca, li kien talab lill-Papa biex jo\u0127loq knisja dedikata g\u0127all-qima tal-an\u0121li, u fl-1550 kiseb permess g\u0127all-bini ta' erbatax-il altar temporanju, sebg\u0127a dedikati lill-an\u0121li u sebg\u0127a lill-martri.", "Fil-5 ta' Awwissu 1561, tqeg\u0127det l-ewwel \u0121ebla tal-knisja u \u0121ie nkarigat bil-pro\u0121ett Mikelan\u0121lu, li, skont Vasari, ippropona:", "Ix-xog\u0127ol inbeda mill-ewwel, i\u017cda kellu jieqaf fl-1563 min\u0127abba nuqqas ta' flus.", "Meta fl-1565 saret knisja titulari (parrokkjali) bl-isem ta' Santa Maria degli Angeli e dei Martiri, \u0121ie ordnat baldakkin tal-bron\u017c g\u0127all-altar ma\u0121\u0121ur, iddisinjat minn Mikelan\u0121lu, li llum jinsab fil-Mu\u017cew ta' Napli.", "Matul is-sekli ta' wara tant saru bidliet li kwa\u017ci xejn ma baqa' mid-disinn ori\u0121inali.", "Papa Piju IV talab lil Mikelan\u0121lu biex jag\u0127millu pjanta g\u0127all-Porta Pia, u l-artista g\u0127amillu tlieta, il-Papa g\u0127a\u017cel dik li kienet \u0127a tqum l-inqas u l-bini nbeda fl-1561.", "Il-bieb inbena matul il-pro\u010bess ta' ti\u0121did urban li beda l-Papa Piju IV.", "It-triq il-\u0121dida li \u0121ejja mill-Quirinale issemmiet Via Pia f'unur il-Papa; minn hemm tg\u0127addi dritt mill-bieb ta' Porta Pia, li jaqsam is-swar tal-belt.", "Inbena b\u0127ala tip ta' xenografija importanti fil-punt topografiku l-i\u017cjed g\u0127oli tas-sur, bil-fa\u010b\u010bata t\u0127ares 'il \u0121ewwa lejn il-belt, g\u0127all-kuntrarju tat-tradizzjoni antika fejn il-bieb kien i\u0127ares 'il barra mill-belt b\u0127ala l-ewwel impressjoni tal-belt lil dawk li j\u017curuha.", "Il-midalji li \u0127ar\u0121u dak i\u017c-\u017cmien bis-su\u0121\u0121ett tal-bini tal-bieb, ma\u0127dumin minn Giovanni Federico Bonzagni, juru kif kien id-disinn ori\u0121inarjament.", "Il-pro\u0121ett minn barra ma setax jitlesta min\u0127abba l-mewt ta' Mikelan\u0121lu fl-1565 u l-elezzjoni ta' Papa \u0121did, Piju V, li waqqaf ix-xog\u0127lijiet u minn barra sar biss \u0127ajt sempli\u010bi u bieb.", "Fl-1853, Virginio Vespignani rrestawra l-parti ta' fuq u, matul l-1861 u l-1868, inbena l-bieb minn barra.", "Id-disinji ta' Mikelan\u0121lu jifformaw \u0121abra kbira u importanti \u0127afna, minkejja li xi w\u0127ud in\u0127arqu.", "Skont Vasari kien fiha, \"disinji, noti u abbozzi mag\u0127mulin minn idejh, b'tali mod li l-ebda wie\u0127ed ma juri l-g\u0127eja li g\u0127adda minnha u l-bosta provi li kellhom jg\u0127addu minn \u0127siebu sakemm titfa\u010b\u010ba l-perfezzjoni\".", "L-ewwel disinji attribwiti lill-artista huma kopji mag\u0127mula fl-Ba\u017cilika Fjorentina ta' Santa Croce, tat-\"Tribut\" u l-\"Konsagrazzjoni\" ta' Masaccio u t-tpin\u0121ija tal-\"Alkemista\", invenzjoni tieg\u0127u stess (issa fil-British Museum), u kopja ta' Giotto mi\u017cmuma fil-Louvre, kollha mi\u017c-\u017cmien tal-istudji tieg\u0127u fil-palazz ta' Lorenzo il Magnifico, madwar is-sena 1490.", "It-teknika ta' Mikelan\u0121lu tidher bit-\"terribbilt\u00e1\" tag\u0127ha fix-xog\u0127ol g\u0127ad-dekorazzjoni tas-sala tal-Gran Kunsill tal-Palazzo Vecchio.", "Fis-sena 1503, il-gvern Repubblikan \u0121did, fl-okka\u017cjoni tal-\u0127atra ta' Piero Soderini b\u0127ala \"Gonfaloniere\", idde\u010bieda li j\u017cejjen din is-sala bl-affreski, u g\u0127al dan il-g\u0127an qabbad lil Leonardo da Vinci biex ipin\u0121i rappre\u017centazzjoni ta' \"Il-Battalja ta' Anghiari\" u lil Mikelan\u0121lu biex ipin\u0121i \"Il-Battalja ta' Cascina\" fuq il-\u0127ajt ta' fa\u010b\u010bata, u hekk \u0121ew wi\u010b\u010b imb'wi\u010b\u010b l-akbar \u017cew\u0121 artisti tal-epoka.", "Mikelan\u0121lu beda ja\u0127dem fuq il-kartuna g\u0127al dan l-affresk, kif stqarr hu stess, fl-1504 wara li kien di\u0121\u00e0 r\u010bieva \u017cew\u0121 pagamenti.", "It-tema hi spirata mill-Kronaka ta' Filippo Villani, li rrakonta x'\u0121ara meta fl-1364 it-truppi ta' Firenze kienu qeg\u0127din jattakkaw l-belt ta' Pisa qrib Cascina.", "Min\u0127abba s-s\u0127ana qawwija, is-suldati ne\u017cg\u0127u g\u0127arwenin biex imorru jg\u0127umu fix-xmara Arno.", "G\u0127alkemm il-Pi\u017cani \u0127adu din l-opportunit\u00e0 biex jattakawhom f'dak il-mument, xorta wa\u0127da reb\u0127u l-Fjorentini.", "F'din il-pittura Mikelan\u0121lu wera l-\u0127ila li kellu fir-rappre\u017centazzjoni tan-nudi u l-moviment dinamiku u wkoll l-ori\u0121inalit\u00e0 li te\u017cawri l-possibilitajiet ta' espressjoni kollha, b'varjet\u00e0 ta' tekniki; xi figuri huma delinjati bil-karbon\u010bin u o\u0127rajn waqt li g\u0127andhom linji qawwijin huma sfumati u mdawlin bil-\u0121ibs.", "Meta kellu jmur Ruma g\u0127ax sejja\u0127lu l-Papa \u0120ulju II, l-artista telaq ix-xog\u0127ol fuq il-kartuna.", "L-affresk ta' Leonardo da Vinci fis-sala tal-Gran Kunsill, \"Il-Battalja ta' Anghiari\" ma damx ma tg\u0127arraq u nqered, u jitfakkar biss minn kopja tal-parti \u010bentrali li g\u0127amel Rubens.", "Hemm ukoll kopja tal-parti \u010bentrali tal-\"Battalja ta' Cascina\" li g\u0127amel Bastiano da Sangallo.", "Fis-sena 1515, matul \u017cjara \u0121o Firenze tal-Papa Ljun X, sar ti\u017cjin tal-belt kollha bba\u017cat fuq \"Il-Battalja ta Cascina\" ta' Mikelan\u0121lu.", "X'aktarx li l-kartuna ing\u0127atat lil bosta artisti differenti biex jikkupjawha u j\u017cejnu l-belt b'disinji minnha g\u0127all-mi\u0121ja tal-papa.", "Fil-British Museum u fil-kollezzjoni tal-Uffizi hemm mi\u017cmumin studji ta' figuri individwali g\u0127al dan l-abbozz ta' Mikelan\u0121lu.", "Vasari iddeskriva hekk id-disinn s\u0127i\u0127:", "Wara li t-tke\u010b\u010bew il-Medici fl-1527 u twaqqfet ir-repubblika \u0121dida ta' Firenze fis-6 ta' April 1529, Mikelan\u0121lu n\u0127atar \"gvernatur u prokuratur \u0121enerali tal-fortifikazzjonijiet\", u g\u0127amel \u0127iltu kollha biex itejjeb is-swar Fjorentini.", "Id-disinji f'Casa Buonarroti huma kollha studji g\u0127all-bastjuni tal-bibien u tal-angoli tas-swar medjevali.", "Dak tal-angolu tal-Porta al Prato d'Ognissanti, fil-parti tal-Punent ta' Firenze hu wie\u0127ed notevoli g\u0127ad-dettalji li fih.", "Mikelan\u0121lu kkon\u010bentra \u0127siebu fuq id-difi\u017ca tal-belt u wera ori\u0121inalit\u00e0 kbira f'din il-klassi ta' disinji li huma l-uni\u010bi disinji militari, flimkien ma' xi o\u0127rajn ta' Leonardo da Vinci.", "Fihom stabbilixxa t-trajettorji tal-balal tal-kanuni u l-firxa tag\u0127hom.", "Is-swar kienu aktar difensivi milli offensivi u g\u0127alhekk fid-disinji kellhom g\u0127add kbir ta' bastjuni ppuntati \u0127er\u0121in 'il barra biex id-difensuri kienu jistg\u0127u jil\u0127qu fil-bog\u0127od sewwa.", "L-ideat ta' Mikelan\u0121lu ma kellhomx ji\u0121u a\u010b\u010bettati, u f'xi w\u0127ud mid-disinji tieg\u0127u tal-a\u0127\u0127ar perjodu naraw it-tne\u0127\u0127ija ta' punti g\u0127omja li ma setg\u0127ux ji\u0121u protetti, kif x'aktarx qalulu xi esperti militari.", "Dawn l-a\u0127\u0127ar disinji, l-eqreb g\u0127al dawk u\u017cati aktar tard fl-epoka tal-Barokk jixbhu \u0127afna lil dawk proposti mill-in\u0121inier militari Vauban fix-xog\u0127ol tieg\u0127u \"Mani\u00e8re de Fortier\" tas-sena 1689.", "G\u0127as-saqaf tal-Kappella Sistina, l-artista g\u0127amel sensiela ta' disinji b\u0127ala abbozzi, li fihom jidhru t-tra\u010b\u010bi tal-manjeri\u017cmu di\u0121\u00e0 karatteristiku ta' Mikelan\u0121lu.", "Fost dan il-grupp hemm l-studji g\u0127an-nudi, mi\u017cmumin fil-British Museum ta' Londra, l-istudji g\u0127as-\"Sibilla Libica\", b'ver\u017cjonijiet differenti li qeg\u0127din fil-Metropolitan Museum of Art fi New York, diversi studji ta' figuri, sangwinja ta' \"Kristu fil-Limbu\" u ftit disinji fuq it-tema tal-\"Qawmien\".", "Fil-bidu tas-seklu 15, fl-Italja da\u0127al tip ta' disinn mag\u0127mul b'perfezzjoni kbira, biex jing\u0127ata b\u0127ala rigali.", "Leonardo da Vinci, fl-1500, g\u0127amel sensiela minn dawn biex joffrihom lil wie\u0127ed mill-patruni tieg\u0127u.", "Mikelan\u0121lu wkoll pin\u0121a bosta sensieli, li rregala lil \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li \u0127assu mi\u0121bud b'mod spe\u010bjali lejhom, imma l-akbar parti minnhom kienu g\u0127a\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 ma\u0127bub tieg\u0127u Tommaso Cavalieri, li Vasari i\u0121\u0121ustifika b\u0127ala e\u017cer\u010bizzju ta' tag\u0127lim:", "It-trasformazzjoni fl-istil ta' Mikelan\u0121lu tidher \u010bara fit-tpin\u0121ija tal-\"Piet\u00e0\" li rregala lil Vittoria Colonna madwar l-1540.", "F'dan ix-xog\u0127ol, il-figura ta' Kristu hi trattata b'delikatezza kbira.", "Fiha simmetrija organika ma' ommu Marija t\u0127ares lejn is-sema: hi b'dirg\u0127ajha mg\u0127ollijin f'nofs salib, filwaqt li binha g\u0127andu dirg\u0127ajh imni\u017c\u017clin.", "Il-kompo\u017cizzjoni simmetrika hi msa\u0127\u0127a mi\u017c-\u017cew\u0121t an\u0121li fil-\u0121enb u s-salib fl-isfond li jaqsam il-kartuna f'\u017cew\u0121 nofsijiet ugwali.", "Hemm iskrizzjoni me\u0127uda mill-\"Paradiso\" tal-Kummiedja Divina ta' Dante: \"Non vi si pensa quanto sangue costa\" (Ma ja\u0127sbux kemm tiswa demm)\".", "Baqa' \u0127afna tpin\u0121ijiet, spe\u010bjalment bil-\u0121ibs a\u0127mar: B\u0127ala poeta, Mikelan\u0121lu \u0127alla tliet mitt kompo\u017cizzjoni li g\u0127andhom post prominenti fil-lirika tas-seklu 16 u li fihom jispikkaw ton ener\u0121iku u awster u tensjoni kontinwa li to\u0127loq immedjatezza espressiva \u0127erqana.", "Il-forom metri\u010bi l-aktar abbundanti huma s-sunett u l-madrigal, i\u017cda kiteb ukoll xi terzini.", "Skont Ascanio Condivi, Mikelan\u0121lu iddedika s-sena 1503 g\u0127all-qari \"... qatta' xi \u0127in ma jag\u0127mel xejn fl-arti tal-iskultura, biex jintefa' fuq il-qari ta' poeti u oraturi bil-vernakular, u jikteb sunetti g\u0127all-pja\u010bir tieg\u0127u\".", "Il-formazzjoni tieg\u0127u fil-palazz ta' Lorenzo il Magnifico msejsa fuq il-\u0127sieb Neoplatoniku tal-umanisti Pico della Mirandola u Ficino tispjega a\u0127jar il-poe\u017cija ta' Mikelan\u0121lu, bl-iskuntentizza kbira bih innfisu u b'madwaru li dejjem kellu, bl-idea \"tal-pre\u017cenza tal-ispiritwalit\u00e0 fil-materjal\", bl-entu\u017cja\u017cmu tieg\u0127u g\u0127all-estetika u s-sbu\u0127ija.", "Bil-poe\u017cija, l-artista seta' jesprimi l-im\u0127abbiet kollha tieg\u0127u u d-dubji reli\u0121ju\u017ci li kellu.", "L-ewwel sunetti kienu fuq \u0127wejje\u0121 li kellhom x'jaqsmu max-xog\u0127ol artistiku tieg\u0127u, b\u0127al dak fuq l-istatwa ta' \"Il-Lejl\" fil-qabar tal-Medici, li jg\u0127id:", "Xi sunnetti o\u0127ra kienu i\u017cjed \u010bajtiera b\u0127al dak li kiteb lil \u0127abibu Giovanni da Pistoia, madwar l-1510, waqt li kien qieg\u0127ed ipin\u0121i s-saqaf tal-Kapella Sistina.", "Fuq il-karta fejn kiteb dan is-sunett insibu skizz tal-pittur bi\u017c-\u017cebg\u0127a \u010b\u010bar\u010bar fuq wi\u010b\u010bu u fis-sunett ixebba\u0127 wi\u010b\u010bu ma' \"paviment rikk\" u ddeskriva kif tg\u0127awwe\u0121 u mbaram biex ja\u0127dem fuq is-saqaf.", "Jitlob lil \u0127abibu: \"Il-pittura mejta tieg\u0127i iddefendi issa Giovanni, u unuri, g\u0127ax ma n\u0127ossnix f'posti, m'iniex pittur.\"", "Aktar tard u aktar numeru\u017ci hemm dawk miktuba lil Tommaso Cavaliere, ispirati minn Petrarca.", "L-ewwel wie\u0127ed bid-data tal-1532, jitkellem bil-miftu\u0127 dwar l-im\u0127abba lejn Tommaso u nistg\u0127u in\u0127ossu kemm kienet kbira din il-passjoni ta' Mikelan\u0121lu:", "It-tif\u0127ir \u017cejjed li\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 tidher ukoll fl-ittra indirizzata lilu bid-data tal-1 ta' Jannar 1533, fejn Mikelan\u0121lu jiddikjara: Jew f'din l-o\u0127ra: \"Ismek jitmali qalbi u ru\u0127i, u jimla 'l-wa\u0127da u 'l-o\u0127ra bi \u0127lewwa kbira, hekk li ma n\u0127ossx la n-niket u lanqas il-bi\u017ca tal-mewt waqt li niftakar fih.", "Il-poe\u017ciji li ddedika lil Vittoria Colonna kienu fil-parti l-kbira ta' tema reli\u0121ju\u017ca, it-tnejn fihom t\u0127assib dwaru nnifsu, u jikkon\u010bentraw fuq id-dnub u s-salvazzjoni eterna, b'ton ta' dieqa u mrar.", "F'madrigal jiddeskrivi lil \u0127abiba b\u0127ala \"tassew messa\u0121\u0121iera bejnu u s-sema, mara divina li lilha jitlob \u0127niena u kondexxenza biex bihom jerfa' l-mi\u017cerja tieg\u0127u g\u0127all-g\u0127oli tal-mog\u0127dija m\u0127arbta lejn l-hena\".", "L-aktar \u0127a\u0121a interessanti fil-poe\u017ciji ta' din l-epoka huwa s-sinte\u017ci li g\u0127amel Mikelan\u0121lu tat-teoriji Neoplatoni\u010bi u l-prattika tal-Kristjane\u017cmu.", "Meta mietet Vittoria, Mikelan\u0121lu sab ru\u0127u fi stat, skont Condivi, \"fejn matul \u017cmien twil deher qisu mi\u0121nun\", da\u0127al f'tip ta' kurrent imkarkar mill-ossessjonijiet reli\u0121ju\u017ci tieg\u0127u.", "Dan kollu \u0121ieg\u0127lu jikteb sensiela ta' poe\u017ciji pessimisti li fihom b'mod radikali spjega d-di\u017cappunt assolut tal-valur tal-arti.", "L-ewwel edizzjoni tal-poe\u017cija tieg\u0127u \u0127ar\u0121et fis-sena 1623 minn neputih, Mikelan\u0121lu \u017c-\u017bg\u0127ir.", "Kienet editjata \u0127afna u fiha l-pronomi maskili inbidlu f'femminili.", "Din il-konfu\u017cjoni damet sal-edizzjoni tal-1863 minn Cesare Guasti, fejn mit-testi ori\u0121inali \u0121iet i\u010b\u010barata t-tifsira tal-poe\u017cija indirizzata lil Tommaso Cavalieri.", "Fost o\u0127rajn, saru traduzzjonijiet tal-poe\u017cija ta' Mikelan\u0121lu minn awturi tat-tip tal-filosfu Amerikan Ralph Waldo Emerson fis-seklu 19.", "Ix-xog\u0127ol ta' Mikelan\u0121lu, meqjus mill-kontemporanji tieg\u0127u b\u0127ala l-qu\u010b\u010bata tal-arti tar-Rinaxximent, kien ukoll it-tmiem drammatiku tag\u0127ha.", "L-iskulturi, il-pitturi u l-arkitettura tieg\u0127u kienu ammirati i\u017cjed minn kollox u meqjusin b\u0127ala kreazzjonijiet superjuri g\u0127al dawk tal-antiki u og\u0127la min-natura stess.", "I\u017cda Mikelan\u0121lu kien g\u0127adu \u0127aj meta bdiet il-kontroversja bejn dawk li kienu jfa\u0127\u0127ru l-arti tieg\u0127u u l-kriti\u010bi tag\u0127ha, li maqdru n-nuqqas ta' proporzjon u naturalezza, b'kuntrast qawwi mal-grazzja u l-eleganza tal-arti ta' Raffaello.", "Lodovico Dolce fis-sena 1557, sejja\u0127 in-nudi ta' Mikelan\u0121lu monotoni mqabbla mas-sbu\u0127ija u l-\u0127lewwa tax-xog\u0127lijiet ta' Raffaello.", "Kien ikkritikat ukoll mill-knisja Taljana, matul it-tieni nofs tas-seklu 16, min\u0127abba li x-xog\u0127lijiet tieg\u0127u ma kinux skont ir-regoli \u0121odda tal-Kun\u010bilju ta' Trentu.", "Min-nofs is-seklu 18, il-kritika nqalbet f'adorazzjoni totali tal-arti tieg\u0127u.", "Min\u0127abba l-karattru profondament reli\u0121ju\u017c u l-\u0121enju tieg\u0127u, Mikelan\u0121lu sar meqjus b\u0127ala le\u0121\u0121enda, u kif \u0121ie innutat qabel, xi kriti\u010bi kienu tal-fehma li bis-seng\u0127a li kellu fit-teknika tal-klassi\u010bi seta' ji\u017cboq anki lil dawn.", "Il-manjiera impulsiva tieg\u0127u wasslitu biex f'\u017cg\u0127o\u017citu jiddedika ru\u0127u g\u0127al forom tal-arti, prin\u010bipalment skulturali, fejn l-artista g\u0127andu prossimit\u00e0 mill-ikbar mal-\u0127idma tieg\u0127u u ekk issir parti minnu, \u0127a\u0121a li tintilef fl-arkitettura li l-Papa inkarigah biha \u0127afna drabi, l-i\u017cjed fit-tieni fa\u017ci ta' \u0127ajtu.", "L-ideat tieg\u0127u niedew il-wasla immineti tal-arkitettura Barokka.", "L-affreski fuq is-saqaf tal-Kappella Sistina jirrappre\u017centaw il-vi\u017cjoni perfetta tat-twemmin neo-Platoniku tieg\u0127u, li jis\u0127aq li s-sbu\u0127ija tal-figura umana g\u0127andha karattru divin.", "Dan l-istess twemmin insibuh fis-sinjifikat tal-oqbra tal-Medici, fejn il-parti t'isfel tissimbolizza d-dinja materjali b'kuntrast mal-arkitettura imdawwla mill-koppla tas-sagristija l-\u0121dida, li tirrappre\u017centa d-dinja spiritwali.", "B\u0127ala pittur, kellu influwenza profonda fuq il-\u0121enerazzjoni Manierista ta' wara.", "Pere\u017cempju, Tintoretto kien influwenzat \u0127afna minnu fil-forom anatomi\u010bi tal-i\u0121sma u l-qag\u0127diet mibrumin, skor\u010bjati u sfurzati.", "Fil-pjanta tieg\u0127u tal-Ba\u017cilika tal-Vatikan, fejn \u0127adem g\u0127al kwa\u017ci g\u0127oxrin sena minn \u0127ajtu, issimplifika id-disinn li kien fassal g\u0127aliha Bramante, filwaqt li \u017camm l-istruttura f'salib Grieg u l-koppla kbira.", "Mikelan\u0121lu \u0127oloq spazji madwar l-elementi ewlenin fuq kollox il-koppla, l-element dominanti tal-bini.", "Fil-ka\u017c tal-iskultura, \"David\" ma jirrappre\u017centax ritorn g\u0127al mudelli tal-antikit\u00e0 Greko-Rumana i\u017cda, g\u0127all-ewwel darba, xog\u0127ol li ji\u017cboqhom.", "\u0126afna mix-xog\u0127lijiet tieg\u0127u mhumiex lesti (\"non finiti\" bit-Taljan), i\u017cda g\u0127andna niddistingwu bejn dawk li fihom l-awtur, intenzjonalment \u0127alla partijiet mhux mag\u0127mulin, b\u0127al fit-tondi \"Taddei\" u \"Pitti\", u dawk l-o\u0127rajn li ma tlestewx min\u0127abba fatturi esterni.", "Saru diversi films fuq il-\u0127ajja ta' Mikelan\u0121lu.", "L-i\u017cjed wie\u0127ed mag\u0127ruf huwa x'aktarx il-film \"The Agony and the Ecstasy\" (\"L-Agunija u l-Estasi\", 1965), ibba\u017cat fuq ir-rumanz ta' Irving Stone u dirett minn Carol Reed li fih Charlton Heston ja\u0127dem il-parti ta' Mikelan\u0121lu u Rex Harrison il-parti tal-Papa \u0120ulju II.", "Fl-1982, asterojde li sab Edward Bowell issemmiet \"3001 Michelangelo\".", "Hemm ukoll kratere fuq il-pjaneta Merkurju bl-isem ta' \"Michelangelo\".", "L-istazzjoni televi\u017civ Taljan RAI, fl-1990, g\u0127amel serje dokumentarja fuq il-\u0127ajja ta' Mikelan\u0121lu bit-titlu \"La Primavera de Michelangelo\" (Ir-Rebbieg\u0127a ta' Mikelan\u0121lu), ispirata mill-ktieb \"Una Stagione dei Giganti\" (Sta\u0121un tal-\u0120ganti) ta' Vicenzo Labella.", "Dan l-awtur flimkien ma' Julian Bond \u0127a \u0127sieb il-kitba tad-dokumentarju li kien dirett minn Jerry Londo u ja\u0127dem fih b\u0127ala attur protagonista Mark Frankel.", "\u0126afna mill-poe\u017ciji tieg\u0127u \u0121ew adattati g\u0127al mu\u017cika fil-forma ta' lied.", "L-i\u017cjed mag\u0127rufin fosthom huma dawk ta' Dmitrij \u0160ostakovi\u010d, irrekordjati minn Dietrich Fischer-Dieskau."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14036", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14036", "title": "Pressjoni tad-demm", "text": ["Pressjoni tad-demm", "Il-Pressjoni tad-demm (Ptad-D) hi l-pressjoni li je\u017cer\u010bita d-demm fuq il-\u0127itan tal-kanali tad-demm meta jkun qieg\u0127ed ji\u010b\u010birkola, u hi wa\u0127da mis-sinjali vitali (jew ta' \u0127ajja) ewlenin.", "Ma' kull ta\u0127bita tal-qalb il-Ptad-D tvarja bejn pressjoni massima (sistolika) u minima (dijastolika).", "Il-Ptad-D medja, dovuta g\u0127at-ta\u0127bit tal-qalb u r-re\u017cistenza fil-kanali tad-demm, tonqos meta d-demm li jkun ji\u010b\u010birkola jg\u0127addi mill-arterji u jitbieg\u0127ed mill-qalb.", "Tonqos l-i\u017cjed fl-arterji \u017c-\u017cg\u0127ar u l-arterjoli, u tibqa' tonqos meta d-demm jg\u0127addi mill-kapillari u lura lejn il-qalb mill-vini.", "Il-gravit\u00e0, il-valvoli fil-vini u l-ippumpjar mill-kontrazzjoni tal-muskoli skeletali jinfluwenzaw ukoll il-Ptad-D f'bosta postijiet fil-\u0121isem.", "It-terminu \"pressjoni tad-demm\" is-soltu jirreferi g\u0127all-pressjoni meta titkejjel fil-parti ta' fuq ta' drieg\u0127 ta' persuna.", "Titkejjel fuq \u0121ewwa tal-minkeb fuq l-arterja brakjali, li hi l-usa' kanal fil-parti ta' fuq tad-drieg\u0127 li j\u0121ib id-demm mill-qalb.", "Il-Ptad-D ta' bniedem is-soltu nesprimuha billi ng\u0127atu l-pressjoni sistolika u l-pressjoni dijatolika, pere\u017cempju 120/80.", "Din il-klassifikazzjoni li \u0121ejja tapplika g\u0127al adulti ta' tmintax-il sena u 'l fuq.", "Hi bba\u017cata fuq il-medja tal-qari tal-Ptad-D ta' pazjenti bilqieg\u0127da imkejla sewwa waqt \u017cew\u0121 \u017cjarat jew i\u017cjed fil-klinika.", "Filwaqt li l-valuri medji g\u0127all-pressjoni arterju\u017ca jistg\u0127u ji\u0121u kkalkulati g\u0127al popolazzjoni partikolari, sikwit ikun hemm varjazzjoni kbira minn persuna g\u0127all-o\u0127ra; il-pressjoni arterju\u017ca tvarja wkoll fl-individwi minn mument g\u0127all-ie\u0127or.", "Barra minn hekk, il-medja ta' popolazzjoni partikolari jista' jkollha korrelazzjoni mas-sa\u0127\u0127a \u0121enerali tag\u0127ha, b'hekk ir-rilevanza ta' valuri medji b\u0127al dawn huwa dubju\u017ci.", "Madankollu, fi studju ta' 100 su\u0121\u0121ett bla ebda storja mag\u0127rufa ta' pressjoni g\u0127olja, instabet il-Ptad-D tad-demm medja ta' 112/64 mmHg, li huma l-valuri normali.", "Diversi fatturi jinfluwenzaw il-Ptad-D medja ta' persuna u l-varjazzjonijiet.", "Fatturi b\u0127all-et\u00e0 u s-sess jinfluwenza il-valuri medji.", "Fit-tfal, il-meded normali huma inqas minn tal-adulti u jiddependu fuq it-tul.", "Fl-adulti, iktar ma jikbru fl-et\u00e0, il-pressjoni sistolika aktarx tog\u0127la u d-dijastolika tin\u017cel.", "Fl-anzjani, il-Ptad-D aktarx tkun 'il fuq mill-medda ta' adult normali, il-bi\u010b\u010ba l-kbira min\u0127abba li tonqos il-flessibilit\u00e0 tal-arterji.", "Il-Ptad-D tal-individwu tvarja wkoll bl-e\u017cer\u010bizzju, ir-reazzjonijiet emozzjonali, l-irqad, id-di\u0121estjoni u l-\u0127in tal-\u0121urnata.", "Il-pressjoni tad-demm medja f'mmHg: Hemm \u0127afna fatturi fi\u017ci\u010bi li jinfluwenzaw il-pressjoni arterju\u017ca.", "Kull wie\u0127ed minn dawn jista' mbag\u0127ad ji\u0121i influwenzat minn fatturi fi\u017cjolo\u0121i\u010bi o\u0127ra, b\u0127ad-dieta, e\u017cer\u010bizzju, mard, drogi jew alko\u0127ol, tensjoni, obe\u017cit\u00e0, u o\u0127rajn.", "Fost il-fatturi fi\u017ci\u010bi insibu:", "Fil-prattika, is-sistema awtonomika nervu\u017ca ta' kull individwu tirrea\u0121\u0121ixxi g\u0127al dawn il-fatturi interattivi u tirregolhom b'tali mod li, g\u0127alkemm il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq huma importanti, ir-reazzjoni attwali mill-pressjoni arterju\u017ca ta' individwu partikolari tvarja \u0127afna kemm min\u0127abba reazzjonijiet ta' frazzjoni ta' seconda u kemm min\u0127abba reazzjonijiet bil-mod tas-sistema nervu\u017ca u l-organi fit-tarf.", "Dawn ir-reazzjonijiet huma effettivi \u0127afna fit-tibdil tal-varjabbli u tal-Ptad-D li jirri\u017cultaw minn mument g\u0127all-ie\u0127or.", "Barra minn hekk, il-Ptad-D hi r-ri\u017cultat tal-fluss kardijaku 'l barra mqawwija mir-re\u017cistenza periferika: \"Il-pressjoni tad-demm= il-fluss kardijaku 'l barra X ir-re\u017cistenza periferika\".", "Allura, bidla anormali fil-Ptad-D hija, sikwit, indikazzjoni ta' problema li taffettwa il-fluss 'l barra mill-qalb, ir-re\u017cistenza tal-kanali tad-demm, jew it-tnejn.", "G\u0127alhekk, huwa importanti \u0127afna li nkunu nafu l-Ptad-D tal-pazjent kull meta nqisu xi patolo\u0121ija li g\u0127andha x'taqsam mal-fluss 'l barra u r-re\u017cistenza.", "Il-pressjoni arterju\u017ca medja (PAM) hija l-medja fuq i\u010b-\u010biklu kardijaku u hi ddeterminata mill-fluss kardijaku 'l barra (FK), ir-re\u017cistenza tas-sistemika vaskulari (RSV), u l-pressjoni venu\u017ca \u010bentrali (PVC),", "Il-PAM tista' titqis bejn wie\u0127ed u ie\u0127or mill-kejl tal-pressjoni sistolika formula_2 u l-pressjoni dijastolika formula_3 filwaqt li jkun hemm rata tal-qalb normali fil-mistrie\u0127,", "Il-fluttwazzjoni 'l fuq u 'l isfel tal-pressjoni arterju\u017ca \u0121ejja min-natura pulsanti tal-fluss kardijaku 'l barra, ji\u0121ifieri it-ta\u0127bit tal-qalb.", "Il-pressjoni pulsatorja hi ddeterminata mill-interazzjoni tal-volum tal-fluss li jo\u0127ro\u0121 ma' ta\u0127bita tal-qalb, l-elasti\u010bit\u00e0 tal-aorta (abbilt\u00e0 li tespandi) u r-re\u017cistenza g\u0127all-fluss fis-si\u0121ra arterju\u017ca.", "Meta tespandi ta\u0127t il-pressjoni, l-aorta tassorbi xi ftit mill-forza tal-mew\u0121a tad-demm \u0127ier\u0121a mill-qalb matul ta\u0127bita.", "B'dan il-mod il-pressjoni pulsatorja ssir inqas minn kemm kienet tkun kieku l-aorta ma kinitx ter\u0127i.", "It-tnaqqis fl-elasti\u010bit\u00e0 arterju\u017ca li \u0121\u0121ib mag\u0127ha x-xju\u0127ija tispjega l-pressjoniji pulsatorja g\u0127olja li nsibu fil-pazjenti anzjani.", "Il-pressjoni pulsatorja nistg\u0127u nikkalkolawha sempli\u010bement mid-differenza bejn il-pressjoni sistolika u dik dijastolika,", "Il-\"gradjent (fil-Ptad-D) drieg\u0127-ri\u0121el\" hu d-differenza bejn il-Ptad-D mkejla fid-dirg\u0127ajn u dik imkejla fir-ri\u0121lejn.", "Normalment hi inqas minn 10 mmHg, imma tista' ti\u017cdied pere\u017cempju meta jkun hemm koartazzjoni tal-aorta.", "L-arterji mdaqqsin, inklu\u017ci dawk li huma l-kbar bi\u017c\u017cejjed li nistg\u0127u narawhom ming\u0127ajr tkabbir, huma kanali li g\u0127andhom re\u017cistenza vaskulari baxxa (nassumu li m'hemmx bidliet ateroskleroti\u010bi avvanzati) b'rati g\u0127olja ta' fluss li ji\u0121\u0121eneraw tnaqqis \u017cg\u0127ir biss fil-pressjoni.", "L-arterji i\u017cg\u0127ar u l-arterjoli g\u0127andhom re\u017cistenza og\u0127la, u huma l-kaw\u017ca tat-tnaqqis prin\u010bipali fil-Ptad-D matul is-sistema \u010birkolatorja.", "Il-fi\u017cjolo\u0121ija moderna \u017cviluppat il-kun\u010bett tal-mew\u0121a tal-pressjoni vaskulari.", "Din il-mew\u0121a tin\u0127oloq mill-qalb waqt is-sistole u tori\u0121ina fl-aorta axxendenti.", "Din hi \u0127afna aktar mg\u0127a\u0121\u0121la mill-fluss tad-demm stess u ti\u0121i ttrasportata permezz tal-\u0127itan tal-kanali g\u0127all-arterji periferi\u010bi.", "Hemm il-mew\u0121a tal-pressjoni tista' tin\u0127ass b\u0127ala l-polz periferiku.", "Meta l-mew\u0121a ti\u0121i riflessa fil-vini periferi\u010bi tmur lura b'mod \u010bentripet.", "Fejn il-qu\u010b\u010bati tal-mew\u0121a riflessa u tal-mew\u0121a ori\u0121inali jiltaqg\u0127u, il-pressjoni \u0121ewwa l-kanal hi og\u0127la mill-pressjoni veru fl-aorta.", "Dan il-kun\u010bett jispjega g\u0127aliex il-pressjoni arterju\u017ca \u0121ewwa l-arterji periferi\u010bi tar-ri\u0121lejn u d-dirg\u0127ajn hi og\u0127la mill-pressjoni arterjali fil-aorta, u wkoll g\u0127aliex il-pressjonijiet li nsibu fil-g\u0127aksa huma g\u0127oljin imqabblin mal-valuri normali tal-indi\u010bi tal-pressjoni brakjali fl-g\u0127aksa.", "Il-kontroll endo\u0121enu tal-pressjoni arterju\u017ca mhuwiex mifhum kompletament.", "Sa issa, tliet mekkani\u017cmi g\u0127all-kontroll tal-pressjoni arterju\u017ca \u0121ew karatterizzati sewwa:", "Dawn il-mekkani\u017cmi differenti mhumiex ne\u010bessarjament indipendenti minn xulxin, kif turi r-rabta bejn is-SRA u l-\u0127ru\u0121 tal-aldosterun.", "B\u0127alissa, is-SRA hija ttrattat farmakolo\u0121ikament bl-inibituri ACE u antagonisti tar-ri\u010bettur tal-an\u0121jotensina II.", "Is-sistema tal-aldosterun hi ttrattata direttament bl-ispironolakton, antagonist tal-aldosterun.", "Ir-ritenzjoni tal-fluwidu tista' ti\u0121i kkurata bid-dijureti\u010bi; l-effett anti-ipertensiv tad-dijureti\u010bi hu dovut g\u0127all-effett tag\u0127hom fuq il-volum tad-demm.", "\u0120eneralment, ir-rifless barori\u010bettiv ma jitmissx fl-ipertensjoni g\u0127aliex jekk dan ji\u0121i mblukkat, l-individwu jistg\u0127u jsofri ipotensjoni ortostatika u \u0127ass \u0127a\u017cin.", "Il-pressjoni arterju\u017ca titkejjel l-i\u017cjed permezz ta' sfigmomanometru, li fl-img\u0127oddi kellu kolonna bil-merkurju li l-g\u0127oli tag\u0127ha kien juri l-Ptad-D ji\u010b\u010birkola.", "Il-Ptad-D g\u0127adna s'issa nkejluha b'millimetri tal-merkurju (mmHg), allavolja l-istrument li jintu\u017caw illum ma ju\u017cawx il-merkurju.", "G\u0127al kull ta\u0127bita tal-qalb, il-Ptad-D tvarja bejn il-pressjoni sistolika u d-dijastolika.", "Il-pressjoni sistolika hi l-og\u0127la pressjoni fl-arterji.", "Din tintla\u0127aq lejn l-a\u0127\u0127ar ta\u010b-\u010biklu kardijaku meta l-ventrikli jkunu jikkontrattaw.", "Il-pressjoni dijastolika hi l-i\u017cjed pressjoni baxxa fl-arterji.", "Din tintla\u0127aq lejn il-bidu ta\u010b-\u010biklu kardijaku meta l-ventrikli jkunu mimlijin bid-demm.", "Il-valuri ta' dawn g\u0127al bniedem adult f'sa\u0127\u0127tu huma madwar 120 mmHg sistolika u 80 mmHg dijastolika (niktbu 120/80 mmHg, u ng\u0127idu \"mija u g\u0127oxrin fuq tmenin\").", "Il-Ptad-D arteju\u017ca sistolika u dik dijastolika mhumiex stati\u010bi imma j\u0121arrbu varjazzjonijiet naturali minn ta\u0127bita tal-qalb g\u0127al o\u0127ra u matul il-jum (f'ritmu \u010birkadjan).", "Jinbidlu wkoll b'riazzjoni g\u0127at-tensjoni, fatturi nutrittivi, medi\u010bini, mard u g\u0127al mument meta nqumu bil-wieqfa.", "Xi minn daqqiet il-varjazzjonijiet ikunu kbar.", "Ipertensjoni tirreferi g\u0127al pressjoni arterju\u017ca li tkun normalment g\u0127olja, u bil-kuntrarju, l-Ipotensjoni tirreferi g\u0127al pressjoni arterju\u017ca li tkun normalment baxxa.", "Flimkien mat-temperatura tal-\u0121isem, ir-rata tar-respirazzjoni, u r-rata tal-polz, il-Ptad-D hi wa\u0127da mill-parametri fi\u017cjolo\u0121i\u010bi li l-iktar li jitkejlu.", "Il-pressjoni arterju\u017ca s-soltu titkejjel b'mod mhux inva\u017civ, ming\u0127ajr il-penetrazzjoni tal-\u0121ilda jew l-arterja.", "Il-kejl tal-pressjoni b'mod inva\u017civ, bil-penetrazzjoni tal-\u0127ajt tal-arterja, hu inqas komuni u s-soltu jsir fl-ambjent tal-isptar.", "Il-metodi mhux inva\u017civi awskultatorji u oxxillometri\u010bi huma i\u017cjed sempli\u010bi u ta' \u0127effa mill-metodi inva\u017civi, je\u0127tie\u0121u inqas seng\u0127a, kwa\u017ci m'g\u0127andhom komplikazzjonijiet xejn u l-pazjent idejquh u jwe\u0121\u0121g\u0127uh mill-inqas.", "Per\u00f2, il-metodi mhux inva\u017civi jistg\u0127u jg\u0127atu ri\u017cultati inqas e\u017catti u differenzi \u017cg\u0127ar sistemati\u010bi fir-ri\u017cultati numeri\u010bi.", "Il-kejl mhux inva\u017civ is-soltu jintu\u017ca l-i\u017cjed g\u0127all-kontroll u g\u0127al e\u017camijiet ta' rutina.", "Il-valur minimu sistoliku jista' ji\u0121i stimat bejn wie\u0127ed u ie\u0127or, ming\u0127ajr apparat permezz tal-palpazzjoni jew il-\u0127ass tal-polz.", "Dan isir l-i\u017cjed f'sitwazzjonijiet ta' emer\u0121enza.", "Fl-img\u0127oddi l-istudenti tal-medi\u010bina kienu jitg\u0127allmu li jekk jin\u0127ass polz radjali dan juri Ptad-D minima ta' 80 mmHg, polz femorali juri mill-inqas 70 mmHg, u l-polz karotidu juri minimu ta' 60 mmHg.", "Per\u00f2 mill-inqas studju wie\u0127ed wera li dan il-metodu spiss jg\u0127ati stima g\u0127olja tal-Ptad-D sistolika tal-pazjent.", "Wie\u0127ed jista' jikseb valur i\u017cjed pre\u010bi\u017c tal-Ptad-D sistolika permezz ta' sfigmomanometru billi j\u0127oss meta l-polz radjali jer\u0121a' jibda.", "Il-Ptad-D dijastolika ma tistg\u0127ax tinkiseb b'dan il-metodu.", "Xi minn daqqiet il-palpazzjoni tintu\u017ca biex tinkiseb stima qabel jintu\u017ca il-metodu awskulatorju.", "Il-metodu \"awskulatorju\" (mill-kelma Latina g\u0127as-\"smieg\u0127\") ju\u017ca stetoskopju u sfigmomanometru.", "Dan hu mag\u0127mul minn manikott jintefa\u0127 (ta' \"Riva-Rocci\") li jitqieg\u0127ed madwar id-drieg\u0127 'il fuq mill-minkeb fil-livell tal-qalb bejn wie\u0127ed u ie\u0127or, konness ma' manometru jew tal-merkurju jew anerojde.", "Il-manometru tal-merkurju ikejjel l-g\u0127oli ta' kolonna tal-merkurju u jg\u0127ati ri\u017cultat assolut ming\u0127ajr il-\u0127tie\u0121a ta' kalibrazzjoni, u g\u0127alhekk mhux su\u0121\u0121ett g\u0127all-i\u017cbalji u l-bdil fil-kalibrazzjoni li jaffettwaw il-metodi l-o\u0127ra.", "L-u\u017cu tal-manometru tal-merkurju sikwit jin\u0127tie\u0121 fi studji klini\u010bi u g\u0127all-kejl tal-ipertensjoni f'pazjenti f'periklu serju b\u0127an-nisa fit-tqala.", "Il-persuna li tkun qieg\u0127da tkejjel il-pressjoni tgerbeb sewwa manikott ta' daqs xieraq madwar id-drieg\u0127 ming\u0127ajr issikkar, imbag\u0127ad tonf\u0127u ftit ftit billi tag\u0127fas ballun tal-lastiku sakemm il-pressa fuq l-arterja twaqqaf il-fluss tad-demm g\u0127al kollox.", "Waqt li bl-istetoskopju tissemma' fil-minkeb g\u0127all-arterja brakjali, ter\u0127i l-pressjoni fil-manikott bilmod.", "Malli d-demm jibda jiskolji fl-arterja, il-fluss turbulenti jo\u0127loq \u0127oss ta' \"\u010baff\u010bif\" jew t\u0127abbit (l-ewwel \u0127oss ta' Korotkoff).", "Il-pressjoni fil-punt meta jinstema' l-ewwel \u0127oss hi il-Ptad-D sistolika.", "Il-pressjoni fil-manikott tintre\u0127a i\u017cjed sakemm ma jinstema' l-ebda \u0127oss (il-\u0127ames \u0127oss ta' Korotkoff), u din tkun il-pressjoni arterju\u017ca dijastolika.", "Il-metodu awskultatorju ilu predominanti minn meta bdiet titkejjel il-Ptad-D imma qeg\u0127din jintu\u017caw metodi mhux inva\u017civi o\u0127ra f'xi ka\u017cijiet.", "Il-metodu oxxillometriku kien ivvintat fl-1876 u jinvolvi l-osservazzjoni ta' oxxillazzjonijiet fil-pressjoni tal-manikott tal-isfigmomanometru li huma kkaw\u017cati mill-oxxillazzjonijiet tal-fluss tad-demm, ji\u0121ifieri l-polz.", "Il-ver\u017cjoni elettronika ta' dan il-metodu xi minn daqqiet tintu\u017ca fil-kejl fuq \u017cmien twil u fil-medi\u010bina \u0121enerika.", "Din tu\u017ca manikott ta' sfigmomanometru b\u0127al fil-metodu awskultatorju, imma b'sensur elettroniku biex josserva l-oxxillazzjonijiet fil-pressjoni tal-manikott, apparat elettroniku biex jinterpretahom awtomatikament u inflazzjoni u defalzzjoni tal-manikott awtomatika.", "Is-sensur tal-pressjoni jrid ji\u0121i kkalibrat kultant biex jibqa' e\u017catt.", "Il-kejl oxxilometriku je\u0127tie\u0121 inqas seng\u0127a mill-metodu awskultatorju u jista' ji\u0121i adattat g\u0127all-u\u017cu minn staff mhux im\u0127arr\u0121in u g\u0127all-monitora\u0121\u0121 awtomatizzat mill-pazjenti f'darhom.", "L-ewwel il-manikott jintefa\u0127 sa pressjoni naqra og\u0127la mill-pressjoni arterju\u017ca sistolika u mbag\u0127ad imni\u017c\u017cel g\u0127al pressjoni ta\u0127t id-dijastolika fuq perjodu ta' madwar 30 sekonda.", "Meta ma jkunx hemm i\u017cjed fluss tad-demm (il-pressjoni tal-manikott taqbe\u017c il-pressjoni sistolika) jew il-fluss ma jkollux ostakli (il-pressjoni tal-manikott tkun ta\u0127t il-pressjoni dijastolika), il-pressjoni tal-manikott se tkun essenzjalment kostanti.", "Hu importanti li l-manikott ikun ta' daqs tajjeb: jekk ikun issikkat jista' jag\u0127ti pressjoni og\u0127la milli suppost u jekk ikun mer\u0127i jag\u0127ti pressjoni baxxa.", "Meta jkun hemm fluss tad-demm, i\u017cda dan ikun ristrett, il-pressjoni tal-manikott, li hi kkontrollata mis-sensur tal-pressjoni, tvarja perjodikament f'sinkronija mal-espansjoni u kontrazzjoni \u010biklika tal-arterja brakjali, ji\u0121ifieri toxxilla.", "Il-valuri tal-pressjoni sistolika u dijastolika ji\u0121u kkalkulati bl-u\u017cu ta' algoritmu u jintwerew ir-ri\u017cultati kkalkulati.", "Il-monituri oxxillometri\u010bi jistg\u0127u jg\u0127atu qari mhux e\u017catt f'pazjenti bi problemi tal-qalb u ta\u010b-\u010birkolazzjoni, fosthom sklero\u017ci arterju\u017ca, aritmija, preeclampsia, alternans pulsus, u pulsus paradoxus.", "Fil-prattika l-metodi differenti ma jag\u0127tux ri\u017cultati identi\u010bi; jintu\u017caw algoritmu u koeffi\u010bjenti miksubin sperimentalment biex jirregolaw ir-ri\u017cultati oxxillometri\u010bi biex jag\u0127tu qari li jaqbel kemm jista' jkun mar-ri\u017cultati awskultatorji.", "Xi apparat ju\u017ca anali\u017ci meg\u0127juna mill-kompjuter tal-mew\u0121a istantanja tal-pressjoni arterju\u017ca biex jiddetermina l-punt sistoliku, il-punt medju, u l-punt dijastoliku.", "Peress li \u0127afna apparati oxxillometri\u010bi ma \u0121ewx validati, wie\u0127ed irid joqg\u0127od attent g\u0127ax il-parti l-kbira minnhom mhumiex adattati g\u0127al ambjent kliniku u ta' kura akuta.", "G\u0127al xi pazjenti, il-kejl Ptad-D fl-uffi\u010b\u010bju tat-tabib jista' jkun li ma jurix e\u017catt il-Ptad-D tipiku tag\u0127hom.", "Fi 'l fuq minn 25% tal-pazjenti, il-kejl fl-uffi\u010b\u010bju huwa og\u0127la mill-Ptad-D tipiku tag\u0127hom.", "Dan l-i\u017cball jista' jkun \u0121ej mill-bi\u017ca' asso\u010bjata mal-e\u017cami minn professjonista tas-sa\u0127\u0127a.", "Id-dijanjo\u017ci \u017cbaljata ta' pressjoni g\u0127olja f'dawn il-pazjenti tista' jirri\u017culta f'medikazzjoni bla b\u017conn u forsi ta' \u0127sara.", "Din il-bi\u017ca' tista' titnaqqas (mhux g\u0127al kollox) bil-kejl Ptad-D awtomatizzat matul 15 sa 20 minuta f'parti kwieta tal-uffi\u010b\u010bju jew klinika.", "Id-dibattitu rigward is-sinifikat ta' dan l-effett g\u0127adu sejjer.", "Xi pazjenti reattivi jirrea\u0121ixxu g\u0127al \u0127afna stimuli matul il-\u0127ajja ta' kuljum tag\u0127hom u je\u0127tie\u0121u kura.", "F'xi ka\u017cijiet il-kejl tal-Ptad-D jag\u0127ti valur i\u017cjed baxx g\u0127and it-tabib.", "Il-problemi tal-ipertensjoni min\u0127abba l-bi\u017cg\u0127a g\u0127and it-tabib jistg\u0127u ji\u0121u identifikati u mnaqqsa bl-u\u017cu tal-apparati tal-Ptad-D ambulatorji li jie\u0127du qari kull nofs sieg\u0127a matul il-\u0121urnata u bil-lejl.", "Minflok il-monitora\u0121\u0121 ambulatorju tal-Ptad-D, \u0127lief fl-irqad, jista' jintu\u017ca l-monitora\u0121\u0121 fid-dar g\u0127al dan l-g\u0127an.", "Il-monitora\u0121\u0121 f'dar il-pazjent jista' jintu\u017ca biex itejjeb il-kontroll tal-ipertensjoni u biex jimmonitorja l-effetti tal-bidliet fl-istil tal-\u0127ajja u tal-medi\u010bini li g\u0127andhom x'jaqsmu mal-Ptad-D.", "Instab li mqabbel mal-kejl ambulatorju tal-Ptad-D il-monitora\u0121\u0121 f'dar il-pazjent hu alternattiva effettiva li hi or\u0127os.", "Apparti mill-effett tal-bi\u017cg\u0127a mit-tabib, il-kejl tal-Ptad-D barra l-ambjent kliniku s-soltu hu kemm xejn aktar baxx fil-ma\u0121\u0121oranza tan-nies.", "L-istudji li \u0127arsu lejn ir-riskji mill-ipertensjoni u l-benefi\u010b\u010bji tat-tnaqqis fil-Ptad-D fil-pazjenti affettwati kienu bba\u017cati fuq kejl f'ambjent kliniku.", "Biex il-kejl tal-Ptad-D ikun e\u017catt je\u0127tie\u0121 li l-pazjent ma jixrobx kaf\u00e8, ipejjep is-sigaretti, jew jag\u0127mel e\u017cer\u010bizzju vigoru\u017c g\u0127al 30 minuta qabel isir il-kejl.", "Jekk il-bu\u017c\u017cieqa tal-awrina tkun mimlija din tista' jkollha xi effett \u017cg\u0127ir fuq qari tal-Ptad-D, allura jekk wie\u0127ed i\u0127oss li g\u0127andu b\u017conn jg\u0127addi l-awrina, g\u0127andu jag\u0127mel hekk qabel isir l-qari.", "G\u0127al 5 minuti qabel il-qari, wie\u0127ed g\u0127andu joqg\u0127od bilqieg\u0127da wieqaf fis-si\u0121\u0121u b'saqajh \u010batti mal-art, b'dirajh u ri\u0121leh mhux marbutin.", "Il-manikott tal-Ptad-D g\u0127andu dejjem ikunu imiss mal-\u0121ilda g\u0127ax il-qari me\u0127ud bil-manikott fuq il-komma jkun inqas pre\u010bi\u017c.", "Matul il-qari, il-drieg\u0127 li tkun qieg\u0127da tintu\u017ca g\u0127andha tkun mer\u0127ija u mi\u017cmuma fil-livell tal-qalb, pere\u017cempju tistrie\u0127 fuq mejda.", "Billi l-Ptad-D tvarja matul il-\u0121urnata, il-kejl ma\u0127sub biex jimmonitorja l-bidliet matul intervalli ta' \u017cmien daqsxejn twil g\u0127andu jittie\u0127ed fl-istess \u0127in kuljum biex ji\u0121i \u017cgurat li l-qari tal-\u0121ranet differenti huma komparabbli.", "Dawn huma xi \u0127inijiet tajbin:", "Il-monituri awtomati\u010bi u indipendenti tal-Ptad-D jistg\u0127u jinxtraw bi prezzijiet ra\u0121onevoli.", "Xi w\u0127ud minnhom huma kapa\u010bi li jg\u0127amlu l-kejl ta' Korotkoff barra l-metodi oxxillometri\u010bi, u b'hekk jippermettu l-pazjenti li qalbhom t\u0127abbat b'mod irregolari li jkejlu b'mod pre\u010bi\u017c il-Ptad-D f'darhom.", "L-i\u017cjed metodu e\u017catt g\u0127all-kejl tal-pressjoni tad-demm arterju\u017ca huwa b'mod inva\u017civ permezz ta' katetere arterju\u017ca.", "Il-metodu inva\u017civ g\u0127all-kejl tal-pressjoni arterju\u017ca permezz ta' kannuli intravaskulari ju\u017ca kejl dirett tal-pressjoni arterju\u017ca bit-tqeg\u0127id ta' labra kannula fl-arterja (normalment fir-radjali, femorali, dorsalis pedis jew brakjali).", "Il-kannula ti\u0121i konnessa ma' sistema mimlija b'fluwidu sterili, li tkun konnessa ma' trasduttur tal-pressjoni elettroniku.", "Il-vanta\u0121\u0121 ta' din is-sistema hija li l-pressjoni ti\u0121i ssorveljata kontinwament ta\u0127bita b'ta\u0127bita, u jo\u0127ro\u0121 grafiku tal-pressjoni kontra l-\u0127in.", "Din it-teknika inva\u017civa tintu\u017ca regolarment fil-medi\u010bina tal-kura intensiva umana u veterinarja, aneste\u017cjolo\u0121ija, u g\u0127al skopijiet ta' ri\u010berka.", "F'xi okka\u017cjonijiet rari kien hemm xi bi\u017cg\u0127a li matul il-monitora\u0121\u0121 inva\u017civ tal-pressjoni vaskulari, il-kannullazzjoni setg\u0127et ikkaw\u017cat komplikazzjonijiet b\u0127al trombo\u017ci, infezzjoni, u emorra\u0121ija.", "Meta jkun qieg\u0127ed isirilhom monitora\u0121\u0121 arterju\u017c inva\u017civ il-pazjenti je\u0127tie\u0121u sorveljanza mill-eqreb, billi hemm periklu ta' emorra\u0121ija severa jekk fil-linja jkun hemm xi skonnessjoni.", "Il-metodu inva\u017civ hu \u0121eneralment u\u017cat biss fuq il-pazjenti li jkunu mistennijin li jkollhom varjazzjonijiet mg\u0127a\u0121\u0121lin fil-pressjoni arterju\u017c\u00e0.", "Il-pressjoni tad-demm \u0121eneralment tirreferi g\u0127all-pressjoni arterju\u017ca fi\u010b-\u010birkolazzjoni sistemika.", "Per\u00f2, il-kejl tal-pressjoni fis-sistema venu\u017ca u fil-kanali pulmonari g\u0127andu parti importanti fil-kura intensiva, i\u017cda je\u0127tie\u0121 katetere venu\u017ca \u010bentrali inva\u017civa.", "Il-pressjoni venu\u017ca hija l-pressjoni vaskulari \u0121o vina jew fl-atriji tal-qalb.", "Hi ferm i\u017cjed baxxa mill-pressjoni arterju\u017ca, b'valuri komuni ta' 5 mmHg fl-atriju tal-lemin u 8 mmHg fl-atriju tax-xellug.", "Normalment, il-pressjoni fl-arterja pulmonari hi madwar 15 mmHg fil-mistrie\u0127.", "Ptad-D g\u0127olja fil-kapillari pulmonari tikkaw\u017ca ipertensjoni pulmonari, b'edema interstizjali jekk il-pressjoni tog\u0127la 'l fuq minn 20 mmHg, u b'edema pulmonari meta tkun 'l fuq minn 25 mmHg.", "Fit-tqala, hi l-qalb tal-fetu u mhux il-qalb tal-omm li tipprovdi l-Ptad-D fetali biex tmexxi d-demm ma\u010b-\u010birkolazzjoni fetali.", "Il- Ptad-D fl-aorta tal-fetu hija madwar 30 mmHg fl-20 \u0121img\u0127a tat-tqala, u ti\u017cdiet g\u0127al madwar 45 mmHg fl-40 \u0121img\u0127a tat-tqala.
Il-Ptad-D medja ta' tarbija lesta biex titwieled:", "L-ipertensjoni arterju\u017ca tista' tkun sinjal ta' problemi o\u0127ra u jista' jkollha effetti \u0127\u017ciena fit-tul.", "Kultant tista' tkun problema akuta, per e\u017cempju pressjoni g\u0127olja ta' emer\u0121enza.", "Ikun xi jkun il-livell tal-pressjoni arterju\u017ca dejjem ikun hemm forza fuq il-\u0127itan arterju\u017ci.", "I\u017cjed ma tkun g\u0127olja l-pressjoni i\u017cjed trid ta\u0127dem il-qalb u i\u017cjed jikber it-tessut \u0127a\u017cin (ateroma) li ji\u017cviluppa mal-\u0127itan tal-arterji.", "I\u017cjed ma tkun g\u0127olja l-pressjoni, i\u017cjed ikun hemm tensjoni u aktar ti\u017cviluppa l-ateroma u l-muskolu tal-qalb ma\u017c-\u017cmien je\u0127xien, jikber u jiddg\u0127ajjef.", "L-ipertensjoni persistenti hija wie\u0127ed mill-fatturi ta' riskju g\u0127al puplesiji, attakki tal-qalb, insuffi\u010bjenza tal-qalb u anewri\u017cmi arterju\u017ci, u hija l-kaw\u017ca ewlenija tal-insuffi\u010bjenza renali kronika.", "Anki tlug\u0127 moderat fil-pressjoni arterju\u017ca jwassal g\u0127al g\u0127omor iqsar.", "Meta l-pressjoni tkun g\u0127olja sewwa, ji\u0121ifieri l-pressjoni arterju\u017ca medja tkun g\u0127olja mill-medja b'50% jew i\u017cjed, wie\u0127ed ma jistenniex li jg\u0127ix aktar minn ftit snin sakemm ma jie\u0127ux il-kura adattata.", "Fl-img\u0127oddi, aktar attenzjoni kienet ting\u0127ata lill-pressjoni dijastolika; i\u017cda llum huwa rikonoxxut li kemm pressjoni sistolika g\u0127olja u kemm pressjoni tal-polz (id-differenza numerika bejn il-pressjoni sistolika u dijastolika) g\u0127olja huma fatturi ta' riskju o\u0127ra.", "F'xi ka\u017cijiet, jidher li tnaqqis \u017cejjed fil-pressjoni dijastolika jista' j\u017cid ir-riskju, x'aktarx min\u0127abba li jkun hemm \u017cieda fid-differenza bejn il-pressjoni sistolika u dijastolika.", "Fin-nies li jkollhom rigur\u0121itu fil-valvoli kardija\u010bi, meta dan jonqos jista' jkun hemm bidla fil-pressjoni dijastolika.", "Fi studju ta' nies b'rigur\u0121itu fil-valvoli kardija\u010bi, li qabbel \u017cew\u0121 kejlijiet imbeg\u0127din b'\u0121img\u0127atejn g\u0127al kull ru\u0127, kien hemm \u017cieda fis-severit\u00e0 ta' aortika u rigur\u0121itu mitrali meta \u017cdiedet il-pressjoni tad-demm dijastolika, filwaqt li meta l-pressjoni tad-demm dijastolika naqset, naqset is-severit\u00e0.", "L-istat ta' pressjoni tad-demm baxxa hu mag\u0127rufa b\u0127ala ipotensjoni.", "Ix-xebh fil-pronunzja ma' \"ipertensjoni\" jista' jo\u0127loq konfu\u017cjoni.", "L-ipotensjoni tqajjem t\u0127assib mediku fil-ka\u017c biss li tikkaw\u017ca sinjali jew sintomi, b\u0127al sturdament, \u0127ass \u0127a\u017cin, jew f'ka\u017cijiet estremi, xokk.", "Meta l-pressjoni arterju\u017ca u l-fluss tad-demm jonqsu ta\u0127t \u010bertu punt, il-perfu\u017cjoni tal-mo\u0127\u0127 tonqos kritikament (ji\u0121ifieri, il-provista tad-demm ma' tkunx bi\u017c\u017cejjed), u tikkaw\u017ca sturdament li jista' jkun \u0127afif, debolizza jew \u0127ass \u0127a\u017cin.", "Kultant il-pressjoni arterju\u017ca taqa' b'mod sinifikanti meta l-pazjent ikun bilqieg\u0127da u jqum bil-wieqfa.", "Dan hu mag\u0127ruf b\u0127ala ipotensjoni ortostatika (ipotensjoni posturali); il-gravit\u00e0 tnaqqas ir-rata ta' ritorn tad-demm mill-vini tal-\u0121isem ta\u0127t il-qalb lura 'l fuq lejn il-qalb, u b'hekk tnaqqas il-volum ta' kull ta\u0127bita u l-fluss mill-qalb.", "Fin-nies b'sa\u0127\u0127ithom, il-vini ta' ta\u0127t qalbhom malajr isru idjaq u r-rata tal-qalb ti\u017cdied biex tnaqqas u tikkumpensa g\u0127all-effett tal-gravit\u00e0.", "Dan isir involontarjament mis-sistema nervu\u017ca awtonomika.", "Is-sistema normalment tie\u0127u ftit sekondi biex tla\u0127\u0127aq u jekk il-kumpens ikun bil-mod wisq jew mhux bi\u017c\u017cejjed, l-individwu jkollu fluss tad-demm baxx lejn il-mo\u0127\u0127, sturdament u forsi \u0127ass \u0127a\u017cin.", "Meta jkun hemm \u017cieda fil-forza-G, b\u0127al ma j\u0127ossu l-piloti fl-aerobatika jew il-kumbatt, dan l-effett ji\u017cied \u0127afna.", "Wie\u0127ed jista' jelimina l-problema kwa\u017ci g\u0127al kollox bill jqieg\u0127ed \u0121ismu perpendikularment mal-gravit\u00e0.", "Fost il-kaw\u017ci l-o\u0127ra ta' pressjoni arterju\u017ca baxxa nsibu:", "Ix-xokk hu kundizzjoni komplessa li twassal g\u0127al perfu\u017cjoni kritikament baxxa.", "Il-mekkani\u017cmi tas-soltu huma telf ta' volum tad-demm, \u0121abra ta' demm fil-vini li ma jkunx demm bi\u017c\u017cejjed sejjer lura lejn il-qalb u/jew ippumpjar effettiv baxx.", "Pressjoni arterju\u017ca baxxa, spe\u010bjalment pressjoni tal-polz baxxa, hi sinjal ta' xokk u tikkontribwixxi g\u0127al perfu\u017cjoni mnaqssa u tirriflettiha.", "Jekk ikun hemm differenza sinifikanti fil-pressjoni minn drieg\u0127 g\u0127all-o\u0127ra, dan jista' jindika tidjiq (per e\u017cempju, min\u0127abba l-koartazzjoni aortika, dissezzjoni aortika, trombo\u017ci jew embolja) ta' arterja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14096", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14096", "title": "Otto von Bismarck", "text": ["Otto von Bismarck", "Otto Eduard Leopold von Bismarck (Sch\u00f6nhausen, 1 ta' April, 1815 \u2013 Friedrichsruh, 30 ta' Lulju, 1898) kien politiku \u0120ermani\u017c lejn l-a\u0127\u0127ar tas-seklu 19, u figura dominanti fl-isfera globali.", "B\u0127ala \"Ministerpr\u00e4sident\", jew Prim Ministru, tal-Prussja mill-1862 tal-1890, hu kellu sehem importanti fl-unifikazzjoni tal-\u0120ermanja.", "Fl-1867 hu sar Kan\u010billier tal-Konfederazzjoni \u0120ermani\u017ca tat-Tramuntana.", "Hu fforma l-Imperu \u0120ermani\u017c fl-1871, fejn sar l-ewwel Kan\u010billier tieg\u0127u u kien persuna importanti fit-tre\u0121ija tieg\u0127u sakemm \u0121ie mne\u0127\u0127i minn postu fl-1890.", "Il-diplomazija tieg\u0127u ta' Realpolitik flimkien mat-tmexxija stretta tieg\u0127u, wassluh g\u0127al-laqam tieg\u0127u ta' \"Il-Kan\u010billier tal-\u0126adid\".", "Wara l-mewt tieg\u0127u, nazzjonalisti \u0120ermani\u017ci g\u0127amlu lil Bismarck l-eroj tag\u0127hom u bnew mijiet ta' monumenti li jigglorifikaw is-simbolu ta' tmexxija b'sa\u0127\u0127itha.", "L-istori\u010bi jfa\u0127\u0127ruh b\u0127ala politiku moderat u biljan\u010bat li kien il-mo\u0127\u0127 wara l-g\u0127aqda tal-istati kollha \u0120ermani\u017ci ta\u0127t imperu wie\u0127ed.", "Hu \u0127oloq nazzjon b'politika so\u010bjali progressiva, ri\u017cultat li kien imur kontra l-objettivi tieg\u0127u fil-bidu.", "Bismark, Luteran devot ubbidjenti lejn il-kuruna, ippromwova gvern permezz ta' burokrazija b'sa\u0127\u0127itha b'monarkija eridetarja fuq nett.", "Bismarck twieled f'Sch\u00f6nhausen, stat pjuttost g\u0127ani fil-Punent ta' Berlin fil-Provin\u010bja ta' Sassonja, fil-Prussja.", "Missieru, Karl Wilhelm \"Ferdinand\" von Bismarck, kien proprjetarju tal-artijiet mag\u0127ruf a\u0127jar b\u0127ala Junker u eks-uffi\u010b\u010bjal militari tal-Prussja; ommu, Wilhelmine Luise Mencken, kienet bint uffi\u010b\u010bjal tal-gvern f'Berlin.", "Minkejja li fi\u017cikament Bismarck kien jixbah lil missieru u minn barra kien jidher b\u0127ala Junker \u2014 imma\u0121ni li kienet meg\u0127juna mill-fatt li kien i\u0127obb jilbes uniformi militari, minkejja li ma kienx uffi\u010b\u010bjal regulari \u2014 hu kien aktar ko\u017cmopolitan u b'edukazzjoni a\u0127jar min-normal g\u0127al ir\u0121iel li \u0121ejjin minn dan l-isfond so\u010bjali.", "Hu kien jikteb u jitkellem b'mod fluwenti bl-Ingli\u017c, bil-Fran\u010bi\u017c, u bir-Russu.", "Bismarck ir\u010bieva l-edukazzjoni tieg\u0127u fl-iskejjel sekondarji ta' Friedrich-Wilhelm u Graues Kloster.", "Mill-1832 sal-1833 studja l-li\u0121i fl-Universit\u00e0 ta' G\u00f6ttingen fejn kien membru tal-Corps Hannovera qabel ma da\u0127al fl-Universit\u00e0 ta' Berlin (1833\u201335).", "Waqt li kien f'G\u00f6ttingen, Bismarck sar \u0127abib ta' student Amerikan John Lothrop Motley, li ddeskriva lil Bismarck b\u0127ala \"Otto v. Rabenmark\" fin-novella tieg\u0127u \"Morton's Hope, or the Memoirs of a Provincial\" (1839).", "Motley, aktar tard sar storiku eminenti u diplomatiku.", "Minkejja li Bismark xtaq li jsir diplomatiku, beda l-istudju tieg\u0127u b\u0127ala avukat f'Aachen u Potsdam.", "Madanakollu, ftit dam f'din il-linja, wara li kien po\u0121\u0121a l-karriera tieg\u0127u f'xifer l-irdum meta kien \u0127a permess mhux awtorizzat biex ji\u0121ri wara \u017cew\u0121 tfajliet Ingli\u017ci, l-ewwel lil Laura Russell, neputija tad-Duka ta' Cleveland, u wara lil Isabella Loraine-Smith, bint reverendu g\u0127ani.", "Hu ma rnexxielux ji\u017c\u017cewwe\u0121 lill-ebda wa\u0127da minnhom.", "G\u0127al sena serva fl-armata u sar uffi\u010b\u010bjal fil-Landwehr (ri\u017cerva), qabel ma re\u0121a' lura biex imexxi l-\u0121id tal-familja f'Sch\u00f6nhausen wara l-mewt ta' ommu.", "Fl-et\u00e0 ta' tletin sena, Bismarck kellu \u0127biberija intensa ma' Marie von Thadden, li kienet g\u0127adha kif i\u017c\u017ceww\u0121et lil \u0127abib minn tieg\u0127u.", "Ta\u0127t l-influwenza tag\u0127ha sar Luteran Pjetista, u aktar tard kiteb kif fis-sodda tal-mewt ta' Marie kien talab g\u0127all-ewwel darba minn mindu kien \u017cg\u0127ir.", "Bismarck i\u017c\u017cewwe\u0121 lill-ku\u0121ina ta' Marie, in-nobbli Johanna von Puttkamer f'Alt-Kolziglow fit-28 ta' Lulju, 1847.", "I\u017c-\u017cwie\u0121 twil u hieni tag\u0127hom ta \u0127ajja lil tliet itfal, Herbert (t. 1849), Wilhelm (t. 1852) u Marie (t. 1847).", "Johanna kienet mara mist\u0127ija u reli\u0121ju\u017ca \u2014 minkejja li kienet mag\u0127rufha g\u0127all-ilsien jaqta' li kellha \u2014 u fil-\u0127ajja pubblika tieg\u0127u, Bismarck kien xi drabi akkumpanjat minn o\u0127tu Malwine (\"Malle\") von Arnim.", "Waqt btala wa\u0127du f'Biarritz fis-sajf tal-1862 (qabel ma sar Prim Ministru tal-Prussja), Bismarck kellu relazzjoni romantika ma' Kathy Orlov, il-mara ta' tnejn u g\u0127oxrin sena ta' diplomatiku Russu \u2014 mhuwiex mag\u0127ruf jekk ir-relazzjoni bejniethom kinitx sesswali.", "Bismarck \u017camm lil martu infurmata fuq din il-\u0127biberija l-\u0121dida permezz ta' ittra, u f'sena sussegwenti Kathy \u0127assret il-pjanijiet li tiltaqa' ma' Bismarck f'vaganza o\u0127ra wara li semg\u0127et li martu u l-familja tieg\u0127u se jakkumpanjawh din id-darba.", "Huma komplew jiktbu lil xulxin sal-mewt prematura ta' Kathy fl-1874.", "Fis-sena ta\u017c-\u017cwie\u0121 tieg\u0127u, fl-1847, Bismarck \u0121ie mag\u0127\u017cul b\u0127ala rappre\u017centant fil-le\u0121islatura mo\u0127luqa \u0121dida tal-Prussja, il-\"Vereinigter Landtag\".", "Hemmhekk, hu kiseb ir-reputazzjoni b\u0127ala politiku rjali u reazzjonarju.", "Apertament, hu sostna l-idea li l-monarka g\u0127andu dritt divin li jmexxi.", "F'Marzu tal-1848, il-Prussja sabet ru\u0127ha f'rivoluzzjoni (wa\u0127da mill-\u0127afna li qamu f'dik is-sena madwar diversi pajji\u017ci Ewropej), li kompletament affettwat it-tmexxija tar-Re Federiku Guljelmu IV.", "Il-monarka, minkejja li g\u0127all-bidu kellu l-intenzjoni li ju\u017ca' l-forza biex jo\u0127noq ir-rivoluzzjoni, idde\u010bieda li ma j\u0127allix 'l Berlin lejn is-sigurt\u00e0 offerta mill-kwartieri \u0121enerali tal-militar f'Potsdam.", "Hu offra diversi kon\u010bessjonijiet lil-liberali: hu libes il-kuluri rivoluzzjonarji (iswed, a\u0127mar u deheb, pre\u017centi anke llum fil-bandiera tal-\u0120ermanja demokratika), wieg\u0127ed kostituzzjoni, qabel li l-Prussja u stati o\u0127ra jing\u0127aqdu f'pajji\u017c wie\u0127ed, u \u0127atar lil-liberali Ludolf Cam b\u0127ala Ministru-President.", "G\u0127all-bidu, Bismarck prova jqajjem lill-foqra tal-istat tieg\u0127u f'armata fi triqitha lejn Berlin f'isem ir-Re.", "Bil-mo\u0127bi hu wasal Berlin sabiex joffri s-servizzi tieg\u0127u, imma minflok \u0121ie mitlub sabiex jag\u0127mel lilu nnifsu utli billi jirran\u0121a l-provisti tal-ikel g\u0127all-Armata mill-istati tieg\u0127u f'ka\u017c li jkun hemm.", "\u0126u r-Re, il-Prin\u010bep Guljelmu (ir-Re u l-Imperatur futuri Guljelmu I) kien \u0127arab lejn l-Ingilterra, u Bismarck ikkomplotta mal-mara ta' Guljelmu Augusta sabiex tpo\u0121\u0121i lit-tifel \u017cag\u0127\u017cug\u0127 tag\u0127hom (ir-Re futuri Federiku III) fuq it-tron Prussjan f'post ir-Re Federiku Guljelmu IV\u2014Augusta ma kien se jkollha xejn, u min\u0127abba f'hekk spi\u010b\u010bat tobg\u0127od lil Bismarck, minkejja li aktar tard Bismarck g\u0127en sabiex jirkupra relazzjoni professjonali bejn ir-Re u \u0127uh, li ma kienux f'termini tajba bejniethom.", "Bismarck ma kienx membru tal-\"Landtag\" elett dik is-sena.", "Imma r-reb\u0127a liberali ftit li xejn saddet sa tmiem is-sena, u dan kien min\u0127abba \u0121lied intern li dg\u0127ajjfu lill-moviment, waqt li l-konservattivi re\u0121g\u0127u in\u0121abru flimkien, iffurmaw grupp intern ta' konsulenti u re\u0121g\u0127u \u0127adu kontroll ta' Berlin.", "Minkejja li ng\u0127atat kostituzzjoni, dak li ng\u0127ata kien wisq 'il bog\u0127od minn dak rikjest mir-revoluzzjonarji.", "Fl-1849, Bismarck \u0121ie elett fil-\"Landtag\".", "F'din il-fa\u017ci tal-karriera, hu oppona li l-\u0120ermanja ting\u0127aqad, fejn argumenta li b'konsegwenza t'hekk il-Prussja titlef l-indipendenza tag\u0127ha.", "Hu a\u010b\u010betta l-\u0127atra tieg\u0127u b\u0127ala wie\u0127ed mir-rappre\u017centanti tal-Prussja fil-Parlament t'Erfurt, assemblea ta' stati \u0120ermani\u017ci li ltaqg\u0127u sabiex jiddiskutu pjanijiet g\u0127all-unifikazzjoni, imma biss sabiex jopponi b'mod aktar effettiv il-proposti ta' dan il-grupp.", "Il-Parlament naqas li j\u0121ib 'il quddiem l-idea ta' unifikazzjoni u dan min\u0127abba li naqset is-sosten ta\u017c-\u017cew\u0121 stati \u0120ermani\u017ci l-iktar importanti, il-Prussja u l-Awstrija.", "Fl-1850, wara disputa fuq Hesse, il-Prussja \u0121iet umiljata u sfurzata sabiex tiffirma mal-Awstrija (sostnuta mir-Russja) il-Qbil ta' Olm\u00fctz; pjan ta' unifikazzjoni g\u0127all-\u0120ermanja ta\u0127t il-gwida Prussjana, propost mill-Prim Ministru Prussjan Radowitz, \u0121ie wkoll abbandunat.", "Fl-1851, Federiku Guljelmu \u0127atar lil Bismarck b\u0127ala r-rappre\u017centant tal-Prussja fid-Dieta tal-Konfederazzjoni \u0120ermani\u017ca fi Frankfurt.", "Bismarck irri\u017cenja mis-si\u0121\u0121u fil-\"Landtag\", imma \u0121ie ma\u0127tur fil-Kamra tal-Lords Prussjana xi snin wara.", "Fi Frankurt da\u0127al fi \"gwerra\" mar-rappre\u017centant Awstrijak, il-Konti Thun, fejn insista li g\u0127andu ji\u0121i trattat ugwalment b\u0127al li jikseb l-istess privile\u0121\u0121i li \u0127a Thun, dik li jpejjep u jne\u0127\u0127i l-\u0121akketta waqt il-laqg\u0127at.", "It-tmien snin ta' Bismarck fi Frankfurt wassluh biex ibiddel il-fehma politika tieg\u0127u, evidenti fin-numru ta' memoranda li bag\u0127at lis-superjuri ministerjali tieg\u0127u f'Berlin.", "Issa, li ma kienx g\u0127adu ta\u0127t l-influwenza ta' s\u0127abu ultrakonservattivi, Bismarck sar inqas reazzjonarju u iktar pragmatiku.", "Hu sar konvint li sabiex tikkumpensa l-influwenza mill-\u0121did tal-Awstrija, il-Prussja kellha b\u017conn mhux biss li tag\u0127mel alleanzi mal-istati \u0120ermani\u017ci l-o\u0127ra.", "B'ri\u017cultat t'hekk, hu laqa' aktar bil-qawwa l-idea ta' \u0120ermanja mag\u0127quda.", "Bismarck \u0127adem ukoll sabiex i\u017comm il-\u0127biberija tar-Russja u relazzjoni professjonali ma' Napuljun III ta' Franza\u2014b'din il-\u0127biberija tkun importanti kemm biex jhedded lill-Awstrija u anki sabiex jipprevjeni lil Franza milli tag\u0127mel alleanza mar-Russja.", "F'ittra famu\u017ca lil Leopold von Gerlach, Bismarck kiteb li kienet follija li tilg\u0127ab \u010bess wara li tkun po\u0121\u0121ejt 16 mill-64 kaxxa barra mil-limiti.", "Din l-osservazzjoni kienet ironika hekk kif wara l-1871 Franza saret l-g\u0127adu permanenti tal-\u0120ermanja, u fil-fatt eventwalment tag\u0127mel alleanza mar-Russja kontra l-\u0120ermanja fl-1890ijiet.", "Bismarck kien ukoll urtat bl-i\u017colament li sofriet il-Prussja matul il-Gwerra tal-Krimea f'nofs l-1850ijiet (fejn l-Awstrija marret man-na\u0127a tar-Renju Unit u Franza kontra r-Russja, u l-Prussja g\u0127al ftit ma kinitx se tit\u0127alla barra mid-diskussjonijiet fuq il-pa\u010bi f'Pari\u0121i).", "Fil-kri\u017ci tal-Lvant tal-1870, il-bi\u017ca' li jer\u0121a' jkun hemm ripetizzjoni ta' dawn l-avvenimenti kien fattur importanti li wasslu sabiex Bismarck aktar tard iffirma l-Alleanza Doppja mal-Awstrija-Ungerija fl-1879.", "Madanakollu, fl-1850ijiet Bismarck ippreveda korrettament li n-nuqqas li jsostni lir-Russja (wara l-g\u0127ajnuna Russa sabiex titkisser ir-Rivolta Ungeri\u017ca fl-1849, u f'Olmutz fl-1850, il-kap Awstrijak Schwarzenberg sostna li \"L-Awstrija se tissorprendi lid-dinja bil-fond tal-ingratitudni tag\u0127ha\") l-Awstrija ma setg\u0127et issib l-ebda sapport min-na\u0127a tar-Russja fl-Italja u l-\u0120ermanja, u b'hekk kienet esposta g\u0127al attakki minn Franza u l-Prussja.", "Fl-1858, Federiku Guljelmu IV sofra minn puplesija li pparalizzatu u spi\u010b\u010ba b'di\u017cabilit\u00e0 mentali.", "\u0126uh, Guljelmu, \u0127a f'idejh il-gvern tar-Prussja b\u0127ala re\u0121\u0121ent.", "G\u0127all-bidu Guljelmu kien gvernatur moderat, li l-\u0127biberija tieg\u0127u mal-pajji\u017c liberali tar-Renju Unit kienet simbolizzata mi\u017c-\u017cwie\u0121 tat-tifel tieg\u0127u (il-futuri Federiku III) lill-ikbar tifla tar-Re\u0121ina Vittorja, Vicky; it-tifel tag\u0127hom (il-futuri Guljelmu II) twieled fl-1859.", "B\u0127ala parti mill-\"Kors il-\u0120did\" ta' Guljelmu hu \u0121ab ministri \u0121odda, konservattivi moderati, mag\u0127rufa b\u0127ala l-partit \"Wochenblatt\" wara l-gazzetta tag\u0127hom.", "Fi ftit \u017cmien ir-re\u0121\u0121ent \u0127a post Bismarck b\u0127ala r-rappre\u017centant fi Frankfurt, waqt li Bismarck sar ambaxxatur tal-Prussja lill-Imperu Russu.", "Teoretikament din kienet promozzjoni hekk kif ir-Russja kienet wa\u0127da mi\u017c-\u017cew\u0121 \u0121irien b'sa\u0127\u0127ithom tal-Prussja (bil-\u0121ara l-o\u0127ra tkun l-Awstrija).", "Pragmatikament, Bismarck spi\u010b\u010ba mitfug\u0127 fuq \u0121enb, 'il bog\u0127od minn dak li kien qed ji\u0121ri fil-\u0120ermanja, fejn ra lil Franza titfa' 'l barra lill-Awstrija mil-Lombardija matul il-Gwerra Taljana tal-1859.", "Bismarck ippropona li l-Prussja tisfrutta d-dg\u0127jufija tal-Awstrija u tmexxi l-fruntieri \"lejn in-Nofsinhar sal-Lag ta' Kostanza\" fuq il-konfini \u017bvizzeri; minflok, il-Prussja mmobilizzat it-truppi tag\u0127ha f'Rheinland sabiex twaqqaf aktar avvanzi min-na\u0127a tat-truppi Fran\u010bi\u017ci \u0121ewwa Venezja.", "Ir-re\u0121\u0121ent, li ddisprezza lil Bismarck b\u0127ala \"Landwehrleutnant\" (logutent riserva), irrifjuta li jag\u0127tih promozzjoni g\u0127all-grad ta' \u0121enerali ma\u0121\u0121uri, grad normali g\u0127al ambaxxatur ta' San Pietruburgu (u importanti min\u0127abba li l-Prussja u r-Russja kienu alleati militari qrib xulxin, li l-kapi tal-istat tag\u0127hom \u0127afna drabi kienu jikkomunikaw permezz ta' kuntatti militari milli permezz ta' kuntatti diplomati\u010bi).", "Bismarck baqa' f'San Pietruburgu g\u0127al erba' snin, fejn matul dan i\u017c-\u017cmien kien g\u0127oddu tilef ri\u0121el wara \u017cball waqt trattament mediku u g\u0127al darb'o\u0127ra iltaqa' mal-avversarju fil-\u0121ejjieni qarib, il-Prin\u010bep Russu Gorchakov, li kien ir-rappre\u017centant tar-Russja \u0121ewwa Frankfurt fil-bidu tal-1850ijiet.", "Ir-re\u0121\u0121ent \u0127atar ukoll lil Helmuth von Moltke b\u0127ala Kap tal-Istat Ma\u0121\u0121uri g\u0127all-Armata Prussjana, u Albrecht von Roon b\u0127ala Ministru Prussjan g\u0127all-Gwerra u l-impjieg li jirran\u0121a l-armata.", "Dawn it-tlieta min-nies matul it-tnax-il sena li segwew ittrasformaw lill-Prussja", "Minkejja l-\u0127afna \u017cmien barra, Bismarck ma kienx maqtug\u0127 kompletament mill-affarijiet domesti\u010bi \u0120ermani\u017ci.", "Hu baqa' a\u0121\u0121ornat min\u0127abba l-\u0127biberija li kellu ma' Roon, u huma ffurmaw alleanza politika.", "Fl-1862 Bismarck \u0121ie offrut post fis-servizz diplomatiku Russu wara li z-Zar fehem \u0127a\u017cin kumment dwar il-probabbilt\u00e0 li jimmissja lil San Pietruburgu.", "Bismarck korte\u017cament irrifjuata l-offerta.", "F'Mejju tal-1862, hu ntbag\u0127at Pari\u0121i sabiex iservi b\u0127ala ambaxxatur g\u0127al Franza.", "Matul is-sajf hu \u017car ukoll l-Ingilterra.", "Dawn i\u017c-\u017cjarat wassluh biex jie\u0127u stampa \u010bara tal-avversarji tieg\u0127u Napuljun III, il-Prim Ministru Brittaniku Palmerston u s-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Earl Russell, u kif ukoll tal-politiku Konservattiv Brittaniku Disraeli, li lejn l-1870ijiet sar Prim Ministru\u2014li aktar tard stqarr li kien qal dwar i\u017c-\u017cjara ta' Bismarck \"kun attent fuq dan il-bniedem\u2014hu jag\u0127mel dak li jg\u0127id\".", "Ir-re\u0121\u0121ent sar Re Guljelmu I mal-mewt ta' \u0127uh fl-1861.", "Il-monarka l-\u0121did kien f'kunflitt kontinwu mad-Dieta Prussjana li l-ma\u0121\u0121ornaza kienet liberali.", "Fl-1862 inqag\u0127let kri\u017ci fejn id-Dieta naqset li ta\u010b\u010betta riforma fl-armata.", "Il-ministri tar-Re ma rnexxielhom jikkonvin\u010bu sabiex jg\u0127addu l-ba\u0121it, u r-Re ma kienx lest li jer\u0127i mir-riedni.", "Guljelmu hedded li jabdika (minkejja li t-tifel tieg\u0127u oppona l-abdikazzjoni tieg\u0127u) u fehem li Bismarck kien l-uniku politiku li seta' jirran\u0121a s-sitwazzjoni.", "Madanakollu, Guljelmu ma tantx kien konvint fuq il-\u0127atra ta' persuna li ried kontroll totali tal-affarijiet barranin.", "Meta f'Settembru tal-1862, il-ma\u0121\u0121oranza tal-\"Abgeordnetenhaus\" (il-Kamra tad-Deputati) \u010ba\u0127det il-ba\u0121it propost, Guljelmu ipperswada ru\u0127u li jer\u0121a' jg\u0127ajjat lil Bismarck lura lejn il-Prussja wara l-avvi\u017c ta' Roon.", "Fit-23 ta' Settembru 1862, Guljelmu \u0127atar lil Bismarck b\u0127ala Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin.", "Il-bidla ta' Bismarck, Roon u Moltke waslet fi \u017cmien meta r-relazzjonijiet mal-Qawwiet il-Kbar\u2014ir-Renju Unit, Franza, l-Awstrija u r-Russja\u2014kienet f'qag\u0127da kritika min\u0127abba l-Gwerra tal-Krimea tal-1854\u201355 u l-Gwerra Taljana tal-1859.", "F'nofs din id-di\u017cordni, il-bilan\u010b tal-potenza fl-Ewropa \u0121ie mibdul mill-\u0121did bil-\u0127olqien tal-Imperu \u0120ermani\u017c b\u0127ala l-potenza dominanti fl-Ewropa.", "Din waslet grazzi g\u0127ad-diplomazija ta' Bismarck, g\u0127ar-riorganizzazzjoni tal-armata minn Roon, u g\u0127all-istrate\u0121ija militari ta' Moltke.", "Minkejja d-diffidenza inizzjali min-na\u0127a tar-Re u l-Prin\u010bep tal-Kuruna, u l-istkerrih tar-Re\u0121ina Augusta, Bismarck mill-ewwel wera s-sa\u0127\u0127a tieg\u0127u fuq ir-Re permezz tal-personalit\u00e0 tieg\u0127u u l-poteri ta' perswa\u017cjoni.", "Bismarck kien tal-\u0127sieb li j\u017comm is-supremazija tal-irjali billi jtemm l-imblokk tal-ba\u0121it f'favur ir-Re, anke jekk kellu ju\u017ca' mi\u017curi ekstralegali sabiex jag\u0127mel dan.", "Hu sostna li, min\u0127abba li l-Kostituzzjoni ma kinitx tipprovdi g\u0127all-ebda ka\u017c fejn il-le\u0121islaturi naqsu li japprovaw il-ba\u0121it, hu seta' sempli\u010biment jadotta l-ba\u0121it tas-sena pre\u010bedenti.", "B'hekk, abba\u017ci tal-ba\u0121it tal-1861, il-\u0121bir tat-taxxi baqa' g\u0127al erba' snin.", "Is-snin ta' wara kienu ta' kunflitt kontinwu u s\u0127un bejn Bismarck u l-le\u0121islaturi.", "Wara l-Konvenzjoni ta' Alvensleben tal-1863, il-Kamra tad-Deputati g\u0127addiet ri\u017coluzzjoni li biha ddikjarat li ma setg\u0127etx taqbel iktar ma' Bismarck; b'risposta g\u0127al dan, ir-Re xolja d-Dieta, fejn akku\u017caha li pruvat tie\u0127u kontroll antikostituzzjonali fuq il-ministeru.", "Bismarck su\u010b\u010bessivament \u0127are\u0121 editt li biha rrestrin\u0121a l-libert\u00e0 tal-istampa; din il-politika wasslet biex il-pubbliku jdur ukoll kontra l-Prin\u010bep tal-Kuruna, Federiku Guljelmu (l-Imperatur futuri Federiku III).", "Minkejja li prova jag\u0127laq \u0127alq il-kriti\u010bi, Bismarck xorta wa\u0127da baqa' politiku impopolari.", "Is-sostenituri tieg\u0127u ftit li xejn marru tajjeb fl-elezzjonijiet ta' Ottubru 1863, fejn koalizzjoni liberali (li l-membru prin\u010bipali tag\u0127ha kien il-Partit Progressiv) reb\u0127et iktar minn tliet terzi tas-si\u0121\u0121ijiet fil-kamra.", "Il-Kamra bdiet tag\u0127mel rikjesti kontinwi sabiex jitke\u010b\u010ba Bismarck, per\u00f2 r-Re baqa' jsostnih min\u0127abba li be\u017ca' li jekk kien se jke\u010b\u010bi 'l Bismarck, warajh kien se ji\u0121i ministru liberali.", "L-unifikazzjoni tal-\u0120ermanja kienet wa\u0127da mill-objettivi prin\u010bipali matul ir-rivoluzzjonijiet tal-1848\u201349, meta rappre\u017centattivi tal-istati \u0120ermani\u017ci ltaqg\u0127u fi Frankfurt u g\u0127amlu abbozz ta' kostituzzjoni fejn \u0127olqu unjoni federali b'parlament nazzjonali li ji\u0121i elett b'suffra\u0121ju universali maskili.", "F'April tal-1849, il-Parlament ta' Frankfurt offra t-titlu ta' Imperatur lir-Re Prussjan Federiku Guljelmu IV.", "Ir-Re Prussjan irrifjuta li ja\u010b\u010betta dan il-mandat popolari, wara l-bi\u017ca' li jir\u010bievi oppo\u017cizzjoni min-na\u0127a tal-prin\u010bpijiet l-o\u0127ra \u0120ermani\u017ci u \u010bans ta' intervent militari mill-Awstrija u r-Russja.", "B'hekk, il-Parlament ta' Frankfurt spi\u010ba f'falliment g\u0127al-liberali \u0120ermani\u017ci.", "Fit-30 ta' Settembru, 1862, Bismarck g\u0127amel diskors lill-Kumitat tal-Ba\u0121it tal-Kamra tad-Deputati Prussjana, fejn fi tmiem dan id-diskors \u0127ar\u0121et \"wa\u0127da mill-iktar espressjoni famu\u017ca ta' Bismarck\".", "Il-\u0120ermanja qabel l-1860ijiet kienet tikkonsisti minn numru ta' prin\u010bipati mag\u0127quda flimkien b\u0127ala membri tal-Konfederazzjoni \u0120ermani\u017ca.", "Bismarck u\u017ca kemm id-diplomazija u kemm l-armata Prussjana sabiex jikseb l-unifikazzjoni, fejn eskluda lill-Awstrija mill-\u0120ermanja mag\u0127quda.", "Mhux talli g\u0127amel 'il-Prussja l-aktar komponent b'sa\u0127\u0127tu u dominanti fil-\u0120ermanja l-\u0121dida, imma assigura li l-Prussja tibqa' stat awtoritarju, milli re\u0121im parlamentari liberali.", "Bismarck affa\u010b\u010bja ru\u0127u bi kri\u017ci diplomatika meta Federiku VII tad-Danimarka miet f'Novembru tal-1863.", "Su\u010b\u010bessivament kien hemm disputa fuq is-su\u010b\u010bessjoni g\u0127ad-dukati ta' Schleswig u Holstein; dawn ittie\u0127du minn Kristjanu IX (l-eredi ta' Federiku VII b\u0127ala Re) u Federiku von Augustenburg (duka \u0120ermani\u017c).", "L-opinjoni pubblika Prussjana kienet tiffavorixxi lil Augustenburg, min\u0127abba li l-popli f'Holstein u fin-Nofsinhar ta' Schleswig kienu jitkellmu bil-\u0120ermani\u017c.", "Bismarck \u0127a pass kontra l-fehma pubblika meta insista li t-territorji kienu legalment ta\u0127t il-monarka Dani\u017ca skont il-Protokol ta' Londra iffirmat fid-de\u010bennju ta' qabel.", "Xorta wa\u0127da, Bismarck attakka d-de\u010bi\u017cjoni me\u0127uda minn Kristjanu li jie\u0127u kompletament lil Schelswig ta\u0127t id-Danimarka.", "Bis-sapport tal-Awstrija, hu \u0127are\u0121 ultimatum lil Kristjanu IX sabiex jer\u0121a' jpo\u0121\u0121i lil Schleswig fl-istat pre\u010bedenti li kienet fih; meta id-Danimarka rrifjuatat, l-Awstrija u l-Prussja invadew, fejn bdew it-Tieni gwerra ta' Schleswig u d-Danimarka kellha \u010b\u010beddi \u017c-\u017cew\u0121 dukati.", "Ir-Renju Unit, ta\u0127t il-Prim Ministru Palmerston u s-Segretatju tal-Affarijiet Barranin Earl Russell, kien umiljat u spi\u010b\u010ba impotenti, hekk kif ma kienx lest li jpo\u0121\u0121i t-truppi tieg\u0127u fid-Danimarka.", "G\u0127all-bidu deher li din kienet reb\u0127a g\u0127al Augustenberg, imma Bismarck mill-ewwel ne\u0127\u0127ieh mill-poter billi g\u0127amel serje ta' talbiet impossibbli, fosthom li l-Prussja g\u0127andu jkollha kontroll fuq l-armata u l-flotta tad-Dukati.", "Ori\u0121inarjament, \u0121ie propost li d-Dieta tal-Konfederazzjoni \u0120ermani\u017ca (fejn kull stat \u0120ermani\u017c kien rappre\u017centat) g\u0127andu jkun hu li jiddetermina d-destin ta' dawn id-dukat; imma qabel ma din l-iskema ti\u0121i fis-se\u0127\u0127, Bismarck ipperswada lill-Awstrija sabiex tiffirma l-Konvenzjoni ta' Gastein.", "Ta\u0127t dan il-qbil, iffirmat fl-20 ta' Awwissu 1865, il-Prussja \u0127adet lil Schleswig, waqt li l-Awstrija \u0127adet lil Holstein.", "F'din is-sena hu \u0121ie mag\u0127mul Graf (Konti) von Bismarck-Sch\u00f6nhausen.", "Imma fl-1866, l-Awstrija re\u0121g\u0127et lura minn kliemha fuq il-qbil pre\u010bedenti u talbet li tkun id-Dieta li tiddetermina l-kwistjoni fuq Schleswig u Holstein.", "Bismarck u\u017ca din b\u0127ala sku\u017ca sabiex jibda gwerra mal-Awstrija bl-isku\u017ca li l-Awstrija kisret il-Konvenzjoni ta' Gastein.", "Bismarck bag\u0127at truppi Prussjani jokkupaw Holstein.", "L-Awstrija, ipprovokata, talbet g\u0127all-g\u0127ajnuna tal-istati l-o\u0127ra \u0120ermani\u017ci, li mal-ewwel \u0121ew involuti fil-Gwerra Awstro-Prussjana.", "Grazzi g\u0127all-organizzazzjoni mill-\u0121did tal-armata minn Albrecht von Roon, l-armata Prussjana kellha kwa\u017ci l-istess numru ta' suldati b\u0127all-armata Awstrijaka.", "Bil-\u0121enju ta' Helmuth von Moltke, l-armata Prussjana \u0121\u0121ieldet gwerer li kienet kapa\u010bi tirba\u0127.", "Bismarck kien g\u0127amel ukoll qbil sigriet mal-Italja, li xtaqu lil Venezja li kienet ta\u0127t l-Awstrija.", "L-introduzzjoni tal-Italja fil-gwerra wasslet sabiex it-truppi Awstrija\u010bi jinqasmu.", "Hekk kif il-gwerra bdiet, \u0120ermani\u017c radikali bl-isem ta' Ferdinand Cohen-Blind ipprova joqtol lil Bismarck f'Berlin, fejn sparalu \u0127ames darbiet minn distanza \u017cg\u0127ira.", "Cohen-Blind kien demokratiku li xtaq li bil-qtil ta' Bismarck dan kien jipprevjeni gwerra kontra l-istati \u0120ermani\u017ci.", "Bismarck salva b'korrimenti \u017cg\u0127ar minkejja li ntlaqat \u0127ames darbiet; Cohen-Blind ikkometta suwi\u010bidju waqt li kien ta\u0127t kustodja.", "B'sorpri\u017ca g\u0127all-kumplament tal-Ewropa, il-Prussja g\u0127amlet reb\u0127a fa\u010bli fuq l-Awstrija u l-alleati tag\u0127ha, fi tmiem il-Battalja ta' K\u00f6niggr\u00e4tz (jew il-\"Battalja ta' Sadowa\").", "Ir-Re u l-\u0121enerali riedu jkomplu u jie\u0127du lill-Boemja u jimmar\u010bjaw qalb it-toroq ta' Vjenna, imma Bismarck, inkwetat fuq li l-fortuna tal-armata Prussjana tista' ddur g\u0127all-ag\u0127ar jew li Franza tintervjeni f'isem l-Awstrija, talab g\u0127all-g\u0127ajnuna tal-Prin\u010bep tal-Kuruna (li kien kontra l-gwerra imma li kien mexxa wa\u0127da mill-armati Prussjani f'Sadowa) sabiex ibiddel il-fehma ta' missieru wara diskussjonijiet s\u0127an.", "B\u0127ala ri\u017cultat tal-Pa\u010bi ta' Praga (1866), il-Konfederazzjoni \u0120ermani\u017ca \u0121iet xolta; il-Prussja wa\u0127\u0127det lil Schleswig, Holstein, Frankfurt, Hanover, Hesse-Kassel (jew Hesse-Cassel), u Nassau; u l-Awstrija weg\u0127det li mhix se tid\u0127ol fl-affarijiet li jikkon\u010bernaw lill-\u0120ermanja.", "Sabiex tissa\u0127\u0127a\u0127 l-e\u0121emonija Prussjana, il-Prussja u diversi stati \u0120ermani\u017ci tat-Tramuntana ing\u0127aqdu fil-Konfederazzjoni \u0120ermani\u017ca tat-Tramuntana fl-1867; ir-Re Guljelmu I serva b\u0127ala l-President tag\u0127ha, u Bismarck b\u0127ala l-Kan\u010billier.", "Minn dan il-punt 'il quddiem beda dak li l-istori\u010bi jsej\u0127ulu b\u0127ala \"Il-Mi\u017cerja tal-Awstrija\", fejn l-Awstrija serviet b\u0127ala vassal g\u0127all-\u0120ermanja superjuri, relazzjoni li kellha tbiddel l-istorja sa\u017c-\u017cew\u0121 Gwerer Dinjija.", "Bismarck, li b\u0127alissa kien qed igawdi mill-grad ta' ma\u0121\u0121uri fil-Landwehr, libes din l-uniformi matul il-kampanja, u kien finalment promoss g\u0127all-grad ta' ma\u0121\u0121ur-\u0121enerali fil-kavallerija ta' Landwehr wara l-gwerra.", "Minkejja li personalment qatt ma mexxa t-truppi fil-battalja, hu \u0127afna drabi libes l-uniformi ta' \u0121eneral fil-pubbliku g\u0127all-kumplament ta' \u0127ajtu, kif jidher min-numru ta' pitturi u ritratti.", "Hu kien ukoll ing\u0127ata xi flus mil-\"Landtag\" Prussjana, li u\u017cahom biex jixtri art o\u0127ra, Varzin, ikbar mill-istati li kellu ma' xulxin.", "Is-su\u010b\u010bess fuq il-kamp militari ta lil Bismarck appo\u0121\u0121 politiku qawwi fil-Prussja.", "Fl-elezzjonijiet tal-1866 g\u0127all-Kamra tad-Deputati, il-liberali sofrew tkaxkira fejn tilfu l-ikbar ma\u0121\u0121oranza tag\u0127hom.", "Il-Kamra l-\u0121dida, iddominata mill-konservattivi, kienet fuq termini a\u0127jar ma' Bismarck minn dawk ta' qabel; skont rikjesta mill-Prim Ministru, \u0121ew approvati l-ba\u0121its tal-erba' snin pre\u010bedenti, li \u0121ew implimentati ming\u0127ajr il-kunsens tal-parlament.", "Wara l-gwerra tal-1866, il-Prussja wa\u0127\u0127det lir-Renju ta' Hanover, li kien allet tal-Awstrija kontra l-Prussja.", "In\u0127oloq qbil fejn id-depost Re \u0120or\u0121 V ta' Hanover t\u0127alla j\u017comm 50% tal-assi tal-kuruna.", "Il-kumplament \u0121ew meqjusa b\u0127ala assi tal-istat u \u0121ew trasferiti lejn it-te\u017corerija nazzjonali.", "Sussegwentament Bismarck akku\u017ca lil \u0120or\u0121 li organizza pjan kontra l-istat u fl-1868 ikkonfiska l-bi\u010b\u010ba tieg\u0127u (16-il miljun taler).", "Bismarck u\u017ca dawn il-flus biex jo\u0127loq fond sigriet (ir-\"Reptilienfonds\" jew il-Fond tar-Rettili), li u\u017ca sabiex jixtri lill-\u0121urnalisti u jiskredita lill-avversarji politi\u010bi tieg\u0127u.", "Fl-1870 hu g\u0127amel u\u017cu minn ftit minnhom sabiex jirba\u0127 is-sosten tar-Re Ludoviku II tal-Bavarja sabiex jag\u0127mel lil Guljelmu I Imperatur \u0120ermani\u017c.", "Bismarck u\u017ca wkoll dawn il-fondi sabiex ipo\u0121\u0121i infurmaturi fid-dar tal-Prin\u010bep tal-Kuruna Federiku u l-mara Vittorja.", "Xi stejjer fittizji li Bismarck po\u0121\u0121a fil-gazzetti kienu l-akku\u017ci li l-koppja rjali kienet qed ta\u0127dem b\u0127ala a\u0121ent Brittaniku billi ti\u017cvela sigrieti tal-istat lill-gvern Brittaniku.", "Federiku u Vittorja kienu ammiraturi kbar ta' missierha, il-Prin\u010bep Albert ta' Sassonja-Coburg-Gotha, prin\u010bep konsorti tar-Re\u0121ina Vittorja tar-Renju Unit.", "Huma ppjanaw li jmexxu b\u0127al konsorti, b\u0127al Albert u Vittorja.", "Federiku iddeskriva l-Kostituzzjoni Imperjali b\u0127ala \"\"kaos \u0121enjalment ivvintant.\"\"", "L-uffi\u010b\u010bju tal-Kan\u010billier responsabbli g\u0127all-Kaiser kellu ji\u0121i sostitwit minn kabinett ibba\u017cat fuq stil Brittaniku, b'ministri responsabbli lejn ir-Reichstag.", "Il-politika tal-gvern kellha tkun ibba\u017cata fuq il-kunsens tal-kabinett.", "Sabiex idg\u0127ajjef 'il-koppja rjali, meta l-Kaiser futuri Guljelmu II kien g\u0127adu adoloxxenti, Bismarck kellu jisseparah mill-\u0121enituri tieg\u0127u u jpo\u0121\u0121ieh ta\u0127t il-gwida tieg\u0127u.", "Bismarck ippjana li ju\u017ca' lil Guljelmu b\u0127ala arma kontra l-\u0121enituri tieg\u0127u sabiex j\u017comm il-poter tieg\u0127u.", "Bismarck kellu jg\u0127allmu biex ikun insubordinat lejn il-\u0121enituri tieg\u0127u.", "Fl-1892, wara t-tke\u010b\u010bija ta' Bismarck, il-Kaiser Guljelmu II waqqaf l-u\u017cu tal-fond billi po\u0121\u0121a l-img\u0127ax tal-interessi fil-ba\u0121it uffi\u010bjali.", "Ir-reb\u0127a Prussjana fuq l-Awstrija kabbret it-tensjonijiet ma' Franza.", "L-Imperatur Fran\u010bi\u017c, Napuljun III, be\u017ca' li \u0120ermanja b'sa\u0127\u0127itha kienet se xxaqleb il-bilan\u010b tal-potenza fl-Ewropa (il-politiku tal-oppo\u017cizzjoni Fran\u010bi\u017c Adolphe Thiers kien osserva korrettament li fil-fatt kienet Franza li \u0121iet meg\u0127luba f'Sadowa).", "Bismarck, fl-istess waqt, ma evitax gwerra ma' Franza.", "Hu fehem li jekk l-istati \u0120ermani\u017ci jaraw lil Franza b\u0127ala l-aggressur, huma kienu jing\u0127aqdu flimkien ta\u0127t ir-Re tal-Prussja.", "Sabiex jasal g\u0127al dan Bismarck \u017camm lil Napuljun III involut f'serje ta' intrigi li kienu jinvolvu fuq il-pjanijiet ta' Franza li tie\u0127u territoriji mil-Lussemburgu jew il-Bel\u0121ju\u2014Franza qatt ma rnexxielha to\u0127odhom, imma quddiem il-pajji\u017ci l-o\u0127ra dehret b\u0127ala rg\u0127iba u mhux ta' min javdaha.", "Fl-1870 inqalg\u0127et premessa xierqa g\u0127al gwerra, meta il-Prin\u010bep \u0120ermani\u017c Leopoldu ta' Hohenzollern-Sigmaringen \u0121ie offrut it-tron Spanjol, li kien vakant wara r-rivoluzzjoni tal-1868.", "Franza imblukkat il-kandidatura u xtaqet assigurazzjonijiet li l-ebda membru tal-Kamra tal-Hohenzollern ma jsir Re ta' Spanja.", "Biex jipprovoka lil Franza u din tiddikjara gwerra mal-Prussja, Bismarck ippubblika d-Dispa\u010b\u010b ta' Ems, ver\u017cjoni modifikata ta' konver\u017cazzjoni li se\u0127\u0127et bejn ir-Re Guljelmu u l-ambaxxatur Fran\u010bi\u017c g\u0127all-Prussja, il-Konti Benedetti.", "Din il-konver\u017cazzjoni \u0121iet modifikata sabiex kull pajji\u017c i\u0127oss li l-ambaxxatur rispettiv \u0121ie ridikolat u muri nuqqas ta' rispett, u b'hekk iqajjem sentiment popolari fuq i\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at g\u0127al gwerra.", "Franza immobilizzat u ddikjarat gwerra nhar id-19 ta' Lulju, \u0127amest ijiem wara li d-dispa\u010b\u010ba \u0121iet pubblikata f'Pari\u0121i.", "Hi dehret b\u0127ala l-aggressur u l-istati \u0120ermani\u017c, mimlija b'sentimenti ta' nazzjonali\u017cmu u pattrijotti\u017cmu, g\u0127enu lill-Prussja.", "Ir-Russja baqg\u0127et barra minn din il-gwerra u w\u017cat din l-opportunit\u00e0 biex ter\u0121a' tag\u0127mel it-truppi tag\u0127ha fil-Ba\u0127ar l-Iswed, li kienu \u0127adu daqqa ta' \u0127arta fil-Gwerra tal-Krimea fl-1850ijiet.", "I\u017c-\u017cew\u0121t itfal subien ta' Bismarck servew b\u0127ala uffi\u010b\u010bjali fil-kavallerija Prussjana.", "Il-Gwerra Franko-Prussjana (1870) kienet su\u010b\u010bess kbir g\u0127all-Prussja.", "L-armata \u0120ermani\u017ca, ta\u0127t il-kmand tar-Re imma kkontrollata mill-Kap tal-Istat Ma\u0121\u0121uri Helmuth von Moltke, g\u0127amlu reb\u0127a wara o\u0127ra.", "Il-battalji l-kbar se\u0127\u0127ew kollha f'xahar wie\u0127ed (mis-7 ta' Awwissu sal-1 ta' Settembru), u \u017c-\u017cew\u0121 armati Fran\u010bi\u017ci \u0121ew maqbuda f'Sedan u Metz, b'din tal-a\u0127\u0127ar wara assedju li dam ftit \u0121img\u0127at.", "Napuljun III spi\u010b\u010ba pri\u0121unier f'Sedan u n\u017camm fil-\u0120ermanja g\u0127al xi \u017cmien f'ka\u017c li Bismarck kellu b\u017connu biex imexxi re\u0121im pupazz; hu miet aktar tard fl-Ingilterra fl-1873.", "Il-kumplament tal-gwerra kien iddominat mill-assedju ta' Pari\u0121i, bil-belt tkun \"ibbumbardata g\u0127alxejn.\"", "Il-gvern il-\u0121did Repubblikan ta' Franza ipprova, ming\u0127ajr su\u010b\u010bess, je\u0127les lil Pari\u0121i permezz ta' armati mibnija fi ftit \u017cmien.", "Bismarck sab ix-xoqqa f'moxtha sabiex jassigura l-unifikazzjoni tal-\u0120ermanja.", "Hu nnegozja mar-rappre\u017centanti tal-istati tan-Nofsinhar \u0120ermani\u017ci, fejn offrielhom kon\u010bessjonijiet spe\u010bjali jekk huma kienu jaqblu g\u0127all-unifikazzjoni.", "In-negozjati rnexxew; waqt li l-gwerra kienet fl-a\u0127\u0127ar fa\u017ci, ir-Re Guljelmu tal-Prussja \u0121ie proklamat 'Imperatur \u0120ermani\u017c' nhar it-18 ta' Jannar 1871 fis-Sala tal-Mirja \u0121ewwa Ch\u00e2teau de Versailles.", "L-Imperu \u0120ermani\u017c \u0121did kien federazzjoni; kull 25 stat konstitwenti (renji, dukati kbar, dukati, prin\u010bipati, u bliet \u0127ielsa) \u017cammew \u010bertu awtonomija.", "Ir-Re tal-Prussja, b\u0127ala l-Imperatur \u0120ermani\u017c, ma kienx sovran fuq l-\u0120ermanja kollha.", "Hu kien biss \"primus inter pares\", jew l-ewwel fost l-ugwali.", "Per\u00f2 hu \u017camm il-presidenza tal-Bundesrat, fejn fiha kienu jiltaqg\u0127u biex jiddiskutu l-politika pre\u017centanta mill-Kan\u010billier (li kien ja\u0127tar il-president).", "Finalment, Franza kellha \u010b\u010bedi lil Alsace u bi\u010b\u010ba minn Lorraine, min\u0127abba li Moltke u l-\u0121enerali tieg\u0127u insistew li din kienet b\u017connju\u017ca b\u0127ala barriera difensiva.", "Bismarck ma xtaqx li jg\u0127aqqadhom mal-\u0120ermanja min\u0127abba li ma riedx li jo\u0127loq avversarju permanenti fi Franza.", "Franza kellha t\u0127allas ukoll indennit\u00e0 tal-gwerra.", "Fl-1871, Otto von Bismarck \u0121ie promoss g\u0127all-grad ta' F\u00fcrst (Prin\u010bep) von Bismarck.", "Hu \u0121ie wkoll ma\u0127tur Kan\u010billier Imperjali tal-Imperu \u0120ermani\u017c, imma \u017camm l-uffi\u010b\u010bji Prussjani tieg\u0127u (inklu\u017ci dawk ta' Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin).", "Hu \u0121ie wkoll promoss g\u0127all-grad ta' logutent-\u0121eneral, u ng\u0127ata art o\u0127ra, Friedrichsruh, qrib Amburgu, li kienet ikbar minn Varzin, sabiex sar sid tal-art g\u0127ani.", "Min\u0127abba li \u017camm kemm l-uffi\u010b\u010bju imperjali u dak Prussjan, Bismarck kellu kwa\u017ci kontroll totali tal-politika lokali u dik barranija.", "Fl-1873, l-uffi\u010b\u010bju tal-Prim Ministru tal-Prussja \u0121ie separat g\u0127al ftit \u017cmien minn dak tal-Kan\u010billier, meta Albrecht von Roon \u0121ie ma\u0127tur fl-ewwel uffi\u010b\u010bju.", "Imma lejn tmiem is-sena, Roon irri\u017cenja min\u0127abba li ma kienx f'sikktu, u Bismarck re\u0121a' sar PM.", "Fis-snin ta' wara, wa\u0127da mill-objettivi politi\u010bi prin\u010bipali ta' Bismarck kienet li jnaqqas l-influwenza tal-Knisja Kattolika fil-\u0120ermanja.", "Bismarck be\u017ca' li l-Papa Piju IX u l-papiet ta' warajh ju\u017caw it-tifsira tad-duttrina tal-infallibilit\u00e0 b\u0127ala arma politika biex jo\u0127olqu instabilit\u00e0 bejn il-Kattoli\u010bi u l-Protestanti.", "Biex jipprevjeni dan, Bismarck prova, ming\u0127ajr su\u010b\u010bess, li jasal fi qbil ma' gvernijiet o\u0127ra Ewropej, sabiex l-elezzjonijiet su\u010b\u010bessivi g\u0127al papa ji\u0121u modifikati.", "Il-gvernijiet Ewropej kellhom jaqblu fuq il-kandidati papali li ma kienux adattati, u wara jinfurmaw lill-kandidati nazzjonali biex jivvutaw b'mod partikulari.", "Il-Prussja (minbarra r-Rheinland) u \u0127afna mill-istati \u0120ermani\u017ci tat-Tramuntana kienu predominantement Protestanti, imma \u0127afna Kattoli\u010bi kienu jg\u0127ixu fl-istati t'isfel (spe\u010bjalment fil-Bavarja).", "Dawn tal-a\u0127\u0127ar kienu jiffurmaw terz tal-popolazzjoni \u0120ermani\u017ca.", "Bismarck kien jemmen li l-Knisja Kattolika Rumana kellha \u017c-\u017cejjed potenza politika; hu kien ukoll inkwetat bl-introduzzjoni fix-xena politika tal-Partit \u010aentru Kattoliku fl-1870.", "B'hekk hu beda kampanja anti-Kattolika mag\u0127rufa b\u0127ala l-\"Kulturkampf\".", "Fl-1871, id-Dipartiment Kattoliku tal-Ministeru tal-Kultura Prussjan \u0121ie abolit.", "Fl-1872, il-\u0120i\u017cwiti \u0121ew espulsi mill-\u0120ermanja.", "Li\u0121ijiet stretti adottati fl-1873 ippermettew lill-gvern sabiex jissorvelja l-edukazzjoni tal-kleru Kattoliku Ruman, u naqqas il-poteri dixxiplinarji tal-Knisja.", "Fl-1875, g\u0127a\u017c-\u017cwi\u0121ijiet kien hemm b\u017conn ta' \u010berimonji \u010bivili, li sa dak i\u017c-\u017cmien setg\u0127u jsiru fil-knejjes.", "Dawn l-isforzi sa\u0127\u0127ew 'il-Partit \u010aentru Kattoliku, u Bismarck abbanduna l-\"Kulturkampf\" fl-1878 sabiex jippreserva l-kapital politiku li kien g\u0127ad baqalu.", "Il-Papa Piju miet f'dik l-istess, u postu \u0127adu l-Papa Ljun XVIII, papa iktar pragmatiku li rnexxielu jibni relazzjoni itjeb ma' Bismarck mill-prede\u010bessur tieg\u0127u.", "Il-\"Kulturkampf\" ta lil Bismarck sostenitur \u0121did fil-forma tal-Partit Liberali Nazzjonali, li sar l-alleat numru wie\u0127ed ta' Bismarck fir-Reichstag.", "Imma fl-1873, il-\u0120ermanja u \u0127afna mill-Ewropa da\u0127lu fid-Depressjoni l-Kbira li bdiet bil-falliment tal-Bor\u017ca ta' Vjenna fl-1873, \"Gr\u00fcnderkrise\".", "Ri\u010bessjoni laqtet lill-ekonomija \u0120ermani\u017ca g\u0127all-ewwel darba minn meta kien qed ise\u0127\u0127 l-i\u017cvilupp industrijali fl-1850ijiet wara r-rivoluzzjonijiet tal-1848\u201349.", "Daqqa ta' \u0127arta o\u0127ra waslet meta l-Kan\u010billier abbanduna l-kummer\u010b \u0127ieles u stabilixxa tariffi protezzjonisti, li aljenat lil-Liberali Nazzjonali li kien jappo\u0121\u0121jaw il-kummer\u010b \u0127ieles.", "Il-\"Kulturkampf\" u l-effetti tieg\u0127u dawret l-opinjoni pubblika kontra l-partit li kien favuriha, u Bismarck \u0127a din l-opportunit\u00e0 sabiex jitbieg\u0127ed mil-Liberali Nazzjonali.", "Din wasslet g\u0127al deklin fl-appo\u0121\u0121 g\u0127all-Partit Liberali Nazzjonali, u sal-1879 ir-rabtiet kbar ma' Bismarck kienu spi\u010b\u010baw g\u0127al kollox.", "Bismarck dawwar \u0127arstu lura lejn il-fazzjonijiet konservattivi\u2014fosthom il-Partit ta\u010b-\u010aentru\u2014g\u0127all-appo\u0121\u0121.", "Hu \u0121ab is-sapport min-na\u0127a tal-konservattivi billi fl-1879 da\u0127\u0127al fis-se\u0127\u0127 numru ta' tariffi li jipprote\u0121u lill-agrikoltura u l-industrija \u0120ermani\u017ca mill-kompetituri barranin.", "Sabiex jipprevjeni l-istess problemi tal-Awstro-Ungerija, dik ta' nazzjonalijiet differenti fi \u0127dan stat wie\u0127ed, il-gvern ipprova jrawwem il-kultura \u0120ermani\u017ca lill-minoritajiet nazzjonali tal-istat, li l-bi\u010b\u010ba l-kbira minnhom kienu jinsabu fil-konfini tal-imperu, b\u0127ad-Dani\u017ci fit-Tramuntana tal-\u0120ermanja, il-Fran\u010bi\u017ci f'Alsace u Lorraine, u l-Pollakki fil-\u0120ermanja tal-Lvant.", "Il-politiki tieg\u0127u li kienu jikkon\u010bernaw lill-Pollakki tal-Prussja kienu \u0121eneralment sfavorevoli g\u0127alihom, u dan wassal g\u0127al diver\u0121enzi kbar bejn il-popli \u0120ermani\u017ci u l-Pollakki.", "Il-mo\u0127\u0127 wara dawn il-politiki, skont Bismarck, kienet li l-e\u017cistenza tal-Pollakki kienet ta' theddida g\u0127all-istat \u0120ermani\u017c; Bismarck, li kien jaf jitkellem ukoll bil-Pollakk, kiteb dwar il-poplu Pollakk: \"Wie\u0127ed jispara 'l-lpup jekk jista'.\"", "Hu stqarr ukoll: \"G\u0127eleb lill-Pollakki sakemm huma jitilfu l-fidi fis-sena tal-\u0127ajja.", "Personalment, nit\u0127assarhom fis-sitwazzjoni li jinsabu fiha.", "Madanakollu, jekk iridu nkomplu nitkattru\u2014a\u0127na g\u0127andna g\u0127a\u017cla wa\u0127da\u2014dik li neqirduhom.", "Bismarck, inkwetat bit-tkabbir tal-moviment so\u010bjalista, partikularment dak tal-Partit So\u010bjal-Demokratiku, hu da\u0127\u0127al fis-se\u0127\u0127 il-Li\u0121ijiet Anti-So\u010bjalisti.", "L-organizzazzjonijiet u laqg\u0127at so\u010bjalisti \u0121ew projbiti, kif kienet projbita ukoll i\u010b-\u010birkulazzjoni tal-letteratura so\u010bjalista.", "Kapijiet so\u010bjalisti \u0121ew arrestati u pro\u010bessati quddiem il-qrati tal-pulizija.", "Minkejja dawn l-isforzi kollha, il-moviment beda jkabbar mhux biss fis-sostenituri tieg\u0127u, imma wkoll fin-numru ta' si\u0121\u0121ijiet fir-Reichstag.", "Is-so\u010bjalisti reb\u0127u s-si\u0121\u0121ijiet fir-Reichstag billi \u0127ar\u0121u g\u0127all-elezzjoni b\u0127ala kandidati indipendenti, ta\u0127t l-ebda partit, li kienet \u0127a\u0121a permessa mill-Konfederazzjoni \u0120ermani\u017ca.", "Il-Kan\u010billier ipprova jnaqqsa l-g\u0127ajta tal-poplu favur is-so\u010bjali\u017cmu billi pprova jippa\u010bifika mal-klassijiet tal-\u0127addiema.", "Hu da\u0127\u0127al fis-se\u0127\u0127 numru ta' programmi so\u010bjali.", "Il-le\u0121islazzjonijiet ta' sigurt\u00e0 so\u010bjali ta' Bismarck kienu l-ewwel fid-dinja u saru mudell g\u0127al pajji\u017ci o\u0127ra.", "Bismarck introdu\u010ba numru ta' riformi fosthom l-assigurazzjoni tas-sa\u0127\u0127a fl-1883, assigurazzjoni g\u0127al xi in\u010bident fl-1884, pensjonijiet g\u0127all-anzjani u assigurazzjoni g\u0127ad-di\u017cabilit\u00e0 fl-1889, assigurazzjoni g\u0127an-nies qieg\u0127da, u li\u0121ijiet li kienu jirrestrin\u0121u l-impjieg ta' nisa u tfal.", "Minkejja dawn il-programmi progressivi, il-klassijiet tal-\u0127addiema baqg\u0127et xorta mhux rikon\u010biljata mal-gvern konservattiv ta' Bismarck.", "Bismarck kien g\u0127adu kif g\u0127aqqad il-pajji\u017c tieg\u0127u u issa ddedika \u0127inu biex jippromwovi l-pa\u010bi fl-Ewropa grazzi g\u0127all-abilitajiet li kellu.", "Hu kellu j\u0127abbat wi\u010b\u010bu mal-mew\u0121a ta' vendetta Fran\u010bi\u017ca, min\u0127abba t-telfiet li Franza sofriet fil-Gwerra Franko-Prussjana.", "B'hekk Bismarck da\u0127al f'politika li ji\u017cola diplomatikament lil Franza waqt li j\u017comm relazzjonijiet kordjali mal-pajji\u017ci l-o\u0127ra tal-Ewropa.", "Bismarck kellu ftit interess f'konkwisti kolonjali u b'hekk evita li jikkuntrasta lir-Renju Unit.", "Fl-1872, hu offra l-\u0127biberija tieg\u0127u lill-Imperu Awstro-Ungeri\u017c u lir-Russja, li l-kapijiet tag\u0127hom ing\u0127aqdu ma' Guljelmu I fil-Lega tat-Tliet Imperaturi, mag\u0127rufa b\u0127ala d-\"Dreikaiserbund\".", "Fl-1872 ukoll, il-kunflitt fit-tul bejn Bismarck u l-Konti Harry von Arnim, diplomatiku u l-ambaxxatur imperjali g\u0127al Franza, kompla jissa\u0127a\u0127.", "Arnim kien membru prominenti tal-familja Pomeranian, li kienet ti\u0121i minn Bismarck bi\u017c-\u017cwie\u0121, u li Bismarck kien jarah b\u0127ala rivali u kompetitur dirett g\u0127all-kan\u010bellerija.", "L-ambaxxatur ma qabilx, ming\u0127ajr ebda su\u010b\u010bess, ma' Bismarck fuq il-politika tieg\u0127u \"vis-\u00e0-vis\" Franza.", "B\u0127ala penalit\u00e0 g\u0127al din l-indiskrezzjoni, Bismarck kien inti\u017c li jne\u0127\u0127i lil Arnim minn Pari\u0121i u jer\u0121a' jpo\u0121\u0121i b\u0127ala ambaxxatur tal-Imperu Ottoman f'Kostantinopli, li sa dak i\u017c-\u017cmien kien tilef kwa\u017ci l-importanza tieg\u0127u.", "Arnim irrifjuta u kompla xorta wa\u0127da jesprimi l-\u0127sibijiet tieg\u0127u kontra Bismarck, sa wasal li \u0127are\u0121 rekords sensittivi mid-dokumenti tal-ambaxxata f'Pari\u0121i sabiex isostnu l-attakki tieg\u0127u kontra Bismarck.", "Il-kontroversja baqg\u0127et sejra g\u0127al sentejn s\u0127a\u0127 b'Arnim ji\u0121i \"protett\" minn \u0127bieb b'sa\u0127\u0127ithom qabel ma \u0121ie finalment akku\u017cat li approprija dokumenti uffi\u010bjali ming\u0127ajr jedd, ippro\u010bessat u kkundannat.", "Meta s-sentenza tieg\u0127u kienet ta\u0127t appell, hu \u0127arab lejn l-I\u017cvizzera u miet fl-e\u017cilju.", "Wara dan l-episodju, \u0127add iktar ma sfida fil-miftu\u0127 lil Bismarck rigward affarijiet li jikkon\u010bernaw il-politika barranija sakemm irri\u017cenzja.", "Sal-1875, Franza kienet irkuprat mit-telfa li sofriet fil-Gwerra Franko-Prussjana u gvern \u0121did re\u0121a' beda jinvolvi lil Franza b\u0127ala potenza kbira fl-Ewropa.", "L-istaff \u0121enerali \u0120ermani\u017c ta\u0127t Moltke kienu allarmati bil-fatt li Franza re\u0121g\u0127et da\u0127let b\u0127ala kompetitur fil-politika Ewropea, u grazzi g\u0127al Bismarck irnexxielhom jipprojbixxu la-kkwist ta' g\u0127axar t'elef \u017cwiemel tal-kavallerija mill-\u0120ermanja.", "Su\u010b\u010besivament beda dibattitu informali fuq il-b\u017conn ta' gwerra preventiva.", "Titlu ta' artiklu fuq gazzeta prominenti li kien i\u0121ib l-isem ta' \"Hi Gwerra fil-Qrib?\" wasslet g\u0127al \u017cvilupp ta' kri\u017ci li minnha Bismarck ma kienx se jo\u0127ro\u0121 fil-vanta\u0121\u0121.", "Il-gvern Brittaniku g\u0127amlet twissija \u0121entili lil Berlin.", "Iz-Zar tar-Russja Alessandru II u l-kan\u010billier tieg\u0127u, il-Prin\u010bep Gorchakov, li f'dak i\u017c-\u017cmien kien waqt \u017cjara statali fil-\u0120ermanja, \u0127adu l-opportunit\u00e0 biex jag\u0127mlu lilhom infushom b\u0127ala dawk li se j\u0121ibu l-pa\u010bi Ewropea.", "Din l-azzjoni tat in-nar g\u0127al mibg\u0127eda bejn Bismarck u Gorchakov fuq l-\"ind\u0127il\" ta' dan tal-a\u0127\u0127ar f'dak li jikkon\u010berna lil Franza u lill-\u0120ermanja.", "Bejn l-1873 u l-1877, il-\u0120ermanja kontinwament inda\u0127let fl-affarijiet tal-\u0121irien ta' Franza.", "Fil-Bel\u0121ju, Spanja u l-Italja, Bismarck e\u017cer\u010bita s-sa\u0127\u0127a u sostna pressjoni politika sabiex jappo\u0121\u0121ja l-elezzjoni jew il-\u0127atra ta' gvernijiet liberali u antiklerikali.", "Dan ma kienx konsegwenza tal-\"Kulturkampf\" imma parti minn ta' strate\u0121ija integrali biex jippromwovi r-republikani\u017cmu fi Franza billi strate\u0121ikament u ideolo\u0121ikament ji\u017cola r-re\u0121im klerikali-monarkiku tal-President Marie Edme MacMahon (1808\u201393).", "Ix-xewqa tieg\u0127u kienet li billi ji\u010b\u010birkonda lil Franza b'numru ta' stati liberlai, ir-republikani\u017cmu Fran\u010bi\u017c seta' jeg\u0127leb lil MacMahom u s-sostenituri reazzjonarji tieg\u0127u.", "Il-kun\u010bett modern ta' tra\u017c\u017cin jipprovdi mudell utli biex wie\u0127ed jifhem id-dinamika ta' din il-politika.", "Bismarck \u017camm relazzjonijiet tajba mal-Italja, minkejja li personalment ma kinux jog\u0127\u0121buh it-Taljani u pajji\u017chom.", "Wie\u0127ed jista' jarah b\u0127ala kontributur \u017cg\u0127ir g\u0127all-unifikazzjoni Taljana.", "Il-politiki li dawwru l-gwerra tal-1866 kontra l-Awstrija \u0127allew lill-Italja twa\u0127\u0127ad mag\u0127ha lil-Lombardija-Venezja, li kienet ta\u0127t l-Imperu Awstrijak wara l-Kungress ta' Vjenna tal-1815.", "Barra minn hekk, min\u0127abba l-Gwerra Franko-Prussjana tal-1870\u201371, it-truppi Fran\u010bi\u017ci stazzjonati f'Ruma u fl-Istati Papali kellhom ji\u0121u mobilizzati fuq il-front.", "Ming\u0127ajr dawn l-avvenimenti, l-unifikazzjoni tal-Italja kien ikun pro\u010bess itwal.", "Wara r-reb\u0127a Russa fuq l-Imperu Ottoman fil-Gwerra Russo-Torka (1877-1878), Bismarck g\u0127en biex jinnegozja qbil fil-Kungress ta' Berlin.", "It-Trattat ta' Berlin (1878), irreveda dak pre\u010bedenti ta' San Stefano, fejn naqqas id-daqs tal-pajji\u017c indipendenti tal-Bulgarija (stat li f'dak i\u017c-\u017cmien kien man-na\u0127a tar-Russja).", "Bismarck u kapijiet o\u0127ra Ewropej opponew li l-influwenza tar-Russja tikber u ppruvaw jipprote\u0121u l-qawwa tal-Imperu Ruman (ara l-Kwistjoni tal-Lvant).", "B'ri\u017cultat t'hekk, ir-relazzjonijiet bejn ir-Russja u l-\u0120ermanja \u0127adu daqqa ta' \u0127arta, bil-kan\u010billier Russu Gorchakov jakku\u017ca lil Bismarck li kkomprometta r-reb\u0127a ta' pajji\u017cu.", "Ir-relazzjonijiet marru aktar g\u0127all-ag\u0127ar min\u0127abba l-politiki protezzjonisti tal-\u0120ermanja fil-kummer\u010b.", "Bil-Lega tat-Tliet Imperaturi tonqos iktar u iktar mill-importanza tag\u0127ha, Bismarck innegozja l-Alleanza Doppja (1879) mal-Awstrija-Ungerija, fejn it-tliet li huma qablu li jipprote\u0121u lil xulxin minn kwalunkwe attakk Russu.", "Din saret mag\u0127rufa b\u0127ala l-Alleanza Triplika fl-1882 bi\u017c-\u017cieda tal-Italja, waqt li l-Italja u l-Awstro-Ungerija ffirmaw l-\"Qbil tal-Mediterran\" mal-Ingilterra.", "L-isforzi mag\u0127mula sabiex l-\u0120ermanja u r-Russja jer\u0121g\u0127u jirrikon\u010biljaw ma' xulxin ftit li xejn kellhom effett tawwali: il-Lega tat-Tliet Imperaturi \u0121ie stabbilita mil-\u0121did fl-1881, imma ftit li xejn damet (it-tim tas-solidarjet\u00e0 Russa-Awstrijaka-Prussjana li kiene e\u017cistiet f'forom differenti mill-1813), u t-Trattat ta' Riassigurazzjoni (fejn i\u017c-\u017cew\u0121 potenzi qabblu li jibqg\u0127u newtrali lejn xulxin sakemm ir-Russja tattakka l-Awstrija-Ungerija) \u0121ie permess li jiskadi fl-1890 wara t-tluq ta' Bismarck.", "Bismarck oppona l-idea ta' akkwisti kolonjali, fejn stqarr li l-pi\u017c sabiex imantnu u jiddefendu dawn il-possedimenti kien se jimpedihom milli jag\u0127mlu \u010berti profitti.", "Madanakollu, matul lejn l-a\u0127\u0127ar tal-1870ijiet u l-bidu tal-1880ijiet l-opinjoni pubblika daret favur il-pussess ta' kolonji, u Bismarck qaleb lejn idea kolonjali.", "Bismarck kien influwenzat minn negozjanti minn Amburgu, il-\u0121irien tieg\u0127u fi Friedrichsruh, \"u l-\u0127olqien ta' imperu kolonjali \u0120ermani\u017c kompliet bi ftit xkiel.\"", "Pajji\u017ci Ewropej o\u0127ra, fosthom l-Ingilterra u Franza, kienu qabel kisbu kolonji \u0121odda.", "Matul l-1880ijiet, il-\u0120ermanja ng\u0127aqdet mal-qawwiet Ewropej fil-Qsim tal-Afrika.", "Fost il-kolonji tal-\u0120ermanja kienu Togoland (illum tag\u0127mel parti mill-Gana u t-Togo), il-Kamerun, l-Afrika tal-Lvant \u0120ermani\u017ca (illum l-Irwanda, il-Burundi, u t-Tan\u017canija), u l-Afrika tal-Lbi\u010b \u0120ermani\u017ca (illum in-Namibja).", "Il-Konferenza ta' Berlin (1884\u20131885) stabilixxiet ir-regolamenti g\u0127all-ksib ta' kolonji Afrikani; partikularament, hi pprote\u0121iet il-kummer\u010b \u0127ieles f'\u010berti partijiet tal-ba\u010bin tal-Kongo.", "Aktar tard, il-\u0120ermanja \u0127adet kolonji fil-Pa\u010bifiku.", "Fi Frar tal-1888, matul il-kri\u017ci Bulgara, Bismarck indirizza ir-Reichstag fuq il-perikli ta' gwerra Ewropea.", "Hu widdeb fuq il-possibilit\u00e0 imminenti li l-\u0120ermanja se jkollha ti\u0121\u0121ieled fuq \u017cew\u0121 fronti; hu tkellem fuq ix-xewqa tal-pa\u010bi; wara hu po\u0121\u0121a fuq quddiem il-karba tal-Balkani g\u0127al gwerra u wera l-futilit\u00e0 tal-idea: \"Il-Bulgarija, dak il-pajji\u017c i\u017c-\u017cg\u0127ir bejn id-Danubju u l-Balkani, huwa 'l bog\u0127od milli ji\u0121i mist\u0127oqq b\u0127ala o\u0121\u0121ett ta' importanza adegwata... sabiex tg\u0127addas l-Ewropa minn Moska g\u0127all-Pirinej, u mill-Ba\u0127ar tat-Tramuntana g\u0127al Palermo, fi gwerra li l-kwistjoni tag\u0127ha l-ebda bniedem ma jista' jipprevedi.", "Fi tmiem il-kunflitt a\u0127na bilkemm inkunu nafu g\u0127ala \u0121\u0121ielidna.", "Barra minn hekk, Bismarck irrepeta t-twissija emfatika tieg\u0127u kontra l-involivment militari tal-\u0120ermanja fil-kwistjonijiet tal-Balkani.", "Bismarck g\u0127amel dan l-ewwel kumment famu\u017c tieg\u0127u fir-Reichstag f'Di\u010bembru tal-1876, meta r-rivoluzzjonarji Balkani\u010bi kontra l-Imperu Ottoman g\u0127eddew li jestendu fi gwerra bejn l-Awstrija u r-Russja.", "Sena biss wara [1876], huwa sab quddiem wi\u010b\u010bu l-alternattiva li japprova l-kaw\u017ca tar-Russja jew dik tal-Awstrija.", "Minnufih wara l-a\u0127\u0127ar kri\u017ci, fis-sajf tal-1875, l-g\u0127ira re\u010biproka bejn r-Russja u l-Awstrija saret aktar ur\u0121enti wara l-irvellijiet \u0121odda fil-Balkani kontra t-Torok.", "Issa kien kollox f'idejn id-de\u010bi\u017cjoni ta' Bismarck.", "Immedjatament wara l-pa\u010bi, hu pprova jipparalizza lir-rivali Balkani\u010bi bil-formazzjoni tal-Lega tat-Tliet Imperaturi.", "\"M'g\u0127andi l-ebda \u0127sieb li nintervjeni,\" hu stqarr privatament.", "\"Dan ista' jwassal g\u0127al gwerra Ewropea. [...]", "Jekk jien kelli nsostni l-kaw\u017ca ta' wie\u0127ed mill-partiti, Franza mal-ewwel tapprova g\u0127all-oppost tag\u0127ha. [...]", "Qieg\u0127ed in\u017comm \u017cew\u0121 bestji araldi\u010bi b'sa\u0127\u0127ithom mill-kullari tag\u0127hom, u qed in\u017commhom 'il bog\u0127od minn xulxin min\u0127abba \u017cew\u0121 ra\u0121unijiet: l-ewwel u qabel kollox, inqas hemm \u010bans li jo\u0127onqu lil xulxin; u t-tieni, inqas hemm i\u010b-\u010bans li jaslu fi qbil g\u0127all-ispejje\u017c tag\u0127na.\"", "Fl-1888, l-Imperatur \u0120ermani\u017c Guljelmu I, miet u fuq it-tron \u0127alla lit-tifel tieg\u0127u, Federiku III.", "Il-monarka l-\u0121did dam biss 99 \u0121urnata fuq it-tron wara li meta \u0121ie ma\u0127tur imperatur kien di\u0121\u00e0 qieg\u0127ed isofri minn kan\u010ber fil-ger\u017cuma u b'kaw\u017ca t'hekk miet.", "Postu \u0127adu t-tifel tieg\u0127u, Guljelmu II.", "L-imperatur il-\u0121did oppona l-politika barranija kawta ta' Bismarck, fejn ipprefera espansjoni rapida sabiex jipprote\u0121i l-\"post fix-xemx\" tal-\u0120ermanja.", "Qabel ma laqtet il-marda lil Federiku, Bismack ma kienx qed jistenna li jg\u0127ix sabiex jara lil Guljelmu II jassumi l-po\u017cizzjoni tieg\u0127u fuq it-tron, a\u0127seb u ara kemm kien se jservi b\u0127ala Kan\u010billier ta\u0127t l-Imperatur il-\u0121did.", "Kunflitti bejn Guljelmu II u l-kan\u010billier tieg\u0127u mill-ewwel g\u0127arrqet ir-relazzjoni bejniethom.", "Min\u0127abba l-fatt li Bismarck kellu rwol prominenti fit-trobbija ta' Guljelmu, Bismarck fehem li hu seta' jiddomina lill-\"Kaiser\" i\u017c-\u017cg\u0127ir u wera nuqqas ta' rispett lejn il-politiki tieg\u0127u lejn l-a\u0127\u0127ar tal-1880ijiet.", "Id-daqqa finali waslet meta Bismarck prova jda\u0127\u0127al fis-se\u0127\u0127 numru ta' li\u0121ijiet anti-So\u010bjalisti fil-bidu tal-1890.", "Il-ma\u0121\u0121oranza \"Kartell\" fir-Reichstag, li kienet tifforma mill-amalgamazzjoni tal-Partit Konservattiv u l-Partit Nazzjonali Liberali, kienet lesta li tag\u0127mel \u0127afna mil-li\u0121ijiet permanenti.", "Per\u00f2 ma kinux qabblu fuq il-li\u0121i li t\u0127alli lill-pulizija jespellu so\u010bjalisti a\u0121itati minn djarhom, poter u\u017cat e\u010b\u010bessivament fi \u017cmijiet kontra avversarji politi\u010bi.", "Il-Liberali Nazzjonali rrifjutaw li jag\u0127mlu din il-li\u0121i permanenti, waqt li l-Konservattivi sostenew biss it-totalit\u00e0 tal-abbozz, u finalment u\u017caw il-veto sabiex jimblukkaw l-abbozz s\u0127i\u0127 fis-sessjoni min\u0127abba li Bismarck ma kienx se jaqbel ma' abbozz modifikat.", "Hekk kif id-dibattu kompla sejjer, Guljelmu sar aktar konxju tal-problemi so\u010bjali, spe\u010bjalment tat-trattament tal-\u0127addiema fil-minjieri li g\u0127amlu strajk fl-1889, u kompla bil-politika attiva tieg\u0127u fil-gvern, fejn ma kinitx l-ewwel darba li fil-Kunsill interrompa lil Bismarck sabiex isa\u0127\u0127a\u0127 l-argument tieg\u0127u f'favur il-politika so\u010bjali.", "Bismarck \u0127ada qatta' bla \u0127abel kontra l-politika ta' Guljelmu u \u0127adem sabiex ibiddilha.", "Anke jekk Guljelmu kien isostni l-abbozz anti-so\u010bjalista mibdul, Bismarck ried is-sosten tieg\u0127u sabiex ju\u017ca' l-veto biex iwaqqa' l-abbozz fit-totalit\u00e0 tieg\u0127u.", "Madankollu, meta ra li l-argumenti tieg\u0127u naqsu li jikkonvin\u010bu lil Guljelmu, Bismarck beda ja\u0121ita ru\u0127u sakemm fl-a\u0127\u0127ar kixef ir-ra\u0121unijiet ostili tieg\u0127u quddiem kul\u0127add sabiex it-tnedija tal-abbozz tfalli, \u0127a\u0121a li ma kinitx \u010bertament karatteristika tieg\u0127u: li jara lis-so\u010bjalisti ja\u0121itaw ru\u0127hom sakemm kunflitt vjolenti jwassal g\u0127al sku\u017ca tajba sabiex ikissirhom.", "Guljelmu rrisponda li ma kienx lest li jibda t-tron tieg\u0127u b'kampanja mdemmija kontra s-su\u0121\u0121etti tieg\u0127u.", "Il-\u0121urnata segwenti, wara li nduna bl-i\u017cball li kien g\u0127amel, Bismarck ipprova jil\u0127aq kompromess ma' Guljelmu billi jaqbel mal-politika so\u010bjali tieg\u0127u lejn \u0127addiema industrijali, u ppropona wkoll kunsill Ewropew li l-g\u0127an tieg\u0127u kien li jiddiskuti l-kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol, u kien se jkun presedut mill-Imperatur \u0120ermani\u017c.", "Minkejja dan kollu, l-avvenimenti li \u0121raw wassal sabiex Guljelmu u Bismarck jitbeg\u0127du iktar minn xulxin.", "Bismarck, li kien qieg\u0127ed i\u0127oss li mhuwiex apprezzat u bil-pressjoni fuqu min-na\u0127a tal-Imperatur u mdg\u0127ajjef minn konsulenti ambizzju\u017ci, irrifjuta li jiffirma proklama fuq il-protezzjoni tal-\u0127addiema flimkien ma' Guljelmu, kif kienet tg\u0127id il-Kostituzzjoni \u0120ermani\u017ca, sabiex jipprotesta g\u0127all-ind\u0127il \u017cejjed tal-Imperatur f'dik li qabel kienet awtorit\u00e0 indiskutibbli tieg\u0127u.", "Minn wara l-kwinti, Bismark \u0127adem ukoll sabiex ikisser il-kunsill tax-xog\u0127ol Kontinentali, li Guljelmu kien po\u0121\u0121a ru\u0127u u \u0121ismu fuqu.", "Il-ksur definittiv tar-relazzjonijiet wasal meta Bismarck fittex g\u0127al ma\u0121\u0121oranza parlamentari \u0121dida, bil-\"Kartell\" tieg\u0127u jivvota mill-poter min\u0127abba l-fjask tal-abbozz anti-so\u010bjalista.", "Il-qawwiet li kien g\u0127ad baqa' fir-Reichstag kienu l-Partit Kattoliku \u010aentrali u l-Partit Konservattiv.", "Bismarck xtaq jifforma blokk \u0121did mal-Partit \u010aentrali, u stieden lil Ludwig Windthorst, il-kap parlamentari sabix jiddiskutu alleanza.", "Din kellha tkun l-a\u0127\u0127ar manuvra fil-kamp politiku.", "Guljelmu ftit li xejn g\u0127o\u0121bitu meta sema' bi\u017c-\u017cjara ta' Windthorst.", "Fi stat parlamentari, il-kap tal-gvern jiddepedni fuq il-kunfidenza tal-ma\u0121\u0121oranza parlamentari, u \u010bertament li g\u0127andu d-dritt li jifforma koalizzjonijiet sabiex jassigura l-politiki tieg\u0127u.", "Madanakollu, fil-\u0120ermanja, il-Kan\u010billier kien jiddependi biss fuq il-kunfidenza tal-Imperatur, u Guljelmu fehem li l-Imperatur kellu d-dritt li jkun mg\u0127arraf qabel il-laqg\u0127a tal-ministri tieg\u0127u.", "Wara argument mis\u0127un fl-uffi\u010b\u010bju ta' Bismarck, Guljelmu \u0127are\u0121 'il barra b'g\u0127adab kbir, wara li qabel kien g\u0127adu kif xolja l-Ordni tal-Kabinett tal-1851 li kienet ipprojbixxiet lill-Kabinet tal-Ministri Prussjan li jirrapporta direttament lir-Re tal-Prussja, fejn kellhom b\u017conn minflok li jirrapurtaw permezz tal-Prim Ministu.", "Bismarck, li wasal f'sitwazzjoni fejn ma seta' jie\u0127u l-ebda vanta\u0121\u0121 minnha, kiteb ittra ta' ri\u017cenja fejn fiha kkundanna l-ind\u0127il ta' Guljelmu fil-politika barranija u dik domestika, ittra li \u0121iet pubblikata biss wara l-mewt tal-istess Bismarck.", "Kif \u0121raw l-affarijiet, Bismarck sar l-ewwel vittma tal-kreazzjoni tieg\u0127u, u meta induna li t-tke\u010b\u010bija tieg\u0127u kienet imminenti: Ir-ri\u017corsi kollha ta' Bismarck kienu skjerati; hu wkoll staqsa lill-Imperatri\u010bi sabiex tu\u017ca' l-influwenza tag\u0127ha mat-tifel tag\u0127hom f'isemu.", "Imma s-sa\u0127\u0127ar kien tilef il-ma\u0121ija tieg\u0127u; l-inkante\u017cimi tieg\u0127u kienu ming\u0127ajr sa\u0127\u0127a min\u0127abba li dawn saru fuq nies li ma kienux jirrispettawhom [...]", "B\u0127alma Lord Salisbury kien qal lir-Re\u0121ina Vittorja: 'Il-kwalitajiet vera li Bismarck nissel fl-Imperatur sabiex isa\u0127\u0127ah lilu nnifsu meta l-Imperatur Federiku kellu jitla' fuq it-tron kienu l-istess kwalitajiet li tefg\u0127uh 'il isfel.'", "L-Imperatri\u010bi, f'dik li kienet sens ta' \u0127asra u ta' trijonf, qaltlu li l-influwenza tag\u0127ha flimkien mat-tifel tag\u0127ha ma setg\u0127ux isalvawh min\u0127abba li hu nnifsu kien iddistru\u0121\u0121ieha.", "Bismarck irri\u017cenja fit-18 ta' Marzu 1890, fl-et\u00e0 ta' 75 sena wara insistenza ta' Guljelmu II; minfloku, fir-rwol ta' Kan\u010billier tal-\u0120ermanja u Prim Ministru tal-Prussja da\u0127al Leo van Caprivi.", "Bismarck su\u010b\u010bessivament \u0121ie promoss g\u0127all-grad ta' \"Kurunell \u0120enerali bid-Dinjit\u00e0 ta' Marixxal tal-Kamp\" u ng\u0127ata titlu \u0121did, dak ta' Duka ta' Lauenburg, li hu ironikament stqarr li huwa utli meta jkun qieg\u0127ed jivja\u0121\u0121a bil-mo\u0127bi.", "Minnufih \u0121ie elett b\u0127ala Liberali Nazzjonali fir-Reichstag fis-si\u0121\u0121u tal-Amburgu, per\u00f2 kien \u0121ie imbarazzat meta \u0121ie sfurzat g\u0127at-tieni votazzjoni minn rivali Demokratiku So\u010bjali, u attwalment qatt iktar ma \u0127a postu.", "Fl-a\u0127\u0127ar irtira ru\u0127u fl-istati tieg\u0127u f'Varzin (fil-Polonja tal-lum).", "Fi \u017cmien xahar wara li l-mewt ta' martu fis-27 ta' Novembru 1894, hu mar fi Friedrichsruh qrib Amburgu, fejn stenna bil-\u0127niena li tintalab l-g\u0127ajnuna tieg\u0127u g\u0127al avvi\u017c jew parir.", "Hekk kif kien telaq mill-uffi\u010b\u010bju tieg\u0127u, i\u010b-\u010bittadini bdew jag\u0127tuh \u0121ie\u0127, fejn bdew ji\u0121bru l-flus sabiex jibnu monumenti b\u0127all-\"Bismarck-Nationaldenkmal\" jew torrijiet iddedikati g\u0127alih.", "Bismarck ir\u010bieva tif\u0127ir kbir fil-\u0120ermanja, b'\u0127afna binjiet jie\u0127du ismu, b'kotba dwaru jkunu l-aktar mibjug\u0127a, u \u0127afna drabi \u0121ie mpitter ukoll.", "L-a\u0127\u0127ar snin ta' \u0127ajtu Bismarck qattag\u0127hom ji\u0121bor il-memorji tieg\u0127u (\"Gedanken und Erinnerungen \", jew \"Thoughts and Memories\") li kienu jikkritikaw u jiskreditaw lill-Imperatur.", "Hu miet ta' fl-1898 ta' 83 sena f'Friedrichsruh, fejn indifen fil-Bismarck-Mausoleum.", "Fil-lapida ta' fuq il-qabar hemm miktub \"Qaddej Leali \u0120ermani\u017c tal-Kaiser Guljelmu I\".", "F'Di\u010bembru tal-1897, Guljelmu II \u017car lil Bismarck g\u0127all-a\u0127\u0127ar darba.", "Bismarck g\u0127al darb'o\u0127ra wissa lill-Kaiser fuq il-perikli li jimprovizza l-politika tal-gvern ibba\u017cata fuq l-intrigi tal-korti\u0121jani u militari.", "L-a\u0127\u0127ar twissija ta' Bismarck kienet:", "Sussegwentament, Bismarck g\u0127amel dawn il-previ\u017cjonijiet akkurati:", "Fi Frar tal-1888 Bismarck kien avverta li kri\u017ci Balkanika se ddur fi gwerra dinjija (minkejja li l-gwerra waslet fl-1914, il-pajji\u017c Balkaniku kien is-Serbja, u mhux il-Bulgarija): Hu widdeb fuq il-possibilit\u00e0 imminenti li l-\u0120ermanja se jkollha ti\u0121\u0121ieled fuq \u017cew\u0121 fronti; hu tkellem fuq ix-xewqa tal-pa\u010bi; wara hu po\u0121\u0121a fuq quddiem il-karba tal-Balkani g\u0127al gwerra u wera l-futilit\u00e0 tal-idea: \"\"Il-Bulgarija, dak il-pajji\u017c i\u017c-\u017cg\u0127ir bejn id-Danubju u l-Balkani, huwa 'l bog\u0127od milli ji\u0121i mist\u0127oqq b\u0127ala o\u0121\u0121ett ta' importanza adegwata... sabiex tg\u0127addas l-Ewropa minn Moska g\u0127all-Pirinej, u mill-Ba\u0127ar tat-Tramuntana g\u0127al Palermo, fi gwerra li l-kwistjoni tag\u0127ha l-ebda bniedem ma jista' jipprevedi.", "Fi tmiem il-kunflitt a\u0127na bilkemm inkunu nafu g\u0127ala \u0121\u0121ielidna.\""], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14098", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14098", "title": "Anna Bergendahl", "text": ["Anna Bergendahl", "Anna Bergendahl (imwielda \"Anna Henrietta Bergendahl\"; H\u00e4gersten, 11 ta' Di\u010bembru 1991) hija kantanta \u017bvedi\u017ca.", "Malena reb\u0127et id-dritt li tirrapre\u017centa lill-I\u017cvezja fil-Festival tal-Eurovision 2010, bid-diska \"This is my life\" miktuba minn Bobby Ljunggren u Kristian Lagerstr\u00f6m.", "Nhar it-14 ta' Novembru, 2010 \u0121ie m\u0127abbar li Anna Bergendahl kienet se tid\u0127ol fil-Melodifestivalen 2010 g\u0127all-Festival tal-Eurovision 2010 bil-kanzunetta \"This is my life\" b'lirika ta' Bobby Ljunggren u Kristian L\u00e4gerstr\u00f6m.", "Nhar it-27 ta' Frar, 2010 ikkompetiet fir-raba' semifinali tal-Melodifestivalen f'Malm\u00f6 u \u0121iet im\u0127abbra b\u0127ala wa\u0127da mill-finalisti.", "Nhar l-15 ta' Marzu, Anna akkwistat id-dritt biex tirrapre\u017centa lill-I\u017cvezja fil-fa\u017ci finali tal-konkors."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14100", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14100", "title": "Midfilder", "text": ["Midfilder", "Fil-log\u0127ba tal-futbol, midfilder huwa plejer li l-po\u017cizzjoni tieg\u0127u (kulur blu fl-istampa) hi bejn l-attakkanti u d-difensuri.", "Il-funzjonijiet prin\u010bipali ta' dawn it-tip ta' plejers huma li jne\u0127\u0127u l-possessjoni mill-avversarji, li jer\u0121g\u0127u jiksbu l-possessjoni tal-ballun, u li jqassmuh lill-attakkanti, u wkoll, biex jiskorjaw.", "Xi midfilders g\u0127andhom tendenza ta' log\u0127ob difensiv, waqt li o\u0127rajn ja\u0127dmu fuq front aktar offensiv.", "In-numru ta' midfilders li ji\u0121i impjegat f'log\u0127ba jiddependi fuq il-formazzjoni li ti\u0121i adottata mit-tim u l-irwol individwali ta' kull plejer.", "Il-midfilders \u010bentrali g\u0127andhom numru ta' rwoli differenti fil-futbol, u probabbilment huma l-iktar importanti f'dak li g\u0127andu x'jaqsam mal-bini tal-attakki.", "Il-po\u017cizzjoni tag\u0127hom tippermettilhom li jkollhom dehra s\u0127i\u0127a tal-partita, u min\u0127abba li l-ma\u0121\u0121oranza tal-log\u0127ob isir madwar din i\u017c-\u017cona ta' nofs il-grawnd, il-midfilders \u0127afna drabi g\u0127andu grad g\u0127oli ta' kontroll fuq kif log\u0127ba tintlag\u0127ab.", "Din il-parti tal-grawnd tinstab \u0127afna drabi b\u0127ala l-\"magna\" tat-tim, min\u0127abba li timijiet kbar ftit li xejn jag\u0127mlu su\u010b\u010bess ming\u0127ajr midfilders \u010bentrali ta' kwalit\u00e0.", "Midfilder difensiv huwa midfilder \u010bentrali li huwa stazzjonat quddiem id-difensuri g\u0127al ra\u0121unijiet difensuri, biex \"i\u017comm lura\" 'l-attakkanti milli jattakkaw.", "Din hi possibilment l-iktar rwol \u0121did fit-tatti\u010bi tal-futbol modern.", "Ir-responsabilitajiet ta' midfilders difensivi \u0127afna drabi jinkludu:", "Midfilder offensiv huwa kwalunkwe midfilder li huwa stazzjonat f'po\u017cizzjoni aktar avvanzata f'nofs il-grawnd biex jassisti l-gowls.", "Il-po\u017cizzjoni ta' midfilder offensiv hija wa\u0127da influwenti u tirrikjedi plejer li j\u0127addan abilitajiet tekni\u010bi, fil-passa\u0121\u0121i, fl-ixuttjar, fil-\u0121iri u fid-dribbling."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14108", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14108", "title": "Rosalba Carriera", "text": ["Rosalba Carriera", "Rosalba Carriera (7 ta' Ottubru, 1675 \u2013 15 ta' April, 1757) kienet pittri\u010bi Venezjana tal-istil rokok\u00f2.", "F'\u017cg\u0127o\u017citha spe\u010bjalizzat fil-pittura tal-minjaturi.", "Aktar tard saret mag\u0127rufa g\u0127ax-xog\u0127ol tag\u0127ha bil-pastelli, mezz li jaqbel sewwa mal-istil rokok\u00f2.", "Rosalba Carriera twieldet Venezja u kellha \u017cew\u0121t a\u0127wa bniet.", "Kienet prominenti u ammirata \u0127afna b\u0127ala ritrattista tar-rokok\u00f2 Taljan.", "Il-familja tag\u0127ha kienet mill-klassi medju-baxxa ta' Venezja, u bdiet il-karriera artistika tag\u0127ha meta kienet tifla billi tpin\u0121i l-mudelli g\u0127ax-xog\u0127ol tal-bizzilla g\u0127al ommha, li kienet ta\u0127dem f'din is-seng\u0127a.", "Hemm min isostni li l-pittur Venezjan ftit mag\u0127ruf Giuseppe Diamantini taha l-ewwel tag\u0127lim fuq it-teknika ta\u017c-\u017cejt.", "Meta t-tabakk beda jsir popolari, Carriera bdiet tpin\u0121i l-minjaturi fuq l-g\u0127otjien tat-tabakkieri u kienet l-ewwel li u\u017cat l-avorju g\u0127al dan l-iskop.", "Ftit ftit dan \u017cviluppa fil-pittura tar-ritratti u kienet pijuniera fl-u\u017cu tal-pastelli wa\u0127idhom g\u0127al dan ix-xog\u0127ol.", "Nies prominenti barranin li kienu j\u017curu l-belt ta' Venezja, pere\u017cempju l-ulied \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tan-nobbilt\u00e0 fuq il-\"Grand Tour\" u d-diplomati\u010bi, kienu \u0127erqana li jitpin\u0121ew minnha.", "Fost ir-ritratti li pin\u0121iet fil-bidu insibu dawk ta' Massimiljanu II tal-Bavarja, ta' Federiku IV tad-Danimarka, tal-isba\u0127 12-il mara tal-qorti Venezjani, tal-\"Artista u o\u0127tha Naneta\" (Uffizi), u ta' Awgustu l-Qawwi tas-Sassonja, li \u0121abar kollezzjoni kbira ta' pastelli tag\u0127ha .", "Sal-1721, meta Carriera g\u0127amlet l-ewwel vja\u0121\u0121 tag\u0127ha g\u0127al Pari\u0121i, kien sar hemm domanda kbira g\u0127ar-ritratti mpin\u0121ijin minnha.", "Meta kienet Pari\u0121i, b\u0127ala l-mistiedna tad-dilettant u kollettur tal-arti kbir, Pierre Crozat, pin\u0121iet ritratti tal-pittur Watteau u tan-nies irjali u nobbli kollha mir-Re u r-Re\u0121\u0121ent 'l isfel, u \u0121iet eletta membru tal-Akkademja b'akklamazzjoni.", "\u017bew\u0121 o\u0127tha Angela, il-pittur Antonio Pellegrini li kien stmat \u0127afna, kien ukoll Pari\u0121i dik is-sena.", "Pellegrini kien imqabbad minn John Law, finanzier u avventurier Ingli\u017c biex ipin\u0121i s-saqaf tal-\"Grand Salle\" fil-bini \u0121did tal-bank tieg\u0127u.", "O\u0127tha l-o\u0127ra, Giovanna, u ommha kienu mag\u0127ha Franza.", "I\u017c-\u017cew\u0121 \u0127utha, l-i\u017cjed Giovanna, kienu jg\u0127inuha tpin\u0121i l-mijiet ta' ritratti li kienet mitluba tpin\u0121i.", "Id-djarju ta' Carriera ta' dawn it-18-il xahar f'Pari\u0121i \u0121ie ppublikat aktar tard mill-ammiratur \u0127erqan tag\u0127ha, Antonio Zanetti fl-1793.", "Il-korrispondenza estensiva tag\u0127ha ukoll \u0121iet ippublikata.", "Fl-1721 marret lura Venezja u \u017caret Modena, Parma, u Vjenna, u intlaqg\u0127et b'entu\u017cja\u017cmu kbir mill-mexxejja u l-qrati.", "Aktar tard f'-\u0127ajjitha, Carriera g\u0127amlet vja\u0121\u0121 twil lejn il-qorti tal-Polonja.", "Ix-xog\u0127lijiet li wettqet hemmhekk, aktar tard iffurmaw il-ba\u017ci tal-kollezzjoni kbira li hemm fil-\"Gem\u00e4ldegalerie Alte Meister\" ta' Dresden.", "Fl-1705, in\u0127atret \"Accademico di merito\" mill- Accademia di San Luca ta' Ruma, titlu ri\u017cervat g\u0127all-pitturi mhux Rumani.", "Meta marret lura Venezja, Carriera kienet g\u0127adha immensament popolari u d-domanda g\u0127ax-xog\u0127ol tag\u0127ha kienet g\u0127adha kbira (fil-fatti kienet hi li taqla' l-g\u0127ixien tal-familja).", "Ir-ritratti tag\u0127ha kienu ta' seng\u0127a kbira u juru 'l dak li jkun dejjem i\u017cjed sabi\u0127, kienu kwa\u017ci dejjem mill-qadd 'il fuq, bil-\u0121isem imdawwar ftit 'l hemm u r-ras t\u0127ares dritt lejn l-ispettatur.", "Carriera kellha \u0127ila mhux tas-soltu biex tirrappre\u017centa t-tessuti u d-disinji fuq il-\u0127wejje\u0121, biex fedelment to\u0127loq mill-\u0121did id-drappijiet, lazzijiet tad-deheb, il-bizzilla, il-pelli\u010bji, il-\u0121ojjelli, ix-xag\u0127ar u l-\u0121ilda b'mod li jispikka l-istil tal-\u0127ajja materjali lussu\u017c tal-patruni influwenti tag\u0127ha.", "Carriera nfisha ma kinitx mara sabi\u0127a; l-awto-ritratti tag\u0127ha juruha b'wi\u010b\u010b mhux attraenti wisq u b'imnie\u0127er kbir u daqsxejn sfurmat.", "Per\u00f2 kienet mag\u0127rufa g\u0127all-\u0127lewwa tal-karattru tag\u0127ha u l-pulitizza u d-de\u010benza ta' lbisha, i\u017cda kellha ukoll tendenza g\u0127ad-dwejjaq u d-depressjoni, attribwiti minn xi w\u0127ud g\u0127all-fatt li qatt ma \u017c\u017cew\u0121et.", "Fil-Prideaux Post, Padstow, Cornwall, hemm pittura affaxxinanti impin\u0121ija minn Carriera ta' Humphrey Prideaux, l-iben arketipiku tal-borge\u017cija g\u0127olja muri matul il-\"Grand Tour\" tieg\u0127u, li wara l-gwarni\u010b tag\u0127ha, skont l-istorja, kien hemm mo\u0127bija ittra ta' m\u0127abba minn Carriera g\u0127all-mudell.", "Kellha \u0127afna \u0127bieb ir\u0121iel li kienu jammiraw it-talent tag\u0127ha, i\u017cda \u0127add minnhom ma ried ji\u017c\u017cewi\u0121ha.", "L-a\u0127\u0127ar snin tal-\u0127ajja twila ta' Carriera kienu tra\u0121i\u010bi, billi g\u0127ajnejha, forsi bil-\u0127sara li kienet g\u0127amlitilhom meta kienet tpin\u0121i l-minjaturi f'\u017cg\u0127o\u017citha, marru g\u0127al kollox u g\u0127amiet.", "G\u0127amlet \u017cew\u0121 operazzjonijiet tal-katarretti imma dawn ma rnexxewx.", "Kienet l-a\u0127\u0127ar wa\u0127da li mietet mill-familja tag\u0127ha u g\u0127addiet l-a\u0127\u0127ar snin ta' \u0127ajjitha f'dar \u017cg\u0127ira fl-in\u0127awi ta' Dorsoduro f'Venezja fejn mietet."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14117", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14117", "title": "Berthe Morisot", "text": ["Berthe Morisot", "Berthe Morisot (14 ta' Jannar 14, 1841 \u2013 2 ta' Marzu 2, 1895) kienet pittri\u010bi u membru ta\u010b-\u010birku ta' pitturi f'Pari\u0121i li saru mag\u0127rufin b\u0127ala l-Impressjonisti.", "G\u0127al seklu s\u0127i\u0127 ma tantx kienet stmata, forsi g\u0127ax kienet mara, imma issa saret meqjusa wa\u0127da mill-a\u0127jar pitturi Impressjonisti.", "Fl-1864, esibiet il-pitturi tag\u0127ha g\u0127all-ewwel darba, fis-Salon de Paris, li dak i\u017c-\u017cmien kien stmat \u0127afna.", "Is-Salon, li kellu l-appo\u0121\u0121 tal-gvern, kien il-wirja uffi\u010bjali ta' kull sena tal-Acad\u00e9mie des beaux-arts f'Par\u0121i u l-pitturi murijin fih kienu qabel ji\u0121u \u0121\u0121udikati mill-akademi\u010bi.", "Xog\u0127olha ntg\u0127a\u017cel g\u0127al wirja tas-Salon sitt darbiet war xulxin sa meta fl-1874, ing\u0127aqdet mal-Impressjonisti \"irrefjutati\" fl-ewwel esibizzjoni tag\u0127hom li inkludiet, Paul C\u00e9zanne, Edgar Degas, Claude Monet, Morisot, Camille Pissarro, Pierre-Auguste Renoir, u Alfred Sisley.", "Din saret fl-istudju tal-fotografu Nadar.", "\u00c9douard Manet kien il-\u0127abib u l-kollega tag\u0127ha u \u017c\u017ceww\u0121et lil \u0127u\u0127 Eug\u00e8ne.", "Morisot twieldet f'Bourges, Cher, Franza minn familja tal-borge\u017cija tat-tajjeb.", "Hi u o\u0127ta, Edma Morisot, it-tnejn g\u0127a\u017clu li jsiru pittri\u010bi.", "Meta Berthe Morisot kienet idde\u010bidiet li ssir artista, il-familja tag\u0127ha ma g\u0127amlulhiex intoppi.", "Twieldet minn familja li skont it-tradizzjoni, kellha fostha wie\u0127ed mill-pitturi tar-Rokok\u00f2 l-i\u017cjed prolifi\u010bi, Fragonard, li kif kien ju\u017ca l-kulur, u l-metodu espressiv u \u017cgur li bih kien ju\u017ca l-pinzell influwenzaw il-pitturi li \u0121ew warajh.", "Meta g\u0127alqet g\u0127oxrin sena kienet di\u0121\u00e0 ltaqg\u0127et u saret \u0127abiba ta' Camille Corot, pittur importanti tal-veduti tal-Iskola Barbizon, li kellu \u0127afna seng\u0127a wkoll fil-pittura tal-figura.", "Dan il-pittur g\u0127allem il-pittura lil Berthe u 'l o\u0127tha u introdu\u010bihom ma' pitturi u g\u0127alliema o\u0127ra.", "Ta\u0127t l-influwenza ta' Corot, Morisot adotat il-metodu ta' \"plein air\" fix-xog\u0127ol tag\u0127ha.", "B\u0127ala studenti tal-arti, Berthe u Edma kienu ja\u0127dmu fil-qrib flimkien sakemm Edma \u017c\u017ceww\u0121et u kellha t-tfal u ma kellhiex \u017cmien biex tpin\u0121i bl-istess intensit\u00e0 daqs Berthe.", "L-ittri bejniethom juru li l-a\u0127wa kienu jin\u0127abbu u jenfasizzaw in-niket ta' Berthe dwar il-bog\u0127od bejniethom u l-fatt li Edma kienet telqg\u0127et il-pittura.", "Edma appo\u0121\u0121at bil-qalb kollha x-xog\u0127ol li kienet qieg\u0127da tkompli Berthe u l-familji ta\u017c-\u017cew\u0121 a\u0127wa dejjem baqg\u0127u jin\u0121iebu.", "Morisot uriet ix-xog\u0127ol tag\u0127ha fis-\"Salon de Paris\" g\u0127all-ewwel darba meta kellha tlieta u g\u0127oxrin sena fl-1864, meta a\u010b\u010bettawlha \u017cew\u0121 veduti.", "Baqg\u0127et turi x-xog\u0127ol tag\u0127ha fis-Salon regolarment, \u0121eneralment b're\u010bensjoniet favorevoli, sal-1873, is-sena qabel l-ewwel wirja Impressjonista.", "Sadattant, fl-1868 Morisot saret taf lil \u00c9douard Manet.", "Hu kien i\u0121ibha \u0127afna, kif jidher \u010bar mill-affett li bih pin\u0121a bosta ritratti tag\u0127ha.", "Fosthom hemm wie\u0127ed impressjonanti ta' Morisot liebsa velu iswed (muri fil-bidu tal-artiklu), meta kienet bil-vistu g\u0127all-missierha.", "Il-korrispondenza bejniethom ukoll turi kemm kienu jin\u0121iebu.", "Darba taha kavallett b\u0127ala rigal tal-Milied.", "Darba o\u0127ra g\u0127amel xi tibdiliet f'wa\u0127da mill-pitturi li kienet issottomettiet g\u0127as-Salon meta kien qieg\u0127ed jirran\u0121a l-\u0121arr tag\u0127ha.", "Morisot ma \u0127aditx pja\u010bir imma Manet kien g\u0127amel hekk g\u0127ax fehem il-kritika li semag\u0127ha tag\u0127mel kontra tag\u0127ha stess b\u0127ala stedina biex i\u017cid xi korrezzjonijiet hu.", "Waqt li tradizzjonalment Manet kien meqjus b\u0127ala l-img\u0127allem u Morisot d-dixxiplu, hemm xhieda li r-relazzjoni bejniethom kienet ta' tnejn indaqs.", "Morisot kienet \u017cviluppat l-istil artistiku karattereistiku tag\u0127ha.", "Manet kien japprova u japprezza xi de\u010bi\u017cjonijiet ta' stil u kompo\u017cizzjoni li \u0127adet u infatti inkorpora xi w\u0127ud minnhom fil-pitturi tieg\u0127u.", "B\u0127ala Impressjonista dommatika u anki membru tal-\"haute bourgeoisie\", Morisot pin\u0121iet l-esperjenzi tag\u0127ha tal-\u0127ajja ta' kuljum.", "Il-pitturi tag\u0127ha jirriflettu r-restrizzjonijiet tas-seklu 19 fuq il-klassi u s-sess tag\u0127ha.", "Evitat il-veduti tat-toroq u l-bliet kif ukoll il-figuri g\u0127arwenin u, b\u0127all-mara impressjonista l-o\u0127ra Mary Cassatt, ikkon\u010bentrat fuq il-\u0127ajja tad-dar u r-riratti li g\u0127alihom setg\u0127et tu\u017ca l-familja u l-\u0127bieb personali b\u0127ala mudelli.", "Pitturi b\u0127al \"Il-Benniena\" (1872), li fihom naraw il-moda ta' dak i\u017c-\u017cmien fl-g\u0127amara tal-kmamar tat-tfal, jirriflettu kemm kienet tg\u0127ati ka\u017c il-moda u r-riklami, kif kienu jindunaw mill-ewwel il-membri femminili tal-pubbliku.", "Fix-xog\u0127ol tag\u0127ha ma nsibux biss veduti, ritratti, \u0121onna u xeni ta' dg\u0127ajjes, imma wkoll su\u0121\u0121etti li juru l-kumdit\u00e0 u l-intimit\u00e0 tal-\u0127ajja tal-familja u d-dar, kif naraw fix-xog\u0127lijiet tal-kollegi tag\u0127ha, Pierre-Auguste Renoir u Mary Cassatt.", "Berthe Morisot mietet fit-2 ta' Marzu, 1895 f'Pari\u0121i u ndifnet fis-\"Cimeti\u00e8re de Passy\"."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14136", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14136", "title": "Moska", "text": ["Moska", "Moska hi l-belt kapitali ta' Russja.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 12,500,123 ru\u0127 (sal-2018)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14145", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14145", "title": "Tokjo", "text": ["Tokjo", "Tokjo hija l-belt kapitali tal-\u0120appun."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14146", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14146", "title": "\u0120appun", "text": ["\u0120appun", "Il-\u0120appun (\u0120appuni\u017c:\u65e5\u672c Nippon jew Nihon; formalment \u65e5\u672c\u56fd jew Nihon-koku, litteralment \"[l-i]Stat tal-\u0120appun\") huwa pajji\u017c fl-Asja tal-Lvant.", "Huwa jinsab fl-O\u010bean Pa\u010bifiku, fil-lvant tal-Ba\u0127ar tal-\u0120appun, i\u010b-\u010aina, il-Korea ta' Fuq, il-Korea t'Isfel u r-Russja, il-pajji\u017c ji\u0121\u0121ebbed mill-Ba\u0127ar ta' Okhotsk fit-tramuntana sal-Ba\u0127ar ta\u010b-\u010aina tal-Lvant u t-Tajwan fin-nofsinhar.", "Il-karattri li jiffurmaw l-isem tal-\u0120appun jfisser \"l-ori\u0121ini tax-xemx\", min\u0127abba li l-\u0120appun huwa \u0127afna drabi riferut b\u0127ala l-\"Art tax-xemx tila\".", "Il-\u0120appun huwa ar\u010bipelagu ta' 6,852 g\u017cejjer.", "L-akbar erba' g\u017cejjer huma Honshu, Hokkaido, Kyushu, u Shikoku, li flimkien jikkostitwixxu madwar sebg\u0127a u disg\u0127in fil-mija tal-art \u0120appuni\u017ca.", "Il-\u0120appun g\u0127andu l-g\u0127axar l-akbar popolazzjoni tad-dinja, b'aktar minn 126 miljun persuna.", "Il-Belt kapitali tal-\u0120appun hija Tokjo li hija l-akbar \u017cona metropolitana fid-dinja, b'aktar minn 30 miljun residenti."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14156", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14156", "title": "Nickelodeon", "text": ["Nickelodeon", "Nickelodeon huwa stazzjon tat-tfal madwar id-dinja.", "Din ija lista' ta' ver\u017cjonijiet ta' Nickelodeon madwar id-dinja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14157", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14157", "title": "Nickelodeon (Amerika)", "text": ["Nickelodeon (Amerika)", "Nickelodeon tal-Amerka ijja il-lewwel ver\u017cjoni ta' Nickelodeon.", "Nickelodeon tal-amerka ori\u0121inalment feta\u0127 bhala Pinwheel minn 1977-1979.", "L'owner tan-Nickelodeon huma MTV tal-Viacom.", "Nickelodeon ixandar ghaffarijiet tat-tfal zg\u0127ar, Tfal u \u017bag\u0127\u017cagh.", "Naqra programmi famu\u017ci tan-nickelodeon huma SpongeBob SquarePants, Dora the Explorer, u ."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14167", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14167", "title": "Hebe Camargo", "text": ["Hebe Camargo", "Hebe Maria Camargo (Taubat\u00e9, 8 ta' Marzu 1929 - S\u00e3o Paulo, 29 ta' Settembru 2012) hi attri\u010bi, pre\u017centatri\u010bi u kantanta Bra\u017ciljana."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14172", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14172", "title": "Boomerang TV", "text": ["Boomerang TV", "Boomerang huwa stazzjon mil-Cartoon Network li ixandar Kartoons iktar antiki."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14202", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14202", "title": "Andrei Agius", "text": ["Andrei Agius", "Andrei Agius (Piet\u00e0, 8 ta' Awwissu 1986), hu plejer tal-futbol Malti li jilg\u0127ab b\u0127ala difensur \u010bentrali mat-tim Taljan ta' AS Melfi u mat-tim nazzjonali Malti."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14209", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14209", "title": "Trattat ta' Ade\u017cjoni 2003", "text": ["Trattat ta' Ade\u017cjoni 2003", "It-Trattat ta' Ade\u017cjoni 2003 (mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala t-Trattat ta' Ateni) kien qbil iffirmat \u0121ewwa Ateni nhar is-16 ta' April, 2003, bejn il-\u0127mistax-il membru tal-Unjoni Ewropea u g\u0127axar pajji\u017ci, li kienu, \u010aipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika \u010aeka, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Ungerija, li wassal g\u0127all-ade\u017cjoni tag\u0127hom fl-Unjoni Ewropea.", "Wara l-iffirmar tat-trattat, dan da\u0127al fis-se\u0127\u0127 fl-1 ta' Mejju tal-2004, il-\u0121urnata tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea.", "L-UE tikkonsisti minn numru kbir ta' strutturi legali li jibnu fuq xulxin; hi b'hekk definita minn trattati internazzjonali su\u010b\u010bessivi.", "It-Trattat ta' Ade\u017cjoni tal-2003 immodifika: kif ukoll atti o\u0127rajn li flimkien jifformaw il-qafas legali attwali tal-Unjoni Ewropea.", "Tibdil jinkludi fil-mod kif il-votazzjoni b'ma\u0121\u0121oranza kwalifikata hi mmexxiha fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.", "L-isem s\u0127i\u0127 tat-Trattat bil-Malti hu:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14220", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14220", "title": "Lingwa Sqallija", "text": ["Lingwa Sqallija", "L-Isqalli (\"sicilianu\", jew \"lingua siciliana\") hi lingwa Rumanza mitkellma minn madwar 5 miljun ru\u0127 fi Sqallija, il-Kalabrja, Salentu (Pulja meridionali), \u010ailentu (Kampania meridionali), u minn total ta' 10 miljun madwar id-dinja (di\u00e0spora: USA, ir-Renju Unit, l-Awstralja, il-Kanada, l-Ar\u0121entina, Franza, il-Bel\u0121ju)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14223", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14223", "title": "Sqalli", "text": ["Sqalli", "Sqalli jista' jirreferi g\u0127al:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14224", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14224", "title": "Taljan", "text": ["Taljan", "Taljan jista' jirreferi g\u0127al:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14255", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14255", "title": "Monz\u00f3n", "text": ["Monz\u00f3n", "Il-Monz\u00f3n hija lokalit\u00e0 ta' Spanja.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 17,115 persuna (sa l-2010)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14267", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14267", "title": "Stokkolma", "text": ["Stokkolma", "Stokkolma hi l-belt kapitali tal-I\u017cvezja u l-akbar belt tal-Fennoskandja.", "Stokkolma hija l-aktar belt popolata fl-I\u017cvezja, b'popolazzjoni ta' 871,952 fil-muni\u010bipju (2010), 1,372,565 fi\u017c-\u017cona urbana (2010), u 2,119,760 fi\u017c-\u017cona metropolitana (2010).", "Skont l-istatistika tal-2010, fi\u017c-\u017cona metropolitana ta' Stokkolma joqog\u0127du madwar 22% tal-popolazzjoni tal-I\u017cvezja.", "Koordinati:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14268", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14268", "title": "\u0126elsinki", "text": ["\u0126elsinki", "\u0126elsinki hija l-belt kapitali u l-akbar belt tal-Finlandja.", "Qieg\u0127da fir-re\u0121jun ta' Uusimaa, li jinsab fin-nofsinhar tal-Finlandja, fuq il-kosta tal-Golf tal-Finlandja, ferg\u0127a tal-Ba\u0127ar Baltiku.", "\u0126elsinki g\u0127andha popolazzjoni ta' 605,523 (28 ta' Frar 2013), popolazzjoni urbana ta' 1,159,211 (31 ta' Di\u010bembru 2011) u popolazzjoni metropolitana ta' 1,361,506 li jag\u0127mluha l-muni\u010bipju u \u017cona urbana l-aktar popolata fil-Finlandja.", "\u0126elsinki tinsab xi 80 kilometru (50 mi) mit-tramuntana ta' Tallinn, l-Estonja, 400 kilometru (250 mi) fil-lvant ta' Stokkolma, l-I\u017cvezja, u 300 kilometru (190 mi) fil-punent ta' San Pietruburgu, r-Russja.", "\u0126elsinki g\u0127andha konnessjonijiet stori\u010bi ma' dawn it-tliet ibliet."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14271", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14271", "title": "Vilnius", "text": ["Vilnius", "Vilnius hija l-belt kapitali u l-akbar belt tal-Litwanja.", "Sarte il-belt kapitali fl-1918.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 535,091 persuna (2011), u l-metropoli tg\u0127odd madwar 838,852 ru\u0127.", "Tinsab fil-lbi\u010b tal-pajji\u017c u hi t-tieni l-akbar belt tal-Istati Balti\u010bi, wara Riga."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14278", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14278", "title": "Organizzazzjoni Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a", "text": ["Organizzazzjoni Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a", "L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a, jew ODS (bl-Ingli\u017c: World Health Organization, \"WHO\"), hija istituzzjoni intergovernattivita fi \u0127dan il-\u0120nus Mag\u0127quda.", "L-g\u0127an tal-ODS, li tinvolvi 193 stat membru (sal-2010), hu li l-\u0121nus kollha fid-dinja jil\u0127qu l-og\u0127la livell ta' sa\u0127\u0127a possibbli.", "Il-Kostituzzjoni tal-ODS \u0121iet approvata fl-1946 u da\u0127let fis-se\u0127\u0127 fis-7 April 1948.", "Dan il-jum jitfakkar kull sena b\u0127ala l-Jum Dinji tas-Sa\u0127\u0127a.", "L-ODS taqdi \u017cew\u0121 g\u0127anijiet kostituzzjonali ewlenin :", "1. li sservi ta' awtorit\u00e0 sabiex tmexxi u tikkordina xog\u0127ol fuq is-sa\u0127\u0127a fil-qasam internazzjonali", "2. li tinkura\u0121\u0121ixxi koperazzjoni teknika fuq is-sa\u0127\u0127a mal-Istati Membri.", "L-ODS taqdi dmirijietha permezz ta' tliet strutturi ewlenin: l-Assemblea Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a, il-Bord E\u017cekuttiv u s-Segretarjat.", "\u2022 Il-Kwartieri \u0120enerali tal-ODS qeg\u0127din \u0120ineva fl-iSvizzera.", "\u2022 Wa\u0127da mill-karatteristi\u010bi tal-ODS hija d-de\u010bentralizzazzjoni tag\u0127ha.", "Hemm sitt re\u0121juni, kull wie\u0127ed minnhom bil-Kumitat Re\u0121jonali u bl-Uffi\u010b\u010bju Re\u0121jonali tieg\u0127u.", "B\u0127ala l-awtorit\u00e0 li tmexxi u tikkordina x-xog\u0127ol fuq is-sa\u0127\u0127a fil-qasam internazzjonali, kif miktub fil-Kostituzzjoni tag\u0127ha, l-ODS g\u0127andha b\u0127ala g\u0127an \"li l-\u0121nus kollha jil\u0127qu l-og\u0127la livell ta' sa\u0127\u0127a possibbli\".", "Hija telenka b'mod partikolari numru ta' responsabbiltajiet, fosthom:", "L-\"Assemblea Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a\" tin\u017camm f'Mejju ta' kull sena, normalment f'\u0120inevra, u jattendu g\u0127aliha delegazzjonijiet mill-iStati Membri kollha.", "Ix-xog\u0127lijiet ewlenin tag\u0127ha huma li ji\u0121i approvat il-ba\u0121it tal-programm fuq sentejn, u li jittie\u0127du de\u010bi\u017cjonijiet dwar kwistjonijiet ewlenin ta' politika.", "L-Assemblea tas-Sa\u0127\u0127a hija l-og\u0127la struttura de\u010bi\u017cjonali.", "Il-\"Bord E\u017cekuttiv\" hu mag\u0127mul minn 34 individwu teknikament ikkwalifikat fil-qasam tas-sa\u0127\u0127a, kull wie\u0127ed ma\u0127tur minn Stat Membru elett mill-Assemblea Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a g\u0127al dan l-g\u0127an.", "L-iStati Membri ji\u0121u eletti g\u0127al perjodu ta' tliet snin, u l-individwi li huma ja\u0127tru ja\u0121ixxu fil-kapa\u010bit\u00e0 personali tag\u0127hom.", "Il-Bord jiltaqa' minn tal-inqas darbtejn fis-sena; il-laqg\u0127a ewlenija ssir normalment f'Jannar, b'laqg\u0127a o\u0127ra iqsar f'Mejju, dritt wara l-Assemblea tas-Sa\u0127\u0127a.", "Il-funzjonijiet ewlenin tal-Bord E\u017cekuttiv huma li j\u0121ibu fis-se\u0127\u0127 id-de\u010bi\u017cjonijiet u l-politika tal-Assemblea tas-Sa\u0127\u0127a, biex jag\u0127tuha pariri u biex jiffa\u010bilitaw ix-xog\u0127ol tag\u0127ha b'mod \u0121enerali.", "Is-\"Segretarjat\" huwa mag\u0127mul minn 8000 espert fuq is-sa\u0127\u0127a u oqsma o\u0127ra, kemm fil-kategoriji professjonali u servizz \u0121enerali, li ja\u0127dmu kemm fil-kwartieri \u0121enerali, kif ukoll fis-sitt uffi\u010b\u010bji re\u0121jonali u fil-pajji\u017ci.", "Is-Segretarjat huwa mmexxi mid-Direttur \u0120enerali (D\u0120) tal-ODS, li huwa ma\u0127tur mill-Assemblea Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a fuq in-nominazzjoni tal-Bord E\u017cekuttiv.", "Id-Direttur \u0120enerali huwa meg\u0127jun minn Vi\u010bi Direttur \u0120enerali u l-Assistenti Diretturi \u0120enerali.", "Id-Diretturi \u0120enerali mill-1948 'l hawn huma :", "Id-Direttur \u0120enerali pre\u017centi, Dr Margaret Chan, in\u0127atret mill-Assemblea Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a fid-9 Novembru 2006.", "Qabel ma saret Direttur \u0120enerali, Dr Chan kellha l-kariga ta' Assistent D\u0120 g\u0127all-Mard Infettiv kif ukoll Rappre\u017centant tad-Direttur \u0120enerali g\u0127all-Influwenza Pandemika.", "Qabel ma ssie\u0127bet fl-ODS, hija kienet id-Direttur tas-Sa\u0127\u0127a f'Hong Kong.", "Matul id-disa' sena tag\u0127ha b\u0127ala direttur, Dr Chan iffa\u010b\u010bjat l-ewwel epidemija fost il-bniedem tal-influwenza tat-tjur H5N1 fl-1997.", "Hija rnexxielha tikkontrolla l-ka\u017ci tas-sindromu respiratorju akut qawwi (severe acute respiratory syndrome, SARS) f'Hong Kong fl-2003.", "Hi nediet ukoll servizzi \u0121odda g\u0127all-prevenzjoni tal-mard u l-promozzjoni tas-sa\u0127\u0127a.", "Wa\u0127da mill-karatteristi\u010bi tal-ODS hija d-de\u010bentralizzazzjoni tag\u0127ha f'sitt re\u0121juni, kull wie\u0127ed minnhom mag\u0127mul minn Kumitat Re\u0121jonali u Uffi\u010b\u010bju Re\u0121jonali.", "Kull Uffi\u010b\u010bju Re\u0121jonali huwa mmexxi minn Direttur Re\u0121jonali.", "L-Uffi\u010b\u010bji Re\u0121jonali huma responsabbli biex jifformulaw politika ta' natura re\u0121jonali u g\u0127al attivitajiet ta' monitora\u0121\u0121 re\u0121jonali.", "F'\u0127afna pajji\u017ci, l-ODS g\u0127andha Rappre\u017centant residenti, li huwa responsabbli mill-attivitajiet tal-ODS fil-pajji\u017c, u li jag\u0127ti appo\u0121\u0121 lill-gvern fl-ippjanar u fit-tmexxija tal-programmi nazzjonali tas-sa\u0127\u0127a.", "Madwar 40% tal-istaff kollu tal-ODS ja\u0127dem fil-pajji\u017ci nnifishom fuq programmi tas-sa\u0127\u0127a jew b\u0127ala Rappre\u017centanti tal-ODS; 30% jinsabu fis-sitt Uffi\u010b\u010bji Re\u0121jonali; u 30% fil-kwartieri \u0121enerali f'\u0120inevra.", "Il-mappa hawn ta\u0127t turi kif inhuma mqassmin ir-Re\u0121juni kif ukoll il-lok tas-sitt Uffi\u010b\u010bji Re\u0121jonali:", "World Health Organization.", "Facts about WHO.", "Geneva : World Health Organization, 1990.", "Organizzazzjoni Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a. http://www.who.int"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14289", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14289", "title": "Kristadelfjani", "text": ["Kristadelfjani", "Il-Kristadelfjani huma moviment reli\u0121ju\u017c Kristjan li \u017cviluppa fir-Renju Unit u l-Amerika ta' Fuq matul is-seklu 19."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14297", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14297", "title": "Riga", "text": ["Riga", "Riga hi l-belt kapitali ta' Latvja, minn 1201 l-kapitali ta' Latvja.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 709 145 persuna (sa l-2009), u l-metropoli tg\u0127odd madwar 1 098 523."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14298", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14298", "title": "Oslo", "text": ["Oslo", "Oslo hi l-belt kapitali ta' Norve\u0121ja, minn 1048 l-kapitali ta' Norve\u0121ja.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 586 800 persuna (sa l-2010), u l-metropoli tg\u0127odd madwar 1 403 268."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14299", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14299", "title": "Kopen\u0127agen", "text": ["Kopen\u0127agen", "Kopen\u0127agen hi l-belt kapitali ta' Danimarka, minn 1167 l-kapitali ta' Danimarka.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 530 902 persuna (sa l-2010), u l-metropoli tg\u0127odd madwar 1 899 427."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14311", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14311", "title": "Bing", "text": ["Bing", "Bing (qabel \"Live Search\", \"Windows Live Search\" u \"MSN Search\") hu s-\"search engine\" pre\u017centi ta' Microsoft.", "Is-servizz \u0121ie \u017cvelat fit-28 ta' Mejju, 2009 f'San Diego, l-iStati Uniti, u \u0127are\u0121 g\u0127all-ewwel darba fil-pubbliku fit-3 ta' \u0120unju, 2009, b'servizz bi prova jkun disponnibbli mill-1 ta' \u0120unju, 2009.", "Su\u0121\u0121erimenti dwar it-tfittxija, u ri\u017culatati mqassma f'kategoriji huma fost l-akbar tibdiliet li s-servizz ta' Bing \u0121ab fid-dinja tas-search engines.", "Sa minn Jannar 2010, Bing hu t-tielet l-akbar search engine fuq l-internet, b' 3.16%, wara Google b'85.35% u Yahoo b'6.15%.", "Fid-29 ta' Lulju, 2009, Microsoft u Yahoo \u0127abbru ftiehim li bih Bing se tmxxi s-servizz tat-tfittxija ta' Yahoo.", "MSN Search kien l-ewwel search engine ta' Microsoft, li kien jinkorpora \"search engine\", \"index\" u \"web crawler\".", "Is-servizz \u0121ie minedi fit-tielet kwart tal-1998, u u\u017ca r-ri\u017cultati ta' Inktomi.", "Fil-bidu tal-1999, MSN Search nieda ver\u017cjoni li kienet turi ri\u017cultati minn Looksmart mg\u0127aquda ma' dawk ta' Inktomi, b'e\u010b\u010bezzjoni \u017cg\u0127ira meta ri\u017cultati mill-websajt AltaVista intu\u017caw minflok.", "Wara dan, Microsoft \u0121edded is-servizz sabiex tibda tipprovdi r-ri\u017cultati tieg\u0127u innifsu, b'index li beda ji\u0121i mbiddel kull \u0121img\u0127a, jew anke kuljum.", "Dan il-pro\u010bess dam sa' Novembru 2004, fejn \u0121ie mnieda b\u0127ala servizz beta, u \u0121ie mniedi g\u0127al kollox fi Frar 2005.", "Is-servizz tat-tfittxija g\u0127all-istampi kien ipprovdut mill-kumpanija Picsearch.", "Is-servizz tat-tfittxija tal-Microsoft sar ukoll disponibbli g\u0127al search engines o\u0127ra, bl-g\u0127an li ji\u017cdied is-sehem fis-suq.", "L-ewwel ver\u017cjoni beta ta' Windows Live Search \u0121iet imnedija fit-8 ta' Marzu 2006, b\u0127ala sostituzzjoni g\u0127al MSN Search.", "Is-search engine il-\u0121dida issa kienet tinkludi \"tabs\" li kienu jinkludu Web, a\u0127barijiet, stampi, mu\u017cika, desktop, lokali, kif ukoll is-servizz tal-Microsoft Encarta.", "Fil-bidla minn MSN Search g\u0127al Windows Live Search, Microsoft waqfet tu\u017ca s-servizz ta' Picsearch g\u0127at-tfittxija tal-istampi, u minflok bdiet tu\u017ca s-servizz \u0121did tag\u0127ha.", "Nhar il-21 ta' Marzu, 2007, Microsoft \u0127abbret li kienet se tissepara s-servizz tat-tfittxija mill-bqija tas-servizzi tal-Windows Live.", "L-isem inbidel g\u0127al \"Live Search\", u l-pa\u0121na tal-ftu\u0127 \u0127adet dehra \u0121dida, bi stampa li bdiet tinbidel kuljum.", "Fil-perjodu tas-servizz ta' \"Live Search\", saru diversi tibiliet, fejn fost o\u0127rajn waqfu s-servizzi ta' \"Live Search Books\", u \"Live Search Academic\", li \u0121ew integrati fit-tfittxijiet \u0121enerali.", "Ftit wara, \"Windows Live Expo\" ukoll waqaf jopera mill-31 ta' Lulju, 2008.", "\"Live search Macros\", servizz li bih il-konsumatur seta' jo\u0127loq search engine personali\u017c\u017cata, ukoll twaqqaf, kif twaqqaf ukoll is-servizz ta' \"Live Product Upload\", \"Live Search Products\", u \"Live Search QnA\", b'tal-a\u0127\u0127ar isir \"MSN QnA\", li i\u017cda twaqqaf ukoll nhar il-21 ta' Mejju, 2009.", "Microsoft g\u0127arfet li l-isem \"Live\" kien g\u0127adu jo\u0127loq konfu\u017cjoni fis-suq, u li g\u0127alekk l-isem kellu jinbidel kompletament.", "F'kampanja sabiex tin\u0127oloq identita' \u0121dida g\u0127as-servizz tat-tfittxija tal-Microsoft, \"Live Search\" sar uffi\u010bjalment Bing, nhar it-3 ta' \u0120unju, 2009.", "Nhar id-29 ta' Lulju, 2009 Microsoft u Yahoo \u0127abbru ftiehim ta' 10 snin, li fih is-\"search engine\" tal-Yahoo issir dik ta' Bing.", "Minn na\u0127a l-o\u0127ra, Yahoo i\u017c\u017comm 88% tal-profitt mill-bejg\u0127 kollu fuq is-search engine fl-ewwel \u0127ames snin tal-ftiehim, filwaqt li jkollha d-dritt tirreklama fuq xi websajts tal-Microsoft.", "Yahoo se \u017c\u017comm id-dehra li dejjem kellha, pero' eventwalment se jibda' jidher il-\"logo\" ta' Bing minflok.", "Qabel it-tnedija ta' Bing, is-sehem tas-\"search engines\" tal-Microsoft kienu ne\u017clin b'rata mg\u0127a\u0121\u0121la.", "Minn meta \u0121ie mniedi Bing, is-sehem mhux talli waqaf, i\u017cda beda' tiela, spe\u010bjalment fl-iStati Uniti, fejn Bing sab postu fit-tielet post wara Google u Yahoo b\u0127ala l-aktar search engine u\u017cat.", "Minn Mejju 2009, fejn is-search engine kellha 8% tas-suq, fi Frar telg\u0127et g\u0127al 11.5%, skont il-figuri ma\u0127ru\u0121a minn ComScore."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14354", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14354", "title": "\u0126al Millieri", "text": ["\u0126al Millieri", "Ir-ra\u0127al ta' \u0126al Millieri kien ra\u0127al \u017cg\u0127ir fix-Xlokk ta' Malta, ra\u0127al li safa abbandunat, mitluq, u b'hekk mitluf g\u0127all-\u0127abta ta' tmiem is-seklu sittax jew il-bidu tas-seklu sbatax.", "Dan ir-ra\u0127al hu wie\u0127ed mill-aktar importanti, peress li g\u0127andu l-aktar fdalijiet stori\u010bi mill-bqija tal-ir\u0127ula mitlufin kollha.", "Ir-ra\u0127al u l-in\u0127awi ta' \u0126al Millieri jinsabu fin-na\u0127a tax-Xlokk ta' Malta, u fl-akbar medda ta' art fil-g\u017cira, \u017cona kkaratteri\u017c\u017cata mill-ammont qawwi tal-\u0121ebla tal-Franka ta' Ta\u0127t.", "Tinsab imdawra bl-ir\u0127ula ta' \u0126al Luqa, L-Imqabba, \u0126al Kirkop, Il-Qrendi u \u017c-\u017burrieq, u tinsab madwar 2.5 km 'il bog\u0127od mill-ba\u0127ar u madwar 105 metru 'il fuq mill-livell tal-ba\u0127ar.", "Xi fdalijiet arkeolo\u0121i\u010bi li saru fl-in\u0127awi ta' \u0126al Millieri jixhdu u juru li dawn l-istess in\u0127awi kienu mag\u0127rufa b\u0127ala in\u0127awi fertili ferm sa\u0127ansitra mill-perjodu preistoriku, g\u0127alkemm l-ewwel fdalijiet li nstabu huma dawk Puni\u010bi.", "Dan jixduh mit\u0127an ta\u017c-\u017cebbu\u0121 \"(trapeta)\", flimkien ma' g\u0127odod o\u0127ra agrikoli li juruna li fl-in\u0127awi x'aktarx kien hemm villa Rumana li kienet tispe\u010bjalizza fl-g\u0127asir ta\u017c-\u017cebbu\u0121.", "Barra minn hekk, xhieda \u0127ajja huma l-ammont pjuttost kbir ta' g\u0127elieqi li jdawwru l-vi\u010binanzi.", "Dawn kienu sa minn \u017cmien ilu meqjusa b\u0127ala lok fertili ferm, tant li nsibu li sa\u0127ansitra baqg\u0127u jintu\u017caw u jin\u0127admu sa snin wara li r-ra\u0127al safa abbandunat.", "Il-\u0127amrija li tikkaratteri\u017c\u017ca l-post hi dik \u0127amra.", "Interessanti l-fatt li l-in\u0127awi madwar \u0126al Millieri kienu mag\u0127rufa g\u0127all-\u0127a\u017cna pjuttost abbundanti ta' ilma, u dan narawh bin-numru kbir ferm ta' bjar li nstabu waqt l-iskavi arkeolo\u0121i\u010bi.", "B'kollox, instabu madwar 87 \u0121iebja f'dawn l-iskavi, numru konsiderevoli meta wie\u0127ed iqis il-kon\u010bentrazzjoni ta' kif qieg\u0127din.", "Dan l-aspett ukoll jista' juri kif l-g\u0127elieqi ta' \u0126al Millieri kienu fertili.", "Bosta esperti u stori\u010bi, jsostnu li l-isem \"Millieri\" seta' kien taqsira tal-kunjom \"Camilleri\".", "Sa\u0127ansitra nstabet dokumentazzjoni li tipprova dan , kif ukoll il-konnotazzjoni qawwija li kien hemm bejn il-kunjom 'Camilleri' u dan l-istess ra\u0127al.", "G\u0127alekk, wie\u0127ed jista' jasal g\u0127all-konklu\u017cjoni li l-isem '\u0126al Millieri' seta' jfisser 'ir-ra\u0127al ta' Camilleri', jew inkella 'ir-ra\u0127al tan-nies ta' Camilleri'.", "Illum \u2013il \u0121urnata, ftit huma s-sorsi li jg\u0127inuna nifhmu n-numru ta' abitanti ta' \u0126al Millieri, pero' nistg\u0127u inqabblu l-ftit dokumenti li g\u0127andna ma' r\u0127ula o\u0127ra fil-vi\u010bin.", "Wie\u0127ed minn dawn id-dokumenti hu dak tal-persuni mag\u0127\u017cula minn kull ra\u0127al sabiex ikunu ta' g\u0127ajnuna Militari, mag\u0127rufa b\u0127ala d-'Dokumenti tal-Militia'.", "Il-lista tal-1419 hi kif \u0121ejja:", "Kif jidher, ir-ra\u0127al ta' \u0126al Millieri kellu l-inqas numru ta' rappre\u017centanti, u dan jitfa' dawl fuq id-daqs u l-istat tal-popolazzjoni f'dan il-perjodu.", "Ftit li xejn instabet dokumentazzjoni o\u0127ra li titratta l-perjodi ta' wara.", "Pero' fil-bidu tas-seklu 16, kien hemm bosta bejg\u0127 ta' propjeta' u bini, \u0127afna drabi bejn membri tal-istess familja.", "Barra minn hekk, fis-sittax \u2013il seklu, \u0126al Millieri beda jesperjenza tnaqqis fil-popolazzjoni , hekk kif bosta mill-abitanti marru joqg\u0127odu fl-ir\u0127ula akbar b\u0127al pere\u017cempju \u0126al Lew jew \u0126al Luqa.", "Pero' jibqa' l-fatt li minkejja dan, l-g\u0127elieqi baqg\u0127u jin\u0127admu, l-aktar min\u0127abba l-fertilita' tag\u0127hom.", "Bosta drabi, kwazi kull familja, fqira jew sinjura, kien ikollha l-art tag\u0127ha, \u0127afna drabi mog\u0127tija jew imwellija b'\u010bens annwali.", "Barra minn hekk, insibu ukoll li xi nies barranin (li ma kinux residenti ta' \u0126al Millieri) kellhom ukoll xi artijiet, bi bdiewa lokali ja\u0127dmulhom u je\u0127dulhom \u0127sieb l-g\u0127elieqi tag\u0127hom.", "I\u017cda kienet il-Knisja Maltija l-akbar sid ta' art f'\u0126al Millieri.", "Filfatt, il-Knisja kellha diversi artijiet, fejn fost o\u0127rajn insibu msemmija l-art ta' madwar il-Knisja ta' Santa Marija.", "Barra minn hekk, il-Kapitlu Katidrali tal-Imdina ukoll kellu xi artijiet, kif ukoll il-Patrijiet Agostinjani, u s-Sorijiet ta' Santa Skolastika fl-Imdina.", "Dawn l-artijiet ukoll kienu ji\u0121u afdati f'idejn il-bdiewa tal-post.", "Ir-reli\u0121jo\u017cita' kellha pre\u017cenza qawwija tant li kienet meqjusa vitali f'kull ra\u0127al Malti, u allura \u0126al Millieri ma kienx e\u010b\u010bezzjoni.", "Filfatt, l-influss u l-influwenza reli\u0121ju\u017ca narawha evidenti l-aktar permezz tal-knejjes li kien hemm f'\u0126al Millieri- b'kollox erbg\u0127a, li minnhom g\u0127adna nistg\u0127u naraw tnejn sallum.", "Dawn huma l-Knisja tal-Annunzjazzjoni u dik ta' San \u0120wann l-Evan\u0121elista.", "Il-Knisja tal-Annunzjazzjoni tal-Ver\u0121ni Marija hi kappella \u017cg\u0127ira, bi stil tipikament Medjavali li \u0121iet ikkonsagrata fis-sena 1480.", "Din il-Kappella inbniet fuq il-fdalijiet ta' kappella ferm eqdem, probabilment tas-seklu tlettax.", "Dwar il-kappella ori\u0121inali ftit li xejn g\u0127andna tra\u010b\u010bi, anke jekk l-iskavi arkeolo\u0121i\u010bi \u017cvelaw fatti verament uni\u010bi.", "\u0126arsa lejn l-istruttura turi li din hi sempli\u010biment kamra b'dimensjonijiet pjuttost \u017cag\u0127ar, meta imqabbla ma kappelli u knejjes o\u0127ra.", "Filfatt, dawn id-dimensjonijiet huma : 7.50m tul b'4.50m wiesa', u b'apside li g\u0127andha dijametru ta' madwar 2.95m u li tid\u0127ol 'il \u0121ew b'1.57m.", "Il-Knisja hi maqsuma f'\u0127ames partijiet permezz ta' arkati li jitilg\u0127u mill-art.", "L-istil u\u017cat fil-bini hu wie\u0127ed sempli\u010bi g\u0127all-a\u0127\u0127ar, bil-\u0121ebel u\u017cat ikun wie\u0127ed irregolari, i\u017cda fl-istess waqt pulit.", "Il-ftit \u017cbalji li saru \u0121ew mg\u0127ottija b'ta\u0127lita mag\u0127mula minn \u0121ibs u b\u010bejje\u010b tal-fu\u0127\u0127ar.", "Illum hu mag\u0127ruf li l-knejjes tal-Annunzazzjoni u tal-Vi\u017citazzjoni xi darba kienu mag\u0127quda flimkien, b'\u0127ajt komuni li jg\u0127aqqadhom it-tnejn.", "Dan il-\u0127ajt kien \u0127afna aktar b'sa\u0127\u0127tu milli hu llum, i\u017cda meta waqg\u0127et il-knisja tal-Vi\u017citazzjoni (c. 1658), dan sofra ferm, tant li sa\u0127ansitra l-fa\u010b\u010bata xxaqqet.", "G\u0127alekk l-impatt kien wie\u0127ed pjuttost kbir, tant li xi studju\u017ci jg\u0127idu li hu b'miraklu li l-knisja baqg\u0127et wieqfa sallum.", "Dwar din il-Knisja, ftit li xejn instabet informazzjoni, \u0127lief li ukoll kienet mibnija fuq knisja eqdem u li ukoll kellha mag\u0127ha knisja o\u0127ra, iddedikata lill-Arkan\u0121lu San Mikiel.", "Madwar is-sena 1822, \u010bertu Dun \u0120akbu Gauci t\u0127ajjar jibnieha mill-\u0121did, u neputieh kabbarha.", "Dan il-pro\u010bess tlesta kollu fl-1961.", "Bil-kontra ta' kif inhu ma\u0127sub, hija din il-knisja, li kellha l-pjazza prin\u010bipali ta' \u0126al Millieri, u mhux dik tal-Annunzjazzjoni.", "Is-salib 'tad-Dejma' quddiem il-knisja ifakkar il-kappella ta' San Mikiel.", "L-istudju\u017ci jsostnu li dan ir-ra\u0127al seta kellu waqg\u0127a fil-popolazzjoni min\u0127abba n-nuqqas ta' ri\u017corsi fir-ra\u0127al.", "Jg\u0127idu li l-\u0127wienet kienu ftit, u li l-uniku opportunita' ta' xog\u0127ol kienet b\u0127ala bidwi jew rag\u0127aj.", "Il-familji kienu ftit, u d-daqs tar-ra\u0127al ma kienx jippermetti \u017cwi\u0121ijiet bejn il-familji.", "Min kien ji\u017c\u017cewwe\u0121, \u0127afna drabi insibuh imur joqg\u0127od f'ra\u0127al martu jew \u017cew\u0121u.", "Barra minn hekk, il-kundanna tal-Knejjes ma swietx ta' \u0121id, peress li ming\u0127ajr knisja, is-so\u010bjeta' Medjavali kienet t\u0127ossha mitlufa u bla rag\u0127aj.", "Dawn huma kollha fatturi li setg\u0127u ikkontribwixxew sabiex dan ir-ra\u0127al safa abbandunat, u eventwalment mitluf.", "Kwa\u017ci l-istudju\u017ci kollha jaqblu li \u0126al Millieri safa mitluf b'mod differenti mill-ir\u0127ula l-o\u0127ra.", "Dan g\u0127aliex \u0121ie abbandunat b'mod tant gradwali li ma hemm l-ebda dokumentazzjoni dwar dan.", "Il-pro\u010bess ta' abbandun beda kmieni fis-seklu \u0127mistax, u wisq probabli sa' tmiem is-seklu sittax kien abbandunat kompletament.", "Fil-bidu tal-1968, il-fondazzjoni 'Din l-Art \u0126elwa' \u0127adet ir-responsabbilta' tal-post, u millewwel bdew l-istudji, skavi u tnaddif tal-post.", "Qabel, din il-knisja kienet u\u017cata b\u0127ala stalla, u g\u0127alekk dan seta' kellu effetti diretti fuq xi evidenza storika.", "Pero' l-ammont ta' sejbiet kien wie\u0127ed impressjonanti u uniku f'post daqstant \u017cg\u0127ir.", "Dawn is-sejbiet g\u0127enew sabiex ti\u0121i mifhuma a\u0127jar l-istorja tal-post."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14363", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14363", "title": "Thea Garrett", "text": ["Thea Garrett", "Thea Garrett (\u0126al Tarxien, 15 ta' Marzu 1992) hija kantanta Maltija li \u0127adet sehem f'isem Malta fil-Festival tal-Eurovision 2010 \u0121ewwa Oslo.", "Imwielda fil-15 ta Marzu tal-1992 \u0121ewwa \u0126al Tarexin.", "Thea ilha ssegwi l-istudju fuq it-teknika u l-interpretazzjoni tal-vu\u010bi ta\u0127t id-direzzjoni tas-soprana Gillian Zammit.", "Waqt li kienet qed tesebixxi oratorju fil-Knisja Anglikana \u0121ewwa l-Belt Valletta, hi kienet akkumpanjata min-North West Choir minn \u0121ewwa r-Renju Unit.", "G\u0127al g\u0127axar snin hi studjat it-teatru mu\u017cikali fil-Masquerade Theatre School fejn \u0127adet sehem f\"'The King and I\" u \"Beyond the Barriquades\" \u0121ewwa t-Teatru Manoel, fil-Belt Valletta.", "Thea kisbet ukoll kwalifiki mit-Trinity Guildhall College fit-Teatru Mu\u017cikali, fit-Teknika tal-Vu\u010bi u fid-Drama.", "G\u0127al \u017cew\u0121 sjuf konsekuttivi, Thea kellha \u0121img\u0127a \"workshop\" f'Londra, f'Sylvia Young Theatre School.", "Barra minn hekk, \u0121iet mag\u0127\u017culha sabiex tkun il-vokalista sekondarja \u0121ewwa l-West End g\u0127al Paco Pe\u00f1a, kantant rinomat Spanjol.", "Thea \u0127adet sehem ukoll fil-festival British Voice of Tomorrow fejn minn fost mijiet ta' esebituri Brittani\u010bi, hi spi\u010b\u010bat fost l-a\u0127\u0127ar tletin kontestant.", "Lejn l-a\u0127\u0127ar tal-2009, Thea kantant flimkien mal-kantant famu\u017c Taljan, Gigi D'Alessio fil-ftu\u0127 tat-tour mondjali tieg\u0127u f'Ruma u aktar tard ukoll \u0121ewwa Milan, fejn din id-darba Gigi akkumpanja lil Thea fuq il-pjanu.", "Attwalment hi hija membru tal-grupp gospel \"Enkor\" fejn tkanta wkoll b\u0127ala solista.", "Nhar l-20 ta' Frar 2010, Thea Garrett reb\u0127et id-dritt li \u0121\u0121orr il-bandiera Maltija fil-Festival tal-Eurovision 2010 bil-kanzunetta \"My Dream\", komposta minn Jason Cassar (li kkompona wkoll il-kanzunetta \"The One That I Love\" ta' Chiara fl-1998) u b'lirika ta' Sunny Aquilina.", "\u0120ewwa Oslo, Thea kantant fil-\u0127dax-il post mill-ewwel semifinali li saret fil-25 ta' Mejju 2010, \u0121ewwa Oslo, in-Norve\u0121ja.", "Madanakollu, hi naqset li tag\u0127milha sal-finali fejn ikklassifikat fit-tnax-il post, b'distakk minimu ta' seba' punti mill-a\u0127\u0127ar post disponibbli."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14371", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14371", "title": "Lena Meyer-Landrut", "text": ["Lena Meyer-Landrut", "Lena Meyer-Landrut (Hanover, 23 ta' Mejju 1991), mag\u0127rufa wkoll b\u0127ala Lene, hija kantanta \u0120ermani\u017ca.", "Hi \u0127adet sehem f'isem il-\u0120ermanja fil-Festival tal-Eurovision 2010 f'Oslo, in-Norve\u0121ja, u reb\u0127et il-festival bil-kanzunetta \"Satellite\", fejn ir\u010biviet 246 punt fil-finali tad-29 ta' Mejju.", "Lena Meyer-Landrut twieldet fit-23 ta' Mejju 1991 \u0121ewwa Hannover fil-\u0120ermanja.", "Ta' \u0127ames snin bdiet tie\u0127u lezzjonijiet ta\u017c-\u017cfin; g\u0127all-bidu fuq il-ballet u iktar tard fuq stili aktar moderni b\u0127all-hip hop u l-jazz.", "Meyer-Landrut kibret bl-im\u0127abba lejn il-kant \u0121o fiha u waslet anke biex dehret b\u0127ala \"extra\" f'numru ta' serje televi\u017civi \u0120ermani\u017ci.", "Minkejja dan, hi qatt ma \u0127adet ta\u0127ri\u0121 vokali jew fid-drama.", "Hi tattendi l-iskola sekondarja ta' IGS Roderbruch Hannover.", "Minkejja li ma kellha l-ebda esperjenza professjonali ta' kant, Meyer-Landrut idde\u010bidiet li tid\u0127ol fil-festival \"Unser Star f\u00fcr Oslo\" (L-Istilla Tag\u0127na g\u0127al Oslo), programm televi\u017civ \u0121did sabiex tintg\u0127a\u017cel il-kanzunetta \u0120ermani\u017ca g\u0127all-Festival tal-Eurovision 2010 \u0121ewwa Oslo.", "Il-festival \u0121ie organizzat mix-xandar pubbliku ARD u l-istazzjon televi\u017civ privat ProSieben, kif ukoll mill-produttur mu\u017cikali Stefan Raab.", "Minn fost 4,500 parte\u010bipant, Meyer-Landrut \u0121iet mag\u0127\u017culha fost l-a\u0127\u0127ar 20 kontestant g\u0127as-serata.", "Wara l-ewwel dehra tag\u0127ha, fejn kantat \"My Same\" mill-kantanta Brittanika Adele, Meyer-Landrut ir\u010biviet tif\u0127ir min-na\u0127a tal-\u0121urija tal-konkors u immedjatament da\u0127let b\u0127ala fost il-favoriti li tirba\u0127.", "Barra li l-interpretazzjoni tag\u0127ha ta' \"My Same\" da\u0127let fil-klassifika mu\u017cikali \u0120ermani\u017ca f'numru 61, Meyer-Landrut waslet sal-finali ta' \"Unser Star f\u00fcr Oslo\".", "Fil-finali tat-12 ta' Marzu 2010, Meyer-Landrut kantant tliet kanzunetti li \u0121ew spe\u010bifikament miktuba g\u0127all-konkors, \"Bee\", \"Satellite\" u \"Love Me\".", "Il-pubbliku g\u0127a\u017cel il-kanzunetta \"Satellite\", komposta mill-kompo\u017citur Dani\u017c John Gordon u b'lirika tal-Amerikana Julie Frost, b\u0127ala l-kanzunetta tag\u0127ha jekk tirba\u0127 il-festival.", "Fit-tieni rawnd ta' votazzjoni, Meyer-Landrut \u0121iet mag\u0127\u017cula b\u0127ala r-rappre\u017centatri\u010bi tal-\u0120ermanja fil-55 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, fejn g\u0127elbet lill-a\u0127\u0127ar kontestanta, Jennifer Braun.", "It-tliet kanzunetti finalisti tag\u0127ha kollha da\u0127lu fl-aqwa \u0127amsa fil-klassifika mu\u017cikali \u0120ermani\u017ca, fejn la\u0127qu l-ewwel, it-tielet u r-raba', liema tragward li qatt ma ntla\u0127aq mill-ebda artist minn meta bdiet to\u0127ro\u0121 il-klassifika \u0120ermani\u017ca fl-1959.", "\"Satellite\" \u0121iet i\u010b\u010bertifikata b\u0127ala tad-deheb wara l-ewwel \u0121img\u0127a, u tal-platinu wara r-raba' \u0121img\u0127a.", "Il-kanzunetta baqg\u0127et fl-ewwel post fil-\u0120ermanja g\u0127al \u0127ames \u0121img\u0127at konsekuttivi, u waslet sat-tieni post \u0121ewwa l-Awstrija u l-I\u017cvizzera.", "Min\u0127abba li kienet qieg\u0127da tie\u0127u sehem f'isem pajji\u017c tal-\"\"Big Four\"\", Meyer-Landrut kisbet post awtomatiku fil-finali tal-Festival tal-Eurovision 2010 \u0121ewwa Oslo, in-Norve\u0121ja.", "Fil-finali li saret \u0121ewwa t-Telenor Arena, hi kantat ir-raba' mill-a\u0127\u0127ar.", "\"Satellite\" kisbet total ta' 246 punt fejn tat l-ewwel reb\u0127a tal-\u0120ermanja mill-1982, u l-ewwel wa\u0127da b\u0127ala pajji\u017c unifikat.", "Il-kanzunetta reb\u0127et fuq dik Torka \"We Could Be The Same\", li spi\u010b\u010bat fit-tieni post, b'mar\u0121inu ta' 76 punt, it-tieni l-ikbar fl-istorja tal-Eurovision, wara r-rekord ta' 169 ta' Alexander Rybak fl-edizzjoni tal-2009.", "Il-parte\u010bipanta \u0120ermani\u017ca ng\u0127atat disa' settijiet ta' tnax-il punt u r\u010biviet punti minn kull pajji\u017c barra \u0127amsa.", "Ir-reb\u0127a ta' Meyer-Landrut kisbet attenzjoni kbira fil-\u0120ermanja u s-serata segwewha 14.69 miljun persuna fuq it-televi\u017cjoni \u0120ermani\u017ca.", "Lena irritornat lura lejn Hannover il-\u0121urnata wara r-reb\u0127a tag\u0127ha fejn \u0121iet milqug\u0127a minn 40,000 persuna."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14377", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14377", "title": "Tallinn", "text": ["Tallinn", "Tallinn hi l-belt kapitali ta' Estonja, minn 1048 l-kapitali ta' Estonja.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 409 661persuna (sa l-2010), u l-metropoli tg\u0127odd madwar 1 403 268."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14379", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14379", "title": "Nunzjatura Appostolika", "text": ["Nunzjatura Appostolika", "In-Nunzjatura Appostolika hija l-og\u0127la awtortit\u00e0 diplomatika mibg\u0127uta mis-Santa Sede, u hi ekwivalenti g\u0127al ambaxxata.", "Il-kap tan-Nunzjatura Appostolika hu msejja\u0127 \"Nunzju Appostoliku\".", "Dan hu titlu kemm diplomatiku kif ukoll ekkle\u017cjastiku, li \u0121ej mil-Latin \"nuntius\", li tfisser \"messa\u0121\u0121ier\".", "G\u0127alhekk, in-Nunzju Papali (jew b'mod uffi\u010bjali, in-Nunzju Appostoliku) hu r-rappre\u017centant tas-Santa Sede g\u0127all-pajji\u017c fejn ji\u0121i mibg\u0127ut, fejn igawdi mid-drittijiet kollha ta' ambaxxatur, kif ukoll mit-titlu ta' Ar\u010bisqof titulari.", "Barra minn hekk, in-Nunzju jservi ta' g\u0127aqda bejn is-Santa Sede u d-djo\u010besi tal-post.", "Barra minn hekk, jag\u0127mel xog\u0127ol ta' supervi\u017cjoni fuq l-episkopat djo\u010besan, li normalment jin\u0121abar f'konferenza episkopali, ppreseduta mill-og\u0127la (ar\u010b)isqof tan-nazzjon."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14380", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14380", "title": "Lista ta' missjonijiet diplomati\u010bi tas-Santa Sede", "text": ["Lista ta' missjonijiet diplomati\u010bi tas-Santa Sede", "Din hi lista ta' Missjonijiet Diplomati\u010bi tas-Santa Sede.", "Sa mill-\u0127ames seklu, sekli qabel it-twaqqif tal-istat tal-Vatikanfl-1929, mibg\u0127uta tal-Papa (illum mag\u0127rufa b\u0127ala Nunzji Appostoli\u010bi) irrapre\u017centaw is-Santa Sede f'pajj\u017ci barranin.", "Barra minn hekk, delegati tal-Papa, mag\u0127rufa b\u0127ala Delegati Appostoli\u010bi jassiguraw kuntatt kontinwu bejn is-Santa Sede u l-Knisja Kattolika f'pajji\u017ci li ma stabilixxewx relazzjonijiet diplomati\u010bi mas-Santa Sede.", "Pre\u017centament, hemm Delegazzjoni Appostolika residenzjali wa\u0127da, g\u0127all-\u0120erusalemm u l-Palestina, kif ukoll sebg\u0127a non-residenzjali (Botswana, Brunej, Burma, Laos, Malasja, Mawritanja, u s-Somalja), u fi tlett re\u0121juni ming\u0127ajr kuntatt diplomatiku (il-Peni\u017cola G\u0127arbija, il-Karibew, u l-O\u010bean Pa\u010bifiku).", "Il-Vjetnam, g\u0127alkemm g\u0127adu mni\u017c\u017cel fl-\"Annuario Pontificio\" b\u0127ala li g\u0127andu Delegazzjoni Appostolika, ilu b'dan il-post vakanti g\u0127al bosta snin.", "I\u010b-\u010aina jipprojbixxi kemm in-Nunzjatura, kif ukoll id-Delegazzjoni Appostolika, i\u017cda s-Santa Sede hi rrapre\u017centat f'Tajpej, minn Nunzjatura Appostolika, li i\u017cda hi mmexxija minn charg\u00e9 d'affaires.", "Bosta pajji\u017ci li qabel kellhom Delegazzjoni Appostolika, fosthom l-iStati Uniti, illum g\u0127andhom nunzju.", "Barra mill-pajji\u017ci li g\u0127andhom Delegazzjoni Appostolika, l-Afganistan, il-Butan, Ir-Repubblika ta\u010b-\u010aina, il-Koreja ta' Fuq, l-Oman, l-Arabja Sawdita, u t-Tuvalu m'g\u0127andhom l-ebda forma ta' relazzjonijiet diplomati\u010bi mas-Santa Sede.", "Is-Santa Sede, flimkien mal-ma\u0121\u0121oranza tal-pajji\u017ci, iqisu l-kariga ta' Nunzju Appostoliku l-istess b\u0127al dik ta' ambaxxatur, bil-bini tan-Nunzjatura Appostolika titqies ambaxxata.", "Barra minn hekk, f'bosta pajji\u017ci fl-Ewropa, u l-Amerika ta' fuq u dik \u010bentrali, in-nunzju hu mog\u0127ti pre\u010bedenza fuq l-ambaxxaturi l-o\u0127ra, u jippresiedi l-korp diplomatiku mill-mument li jippre\u017centa l-kredenzjali tieg\u0127u.", "Is-Santa Sede, li ma to\u0127ro\u0121x visas, m'g\u0127andiex konsli g\u0127all-pajji\u017ci.", "F'\u010berti pajji\u017ci, fejn hu permess mis-Santa Sede, u f'ka\u017cijiet rari ferm, il-bini tan-Nunzjatura jinsab barra l-belt kapitali, u fi bliet li g\u0127andhom importanza reli\u0121ju\u017ca kbira g\u0127an-nazzjon.", "E\u017cempji jinkludu r-Rabat f'Malta, fejn tinsab il-Grotta ta' San Pawl, u Harissa fil-Libanu, fejn jinsabu wkoll l-awtoritajiet Maroniti, Griegi Ortodossi, u tal-Knisja Griega Kattolika Melkita.", "F'\u010berti pajji\u017ci o\u0127ra, i\u017cda, dan mhuwiex permess, kif \u0121ara fl-Indja u fl-Awstralja, fejn in-Nunzjaturi Appostoli\u010bi kellhom ji\u0121u mmexxija g\u0127all-ibliet kapitali rispettivi.", "Imni\u017c\u017cla ta\u0127t huma n-Nunzjaturi Appostoli\u010bi, id-Delegazzjonijiet Apostoli\u010bi, kif ukoll rapre\u017centanzi o\u0127ra g\u0127al organizzazzjonijiet internazzjonali, b\u0127all-\u0120nus Mag\u0127quda, il-Kunsill tal-Ewropa, u Leg G\u0127arbi, kif inhuma mni\u017c\u017cla fl-\"Annuario Pontificio\"."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14394", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14394", "title": "Ajruport Dong Hoi", "text": ["Ajruport Dong Hoi", "L-Ajruport Dong Hoi huwa ajruport li jinsab fil-komun ta' Loc Ninh, 6 kilometri 'l bog\u0127od mill-belt ta' Dong Hoi, kapitali tal-provin\u010bja ta' Quang Binh, fil-Vjetnam.", "Il-fa\u010bilit\u00e0 tkopri 173 ettaru, fuq \u017cona ramlija, mal-kosta tal-Ba\u0127ar ta\u010b-\u010aina t'Isfel.", "Il-pista til\u0127aq qrib ix-xtajta u hi kwa\u017ci paralleli g\u0127all-Awstrostada Nazzjonali 1A.", "Il-pista tal-in\u017cul \u0121iet mibnija mill-kolonjalisti Fran\u010bi\u017ci fis-snin tletin sabiex isservi g\u0127all-Ewwel Gwerra Indo\u010bini\u017ca u \u0121iet imtejba mill-Vjetnam ta' Fuq b\u0127ala ba\u017ci tal-ajru g\u0127all-Gwerra tal-Vjetnam.", "Fit-30 ta' Awwissu 2004, bdiet ir-rinnovazzjoni (jew a\u0127jar ir-rikostruzzjoni) ta' dan l-ajruport u \u0121iet skedata li tintemm fl-2006.", "Kien f'Mejju tal-2008 li dan \u0121ie inawgurat.", "Fit-18 ta' Mejju, 2008, l-ajruport infeta\u0127 uffi\u010bjalment bl-ewwel titjira kummer\u010bjali mill-Ajruport Internazzjonali ta' Noi Bai, f'\u0126anoj.", "Sal-2008, dan huwa wie\u0127ed mit-tliet ajruporti kummer\u010bjali f'Bac Trung Bo, l-o\u0127rajn ikunu l-Ajruport Internazzjonali ta' Phu Bai (90 mil fin-Nofsinhar tal-Ajruport Dong Hoi) u l-Ajruport Vinh (97 mil fit-Tramuntana tal-Ajruport Dong Hoi).", "L-ajruport iservi lill-belt ta' Dong Hoi.", "Dan iservi sabiex iwassal lit-turisti lejn il-bajjiet li jinsabu f'Dong Hoi kif ukoll lejn il-Park Nazzjonali ta' Phong Nha-Ke Bang.", "Sa Di\u010bembru 2009, il-Vietnam Airlines kienu qed jag\u0127mlu titjiriet ming\u0127ajr waqfien, fejn rabtu dan l-ajruport mal-Ajruport Internazzjonali ta' Noi Boi u l-Ajruport Internazzjonali ta' Tan Son Nhat.", "L-iskeda tat-titjiriet hija din segwenti:", "Nota:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14398", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14398", "title": "Ajruport Internazzjonali ta' Tan Son Nhat", "text": ["Ajruport Internazzjonali ta' Tan Son Nhat", "L-Ajruport Internazzjonali ta' Tan Son Nhat (\"S\u00e2n bay qu\u1ed1c t\u1ebf T\u00e2n S\u01a1n Nh\u1ea5t\", \"Tan Son Nhat International Airport\") huwa l-ikbar ajruport internazzjonali fil-Vjetnam fuq ba\u017ci tal-kobor tieg\u0127u (800 ettaru, ikkumparat mas-650 ettaru tal-Ajruport Internazzjonali ta' Noi Bai u l-Ajruport Internazzjonali ta' Da Nang).", "Fih i\u017comm madwar 15 sa 17-il miljun passi\u0121\u0121ier kull sena, ikkomparat mal-kapa\u010bit\u00e0 tal-ajruport ta' Noi Bai (8 miljun) u ta' Da Nang (2 miljuni)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14409", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14409", "title": "Minsk", "text": ["Minsk", "Minsk hija l-belt kapitali u l-ikbar belt fil-Bjelorussja, li tinsab fix-xmajjar \u015av\u00eds\u0142a\u010d u Niamiha.", "Minsk hija wkoll l-kwartieri \u0121enerali tal-Commonwealth tal-Istati Indipendenti (KSI).", "B\u0127ala l-kapitali nazzjonali, Minsk g\u0127andha status amministrattiv spe\u010bjali fil-Bjelorussja u hi wkoll \u010b-\u010bentru amministrattiv tal-voblast ta' Minsk (provin\u010bja) u tar-rajon (distrett).", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 1,830,700 persuna (sal-2009), u l-metropoli tg\u0127odd madwar 3,000,000."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14412", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14412", "title": "Kiev", "text": ["Kiev", "Kiev hija l-belt kapitali u l-ikbar belt fl-Ukraina, li tinsab fil-parti \u010bentrali tat-Tramuntana tal-pajji\u017c fuq ix-Xmara Dnieper.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 2,900,920 ru\u0127 (sal-2015).", "G\u0127al-Lvant tal-Ewropa, Kiev hija \u010bentru industrijali, xjentifiku, edukazzjonali u kulturali importanti.", "Fiha jinstabu numru ta' industriji teknolo\u0121i\u010bi, istituzzjonijiet ta' edukazzjoni g\u0127olja u punti ta' riferimenti stori\u010bi famu\u017ci mad-dinja.", "Il-belt g\u0127andha infrastruttura estensiva u sistema ta' trasport pubbliku \u017cviluppata g\u0127all-a\u0127\u0127ar, li tinkludi l-Metr\u00f2 ta' Kiev."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14414", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14414", "title": "Ho Chi Minh (belt)", "text": ["Ho Chi Minh (belt)", "Ho Chi Minh belt hija l-belt u l-ikbar belt fl-Vjetnam, li tinsab fil-parti \u010bentrali tat-Dong Nam Bo tal-pajji\u017c fuq ix-Xmara Saigon.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 7,123,340 persuna (sal-2009).", "Ho Chi Minh belt hija \u010bentru industrijali, xjentifiku, edukazzjonali u kulturali importanti.", "Fiha jinstabu numru ta' industriji teknolo\u0121iji, istituzzjonijiet ta' edukazzjoni g\u0127olja u punti ta' riferimenti stori\u010bi famu\u017ci madwar id-dinja.", "Il-belt g\u0127andha infrastruttura estensiva u sistema ta' trasport pubbliku \u017cviluppata g\u0127all-a\u0127\u0127ar, li tinkludi l-Ho Chi Minh belt Metro, Ajruport Internazzjonali ta' Tan Son Nhat."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14416", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14416", "title": "Dong Hoi", "text": ["Dong Hoi", "Dong Hoi hija l-belt kapitali tal-provin\u010bja ta' Qu\u1ea3ng B\u00ecnh, fil-kosta \u010bentrali fit-Tramuntana tal-Vjetnam.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 103,005 ru\u0127 (2005) f'\u017cona ta' 155.54 km2 (60 mil kwadru).", "Din il-belt hija servuta mill-iStazzjon Ferrovjarju ta' Dong Hoi, mill-Awtostrada Nazzjonali 1A u l-Ajruport Dong Hoi.", "Din il-belt tinsab madwar 500 km (310 mi) fin-Nofsinhar ta' H\u00e0 N\u1ed9i, 260 km (160 mi) fit-Tramuntana ta' \u0110\u00e0 N\u1eb5ng, 1,200 km (750 mi) fit-Tramuntana ta' H\u1ed3 Ch\u00ed Minh.", "Dong Hoi hija l-kofini tad-distrett ta' Quang Ninh fuq il-Punent u n-Nofsinhar, tal-Ba\u0127ar ta\u010b-\u010aina t'Isfel fuq il-Lvant, u d-distrett ta' Bo Trach fit-Tramuntana.", "Dong Hoi hija divi\u017ca f'16-il sottodivi\u017cjoni, 10 kwartieri (\"ph\u01b0\u1eddng\") u 6 komuni rurali (\"x\u00e3\")."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14433", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14433", "title": "Theofanis Gekas", "text": ["Theofanis Gekas", "Theofanis Gekas (bil-Grieg: \u0398\u03b5\u03bf\u03c6\u03ac\u03bd\u03b7\u03c2 \u0393\u03ba\u03ad\u03ba\u03b1\u03c2; Larissa, 23 ta' Mejju 1980) huwa futboler Grieg li jilg\u0127ab b\u0127ala attakkant mal-klabb Tork ta' Akhisar Belediyespor.", "Beda l-karriera tieg\u0127u mal-Panathinaikos fejn f'41 log\u0127ba skorja 23 gowl.", "Mir-rebbieg\u0127a tal-2006, it-tim \u0120ermani\u017c ta' Bochum beda juri interess fil-plejer, imma l-prezz tal-plejer g\u0127alihom kien wisq g\u0127oli u g\u0127a\u017clu li jie\u0127duh b'self g\u0127al sena g\u0127al somma ta' 300,000 ewro bl-g\u0127a\u017cla li jixtruh b'mod definittiv fl-a\u0127\u0127ar tas-sena g\u0127al 700,000 ewro.", "Ma' Bochum skorja 20 gowl fl-ista\u0121un 2006\u201307, l-aqwa skorer fil-Bundesliga.", "F'April tal-2007 \u0121ie akwistat minn Bayer Leverkusen g\u0127al 4 miljun ewro.", "Il-bidu tal-ista\u0121un 2007\u201308 kien wie\u0127ed tajjeb, imma bil-mod il-mod spi\u010b\u010ba fil-mar\u0121ini tat-tim immexxi mill-kow\u010b Michael Skibbe, li bdieh \u0127afna drabi mill-bank.", "Il-perjodu barra ta' Dmitri Bulykin, sarraf f'aktar spazju mal-ewwel \u0127dax g\u0127al Gekas u wasal biex skorja numru ta' gowls importanti fosthom dak li ta post lil Bayer Leverkusen fil-kwarti tal-finali tat-Tazza UEFA.", "Nhar it-2 ta' Frar, 2009, \u0121ie imsellef lit-tim ta' Tony Adams, Portsmouth, li ftit wara \u0121ie mke\u010b\u010bi minn xog\u0127lu u postu \u0127adu Paul Hart.", "Ftit li xejn kien involut fil-log\u0127ob, fejn kellu jistenna xahrejn sabiex jilg\u0127ab l-ewwel partita tieg\u0127u mal-klabb Ingli\u017c.", "Wara li skada l-perjodu tieg\u0127u ma' Portsmouth, ir-ritorn lura lejn Bayern g\u0127all-ista\u0121un 2009\u201310 ftit li xejn kien sodisfa\u010benti fejn ni\u017cel biss fil-grawnd sitt darbiet ming\u0127ajr ma jsib ix-xibka.", "Kien g\u0127al dawn ir-ra\u0121unijiet li fis-17 ta' Di\u010bembru, 2009, ing\u0127aqad b'self ma' Hertha Berlin sa tmiem l-ista\u0121un.", "F'Mejju tal-2010 iffirma kuntratt ta' sentejn mal-Eintracht Frankfurt.", "Theofanis Gekas iddebutta mat-tim nazzjonali Grieg fl-2005 meta \u0121ie mag\u0127\u017cul mill-kow\u010b Otto Rehhagel, u pparte\u010bipa fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005 u fil-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni g\u0127all-Kampjonati Ewropej 2008, fejn skorja 5 gowls.", "Gekas sar figura regolari fi \u0127dan it-tim nazzjonali Grieg, fejn spi\u010b\u010ba b\u0127ala l-aqwa skorer ta\u017c-\u017bona Ewropea fil-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni g\u0127at-Tazza tad-Dinja 2010, b'10 gowls."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14444", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14444", "title": "UTC+2", "text": ["UTC+2", "UTC+2 huwa \u017cona tal-\u0127in li jidentifika \u0127in g\u0127al sag\u0127tejn (2) 'il quddiem il-UTC."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14460", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14460", "title": "Soccer City", "text": ["Soccer City", "Soccer City, mag\u0127ruf pre\u010bedentament b\u0127ala FNB Stadium, huwa stadju li jinsab fi\u017c-\u017cona ta' Soweto f'Johannesburg, l-Afrika t'Isfel.", "Dan il-grawnd, li \u0121ie inawgurat fl-1989, huwa wie\u0127ed mill-istadji prin\u010bipali tal-federazzjoni tal-futbol Sud-Afrikana, b'91,141 post.", "Kien f'dan il-post li sar l-ewwel diskors ta' Nelson Mandela f'Johannesburg wara l-\u0127elsien tieg\u0127u mill-\u0127abs, u kif ukoll is-sit fejn sar il-funeral ta' Chris Hani.", "Il-grawnd ta' Soccer City g\u0127adda minn ristrutturazzjoni kbira min\u0127abba t-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010, li kienet se ssir fl-Afrika t'Isfel.", "Dan ing\u0127ata disinn \u0121did, ispirat minn borma tipikament Afrikana.", "Barra minn hekk, il-kapa\u010bit\u00e0 tal-istadju kibret minn 80,000 g\u0127al 91,141, biex sar l-ikbar stadju fil-kontinent Afrikan.", "Il-kostruzzjoni tkompla nhar il-21 ta' Ottubru 2009, u \u0121ie mmarkat permezz ta' \u010belebrazzjoni kbira fil-grawnd stess.", "Dan huwa wie\u0127ed mill-g\u0127axar stadji mag\u0127\u017cula g\u0127al dan l-avveniment importanti, fejn fost il-\u0127afna partiti li se jospita, se jkun hemm il-partita inawgurali bejn l-Afrika t'Isfel u l-Messiku u l-finali tant mistennija tal-11 ta' Lulju 2010."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14473", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14473", "title": "Ellis Park Stadium", "text": ["Ellis Park Stadium", "Ellis Park Stadium, illum mag\u0127ruf aktar b\u0127ala Coca-Cola Park min\u0127abba l-isponsorizzazzjoni, huwa stadju li jinsab \u0121ewwa Johannesburg, fl-Afrika t'Isfel.", "Mibni fl-1928, dawn huwa wie\u0127ed mill-ikbar stadji fl-Afrika t'Isfel.", "Dan l-impjant huwa l-aktar famu\u017c min\u0127abba li \u0121ewwa fih ospita l-finali tar-rugby tal-1995, li rat lill-Afrika t'Isfel teg\u0127leb lil New Zealand u ssir \u010bampjin mondjali.", "Il-bini ta' Ellis Park beda fl-1972 sabiex jospita l-log\u0127biet tat-tim tar-rugby ta' Golden Lions.", "Dan \u0121ie msemmi wara JD Ellis, kunsillier ta' Johannesburg, li ori\u0121inarjament kien pro\u0121ett li jirreserva art ta' iktar minn \u0127ames ettari.", "F'\u0120unju 1928, il-grawnd kien lest g\u0127al partita ta' prova bejn l-Afrika t'Isfel u New Zealand.", "Bejn l-1947 u l-1957, l-iskop prin\u010bipali tal-grawnd kien dak li jilqa' fih log\u0127ob tar-rugby u tal-krikit.", "Fi tmiem is-snin sebg\u0127in, l-impjant \u0121ie modernizzat.", "L-istadju l-\u0121did, inawgurat fl-1982, kellu jesa' 60,000 ru\u0127.", "Fl-1995, dan ospita numru ta' log\u0127biet mit-Tazza tad-Dinja tar-Rugby u kif ukoll il-finali mirbu\u0127a mis-Sud-Afrikani fuq it-tim tal-\"All Blacks\".", "Fl-1999 saret partita ta' \u0127biberija tal-futbol bejn tim mag\u0127\u017cul ta' Afrikani u selezzjoni mondjali sabiex isellmu t-tluq ta' Nelson Mandela minn President tal-Afrika t'Isfel.", "Fil-11 ta' April, 2001, wa\u0127da mill-ikbar tra\u0121edji sportivi \u0127adet post f'Ellis Park meta 40 ru\u0127 spi\u010b\u010baw mejta fil-konfront bejn Orlando Pirates u Kaizer Chiefs.", "Fl-2009, Ellis Park \u017camm fih il-finali tat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Bra\u017cil.", "Huwa \u0121ie mag\u0127\u017cul fost g\u0127axar impjanti sabiex fihom jintlag\u0127bu l-log\u0127biet mit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14476", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14476", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstralja", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstralja", "It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstralja huwa rrappre\u017centant mill-Awstralja fil-kompetizzjonijiet internazzjonali tal-futbol.", "It-tim huwa mlaqqam b\u0127ala \"\"Socceroos\"\".", "It-tim huwa kontrollat mill-federazzjoni Awstraljana tal-futbol (FFA), li hija membru tal-Konfederazzjoni A\u017cjatika tal-Futbol (AFC), u mill-2006 hija membru (invitat) tal-ASEAN Football Federation (AFF).", "Qabel ma' fl-2006 issie\u0127bet mal-konfederazzjoni tal-Asja, l-Awstralja kienet tifforma parti mi\u017c-\u017bona O\u010beanika.", "It-tim nazzjonali Awstraljan lag\u0127ab l-ewwel log\u0127biet tieg\u0127u waqt \u017cjara fi New Zealand fl-1992, fejn waqt dawn il-partiti l-Awstralja kisbet \u017cew\u0121 telfiet u pari.", "Fil-25 sena li segwew l-Awstralja, New Zealand, i\u010b-\u010aina u l-Afrika t'Isfel kienu figuri regulari f'dawn il-log\u0127biet ta' \u0127biberija.", "Il-fatt li l-prezz tal-vja\u0121\u0121 bl-ajru kien naqas, l-Awstralja setg\u0127et tilg\u0127ab iktar log\u0127biet, minkejja li l-po\u017cizzjoni \u0121eografika tag\u0127ha baqa' xorta jkun ta' detriment g\u0127al \u017cmien twil.", "Il-pajji\u017c irnexxielu jikkwalifika g\u0127all-ewwel darba g\u0127at-Tazza tad-Dinja, bl-edizzjoni partikulari tkun dik tal-1974.", "It-triq lejn it-Tazza tad-Dinja bdiet b'serje ta' partiti \u0121ewwa u barra minn darhom kontra l-Iraq, New Zealand u l-Indone\u017cja.", "Is-\"Socceroos\", wara li reb\u0127u dan il-grupp, reb\u0127u log\u0127ba ta' spare\u0121\u0121 kontra wa\u0127da mill-ikbar rivali tat-tim, l-Iran, fejn irnexxielhom i\u017comm il-vanta\u0121\u0121 tal-iskor aggregat fit-tieni leg quddiem 120,000 partitarju Iranjan.", "Il-Korea t'Isfel, li fl-istess fa\u017ci kienet g\u0127adha kif eliminat lill-I\u017crael, kien l-avversarju final tal-Awstralja.", "Bi\u017c-\u017cew\u0121 konfronti jispi\u010b\u010baw f'pari, partita de\u010bisiva \u0121iet ippjanata \u0121ewwa \u0126ong Kong.", "L-Awstralja reb\u0127u l-log\u0127ba, b'gowl uniku minn frikik ta' Jimmy Mackay.", "It-tim irnexxielu jaqta' figura tajba, u minkejja li kellu jsib quddiem wi\u010b\u010bu timijiet professjonali mill-pajji\u017ci ospiti tal-\u0120ermanja tal-Punent u l-Lvant, is-\"Socceroos\", immexxija mill-kaptan dilettant Peter Wilson, kiseb pari ta' ming\u0127ajr gowls kontra \u010b-\u010aili.", "Din kellha tkun l-a\u0127\u0127ar dehra fit-Tazza tad-Dinja g\u0127at-tim Awstraljan sakemm dan it-turnew re\u0121a' rritorna lura lejn il-\u0120ermanja iktar minn tliet de\u010bennji wara.", "Matul dawn it-32 sena, it-tim Awstralja resaq \u0127afna vi\u010bin imma falla fit-tragrawd finali.", "Qabel din, huma tilfu l-partiti ta' spare\u0121\u0121 tal-1966 (kontra l-Korea ta' Fuq), fl-1970 (kontra l-I\u017crael), fl-1986 (kontra l-Iskozja) u fl-1994 (kontra l-Ar\u0121entina).", "It-triq li l-Awstralja kellha tg\u0127addi g\u0127at-Tazza tad-Dinja 1994 kien e\u017cempju \u010bar tal-passa\u0121\u0121 diffikultu\u017c g\u0127al timijiet mill-konfederazzjoni O\u010beanika sabiex jikkwalifikaw g\u0127al dan il-kampjonat internazzjonali.", "L-Awstralja bdiet bir-reb\u0127 ta' Grupp 1 tal-O\u010beanja fejn ma sofriet l-ebda telfa f'erba' log\u0127biet.", "Fl-ewwel partita ta' spare\u0121\u0121 kontra New Zealand, l-Awstraljani reb\u0127u 1\u20130 barra minn darhom, u 3\u20130 \u0121ewwa darhom biex g\u0127addew g\u0127ar-rawnd su\u010b\u010bessiv bl-iskor ta' 4\u20130.", "Bir-reb\u0127a tal-\"play-off\" tal-O\u010beanja, kien imiss il-log\u0127ba ta' spare\u0121\u0121 mat-tieni klassifikat fil-kwalifikazzjoni tal-CONCACAF, il-Kanada.", "B'reb\u0127iet identi\u010bi ta' 2\u20131 g\u0127a\u017c-\u017cew\u0121 timijiet fi\u017c-\u017cew\u0121 legs, wassal biex il-konfront jittawwal g\u0127all-\u0127in supplementari.", "L-Awstraljani \u0127ar\u0121u finalment rebbie\u0127a 4\u20131 wara l-g\u0127oti tal-penalties.", "L-a\u0127\u0127ar rawnd kien jinvolvi log\u0127ba ta' spare\u0121\u0121 mat-tim li spi\u010b\u010ba t-tieni fi Grupp 1 tal-Amerika t'Isfel, l-Ar\u0121entina.", "L-ewwel leg \u0121ewwa Sydney spi\u010b\u010ba 1\u20131, waqt li t-tim Awstraljan ra l-\u0127olma tieg\u0127u tispi\u010b\u010ba b'telfa ta' 1\u20130 \u0121ewwa l-Ar\u0121entina.", "Wara l-log\u0127ba, il-le\u0121\u0121enda Ar\u0121entina Diego Maradona kien tant impressjonat bis-\"Socceroos\" li stqarr lill-kaptan tat-tim Paul Wade, \"It-tilfiq tieg\u0127ek ta' dwejjaq, g\u0127ad xi darba jkunu biki ta' fer\u0127\".", "Fl-1997, l-Awstralja falliet li tikkwalifika g\u0127all-fa\u017ci finali tat-Tazza tad-Dinja 1998 minkejja li ma tilfu l-ebda partita fir-rawnds ta' kwalifika.", "Wara li reb\u0127u t-turnew tal-OFC, l-Awstralja kellhom jilg\u0127abu mal-Iran sabiex jassiguraw post g\u0127at-Tazza tad-Dinja fi Franza.", "L-Awstralja, ta\u0127t il-kow\u010b Terry Venables, kisbu pari ta' 1\u20131 barra minn darhom, u dehru fi triqithom lejn il-finali meta \u0127adu vanta\u0121\u0121 \u0121ewwa Melbourne bl-iskor ta' 2\u20130, sakemm l-Iran irnexxielhom jiskorjaw \u017cew\u0121 gowls tard fil-partita u ggwadanjaw post fil-finali grazzi g\u0127ar-regola tal-gowls barra mid-dar.", "Din kienet deskritta b\u0127ala wa\u0127da mill-iktar partiti memorabbli minn fost \u0127afna plejers Awstraljani u Iranjani.", "Fl-2001, g\u0127al darb'o\u0127ra l-Awstralja reb\u0127et it-turnew ta' kwalifika ta\u017c-\u017bona O\u010beanika g\u0127at-Tazza tad-Dinja 2002, bi prestazzjonijiet li kienu jinkludi reb\u0127iet konvin\u010benti ta' 22\u20130 kontra t-Tonga, u rekord mondjali ta' 31\u20130 jumejn wara kontra s-Samoa Amerikana.", "Ming\u0127ajr pedini importanti b\u0127al Harry Kewell u Mark Viduka, l-Awstralja xorta wa\u0127da g\u0127elbu lil New Zealand, li kienet l-unika avversarja li setg\u0127et thedded l-ambizzjonijiet tag\u0127hom.", "L-Awstralja kellha taffronta g\u0127al darb'o\u0127ra log\u0127ba ta' spare\u0121\u0121 ibba\u017cata fuq \u017cew\u0121 legs kontra t-tim Sud-Amerikan tal-Urugwaj.", "Fl-ewwel leg f'Melbourne, rat lill-Malti-Awstraljan Kevin Muscat jag\u0127ti reb\u0127a ta' 1\u20130, per\u00f2 barra minn darhom sofrew telfa ta' 3\u20130.", "Minkejja r-ri\u017cultati \u0127\u017ciena fil-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni g\u0127at-Tazza tad-Dinja, l-Awstralja rnexxielha li permezz tal-log\u0127biet ta' \u0127biberija u f'kompetizzjonijiet o\u0127ra tikseb ri\u017cultati sodisfa\u010benti kontra timijiet kbar Ewropej u Sud-Amerikani b'reb\u0127iet fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2001 kontra Franza u l-Bra\u017cil.", "L-Awstralja kisbet pari ta' 1\u20131 kontra Franza f'Melbourne f'Novembru tal-2001, waqt li fl-2003 re\u0127bet 3\u20131 f'Londra kontra l-Ingilterra.", "Fl-2004, it-tim g\u0127amel l-ewwel passi lejn il-kwalifikazzjoni g\u0127at-Tazza tad-Dinja 2006 li kienet se ti\u017cvol\u0121i \u0121ewwa l-\u0120ermanja.", "Il-pari ta' 2\u20132 kontra l-G\u017cejjer Solomon tawha l-ewwel post fil-grupp O\u010beaniku quddiem New Zealand.", "Il-kow\u010b tat-tim nazzjonali, Frank Farina, irri\u017cenja nhar id-29 ta' \u0120unju 2005 wara li naqas li jirba\u0127 log\u0127ba fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005.", "Fit-22 ta' Lulju, il-federazzjoni Awstraljana \u0127abbret il-\u0127atra ta' Guus Hiddink b\u0127ala l-kow\u010b il-\u0121did, li kkombina x-xog\u0127ol ma' PSV Eindhoven ma' dak tat-tim Awstraljan.", "It-tim Awstraljan g\u0127eleb bl-iskor komplessiv ta' 11\u20131 lit-tim tal-G\u017cejjer Solomon fil-finali tal-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni tal-OFC.", "F'Ottubru 2005, l-Awstralja g\u0127elbet lill-\u0120amajka 5\u20130 f'log\u0127ba ta' \u0127biberija f'Londra, b'din ir-reb\u0127a tkun l-ikbar wa\u0127da tas-\"Socceroos\" kontra tim klassifikat a\u0127jar minnha fil-klassifika mondjali tal-FIFA.", "L-Awstralja re\u0121g\u0127et affrontat lill-Urugwaj fl-ispare\u0121\u0121 g\u0127all-a\u0127\u0127ar post disponibbli fit-Tazza tad-Dinja.", "\u0120ewwa Montevideo, l-Urugwaj reb\u0127u lill-Awstralja 1\u20130, grazzi g\u0127al gowl bir-ras ta' Dario Rodriguez.", "Minkejja l-possessjoni kbira li gawdew l-Awstralja, huma ma \u0127adux vanta\u0121\u0121 tal-okka\u017cjonijiet li \u0121ew f'saqajhom.", "\u0120ewwa Sydney, nhar is-16 ta' Novembru, quddiem 83,000 partitarju \u0121ewwa t-Telstra Stadium u madwar 3.4 miljun telespattur televi\u017c, l-Awstralja temmew id-90 minuta 1\u20130 minn fuq b'gowl ta' Mark Bresciano fl-ewwel taqsima.", "Il-\u0127in barrani ma provda l-ebda gowl, u fl-g\u0127oti tal-penalties kienu l-Awstraljani li \u0127ar\u0121u rebbie\u0127a 4\u20132, biex l-Awstralja sar l-ewwel tim li kkwalifika g\u0127at-Tazza tad-Dinja grazzi g\u0127al-lotterija tal-penalties.", "Din ir-reb\u0127a ntlaqg\u0127et minn fer\u0127 u \u010belebrazzjoni kbira fil-pajji\u017c, bis-\"Socceroos\" jimmarkaw ir-ritorn fit-Tazza tad-Dinja wara assenza ta' 32 sena.", "L-Awstralja da\u0127let fit-Tazza tad-Dinja b\u0127ala t-tieni l-inqas klassifikat fil-klassifika tal-FIFA.", "Il-preparazzjoni g\u0127at-Tazza tad-Dinja 2006 kienet tinkludi log\u0127biet ta' \u0127biberija kontra l-Kroazja, il-Gre\u010bja u l-Olanda.", "Kienu \u0127afna fatturi li wasslu lit-tim jg\u0127olli l-livelli tieg\u0127u: it-tattika u l-esperjenza kbira tal-kow\u010b Guus Hiddink, il-preparazzjoni fi\u017cika u mentali e\u010b\u010bellenti.", "\u0126afna kummentaturi u partitarji \u0127assew li l-uniku mod li biha l-Awstralja setg\u0127et titjieb b'mod kwalitattiv kien li jirtiraw mill-Konfederazzjoni O\u010beanika.", "Il-futbol, fl-Awstralja, kiber u dan tefa' pressjoni fuq partiti iktar kompetittivi milli sempli\u010bement log\u0127biet ta' \u0127biberija.", "Minkejja \u0127afna tentattivi fil-passat biex dan ise\u0127\u0127, dawn ma kellhomx it-tmiem mixtieq, sakemm \u0127are\u0121 l-g\u0127ajdut li f'Marzu tal-2005 il-FIFA da\u0127let f'diskussjonijiet serji mal-AFC fuq din l-affari, waqt li fit-23 ta' Marzu, il-Kumitat E\u017cekuttiv tal-AFC \u0127a de\u010bi\u017cjoni li jistieden lill-Awstralja li ti\u0121i mistiedna biex ting\u0127aqad mal-AFC.", "Il-President tal-AFC, Mohammed Bin Hammam, ta r-ra\u0121unijiet tieg\u0127u wara din id-de\u010bi\u017cjoni.", "Fis-17 ta' April, il-kumitat e\u017cekuttiv tal-OFC appo\u0121\u0121ja t-trasferiment propost mill-Awstralja, li l-FIFA approvat fit-30 ta' \u0120unju ta' wara, li da\u0127let fis-se\u0127\u0127 fl-1 ta' Jannar 2006.", "Fi Frar 2006, l-Awstralja \u0127adet sehem fil-kwalifiki g\u0127at-Tazza A\u017cjatika.", "Fil-fa\u017ci tal-gruppi, l-Awstraljani \u0121ew fi Grupp F flimkien ma\u010b-\u010bampjins renjanti l-Bra\u017cil, il-Kroazja u l-\u0120appun.", "L-Awstraljani assiguraw post fir-rawnd su\u010b\u010bessiv grazzi g\u0127al pari ta' 2\u20132 fl-a\u0127\u0127ar log\u0127ba kontra l-Kroazja.", "Fir-rawnd ta' L-A\u0127\u0127ar Sittax, l-Awstraljani \u0121ew eliminati mill-Italja, li reb\u0127u 1\u20130 grazzi g\u0127al gowl fil-95 minuta minn penalty kontroversjali ta' Francesco Totti.", "Minkejja din l-eliminazzjoni, il-prestazzjoni tat-tim O\u010beaniku kienet xorta sodisfa\u010benti, meta wie\u0127ed jikkonsidra li dawn kienu biss fit-tieni dehra f'fa\u017ci finali ta' din il-kompetizzjoni.", "Hiddinik irnexxielu jwassal fl-Awstralja futbol velo\u010bi, b'\u0127afna movimenti, u diversi elementi o\u0127ra.", "Kif kieni mistenni, wara t-Tazza tad-Dinja, Hiddink ma baqax aktar kow\u010b tal-Awstralja, fejn sar il-kow\u010b il-\u0121did tar-Russja, u postu \u0127adu temporanjament Graham Arnold sakemm jintg\u0127a\u017cel il-kow\u010b definittiv.", "Kien fis-6 ta' Di\u010bembru 2007, li l-federazzjoni Awstraljana g\u0127a\u017clet l-Olandi\u017c Pim Verbeek b\u0127ala l-kow\u010b il-\u0121did tat-tim nazzjonali.", "F'\u0120unju tal-2009, l-Awstraljani assiguraw post fit-Tazza tad-Dinja 2010.", "Fl-edizzjoni 2010 tat-Tazza tad-Dinja, li qed issir fl-Afrika t'Isfel, l-Awstraljani \u0121ew fi Grupp D mag\u0127mul mill-\u0120ermanja, is-Serbja u l-Gana.", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14487", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14487", "title": "Gonzalo Higua\u00edn", "text": ["Gonzalo Higua\u00edn", "Gonzalo Gerardo \"\"El Pipita\"\" Higua\u00edn (Brest, 10 ta' Di\u010bembru 1987) huwa plejer tal-futbol Ar\u0121entin, imwieled Fran\u010bi\u017c, li attwalment jilg\u0127ab b\u0127ala attakkant mal-klabb Spanjol ta' Real Madrid u t-tim nazzjonali Ar\u0121entin.", "Hu hu t-tifel tal-eks-plejer Jorge \"El Pipa\" Higua\u00edn, u \u0127u l-futboler Federico Higua\u00edn.", "Wara d-doppjetta kontra r-rivali eterni Boca Juniors nhar it-8 ta' Ottubru 2006, il-kow\u010b ta' River Plate Daniel Passarella iddikjara li quddiem il-plejer kien se jkun hemm \"futur kbir\" u kien \"iddestinat lejn \u0127wejje\u0121 kbar.\"", "Real Madrid iffirmaw lil Higua\u00edn g\u0127al somma ta' \u20ac13-il miljum, wara li pre\u010bedentament River Plae kienu rrifjutaw offer ta' \u20ac10 miljuni g\u0127all-attakkant ta' dsatax-il sena.", "Fl-iffirmar tal-kuntratt ta' sitt snin u nofs, l-attakkant stqarr:", "\"Hija opportunit\u00e0 kbira li jkolli \u010bans nilg\u0127ab ma' klabb daqshekk importanti b\u0127al Real Madrid.", "In\u0127ossni kburi li Real Madrid saru jafu bija.\"", "L-ewwel log\u0127ba ta' Higua\u00edn g\u0127al Real Madrid kienet fl-14 ta' Jannar kontra Real Zaragoza.", "F'din il-partita Higua\u00edn ibrilla bil-\u0127afna \u010bansijiet li \u0127oloq li s\u0127abu tat-tim u kien hu li assista l-gowl tar-reb\u0127a kru\u010bjali ta' 1\u20130.", "L-ewwel gowl tieg\u0127u wasal fit-62 minuta tal-partita kontra r-rivali lokali Atl\u00e9tico Madrid fl-24 ta' Frar 2007, bil-partita tintemm 1\u20131.", "\u0120ewwa l-Santiago Bernab\u00e9u, hu sab g\u0127all-ewwel darba ix-xibka fl-a\u0127\u0127ar minuti tal-konfront kru\u010bjali kontra RCD Espanyol fit-12 ta' Mejju 2007.", "Bil-partita tkun fuq 3\u20133, Higua\u00edn reba\u0127 il-ballun qabel ma g\u0127amel trijangolazzjoni ma' Jos\u00e9 Antonio Reyes u tefa' l-ballun \u0121ewwa x-xibka.", "Kien dan il-gowl li dritta t-triq ta' Real Madrid g\u0127at-tletin titlu, meta \u0127adu post Barcelona fl-ewwel post tal-klassifika.", "Fl-4 ta' Mejju 2008, b'Real Madrid 1\u20130 minn ta\u0127t kontra Osasuna, u fil-b\u017conn ta' tliet punti biss mill-a\u0127\u0127ar erba' partiti sabiex jassiguraw titlu ie\u0127or, Higua\u00edn \u0127a post Javier Saviola fis-76 minuta u minn frikik, hu assista l-gowl tal-pari ta' Arjen Robben fit-88 minuta.", "Higua\u00edn \u017cew\u0121 minuti wara skorja l-gowl tar-reb\u0127a sabiex ta l-31 titlu tal-kampjonat lil Real Madrid.", "Minkejja li kien l-eroj ta' Real Madrid fil-konkwista t-titlu, Higua\u00edn sab ru\u0127u fil-bank g\u0127all-partita \u0121ewwa darhom kontra Barcelona erbat ijiem wara.", "Per\u00f2, mad-d\u0127ul tieg\u0127u fil-partita Higua\u00edn re\u0121a' \u0127alla impressjona kbira, meta fl-ewwel minuta wara l-introduzzjoni tieg\u0127u hu skorja u g\u0127en lit-tim jirba\u0127 bl-iskor ta' 4\u20131.", "Nhar l-24 ta' Awwissu 2008, il-gowl ta' Higua\u00edn fid-89 minuta ta lil Real Madrid reb\u0127a fuq Valencia fis-Supercopa de Espa\u00f1a, it-tmien wa\u0127da fl-istorja tal-klabb.", "Grazzi g\u0127al numru ta' prestazzjonijiet e\u010b\u010bellenti, hu \u017camm postu mal-ewwel \u0127dax kemm fil-kampjonat kif ukoll fil-UEFA Champions League.", "Fir-reb\u0127a ta' 4\u20133 kontra M\u00e1laga tat-8 ta' Novembru 2008, Higua\u00edn skorja l-erba' gowls li huma.", "Bil-mod il-mod, hu sar mag\u0127ruf g\u0127all-velo\u010bit\u00e0 tieg\u0127u, id-dribbling u x-xuttijiet b'sa\u0127\u0127ithom.", "L-ista\u0121un g\u0127al Higua\u00edn intemm bi 22 gowl fil-kampjonat, u 24 f'kull kompetizzjoni, biex kien l-aqwa skorer f'isem Real Madrid g\u0127al dan l-ista\u0121un.", "L-ewwel gowl g\u0127al Higua\u00edn fi\u010b-Champions League wasal fil-15 ta' Settembru 2009, meta skorja t-tielet gowl fir-reb\u0127a ta' 5\u20132 fuq FC Z\u00fcrich, minn passa\u0121\u0121 ta' Ra\u00fal.", "Qabel, kien hu wkoll li assista l-gowl tat-2\u20130 momentanju ta' Ra\u00fal.", "Il-vena ta' gowls ta' Higua\u00edn fil-kampjonat kompliet tiffjorixxi meta fil-partita kontra Real Valladolid tas-17 ta' Ottubru, minn passa\u0121\u0121 ta' Xabi Alonso, hu rnexxielu jqabbe\u017c il-ballun fuq il-gowlkiper ta' Valladolid li kien barra mil-linja.", "Doppjetta kontra Getafe, \u0121iet solidifikata bi prestazzjoni o\u0127ra e\u010b\u010belenti kontra r-rivali lokali ta' Atl\u00e9tico Madrid fil-Vicente Calder\u00f3n, fejn wara li seraq il-ballun lil Luis Perea hu skorja t-tielet gowl ta' Real Madrid.", "Mat-total tal-ista\u0121un \u017cied ukoll gowl kontra Racing de Santander fir-rawnd ta' partiti ta' ritorn.", "Fil-25 ta' Novembru, Higua\u00edn skorja t-tieni gowl tieg\u0127u fi\u010b-Champions League kontra Z\u00fcrich, fejn skorja l-uniku gowl u assigura post fil-fa\u017ci su\u010b\u010bessiva.", "Fil-partita kontra Almer\u00eda tal-5 ta' Di\u010bembru, hu skorja gowl u pprova assist lil Cristiano Ronaldo hekk kif Real Madrid \u0127ar\u0121u b'reb\u0127a importanti ta' 4\u20132.", "Higua\u00edn \u017cied \u017cew\u0121 gowls mat-total tieg\u0127u tal-ista\u0121un fir-reb\u0127a ta' 3\u20132 kontra Valencia \u0121ewwa l-Mestalla.", "\u017bew\u0121 gowls o\u0127ra, li wassluh g\u0127al total ta' 10 gowls fl-ista\u0121un, waslu kontra kontra Real Zaragoza\u2014l-ewwel wie\u0127ed minn passa\u0121\u0121 ta' Marcelo u t-tieni wie\u0127ed minn xutt mill-ajru.", "Lura fl-azzjoni, wara li kien we\u0121\u0121a' u kien barra mil-log\u0127ob g\u0127al tliet partiti, hu skorja t-tielet gowl kontra Espanyol fis-6 ta' Frar, wara li da\u0127al b\u0127ala sostitut fl-74 minuta.", "Wara li fil-partita ta' wara naqas li jsib ix-xibka, fi\u017c-\u017cew\u0121 konfronti li segwew skorja erba' gowls, tnejn kontra Villarreal fir-reb\u0127a ta' 6\u20132 u tnejn o\u0127ra fir-reb\u0127a ta' 5\u20131 kontra Tenerife.", "Fl-14 ta' Marzu 2010, Higua\u00edn irnexxielu jiskorja t-tieni tripletta tieg\u0127u ma' Real Madrid fir-reb\u0127a kbira ta' 4\u20131 kontra Real Valladolid.", "L-20 gowl tal-ista\u0121un wasal fir-reb\u0127a ta' 3-1 kontra Sporting Gij\u00f3n.", "L-ista\u0121un intemm bih jiskorja 27 gowl fil-kampjonat, fejn spi\u010b\u010ba t-tieni wara l-kompatrijott Lionel Messi fil-klassifika finali tal-aqwa skorers.", "Fis-7 ta' \u0120unju, 2010, Real Madrid estenda l-kuntratt ta' Higuain li se j\u017commu mal-\u0121ganti Spanjoli sal-2016."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14526", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14526", "title": "Vittoriosa Stars FC", "text": ["Vittoriosa Stars FC", "Vittoriosa Stars FC huwa tim tal-futbol ibba\u017cat fil-belt tal-Birgu.", "Fl-ista\u0121un 2012-13, it-tim \u0121ie promoss mill-ewwel divi\u017cjoni u b'hekk se jilg\u0127ab l-ista\u0121un 2013\u201314 fl-og\u0127la kampjonat Malti g\u0127at-tieni darba.", "It-tim tal-futbol Vittoriosa Stars twaqqaf minn Feli\u010b Grima fl-1906, g\u0127alkemm hemm \u0127jiel li Vittoriosa Melita kienu di\u0121a' lag\u0127bu fl-1902.", "Fl-1912 bdew jie\u0127du sehem fil-Kampjonat Malti.", "G\u0127alkemm Vittoriosa Stars huma tim minn belt \u017cg\u0127ira xorta baqg\u0127u jie\u0127du sehem, anki jekk l-unuri kienu ftit.", "Fl-ista\u0121un 1954-55 reb\u0127u t-Tieni Divi\u017cjoni u s-sena ta' wara dehru fl-g\u0127ola kampjonat Malti.", "Wara sena \u0121ew relegati, sakemm fl-ista\u0121un 1975-76 \u0121ew it-tieni post fit-Tieni Divi\u017cjoni u kisbu l-promossi.", "Din id-darba rnexxilhom i\u017commu sentejn mal-kbar sakemm fl-1977 tilfu posthom.", "Il-ka\u017cin pre\u017centi jinsab fid-dar imsejj\u0127a \"Domus Panis Celestis\", illi qabel kien isserv b\u0127ala wie\u0127ed ta' tag\u0127lim reli\u0121ju\u017c tal-Mu\u017cew.", "\"A\u0121\u0121ornat f'Awwissu 2013\""], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14593", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14593", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol ta' New Zealand", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol ta' New Zealand", "It-tim nazzjonali tal-futbol ta' New Zealand huwa r-rappre\u017centant tal-futbol tal-pajji\u017c ta' New Zealand u hu kkontrollat min-New Zealand Football.", "L-uniformi bajdanija tat-tim hi ispirata minn dik tal-Ingilterra u hi l-kontra ta' dik milbusa mit-tim nazzjonali tar-rugby (l-\"All Blacks\").", "B'hekk, it-tim ji\u0121i misjub ukoll ta\u0127t il-laqam \"All Whites\".", "L-istorja ta' New Zealand tinvolvi \u017cew\u0121 parte\u010bipazzjonijiet fit-Tazza tad-Dinja: wa\u0127da fl-edizzjoni tal-1982 li saret \u0121ewwa Spanja, fejn kienet tilfet it-tliet partiti kollha, u dik fl-Afrika t'Isfel fl-2010 fejn \u0127ar\u0121et eliminata mill-ewwel fa\u017ci ming\u0127ajr telfa.", "It-tim ta' New Zealand \u0121ie sfidat g\u0127al bosta drabi mill-Awstralja fit-Tazza tan-Nazzjonijiet O\u010beani\u010bi, il-kampjonat internazzjonali li jintlag\u0127ab bejn it-timijiet nazzjonali li jappartjenu g\u0127a\u017c-\u017cona tal-O\u010beanja.", "L-\"All Whites\" reb\u0127u erba' darbiet din il-kompetizzjonI: fl-1973, fl-1998, fl-2002 u l-a\u0127\u0127ar wa\u0127da fl-2008.", "Fl-a\u0127\u0127ar edizzjoni mirbu\u0127a minn dan it-tim huma ma sabu l-ebda rivalit\u00e0 kompetenti, hekk kif fl-1 ta' Jannar 2006 l-Awstralja, rivali kbira fi \u017cmien tag\u0127ha fil-konfederazzjoni O\u010beanika, issieb\u0127et mal-konfederazzjoni tal-futbol A\u017cjatika.", "Min\u0127abba l-livell baxx tal-kampjonat lokali, il-futbolers ta' New Zealand ta' \u010bertu kalibru jilg\u0127abu fl-Ewropa, fl-Istati Uniti u fl-Awstralja.", "Minkejja li huwa sport diffu\u017c sewwa \u0121ewwa l-pajji\u017c, il-futbol fi New Zealand ibati sabiex jikkompeti ma' sports o\u0127ra b\u0127ar-rugby u l-krikit, li barra li g\u0127andhom \u010bertu popolarit\u00e0 dawn igawdu minn iktar finanzi u wkoll kopertura estensiva min-na\u0127a tal-istampa.", "Il-kampjonat lokali huwa ta' livell semiprofessjonali u l-iktar tim importanti li huwa minn New Zealand, Wellington Phoenix FC, jilg\u0127ab fl-A-League Awstraljan.", "L-iktar plejers rinomati minn dan it-tim jinkludu lill-kaptan Ryan Nelsen, difensur ta' Blackburn Rovers, u Chris Killen, attakkant mat-tim ta' Middlesbrough.", "Plejers o\u0127ra interessanti qeg\u0127din jag\u0127mlu isem g\u0127alihom barra minn pajji\u017chom, fosthom l-eks-midfilder ta' Fulham Chris James, li fil-pre\u017cent jilg\u0127ab ma' Barnet.", "New Zealand ikkwalifika g\u0127all-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja fl-1982.", "It-tim ta' New Zealand, wara li reba\u0127 il-fa\u017ci ta' kwalifika tal-O\u010beanja wara lag\u0127ab turnew ta' \u0127ames timijiet kontra timijiet mill-Asja.", "Dan irri\u017culta fi\u010b-\u010aina u New Zealand jaffrontaw f'log\u0127ba ta' spare\u0121\u0121, bit-tim tal-a\u0127\u0127ar jiggwadanja l-a\u0127\u0127ar post disponibbli.", "\u0120ewwa Spanja, New Zealand lag\u0127bet tliet log\u0127biet kontra l-Iskozja, l-Unjoni Sovjetika u l-Bra\u017cil.", "Hi tilfet il-log\u0127biet kollha, bir-ri\u017cultati ta' 2\u20135, 0\u20133, u 0\u20134 rispettivament.", "Steve Sumner u Steve Woodin skorjaw l-uni\u010bi gowls ta' New Zealand fl-ewwel dehra tag\u0127hom f'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.", "Nhar l-14 ta' Novembru 2009 irnexxielha ssib post fit-Tazza tad-Dinja 2010, wara li fil-partita ta' spare\u0121\u0121 kontra l-Ba\u0127rejn, rappre\u017centazzjoni mill-Asja, re\u0127bet bl-iskor ta' 1\u20130 grazzi g\u0127al gowl mill-attakkant ta' Plymouth Rory Fallon.", "Fil-15 ta' \u0120unju 2010, fid-debutt tag\u0127hom fit-Tazza tad-Dinja Sud-Afrikana kontra s-Slovakkja, l-\"All Whites\" g\u0127amlu l-istorja tag\u0127hom meta kisbu l-ewwel punt fil-fa\u017ci finali ta' dan il-kampjonat dinji.", "Infatti, l-ewwel partita ntemmet 1\u20131 grazzi g\u0127all-gowl fit-93 minuta ta' Winston Reid.", "Fl-20 ta' \u0120unju, fit-tieni log\u0127ba mill-grupp, in-New Zealand irnexxielhom jer\u0121g\u0127u jisirqu punt ie\u0127or fil-konfront kontra \u010b-\u010bampjins attwali, l-Italja, fejn sa\u0127ansitra kienu marru fil-vanta\u0121\u0121 grazzi g\u0127all-gowl ta' Smeltz, qabel ma bag\u0127ad it-Taljani ffissaw l-iskor fuq 1\u20131.", "Fl-a\u0127\u0127ar \u0121urnata ta' log\u0127ob mill-ewwel rawnd, il-pari ta' ming\u0127ajr gowls kontra l-Paragwaj \u0127alla lil New Zealand barra mill-kompetizzjoni, per\u00f2 \u0127ar\u0121u mhux meg\u0127luba.", "Huma g\u0127alqu t-tieni dehra tag\u0127hom bit-tielet post, quddiem l-Italja.", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14613", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14613", "title": "Premier League Malti", "text": ["Premier League Malti", "Il-Premier League Malti, mag\u0127ruf a\u0127jar b\u0127ala l-BOV Premier League g\u0127al ra\u0121unijiet ta' sponsorizzazzjoni, huwa l-og\u0127la livell tal-futbol Malti.", "Dan huwa organizzat mill-Malta Football Association u ilu jintlag\u0127ab mill-1909.", "Fis-sistema tal-futbol Malti, relegazzjoni minn dan il-kampjonat twassal g\u0127all-Ewwel Divi\u017cjoni.", "Qabel l-1980, dan il-livell tal-futbol Malti kien mag\u0127ruf b\u0127ala L-Ewwel Divi\u017cjoni.", "Madanakollu, dan \u0121ie msemmi mill-\u0121did g\u0127al Premier League fejn g\u0127adu hekk sal-lum, sabiex it-titlu tal-Ewwel Divi\u017cjoni ttie\u0127ed mil-livell subordinat (pre\u010bedentament mag\u0127ruf b\u0127ala It-Tieni Divi\u017cjoni).", "Skont il-koeffi\u010bjenti tal-UEFA, dan il-kampjonat huwa kklassifikat b\u0127ala l-44 l-iktar kompetittiv fost il-membri ta' din il-konfederazzjoni.", "L-istorja tal-futbol f'Malta tmur lura lejn in-nofs tas-seklu 19 grazzi g\u0127all-Ingli\u017ci, min\u0127abba li Malta kienet kolonja tag\u0127hom.", "Madanakollu, il-log\u0127ob kien biss log\u0127ob ta' \u0127biberija.", "L-ewwel kampjonat Malti ntlag\u0127ab fl-1909\u201310 u kien jikkonsisti bejn \u0127ames timijiet, bir-rebbie\u0127 tal-ewwel edizzjoni jkun it-tim ta' Floriana.", "Is-sena ta' wara ma n\u017camm l-ebda kampjonat, biex b'hekk it-tieni edizzjoni saret fl-ista\u0121un 1911\u201312.", "G\u0127al darb'o\u0127ra kien it-tim Furjani\u017c li kiseb it-titlu nazzjonali, tragward li re\u0121a' rrepeta s-sena ta' wara, fejn fi\u017c-\u017cew\u0121 okka\u017cjonijiet \u0127alla dejjem lil warajh lit-tim tal-\u0126amrun.", "Kien fil-fatt it-tim \u0126amruni\u017c li temm is-sekwenza ta' tliet titli konsekuttivi tat-tim tal-Floriana meta kiseb it-titlu fl-1914.", "Wara serje ta' kampjonati qabel u matul l-Ewwel Gwerra Dinjija li ma rat l-ebda dominju minn xi tim partikulari, fl-ista\u0121un 1919\u201320 wasal l-ewwel titlu nazzjonali g\u0127al Sliema Wanderers.", "Flimkien mal-Floriana, is-Sliema ffurmaw dwett imbattibbli fil-kampjonat fejn sal-1940, is-Slimi\u017ci \u0127adu 11-il titlu waqt li l-Furjani\u017ci \u0121abu 9 titli.", "Fi tmiem il-gwerra \u0127are\u0121 avversarju \u0121did fit-ti\u0121rja g\u0127at-titlu, Valletta, li rnexxielu jwaqqaf il-predominanza ta\u017c-\u017cew\u0121 timijiet \"kbar\" ta' dak i\u017c-\u017cmien, fejn f'erba' snin reba\u0127 tliet titli.", "Mill-1948 re\u0121a' \u0127are\u0121 g\u0127ad-dawl id-dwett ta' Sliema-Furjana b'10 titli bejniethom (4 g\u0127as-Sliema u 6 g\u0127all-Floriana).", "Fis-snin sittin ra realt\u00e0 \u0121dida fil-kamp tal-futbol Malti hekk kif it-tim minn Ra\u0127al \u0120did, Hibernians, f'dak id-de\u010bennju kiseb tliet titli.", "Bejn l-1978 u l-1988, g\u0127al \u0127dax-il sta\u0121un, Sliema Wanderers u Floriana naqsu li j\u017cidu trofej o\u0127ra mal-vetrina tal-unuri.", "Fil-fatt kienu Valletta (3 darbiet), Hibernians (3 darbiet), \u0126amrun Spartans (3 darbiet), u Rabat Ajax (darbtejn) li kisbu t-titlu nazzjonali.", "Fl-ista\u0121un 2005\u201306 ra lil Sliema Wanderers jitilg\u0127u fl-ewwel post g\u0127an-numru ta' tliet nazzjonali mirbu\u0127a, wara r-reb\u0127 tal-kampjonat.", "Dan po\u0121\u0121iehom b'titlu vanta\u0121\u0121 fuq il-Floriana.", "Il-millenju l-\u0121did wassal ukoll g\u0127all-ewwel reb\u0127iet tal-kampjonat nazzjonali lil Birkirkara u lil Marsaxlokk.", "Dan il-kampjonat jikkonsisti minn sett ta' tnax-il tim, skont it-tibdliet li \u0121ew introdotti fil-bidu tas-sena 2011, u jinqasam f'\u017cew\u0121 fa\u017cijiet.", "L-ista\u0121un, li jibda minn Awwissu u jintemm fix-xahar ta' Mejju, jing\u0127ata l-bidu tieg\u0127u permezz tal-ewwel rawnd fejn kull tim jilg\u0127ab kontra t-timijiet l-o\u0127ra g\u0127al darbtejn.", "Meta kull tim ikun lag\u0127ab 18-il log\u0127ba d-divi\u017cjoni tinqasam fi tnejn u l-punti jinqasmu bin-nofs.", "Dawk li jkunu spi\u010b\u010baw fl-ewwel sitt postijiet fl-ewwel rawnd jid\u0127lu fi\u010b-\"Championship Pool\" u l-a\u0127\u0127ar erbg\u0127a jilg\u0127abu fir-\"Relegation Pool\".", "L-ewwel tliet postijiet fil-kampjonat jaffettwaw il-post li jing\u0127ata fil-kompetizzjoni tal-UEFA.", "Ir-rebbie\u0127a tal-kampjonat jid\u0127lu fl-ewwel rawnd ta' kwalifika tal-UEFA Champions League, waqt li dawk li jikklassifikaw fit-tieni u fit-tielet post jie\u0127du sehem fl-ewwel rawnd ta' kwalifika tal-UEFA Europa League.", "L-a\u0127\u0127ar \u017cew\u0121 timijiet mir-\"Relegation Pool\" ji\u0121u relegati g\u0127all-Ewwel Divi\u017cjoni.", "Barra minn hekk, klabb ie\u0127or jikkwalifika awtomatikament g\u0127at-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni g\u0127all-Europa League bir-reb\u0127 tal-U*BET FA Trophy.", "Il-lista segwenti ta' tnax-il tim huma dawk li se jikkompetu fl-ista\u0121un 2013\u201314.", "\u2020 M'g\u0127adux je\u017cisti"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14622", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14622", "title": "Sch\u00f6nhausen", "text": ["Sch\u00f6nhausen", "Sch\u00f6nhausen hija muni\u010bipalit\u00e0 fid-distrett ta' Stendal f'Sassonja-Anhalt fil-\u0120ermanja, 70 km fit-Tramuntana tal-kapital Magdeburg.", "Din isservi b\u0127ala s-si\u0121\u0121u tal-\"Verbandsgemeinde\" (\"muni\u010bipalit\u00e0 kollettiva\") Elbe-Havel-Land.", "Il-fundazzjoni ta' Sch\u00f6nhausen tmur lura g\u0127all-bidu tas-seklu 13 mill-Isqof ta' Havelberg.", "Wara r-Riforma, Sch\u00f6nhausen waqg\u0127et ta\u0127t it-tmexxija tal-Elettorat ta' Brandenburg.", "Fl-1562, ing\u0127atat f'idejn il-familja Bismarck.", "Din il-belt hi l-aktar famu\u017ca min\u0127abba li fiha twieled l-ewwel Kan\u010billier \u0120ermani\u017c Otto von Bismarck fl-1 ta' April 1815.", "Il-popolazzjoni ta' din il-belt hi stmata li til\u0127aq l-2,365 ru\u0127."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14625", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14625", "title": "Herbert von Bismarck", "text": ["Herbert von Bismarck", "Nikolaus Heinrich Ferdinand Herbert von Bismarck (Berlin, 28 ta' Di\u010bembru 1849 \u2013 Friedrichsruh, 18 ta' Settembru 1904) kien politiku \u0120ermani\u017c.", "Imweield f'Berlin, hu kien l-a\u0127\u0127ar tifel tal-Kan\u010billier Otto von Bismarck u l-mara tieg\u0127u Johanna, n\u00e9e von Puttkamer.", "Hu kellu o\u0127tu ikbar minnu, Marie (t. 1847), u \u0127uh i\u017cg\u0127ar minnu, Guljelmu (t. 1852).", "Hu \u0121\u0121ieled fil-Gwerra Franko-Prussjana, fejn sofra minn \u0121er\u0127a f'saqajh ix-xellugija wara li ntlaqat minn balla f'attakk fil-Battalja ta' Mars-la-Tour.", "Hu ng\u0127aqad mas-servizz diplomatiku fl-1874 skont ix-xewqa ta' missieru.", "Hu xtaq li ji\u017c\u017cewwe\u0121 lill-Prin\u010bipessa Elisabeth von Carolath-Beuthen fl-1881, imma missieru ma \u0127alliehx jag\u0127mel dan il-pass, l-ewwel min\u0127abba li kienet Kattolika divorzjata u t-tieni min\u0127abba li kienet g\u0127axar snin ikbar minn Herbert.", "Il-Kan\u010billier sforza lit-tifel bil-biki, b'rikatti u b'theddid biex ma jirtux u dan g\u0127amlu billi kkonvin\u010ba lill-Kaiser Guljelmu I ibiddel l-istatuti fuq il-primo\u0121enitura.", "Din l-esperjenza kissret lil Herbert fejn beda jirrikorri lejn ix-xorb.", "Fil-21 ta' \u0120unju, 1892, \u0121ewwa Vjenna hu \u017c\u017cewwe\u0121 lill-Kontessa Marguerite Hoyos, neputija ta' Robert Whitehead, l-inventur tat-torpidow.", "Flimkien kellhom \u0127amest itfal.", "Hu da\u0127al fis-servizz \u010bivili fl-1874 u waqt li misieru kien Kan\u010billier hu \u0121ie promoss lejn il-po\u017cizzjoni ta' Sottosegretarju fl-Uffi\u010b\u010bju tal-Affarijiet Barranin.", "Fl-1886 \u0121ie ma\u0127tur Segretarju tal-Istat g\u0127all-Affarijiet Barranin.", "Fl-1890, wara r-ri\u017cenja ta' missieru, Herbert ukoll irri\u017cenzja minn Segretarju tal-Istat.", "Hu miet fi Friedrichsruh."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14641", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14641", "title": "Statistika tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010", "text": ["Statistika tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010", "Fit-tabella segwenti:", "It-tipa \u0127oxna tindika li l-pajji\u017c g\u0127andu l-og\u0127la"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14643", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14643", "title": "Javier Hern\u00e1ndez Balc\u00e1zar", "text": ["Javier Hern\u00e1ndez Balc\u00e1zar", "Javier \"Chicharito\" Hern\u00e1ndez Balc\u00e1zar (Guadalajara, 1 ta' \u0120unju 1988) huwa plejer tal-futbol Messikan li jilg\u0127ab ma' West Ham United u mat-tim nazzjonali Messikan b\u0127ala attakkant.", "Hu hu t-tifel ta' Javier Hern\u00e1ndez Guti\u00e9rrez u n-neputi ta' Tom\u00e1s Balc\u00e1zar, li kienu lkoll eks-plejers internazzjonali Messikani.", "Hern\u00e1ndez iddebutta mal-klabb ta' Guadalajara fir-reb\u0127a ta' 4\u20130 fuq Necaxa fl-Apertura 2006 fejn kien da\u0127al b\u0127ala sostitut g\u0127al Omar Bravo fit-82 minuta u kien skorja l-a\u0127\u0127ar gowl tal-konfront.", "Matul dak l-ista\u0121un, fejn fiha lag\u0127ab erba' log\u0127biet, dan kien l-uniku gowl tieg\u0127u.", "Fl-Apertura 2009, Hern\u00e1ndez irnexxielu jispi\u010b\u010ba t-tielet l-aqwa skorer bi \u0127dax-il gowl minn sbatax-il partita.", "G\u0127al dan l-ista\u0121un 2009\u201310 skorja g\u0127axar gowls fi \u0127dax-il log\u0127ba.", "Fit-8 ta' April 2010, \u0121ie uffi\u010bjalizzat it-trasferiment ta' Hern\u00e1ndez mal-klabb Ingli\u017c ta' Manchester United su\u0121\u0121ett g\u0127all-permess tax-xog\u0127ol.", "Fis-27 ta' Mejju 2010, hu ng\u0127ata l-permess tax-xog\u0127ol u t-trasferiment sar uffi\u010bjali fl-1 ta' Lulju.", "B\u0127ala parti mill-qbil it-tim tal-United lag\u0127ab log\u0127ba ta' \u0127biberija ma' Chivas fil-grawnd il-\u0121did nhar it-30 ta' Lulju 2010.", "Fl-ewwel log\u0127ba kompetittiva tieg\u0127u kontra Chelsea mill-Community Shield, hu skorja t-tieni gowl tal-log\u0127ba fir-reb\u0127a ta' 3\u20131.", "Id-debutt fil-Premier League wasal fl-ewwel \u0121urnata tal-kampjonat fis-16 ta' Awwissu, meta \u0127a post Wayne Rooney.", "Fid-29 ta' Settembru, sab g\u0127all-ewwel ix-xibka g\u0127all-ewwel darba meta skorja l-uniku gowl fir-reb\u0127a ta' 1\u20130 kontra Valencia fil-UEFA Champions League.", "Hu skorja l-ewwel gowl fil-kampjonat fil-pari ta' 2\u20132 kontra West Bromwich Albion fis-16 ta' Ottubru.", "Tmint ijiem wara skorja l-ewwel doppjetta tieg\u0127u hekk kif United \u0127ar\u0121u rebbie\u0127a 2\u20131 barra minn darhom kontra Stoke City.", "Matul l-ista\u0121un il-vena tal-gowls kompliet fejn skorja f'kull kompetizzjoni li fiha \u0127adu sehem, fosthom l-ewwel gowl wara biss 36 sekonda fir-reb\u0127a ta' 2\u20131 tat-8 ta' Mejju kontra Chelsea, li po\u0121\u0121iet lil United punt wie\u0127ed biss 'il bog\u0127od mir-reb\u0127 tat-titlu.", "Dan il-gowl g\u0127amlu l-ewwel plejer li skorja g\u0127oxrin gowl g\u0127all-klabb fl-ewwel sta\u0121un tieg\u0127u mill-ista\u0121un 2001\u201302 meta Ruud van Nistelrooy kien la\u0127aq l-istess tragward.", "Hern\u00e1ndez temm l-ista\u0121un b'20 gowl u bir-reb\u0127 tal-unur tal-Plejer tas-Sena Sir Matt Busby ivvutat mill-partitarji.", "L-ewwel log\u0127ba tieg\u0127u mat-tim nazzjonali Messikan waslet fit-30 ta' Settembru 2009 kontra l-Kolombja.", "L-ewwel gowls tieg\u0127u waslu fl-24 ta' Frar 2010 meta skorja doppjetta fir-reb\u0127a ta' 5\u20130 fuq il-Bolivja.", "G\u0127at-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2010, Hern\u00e1ndez \u0121ie inklu\u017c fost il-lista tat-23 plejer.", "F'din il-kompetizzjoni lag\u0127ab l-ewwel log\u0127ba tieg\u0127u meta da\u0127al b\u0127ala sostitut fit-73 minuta kontra l-Afrika t'Isfel.", "Fit-tieni partita tal-grupp kontra Franza, skorja l-ewwel gowl g\u0127all-Messiku fir-reb\u0127a ta' 2\u20130.", "G\u0127al din il-partita \u0121ie mag\u0127\u017cul b\u0127ala l-plejer tal-partita.", "Fis-27 ta' \u0120unju 2010, hu ng\u0127ata g\u0127all-ewwel darba post mal-ewwel \u0127dax fil-partita mill-a\u0127\u0127ar sittax kontra l-Ar\u0121entina fejn skorja l-gowl tal-bandiera, fit-telfa ta' 3\u20131 li fissret l-eliminazzjoni.", "Nhar il-5 ta' \u0120unju 2011, skorja l-ewwel tripletta tal-karriera tieg\u0127u fir-reb\u0127a ta' 5\u20130 fuq El Salvador, l-ewwel log\u0127ba mill-CONCACAF Gold Cup 2011.", "Erbat ijiem wara skorja darbtejn o\u0127ra kontra l-Kuba, u nhar it-18 ta' \u0120unju 2011, Hern\u00e1ndez skorja l-gowl tar-reb\u0127a kontra l-Gwatemala biex tefa' lill-Messiku sas-semifinali.", "Fil-log\u0127ba kontra l-\u0126onduras tat-22 ta' \u0120unju, hu g\u0127en lill-Messiku ja\u010b\u010bessaw il-finali meta skorja t-tieni gowl fil-\u0127in barrani fir-reb\u0127a ta' 2\u20130.", "Hern\u00e1ndez temm il-Gold Cup b\u0127ala l-aqwa skorer b'seba' gowls u \u0121ie mag\u0127\u017cul b\u0127ala l-aqwa plejer tat-tornew, flimkien mar-reb\u0127a fil-finali kontra l-Istati Uniti.", "\"Statistika korretta sal-10 ta' Marzu 2013\""], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14648", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14648", "title": "Chris Smalling", "text": ["Chris Smalling", "Christopher Lloyd \"Chris\" Smalling (Greenwich, 22 ta' Novembru 1989) huwa plejer tal-futbol Ingli\u017c li jilg\u0127ab mal-klabb ta' Manchester United u mat-tim nazzjonali Ingli\u017c b\u0127ala difensur.", "Meta kellu sbatax-il sena, Smalling iddebutta mat-tim re\u0121jonali ta' Maidstone United kontra Canvey Island.", "Matul l-ewwel sena mat-tim tal-kbar hu lag\u0127ab tnax-il konfront fejn skorja gowl wie\u0127ed, e\u017cattament fl-a\u0127\u0127ar log\u0127ba tieg\u0127u mal-klabb.", "F'\u0120unju tal-2008 Smalling iffirma kuntratt mal-klabb mill-Premier League Fulham.", "Fl-24 ta' Mejju 2009, Smalling iddebutta ma' Fulham meta da\u0127al b\u0127ala sostitut g\u0127al Aaron Hughes fis-77 minuta fl-a\u0127\u0127ar partita tal-ista\u0121un 2008\u201309 kontra Everton.", "L-ewwel partita tieg\u0127u mal-ewwel \u0127dax waslet fis-17 ta' Settembru 2009, fil-partita valida g\u0127all-UEFA Europa League kontra CSKA Sofia, bil-partita tintemm 1\u20131.", "Fil-kampjonat, l-ewwel log\u0127ba tieg\u0127u mill-ewwel minuta kienet dik kontra Chelsea fit-28 ta' Di\u010bembru 2009, fejn kien involut f'episodju de\u010bisiv meta skorja awtogowl li ta li\u010b-Chelsea reb\u0127a ta' 2\u20131.", "Fis-26 ta' Jannar 2010, Manchester United \u0127abbru li kienu xtraw lil Smalling, bil-plejer jibqa' ma' Fulham sa tmiem l-ista\u0121un 2009\u201310 qabel ma jing\u0127aqad mal-klabb il-\u0121did fl-ista\u0121un segwenti.", "Dan it-trasferiment kien uffi\u010bjalizzat fl-1 ta' Lulju 2010.", "Id-debutt tieg\u0127u fil-kampjonat wasal fir-reb\u0127a ta' 3\u20130 kontra West Ham United tat-28 ta' Awwissu, meta da\u0127al b\u0127ala sostitut g\u0127al Jonny Evans.", "Nhar il-11 ta' Awwissu 2009, Smalling iddebutta mat-tim nazzjonali Ingli\u017c ta' ta\u0127t il-21 sena b\u0127ala sostitut fil-konfront kontra l-Olanda li ntemm 0\u20130.", "Smalling \u0121ie mag\u0127\u017cul fl-iskwadra g\u0127all-Kampjonati Ewropej ta' ta\u0127t il-21 sena 2011.", "Fit-13 ta' Novembru 2010, Smalling \u0121ie imsejja\u0127 g\u0127all-ewwel darba mat-tim nazzjonali tal-kbar g\u0127al-log\u0127ba ta' \u0127biberija kontra Franza tas-17 ta' Novembru; madanakollu, ma \u0121ie u\u017cat matul it-telfa ta' 2\u20131.", "Id-debutt tieg\u0127u wasal fit-2 ta' Settembru 2011 meta lag\u0127ab b\u0127ala difensur lemini fil-konfront kontra l-Bulgarija, validu g\u0127all-kwalifikazzjoni g\u0127all-Kampjonati Ewropej 2012.", "\"Statistika korretta sat-18 ta' Settembru 2011\"", "Manchester United"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14650", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14650", "title": "Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2014", "text": ["Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2014", "It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2014 se tkun l-g\u0127oxrin edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, avveniment dinji tal-futbol li jsir kull erba' snin.", "Huwa skedat li din il-kompetizzjoni ssir bejn it-12 ta' \u0120unju u t-13 ta' Lulju 2014 fil-Bra\u017cil.", "Din se tkun it-tieni darba li dan il-pajji\u017c se jkun qed jospita din il-kompetizzjoni, bl-ewwel darba tkun fl-1950.", "Il-Bra\u017cil \u0121ie mag\u0127\u017cul mill-FIFA b\u0127ala l-pajji\u017c ospitu fl-2007, b'dan il-kampjonat isir g\u0127all-ewwel darba fl-Amerika t'Isfel mill-edizzjoni tal-1978 fl-Ar\u0121entina, u l-\u0127ames darba f'dan il-kontinent.", "Total ta' 31 pajji\u017c g\u0127addew mill-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni li bdiet f'\u0120unju tal-2011 biex flimkien mal-Bra\u017cil se jing\u0127aqdu g\u0127all-fa\u017ci finali.", "Il-kampjonat se jinkludi 64 log\u0127ba li se jintlag\u0127bu fi tnax-il belt fi grawnds u\u0127ud \u0121odda o\u0127rajn \u017cviluppati mill-\u0121did.", "F'Marzu tal-2003, il-FIFA \u0127abbret li l-kampjonat se jsir f'pajji\u017c Sud-Amerikan g\u0127all-ewwel darba mill-1978, b\u0127ala parti mill-politika l-\u0121dida ta' rotazzjoni fejn it-Tazza tad-Dinja ssir f'diversi konfederazzjonijiet.", "Id-de\u010bi\u017cjoni fissret li din se tkun l-ewwel darba li \u017cew\u0121 edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja saru barra mill-Ewropa.", "Il-Bra\u017cil u l-Kolombja biss uffi\u010bjalment tefg\u0127u l-kandidatura tag\u0127hom, per\u00f2 wara li dan tal-a\u0127\u0127ar irtira mill-pro\u010bess, il-Bra\u017cil \u0121ie uffi\u010bjalment elett b\u0127ala l-pajji\u017c ospitu fit-30 ta' Ottubru 2007.", "Tnax-il grawnds (sebg\u0127a \u0121odda u \u0127amsa rinnovati) fi tnax-il belt \u0121ew mag\u0127\u017cula g\u0127al dan il-kampjonat.", "B'differenza tal-edizzjoni tal-1950, meta l-kon\u010bentrazzjoni tal-log\u0127ob kienet fin-Nofsinhar u x-Xlokk, fl-2014 il-bliet li se jilqg\u0127u l-log\u0127ob fihom, ilkoll ibliet tal-istati federali, se jkopru r-re\u0121junijiet prin\u010bipali tal-Bra\u017cil.", "F'laqg\u0127a \u0121enerali li saret f'\u017burigu, l-I\u017cvizzera, bejn it-2 u t-3 ta' Marzu 2011, il-Kumitat E\u017cekuttiv tal-FIFA idde\u010bieda l-allokazzjoni tal-postijiet fil-fa\u017ci finali tal-kompetizzjoni g\u0127al kull konfederazzjoni.", "It-tlug\u0127 tal-poloz saru fit-30 ta' Lulju 2011 \u0121ewwa Rio de Janeiro.", "Id-distribuzzjoni g\u0127al kull konfederazzjoni g\u0127at-Tazza tad-Dinja 2014 huma:", "Il-UEFA u l-CAF g\u0127andhom numru garantit ta' postijiet, filwaqt li n-numru ta' pajji\u017ci li jikkwalifikaw mill-konfederazzjonijiet l-o\u0127ra jiddependi mill-\"play-offs\" bejn it-tim klassifikat il-\u0127ames fl-AFC u t-tim klassifikat il-\u0127ames fil-CONMEBOL, u bejn it-tim klassifikat ir-raba' tal-CONCACAF u t-tim klassifikat l-ewwel mill-OFC.", "Total ta' 32 pajji\u017c se jikkompetu fil-fa\u017ci finali.", "Il-Bra\u017cil ikkwalifikaw awtomatikament b\u0127ala l-ospiti, filwaqt li l-Bo\u017cnija u \u0126erzegovina se jipparte\u010bipaw g\u0127all-ewwel darba.", "L-ewwel rawnd, jew il-fa\u017ci tal-gruppi, hija kompetizzjoni bejn tnejn u tletin tim maqsumin fi tmien gruppi.", "L-aqwa \u017cew\u0121 timijiet minn kull grupp jikkwalifikaw g\u0127all-fa\u017ci su\u010b\u010bessiva ta' eliminazzjoni diretta.", "Sabiex ji\u0121u klassifikati t-timijiet f'kull grupp se ji\u0121u w\u017cati dawn il-kriterji: Fil-fa\u017ci tal-eliminazzjoni diretta jkun hemm erba' rawnds fejn kull tellief ji\u0121i eliminat.", "Dawn ir-rawnds huma r-rawnd tal-a\u0127\u0127ar 16, il-kwarti tal-finali, is-semifinali, u l-finali (u log\u0127ba g\u0127at-tielet post).", "Jekk log\u0127ba f'din il-fa\u017ci tispi\u010b\u010ba fi dro wara il-\u0127in normali, \u017cew\u0121 perjodi ta' \u0127in barrani (15-il minuta 'l wie\u0127ed) isegwu sabiex jo\u0127ro\u0121 ir-rebbie\u0127.", "Jekk it-timijiet jibqg\u0127u indaqs, isiru l-g\u0127oti tal-penalties.", "\"Il-\u0127inijiet kollha huma \u0127in lokali Bra\u017ciljan, UTC\u22123.\"", "Qabel i\u010b-\u010berimonja tal-ftu\u0127 tat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013 fl-Est\u00e1dio Man\u00e9 Garrincha, barra l-grawnd saru dimostrazzjonijiet organizzati min-nies li ma kienux kuntenti bl-ammont ta' fondi pubbli\u010bi li \u0121ew minfuqa g\u0127at-Tazza tad-Dinja.", "Kemm il-President Bra\u017ciljana Dilma Rousseff kif ukoll il-President tal-FIFA Sepp Blatter \u0121ew ibbuwjati bil-kbir hekk kif t\u0127abbru li kienu se jag\u0127mlu d-diskors tag\u0127hom g\u0127all-ftu\u0127 tal-kompetizzjoni, li wassal sabiex il-FIFA tidde\u010biedi li fi\u010b-\u010berimonja tal-ftu\u0127 tat-Tazza tad-Dinja 2014 ma jsiru l-ebda diskorsi.", "Id-dimostrazzjonijiet kienu parti minn numru ta' rvellijiet li saru f'diversi bliet Bra\u017ciljani li g\u0127all-bidu \u0121ew provokati mi\u017c-\u017cieda fin-nollijiet g\u0127at-trasport pubbliku, u komplew jikbru sabiex jesprimu d-di\u017cappunt qawwi fuq l-amministrazzjoni tal-finanzi tal-pajji\u017c.", "Protesti o\u0127rajn saru quddiem partiti o\u0127ra matul it-Tazza tal-Konfederazzjonijiet.", "Blatter qal li d-dimostranti \"m'g\u0127andhomx ju\u017caw il-futbol sabiex issemmg\u0127u t-talbiet tag\u0127hom\", u li l-ispi\u017ca pubblika g\u0127al dan il-kampjonat huma g\u0127al \"affarijiet li huma g\u0127all-futur, u mhux biss g\u0127at-Tazza tad-Dinja\".", "Il-President Rousseff irrispondiet b'indirizz pubbliku fejn stqarriet: \"il-flus li ntefqu g\u0127all-bini tal-grawnds huma forma ta' finanzjament li se ji\u0121i m\u0127allas lura mill-kumpaniji u l-gvernijiet li qeg\u0127din ju\u017caw dawn il-grawnds\"."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14743", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14743", "title": "St. Michael School", "text": ["St. Michael School", "L-iskola St. Michael hija skola sekondarja mmexxija mis-So\u010bjet\u00e0 tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. u tinsab fi Triq il-Kanun, Santa Venera.", "Twaqqfet fl-1946 minn Toni Agius, mag\u0127ruf b\u0127ala s-Sur Agius, li dak i\u017c-\u017cmien kien ja\u0127dem b\u0127ala \"fitter\" fit-Tarzna.", "Illum din l-iskola tilqa' fiha 375 student subien \u0121ejjin minn diversi lokalitajiet f'Malta.", "L-Iskola g\u0127andha tliet klassijiet f'kull Form, b'kollox 15-il klassi.", "Is-So\u010bjet\u00e0 tal-MUSEUM g\u0127al \u0127afna snin g\u0127enet lil \u0127afna tfal f'dik li hi skola.", "Dun \u0120or\u0121 Preca \"dejjem xtaq li s-so\u010bji jkunu jg\u0127allmu fl-iskejjel.\"", "I\u017cda sal-1946 qatt ma kellha skola tag\u0127ha.", "Wie\u0127ed jista' jg\u0127id li ftit wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-edukazzjoni f'Malta ma kinetx mil\u0127uqa minn dawk kollha li xtaqu jistudjaw.", "L-edukazzjoni sekondarja f'Malta ma kinetx obbligatorja b\u0127alma hi llum u dak i\u017c-\u017cmien kien hemm biss Li\u010beo wie\u0127ed u xi ftit skejjel sekondarji tal-Knisja.", "L-iskop ta' dawn l-iskejjel kien li jipprepara lill-istudenti g\u0127all-e\u017cami tal-GCE ta' Londra jew ta' Oxford.", "F'dak i\u017c-\u017cmien kien hemm skola teknika fil-Kottonera mmexxija mill-Freres ta' De La Salle u kienet probabbilment din l-iskola li imbuttat lis-so\u010bju Toni Agius li jibda l-Iskola St. Michael, bl-iskop li jipprepara tfal subien g\u0127all-e\u017cami tal-apprentistat tat-Tarzna.", "Fl-1946, Toni Agius li dak i\u017c-\u017cmien kien ja\u0127dem b\u0127ala fitter fit-Tarzna mar ikellem lil Dun \u0120or\u0121 fuq it-tara\u0121 tal-Knisja ta' San Gejtanu u qallu:", "Dun \u0120or\u0121 fera\u0127 \u0127afna u talbu jin\u017cel g\u0127arkupptejh \u0127a jbierku.", "Nhar l-4 ta' Novembru 1946, l-ewwel Surmast tal-Iskola Toni Agius, mg\u0127ejjun l-iktar mill-Assistent Superjur \u0120enerali Karmenu Callus, laqa' l-ewwel studenti fl-iskola St Michael li fil-bidu kienet f'dar jisimha Villa Violette, il-Marsa.", "I\u017cda erba' snin wara, fl-1951 is-So\u010bjet\u00e0 akkwistat bi\u010b\u010ba art kbira fl-in\u0127awi ta' Fleur-de-Lys.", "Je\u017cisti filmat black and white li juri lil Dun \u0120or\u0121 ibierek l-art fejn kellha tinbena l-iskola.", "Il-Perit \u0120u\u017c\u00e8 D'Amato \u0127ejja l-pjanti tal-bini u l-e\u017cekuzzjoni tal-pro\u0121ett t\u0127alliet f'idejn \u0120u\u017ci Sultana.", "Nhar id-19 ta' Mejju 1951, Dun \u0120or\u0121 imdawwar mis-so\u010bji, g\u0127alliema u tfal, bierek l-ewwel \u0121ebla tal-iskola u talab b'dal-kliem:", "Ta' din l-okka\u017cjoni je\u017cisti filmat super 8 mm film ta' Dun \u0120or\u0121, l-uniku wie\u0127ed bil-kulur.", "Dan il-filmat intwera diversi drabi fuq TVM.", "Xahrejn u nofs wara, nhar il-5 t'Awissu saret funzjoni iktar solenni.", "It-tberik sar mill-Ar\u010bisqof Gonzi u kien hemm pre\u017centi l-Priministru \u0120or\u0121 Borg Olivier.", "Dun \u0120or\u0121 baqa' jinteressa ru\u0127u fil-bini tal-iskola u kien imur sikwit.", "Kien jg\u0127id li kienet \"l-g\u0127axqa ta' qalbu\".", "Fl-a\u0127\u0127ar snin ta' \u0127ajtu rari kien iqaddes barra minn daru imma fl-Iskola St Michael kien ja\u010b\u010betta li jqaddes fiha bil-qalb.", "Fl-1977, is-So\u010bjet\u00e0 tal-MUSEUM \u0127atret Bord tad-Diretturi biex jg\u0127in lis-Sur Agius fit-tmexxija tal-Iskola.", "U kien fil-bidu tas-snin 80 li s-So\u010bjet\u00e0 tad-Duttrina Nisranija \u0127asbet li tinvesti \u0127afna fl-iskola.", "Il-bini g\u0127adda minn \u017cvilupp strutturali estensiv; inbnew i\u017cjed klassijiet flimkien mal-bini tat-tieni sular u gym, u sala fuq in-na\u0127a tan-Nofsinhar tal-iskola.", "Inbnew ukoll laboratorji tax-xjenza u tal-kompjuter u ng\u0127atat importanza \u0121dida lill-arti kreattiva u 'l-isports.", "Nhar id-29 ta' Marzu 1989 is-Sur Agius, fundatur tal-Iskola, miet fl-Isptar San Luqa.", "Jumejn wara sar il-funeral tieg\u0127u fl-Awditorjum tad-Dar \u0120enerali tal-MUSEUM fil-Blata l-Bajda.", "It-tieni surmast tal-iskola kien is-Sur Raymond D'Amato mi\u017c-\u017burrieq, li g\u0127adu jservi f'dil-kariga sal-lum.", "Sal-1995 l-istudenti kienu jid\u0127lu fl-Iskola b'e\u017cami apposta.", "Mis-sena skolastika 1996/97 l-istudenti bdew jid\u0127lu bl-e\u017cami tal-Common Entrance sakemm dan spi\u010b\u010ba fis-sena 2011.", "Illum il-\u0121urnata ix-xog\u0127ol fuq l-ewwel fa\u017ci tal-bini tat-tielet sular g\u0127adu kif tlesta, biex jilqa' fih fa\u010bilitajiet \u0121odda li jmorru ma' dak li jitlob il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali.", "Sal-2005 l-impjegati tal-Iskola riedu jkunu kollha so\u010bji r\u0121iel tal-MUSEUM.", "Illum dan jg\u0127odd biss g\u0127at-Tim Amministrattiv, g\u0127alkemm fl-2010 minn tletin g\u0127alliem nofshom huma so\u010bji tal-MUSEUM.", "L-Iskola timpjega wkoll mag\u0127ha 15-il LSA (Learning Support Assistants).", "\u0126ames so\u010bji li kienu g\u0127alliema f'St. Michael illum huma missjunarji tas-So\u010bjet\u00e0 tal-MUSEUM f'pajji\u017ci o\u0127ra, fl-Albanija, fil-Peru, fil-Kenja, u fil-Polonja.", "Dun \u0120or\u0121 Preca kien devot kbir tal-Arkan\u0121lu San Mikiel.", "Huwa g\u0127a\u017clu b\u0127ala d-Difensur tas-So\u010bjet\u00e0 tal-MUSEUM.", "Fil-bidu ta' kull laqg\u0127a tag\u0127hom, is-so\u010bji jag\u0127tuh qima b'talba msej\u0127a s-\"Salve Sancte Michael\", li qabel kienet titkanta bil-Latin: \"Sliem g\u0127alik O Qawwi San Mikiel, Int t\u0127arisna f'kull ti\u0121rib.", "Lill-an\u0121li t'Alla kull \u0121ie\u0127 u glorja g\u0127ax lilu jaqdu u jag\u0127tu qima, kull \u0121ie\u0127 u glorja.\"", "Kuljum fl-Iskola St Michael, wara l-brejk ta' nofsinhar l-istudenti jitolbu t-talba lil San Mikiel.", "Din it-talba kienet inkitbet u xterdet mill-Papa Ljun XIII fl-1886 immedjatament wara vi\u017cjoni terribli li jing\u0127ad li kellu hekk kif spi\u010b\u010ba l-quddiesa.", "Fl-1930, il-Papa Piju XI kien ordna li t-talba lil San Mikiel ting\u0127ad b'intenzjoni spe\u010bjali, g\u0127all-konver\u017cjoni tar-Russja.", "It-talba kienet ting\u0127ad fl-a\u0127\u0127ar ta' kull quddiesa.", "Fir-riforma tal-Liturgija ta' wara l-Kon\u010bilju Vatikan II, matul il-Pontifikat ta' Pawlu VI, ir-re\u010bitazzjoni tat-talba ta' Papa Ljun tne\u0127\u0127iet mill-quddiesa.", "Dun \u0120or\u0121 Preca kien talab lill-poeta mag\u0127ruf Dun Karm biex jiktiblu innu g\u0127all-iskola u kien qallu l-prin\u010bipji li fuqhom hija mibnija l-iskola.", "Dun Karm kiteb \"Innu tal-Iskola San Mikiel\".", "Il-mu\u017cika \u0121iet komposta minm Mro.", "Joseph Abela Scolaro.", "A\u0127na tfal u ng\u0127addu \u017cmienna", "Bejn l-iskola u bejn id-dar", "\u0126ajja \u0127elwa, \u0127ajja sbej\u0127a", "Minn dil-\u0127ajja mhemmx a\u0127jar.", "Rit:", "Ma ddejjaqna l-ebda \u0127idma", "Ma jbe\u017c\u017cag\u0127na l-ebda xkiel", "Ta\u0127t il-\u0127arsa ta' Marija", "Ta\u0127t is-sejf ta' San Mikiel.", "\u0120o l-iskola min jg\u0127allimna", "Sa fil-kelma jrid il-qies", "U tad-dar dawk li j\u0127obbuna", "Ta' drawwietna jqieg\u0127du s-sies.", "Rit.", "G\u0127alhekk a\u0127na tfal qalbiena", "Nafu n\u017cewqu dan i\u017c-\u017cmien", "Waqt ix-xog\u0127ol \u0121abra dehnija", "Waqt is-ser\u0127 fer\u0127 kullimkien.", "Rit.", "L-Emblema tal-Iskola g\u0127andha sfond gri\u017c b\u0127all-uniformi tal-istudenti.", "G\u0127andha l-ittra \"M\" kbira u \u0127amra, g\u0127al \"Michael\", imda\u0127\u0127la fi trijangolu isfar.", "www.stmichaelschool.edu.mt"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14744", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14744", "title": "Ew\u0121enju Borg", "text": ["Ew\u0121enju Borg", "Ew\u0121enju Borg (Isla, 24 ta' Lulju 1886 \u2013 G'Mangia,12 ta' Marzu 1967) kien l-ewwel Superjur \u0120enerali tas-So\u010bjet\u00e0 tal-MUSEUM, u l-ewwel wie\u0127ed li feta\u0127 l-ewwel dar tal-Museum barra mill-\u0126amrun.", "Kien ukoll l-ewwel wie\u0127ed fis-So\u010bjet\u00e0 tal-Museum li ta bidu g\u0127all-konferenzi reli\u0121ju\u017ci lil dawk li mhumiex membri fis-So\u010bjet\u00e0.", "Ta' \u0127ames snin, il-familja tieg\u0127u marret toqg\u0127od il-\u0126amrun.", "F'\u017cg\u0127o\u017citu Ew\u0121enju kien i\u0127obb \u0127afna l-futbol u l-\u0127bieb.", "Kien il-kap ta' s\u0127abu li kienu jiltaqg\u0127u f'g\u0127alqa fejn il-knisja ta' San Gejtanu, jilg\u0127abu, ji\u010b\u010bajtaw u jpejpu qishom \u010bumnija.", "Wara e\u017cami li g\u0127adda minnu mat-tieni darba, da\u0127al it-Tarzna b\u0127ala mudellatur, seng\u0127a li baqa' j\u017commha sakemm irtira, 40 sena wara.", "Meta kellu xi dsatax-il sena iltaqa' g\u0127all-ewwel darba ma' \u0120or\u0121 Preca, li dik il-\u0127abta kien g\u0127adu qed jistudja g\u0127al qassis.", "Ew\u0121enju kien qieg\u0127ed ma' s\u0127abu \u0121o g\u0127alqa fejn kienu jiltaqg\u0127u biex jilag\u0127bu xi log\u0127ba futboll.", "\u0120or\u0121 waqaf jitkellem mag\u0127hom u talabhom sigarett.", "Il-Kjeriku \u0120or\u0121 po\u0121\u0121a bilqieg\u0127da \u0127dejhom fuq \u0121ebla u qag\u0127ad ikellimhom fuq it-tbatija ta' \u0120es\u00f9 Kristu.", "L-g\u0127ada re\u0121a' mar ikellimhom u g\u0127allimhom fuq Alla u baqa' jag\u0127mel dan g\u0127al \u0127afna \u0121ranet.", "Per\u00f2, kif jg\u0127id l-istess Ew\u0121enju: 'Darba kif konna hemm, dar fuqi u qalli: Nhar il-\u0126add, int u jien immorru passi\u0121\u0121ata flimkien, \u0121ib bi\u010b\u010ba \u0127ob\u017c... u xi \u0127a\u0121a x'tixrob.", "U hekk g\u0127amilt; niftakar kont \u0127adt mieg\u0127i il-Bibbja bl-Ingli\u017c billi ma kienx g\u0127ad hawn bil-Malti.", "Morna l-istazzjon... d\u0127alna \u0121o g\u0127alqa, u bilqieg\u0127da fuq blata ta\u0127t si\u0121ra kont naqra mill-Bibbja u Dun \u0120or\u0121 joqg\u0127od ifissirli.", "U din mhux darba g\u0127amilnieha.", "Konna ndumu sieg\u0127a u nofs, sag\u0127tejn, u \u0121ieli anki aktar, u mbag\u0127ad konna mmorru lura d-dar, u jiena kont ner\u0121a' mmur insib lil s\u0127abi.", "Inqas minn sentejn wara l-ewwel laqg\u0127a ta' Ew\u0121enju Borg mal-Kjeriku \u0120or\u0121 Preca, \u0120or\u0121 sar qassis.", "\"\u0120e\u0121\u00e8\", kif kien i\u0127obb isejja\u0127lu l-istess Dun \u0120or\u0121, be\u017ca' li kien se jitlef lil dan il-\u0127abib kbir g\u0127ax fil-fehma tieg\u0127u, billi issa kien sar qassis, Dun \u0120or\u0121 ma kienx sejjer ipo\u0121\u0121i fuq \u0121ebla qalb l-g\u0127elieqi.", "I\u017cda Dun \u0120or\u0121, li x-xewqa kbira tieg\u0127u kienet li jixba\u0127 lil \u0120es\u00f9, baqa' jiltaqa' mag\u0127hom.", "Mhux talli hekk, talli fis-7 ta' Marzu 1907, \u0120e\u0121\u00e8\u201a u s\u0127abu krew dar b'\u017cew\u0121t ikmamar fejn bdew jiltaqg\u0127u fiha kuljum wara x-xog\u0127ol u l-\u0126add filg\u0127odu u wara nofsinhar.", "Meta Dun \u0120or\u0121 talab mi\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li ma jridx i\u017cjed tipjip, ma kinitx fa\u010bli u b'mod spe\u010bjali g\u0127al Ew\u0121enju li \u0121ieli pejjep mitt sigarett f'\u0121urnata.", "I\u017cda Ew\u0121enju\u201a li kien jobdi lil Dun \u0120or\u0121 b'g\u0127ajnejh mag\u0127luqa, mal-kliem ta' Dun \u0120or\u0121, qabad il-pakkett tas-sigarett u ramieh dak il-\u0127in stess.", "It-Tarzna, Ew\u0121enju kien irrispettat \u0127afna u tant kien jaqdi dmiru bir-reqqa li w\u0127ud kienu jsej\u0127ulu \"il-qaddis\".", "Fil-\u0127in ta' nofsinhar, \"\u0120e\u0121\u00e8\" kien jirkeb il-lan\u010ba u jmur jiekol f'restorant, il-Belt Valletta.", "Meta kien jid\u0127ol hemmhekk, l-ir\u0121iel kienu jwissu 'l xulxin biex i\u0121ibu ru\u0127hom sew quddiemu u ma jidg\u0127ux.", "Ew\u0121enju kien i\u0127obb jitrakka f'xi \u0127anut \u017cg\u0127ir tal-barklori.", "Wara li jkellem lill-barklori u n-nies tax-xatt mimlija tpin\u0121ija ma' \u0121isimhom u mag\u0127rufin b\u0127ala \"injoranti\", kien joqg\u0127od ifissrilhom id-duttrina Nisranija u jg\u0127allimhom jitolbu r-ruzarju.", "Bniedem b\u0127al Ew\u0121enju Borg ma setax ma j\u0127allix influwenza kbira fost s\u0127abu l-\u0127addiema.", "L-ispirtu tieg\u0127u baqa' jin\u0127ass fil-\u0127anut (\"il-\u0127anut tal-appostli\") fejn kien ja\u0127dem fit-tarzna g\u0127al \u0127afna snin wara li rtira mix-xog\u0127ol.", "Il-\u0127addiema t'hemmhekk kienu jin\u0127assu mill-mod ta' kif kienu j\u0121ibu ru\u0127hom li ma kinux b\u0127all-o\u0127rajn.", "Ew\u0121enju \"kien \u0127abib ma' kul\u0127add, stmat \u0127afna mis-superjuri tieg\u0127u u bniedem li j\u0127obb is-skiet.", "Bil-\u0127idma bie\u017cla tieg\u0127u Ew\u0121enju wera kif bniedem jista' jitqaddes ukoll permezz tax-xog\u0127ol.\"", "Dun \u0120or\u0121 g\u0127a\u017cel lil Ew\u0121enju Borg b\u0127ala l-ewwel superjur \u0121enerali tas-So\u010bjet\u00e0 Mu\u017cewmina, g\u0127a\u017cla li \u0121iet konfermata b'elezzjoni mis-so\u010bi fl-1926.", "L-editt tal-Ar\u010bisqof jg\u0127id li Ew\u0121enju Borg kien l-aktar membru fidil ta' Dun \u0120or\u0121, do\u010bli u li kien josserva r-Regola.", "Kien bniedem ta' talb u devot kbir tal-Ewkaristija.", "Min\u0127abba f'hekk, hu kien mi\u017cmum b\u0127ala e\u017cempju \u0127aj ta' kif g\u0127andu jkun membru tal-MUSEUM.", "Min-na\u0127a tieg\u0127u, Dun \u0120or\u0121 kien iqisu b\u0127ala dixxiplu fidil u, fl-assenza tieg\u0127u, \u0121ieli wkoll fa\u0127\u0127ar il-qdusija tieg\u0127u.", "Fl-1931, \"\u0120e\u0121\u00e8\" sar jaf li kien dijabetiku.", "Il-mewt t'ommu u missieru, li \u0121rat sena qabel, \u0127affietlu t-triq g\u0127al din il-marda.", "Id-dijabete bdiet sa mill-bidu ddg\u0127ajjef lil Ew\u0121enju minn sa\u0127\u0127tu i\u017cda minkejja dan hu baqa' sal-a\u0127\u0127ar jaqdi dmiru lejn Alla, lejn il-MUSEUM u lejn \u0127utu l-bnedmin.", "Kien jipprova ma j\u0127allix jum jg\u0127addi li ma jmurx jg\u0127allem f'xi post jew ie\u0127or.", "Kien konvint li bniedem bla tag\u0127lim sod ma jistax i\u0127obb lil \u0120es\u00f9 u jg\u0127idlu \"iva\" b'qalbu kollha.", "Fl-1941 tah attakk gravi tal-marda u kul\u0127add \u0127aseb li se jmut i\u017cda ftit wara g\u0127addielu.", "Meta faqqg\u0127et it-Tieni Gwerra Dinjija, Ew\u0121enju u o\u0127tu evakwaw flimkien ma' familja f'dar f'\u0126al Balzan.", "Fl-1942 id-dar intlaqtet b'bomba, i\u0121\u0121arfet u qatlet lil o\u0127tu \u0120or\u0121ina.", "Ftit xhur wara mar jg\u0127ix mas-so\u010bi interni ta' \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121.", "Fl-1962 miet Dun \u0120or\u0121.", "Ew\u0121enju ddispja\u010bieh ferm u ma sta\u0127ax juri minn barra l-biki tieg\u0127u.", "Qabel ma miet huwa mar i\u017curu kemm-il darba u darba minnhom Dun \u0120or\u0121 qallu: \"\u0120e\u0121\u00e8 issa \u0127allina mill-biki\" u filwaqt li resqu lejh, bierku u qallu: \"Fik jiena nbierek is-So\u010bjet\u00e0 kollha\".", "Ew\u0121enju Borg miet \u0127ames snin wara, nhar it-12 ta' Marzu 1967, fl-et\u00e0 ta' 81 sena, f'kuritur tal-Isptar San Luqa, G'Mangia.", "L-ewwel ma ndifen kien l-Addolorata i\u017cda mbag\u0127ad il-fdalijiet tieg\u0127u ttie\u0127du fil-Kappella tal-Midalja Mirakolu\u017ca fil-Blata l-Bajda.", "Nhar it-12 ta' Marzu 1997, l-Ar\u010bisqof \u0127are\u0121 l-editt biex tinbeda l-Kaw\u017ca g\u0127all-Beatifikazzjoni ta' Ew\u0121enju Borg.", "Fis-16 ta' Marzu 2016 kien imniedi dokumentarju qasir imma ta' kwalit\u00e0 g\u0127olja, ma\u0127dum minn Roberto D'Amato, student tal-MCAST u membru tal-MUSEUM, fuq il-\u0127ajja ta' Ew\u0121enju Borg."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14747", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14747", "title": "Tumas More", "text": ["Tumas More", "Sir Thomas More (Londra, 7 ta' Frar 1478 - Londra, 6 ta' Lulju 1535) kien avukat, filosfu umanista tar-Rinaxximent, kittieb, u politiku Ingli\u017c.", "Huwa wkoll qaddis tal-Knisja Kattolika.", "Wara li studja \u0127afna r-reli\u0121jon u l-istudji klassi\u010bi, da\u0127al l-Universit\u00e0 ta' Oxford biex jistudja l-li\u0121i.", "Meta spi\u010b\u010ba l-universit\u00e0 beda karriera ta' avukat li wasslitu sal-Parlament.", "Fl-1505 i\u017c\u017cewwe\u0121 lil Jane Colt li tatu erbat itfal, u meta mietet f'et\u00e0 \u017cg\u0127ira i\u017c\u017cewwe\u0121 armla, Alice Middleton, biex tkun omm g\u0127al uliedu \u017cg\u0127ar.", "Tumas More kien bniedem g\u0127aref u ta' kultura kbira, \u0127abib ta' isqfijiet u studju\u017ci kbar.", "Fl-1516 kiteb il-ktieb famu\u017c mad-dinja kollha, \"Utopia\".", "Is-seklu sittax bil-kemm kien g\u0127adu beda meta fil-\u0120ermanja, qam il-moviment tar-riforma ta' Luteru, il-Protestanti\u017cmu.", "Hekk kellu jkun, moviment ta' riforma, riforma tal-Knisja Kattolika, imma wassal biex i\u0121\u0121ieled u nqata' minnha.", "G\u0127all-ewwel fl-Ingilterra, l-influwenza tal-protestanti ftit li xejn \u0127akmet l-im\u0127u\u0127.", "Fil-bidu tas-seklu sittax, dan il-pajji\u017c kien qieg\u0127ed igawdi \u017cmien ta' pa\u010bi u progress, \u017cmien li kien ilu \u0127afna ma jkollu b\u0127alu.", "Kien g\u0127adu kif in\u0127eles minn gwerra \u010bivili qerrieda g\u0127at-tron.", "G\u0127all-bidu tas-seklu sittax, tela' fuq it-tron Enriku Tudor li sar ir-Enriku VII.", "Ma' dan ir-re waslet il-pa\u010bi.", "Bil-pa\u010bi beda \u017cmien mill-aqwa g\u0127all-Ingilterra.", "Il-pajji\u017c beda jissa\u0127\u0127a\u0127 u jie\u0127u r-ru\u0127.", "Il-pa\u010bi minbarra qawmien ekonomiku \u0121abet ukoll qawmien intelletwali.", "Kien f'dan i\u017c-\u017cmien li l-Ingilterra tat lid-dinja t-teatru ta' Shakespeare u l-filosofija ta' Francis Bacon.", "Bla dubju ta' xejn ma' dawn wie\u0127ed mill-aqwa im\u0127u\u0127 li tat l-Ingilterra fil-bidu tas-seklu sittax kien Thomas More.", "More kien avukat mill-aqwa u min\u0127abba l-g\u0127erf tieg\u0127u kien mag\u0127ruf b\u0127ala Socrates ta' l-Ingilterra.", "Il-fama ta' More sa \u0121ibdet l-attenzjoni ta' Enriku VIII, bin Enriku VII.", "G\u0127alhekk ma damitx ma waslet l-istedina biex More jid\u0127ol fis-servizz irjali.", "Stedina tar-re dak i\u017c-\u017cmien ma kontx tista' twarrabha kif \u0121ieb u la\u0127aq.", "Thomas More a\u010b\u010betta.", "Fil-bidu tar-renju tieg\u0127u, Enriku ltaqa' ma' saram.", "Martu, Katarina ta' Aragona, l-armla ta' \u0127uh, ma setg\u0127etx tag\u0127tih iben.", "Kien importanti li r-re jkollu iben; x'jiswa li Katarina tag\u0127tu tifla?", "L-Ingilterra qatt ma kienet a\u010b\u010bettat nisa b\u0127ala su\u010b\u010bessuri g\u0127at-tron.", "X'ser isir issa mit-Tudors?", "Kien hemm il-bi\u017ca' li t-tron imur g\u0127and familja o\u0127ra.", "G\u0127alhekk hemm b\u017conn li Enriku jer\u0121a' ji\u017c\u017cewwe\u0121 biex ikollu tifel.", "Il-Kardinal Wolsey, il-kan\u010billier tar-re, l-iktar bniedem influenti fl-Ingilterra, kellu bi\u010b\u010ba xog\u0127ol iebsa li j\u0121ib il-permess ming\u0127and il-Papa biex Enriku jkun jista' jer\u0121a' ji\u017c\u017cewwe\u0121.", "G\u0127alhekk talab l-g\u0127ajnuna ta' Sir Thomas biex jg\u0127inu f'din il-bi\u010b\u010ba xog\u0127ol.", "Enriku kien jis\u0127aq li jrid jer\u0121a' ji\u017c\u017cewwe\u0121.", "Ried li l-Papa j\u0127assarlu l-ewwel \u017cwie\u0121.", "\"Mhux sew ti\u017c\u017cewwe\u0121 l-armla ta' \u0127uk...l-iskrittura tg\u0127id dan\" kien itambar lir-re.", "Imma l-knisja kienet tag\u0127tu dispensa \u2013 permess biex i\u017c-\u017cwie\u0121 jista' jsir.", "Issa Enriku ried dispensa o\u0127ra, biex jer\u0121a' jie\u0127u mara u din id-darba, lil Ann Bolejn.", "Imma l-Papa ma \u0127ari\u0121x din id-dispensa u l-ewwel \u017cwie\u0121 baqa' jg\u0127odd.", "G\u0127alxejn ma swiet id-diplomazija tal-Kardinal Wolsey ma' Ruma.", "G\u0127alhekk Wolsey tke\u010b\u010ba minn kan\u010billier u minfloku Enriku po\u0121\u0121a lil Sir Thomas More.", "More sar l-aktar bniedem prominenti fl-Ingilterra.", "Dak i\u017c-\u017cmien Enriku kien fl-aqwa tieg\u0127u.", "Kien sabi\u0127 u kellu manjieri li j\u0127olluk.", "Kien mimli talenti, studju\u017c u g\u0127aref, kapa\u010bi \u0127afna fl-atletika u fil-log\u0127ob tat-tennis, \u017ceffien u mu\u017ci\u010bista.", "Ta' tmintax kien di\u0121\u00e0 re.", "Kien imrobbi fi fsied li \u0127assru u mdorri jag\u0127mel ta' rasu.", "Kien jog\u0127\u0121bu l-fta\u0127ir u mo\u0127\u0127u biex ikun l-aqwa u l-ewwel f'kollox.", "Bdiet issir aktar \u010bara li l-Papa ma kienx se j\u0127oll i\u017c-\u017cwie\u0121 tar-re g\u0127alhekk da\u0127\u0127al fin-nofs lil Thomas Cromwell, is-segretarju ta' Enriku li \u0127ejja pjan biex tg\u0127addi tas-sultan tieg\u0127u.", "L-isqfijiet tar-renju \u0121eg\u0127lhom ja\u010b\u010bettaw lil Enriku b\u0127ala l-kap tal-knisja u b'hekk Ruma u l-Papa ma baqg\u0127u ifissru xejn i\u017cjed g\u0127all-Ingilterra.", "Ir-riforma protestanta nibtet f'dan il-pajji\u017c ukoll.", "Fuq din Thomas More irri\u017cenja minn kan\u010billier.", "Ma \u0127assux li seta ja\u0127dem iktar mar-re.", "Ma kienx qed jaqbel ma dak li kien qed isir.", "\u0126a\u0121a iebsa tirri\u017cenja minn kan\u010billier.", "Tfisser titlef id-d\u0127ul tal-flus.", "Tfisser tiksirha mar-re li ma j\u0127obbx li jitilquh nies jekk ma jkunx ordnalhom hu.", "Tfisser ikollok tissaporti t-tgergir tal-familjari tieg\u0127ek li ma jkunux fehmu g\u0127alfejn g\u0127andek titlaq dan il-\u0121id u l-unuri kollha.", "B\u0127ala kap tal-knisja fl-Ingilterra, r-re seta' jag\u0127mel li jrid fi \u0127wejje\u0121 ekkle\u017cjasti\u010bi.", "Po\u0121\u0121a lil Thomas Cramner b\u0127ala Ar\u010bisqof ta' Canterbury.", "Cramner mill-ewwel qeda lir-re mill-koxxa.", "\u0126abbar li \u017c-\u017cwie\u0121 irjali ma' Katarina ma kienx kif kellu jkun u mbag\u0127ad wara ftit \u017cewwe\u0121 lil Enriku ma' Ann Bolejn.", "More ma marx g\u0127a\u010b-\u010berimonja ta\u017c-\u017cwie\u0121.", "G\u0127al \u0127afna Ingli\u017ci u barranin dan kien ifisser li Thomas More ma kienx jaqbel ma' dak li kien qed isir.", "Thomas Cromwell ing\u0127ata l-inkarigu li jew jibdel il-fehma ta' More jew je\u0127les minnu.", "Biex jil\u0127aq dan l-iskop, Cromwell sab l-g\u0127ajnuna ta' Richard Rich, \u017cag\u0127\u017cug\u0127 b'kilba li jil\u0127aq u dejjem lest biex g\u0127al dan l-iskop jag\u0127mel kollox.", "Ann Bolejn kien ser ikollha tarbija.", "Enriku ttama li jkun tifel.", "Hu ried li s-su\u010b\u010bessur tieg\u0127u ma jkunx it-tifla ta' Katarina imma t-tarbija tal-mara \u0121dida tieg\u0127u u g\u0127alhekk, Cromwell po\u0121\u0121a quddiem il-parlament l-att ta' su\u010b\u010bessjoni li kien jg\u0127id: \"Ann hi l-mara propja tar-re.", "It-tarbija ta' Ann g\u0127andha d-dritt g\u0127at-tron.", "Il-Papa m'g\u0127andux dritt jinda\u0127al fil-\u0127wejje\u0121 tal-knisja fl-Ingilterra.", "Min ji\u0121i mitlub jie\u0127u \u0121urament biex jikkonferma dan l-att u ma je\u0127dux, jitlef \u0121idu kollu u jintbag\u0127at il-\u0127abs g\u0127al g\u0127omru.''", "More issa sar jaf li wasal i\u017c-\u017cmien li jitlef \u0121idu u l-kumpanija tal-familja tieg\u0127u.", "Il-\u0121urament u l-kastigi li kien hemm marbutin mieg\u0127u kienu nti\u017ci g\u0127al nies prominenti b\u0127alu biex i\u0121eg\u0127ulhom jaqblu ma dak li kien qed isir.", "Wara ftit ta\u017c-\u017cmien More \u0121ie msejja\u0127 biex imur Lambeth Palace sabiex jie\u0127u l-\u0121urament.", "Kien jaf li sejjer biex ma jer\u0121ax lura.", "Qabel mar, sellem lill-familja.", "F'Lambeth Palace More la \u0127a l-\u0121urament u lanqas ma n\u0127ela f'argumenti.", "Talab biss li j\u0127alluh bi kwietu mal-kuxjenza tieg\u0127u.", "Min hemm ittie\u0127ed lejn it-torri ta' Londra biex jiskonta s-sentenza ta' \u0127abs g\u0127al g\u0127omru.", "Imma l-inkwiet ma kienx spi\u010b\u010ba g\u0127al More.", "Il-\u0127alfa tar-re u s-segretarju tieg\u0127u li j\u0121eg\u0127luh i\u010bedi jew jeqirduh ma ntesietx.", "Mill-Parlament Cromwell g\u0127adda l-att ta' supremanzija li jg\u0127id li r-re kien il-kap suprem tal-knisja fl-Ingilterra.", "Cromwell kompla \"Min bil-kelma jew bil-kitba i\u010ba\u0127\u0127ad lill- Majest\u00e0 tieg\u0127u minn dan it-titlu ikun \u0127ati ta' tradiment u \u0127aqqu l-mewt.''", "More ittella' quddiem kummissjoni biex ji\u0121i e\u017caminat fuq kliemu u kitbietu, imma nstab li la bil-kitba u lanqas bil-kliem ma qatt \u010ba\u0127ad dan it-titlu lir-re.", "Ma kkummenta xejn jekk jaqbilx jew le li r-re kien il-kap suprem tal-knisja.", "Xejn.", "\u017bamm is-skiet, g\u0127alhekk ma setg\u0127ux jikkundannawh, More kien intelli\u0121enti wisq g\u0127alihom.", "F'\u0120unju ta' l-1535, More ittie\u0127ed g\u0127all-\u0121uri l-qorti.", "\"Thomas More, int akku\u017cat li ttradejt ir-re billi \u017cammejt silenzju malinn.", "Akku\u017cat ukoll li f'ittri li g\u0127addew bejnek u bejn it-traditur l-isqof Fischer, inti wettaqt l-istess tradiment u mbag\u0127ad b'\u0127a\u017cen kbir \u0127raqt dawn l-imsemmija ittri.''", "More xorta xejjen dawn l-akku\u017ci fa\u010bilment.", "\"Kif g\u0127idtu intom stess, l-ittri huma ma\u0127ruqa u ma jistg\u0127ux ikunu ta' xhieda.", "Na\u0127ilifilkom li ma kienx fihom tradiment.", "Dwar is-silenzju tieg\u0127i fuq x'jg\u0127idu l-atti, ma tafux li l-li\u0121i tinkiser meta wie\u0127ed jitkellem kontra u mhux meta ma jg\u0127id xejn.", "L-aktar li tistg\u0127u tg\u0127idu hu li bis-silenzju tieg\u0127i qbilt mag\u0127hom u mhux \u010b\u0127adthom.", "Il-pjan ta' Cromwell u Rich kien ser jer\u0121a' ji\u0121i fix-xejn.", "More kien ser jer\u0121a' je\u0127lisha.", "G\u0127alhekk Rich tela' b\u0127ala xhud.", "\u0126alef u xehed li quddiemu fit-torri, More kien \u010ba\u0127ad bil-kelma s-supremazija ta' Enriku fuq il-knisja fl-Ingilterra.", "Din id-darba l-g\u0127edewwa nqdew bil-\u0127alf falz.", "More \u010ba\u0127ad din ix-xhieda.", "Imma issa kien f'idejn il-\u0121urija biex temmen lilu jew lil Rich.", "Il-\u0121urija damet \u0127mistax-il minuta biex waslet g\u0127all-verdett.", "Idde\u010bidiet li Rich kien qal is-sewwa u li More kien \u0127ati ta' tradiment.", "Issa Thomas More kien jaf x'hemm lest g\u0127alih.", "Qabel ma l-im\u0127allfin temmew is-sentenza, More talab biex jitkellem.", "Fl-a\u0127\u0127ar kiser is-silenzju u stqarr fhemtu dwar is-supremazija tar-re fuq il-knisja fl-Ingilterra.", "\u010aa\u0127ad bl-aktar mod \u010bar u sod li r-re hu l-kap tal-knisja.", "Qal li din kienet kontra l-li\u0121i t'Alla.", "Fakkar li skond il-Magna Carta u l-\u0121urament tar-re waqt l-inkoronazzjoni tieg\u0127u, dan l-att qatt ma seta' g\u0127adda mill-parlament.", "Thomas More \u0121ie kkundannat g\u0127all-mewt.", "Fil-5 ta' Lulju, kiteb ittra lil bintu l-ma\u0127buba Margaret.", "Kienet ittra ta' tislijiet lil qrabatu.", "\"Sa\u0127\u0127iet binti u itlob g\u0127alija u jien g\u0127ad nitlob g\u0127alik u g\u0127al \u0127biebek biex niltaqg\u0127u flimkien fil-hena tal-\u0121enna.''", "L-g\u0127ada wasallu l-messa\u0121\u0121 li kellu jmut dak in-nhar stess.", "Ir-re talbu biex fuq il-forka jitkellem mill-inqas.", "More kien il-qaddej fidil tar-re.", "Dejjem obda fit-tajjeb.", "Il-ftit kelmiet li lissen qabel ma \u0121ie maqtul kienu: \"Ser imut il-qaddej fidil tar-re imma fuq kollox il-qaddej fidil ta' Alla!''", "Fis-6 ta' Lulju 1535, meta \u0127aduh g\u0127all-forka, ni\u017cel g\u0127arkubbtejh jitlob is-salm Miserere u kif spi\u010b\u010ba beda ji\u010b\u010bajta mal-bojja.", "Tah xi \u0127a\u0121a tal-flus, g\u0127annqu u qallu biex jaqdi dmiru.", "Baxxa rasu u lestiha g\u0127all-mewt u biex ji\u010b\u010bajta qal lill-bojja, \"Mument wie\u0127ed, \u0127allini nqieg\u0127ed sewwa l-le\u0127ja, dnub li tinqata': hi ma ttradiet lil \u0127add\" u lil dawk li kienu qed jarawh qalilhom, \"Ser imut il-qaddej leali tar-Re, imma fuq kollox il-qaddej leali ta' Alla\" (the King's good servant - but God's first).", "Il-\u0121isem ta' More indifen fi knisja \u017cg\u0127ira ma\u0121enb il-\u0127abs stess i\u017cda rasu \u0121iet imwa\u0127\u0127la fil-Pont ta' Londra mal-irjus tan-nies \u0127\u017ciena li kienu jitqieg\u0127du hemm biex ibe\u017c\u017cg\u0127u lin-nies.", "Imma bintu Margaret irnexxielha te\u0127odha u \u017cammitha b\u0127ala fdal ta' g\u0127o\u017c\u017ca kbira tul \u0127ajjitha kollha.", "Fl-1886, \u0121ie ddikjarat beatu, u fl-1935 qaddis mill-Papa Piju XI.", "San Thomas More huwa wie\u0127ed mill-qaddisin patruni tal-avukati u tal-politi\u010bi."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14748", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14748", "title": "Papa \u0120wanni XXIII", "text": ["Papa \u0120wanni XXIII", "Papa San \u0120wanni XXIII, imwieled Angelo Roncalli (Sotto il Monte Giovanni XXIII, Bergamo, Italja, 25 ta' Novembru 1881 \u2013 Belt tal-Vatikan, 3 ta' \u0120unju 1963), kien il-261 Papa tal-Knisja Kattolika.", "Kien elett Papa fit-28 ta' Ottobru 1958 u f'inqas minn \u0127ames snin ta bidu g\u0127at-ti\u0121did fil-Knisja Kattolika bil-Kon\u010bilju Vatikan II.", "Mag\u0127ruf b\u0127ala l-\"\"Papa buono\"\" jew il-\"Papa twajjeb\".", "Kien ibbeatifikat mill-Papa \u0120wanni Pawlu II fit-3 ta' Settembru 2000.", "Fis-27 ta' April 2014 kien iddikjarat qaddis fi Pjazza San Pietru minn Papa Fran\u0121isku.", "Bin Giovanni Battista u Marianna mwielda Mazzola, Angelo Roncalli twieled fl-1881 f'familja kbira ta' bdiewa foqra f'Sotto il Monte (illum Sotto il Monte Giovanni XXIII) qrib Bergamo, fl-Italja ta' fuq.", "Kien ir-raba' wild minn tlettax -il a\u0127wa.", "G\u0127ammduh dakinhar stess li twieled fil-Knisja ta' Santa Maria.", "Il-familja tieg\u0127u kienet reli\u0121ju\u017ca \u0127afna u kienu jitolbu flimkien kuljum.", "B\u0127al \u0127afna tfal \u017cg\u0127ar o\u0127ra l-gost tieg\u0127u kien li joqg\u0127od fit-tieqa jara n-nies g\u0127addejjin.", "G\u0127alih bniedem wie\u0127ed biss kien differenti min-nies kollha li kienu jg\u0127addu minn hemm: il-kappillan bil-libsa s-sewda.", "Ta' 8 snin g\u0127amel l-Ewwel Tqarbina u l-Gri\u017cma.", "B'differenza minn \u0127utu Angelino kien iktar i\u0127obb il-kotba mill-img\u0127a\u017cqa.", "Bag\u0127tuh l-ewwel g\u0127and il-kappillan ta' Cavico li kien jg\u0127allmu d-dar tieg\u0127u, u mbag\u0127ad kien student estern tal-Kulle\u0121\u0121 ta' Celana.", "Meta Angelino wera x-xewqa li jsir qassis, iz-ziju ta' missieru (\u0127u nannuh) Zaverio, li kien parrinuh fil-mag\u0127mudija, offra li j\u0127allaslu biex jistudja s-Seminarju Minuri ta' Bergamo, fejn da\u0127al meta kellu 12-il sena.", "Angelino lesta l-istudji tieg\u0127u f'qasir \u017cmien, tant li fis-seminarju kien l-i\u017cg\u0127ar wie\u0127ed tal-klassi.", "Ta' 19 -il sena kien lesta mill-korsijiet, imma skond il-li\u0121ijiet ekkle\u017cjasti\u010bi ma setax ikun ordnat sa\u010berdot qabel jag\u0127laq 24 sena, u g\u0127alhekk intbag\u0127at Ruma biex jiggradwa fit-Teolo\u0121ija fis-Seminario dell'Apollinare ta' Roma, illum il-Pontificio Seminario Romano Maggiore.", "Nhar l-10 t'Awissu 1904, huwa kien ordnat qassis fil-Knisja ta' Santa Maria in Monte Santo, fi Piazza del Popolo f'Ruma (fejn iltaqa' ukoll mal-Papa San Piju X), u l-g\u0127ada qaddes l-ewwel quddiesa tieg\u0127u fil-Ba\u017cilika ta' San Pietru fil-Vatikan.", "Nhar il-15 t'Awissu, festa ta' Santa Marija, qaddes l-ewwel darba fl-istess knisja fejn kien tg\u0127ammed f'Sotto il Monte.", "L-isqof il-\u0121did ta' Bergamo, Giacomo Radini-Tedeschi mill-ewwel g\u0127a\u017clu b\u0127ala s-Segretarju tieg\u0127u.", "F'din il-kariga Roncalli wera dedikazzjoni, diskrezjoni u effi\u010bjenza.", "Min-na\u0127a tieg\u0127u Radini-Tedeschi baqa' dejjem mudell g\u0127al Angelo Roncalli.", "Minkejja Radini-Tedeschi kien \u0121ej minn familja nobbli u ta' karattru riservat u ta' ftit kliem, kien dejjem Isqof sensittiv u \u0121eneru\u017c.", "Kien impenjat fil-problemi so\u010bjali ta' \u017cmienu.", "Fil-\u0127arifa tal-1909, huwa appo\u0121\u0121ja strajk f'Ranica, fejn il-\u0127addiema ta' fabbrika li kienu f'union Kattolika kienu qed jitolbu g\u0127al tnaqqis fis-sig\u0127at ta' xog\u0127ol, li kienu 11-il sieg\u0127a xog\u0127ol g\u0127al sitt ijiem fil-\u0121img\u0127a.", "Tant da\u0127al fiha li xi w\u0127ud fil-Knisja bdew jakku\u017cawh b'moderni\u017cmu u progressi\u017cmu, it-tnejn ikkundannati mill-Knisja.", "Roncalli baqa' jassisti lil Radini-Tedeschi sakemm dan miet b'kan\u010ber nhar it-22 t'Awissu 1914 fl-et\u00e0 ta' 57 sena.", "Fl-istess \u017cmien Roncalli kien jg\u0127allem ukoll l-Istorja tal-Knisja u l-Patrolo\u0121ija fis-Seminarju.", "Waqt l-I Gwerra Dinjija bag\u0127tuh fl-isptar ta' Bergamo b\u0127ala sur\u0121ent.", "Ftit wara sar kappillan militari fejn ra l-knejjes jinbidlu fi sptarijiet mimlijin feruti.", "Wara l-gwerra, fl-1921, il-Papa Benedittu XV g\u0127amlu responsabbli mill-\u0121bir tal-fondi g\u0127all-g\u0127ajnuna lit-Taljani.", "Fl-1925, il-Papa Piju XI \u0127atru isqof u bag\u0127tu b\u0127ala Vi\u017citatur Appostoliku fil-Bulgarija.", "Roncalli, li kellu jivja\u0121\u0121a \u0127afna f'postijiet diffi\u010bli biex jaqdi lill-Papa, g\u0127a\u017cel b\u0127ala motto episkopali \"Oboedientia et pax\" (\"Ubbidjenza u Pa\u010bi\", bil-Latin).", "L-ordinazzjoni tieg\u0127u saret fid-19 Marzu 1925 f'Ruma fil-Knisja ta' San Carlo al Corso.", "Fil-Bulgarja ried jaffronta l-kwistjoni ta\u0127raq tar-rapporti bejn il-Kattoli\u010bi ta' rit Latin u dawk tar-rit Orjentali u wkoll jie\u0127u \u0127sieb ir-relazzjoni mal-ma\u0121\u0121oranza Ortodossa fil-pajji\u017c.", "Disat ijiem qabel ma Roncalli wasal il-Bulgarija, terroristi ppruvaw joqtlu lir-Re Boris III billi qieg\u0127du bomba fil-koppla tal-Katidral ewlieni Ortodoss ta' Sofia.", "L-isplu\u017cjoni waqqg\u0127et il-koppla fuq il-fidili Ortodossi u qatlet 150 minnhom u feriet 300.", "Roncalli \u017car lill-feruti fi sptar Kattoliku li kien qed joffri kura b'xejn lil kul\u0127add.", "Boris tant impressjona ru\u0127u li xi jiem wara laqa' g\u0127andu lil Roncalli \u2013 \u0121est sinjifikattiv g\u0127ax Roncalli ma kellu l-ebda titlu diplomatiku imma biss vi\u017citatur.", "Roncalli \u017car belt fil-Bulgarija fejn is-sentiment anti-Kattoliku infexx fi vjolenza.", "Lawrence Elliott fil-bijografija, \"I Will Be Called John\", jikteb \"g\u0127all-\u0127ars bl-ikrah li kien jir\u010bievi kien jag\u0127ti tbissima.", "Imbag\u0127ad g\u0127amel omelija b'tant im\u0127abba, \u0127biberija, u rieda tajba, li l-Vi\u010biprefett Ortodoss, anti-Kattoliku fero\u010bi, mar isellimlu.\"", "Fl-1928, sensiela ta' terremoti g\u0127e\u017c\u017cu lill-Bulgarija \u010bentrali.", "Roncalli mexxa personalment it-tqassim tal-ikel u tal-kutri fi\u017c-\u017coni milquta u anke raqad fit-tined ta' emer\u0121enza qabel dawk li spi\u010b\u010baw bla dar.", "Meta ma kienx ikollu iktar x'itihom kien ifarra\u0121hom bil-pre\u017cenza tieg\u0127u.", "Roncalli talab fondi papali g\u0127al k\u010bina li temg\u0127ethom g\u0127al xahrejn.", "Fl-1935, Roncalli n\u0127atar Delegat Appostoliku fit-Turkija u l-Gre\u010bja.", "G\u0127alkemm ma kellu l-ebda awtorit\u00e0 diplomatika mal-gvern sekulari Tork, Roncalli, b\u0127ala l-uniku rappre\u017centant tal-Vatikan fil-pajji\u017c, beda relazzjonijiet kordjali mal-uffi\u010bjali tal-pajji\u017c.", "Dawn il-kuntatti swew \u0127afna meta bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija u l Istanbul li baqg\u0127et newtrali saret il-bejta ta' intrigi diplomati\u010bi u spjuna\u0121\u0121i.", "L-ewwel ma Roncalli sema' b'dak li kienu g\u0127addejjin minnu l-Lhud fl-Ewropa ma\u0127kuma min-Na\u017cisti, kien meta ltaqa' ma' refu\u0121jati Lhud li kienu qeg\u0127din ja\u0127arbu mil-Polonja f'Settembru 1940, u hu kien strumentali biex dan il-vapur mimli Lhud li kienu waslu t-Turkija, jirnexxielu jibg\u0127athom lejn port \u0127ieles, u fil-fatt dawn waslu fil-Palestina, dak i\u017c-\u017cmien kolonja Ingli\u017ca.", "Roncalli kiteb hekk fuq l-Olokawst:", "Roncalli wassal ukoll ir-rabja tieg\u0127u lill-\u0120ermani\u017ci.", "Huwa \u010banfar lill-ambaxxatur \u0120ermani\u017c Franz von Papen, Kattoliku devot li ried li l-Papa Piju XII jappo\u0121\u0121ja pubblikament l-inva\u017cjoni \u0120ermani\u017ca tal-Unjoni Sovjetika.", "Lil von Papen, wie\u0121bu:", "I\u017cda fi tmiem il-gwerra Roncalli kiteb lit-Tribunal ta' Nuremberg li von Papen \u2013", "Bl-g\u0127ajnuna tar-Re Boris tal-Bulgarija Roncalli u\u017ca r-Red Cross biex isalva ta' Lhud Slovakki li kienu \u0121ew deportati l-Bulgarija biex jinqatlu.", "Fi Frar 1944, Roncalli iltaqa' darbtejn ma' Rabbi Isaac Herzog, ir-rabbi ewlieni ta' \u0120erusalemm.", "Herzog talbu jinter\u010bedi g\u0127al 55,000 Lhudi li kienu se jinqatlu fir-Rumanija.", "I\u017cda billi l-\u0127ruxija Na\u017cista eskalat fl-a\u0127\u0127ar sena tal-Gwerra, din id-darba rnexxielu jsalva biss 750 Lhudi \u2013 250 minnhom tfal orfni \u2013 meta vapur bihom wasal \u0120erusalemm.", "Fis-sajf tal-1944, Roncalli ltaqa' ma' Ira Hirschmann, mibg\u0127uta spe\u010bjali tal-American War Refugee Board u immigranta Ungeri\u017ca.", "F'Marzu, il-\u0120ermanja kienet invadiet l-Ungerija, u Hirschman \u0121abet mag\u0127ha dokumentazzjoni tal-persekuzzjoni anti-Semitika f'pajji\u017cha.", "Roncalli semag\u0127ha b'attenzjoni u dde\u010bieda li jkompli u jwessa' dak li kienu qeg\u0127din jag\u0127mlu xi sorijiet Ungeri\u017ci, ji\u0121ifieri li jo\u0127or\u0121u \u010bertifikati tal-mag\u0127mudija lil-Lhud u dawn kienu qed jit\u0127allew jo\u0127or\u0121u mill-Ungerija bla ma ji\u0121rilhom xejn min-Na\u017ci.", "Roncalli g\u0127amel minn kollox biex jo\u0127ro\u0121 \u010bertifikati tal-mag\u0127mudija, \u010bertifikati tal-immigrazzjoni, u visas \u2013 \u0127afna minnhom foloz \u2013 lil-Lhud Ungeri\u017ci, f'intervent imsejja\u0127 \"Operation Baptism\" (Operazzjoni Mag\u0127mudija).", "Din l-operazzjoni tant kienet su\u010b\u010bess li meta s-Sovjeti\u010bi \u0127adu Budapest fi Frar 1945, madwar 100,000 Lhudi kienu \u0121ew salvati.", "Fi tmiem il-gwerra, meta di\u0121\u00e0 kellu 63 sena, la\u0127aq Nunzju Appostoliku ta' Pari\u0121i fejn kellu jiddefendi tletin isqof Fran\u010bi\u017c li kienu qed ji\u0121u mixlija mill-gvern ta' De Gaulle li kienu kkollaboraw mal-\u0120ermani\u017ci waqt il-gwerra.", "Il-problema ssolviet wara li tliet isqfjiet irri\u017cenjaw minn jeddhom.", "F'Pari\u0121i Roncalli sar \u0127abib ta' nies importanti mhux Insara i\u017cda li kienu jaraw fih il-bniedem li j\u0121ib il-pa\u010bi.", "Kemm dam Franza \u017car il-kampijiet kollha ta' kon\u010bentrament u g\u0127en \u0127afna lil Dun Francesco Stok biex iwaqqaf seminarju g\u0127all-pri\u0121unieri \u0120ermani\u017ci tal-Gwerra.", "Fl-1947 ordna \u0127afna minnhom.", "Fl-1953 in\u0127atar Patrijarka (Isqof) ta' Venezja, fejn wera tjubija u \u0127niena kbira mal-foqra, morda, iltima, studenti u xju\u0127.", "Fit-12 ta' Jannar ta' dik is-sena kien in\u0127atar kardinal.", "Fil-\u0127ames snin li g\u0127amel hemmhekk wera ukoll kemm kien bniedem miftu\u0127 g\u0127al kul\u0127add, meta fost l-o\u0127rajn bag\u0127at messa\u0121\u0121 lill-Kungress tal-PSI, il-Partit So\u010bjalista li kien alleat tal-Komunisti ikkundannati mill-Knisja, meta dan iltaqa' f'Venezja fi Frar 1957.", "Meta l-Papa Piju XII miet, \u0121ie elett Papa bl-isem ta' \u0120wanni XXIII fit-28 ta' Ottubru 1958, meta kellu 77 sena.", "Ra\u0121el xi\u0127, qasir u o\u0127xon u bid-da\u0127ka fuq fommu.", "U\u0127ud sej\u0127ulu \"papa ta' tran\u017cizzjoni\" sakemm isibu lil xi \u0127add a\u0127jar minnu.", "\u0126add ma mma\u0121ina li kellu jkun il-Papa li jpo\u0121\u0121i sfida quddiem il-Knisja biex i\u0121\u0121edded l-identit\u00e0 u l-missjoni tag\u0127ha.", "Tliet xhur wara l-g\u0127a\u017cla tieg\u0127u, nhar il-25 ta' Jannar 1959 \u0127abbar li kien ser isir Kon\u010bilju Ekumeniku biex jara x'jista' jsir biex il-Knisja ti\u0121\u0121edded (aggiornamento) u sse\u0127\u0127 l-g\u0127aqda fost l-insara.", "Il-Kon\u010bilju beda fil-11 t'Ottubru 1962 meta 2,500 isqof minn kull rokna tad-dinja n\u0121abru f'Ruma.", "L-interventi rari tieg\u0127u waqt il-Kon\u010bilju (li ma kienx lest qabel mewtu) kienu favur il-moviment g\u0127all-bidla kif mixtieq mill-ma\u0121\u0121oranza tad-delegati.", "Jibqa' mag\u0127ruf id-diskors spontanju li \u0120wanni XXIII g\u0127amel fil-ftu\u0127 tal-Kon\u010bilju filg\u0127axija mit-tieqa tal-Palazz Appostoliku waqt pur\u010bissjoni \"aux flambeaux\".", "Hekk kif ra l-folol fid-dawl tal-qamar, g\u0127amel diskors mill-isba\u0127 li baqa' jissejja\u0127 b\u0127ala d-diskors tal-qamar:", "Kiteb seba' en\u010bikli\u010bi, fosthom \"Mater et Magistra\" (1961), li tis\u0127aq fuq id-dinjit\u00e0 individwali b\u0127ala l-ba\u017ci tal-istituzzjonijiet so\u010bjali, u \"Pacem in Terris\" (1963), li t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 g\u0127al koperazzjoni internazzjonali g\u0127all-pa\u010bi u l-\u0121ustizzja u tikkommetti lill-knisja f'interess g\u0127all-problemi kollha tal-bniedem.", "Papa \u0120wanni kien miftu\u0127 \u0127afna lejn ir-reli\u0121jonijiet l-o\u0127ra u fl-1960 waqqaf is-segretarjat g\u0127all-g\u0127aqda Nisranija, kellu kuntatti mal-knisja Ortodossa u l-mexxejja Protestanti u mal-\"World Council of Churches\", u \u0127adem bis-s\u0127i\u0127 g\u0127ad-djalogu bejn l-Insara u l-Lhud.", "Id-diplomazija teig\u0127u flimkien mal-popolarit\u00e0 li kellu g\u0127amluh figura influenti fix-xena internazzjonali.", "Iltaqa' ma' numru ta' mexxejja dinjija, fosthom il-Presidenti tal-Istati Uniti Dwight D. Eisenhower u John F. Kennedy.", "\u0120wanni XXIII kien jifta\u0127ar bl-ori\u0121ini tieg\u0127u ta' bidwi g\u0127alkemm kien bniedem ta' kultura kbira; fost ix-xog\u0127lijiet tieg\u0127u nsibu studji f'\u0127ames volumi dwar San Karlu Borromeo.", "Id-djarji tieg\u0127u, ippubblikati fl-1965 b\u0127ala \"Il Giornale dell'Anima\" (Il-\u0120urnal tar-Ru\u0127) u \"Ittri lill-Familja Tieg\u0127u\" (1969), juru s-sempli\u010bit\u00e0 profonda u l-umilt\u00e0 tal-\u0127ajja spiritwali tieg\u0127u.", "It-tolleranza, l-ottimi\u017cmu u l-personalit\u00e0 \u0121enjali tieg\u0127u g\u0127amluh ma\u0127bub ma' miljuni \u0121ewwa u barra l-Knisja, u sakemm miet - nhar it-30 ta' \u0120unju 1963 - kien la\u0127aq sar l-aktar Papa ma\u0127bub fi \u017cminijiet moderni.", "Nhar l-24 ta' Lulju 1960, fl-G\u0127eluq tal-Festi \u010aentinarji ta' San Pawl fuq il-Fosos tal-Furjana, kien instema' l-messa\u0121\u0121 tal-Papa \u0120wanni XXIII lill-Poplu Malti li ta l-barka bil-Malti fost i\u010b-\u010bap\u010bip u l-ewforija ta' dawk pre\u017centi:", "Fl-1971, Patri Dijonisju Mintoff, kien feta\u0127 il-Laboratorju tal-Pa\u010bi Papa \u0120wanni XXIII f'\u0126al-Far.", "Beda jag\u0127ti wkoll premju ta' kull sena bl-isem Premju g\u0127at-Tjubija Papa \u0120wanni XXIII, li jing\u0127ata mill-President ta' Malta.", "Fl-1988, Patri Pawl Cremona, li iktar tard sar ar\u010bisqof, ippubblika t-te\u017ci tieg\u0127u \"The Concept of Peace in Pope John XXIII\", li biha kien kiseb id-Dottorat fit-Teolo\u0121ija fl-1973.", "F'din it-te\u017ci, il-\u0127sieb tal-Papa \u0120wanni XXIII dwar il-pa\u010bi ji\u0121i \u017cviluppat minn Cremona b'mod profond li fih huwa jie\u0127u l-valur tal-Pa\u010bi fid-dawl tal-Verit\u00e0, il-\u0120ustizzja, il-Libert\u00e0 u l-Karit\u00e0.", "Il-\u0127sieb tal-Pa\u010bi ta' \u0120wanni XXIII ji\u0121i attwalizzat minn Cremona fejn juri li r-reli\u0121jon hi essenzjali g\u0127all-kultura tal-pa\u010bi.", "Fl-Ordinazzjoni tieg\u0127u b\u0127ala Isqof, nhar is-26 ta' Jannar 2007, Mons. Pawl Cremona libes l-alba ta' Papa \u0120wanni XXIII li tahielu s-Segretarju tal-Papa, Loris Capovilla.", "Fl-omelija tieg\u0127u, Cremona qal hekk:", "Nhar is-26 ta' Di\u010bembru 2008, l-Isqof Cremona i\u010b\u010belebra Quddiesa fil-Kappella tal-\u0126abs, jew il-Fa\u010bilita Korrettiva ta' Kordin.", "Fl-omelija tieg\u0127u, Mons. Ar\u010bisqof qal:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14749", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14749", "title": "Papa Pawlu VI", "text": ["Papa Pawlu VI", "Papa San Pawlu VI (Concesio, 26 ta' Settembru 1897 \u2013 Castel Gandolfo, 6 ta' Awwissu 1978), kien il-262 Papa tal-Knisja Kattolika mill-1963 sal-1978.", "\u0120ie ddikjarat qaddis minn Papa Fran\u0121isku nhar l-14 ta' Ottubru 2018.", "Giovanni Battista Montini twieled f'Concesio, qrib Brescia fl-Italja, fis-26 ta'Settembru 1897.", "Missieru kien avukat influwenti li kien responsabbli mill-\u0121urnal lokali.", "Minn et\u00e0 \u017cg\u0127ira kien juri interess kbir fil-kotba u fit-tag\u0127lim.", "Min\u0127abba sa\u0127\u0127tu ma ntg\u0127a\u017cilx g\u0127as-servizz militari fl-I Gwerra Dinjija.", "Studja fi Brescia u Ruma, fejn ggradwa fil-li\u0121i \u010bivili u kanonika, fit-teolo\u0121ija u l-filosofija.", "Ordna qassis fl-1920, intbag\u0127at ja\u0127dem fin-nunzjatura ta' Varsavja (1923), u kien id-direttur spiritwali tal-Federazzjoni Kattolika Taljana tal-Istudenti Universitarji (1923-33), li kienu qed ji\u0121u attakkati mill-Faxxisti.", "Fl-1937 sar assistent fis-segretarjat tal-Istat tal-Vatikan u fl-1952 prosegretarju fis-segretarju tal-istat.", "Fl-1954 \u0121ie kkonsagrat ar\u010bisqof ta' Milan, fejn \u0127adem \u0127afna biex il-Knisja tkun qrib tal-\u0127addiema.", "Fl-1958 sar kardinal (unur li kien irrifjutah sitt snin qabel minn idejn il-Papa Piju XII).", "\u0126a sehem attiv fl-ewwel sessjoni tal-Kon\u010bilju Vatikan II f'Ottubru 1962.", "Wara l-mewt ta' Papa \u0120wanni XXIII fl-1963, l-g\u0127a\u017cla waqg\u0127et fuqu.", "Montini \u0127a l-isem ta' Pawlu VI min\u0127abba l-interess kbir tieg\u0127u fl-Ittri u fl-ispiritwalit\u00e0 ta' San Pawl i\u017cda l-aktar g\u0127all-\"approach\" missjunarju tieg\u0127u b\u0127al tal-appostlu Pawlu.", "L-ewwel att importanti tieg\u0127u kienet it-t\u0127abbira li l-Kon\u010bilju se jkompli.", "Il-Papa Pawlu VI tlaqqam \"il-papa pellegrin\" g\u0127ax bejn l-1964 u l-1970 g\u0127amel disa' vja\u0121\u0121i barra mill-Italja biex b'hekk sar l-ewwel Papa fi \u017cminijiet moderni li \u0127are\u0121 barra mill-Italja.", "Fl-1964 Pawlu VI \u017car l-Art Imqaddsa.", "Fl-1965, f'laqg\u0127a storika, flimkien ma' Athenagoras I, il-patrijarka Grieg Ortodoss ta' Kostantinopli la\u0127aq ftehim li j\u0127assar l-iskomuniki re\u010bipro\u010bi li kienu saru mill-Knejjes tal-Lvant u l-Punent fl-1054.", "I\u017cda forsi l-isba\u0127 sieg\u0127a tieg\u0127u kienet nhar l-4 t'Ottubru 1965 meta sar l-ewwel Papa li ndirizza n-Nazzjonijiet Mag\u0127quda (UN) fi New York u l-ewwel Papa li rifes fuq il-kontinent Amerikan.", "Id-diskors emozzjonali tieg\u0127u qajjem lill-assemblea \u0121enerali bil-wieqfa f'applaws kbir meta qal il-kliem famu\u017c: \"Qatt i\u017cjed gwerra, gwerra qatt i\u017cjed!", "Pa\u010bi, hija l-pa\u010bi li trid tmexxi d-destin tal-popli u tal-umanit\u00e0 kollha.\"", "\u017bar ukoll il-Kolumbja fl-1968, l-Uganda fl-1969, u f'diversi pajji\u017ci A\u017cjati\u010bi, fosthom il-Filippini, fl-1970.", "Iltaqa' mal-Ar\u010bisqof ta' Canterbury Michael Ramsey, fl-1966, u ma' Shenouda III, patrijarka ta' Lixandra u mexxej tal-Knisja Kopta Ortodossa, fl-1973.", "Fost il-mexxejja politi\u010bi li ltaqa' mag\u0127hom insibu mexxejja Komunisti b\u0127all-President Nikolay Podgorny tal-Unjoni Sovjetika fl-1967 u l-President Tito tal-Jugoslavja fl-1971.", "Il-Papa \u0120wanni XXIII tajjar \"l-ajruplan\" tal-Kon\u010bilju u Pawlu VI kellu l-bi\u010b\u010ba xog\u0127ol iebsa li jillandjah tajjeb.", "Wara l-Kon\u010bilju eluf ta' sa\u010berdoti talbu d-dispensa u lejn l-a\u0127\u0127ar ta' \u0127ajtu Pawlu VI stqarr li dan kien g\u0127alih \"l-itqal salib\" li kellu j\u0121orr.", "Pawlu VI irriforma l-kurja Rumana, abolixxa l-aristokrazija papali u ne\u0127\u0127a \u0127afna mill-pompa li kienet g\u0127adha asso\u010bjata mal-papat.", "\u017bied \u0127afna n-numru ta' kardinali mhux Taljani biex hekk il-kulle\u0121\u0121 tal-kardinali ikun jirrifletti l-Knisja kollha.", "Ne\u0127\u0127a s-Sant'Uffizzju u g\u0127amel minfloku l-Kongregazzjoni g\u0127ad-Duttrina tal-Fidi.", "Wara l-Kon\u010bilju \u0127adem kemm fela\u0127 biex isse\u0127\u0127 ir-riforma fil-Litur\u0121ija.", "Kien fi \u017cmienu wkoll l-li\u0121ijiet tas-sawm u astinenza nbidlu u tne\u0127\u0127ew ukoll xi restrizzjonijiet li kien hemm qabel biex isir \u017cwie\u0121 ma' persuna mhux Nisranija.", "Minkejja li kien kritikat \u0127afna l-aktar fi \u0127dan il-Knisja nnifisha, Papa Pawlu VI kien irrispettat universalment g\u0127all-intellett u l-ispiritwalit\u00e0, l-umilt\u00e0 u s-sensibbilt\u00e0 tieg\u0127u.", "Miet f'Castel Gandolfo fis-6 t'Awissu 1978, fl-et\u00e0 ta' 81 sena, tliet xhur wara li nstab maqtul il-politiku \u0127abib kbir tieg\u0127u, Aldo Moro.", "\u0120ie ddikjarat qaddis minn Papa Fran\u0121isku nhar l-14 ta' Ottubru 2018."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14751", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14751", "title": "Abort", "text": ["Abort", "L-abort huwa t-tne\u0127\u0127ija ta' l-embrijun jew fetu mill-utru ta' l-omm tqila waqt it-tqala fi \u017cmien meta dan ma jistax jg\u0127ix wa\u0127du.", "L-abort ilu jsir eluf ta' snin b\u0127ala mezz ta' kontroll tat-twelid u nsibuh f'\u0127afna kulturi ta' l-img\u0127oddi kif ukoll f'dawk tal-lum.", "Fl-istorja nsibu \u0127afna filosofiji li jitkellmu kemm favur u kontra l-abort.", "Wa\u0127da mir-reli\u0121jonijiet ewlenin li jikkundannaw l-abort hija dik Nisranija li dejjem qieset l-abort b\u0127ala qtil ta' tarbija inno\u010benti, g\u0127ax tqisha bniedem sa mill-bidu nett tat-tnissil tag\u0127ha.", "Sas-sebghinijiet, l-abort sar legali f'\u0127afna mill-pajji\u017ci Ewropej, fil-\u0120appun u fl-Istati Uniti fis-sentenza mag\u0127rufa tal-Qorti Suprema ta' Roe kontra Wade (1973), li fiha \u0121ie ddikjarat li l-fetu mhuwiex 'persuna' protetta mill-Kostituzzjoni u li l-abort jista' jsir fl-ewwel sitt xhur tat-tqala.", "F'Malta l-abort huwa meqjus b\u0127ala delitt u je\u017cistu pieni kontra min jag\u0127mlu.", "Madankollu \u0127afna jsiefru l-Italja jew l-Ingilterra u jabortixxu fl-isptarijiet t'hemmhekk.", "L-abort huwa differenti mill-metodi ta' kontra\u010bezzjoni g\u0127ax waqt li dawn ma j\u0127allux lill-isperma tiltaqa' mal-bajda, fl-abort il-bajda li titne\u0127\u0127a tkun di\u0121a fekondata u forsi di\u0121a kibret u saret fetu.", "1.", "Raxkament.", "L-g\u0127onq ta' l-utru ji\u0121i mwessa' u tidda\u0127\u0127al fih sikkina b'xafra mdawra.", "Il-fetu u l-placenta jitqattg\u0127u bi\u010b\u010biet u jitne\u0127\u0127ew.", "Perikli: Telf ta' demm, l-aktar jekk l-omm ikollha xi infezzjoni.", "L-g\u0127onq ta' l-utru jista' ma jag\u0127laqx sewwa wara u allura meta l-omm tasal g\u0127al xi tqala o\u0127ra din ma tkunx tista' \u017c\u017commha u titlef it-tarbija.", "2.", "Suction.", "Ma' l-g\u0127onq ta' l-utru mfetta\u0127 jidda\u0127\u0127al pajp b\u0127al tal-vakumkliner li bil-qawwa li biha ji\u0121bed iqatta' l-fetu bi\u010b\u010biet u jg\u0127addih g\u0127al \u0121o flixkin bid-demm u l-bi\u010b\u010biet ta' l-g\u0127adam b'kollox.", "Perikli.", "B\u0127al tar-raxkament.", "3.", "Injezzjoni tal-mel\u0127.", "Il-fetu \u0121ewwa l-\u0121uf jing\u0127ata injezzjoni ta' mel\u0127 li biha jmut xi sieg\u0127a wara bi tbatija kbira.", "Jumejn wara l-fetu jo\u0127ro\u0121 b\u0127al fi twelid normali.", "Perikli: Diffi\u010bli fi\u017cikament u psikolo\u0121ikament g\u0127all-mara.", "4.", "'Abortion pill'.", "Din hija pillola steroid imsej\u0127a RU486 li bdiet tintu\u017ca g\u0127all-ewwel darba fl-1986 fi Franza u fi\u010b-\u010bina.", "5.", "Isterotomija (Hysterotomy).", "Din l-operazzjoni tixbah lil dik ta\u010b-\u010besarja.", "I\u017c-\u017caqq tal-mara u l-utru ji\u0121u miftu\u0127a u minn hemmhekk jin\u0127are\u0121 il-fetu li billi jkun g\u0127adu \u017cg\u0127ir wisq biex jg\u0127ix barra mill-\u0121uf imut wara ftit.", "\"Il-\u0127ajja tal-bniedem je\u0127ti\u0121ilha rispett u \u0127arsien b'mod assolut sa mill-ewwel mument ta' l-e\u017cistenza tieg\u0127u.", "Sa mill-ewwel mument tat-tnissil tieg\u0127u, il-bniedem g\u0127andu jkollu mag\u0127rufin id-drittijiet tieg\u0127u b\u0127ala persuna; fost dawn id-drittijiet, li ma jistg\u0127u jitmissu qatt, hemm id-dritt g\u0127all-\u0127ajja ta' kull min hu bla \u0127tija.", "Sa mill-ewwel seklu l-Knisja g\u0127allmet li kull abort prokurat hu \u0127a\u017cin moralment.", "Dan it-tag\u0127lim ma tbiddilx.", "Jibqa' dejjem l-istess.", "L-abort dirett, ji\u0121ifieri kemm jekk wie\u0127ed iridu g\u0127alih innifsu kemm jekk iridu b\u0127ala mezz g\u0127al xi \u0127a\u0121a ohra, hu dejjem kontra l-li\u0121i morali b'mod gravi.", "Kooperazzjoni formali f'abort hi \u0127tija gravi.", "Il-Knisja tikkastiga bi skomunika min jag\u0127mel dan id-delitt kontra l-\u0127ajja tal-bniedem.", "'Min jipprokura abort, jekk ise\u0127\u0127, jaqa' fl-iskomunika...'", "B'dan il-mod il-Knisja ma tkun qieg\u0127da tnaqqas xejn mill-\u0127niena: trid turi biss kemm gravi hu l-abort, xi \u0127sara j\u0121ib, \u0127sara li bl-ebda mod ma tista' tissewwa, \u0127sara mag\u0127mula lill-\u0127ajja ta' inno\u010benti li \u0121ie maqtul, lill-\u0121enituri tieg\u0127u, lis-so\u010bjeta kollha kemm hi.\""], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14752", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14752", "title": "Fertilizzazzjoni ''in vitro''", "text": ["Fertilizzazzjoni ''in vitro''", "In Vitro Fertilization (IVF)", "Fil-25 ta' Lulju 1978 f'Oldham, l-Ingilterra, twieldet tarbija tifla, Louise Joy Brown.", "Din kienet l-ewwel tarbija li kienet iggenerata go tubu tal-hgieg fil-laboratorju permezz ta' process imsejjah IVF \u2013 li tfisser in vitro fertilization.", "Bil-Malti fertilizzazzjoni fil-hgieg.", "Permezz ta' dan il-process, bajda tittiehed mill-ghanqud tal-bajd tal-omm u tinghaqad ma' sperma tal-missier go dixx tal-hgieg go laboratorju.", "Jumejn u nofs wara, meta c-celloli tal-bajd jibdew jimmultiplikaw sa tmien celloli, dawn jigu mqieg\u0127da fl-utru tal-omm biex jizviluppaw naturali.", "L-IVF fetah bieb maghruf bhala ART jew Assisted Reproduction Technology - teknologija ghar-riproduzzjoni mghejjuna li tinkludi kull tip ta' kura ghall-infertilit\u00e0 li fiha kemm il-bajda u kemm l-isperma jkunu mwassla ma' xulxin b'mod mhux naturali.", "Illum, kwazi 30 sena wara li twieldet Louise, ir-ricerka sawret ammont ta' medicini u proceduri teknologici li bidlu drastikament il-kura ghall-infertilit\u00e0 li nsemmu aktar 'l isfel.", "Dawn l-iskoperti wasslu ghal zieda kbira ta' tfal li twieldu bis-sahha tal-ART.", "Sa l-1999 fl-Amerka biss huwa kkalkolat li twieldu mat-30,000 tarbija b'dan il-mod u madwar 100,000 jitwieldu madwar id-dinja fis-sena, rizultat tal-kura bl-IVF.", "Huwa stmat li mill-1978 twieldu madwar 1.5 miljun tarbija madwar id-dinja kollha b'dan il-metodu.", "Ghalkemm il-procedura tqum xi ftit tal-flus mhux hazin, tista' ssir f'certi specjalizzati madwar id-dinja.", "Sfortunatament din il-procedura, li tista' ssir hawn Malta, ghadha ma ssirx fl-isptar tal-Gvern u jekk koppja trid taghmilha trid thallas anke vicin l-Lm4,000.", "L-ewwel metdou li jaqa' taht din il-kategorija hija l-inseminazzjoni artificjali.", "F'din il-procedura l-isperma tkun introdotta fil-partijiet riproduttivi tal-omm permezz ta' siringa u mhux bil-mezzi naturali ta' mhabba bejn il-koppja.", "L-idea hija li l-isperma tissupera xi barriera li jista' jkun hemm ghaliha biex tidhol fl-utru u tiffertilizza l-bajda.", "Metodu iehor huwa dak li nsejhulu l-GIFT jew il-Gamete Intrafallopian Transfer.", "Din il-procedura tinvolvi t-tnehhija tal-bajda mill-ghanqud ta' bajd tal-omm u din tigi mlaqqa' mal-isperma.", "Permezz tal-uzu tal-laparoskopju \u2013 strument li naraw iz-zaqq bla qsim \u2013 jitpoggew fit-tubi tal-utru bit-tama li l-bajd ikun iffertilizzat u wara jinzel fl-utru u jiggenera tarbija hemmhekk.", "L-ICSI, jew intracytoplasmic sperm injection, hija procedura fejn l-isperma tkun injettata direttament (u mhux mhollija tidhol bis-sahha taghha biss) fil-bajda.", "Dan il-metodu jintuza meta l-isperma ghal xi raguni jew ohra ma tkunx irnexxielha tidhol fil-bajda bis-sahha taghha biss.", "L-IVF \u2013 jew in vitro fertilization ilaqqa' l-bajda mal-isperma barra l-mara, fil-laboratorju, f'dixx tal-\u0127\u0121ie\u0121, bl-g\u0127ajnuna ta' certi sustanzi li j\u017commu kemm il-bajda kif ukoll l-isperma \u0127ajjin.", "L-embriju (it-tarbija fl-ewwel \u0121ranet taghha), jitpo\u0121\u0121a fl-utru tal-omm mill-passa\u0121\u0121i naturali tag\u0127ha.", "Fl-ahhar insibu iz-zift, jew zygote nutra-faleopian transfer, fejn il-bajd jin\u0121abar mill-g\u0127enuq tal-bajd tal-omm u jkunu ffertilizzati barra minnha.", "Wara, l-bajd fertilizzat jitpo\u0121\u0121a fit-tubi tal-laparaskopju minn toqba zg\u0127ira fi\u017c-\u017cokra.", "Wie\u0127ed minn dawn ir-riskji huma t-tqala multipla jew ta' aktar minn \u017cew\u0121t itrabi.", "Dan jiddependi minn kemm tpo\u0121\u0121ew bajd ffertilizzat fil-kazi tal-IVF, jew kemm irnexxielhom jiffertilizzaw fil-ka\u017ci l-o\u0127ra.", "Naturalment, f'dawn il-ka\u017ci jkun hemm aktar \u010bans ta' korriment, twelid qabel i\u017c-\u017cmien, trabi ta' pi\u017c minuri jew xi forma ta' di\u017cabilit\u00e0 permanenti.", "Jista' jkun hemm aktar difetti tat-twelid b\u0127al difetti fil-qalb u l-kliewi, ix-xuftejn u s-saqaf tal-\u0127alq maqsum, u t-testikoli fis-subien jistg\u0127u jibqg\u0127u 'l fuq.", "Dan ji\u0121ri ta' spiss fl-IVF.", "Komplikazzjonijiet g\u0127all-omm minbarra dawk normali tat-tqala jistg\u0127u ji\u0121u min\u0127abba l-u\u017cu ta' ormoni artifi\u010bjali jew min\u0127abba tqala ta' aktar minn tarbija wa\u0127da.", "Fl-a\u0127\u0127ar, insibu li f'\u010bentri fejn dawn il-pro\u010beduri jsiru b'eluf, mhux l-ewwel darba li jkun hemm \u017cbalji \u0121enwini fejn tintu\u017ca sperma ta' ra\u0121el ie\u0127or minflok tal-missier biolo\u0121iku, jew bajda li mhijiex tal-omm, jew bajd fertili minn koppji o\u0127ra.", "Dawn il-metodi saru tant popolari min\u0127abba diversi fatturi.", "Fost dawn il-fatturi nsibu l-koppji bla tfal li jkunu lesti jag\u0127mlu minn kollox sabiex ikollhom it-tfal, meta hemm i\u010b-\u010bans fejn qabel it-tama tag\u0127hom kienet li jaddottaw jekk ikun hemm minn fejn.", "Minbarra hekk, din il-pro\u010bedura tag\u0127ti l-possibilit\u00e0 lil dawk in-nisa li min\u0127abba karriera jew g\u0127al xi ra\u0121uni ohra, jkunu jridu jipposponu t-tqala f'data 'l bog\u0127od minn dik li \u0121iet de\u010bi\u017ca qabel."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14757", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14757", "title": "Mikiel Gonzi", "text": ["Mikiel Gonzi", "Monsinjur Mikiel Gonzi (Birgu, 13 ta' Mejju 1885 \u2013 22 ta' Jannar 1984) kien Isqof ta' G\u0127awdex, u aktar tard, il-\u0127mistax u l-a\u0127\u0127ar Isqof ta' Malta, u l-ewwel Ar\u010bisqof tal-Ar\u010bidjo\u010besi ta' Malta.", "Mikiel Gonzi twieled il-Birgu fi Triq ta' Biswit il-Kwartier.", "Bin \u0120u\u017c\u00e8 u Margerita mwielda Tonna, hu \u0121ie mg\u0127ammed fil-Knisja Kolle\u0121\u0121jata ta' San Lawrenz.", "Meta kellu \u0127ames snin il-familja marret tg\u0127ix il-Kalkara.", "Hu attenda l-Iskola Primarja tal-Birgu.", "Wara li studja fis-Seminarju ta' Malta huwa \u0121ie ordnat sa\u010berdot nhar id-19 ta' Di\u010bembru 1908.", "Mill-Universit\u00e0 ta' Malta \u0121ab il-Ba\u010bellerat fil-Letteratura u d-Dottorat fit-Teolo\u0121ija.", "Fl-1909, Gonzi mar jistudja fl-Universit\u00e0 Gregorjana ta' Ruma, mnejn \u0121ab id-Dottorat fil-Li\u0121i Kanonika.", "Attenda wkoll l-Istitut Bibbliku.", "Meta fl-1912 \u0121ie lura Malta, beda jg\u0127allem l-Iskrittura fis-Seminarju u iktar tard il-Li\u0121i Kanonika.", "Fl-1922 beda jg\u0127allem l-Ebrajk u l-Iskrittura fl-Universit\u00e0 ta' Malta.", "B\u0127ala sa\u010berdot \u017cag\u0127\u017cug\u0127, Dun Mikiel Gonzi \u0127adem fil-parro\u010b\u010ba tal-Kalkara.", "Kien ukoll Rettur tal-Iskola ta' San Pawl, il-Belt Valletta, u Direttur Spiritwali g\u0127all-Iskejjel tal-Gvern.", "Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija kien Kappillan Militari fl-Isptar tal-Imtarfa.", "Fl-1919 sar \"Defensor Vinculi\", avukat fil-kaw\u017ci ta' \u017cwi\u0121ijiet.", "Fi \u017cmien meta s-sa\u010berdoti kienu m\u0127ajra jie\u0127du sehem attiv fix-xena politika, Dun Mikiel Gonzi da\u0127al membru tal-Partit Laburista li kien g\u0127adu kif twaqqaf fil-15 ta' Mejju 1921, u kien jissejja\u0127 \"La Camera del Lavoro\".", "Mal-Partit Nazzjonalista kien hemm Mons. Dandria u Mons. Panzavecchia.", "Probabbilment kienu \u0127ajruh is-Sur Fons u l-Kurunell Willie Savona.", "Wara li mar \u0127a parir ming\u0127and l-Isqof Mawru Caruana, dan qallu:", "Huwa attenda l-Kumitat \u0120enerali tal-Partit Laburista g\u0127all-ewwel darba fis-7 ta' Ottubru 1921 u \u0127are\u0121 kandidat g\u0127as-Senat fl-Elezzjonijiet \u0120enerali tal-1921.", "Kien hemm kandidat ie\u0127or g\u0127amillu kaw\u017ca g\u0127ax qal li Gonzi ma kellux et\u00e0 bi\u017c\u017cejjed biex jo\u0127ro\u0121 g\u0127as-Senat imma tilifha g\u0127ax Gonzi kellu 35 sena.", "\"Imbag\u0127ad \u0121iet l-elezzjoni,\" jg\u0127id Gonzi, \"ifforma ru\u0127u l-partit tal-Labour sewwa, kellhom nies jag\u0127mlu unur lill-Partit, tant mill-punt di vi\u017cta politiku u wkoll reli\u0121ju\u017c.\"", "Il-Partit Laburista tella' 7 deputati fil-Kamra Le\u0121islattiva u 2 senaturi, fosthom Alfons Maria Galea fuq l-Ewwel Distrett u Mikiel Gonzi fuq it-Tieni Distrett.", "Gonzi da\u0127al fis-Senat fl-1 ta' Novembru u g\u0127amel biss nofs il-le\u0121islatura: tliet snin mis-sitta li seta' jag\u0127mel (g\u0127ax fl-1924 sar Isqof t'G\u0127awdex).", "L-ewwel li\u0121i li g\u0127addew kien \"The Religion of Malta Declaration Act\".", "Gonzi jg\u0127id li fi\u017c-\u017cmien li kien fis-Senat inkora\u0121ixxa l-istudju tal-ilsien Malti, xi \u0127a\u0121a li kienet fil-Programm Elettorali tal-Partit Laburista.", "Fl-1922, l-Isqof Mawru Caruana \u0127atru segretarju privat tieg\u0127u.", "Lejn nofs is-sena 1924 irri\u017cenja mis-Senat u sar il-\u0127ames Isqof t'G\u0127awdex.", "Dam dsatax-il sena f'din il-kariga sakemm fl-1943 in\u0127atar Isqof ko-adjatur ta' Malta.", "Fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, l-Isqof Gonzi g\u0127en \u0127afna biex tittaffa l-problema tal-\u0121u\u0127 min\u0127abba n-nuqqas ta' qam\u0127 f'Malta, li seta' jwassal biex Malta \u010b\u010bedi.", "F'laqg\u0127a sigrieta nhar il-5 ta' Lulju 1942, li sejja\u0127 il-Gvernatur Lord Gort kien hemm pre\u017centi l-Isqof Gonzi, li fuq din il-laqg\u0127a jikteb hekk:", "L-g\u0127ajnuna ta' Mons. Gonzi li \u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-bdiewa G\u0127awdxin ji\u0121bru l-qam\u0127 biex jintbag\u0127at lejn Malta ing\u0127atat rikonoxximent meta l-Gvernatur Lord Gort laqqa' lil Gonzi mar-Re \u0120or\u0121 VI fi \u017cjara qasira li dan g\u0127amel f'Malta fl-20 ta' \u0120unju 1943.", "Meta l-Isqof Caruana xja\u0127 \u0127afna, g\u0127all-ewwel l-Ingli\u017ci kienu kontra li Mikiel Gonzi jin\u0127atar isqof ko-adjutur ta' Malta g\u0127ax kienu jqisuh filo-Taljan.", "Imma fil-kwistjoni tal-qam\u0127, l-Ingli\u017ci raw fih att leali lejhom u g\u0127alhekk ma baqg\u0127ux jopponu.", "Tliet xhur wara li n\u0127atar Isqof ko-adjatur, miet l-Isqof Mawru Caruana, u nhar is-17 ta' Di\u010bembru Mons. Mikiel Gonzi sar Isqof ta' Malta.", "Fl-1944, id-Djo\u010besi ta' Malta kienet elevata g\u0127al Ar\u010bidjo\u010besi u hekk Gonzi sar l-ewwel Ar\u010bisqof ta' Malta.", "Fi \u017cmienu saru l-Kungress Marjan (1949) u \u010b-\u010aelebrazzjonijiet \u010aentinarji ta' San Pawl (1960).", "Wara li \u0127a sehem fil-Kon\u010bilju Vatikan II, huwa ma qag\u0127adx lura milli jimplimenta r-riformi kon\u010biljari fl-Ar\u010bidjo\u010besi ta' Malta.", "Fi\u017c-\u017cmien li Mons. Gonzi g\u0127amel Ar\u010bisqof ta' Malta, twaqqfu 14-il parro\u010b\u010ba \u0121dida f'Malta:", "Fis-snin \u0127amsin, il-Partit Laburista ta\u0127t it-tmexxija ta' Dom Mintoff, \u0127are\u0121 bil-proposta tal-\"Integration\".", "Dan kien pjan biex Malta ting\u0127aqad mal-Ingilterra fuq ba\u017ci ta' ugwaljanza politika, so\u010bjali u ekonomika bl-iskop li jissolvew il-problemi tal-qg\u0127ad, ta' nuqqas ta' servizzi so\u010bjali, u ta' nuqqas ta' le\u0121islazzjoni biex id-drittijiet tal-bniedem, kif kienu gawduti mill-Ingli\u017ci dak i\u017c-\u017cmien, jitgawdew ukoll mill-Maltin.", "L-Ar\u010bisqof Gonzi be\u017ca' li Mintoff kien sejjer ida\u0127\u0127al il-Komuni\u017cmu, u l-Integration kienet l-ewwel pass biex jeqred ir-reli\u0121jon minn Malta.", "Nhar il-21 ta' Frar 1960, l-Ar\u010bisqof Gonzi u l-Isqof Pace ta' G\u0127awdex, \u0127ar\u0121u l-Pastorali tar-Randan u fiha qalu li", "L-Isqfijiet \u0127e\u0121\u0121ew biex", "Qalu wkoll li", "F\"'The Struggle\", organu tal-G\u0127aqda \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 Laburisti ta' Marzu 1960, f'artiklu bl-isem \"Kummenti dwar il-Pastorali tar-Randan\", kien hemm miktub li l-Pastorali tar-Randan ma kinitx tittratta \u017c-\u017cmien tar-Randan i\u017cda kienet attakk fuq i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 Laburisti u fuq il-Partit Laburista, b'bosta ine\u017cattezzi u tag\u0127wi\u0121 tat-twemmin so\u010bjalista.", "Ftit jiem wara, lill-Editur Lorry Sant il-Kurja ordnatlu jippubblika dikjarazzjoni ta' apolo\u0121ija fil-\u0127ar\u0121a li jmiss ta' \"The Struggle\".", "Nhar id-9 ta' April, Lorry Sant ir\u010bieva digriet ming\u0127and l-Ar\u010bisqof Gonzi bil-piena tal-interdett personali fuq artiklu li skont il-Kurja kasbar u naqqas mir-rispett lejn l-awtorit\u00e0 tal-Isqfijiet.", "Minbarra l-kundanna personali, kull min jistampa The \"Struggle\", jikteb fih, ibig\u0127u jew jaqrah, jkun qed jag\u0127mel dnub mejjet.", "Nhar it-8 ta' April 1961, l-interdett ing\u0127ata lill-E\u017cekuttiv Laburista, inklu\u017c il-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni Dom Mintoff.", "Dan wara li fil-15 ta' Marzu l-Partit Laburista kien \u0127are\u0121 stqarrija li fiha kkundanna l-a\u0121ir tal-Ar\u010bisqof Gonzi b\u0127ala persuna privata min\u0127abba li bl-im\u0121ieba tieg\u0127u kien qed jo\u0127loq \u0127sara lill-pajji\u017c u xkiel lejn il-ksieb tal-Indipendenza.", "Il-Kurja wie\u0121bet li jekk l-E\u017cekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista ma kienx se jag\u0127mel apolo\u0121ija pubblika, kienet se tag\u0127mel u\u017cu tal-pieni tal-interdett.", "Fit-8 ta' April, il-Kurja g\u0127arrfet lill-a\u0121ent Segretarju tal-Partit Laburista, li wara li l-E\u017cekuttiv sejja\u0127 Konferenza \u0120enerali minflok li rtira l-istqarrija tal-politika tal-Partit, l-Isqfijiet taw l-interdett personali lill-membri kollha li \u0127adu sehem fil-laqg\u0127a tal-E\u017cekuttiv tal-Partit Laburista ta' nhar il-15 ta' Marzu.", "F'Settembru 1961 t\u0127abbret il-mewt ta' \u0120u\u017c\u00e8 Ellul Mercer, Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, u awtur tar-rumanz \"Leli ta' \u0126a\u017c-\u017bg\u0127ir\".", "Billi kien ta\u0127t il-pieni tal-interdett, indifen fil-parti ta\u010b-\u010bimiterju tal-Addolorata mhux ikkonsagrata, mag\u0127rufa b\u0127ala l-Mi\u017cbla.", "Fl-istess sena, il-Partit Laburista da\u0127al fl-A.A.P.S.O (\"Afro-Asian Peoples' Solidarity Organization\") li skont il-Moviment Azzjoni So\u010bjali kienet \"g\u0127aqda re\u0121jonali li ta\u0127t pretesti jew skopijiet tajba b\u0127all-\u0121lieda g\u0127al-libert\u00e0 tal-poplu qed isservi g\u0127all-penetrazzjoni tal-Komuni\u017cmu fl-Asja u fl-Afrika.\"", "Nhar l-24 ta' Mejju 1961, l-Ar\u010bisqof \u0127are\u0121 din id-direttiva lill-Kleru:", "Nhar l-4 ta' Frar 1962, l-Ar\u010bisqof Gonzi xandar ittra pastorali dwar l-elezzjonijiet li kienu fil-qrib.", "Hu wissa lill-votanti li kellhom id-dmir u l-obbligu li ju\u017caw il-voti biex jg\u0127inu lil dawk il-partiti li kienu jappo\u0121\u0121jaw lill-Knisja.", "Minkejja dan, fl-Elezzjonijiet \u0120enerali tal-1962, kwa\u017ci 51,000 Malti (34% tal-elettorat) ivvutaw lill-Partit Laburista, li beda jsej\u0127ilhom \"suldati tal-azzar\".", "Wara l-Elezzjonijiet, nhar is-7 ta' Marzu 1962, l-Ar\u010bisqof Gonzi \u0127are\u0121 struzzjonijiet bil-Latin biex jitqassmu biss bl-idejn:", "Fl-1966, il-Partit Laburista, li kien g\u0127adu sanzjonat mill-Knisja \u0121ab 43% tal-voti - \u017cieda ta' 11,000 vot.", "Nhar l-4 ta' April 1969, t\u0127abbar il-Ftehim bejn il-MLP u l-Knisja, f'dokument li kien jg\u0127id:", "Wara li Dom Mintoff tela' fil-Gvern fl-1971, ir-relazzjoni bejnu u l-Ar\u010bisqof Gonzi tjiebet \u0127afna.", "Gonzi kien anki ta' g\u0127ajnuna g\u0127all-Gvern Laburista tas-sebg\u0127inijiet.", "Meta fid-19 ta' \u0120unju 1998, Mintoff fil-Parlament qal hekk:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14769", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14769", "title": "Id-Dsatax-il Emenda g\u0127all-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti", "text": ["Id-Dsatax-il Emenda g\u0127all-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti", "Id-Dsatax-il Emenda tal-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti tipprojbixxi kull stat u gvern federali milli ji\u010b\u0127ad d-dritt tal-vot lil xi \u010bittadin min\u0127abba s-sess tieg\u0127u.", "Din \u0121iet ratifikata fit-18 ta' Awwissu, 1920.", "Nhar id-9 ta' Jannar, 1918, il-President Woodrow Wilson \u0127abbar li kien jappo\u0121\u0121a din l-emenda.", "L-g\u0127ada, il-Kamra tar-Rappre\u017centanti g\u0127addiet bi ftit din l-emenda, imma s-Senat irrifjuta li jiddibattiha sa Ottubru.", "Meta s-Senat ivvota fuq din l-emenda f'Ottubru, din falliet bi tliet voti.", "B'ri\u017cultat t'hekk, il-\"Partit Nazzjonali tan-Nisa\" \u0127e\u0121\u0121e\u0121 li\u010b-\u010bittadini sabiex fl-elezzjonijiet tal-1918 jivvutaw kontra Senaturi li kienu kontra s-suffra\u0121ju.", "Wara dawn l-elezzjonijiet, il-parti l-kbira tal-membri tal-Kungress kienu favur is-suffra\u0121ju.", "Fil-21 ta' Mejju, 1919, il-Kamra tar-Rappre\u017centanti g\u0127addiet din l-emenda b'vot ta' 304 favur u 89 kontra u s-Senat fl-4 ta' \u0120unju vvota 56 favur u 25 kontra.", "Fit-18 ta' Awwissu, 1920, l-Assemblea \u0120enerali ta' Tennessee saret is-sitta u tletin le\u0121islatura tal-istat li rratifikat din l-emenda proposta, biex din saret id-Dsatax-il Emenda tal-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti.", "Il-Kungress ippropona d-Dsatax-il Emenda fl-4 ta' \u0120unju, 1919 u l-istati segwenti rratifikaw din l-emenda:", "Ir-ratifika kompliet fit-18 ta' Awwissu, 1920.", "L-emenda \u0121iet sussegwentament ratifikata minn dawn l-istati segwenti:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14776", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14776", "title": "Fr\u00e9d\u00e9ric Chopin", "text": ["Fr\u00e9d\u00e9ric Chopin", "Fr\u00e9d\u00e9ric Fran\u00e7ois Chopin (\u017belazowa Wola, 1 ta' Marzu 1810 \u2013 Pari\u0121i, 17 t'Ottubru 1849), bil-Polakk Fryderyk Franciszek Chopin kien kompo\u017citur u pjanista Polakk ta' parentela Franko-Polakka.", "Huwa meqjus b\u0127ala l-akbar kompo\u017citur Polakk u bla dubju wie\u0127ed mill-ikbar pjanisti li qatt kien hemm.", "Chopin iddedika \u0127ajtu esklu\u017c\u017civament g\u0127all-pjanu u kien propju l-pjanu l-mezz ta' kif ittrasmetta s-sentimenti tieg\u0127u; fil-parti l-kbira rabja u melankolija, hekk kif stqarr l-istess Chopin.", "Madanakollu huwa propju l-istil ta' Chopin, dak melankoniku, li g\u0127amlu wie\u0127ed mill-iktar kompo\u017cituri famu\u017ci fid-dinja.", "Huwa kien fost ir-rappre\u017centanti ewlenin tar-Romanti\u010bi\u017cmu u kien mag\u0127ruf b\u0127ala \"l-poeta tal-pjanu\".", "Twieled fl-1820 f'ra\u0127al qrib Varsavja, il-Polonja.", "Il-lirika tieghu, \u0127afna drabi kompo\u017ci\u017c\u017cjonijiet mill-akar melakoni\u010bi, \u0121abu popolarit\u00e0 g\u0127al mu\u017cika bil-pjanu.", "Kien di\u0121\u00e0 jdoqq il-pjanu meta fl-1826 idde\u010bieda jmur jistudja fil-Konservatorju ta' Varsavja.", "Wara li ta bosta kun\u010berti f'Munich u Vjenna, Chopin mar jg\u0127ix Parigi, fejn ta l-ewwel kun\u010bert tieg\u0127u fl-1831.", "F'Parigi kompla ji\u017cviluppa t-talenti tieg\u0127u.", "Huwa kien jiddejjaq jdoqq fil-pubbliku u pprefera jg\u0127allem u joqg\u0127od jikkomponi milli jitla' jdoqq fuq xi palk.", "Fl-1836 Franz Liszt laqqa' lil Chopin ma' George Sand, li mag\u0127ha qatta' x-xitwa tal-1838-39 f'Majorka.", "Hemmhekk Chopin irnexxielu jikkomponi 24 preludju li huma meqjusa fost l-aqwa kompo\u017cizzjonijiet tieg\u0127u.", "G\u0127all-akbar parti ta' \u0127ajtu, Chopin soffra minn problemi kontinwi ta' sa\u0127\u0127a; ir-ri\u017cultat ta' dan kien il-mewta tieg\u0127u ta' 39 sena biss, f'Pari\u0121i, bil-marda tat-tuberkulo\u017ci.", "Chopin introdu\u010ba forom mu\u017cikali b\u0127all-ballata strumentali u wettaq innovazzjonijiet kbar fis-sonata tal-pjanu, ma\u017curka, valtz, notturn, polonaise, \u00e9tude, impromptu u preludju."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14827", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14827", "title": "Lingwa G\u0127arbija", "text": ["Lingwa G\u0127arbija", "L-G\u0127arbi huwa lingwa Semitika \u010aentrali, g\u0127alhekk kklassifikat flimkien ma' lingwi semiti\u010bi o\u0127ra b\u0127all-Ebrajk u l-lingwi Aramajki moderni.", "Il-lingwa tori\u0121ina mill-Peni\u017cula G\u0127arbija.", "L-espansjoni territorjali fil-Medju Evu u t-tixrid tal-Koran-lingwa G\u0127arbi, li sar il-lingwa liturgika tal-I\u017clam, fl-Asja (Il-Lvant Nofsani u l-Lvant Qrib), l-Afrika ta' Fuq, u l-Ewropa (Andalusija).", "Mitkellma ewwel mill-G\u0127arab, il-lingwa Semitika [4] li testendi \u0121eografikament fuq kontinenti diversi so\u010bjolo\u0121ikament testendi g\u0127all-popli mhux G\u0127arab, u llum isir lingwa uffi\u010bjali ta 'korpi internazzjonali \u0127afna."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14965", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14965", "title": "Inna", "text": ["Inna", "Elena Alexandra Apostoleanu, mag\u0127rufa a\u0127jar bl-isem ta' Inna (Mangalia, 16 ta' Ottubru 1986), hija kantanta Rumena tal-mu\u017cika dance.", "YouTube InnaRomania", "Inna iddebuttat fix-xena mu\u017cikali fl-2008 meta \u0127ar\u0121et l-album \"Hot\", prodott mill-grupp Play & Win.", "Il-kanzunetta prin\u010bipali minn dan l-album kienet \"Hot\", li la\u0127qet l-ewwel post f'numru ta' pajji\u017ci fosthom ir-Rumanija, il-Portugall, il-Moldova, il-Bulgarija, Malta, il-Polonja, Spanja, ir-Russja, l-Ungerija u l-Gre\u010bja.", "It-tieni kanzunetta minn dan l-istess album, li \u0121\u0121ib l-isem ta' \"Love\", waslet san-numru 16 fil-klassifika \"Fresh Top 40\" ta' Kiss FM fl-ewwel \u0121img\u0127a tag\u0127ha.", "Barra minn hekk \u0121iet nominata fl-Eska Awards fil-Polonja fil-kategorija tal-aqwa kantanta u dik tal-aqwa kanzunetta g\u0127al \"Love\".", "Flimkien ma' Bob Taylor (Fizz), Inna \u0127ar\u0121et ukoll \"Deja Vu\", li g\u0127amlet su\u010b\u010bessun f'numru ta' pajji\u017ci, spe\u010bjalment fil-pajji\u017ci Balti\u010bi fuq il-Lvant tal-Ewropa.", "L-istess su\u010b\u010bess wasal g\u0127ar-raba' kanzunetta mill-istess album, \"Amazing\", bil-filmat ta' din il-kanzunetta ji\u0121i mi\u0121bud \u0121ewwa l-Portugall.", "Is-sena 2009 kompliet timmarka s-su\u010b\u010bess ta' Inna, meta \"Hot\" baqg\u0127et tiela' sal-ewwel post fil-klassifika tad-Dance tal-\"Billboard\" \u0121ewwa l-Amerika, fost l-aktar klassifiki mu\u017cikali \u010belebri fid-dinja.", "Nhar is-26 ta' \u0120unju, 2010, \u0121ie pubblikat fuq l-istazzjon uffi\u010bjali tag\u0127hom fuq il-YouTube il-filmat mu\u017cikali tal-\u0127ames kanzunetta mir-repertorju tag\u0127ha, \"10 Minutes\".", "Dan il-filmat in\u0121ibed \u0121ewwa Londra, l-Ingilterra, u huwa stmat li l-ispejje\u017c g\u0127alih la\u0127qu mas-\u20ac70,000."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14966", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14966", "title": "2 ta' Jannar", "text": ["2 ta' Jannar", "It-2 ta' Jannar hi t-tieni \u0121urnata tas-sena fil-kalendarju Gregorjan.", "G\u0127ad baqa' 363 \u0121urnata g\u0127al tmiem is-sena (364 fi snin bi\u017cestili)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14977", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14977", "title": "Coronel Fabriciano", "text": ["Coronel Fabriciano", "Coronel Fabriciano hija l-belt kapitali ta' l-istat tal-Minas Gerais fin-nofsinhar tal-Bra\u017cil."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14984", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14984", "title": "Robertu Bellarmino", "text": ["Robertu Bellarmino", "San Robertu Bellarmino, (1542-1621), qassis u studju\u017c Taljan, kien wie\u0127ed mill-mexxejja ewlenin ta' dik li tissejja\u0127 il-Kontro-Riforma, ji\u0121ifieri l-\u0127idma biex il-Knisja Kattolika ti\u0121\u0121edded, bi twe\u0121iba g\u0127all-Protestanti.", "Roberto Francesco Romolo Bellarmino twieled f'Montepulciano, fit-Toskana, nhar l-4 ta' Ottubru 1542.", "Missieru kien ma\u0121istrat u zijuh kien il-Papa Mar\u010bell II.", "G\u0127alkemm ma tantx kien tajjeb g\u0127al-log\u0127ob, ma' s\u0127abu kien popolari \u0127afna.", "F'\u017cg\u0127o\u017citu kien dilettant kbir tal-mu\u017cika u kien ikanta u jdoqq il-vjolin.", "I\u017cda l-akbar delizzju tieg\u0127u kien li jag\u0127mel ix-xbieki g\u0127all-ka\u010b\u010ba, li kien jifta\u0127ar li qatt ma jitqattg\u0127u.", "Roberto da\u0127al mal-\u0120i\u017cwiti u sar qassis fl-1570.", "Sa\u0127\u0127tu kienet tinkwetah \u0127afna u kien ibati sikwit b'u\u0121ig\u0127at ta' ras.", "Darba da\u0127al f'kappella f'Firenze u talab 'l Alla, \"T\u0127allinix immut, g\u0127ax irrid ng\u0127ix u na\u0127dem g\u0127al \u017cmien twil g\u0127all-kaw\u017ca tieg\u0127ek.\"", "Id-dehra tieg\u0127u lanqas ma kienet ti\u0121bdek.", "Kien qasir, im\u0127atteb, rasu kemmxejn kbira u mnie\u0127ru twil.", "La\u0127aq professur tat-teolo\u0121ija fl-Universita ta' Louvain u kiseb fama ta' wie\u0127ed li jaf jitkellem tajjeb.", "Ix-xog\u0127ol ewlieni tieg\u0127u kien id-De Controversiis (Disputi fuq il-Kontroversji tal-Fidi Nisranija) (1568-93).", "Il-mod kif huwa spjega l-po\u017cizzjoni tal-Knisja kien tant \u010bar u jag\u0127mel sens li baqa' jintu\u017ca fis-sekli ta' wara.", "Bellarmino qatt ma waqa' f'tg\u0127ajjir jew insulti, anzi l-g\u0127edewwa tieg\u0127u ammettew kemm kien o\u0121\u0121ettiv u kemm kien jikkwotahom pre\u010bi\u017c.", "Kellu sehem kbir ukoll fir-revi\u017cjoni tal-Vulgata, il-Bibbja bil-Latin, li \u0127ar\u0121et fl-1592.", "Minkejja dan ix-xog\u0127ol kollu huwa kien isib \u0127in biex iqawwi lil s\u0127abu u jqarar.", "Qatt ma nqata' g\u0127alih wa\u0127du i\u017cda kellu diversi \u0127bieb billi kellu karattru \u0127elu.", "Meta la\u0127\u0127quh Rettur tal-Kulle\u0121\u0121 Ruman, huwa rari kien jo\u0127ro\u0121 minn kamartu biex ikun dispost g\u0127al kul\u0127add.", "Hemm kien idur bil-morda b'im\u0127abba ta' missier.", "Meta kien jara xi patri g\u0127ajjien dlonk kien jibag\u0127tu vaganza u kien jag\u0127mel is-servizz tieg\u0127u hu stess.", "Mieg\u0127u nnifsu biss qatt ma wera \u0127niena: kien iqum kuljum fit-tlieta ta' filg\u0127odu biex ikollu aktar \u0127in jitkellem m'Alla, u jsum darbtejn fil-\u0121img\u0127a.", "Ma\u0127tur kardinal kontra qalbu fl-1599 (in-nies bdew isej\u0127ulu \"l-\u0120i\u017cwita l-A\u0127mar\"), Bellarmino serva ta' ar\u010bisqof ta' Capua g\u0127al tliet snin, mill-1602 sa l-1605.", "Wara mar lura Ruma fejn issokta bl-istudji tieg\u0127u.", "Ammiratur tax-xjenzat kbir Galileo, huwa ddefenda d-dritt tieg\u0127u li jippubblika l-kitbiet tieg\u0127u dwar is-sistema solari.", "Wara li kien qassam \u0121idu f'\u0127ajtu lill-foqra, Robertu miet fqir nhar is-17 ta' Settembru 1621.", "San Roberto Bellarmino kien iddikjarat qaddis fl-1930 u Duttur tal-Knisja s-sena ta' wara.", "Jinsab midfun fil-Knisja ta' San Injazju, \u0121ewwa Ruma \u0127dejn il-qabar ta' San Alwi\u0121i, li kien il-Prefett Spiritwali tieg\u0127u meta kien fil-Kulle\u0121\u0121 Ruman.", "Il-festa tieg\u0127u ssir nhar is-17 ta' Settembru."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14985", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14985", "title": "Patri Piju", "text": ["Patri Piju", "San Piju ta' Pietrelcina, imwieled Francesco Forgione, mag\u0127ruf l-iktar b\u0127ala Patri Piju jew Padre Pio, (Pietrelcina, Italja, 25 ta' Mejju 1887 \u2013 San Giovanni Rotondo, 23 ta' Settembru 1968), kien patri Fran\u0121iskan Kapu\u010b\u010bin Taljan u sa\u010berdot; qaddis ikkanonizzat mill-Knisja Kattolika li \u010b-\u010belebrazzjoni tal-festa tieg\u0127u ssir fit-23 ta' Settembru, fl-anniversarju ta' mewtu.", "Anke meta kien g\u0127adu \u0127aj ing\u0127ata venerazzjoni popolari kbira \u0127afna \u0127abba l-pjagi li kellu f'\u0121ismu u l-mirakli li jing\u0127ad li wettaq f'\u0127ajtu u wara mewtu.", "Kien ukoll o\u0121\u0121ett ta' \u0127afna kritika u suspetti fi \u0127dan il-Knisja u barra minnha.", "Twieled fi Pietrelcina, ra\u0127al fil-provin\u010bja ta' Benevento fl-Italja, nhar il-25 ta' Mejju 1887, minn Grazio Forgione u Giuseppina f'dar \u010bkejkna u fqira fil-kampanja.", "Missieru kien bidwi, bniedem bla skola i\u017cda g\u0127aref.", "Semmewh Fran\u0121isku u kien ir-raba' tifel minn seba' ulied, li tnejn minnhom mietu trabi.", "F'dawk is-snin, ix-xog\u0127ol kien naqas \u0127afna u Grazio beda jsibha bi tqila biex jaqla' l-g\u0127ixien g\u0127all-familja tieg\u0127u.", "Huwa emigra darbtejn, l-ewwel darba meta Fran\u0121isku (Piju) kien g\u0127adu tifel \u010bkejken, kien mar l-Amerka t'isfel i\u017cda kienet \u0121ietu \u0127a\u017cina.", "It-tieni darba, ftit qabel ma' Piju sar sa\u010berdot, Grazio g\u0127amel kemxa \u0121mielha u meta \u0121ie lura xtara \u017cew\u0121 g\u0127elieqi providenzjali g\u0127al Patri Piju li seta' jitbieg\u0127ed mill-familjari tieg\u0127u u hemm jin\u0121abar fit-talb.", "Il-vojt ta' missieru fi tfulitu mlietu wisq tajjeb ommu li kienet tg\u0127o\u017c\u017cu b'im\u0127abba kbira.", "Ta' \u0127ames snin, Fran\u0121isku wieg\u0127ed lilu nnifsu lill-qaddis patrun ta' ismu, San Fran\u0121isk t'Assisi.", "Wara dan jing\u0127ad li kien \u0121a beda jkollu l-vi\u017cjonijiet.", "Kien jara lill-Madonna u jitkellem mag\u0127ha u kien ukoll jara x-xitan ta\u0127t xbihat ta' bnedmin kif ukoll ta' annimali mill-aktar koroh.", "Ta' tifel li kien, hu kien ja\u0127seb li kul\u0127add kien ikollu minn dawn l-affarijiet.", "Meta kellu disa' snin, Fran\u0121isku jing\u0127ad li assista g\u0127all-ewwel miraklu tieg\u0127u.", "Kien ma' missieru fis-Santwarju ta' San Pellegrino meta resqet mara b'tifel marid f'dirg\u0127ajha, tg\u0127ajjat donnha te\u0127odha ma' San Pellegrino g\u0127ax ma kienx fejqilha lil binha.", "Fit-telfa li kienet, telqet lit-tifel fuq l-altar filwaqt li qaltlu: \"Kollox sew.", "Jekk ma tridx tfejqu, allura \u0127udu int.\"", "G\u0126al dik ix-xena, kul\u0127add tbikkem.", "Fran\u0121isku talab g\u0127at-tifel b'\u0127e\u0121\u0121a kbira, b'g\u0127ajnejh fissi fuqu.", "F'daqqa wa\u0127da it-tifel g\u0127olla jdejh, qam fuq ri\u0121lejh u g\u0127ajjat \"mamma\".", "Kul\u0127add infexx jg\u0127ajjat \"miraklu\".", "It-tifel kien fieq g\u0127al kollox.", "Dik il-\u0127abta fi Pietrelcina kien jidher ta' spiss wie\u0127ed ajk kapu\u010b\u010bin jismu Fra Kamillu.", "Dan kellu le\u0127ja sewda twila u folta u bil-manjieri \u0127elwin li kellu, kien ji\u0121bed lejh lil kul\u0127add, \u017cg\u0127ar u kbar.", "Fran\u0121isku kien in\u0121ibed \u0127afna lejh, l-aktar min\u0127abba l-baffi li kellu, u xtaq isir b\u0127alu.", "Kienu l-baffi l-ewwel \u0127a\u0121a li \u0121ibditu lejn il-Kapu\u010b\u010bini!", "Ta' sittax \u2013il sena beda n-novizzjat tieg\u0127u f'Morcone u \u0127a l-isem ta' Fra Piju.", "Sa mill-ewwel \u0121ranet tieg\u0127u fil-kunvent huwa sar il-mimmi ta' g\u0127ajnejn il-patrijiet kapu\u010b\u010bini l-o\u0127ra.", "Il-Majjistru tieg\u0127u Patri Tommaso qal fuqu: \"Kien dejjem novizz e\u017cemplari, puntwali u e\u017catt f'kollox.\"", "Kien jag\u0127mel penitenzi anki waqt l-ikel \u2013 fost l-o\u0127rajn, kien jitlob permess biex jg\u0127addi l-ikel lill-patri ta' \u0127dejh.", "Kien jitlob \u0127afna u fit-tul, u ta' spiss kien jitlob permess biex ma jin\u017cilx g\u0127ar-rikreazzjoni \u0127alli jkun jista' jkompli jitlob.", "L-unika \u0127a\u0121a li kienet tinkwieta lill-patrijiet s\u0127abu kienet sa\u0127\u0127tu.", "Fra Piju kien sar mag\u0127lub wisq u kien spiss jaqbdu deni qawwi.", "Dan kien deni li t-tobba ma setg\u0127ux jispjegaw.", "Xi drabi t-termometru kien jinkiser bil-qawwa tad-deni.", "Min\u0127abba f'hekk kien jintbag\u0127at g\u0127al xi jiem id-dar, b'permess spe\u010bjali tas-superjuri, g\u0127all-arja tajba ta' Pietrelcina biex ikun jista' jirpilja.", "Nhar it-22 ta' Jannar 1904 huwa g\u0127amel l-ewwel professjoni tieg\u0127u.", "G\u0127at-tliet snin ta' wara huwa qag\u0127ad fil-Kunvent ta' San Elia a Pianisi f'Campobasso u f'g\u0127eluq it-tielet sena g\u0127amel il-professjoni solenni.", "Wara li l-mard re\u0121a' bag\u0127tu fi Pietrelcina, Piju kompla jistudja t-teolo\u0121ija mg\u0127ejjun mill-ar\u010bipriet ta' ra\u0127al twelidu, Mons. Pannullo.", "Matul dawn is-snin ta' studju jing\u0127ad li Piju kellu attakki kontinwi u \u0127orox \u0127afna mix-xitan li xi drabi kienu j\u0127allulu anke sinjali esterni b\u0127al tben\u0121il, nef\u0127 u sinjali ta' daqqiet fuq wi\u010b\u010bu.", "I\u017cda jing\u0127ad li kien ikollu wkoll vi\u017cjonijiet ta' konsolazzjoni minn \u0120es\u00f9.", "Piju kien ordnat sa\u010berdot nhar l-10 t'Awissu 1910 fid-Duomo ta' Benevento mill-Ar\u010bisqof Paolo Schinosi u erbat ijiem wara \u010b\u010belebra l-ewwel quddiesa tieg\u0127u, fil-Knisja ta' Pietrelcina.", "Fil-pani\u0121ierku tal-quddiesa, Patri Agostino, id-direttur spiritwali tieg\u0127u tkellem fuq tliet punti essenzjali fil-missjoni tas-sa\u010berdot: il-pulptu, l-altar u l-konfessjonarju, u testwalment qallu: \"Inti, min\u0127abba sa\u0127\u0127tek, ma tantx tista' tkun predikatur; g\u0127alhekk nawguralek li tkun konfessur kbir.\"", "Ftit inqas minn xahar wara li sar sa\u010berdot, bdew jidhru fil-pali ta' idejh b\u0127al \"dbabar \u0127omor\" li kienu jwe\u0121\u0121g\u0127u \u0127afna i\u017cda li wara xi \u0121urnata jew tnejn kienu jg\u0127ibu g\u0127al kollox.", "Piju kien pront tkellem ma' l-ar\u010bipriet Pannullo li kien sar it-tieni missier tieg\u0127u.", "It-tnejn flimkien kienu talbu bil-\u0127erqa lil Alla, biex jekk jista' jkun, ine\u0127\u0127ilu dawk is-sinjali u j\u0127allilu biss l-u\u0121ig\u0127.", "U g\u0127al dik id-darba hekk \u0121ara.", "\u0126ames snin wara, nhar l-20 ta' Settembru 1915, waqt li fil-knisja ta' Pietrelcina kienet qieg\u0127da ssir il-Festa tal-Pjagi ta' San Fran\u0121isk, Piju kien mitluf fit-talb f' \"g\u0127arix\" li kien g\u0127amel hu stess f'g\u0127alqa tal-familja tieg\u0127u.", "Darba ommu ratu \u0127iere\u0121 mill-g\u0127arix iferfer kemm jifla\u0127 idejh b\u0127al meta wie\u0127ed ikun mess xi \u0127a\u0121a ta\u0127raq.", "Bil-\u0127lewwa kolha, ommu qaltlu bi\u010b-\u010bajt jekk kienx qieg\u0127ed idoqq il-kitarra, imma hu we\u0121ibha biss li kellu idejh ju\u0121g\u0127uh.", "Nafu b'dan biss minn ittra li huwa bag\u0127at lid-direttur tieg\u0127u Patri Agostino, xahar wara.", "Dawk kienu s-snin ta' l-Ewwel Gwerra Dinjija u Piju b\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 Taljani l-o\u0127ra n\u0121abar bil-lieva i\u017cda g\u0127amel biss xahar (Novembru 1915) min\u0127abba d-deni stramb li re\u0121a' qabdu.", "It-tobba militari e\u017centawh g\u0127al sena u Piju re\u0121a' lura Pietrelcina.", "B\u0127alma kien dejjem ji\u0121ri, wara ftit \u0121img\u0127at irpilja u re\u0121a' beda jaqdi fil-pastorali tal-parro\u010b\u010ba.", "Xahrejn wara s-superjuri reli\u0121ju\u017ci tieg\u0127u ordnawlu jmur fil-kunvent ta' Sant'Anna \u0121ewwa Foggia i\u017cda hemmhekk sofra wisq attakki mix-xitan li kien anke jsawtu.", "Meta g\u0127alqitlu s-sena e\u017centat mil-lieva huwa rraporta f'Napli fejn re\u0121g\u0127u e\u017centawh g\u0127al sitt xhur o\u0127ra, ji\u0121ifieri sa \u0120unju 1917.", "F'Mejju ta' dik is-sena, mar l-ewwel u l-unika darba f'\u0127ajtu Ruma biex jakkumpanja lil o\u0127tu \u017c-\u017cg\u0127ira li kellha ssir soru ta' Santa Bri\u0121ida.", "Hija \u0127adet l-isem ta' Suor Pia.", "Kien biss \u0127amsin sena wara li re\u0121g\u0127et rat lil \u0127uha, meta marret issellimlu fil-funeral tieg\u0127u.", "Mietet seba' xhur warajh, nhar it-30 t'April 1969. t", "F'Marzu 1918 in\u0127eles darba g\u0127al dejjem mis-servizz militari g\u0127ax instab li kien ibati bi bronco-pneumonite kronika, tant li l-uffi\u010bjali militari qalu: \"\u0126a nibag\u0127tuh id-dar forsi jmut fil-kwiet u l-pa\u010bi.\"", "I\u017cda Piju kellu jmut fil-kwiet u l-pa\u010bi \u0127amsin sena wara, meta kellu 81 sena.", "Nhar it-18 ta' Marzu huwa mar lura fil-Kunvent ta' San Giovanni Rotondo fejn sentejn qabel il-Provin\u010bjal idde\u010bieda li j\u0127allih hemm g\u0127al kollox fuq xewqa ta' l-istess Patri Piju.", "Lil Piju g\u0127a\u017cluh b\u0127ala direttur tal-\"fratini\", dawk it-tfal li kienu m\u0127ajrin isiru patrijiet.", "Il-\u0127emda tal-kunvent fqajjar, maqtug\u0127 g\u0127alih wa\u0127du u mdawwar minn kullimkien b'si\u0121ar i\u0127addru s-sena kollha, kien tassew ideali g\u0127al Patri Piju.", "Il-ftit nies li kienu jiffrekwentaw il-knisja mill-ewwel intlaqtu mill-qdusija sempli\u010bi ta' dak il-patri \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u marradi u hekk l-g\u0127add tag\u0127hom beda ji\u017cdied kuljum.", "22.10.1918", "Hekk kiteb f'ittra Patri Piju lid-direttur spiritwali tieg\u0127u li obbligah jag\u0127mel dan.", "Dakinhar, fil-jum tal-\u0120img\u0127a, Piju kien wa\u0127du fil-Kunvent g\u0127ax il-patrijiet l-o\u0127ra kellhom xi qadjiet.", "Waqt li kien qieg\u0127ed g\u0127arkubbtejh quddiem il-Kur\u010bifiss, jing\u0127ad li \u0120esu Msallab (il-Persona\u0121\u0121 Misterju\u017c) \u0127a l-\u0127ajja u minnu \u0127ar\u0121u \u0127ames vle\u0121e\u0121 li ppenetraw il-\u0121isem tieg\u0127u.", "Piju bilkemm kellu s-sa\u0127\u0127a jqum mill-art u jasal sa\u010b-\u010bella biex ikun jista' jbiddel \u0127wej\u0121u u jnaddafhom mid-demm biex ma jindunawx b'dak li kien \u0121ralu.", "Din id-darba l-Mulej ma ne\u0127\u0127ielux is-sinjali.", "Jing\u0127ad li Patri Piju baqa' b'dawk il-pjagi sal-a\u0127\u0127ar jum ta' \u0127ajtu.", "L-a\u0127bar ta' patri bil-pjagi xterdet ma' San Giovanni Rotondo u kwa\u017ci ma' l-Italja kollha.", "Is-superjuri reli\u0121ju\u017ci nfixlu f'dik is-sitwazzjoni delikata.", "Il-Ministru \u0120enerali tal-Kapu\u010b\u010bini dde\u010bieda li ma jit\u0127allewx nies ikellmu lil Patri Piju u billi n-nies iktar bdew jersqu lejn il-kunvent, dan issakkar u ma kien jit\u0127alla \u0127add jid\u0127ol ming\u0127ajr il-permess tas-superjur.", "F'ittra o\u0127ra lid-direttur spiritwali tieg\u0127u, Patri Piju stqarr li kien i\u0127ossu \"\u0127a\u017cin \u0127afna fi\u017cikament u moralment\" g\u0127ax g\u0127al \u0127afna dawn is-sinjali kienu \"sinjali ta' kontradizzjoni\": x'u\u0127ud ja\u010b\u010bettawhom u jbusuhom u o\u0127rajn ji\u010b\u0127duhom u jmaqdruhom.", "B'ordni tas-superjuri huwa kien i\u017commhom dejjem mg\u0127ottijin u kien ine\u0127\u0127i l-ingwanti biss waqt il-quddiesa.", "B'ordni tal-Provin\u010bjal, tmint ijiem biss wara li se\u0127\u0127 il-fenomenu, ittie\u0127du xi ritratti tal-pjagi biex jintbag\u0127tu Ruma lill-Kongregazzjoni tas-Sant'Uffizzju.", "L-ewwel testijiet medi\u010bi fuq Patri Piju saru tmien xhur wara li fe\u0121\u0121 il-fenomenu mill-professur Romanelli minn Barletta li stqarr li ma setax jikklassifika l-pjagi xjentifikament.", "Professur ie\u0127or, Amigo Bignami pprova anke jfejjaqlu l-pjagi i\u017cda bla su\u010b\u010bess.", "Il-professuri Luigi Romanelli u Giorgio Festa ikkonkludew li mhemmx spjegazzjoni naturali tal-fenomenu.", "Festa rrimarka wkoll li mill-pjagi kienet to\u0127ro\u0121 ri\u0127a ta' fwie\u0127a.", "Patri Agostino Gemelli, tabib u psikologu, il-fundatur ta' l-Universita Cattolica, ipprova je\u017caminah hu wkoll i\u017cda ming\u0127ajr su\u010b\u010bess g\u0127ax ma kellux awtorizzazzjoni bil-miktub.", "Patri Piju kellu direttivi minn Ruma stess biex ma j\u0127alli lil \u0127add je\u017caminalu l-pjagi.", "Gemelli ippubblika studju li fih sejja\u0127 lil Padre Piju \"isteriku\" f'kelma o\u0127ra \"mi\u0121nun\".", "Kiteb hekk:", "Nhar it-2 ta' \u0120unju 1922 is-Sant'Uffizzju ordna li Patri Piju jibda jqaddes biss fil-privat, ma jag\u0127tix barka lin-nies u ma jwe\u0121ibx l-ittri tan-nies.", "Piju kien dejjem lest jag\u0127mel dak kollu li jkun mitlub mis-superjuri tieg\u0127u u kien jiddispja\u010bih biss g\u0127al dak kollu li kien qieg\u0127ed ji\u0121ri min\u0127abba fih.", "F'Mejju 1923, is-Sant'Uffizzju \u0127are\u0121 dikjarazzjoni li biha widdeb lill-fidili kollha li dak li kien qed jing\u0127ad fuq Patri Piju ma kellu ebda \u0127jiel ta' sopranatural.", "Sena wara, re\u0121a' wissa li \u0127add m'g\u0127andu jersaq lejn San Giovanni Rotondo biex juri qima u devozzjoni lejn Patri Piju.", "Kemm \u2013il darba ppruvaw ukoll i\u010baqilquh minn San Giovanni Rotondo i\u017cda dan qatt ma sar.", "F'ittra lill-Vigarju Provin\u010bjali ta' Foggia, Piju kiteb:", "Il-persekuzzjoni kontra Patri Piju la\u0127qet il-qu\u010b\u010bata tag\u0127ha meta b'digriet ie\u0127or tas-Sant'Uffizzju fl-1931, Piju kien sospi\u017c \"a divinis\" u m\u0121ieg\u0127el jinqata' anki mill-istess \u0127utu patrijiet u jkun segregat, i\u017colat fil-Kunvent ming\u0127ajr ma jista' jkellem lil \u0127add, fi kliem ie\u0127or sar pri\u0121unier fil-kunvent.", "I\u017cda \u0127afna \u0127bieb ta' Patri Piju \u0127admu kemm fel\u0127u biex iwaqqfu din il-\"pri\u0121unerija\".", "\u017bew\u0121 isqfijiet kapu\u010b\u010bini, Longhini u Cuccarollo ppre\u017centaw dossier lill-Papa Piju XI li studjah bir-reqqa.", "F'Lulju 1933, is-Sant'Uffizzju re\u0121\u0121a' lura d-de\u010bi\u017cjonijiet tieg\u0127u.", "Meta l-Provin\u010bjal g\u0127arraf b'dan lil Piju, il-patrijiet s\u0127abu tal-kunvent infexxew f'\u010bap\u010bip kbir u Piju bid-dmug\u0127 f'g\u0127ajnejh, bieslu idejh u talbu jirringrazzja lill-Papa f'ismu.", "Il-fama ta' Patri Piju xterdet 'il barra mill-Italja.", "Kienu jmorru j\u017curuh pellegrini mhux mill-pajji\u017ci Ewropej, fosthom Maltin, i\u017cda wkoll \u0127afna Amerikani u Sudamerikani.", "Eluf ta' ittri kienu qeg\u0127din jaslulu fil-kunvent minn madwar id-dinja kollha, x'u\u0127ud anke mi\u010b-\u010aina u mil-Lvant Imbieg\u0127ed.", "Fost l-ittri li r\u010bieva, darba r\u010bieva wa\u0127da, fl-1962, ming\u0127and il-Kardinal Pollakk Karol Woytla (iktar tard il-Papa \u0120wanni Pawlu II), li talbu jitlob g\u0127al wa\u0127da omm \u017cag\u0127\u017cug\u0127a Pollakka li kienet kwa\u017ci fl-a\u0127\u0127ar g\u0127ax kellha tumur fi gri\u017cmejha.", "G\u0126addew ftit \u0121ranet u l-Kardinal re\u0121a' kitiblu biex jirringrazzjah g\u0127ax il-mara kienet qalg\u0127et il-grazzja.", "Minkejja l-popolarit\u00e0 kbira tieg\u0127u, \u0127ajtu fil-kunvent baqg\u0127et dejjem l-istess.", "Kien iqaddes tal-\u0127amsa ta' filg\u0127odu.", "G\u0126all-quddiesa tieg\u0127u, in-nies \u0121ieli g\u0127amlu lejl s\u0127i\u0127 wara l-bieb tal-knisja biex malli tifta\u0127, jintasbu fl-ewwel postijiet.", "Nistg\u0127u ng\u0127idu li \u0127ajtu b\u0127ala sa\u010berdot kienet talb, quddiesa u qrar.", "Kien iqatta' sig\u0127at twal fil-konfessjonarju u kien jixtieq li \"l-\u0121urnata fiha 48 sieg\u0127a flok 24\" biex ikun jista' jqarar i\u017cjed.", "Fil-festi jing\u0127ad li \u0121ieli g\u0127amel 18-il sieg\u0127a jqarar.", "Eluf kbar jing\u0127ad li sabu lil Alla mill-\u0121did permezz ta' Patri Piju.", "Kienu jqerru g\u0127andu isqfijiet, kardinali, politi\u010bi, artisti u minn kull xorta ta' nies.", "Fl-1925 Patri Piju rran\u0121a bini li qabel kien iservi ta' monasteru u g\u0127amel sptar \u017cg\u0127ir li semmieh g\u0127al San Fran\u0121isk.", "I\u017cda fl-1956 g\u0127amel l-opra kolossali tieg\u0127u meta bil-flus ta' \u0127afna benefatturi feta\u0127 wie\u0127ed mill-aktar sptarijiet moderni anke sal-\u0121urnata tal-lum, \"Casa Sollievo della Sofferenza\" \u2013 Dar g\u0127as-Ser\u0127an mit-Tbatija.", "I\u017cda dan l-isptar g\u0127alkemm \u0121ab ser\u0127an lil \u0127afna pazjenti re\u0121a' \u0121ab sofferenza kbira g\u0127al Patri Piju li kienet tixbah lil dik li g\u0127adda minnha g\u0127oxrin sena qabel, meta waqqfuh milli jqaddes.", "Issa Patri Piju kien bniedem anzjan u batut fi\u017cikament.", "Waqt li kien qed jinbena l-isptar mhux kollox kien miexi dritt fl-amministrazzjoni, mhux tort ta' Patri Piju li kien \u0127alla f'idejn \u0127addie\u0127or it-tmexxija ta' l-isptar.", "Fl-1952, il-\u0120eneral tal-Kapu\u010b\u010bini fuq struzzjoni mis-Sant'Uffizzju wissa lir-reli\u0121ju\u017ci tieg\u0127u biex ma jorganizzawx pellegrina\u0121\u0121i g\u0127al San Giovanni Rotondo.", "Fl-1960, il-Papa bag\u0127at lil Mons. Carlo Maccari biex jinvestiga l-\u0127afna xnig\u0127at li kienu qeg\u0127din isiru fuq Patri Piju, anke li kien qieg\u0127ed ikollu relazzjonijiet ma' xi nisa.", "Patri Piju \u0121ie mi\u017cmum milli ji\u010b\u010belebra \u017c-\u017cwi\u0121ijiet u l-mag\u0127mudijiet u ma jdumx iktar minn nofs sieg\u0127a fil-quddiesa.", "Sa\u0127ansitra kienu tpo\u0121\u0121ew xi mikrofoni fi\u010b-\u010bella u fil-konfessjonarju tieg\u0127u.", "Patri Piju kien \u0127adha bi kbira wisq din il-\u0127a\u0121a skandalu\u017ca g\u0127ax qatt ma stenna li ssir din il-\u0127a\u0121a min-nies tal-Knisja.", "Kien fl-1964, erba' snin qabel mewtu li l-Papa Pawlu VI temm din it-tieni persekuzzjoni tas-Sant'Uffizzju.", "Patri Piju miet nhar it-23 ta' Settembru 1968 fis-2.30 a.m. Il-\u0121urnata ta' qabel kien qaddes b\u0127as-soltu g\u0127alkemm fl-a\u0127\u0127ar ta' dik il-quddiesa kien se jaqa' ma' l-art kieku mhux g\u0127ax \u017cammewh il-patrijiet li kienu qeg\u0127din jassistuh.", "It-tabib kuranti ta' Padre Piju, Dr Giuseppe Sala, meta \u010b\u010bertifikah mejjet, \u0127alla miktub: \"G\u0127axar minuti wara l-mewt, l-idejn, il-kustat u r-ri\u0121lejn ta' Padre Piju... u kull parti o\u0127ra tal-\u0121isem, la kienu juru marki ta' feriti, la \u010bikatri\u010bi fl-idejn u fir-ri\u0121lejn, la fil-wi\u010b\u010b u lanqas fil-qieg\u0127 tag\u0127hom u lanqas fil-kustat fejn qabel kellu feriti li kienu jidhru tajjeb\".", "Sala iddikjara wkoll li dan il-fatt \"huwa g\u0127al kollox barrani minn kull tip ta' komportament kliniku\".", "Patri Piju ndifen fil-Kripta tas-Santwarju ta' San Giovanni Rotondo.", "Nhar it-23 ta' Mejju 1987, il-Papa \u0120wanni Pawlu II, li meta kien g\u0127adu student f'Ruma kien iltaqa' u tkellem ma' Patri Piju, mar i\u017cur il-qabar tieg\u0127u u talab fit-tul fuqu.", "Tnax \u2013il sena wara kien dan l-istess Papa li ddikjarah beatu, nhar it-2 ta' Mejju 1999.", "Nhar is-16 ta' \u0120unju 2002 l-istess Papa ddikjarah qaddis.", "Il-Knisja tag\u0127mel it-tifkira ta' San Piju ta' Pietrelcina nhar it-23 ta' Settembru."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "14999", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=14999", "title": "Tere\u017ca ta' Lisieux", "text": ["Tere\u017ca ta' Lisieux", "Santa Tere\u017ca ta' Lisieux (2 ta' Jannar 1873 \u2013 30 ta' Settembru 1897), jew kif inhi mag\u0127rufa Santa Tere\u017cina (biex niddistingwuha minn Santa Tere\u017ca ta' Avila), jew Santa Tere\u017ca tal-Bambin \u0120es\u00f9 u tal-Wi\u010b\u010b Imqaddes, kienet soru Karmelitana Fran\u010bi\u017ca, imwielda Marie-Fran\u00e7oise-Th\u00e9r\u00e8se Martin, imsej\u0127a \"Il-Fjura \u017bg\u0127ira ta' \u0120es\u00f9\", saret wa\u0127da mill-qaddisin l-iktar ma\u0127bubin fost l-Insara.", "Bint Louis Martin, arlu\u0121\u0121ar, u Zelie Guerin, Tere\u017ca twieldet f'Alencon, Franza, u minn et\u00e0 \u017cg\u0127ira kienet tifla qaddisa.", "Kienet l-i\u017cg\u0127ar fost disa' a\u0127wa, erbg\u0127a minnhom mietu \u017cg\u0127ar, il-\u0127amsa l-o\u0127ra li kienu bniet, wa\u0127da wara l-o\u0127ra, da\u0127lu sorijiet, tlieta minnhom, fosthom Tere\u017ca, mal-Karmelitani.", "Ommha Zelie mietet meta t-tifla kellha 4 snin, u qabel mietet kienet qalet lil \u017cew\u0121ha li kien ikun a\u0127jar li jafda lil uliedhom f'idejn il-mara ta' \u0127uha, li kienet taqg\u0127od Lisieux.", "U missier Therese, Louis, malli sab ru\u0127u bil-pi\u017c tal-familja fuq spallejh, trasferixxa l-familja fil-belt ta' Lisieux, qrib il-familja Guerin, fejn Therese g\u0127exet il-bqija ta' \u0127ajjitha.", "Meta wasal i\u017c-\u017cmien li T\u0127erese tibda tmur l-iskola, missierha \u0127aseb biex jiktibha fil-Kulle\u0121\u0121 immexxi mis-Sorijiet Benedittini, fejn di\u0121\u00e0 kienu jmorru \u0127utha l-bniet Leone u Celine.", "Therese \u0127aditha hekk bi kbira t-telfa ta' o\u0127tha Pauline li da\u0127let soru mat-Tere\u017cjani, illi lejn l-a\u0127\u0127ar tas-sena 1882, meta kienet se tag\u0127laq 10 snin, waqg\u0127et f'marda li \u0127allietha bla sa\u0127\u0127a, tant li \u0127asbuha se tmut.", "Ta' 15-il sena da\u0127let il-kunvent Karmelitan ta' Lisieux.", "Fl-1893 intg\u0127a\u017clet tie\u0127u \u0127sieb in-novizzi tal-kunvent, fejn baqg\u0127et g\u0127all-bqija ta' \u0127ajjitha.", "Tere\u017ca g\u0127a\u017clet li tg\u0127ix it-\"triq i\u017c-\u017cg\u0127ira\", programm ta' \u0127ajja u ta' m\u0127abba lejn Alla sempli\u010bi u fl-istess \u0127in profond.", "Fittxet il-qdusija fl-azzjonijiet \u017cg\u0127ar u fil-\u0127idmiet umli.", "It-tjubija tag\u0127ha kienet hekk kbira li s-superjuri tag\u0127ha ordnawlha tikteb il-\u0127ajja tag\u0127ha (awtobijografija).", "\"Storja ta' Ru\u0127\" (1898) sar wie\u0127ed mill-iktar bijografiji spiritwali li jinqraw.", "Nhar il-\u0120img\u0127a l-Kbira tal-1896 Tere\u017ca sog\u0127lot id-demm g\u0127all-ewwel darba.", "Kienet marida bit-tuberkolo\u017ci.", "Dak il-lejl stess in\u0127akmet mill-\"lejl mudlam\" i\u017cda hi \"baqg\u0127et \u017cg\u0127ira\" u Alla kien jerfag\u0127ha \"minn mument g\u0127all-ie\u0127or\".", "O\u0127tha Pauline kienet tinkedd taraha ssofri minn deni qawwi, vomitar ta' demm u tbatija biex tie\u0127u n-nifs.", "Tere\u017ca daret fuqha u qaltilha, \"Toqg\u0127odx tinkwieta... jekk ma nistax nie\u0127u nifs, Alla jag\u0127tini s-sa\u0127\u0127a biex nissaporti.", "Jiena n\u0127obbu!", "Hu qatt mhu se jitlaqni.\"", "Tmien \u0121img\u0127at wara mietet bl-istess fidu\u010bja, \"Alla qatt mhu se jitlaqni, jiena \u010berta...\" qalet dakinhar li mietet.", "\u0126alliet din l-art nhar it-30 ta' Settembru 1897.", "Kien g\u0127ad kellha biss 24 sena.", "Il-bosta mirakli li jing\u0127ad li saru bl-inter\u010bessjoni tag\u0127ha wettqu l-weg\u0127da tag\u0127ha li, \"Wara mewti, in\u0127alli taqa' xita ta' ward.\"", "Meta kienet \u017cg\u0127ira Tere\u017ca xtaqet tmut martri b\u0127al \u0120ovanna t'Arc.", "Din ta' l-a\u0127\u0127ar \u0121iet iddikjarata qaddisa fl-1920, f'\u010berimonja modesta fil-Vatikan.", "Meta Tere\u017ca \u0121iet dikjarata qaddisa \u0127ames snin wara (1925), il-Ba\u017cilika ta' San Pietru iddawlet bil-fjakkoli, \u010berimonja antika li tqajmet mill-\u0121did g\u0127aliha b'miljun ru\u0127 jimlew il-q\u010ba\u010bet ta' Ruma biex jaraw il-Koppla l-Kbira mdawla g\u0127al Santa Tere\u017cina.", "Santa Tere\u017ca hija l-qaddisa patruna tal-missjunarji u l-avjaturi, u \u2014flimkien ma' Santa \u0120ovanna t'Arc \u2014 hija l-qaddisa patruna ta' Franza.", "Fl-1997 il-Papa \u0120wanni Pawlu II iddikjaraha Duttur tal-Knisja.", "Il-Papa \u0127abbar dan quddiem miljun \u017cag\u0127\u017cug\u0127 mi\u0121burin f'Pari\u0121i g\u0127all-Jum Dinji ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 f'Awissu 1997 fejn qal: \"Xtaqt li n\u0127abbar solennement dan l-avveniment hawnhekk g\u0127ax il-messa\u0121\u0121 ta' Santa Tere\u017ca, mara \u017cag\u0127\u017cug\u0127a qaddisa hekk attwali g\u0127al \u017cmienna, hija ta' interess partikulari g\u0127alikom, i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127.\""], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15000", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15000", "title": "Tere\u017ca ta' \u00c1vila", "text": ["Tere\u017ca ta' \u00c1vila", "Santa Tere\u017ca ta' Avila, mag\u0127rufa wkoll b\u0127ala Santa Tere\u017ca ta' \u0120esu jew Tere\u017ca l-Kbira, kienet qaddisa mistika Spanjola, soru Karmelitana, kittieba fi \u017cmien il-Kontro-Riforma, u teologu.", "Riformatri\u010bi tal-Ordni Karmelitana u flimkien ma' San \u0120wann tas-Salib, fundatri\u010bi tal-Karmelitani Skalzi.", "Tere\u017ca twieldet f'Avila, Spanja, fit-28 ta' Marzu, 1515, g\u0127and familja sinjura.", "Kienet ta' natural \u0127elu u viva\u010bi.", "Meta kellha seba' snin, hi u \u0127uha i\u017cg\u0127ar minnha, wara li qraw xi \u0127ajjiet ta' qaddisin martri, \u0121iethom f'mo\u0127\u0127hom li jmorru g\u0127all-Missjoni biex imutu martri, i\u017cda ma la\u0127qux tbieg\u0127du wisq mid-dar meta ltaqg\u0127u ma' zijuhom u \u0127adhom lura g\u0127and ommhom.", "Meta kellha 12-il sena, ommha mietet.", "Tliet snin wara, o\u0127tha l-kbira li kienet tie\u0127u \u0127sieb id-dar i\u017c\u017cew\u0121et, u l-missier da\u0127\u0127al lil Tere\u017ca mas-sorijiet Agostinjani.", "Wara sena u nofs, mardet, u kellha tmur lura lejn id-dar.", "F'dawn is-snin kienet bierda \u0127afna fir-reli\u0121jon.", "Imbag\u0127ad f'daqqa wa\u0127da fl-1535 idde\u010bidiet li tid\u0127ol Soru mal-Karmelitani li kienu f'Avila.", "Missierha g\u0127all-ewwel ma ridhiex, i\u017cda mbag\u0127ad \u010beda.", "Sena wara li da\u0127let Soru, ipprofessat.", "Imbag\u0127ad \u0121ie fuqha \u017cmien twil ta' mard, u ta' nixfa fil-\u0127ajja spiritwali.", "Meta missierha kien marid, hi marret iddur bih.", "Il-mewt tieg\u0127u \u0121abet bidla \u0121o fiha g\u0127ax marret tqerr g\u0127and il-konfessur tieg\u0127u u dan ordnalha ter\u0121a' tibda titlob.", "Kellha issa qrib l-erbg\u0127in sena.", "Jing\u0127ad li beda jkollha esperjenzi misti\u010bi li nafu bihom g\u0127ax hi kitbithom f'kotba li llum huma meqjusa b\u0127ala klassi\u010bi spiritwali: l-\"Awtobijografija\", \"Il-Mixja tal-Perfezzjoni\", u \"Il-Kastell \u0120ewwieni\".", "Fl-1560 \u0121ieha l-\u0127sieb li tirriforma l-Ordni tag\u0127ha, u \u0121\u0121edded l-awsterit\u00e0 u d-dixxiplina ta' qabel, u fl-1562, bil-g\u0127ajnuna ta' San Pietru ta' Alkantara, minkejja bosta ta\u0127bit u tfixkil, rat l-ewwel erba' Sorijiet Karmelitani Skalzi jilbsu l-libsa l-\u0121dida fil-Monasteru l-\u0121did ta' San Jose', f'Avila.", "Sitt xhur wara, meta \u0121ieha l-permess, marret tg\u0127ix mag\u0127hom.", "Xahar wara, \u0121iet mag\u0127\u017cula biex tkun is-Superjura.", "Wara xi snin ta' \u0127ajja kwieta, bdiet tifta\u0127 kunventi o\u0127ra mxerrdin ma' Spanja.", "Fl-1568 bil-g\u0127ajnuna ta' San \u0120wann tas-Salib waqqfet l-ewwel monasteru tal-Patrijiet.", "B'kollox hi fet\u0127et 17-il kunvent tas-Sorijiet u 15 tal-Patrijiet.", "Fl-a\u0127\u0127ar vja\u0121\u0121 tag\u0127ha fl-1582, wara li fet\u0127et monasteru f'Burgos, telqet lejn Alba de Tormes.", "Meta waslet fl-20 ta' Settembru, kienet g\u0127ajjiena \u0127afna u marida, inxte\u0127tet fis-sodda, u mietet ftit \u0121ranet wara, fl-4 ta' Ottubru.", "Fl-1622, il-Papa Girgor XV iddikjaraha, u fl-1970, il-Papa Pawlu VI ipproklamaha Duttur tal-Knisja flimkien ma' Santa Katerina ta' Siena."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15004", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15004", "title": "Halloween", "text": ["Halloween", "Fl-Ingilterra u f'pajji\u017ci o\u0127ra, fil-lejl tal-31 ta' Ottubru, ti\u0121i \u010b\u010belebrata l-festa ta' Halloween jew kif inhi msej\u0127a wkoll All Hallows' Eve, ji\u0121ifieri lejlet il-Festa tal-Qaddisin kollha.", "Fi \u017cmienna din il-festa hija okka\u017cjoni biex it-tfal \"request treats or threaten tricks\" (jittallbu g\u0127all-\u0127elu, u jekk le jag\u0127mlulek xi \u010bajta.", "Simbolu komuni ta' Halloween hija l-jack-o'-lantern, qarg\u0127a \u0127amra m\u0127affra, b'forma ta' wi\u010b\u010b ikrah u b'xemg\u0127a mwa\u0127\u0127la \u0121ewwa.", "Il-festa g\u0127andha ori\u0121ini \u010aeltika.", "Fil-Gran Brittanja u l-Irlanda tal-qedem din il-festa kienet tfakkar it-tmiem tas-sajf u lejlet il-bidu ta' sena \u0121dida.", "Kienu jinxteg\u0127lu \u0127\u0121ejje\u0121 kbar fuq l-g\u0127oljiet biex ike\u010b\u010bu l-ispirti \u0127\u017ciena.", "Kienu ja\u0127sbu li l-erwie\u0127 tal-mejtin kienu j\u017curu djarhom mill-\u0121did f'dan il-jum u g\u0127alhekk din il-festa ntrabtet ma' i\u0127irsa, s\u0127a\u0127ar, qtates suwed, fairies, u kull xorta ta' xjaten.", "Dawk li emigraw lejn l-Istati Uniti, l-iktar Irlandi\u017ci, da\u0127\u0127lu din il-festa hemmhekk ukoll u lejn tmiem is-seklu 19 saret popolari \u0127afna.", "Is-subien u l-\u0121uvintur kienu jaqilbu l-g\u0127erejjex u t-tined, ikissru l-\u0127\u0121ie\u0121 tat-twieqi u jag\u0127mlu \u0127sara fi propjeta.", "I\u017cda bi\u017c-\u017cmien il-festa saret wa\u0127da tat-tfal \u017cg\u0127ar u ma baqg\u0127etx issir il-\u0127sara li kienet issir qabel.", "Mill-1965, il-UNICEF, ippruvat idda\u0127\u0127al drawwa \u0121dida fil-Halloween, dik li jsir \u0121bir ta' flus g\u0127all-United Nations Children's Fund.", "Il-Kardinal Carlo Maria Martini kien qal, \"dawn it-tip ta' festi ma jag\u0127mlux parti mit-tradizzjoni tag\u0127na, li g\u0127andha valuri kbar \u0127afna li jridu jg\u0127addu lil ta' warajna: il-qima lejn il-mejtin tag\u0127mel parti mill-istorja tag\u0127na.", "In\u017curu l-oqbra, in\u017cejnuhom bil-fjuri, nitolbu g\u0127all-mejtin, u hekk nifhmu li l-\u0127ajja tal-bniedem mhijiex biss f'din l-art.\"", "Fl-2005, il-Kummissjoni Djo\u010besana Okkult u Satani\u017cmu tal-Knisja f'Malta kienet \u0127ar\u0121et din l-istqarrija:"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15005", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15005", "title": "Charles de Foucauld", "text": ["Charles de Foucauld", "Charles de Foucauld (Strasburgu, 15 ta' Settembru 1858 \u2013 Tamanrasset, 1 Di\u010bembru 1916), beatu tal-Knisja Kattolika, kien sa\u010berdot Fran\u010bi\u017c li g\u0127ex qalb it-Twareg fis-Sa\u0127ara fl-Al\u0121erija.", "Il-kitbiet tieg\u0127u ispiraw it-twaqqif tal-A\u0127wa \u017c-\u017bg\u0127ar ta \u0120es\u00f9 fost kongregazzjonijiet reli\u0121ju\u017ci o\u0127ra.", "Charles twieled fil-15 ta' Settembru 1858, fi Strasburgu (Franza), minn Elisabeth u \u00c9douard.", "Ta' 6 snin, hu u o\u0127tu Marie, kienu di\u0121\u00e0 tilfu 'l ommhom u 'l missierhom, u rabbieh nannuh.", "Aktar ma t-tifel beda jikber, aktar beda jistaqsi kif Alla da\u0127al f'\u0127ajtu b'mod daqshekk krudil.", "Kien jistaqsi u jwa\u0127\u0127al f'Alla.", "Ta' 10 snin Charles mar jg\u0127addi l-vaganzi maz-zija Ines u hemm jiltaqa' g\u0127all-ewwel darba mal-ku\u0121ina tieg\u0127u Marie, ta' 18-il sena.", "Ku\u0121intu Marie kienet l-aktar persuna li fil-mument qieg\u0127da tifhmu, u minnha ra \u0127afna e\u017cempji tajba.", "Mag\u0127ha kien imur g\u0127all-quddiesa kull filg\u0127odu, ming\u0127andha kiseb devozzjoni qawwija lejn il-Qalb Imqaddsa ta' \u0120es\u00f9, li aktar tard ikollha influenza de\u010bi\u017civa f'\u0127ajtu.", "Ta' 15-il sena Charles ir\u010bieva l-Ewwel Tqarbina u l-Gri\u017cma, imma mo\u0127\u0127u kien band'o\u0127ra.", "Kien ittie\u0127ed mill-entu\u017cja\u017cmu patrijottiku li kien \u0127akem lil pajji\u017cu f'dik il-\u0127abta fil-\u0121lieda tag\u0127hom kontra l-\u0120ermani\u017ci li \u0127akmuhom g\u0127al xi \u017cmien.", "Bejn l-1874 u l-1876 Charles kien jattendi skola immexxija mill-\u0120i\u017cwiti b\u0127ala \"boarder\".", "Id-dixxiplina stretta xejn ma \u0127admet favur i\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127, u beda jirribella kontra l-osservanza reli\u0121ju\u017ca.", "G\u0127alkemm tajjeb fl-iskola, xorta kien imdejjaq g\u0127all-mewt, sakemm il-patrijiet ma fel\u0127ux aktar u bag\u0127tuh lejn id-dar.", "Sfortunatament ftit kien hemm min qed jifhmu.", "Aktar tard f'wa\u0127da mill-ittri tieg\u0127u kiteb:", "Ta' 18-il sena da\u0127al fi skola militari.", "Ftit wara, meta Charles kien g\u0127adu m'g\u0127alaqx l-20, miet nannuh.", "Charles wiret somma kbira ta' flus, u issa, il-Logutenet Foucauld taha g\u0127all-\u0127ela u g\u0127all-pja\u010biri kollha li wie\u0127ed jista' jimma\u0121ina - ikel fin, xampanja, tfajliet.", "Il-kurunell arrestah g\u0127al darba, tnejn , sakemm fl-a\u0127\u0127ar kellu jissospendieh mill-po\u017cizzjoni militari.", "Waqt tbe\u017cbi\u017ca miz-zijiet tieg\u0127u biex jib\u017ca' g\u0127al \u0121idu, Charles stqarr mag\u0127hom li xtaq i\u0127alli l-armata biex jesplora l-Marokk.", "L-Afrika kienet taffaxxinah.", "Irri\u017cenja mill-armata u \u0127alla \u0121idu f'idejn ku\u0121inuh biex jamministrahom hu.", "Fil-Marokk qatta' 11-il xahar ta' mixi u vvja\u0121\u0121ar, eluf ta' osservazzjonijiet, u mapep tal-post.", "Wara \u017car ukoll l-Al\u0121erija u t-Tune\u017cija sakemm ta' 28 sena re\u0121a' lura lejn Franza, g\u0127ajjien u ddi\u017cappuntat b\u0127al qabel, qisu xejn ma jista' jissodisfalu l-qalb vojta tieg\u0127u.", "Charles kien g\u0127adu jfittex lil Alla.", "Darba fil-g\u0127axija fi knisja talab: \"O Alla tieg\u0127i, jekk inti te\u017cisti, ag\u0127mel li jien nag\u0127rfek.\"", "Hawn jid\u0127ol fil-\u0127ajja ta' Charles figura o\u0127ra importanti: Fr. Henry Huvelin, bniedem ta' umilt\u00e0 u qdusija kbira.", "Charles g\u0127a\u017clu b\u0127ala d-direttur tieg\u0127u.", "Kien Ottubru tal-1886 meta dde\u010bieda li jmur ikellmu.", "Mar il-knisja minn kmieni u sab lil Fr. Huvelin fil-konfessjonarju.", "Charles qerr fit-tul.", "Kien ilu 13-il sena mbieg\u0127ed mill-fidi.", "Charles qasam kollox lil tal-familja.", "Ma riedx aktar rabta mal-\u0127wejje\u0121 ta' din l-art - Wara esperjenza mat-Trappisti, er\u0127ielha g\u0127all-Palestina fejn f'Nazzaret kellu ja\u0127dem b\u0127ala sagristan f'kunvent ta' sorijiet Fran\u0121iskani fuq il-Muntanja Tabor.", "Darba missjunarju Sale\u017cjan staqsieh:", "Fl-1900, wara li g\u0127amel tieg\u0127u il-motto Jesus caritas, imtela b'determinazzjoni li jir\u010bievi l-Ordni Sagri, dak li qabel tant kien \u0127arab biex jibqa' mo\u0127bi.", "Ried jimita 'l \u0120es\u00f9 li \u0127alla l-\u0127ajja kontemplattiva \u0121ewwa Na\u017caret biex jid\u0127ol fid-dinja g\u0127all-missjoni ta' qadi.", "\u0120ie ordnat sa\u010berdot fid-9 ta' \u0120unju 1901.", "L-Afrika ma nsieha qatt:", "Hu g\u0127a\u017cel li jmur l-Al\u0121erija.", "Wasal Beni Abbes f'Settembru 1901.", "Sa 3 xhur wara, bil-g\u0127ajnuna tas-suldati Fran\u010bi\u017ci kien di\u0121\u00e0 bena dar ta' eremita\u0121\u0121 u kappella mit-tajn.", "Hawnhekk sab fedelt\u00e0 kbira lejn l-Islam, imma tal-inqas kien hemm l-armata.", "Kien jistedinhom g\u0127andu jie\u0127du xi \u0127a\u0121a, ji\u0121ifieri xi daqxejn t\u00e8 u xi ftit tamal.", "Il-fqar kienu ji\u0121u \u0127dejh, minn filg\u0127odu sa filg\u0127axija, mal-200 kuljum, bejn fqar, morda, tfal, vja\u0121\u0121aturi, ilsiera u suldati, u jibdew \u0121ejjin mill-4.30am sa ma jidlam.", "F'kull min hu fil-b\u017conn, Brother Charles kien jara lil \u0120es\u00f9 Kristu.", "Fl-1905 i\u010b\u010baqlaq g\u0127al Tamanrasset, fl-Al\u0121erija stess, post fqir u i\u017colat.", "Qalb it-trib\u00f9 Tuareg, kien isostni ru\u0127u l-aktar bl-Iskrittura, bl-Imitazzjoni ta' Kristu u b'xi kitbiet o\u0127ra ta' San Tumas t'Akwinu, San \u0120wann Kri\u017costmu u Santa Tere\u017ca ta' Avila.", "Flimkien ma' sie\u0127bu Musulman, Paul Embarek, g\u0127adda l-a\u0127\u0127ar snin ta' \u0127ajtu f'Tamanrasset.", "Is-Senoussi Libjani, g\u0127aqda politiko-reli\u0121ju\u017ca I\u017clamika, bdew javvanzaw biex ja\u0127kmu kemm jifil\u0127u mid-de\u017cert tas-Sahara.", "Dalwaqt kien se ji\u0121ri d-demm.", "Charles beda jibni dar, fortizza \u017cg\u0127ira, min\u0127abba l-attakki mill-\u0127allelin.", "Kien l-1 ta' Di\u010bembru 1916.", "Ta\u0127bita fuq il-bieb tal-fortizza, u Charles \u0127asbu l-pustier.", "Imma g\u0127arralu.", "Kienu s-Senoussi.", "Kaxkruh 'il barra u rabtulu jdejh ma' saqajh.", "\u017bew\u0121 suldati kienu resqin 'l hemm u biex ma jo\u0127olqulhomx tfixkil sparawlhom kiesa\u0127 u biered.", "Mal-isparaturi, dak li kien g\u0127assa ma' Charles, in\u0127asad, tfixkel u spara hu wkoll.", "Hekk miet Charles de Foucauld, b'tir f'rasu.", "Mal-art tal-fortizza kien hemm il-ktieb tan-noti ta' Charles.", "Fuqu nstabu l-kelmiet:", "Anki t-testment tieg\u0127u sabu:", "Charles de Foucauld kien iddikjarat beatu nhar it-13 ta' Novembru 2006 mill-Papa Benedettu XVI."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15009", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15009", "title": "Papa Piju X", "text": ["Papa Piju X", "Il-Papa San Piju X (Latin: Pius PP.", "X) (2 \u0120unju 1835 \u2013 20 Awissu 1914), imwieled Giuseppe Melchiorre Sarto, kien il-257 Papa tal-Knisja Kattolika, li serva bejn l-1903 u l-1914, wara Papa Ljun XIII (1878\u20131903).", "Kien Papa pastorali li \u0127e\u0121\u0121e\u0121 il-qdusija personali u stil ta' \u0127ajja li jirrifletti l-valuri Insara.", "\u0120u\u017ceppi Sarto twieled fir-ra\u0127al ta' Riese, fl-Italja ta' fuq.", "Missieru kien i\u017c\u017cewwe\u0121 kbir meta kellu 43, i\u017cda ommu kienet g\u0127adha fl-a\u0127jar tag\u0127ha ta' 22 sena.", "Wara sena kellhom tarbija i\u017cda mietet g\u0127axart ijiem wara.", "Wara kellhom tifel ie\u0127or li semmewh \u0120u\u017ceppi li twieled fit-2 ta' \u0120unju 1835 u g\u0127ammduh l-g\u0127ada.", "Margerita kellha tmint itfal o\u0127ra, \u017cew\u0121 subjien u sitt ibniet.", "Lil \u0120u\u017ceppi laqqmuh \"Bepi\" u hekk baqg\u0127u jsej\u0127ulu \u0127utu bejniethom anki meta kien Kardinal Patrijarka.", "Il-kappillan tar-ra\u0127al kellem lil tal-familja biex it-tifel ikompli jistudja.", "Ma sabux diffikult\u00e0 \u0127lief li ma kellhomx flus.", "Irran\u0121awlu li jmur Castel Franco.", "Kien ordnat sa\u010berdot fit-18 ta' Settembru 1858.", "Dam \u0127afna kurat.", "Fl-a\u0127\u0127ar, fit-14 ta' Lulju 1867, bag\u0127at g\u0127alih l-isqof u \u0127atru kappillan tal-parroc\u010ba importanti ta' Salzano b'elfejn ru\u0127 u tliet kurati.", "G\u0127amel pjan g\u0127all-appostolat tieg\u0127u: l-ewwel punt kien li kellu j\u017cur kull familja, anki dawk li kienu Lhud u l-iktar lil dawk li kienu mag\u0127rufa b\u0127ala kontra l-Knisja.", "Fl-1873 faqqg\u0127et il-kolera; il-kappillan baqa' jdur bil-parru\u010b\u010bani tieg\u0127u li \u0127adu din il-marda.", "Fix-xitwa tal-1868 beda skola tal-Latin u tal-mu\u017cika sagra.", "L-ikbar ta\u0127bit il-mo\u0127\u0127 li kellu kien g\u0127all-fqar.", "Kulma kien jiddobba: qam\u0127,injam, frott, kollox kien g\u0127alihom.", "\u0120ie li anki ddejjen min\u0127abba fihom.", "Kien mag\u0127\u017cul kap tal-G\u0127aqda tal-Karit\u00e0 li kienet tie\u0127u \u0127sieb 200 foqra fil-belt.", "Sena wara sar il-Kap tal-Kumitat tal-iskola.", "Kien ikkonsagrat isqof ta' Mantova fl-1884.", "Papa Ljun XIII \u0127atru Kardinal ta' Venezja.", "F'din il-kariga wera kemm kien bniedem \u017celanti u ta' \u0127ila amministrattiva.", "Fil-Konklavi tal-1903 Rampolla kien fuq quddiem nett i\u017cda l-Awstrija u\u017cat il-veto tag\u0127ha kontrih u l-kardinali daru ghal Sarto.", "A\u010b\u010betta kontra qalbu u \u0127a l-isem ta' Piju X. Ir-Repubblika Fran\u010bi\u017ca kienet qed tag\u0127mel gwerra lill-Knisja.", "Il-gvern issoppressa l-ordnijiet reli\u0121ju\u017ci, attakka l-edukazzjoni reli\u0121ju\u017ca u fl-1905 filwaqt li attakka il-Konkordat, issepara l-Istat mill-Knisja u \u0127adilha l-proprjeta' taghha.", "Piju X ma tax permess lill-Kattolici biex ikunu membri tal-assocjazzjonijiet imwaqqfa mill-gvern biex imexxu l-knejjes.", "Imma fl-ahhar il-gvern ceda xi ftit dawn ir-restrizzjonijiet u ghalkemm il-knisja ftaqret, kienet kapaci timxi 'l quddiem.", "Xi qassisin kienu qed ixerrdu l-idea tal-Moderni\u017cmu fil-Knisja.", "Bil-kitba tieghu \"Pascendi\" u \"Lamentabilis\" Piju X hadha qatta ba habel kontra l-Modernizmu u talab mis-sacerdoti gurament kontra l-moderni\u017cmu.", "Bhala motto kellu \"niggeddu fi Kristu\".", "U hu ghamel kull sforz biex jghix dak li jemmen.", "Irriforma l-muzika tal-knisja kif ukoll il-qorti papali u s-seminarji.", "Anke il-brevjar sab ir-riforma tieghu taht il-papat tieghu.", "Fl-1904 g\u0127amel bi\u010b\u010ba xog\u0127ol kbira li kienet i\u017cjed diffi\u010bli.", "Din kienet il-kodifikazzjoni tal-li\u0121ijiet tal-Knisja.", "Piju X kellu mo\u0127\u0127 organizzattiv.", "Dan kollu g\u0127en biex jag\u0127ti bidu g\u0127al din il-bi\u010b\u010ba xog\u0127ol iebsa li r-ri\u017cultat tag\u0127ha tfa\u010b\u010ba tliet snin wara mewtu u li baqa' jservi l-Knisja sal-Kodi\u010bi ta' \u017cmien Papa \u0120wanni Pawlu II.", "Papa Piju X, minn rajh, biddel l-idea, li ftit jew wisq kienet \u0120ansenista, li min\u0127abba fiha \u0127afna nies kienu jib\u017cg\u0127u jersqu g\u0127as-sagrament tat-tqarbin ta' sikwit.", "Bl-awtorit\u00e0 tieg\u0127u \u0127e\u0121\u0121e\u0121 lin-nies li jersqu ghat-tqarbin ta' spiss u anki ta' kuljum, u ried ukoll li t-tfal jag\u0127mlu l-ewwel tqarbina malli jkollhom g\u0127aqal bi\u017czejjed biex jag\u0127rfu jiddistingwu l-\u0127ob\u017c ordinarju mill-Ewkaristija.", "\u0126a\u0121a o\u0127ra li ried il-Papa kienet li jirran\u0121a l-istat tad-duttrina fil-parro\u010b\u010bi.", "Il-Papa nnifsu \u0127ejja test ta' Kateki\u017cmu li kellu jintu\u017ca mal-Italja kollha u li \u0121ie ppublikat sentejn qabel ma miet.", "Il-mu\u017cika sagra kien i\u0127obbha minn mindu kien g\u0127adu seminarista.", "Malli la\u0127aq Papa ntefa' b'ru\u0127u u b'\u0121ismu g\u0127ar-riforma tal-mu\u017cika.", "G\u0127amel kulma seta' biex i\u0121edded il-mu\u017cika tal-Knisja.", "Il-motu proprju Tra le Solecitudini juri kemm \u0127adem g\u0127al dan il-g\u0127an.", "Miet fl-20 ta' Awwissu 1914.", "Papa Piju XII ikkanonizzah fid-29 ta' Mejju 1954."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15011", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15011", "title": "Guglielmo Marconi", "text": ["Guglielmo Marconi", "Guglielmo Marconi (25 ta' April 1874, Bolonja- 20 ta' Lulju 1937, Ruma) kien fi\u017ciku, inventur u politiku Taljan.", "Hu mag\u0127ruf g\u0127all-i\u017cvilupp ta' sistema effika\u010bi ta' kumunikazzjoni bit-telegrafija ming\u0127ajr wajers permezz tal-mew\u0121 elettromanjetiku li nfirxet \u0127afna.", "L-evoluzzjoni tag\u0127ha wasslet g\u0127all-i\u017cvilupp tas-sistemi u mezzi tat-telekomunikazzjoni moderni, b\u0127ar-radju, it-televixin u in \u0121enerali is-sistemi kollha li ju\u017caw il-komunikazzjoni ming\u0127ajr wajers.", "Bin Giuseppe Marconi, Taljan, u Annie Jameson, Irlandi\u017ca.", "\u0126a l-edukazzjoni tieg\u0127u f'Firenze u iktar tard f'Livorno.", "Meta kien g\u0127adu tifel ma tantx kien tajjeb fl-iskola.", "\u0126afna xjenzati u inventuri taw sehemhom g\u0127all-invenzjoni tal-wireless telegraphy, ji\u0121ifieri r-radju, fosthom Michael Faraday, Heinrich Hertz, Alexander Popov, Nikola Tesla, Thomas Alva Edison, u o\u0127rajn, i\u017cda s-sistema prattika ta' Marconi infirxet \u0127afna, tant li hu meqjus b\u0127ala \"missier ir-radju\", the \"father of radio.\"", "Marconi tra\u017cmetta u r\u010bieva radio signals ibba\u017cati fuq il-morse code fuq distanza ta' 2 kilometri jew aktar (sa 6 km) f'Salisbury Plain (Ingilterra) fl-1896.", "Marconi ing\u0127ata l-brevett (patent) Ingli\u017c bl-isem \"Improvements in transmitting electrical impulses and signals and in apparatus there-for\" fit-2 ta' Lulju 1897 u waqqaf il-Wireless Telegraph Trading Signal Company, ibba\u017cata f'Londra li fet\u0127et l-ewwel fabbrika tar-radjijiet fid-dinja, f'Hall Street, Chelmsford, l-Ingilterra fl-1898, u kienet t\u0127addem madwar 50 ru\u0127.", "G\u0127amel l-ewwel tra\u017cmissjoni bir-radju minn fuq l-ilma fit-13 ta' Mejju 1897, minn Lavernock Point, South Wales g\u0127al Flat holm Island.", "Ir\u010bieva l-ewwel sinjali tar-radju trans-Atlanti\u010bi nhar it-12 ta' Di\u010bembru 1901 f'Signal Hill f'St John's, Newfoundland (illum parti mill-Kanada) billi u\u017ca antenna ta' 400 pied issapportjata minn tajra (kite) biex jir\u010bievi s-sinjal.", "Dan minkejja li \u0127afna kienu ja\u0127sbu li s-sinjal tar-radju seta' ji\u0121i tra\u017cmess biss f'linja dritta.", "Sa mill-1903, il-Marconi Company kienet qieg\u0127da xxandar tra\u017cmissjonijiet transatlanti\u010bi regolari ta' l-a\u0127barijiet.", "Fl-1909 ing\u0127ata l-Premju Nobel g\u0127all-Fi\u017cika flimkien ma' Karl Ferdinand Braun.", "Meta miet fl-1937 l-istazzjonijiet tar-radju madwar id-dinja kollha \u017cammew \u017cew\u0121 minuti ta' silenzju f'\u0121ie\u0127u.", "Indifen f'Sasso Marconi, fl-Emilia Romagna, l-Italja."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15013", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15013", "title": "Raimondo Vianello", "text": ["Raimondo Vianello", "Raimondo Vianello (Ruma, 7 ta' Mejju 1922 \u2013 Milan, 15 ta' April 2010) kien attur, xene\u0121\u0121jatur u pre\u017centatur Taljan u ikona tat-televi\u017cjoni Taljana.", "Flimkien ma' Corrado, Mike Bongiorno, Enzo Tortora u Pippo Baudo kien fost il-\"missirijiet tat-televi\u017cjoni Taljana\".", "Huwa \u0127adem \u0127afna produzzjonijiet televi\u017civi ma' martu Sandra Mondaini.", "Imwieled Ruma nhar is-7 ta' Mejju 1922, Vianello, lejn l-a\u0127\u0127ar tat-Tieni Gwerra Dinjija, flimkien ma' numru ta' persona\u0121\u0121i o\u0127ra b\u0127al Dario Fo, Walter Chiari u Ezra Pound, kien mi\u017cmum fil-kamp ta' kon\u010bentrament ta' Coltano, fl-Italja, mill-Alleati.", "Bejn l-a\u0127\u0127ar tas-snin erbg\u0127in u l-bidu tas-snin \u0127amsin huwa kien atleta u direttur ta\u010b-\"Centro Nazionale Sportivo Fiamma\", u kien ukoll attur tat-teatru.", "Lejn l-a\u0127\u0127ar tas-snin \u0127amsin huwa beda wkoll xog\u0127ol fi\u010b-\u010binema u t-televi\u017cjoni.", "Vianello i\u017c\u017cewwe\u0121 lil Sandra Mondaini fl-1962 u minn hemm bdiet karriera flimkien fuq diversi stazzjonijiet Taljani li inkludew l-istazzjon statali, RAI, u l-istazzjonijiet tal-kumpanija mmexxija minn Silvio Berlusconi, li llum hi mag\u0127rufa b\u0127ala Mediaset.", "Vianello deher f'79 film, f'31 programm televi\u017civ b\u0127ala attur jew pre\u017centatur u kiteb 14-il skript.", "I\u010b-\u010bajt satiriku, kritiku u intelli\u0121enti tieg\u0127u kien niggie\u017ci, i\u017cda qatt ma jwe\u0121\u0121a' personalment jew jaqa' fil-baxx.", "Kien imfittex ukoll b\u0127ala pre\u017centatur kemm g\u0127all-edizzjoni ta' Sanremo tal-1998 kif ukoll g\u0127al programmi sportivi b\u0127al \"Pressing\", li hu dam jag\u0127mel g\u0127al tmien snin s\u0127a\u0127, u g\u0127al kwizzijiet b\u0127al \"Zig Zag\" u \"Il Gioco del 9\".", "Per\u00f2 l-iktar li kien segwit kien fis-sitcom \"Casa Vianello\", li damet tintwera g\u0127al \u0127afna snin.", "L-istorja wara din is-serje kienet tal-koppja Sandra u Raimondo, li g\u0127alkemm ma joqog\u0127dux ming\u0127ajr xulxin, il-\u0127in kollu jillitikaw u jargumentaw.", "Ix-xena tal-g\u0127eluq ta' kull edizzjoni tas-sensiela kienet hekk: wara xi avventura kienu jispi\u010b\u010baw fis-sodda, Raimondo jipprova jaqra bil-kwiet \"La Gazzetta dello Sport\" u Sandra min-na\u0127a l-o\u0127ra teqred u tgerger li qatt ma ji\u0121ri xejn u tg\u0127id il-famu\u017ca fra\u017ci \"\"Che noia, che barba, che barba, che noia\"\", filwaqt li xxejjer u tg\u0127olli saqajha ta\u0127t il-friex.", "Fil-\u0127ajja proprja tag\u0127hom, Sandra u Raimondo qatt ma kellhom tfal tag\u0127hom, per\u00f2 kienu adottaw \u017cew\u0121 subien mill-Filippini li huma semmew Raimondo u Gianmarco.", "Mistoqsija mill-gazzetta \"La Repubblica\" dwar kemm il-karattri proprja tal-koppja jo\u0127or\u0121u fit-televi\u017cjoni, Mondaini sostniet, \"Kollox, \u0127lief il-qrun, li Raimondo mhux kapa\u010bi jag\u0127milli!\"", "Vianello miet nhar il-\u0126amis, 15 ta' April 2010 f'Milan.", "Huwa kien idda\u0127\u0127al l-isptar fl-4 ta' April, u miet \u0127dax-il jum wara kaw\u017ca ta' insuffi\u010bjenza renali.", "Is-sa\u0127\u0127a ta' martu, Sandra Mondaini, qalbet g\u0127all-ag\u0127ar wara mewtu.", "Hija mietet \u0127ames xhur wara, nhar il-21 ta' Settembru 2010."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15014", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15014", "title": "Mike Bongiorno", "text": ["Mike Bongiorno", "Michael Nicholas Salvatore Bongiorno (1924-2009) kien wie\u0127ed mill-iktar pre\u017centaturi televi\u017ci Taljani popolari, tant li t-Taljani jsej\u0127ulu \"il re della televisione\".", "Michael Nicholas Salvatore Bongiorno mag\u0127ruf a\u0127jar b\u0127ala Mike Bongiorno, twieled New York fis-26 ta' Mejju 1924 minn omm Taljana minn Turin u missier Italo-Amerikan.", "Wara d-divorzju tal-\u0121enituri tieg\u0127u, i\u010b-\u010bkejken Mike mar Turin flimkien ma' ommu.", "F'Turin huwa \u0127a l-edukazzjoni tieg\u0127u sal-Li\u010beo Klassiku.", "Matul it-Tieni Gwerra Dinjija kellu jieqaf mill-istudji \u0127abba l-inva\u017cjoni tal-\u0120ermani\u017ci u ng\u0127aqad mal-Parti\u0121\u0121jani, fejn grazzi g\u0127all-Ingli\u017c li kien tg\u0127allem impjegawh sabiex jikkomunika mal-Alleati.", "In-Na\u017cisti qabduh u Mike g\u0127amel seba' xhur f'\u0127abs f'San Vittore u wara \u0121ie trasferit fil-kamp ta' kon\u010bentrament ta' Bolzano u mbag\u0127ad dak ta' Mauthausen, u fl-a\u0127\u0127ar fil-lager ta' Spitter minn fejn \u0121ie salvat permezz ta' tpartit ta' pri\u0121unieri bejn il-\u0120ermanja u l-Istati Uniti.", "Fl-1946 beda ja\u0127dem New York mar-radju u seba' snin wara irritorna l-Italja.", "Ta' tletin sena beda ja\u0127dem mat-TV Taljan mill-ewwel \u0121urnata li beda jxandar r-RAI, ji\u0121ifieri fit-3 ta' Jannar 1954, bil-programm Arrivi e Partenze.", "Mill-1955 sal-1959 ippre\u017centa wie\u0127ed mill-iktar kwizis mag\u0127rufin fuq it-TV Taljan \"Lascia o Raddoppia\", li kien ukoll l-ewwel kwizz fuq it-TV Taljan.", "Tant kien popolari li nhar ta' \u0126amis i\u010b-\u010binema kienu jag\u0127lqu g\u0127ax in-nies kienu jkunu mwa\u0127\u0127lin quddiem is-settijiet tat-TV biex jaraw dal-kwizz.", "Huwa g\u0127en biex dan il-mass medium \u0121did tat-TV jid\u0127ol fid-djar Taljani u fil-kultura popolari ta' wara l-Gwerra l-Kbira.", "Fl-era tat-\"TV black and white\" ppre\u017centa programmi ta' su\u010b\u010bess b\u0127al \"Campanile sera\" (1960), \"Rischiatutto\" (1970) li fih intu\u017caw l-effetti spe\u010bjali fit-TV g\u0127all-ewwel darba u \"La fiera dei sogni\".", "Mill-1963 sal-1997 ippre\u017centa \u0127dax \u2013il edizzjoni tal-Festival ta' Sanremo.", "Baqa' ja\u0127dem mar-RAI sakemm fl-1980 beda jippre\u017centa \"I sogni nel cassetto\" fuq Tele Milano (li mbag\u0127ad sar Canale 5), wie\u0127ed mill-ewwel stazzjonijiet kummer\u010bjali fl-Italja, propjeta ta' Silvio Berlusconi.", "Fl-1982 beda jippre\u017centa fuq l-istazzjonijiet ta' Berlusconi \"Superflash\" u fl-1987 \"Telemike\".", "Mill-1989 sal-2003 ippre\u017centa l-ver\u017cjoni Taljana ta' \"Wheel of Fortune\" (\"La Ruota della Fortuna\").", "L-a\u0127\u0127ar programmi li ppre\u017centa fuq l-istazzjonijiet Mediaset kienu \"Genius\", kwizz g\u0127at-tfal ta' bejn 12 u 14-il sena, u Il Migliore sal-2007.", "L-impatt tieg\u0127u fuq il-kultura Taljana kien esplorat mill-filosofu Umberto Eco, awtur tal-'bestseller' \"The Name of the Rose\" (1980), f'te\u017ci famu\u017ca tal-1963 bl-isem \"Il-Fenomenolo\u0121ija ta' Mike Buongiorno\".", "Il-pre\u017centatur, li fl-2007 ing\u0127ata degree onorarju, mill-Universit\u00e0 ta' Milan, kien ilu ma jkollu programm televi\u017civ sa mit-tmiem tal-kuntratt tieg\u0127u mal-Mediaset, apparti reklami ta' kumpanija \u010bellulari flimkien mal-pre\u017centatur ukoll popolari Fiorello, li g\u0127andu nofs l-et\u00e0 tieg\u0127u.", "Fil-fatt din is-serje ta' reklami ssoktat fil-\u0121img\u0127a stess li fiha Mike miet.", "Reklam \u0121did, li xxandar biss lejlet mewtu, juri lil Fiorello wa\u0127du fil-bidu u ironikament janti\u010bipa lit-telespettaturi milli jistaqsu g\u0127aliex Bongiorno mhux hemmhekk mieg\u0127u.", "Imma e\u017catt wara, Mike jitfa\u010b\u010ba.", "Mike Bongiorno miet \u0127abta u sabta b'attakk ta' qalb li tah f'\u0127otel f'Montecarlo fejn kien g\u0127al vaganza qasira, fl-et\u00e0 ta' 85 sena, nhar it-8 ta' Settembru 2009.", "SKY Italia, ftit qabel miet, kien beda jxandar reklam g\u0127all-programm \"Riskytutto\", li kellu jimmarka r-ritorn ta' Bongiorno fix-xena televi\u017civa.", "Il-Gvern Taljan tah funeral statali li sar fil-Katidral ta' Milan erbat ijiem wara mewtu, fil-pre\u017cenza tal-Priministru Silvio Berlusconi, \u0127abib antik ta' Bongiorno, diversi personalitajiet tat-televi\u017cjoni Taljana b\u0127al Pippo Baudo, Sandra Mondaini, Renzo Arbore, Gerry Scotti, Fiorello u iktar minn \u0127mistax \u2013il elf ru\u0127 li mlew il-Katidral u l-pjazza ta' quddiemu."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15031", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15031", "title": "\u0120wann Marija Vianney", "text": ["\u0120wann Marija Vianney", "Mag\u0127ruf mad-dinja kollha b\u0127ala l-\"Kurat t'Ars\", San \u0120wann Marija Vianney (Dardilly, Franza, 8 Mejju 1786 - Ars-sur-Formans, 4 Awwissu 1859) kien kappillan Fran\u010bi\u017c meqjum mill-Knisja Kattolika b\u0127ala qaddis u l-qaddis patrun tas-sa\u010berdoti.", "Bin Mattew u Maria, imwielda Beluse, familja ta' bdiewa, \u0120an Battista Marija Vianney kien ir-raba' wild minn sitta, u twieled ftit mili 'l bog\u0127od minn Lyons.", "Fl-1793, meta \u0120an Marija kellu biss sebg\u0127a snin, sa\u010berdot ma\u0127rub sab kenn fid-dar tas-Sur Pierre u hemm bil-mo\u0127bi beda jag\u0127ti servizz reli\u0121ju\u017c lill-Insara tal-madwar.", "Hawn i\u010b-\u010bkejken \u0120an Marija beda jag\u0127raf l-importanza u l-b\u017conn tas-sa\u010berdot fil-komunit\u00e0.", "G\u0127araf id-differenza ta' qabel meta kienu ming\u0127ajr sa\u010berdot u issa li minkejja li fil-mo\u0127bi g\u0127andhom sa\u010berdot li jista' jg\u0127inhom fil-prattika reli\u0121ju\u017ca tag\u0127hom u jwasslilhom il-kelma ta' Alla.", "Kien f'dan i\u017c-\u017cmien li beda j\u0127oss li Alla qieg\u0127ed isejja\u0127lu lilu wkoll g\u0127al din il-vokazzjoni hekk nobbli u ta' servizz g\u0127al o\u0127rajn.", "Ta' 13-il sena r\u010bieva l-Ewwel Tqarbina bil-mo\u0127bi fir-razzett ta' missieru waqt li l-\u0127addiema baqg\u0127u ja\u0127dmu b\u0127as-soltu biex ma ji\u0121bdux l-attenzjoni tal-Awtoritajiet Rivoluzzjonarji.", "Fl-1804, meta kellu 18-il sena wera lil missieru x-xewqa li jsir qassis.", "Sa dan i\u017c-\u017cmien kien ja\u0127dem fir-razzett ta' missieru.", "Sentejn wara, beda jattendi skola \u017cg\u0127ira li Abb\u00e8 Balley kien feta\u0127 g\u0127all-abbatini.", "Fl-1809 \u0121abruh bil-lieva, i\u017cda wara ftit \u0127arab.", "Ir-Rivoluzzjoni Fran\u010bi\u017ca ntemmet u \u0121ie ffurmat trattat mal-Knisja.", "B'hekk il-qassisin re\u0121g\u0127u t\u0127allew iwettqu \u0127idmiethom fil-bera\u0127.", "\u0120ammari Vianney da\u0127al is-seminarju ta' 27 sena.", "L-istudju fis-seminarju sabu tqil wisq.", "Kien isibha diffi\u010bli \u0127afna li jiftakar dak li kien jistudja.", "U billi ma setax jaqbad il-Latin ma setax jifhem x'kienu jg\u0127idu l-g\u0127alliem jew iwie\u0121eb g\u0127all-mistoqsijiet tag\u0127hom.I \u017cda qalb id-diffikultajiet li kellu fl-istudju, kellu devozzjoni kbira lejn il-Ver\u0121ni Mbierka.", "Kien jistudja bix-xbieha tal-Madonna quddiemu u b'kunfidenza u b'fidi vera lejha kien jg\u0127idilha: \"G\u0127ad in\u0121ibha \u017cew\u0121.\"", "I\u017cda wara l-ewwel term talbuh jitlaq.", "Kien imdejjaq u di\u017cappuntat g\u0127all-a\u0127\u0127ar.", "Abb\u00e8 Balley, g\u0127enu jkompli jistudja.", "Imma Vianney we\u0127el fl-e\u017cami ta' qabel l-ordinazzjoni.", "I\u017cda f'e\u017cami privat li sarlu \u0127are\u0121 car li l-kwalitajiet morali tieg\u0127u kienu jpattu bil-kbar g\u0127al kull nuqqas li seta' kellu fil-memorja jew fil-\u0127ila akkademika.", "Wie\u0127ed mill-e\u017caminaturi nstema' jg\u0127id minn ta\u0127t l-ilsien, \"X'se nag\u0127mlu b'dan il-\u0127mar?\" u \u0120ann Marija li semg\u0127u qallu li Sansun b'xedaq ta' \u0127mar kien qatel elf Filistew, a\u0127seb u ara x'jista' jag\u0127mel Alla bi \u0127mar s\u0127i\u0127!", "\u0120ie ordnat qassis nhar it-13 ta' Di\u010bembru 1815.", "Tliet snin wara g\u0127a\u017cluh kurat jew kappillan ta' Ars, ra\u0127al \u017cg\u0127ir imwarrab ta' 370 ru\u0127 kollox, fejn i\u017cda l-fama tieg\u0127u ta' konfessur u direttur tal-erwie\u0127 g\u0127amlitu mag\u0127ruf mad-dinja kollha.", "G\u0127all-Knisja fi Franza Ars kien qisu s-Siberja.", "Meta bag\u0127tu Ars, il-Vigarju \u0120enerali qallu: \"Ma tantx hemm im\u0127abba f'dik il-parro\u010b\u010ba - inti trid titfa' xi ftit fiha.\"", "Dun \u0120anmari bla telf ta' \u017cmien telaq lejn Ars, post li lanqas biss kien jaf fejn kien jinsab.", "Wara li staqsa g\u0127ad-direzzjoni, beda jterraq lejn Ars.", "Wara mixja twila jilma\u0127 tfajjel jirg\u0127a n-nag\u0127a\u0121.", "Dun \u0120annmari \u0121ibdel lejh u x\u0127in la\u0127qu qallu: \"Taf fejn jinsab Ars?\"", "\"Da\u017cgur li naf,\" kien pront wie\u0121bu t-tfajjel.", "\"Jien hemm noqg\u0127od.\"", "\"Mela tista' tg\u0127idli minn fejn ng\u0127addi biex nasal hemm?\" staqsieh il-kurat.", "It-tfajjel rag\u0127aj, spjegalu bil-qalb kollha liema kienet l-a\u0127jar triq li kellu jie\u0127u sabiex jasal bla dewmien fir-ra\u0127al ta' Ars.", "Dun \u0120anmari, waqt li rringrazzjah, qallu: \"Int g\u0127idtli kif minn hawn nasal Ars u jekk inti tixtieq jien nurik kif minn Ars tasal il-\u0120enna!\"", "Meta tfa\u010b\u010ba quddiemu r-ra\u0127al ta' Ars, il-kurat il-\u0121did waqaf g\u0127al ftit mumenti j\u0127ares lejn dik l-art tal-missjoni l-\u0121dida.", "Minnufih huwa ni\u017cel g\u0127arkopptejh u g\u0127al ftit mumenti talab lil Alla, \"O Alla g\u0127inni f'dan ix-xog\u0127ol kbir li g\u0127andi li nsalva l-erwie\u0127 ta' dawk fdati f'idejja.\"", "X'\u0127in wasal f'Ars, l-ewwel ma staqsa fejn hi l-knisja.", "Malli da\u0127al fiha, isib knisja abbandunata - kienet ilha ma tintu\u017ca aktar minn sena.", "X\u0127in ra s-sitwazzjoni tal-knisja, idde\u010bieda li immedjatament jirran\u0121aha kif jista'.", "Fi ftit \u0127in huwa naddaf u pprepara kif seta' g\u0127all-ewwel quddiesa tieg\u0127u fir-ra\u0127al ta' Ars.", "Il-qanpiena \u010bkejkna tal-knisja, wara sena ta' silenzju bdiet iddoqq biex tag\u0127ti l-a\u0127bar li \u0121ie l-kurat il-\u0121did u li kien ser ikun hemm quddies mill-\u0121did.", "I\u017cda meta \u0127are\u0121 biex iqaddes, \u0127a l-ikbar qatg\u0127a ta' \u0127ajtu.", "Tnejn biss kienu \u0121ew biex jipparte\u010bipaw fil-quddiesa.", "Seta' jobsor x'kien \u0121ara.", "Wara sena bla kurat, il-qalb tal-poplu kienet birdet u drat bla prattika reli\u0121ju\u017ca.", "Quddiem din l-indifferenza Dun \u0120anmari f'dik l-ewwel quddiesa tieg\u0127u f'Ars, barra li offrieha g\u0127all-poplu kollu ta' Ars, talab l-g\u0127ajnuna t'Alla biex isa\u0127\u0127a\u0127lu l-fidi u jg\u0127inu ma jaqtax qalbu f'din il-\u0127idma \u0121dida.", "Wara l-quddiesa beda jg\u0127id wa\u0127du x'jiswa li jirran\u0121a l-knisja tal-\u0121ebel jekk il-poplu jibqa' indiffernenti g\u0127al dak li hu spiritwali.", "G\u0127alhekk idde\u010bieda li jag\u0127ti \u0127inu, sa\u0127\u0127tu u kull ener\u0121ija biex iressaq il-poplu lejn Alla.", "Minn dak il-\u0127in beda jfittex u jist\u0127arre\u0121 fejn kienu jmorru n-nies u fejn kienet qalbhom.", "Sab li l-bi\u010b\u010ba l-kbira tan-nies wara x-xog\u0127ol kienu jintefg\u0127u fil-\u0127wienet tax-xorb u jibqg\u0127u hemm sa tard bil-lejl jixorbu u jilg\u0127abu.", "F'dik is-sena li kien ilhom ming\u0127ajr kurat, il-\u0127wienet tax-xorb kienu \u017cdiedu \u0127afna ma' Ars kollu.", "L-ewwel ma pprova jag\u0127mel kien li jibni kuntatt mal-mer\u0127la tieg\u0127u.", "Da\u0127\u0127alha f'rasu li j\u017cur kull dar fil-parro\u010b\u010ba.", "Kien jimxi fl-g\u0127elieqi, dejjem bil-brevjar f'idu u bil-kappell (li kwa\u017ci qatt ma kien jilbsu) ta\u0127t g\u0127abtu, jitkellem mal-bdiewa fuq l-g\u0127alqa, it-temp, il-familja biex jirba\u0127 ir-rieda tajba tag\u0127hom.", "Fuq kollox kien jitlob \u0127afna.", "Il-\u0127ajja tieg\u0127u kienet wa\u0127da ta' penitenza kbira.", "Is-sodda tieg\u0127u kienet l-art g\u0127ax malli wasal Ars qabad is-saqqu u tah lil xi \u0127add dil-b\u017conn.", "Kien idum bla ikel g\u0127al \u0127afna \u0121ranet.", "Il-ftit ikel tieg\u0127u kien patata, kultant bajda mg\u0127ollija u spe\u010bi ta' kejk \u010batt iebes mag\u0127mul minn dqiq, mel\u0127 u ilma.", "I\u017cda dan il-faqar kien i\u017commu g\u0127alih.", "Dun \u0120annmari beda jinnota li meta l-kbar kienu jmorru fil-\u0127wienet tax-xorb, it-tfal kienu j\u0127alluhom id-dar wa\u0127edhom jew ji\u0121\u0121errew barra fit-toroq jew fil-pjazza tar-ra\u0127al b'konsegwenza li setg\u0127u jid\u0127lu f'partita nkwiet kemm materjali u kif ukoll morali.", "Quddiem din l-indifferenza tal-\u0121enituri ddecieda li jibda l-missjoni tieg\u0127u mat-tfal.", "G\u0127alkemm mhux kul\u0127add g\u0127o\u0121bitu din l-idea i\u017cda xorta sab xi nies li kkoperaw mieg\u0127u u jafdaw lil uliedhom f'idejh.", "Lil dawn it-tfal beda jag\u0127tihom kull xorta ta' edukazzjoni u minn kull xorta ta' g\u0127ajnuna li seta' jipprovdilhom.", "B'din l-g\u0127ajnuna beda bil-mod il-mod die\u0127el il-\u0121ewwa fil-qalba tal-familji.", "Beda wkoll jag\u0127mel minn kollox biex isib il-\u0127in addattat li jkellem il-\u0121enituri.", "Minn hawn beda jara i\u017cjed xi problemi kellhom dawn il-familji, minn dawn i\u017c-\u017cjarat tal-familji issa seta' jifhem a\u0127jar il-kaw\u017ca g\u0127aliex dawn kienu jispiccaw fil-\u0127wienet tax-xorb.", "Il-kaw\u017ca principali kienet il-\u0127arba tal-problemi li kellhom fil-familja, u bla ma kienu jafu kienu qeg\u0127din i\u017cidu aktar problemi mhux biss fil-familja imma anke fuq ix-xog\u0127ol.", "Is-sidien tal-\u0127wienet tax-xorb innotaw li fil-\u0127wienet tag\u0127hom ix-xog\u0127ol beda jonqos \u0121mielu.", "\u0126afna mill-\u0127wienet \u017cg\u0127ar tax-xorb li kienu mxerdin mar-ra\u0127al kellhom jg\u0127alqu.", "Is-sidien tal-\u0127wienet il-kbar wara li kienu ke\u010b\u010bew xi \u0127addiema bdew jib\u017cg\u0127u li fl-a\u0127\u0127ar jaslu huma wkoll li jkollhom jag\u0127lqu l-\u0127wienet tag\u0127hom.", "L-i\u017cjed li nkwetahom kien mhux li ke\u010b\u010bew xi \u0127addiema imma g\u0127ax ma baqg\u0127ux ida\u0127\u0127lu flus b\u0127al qabel.", "G\u0127alhekk dawn ftiehmu bejnithom u marru irrabjati g\u0127and il-Kurat ta' Ars, jg\u0127edduh li jekk se jkompli sejjer hekk kien ser jispi\u010b\u010ba \u0127a\u017cin.", "I\u017cda hu dejjem kien ikun lest bit-twe\u0121iba soda tieg\u0127u: \"Jien qatt ma jien se n\u0127alli d-dmirijiet tieg\u0127i\".", "X'\u0127in dawn is-sidien raw li kien kollu ta' xejn it-tg\u0127eddid li g\u0127amlulu, bdew ifittxu mezz ie\u0127or kif jistg\u0127u je\u0127ilsu minnu.", "Bdew jibag\u0127tu akku\u017ci qarrieqa lill-Kurja, bil-\u0127sieb li l-Isqof jemmen xi ftit minnhom u jke\u010b\u010bieh minn Ars.", "G\u0127alkemm l-Isqof ma emminx dawn l-akku\u017ci, \u0120anmari sar jaf b'dawn l-akku\u017ci li kienu qeg\u0127din jintbag\u0127tu l-Kurja u tant sewwed qalbu li dde\u010bieda li jitlaq g\u0127ax \u0127aseb li jekk in-nies ma jriduhx.", "Jag\u0127mel x'jag\u0127mel mhux se jo\u0127ro\u0121 \u0121id.", "I\u017cda x\u0127in \u0121ie biex jitlaq folla kbira ta' nies ippakkjat il-pjazza u t-toroq ta' Ars b'tali mod li ma setax jg\u0127addi.", "Meta ra dan inteba\u0127 li mhux veru in-nies ma jriduhx b\u0127ala Kurat i\u017cda biss dawk l-erba' tal-\u0127wienet tax-xorb li ma riduhx.", "G\u0127alhekk mhux biss idde\u010bieda li jibqa' i\u017cda li ja\u0127dem i\u017cjed u in-nies min-na\u0127a tag\u0127hom weg\u0127duh li jag\u0127tuh aktar g\u0127ajnuna.", "Meta ra din il-\u0127e\u0121\u0121a kollha tal-poplu imtela b'i\u017cjed \u0127e\u0121\u0121a u entu\u017cja\u017cmu minn qabel u beda ja\u0127dem i\u017cjed mal-poplu biex iwettaq il-pro\u0121etti li kellu f'mo\u0127\u0127u.", "Bil-flus li \u0121abar u b'g\u0127ajnuna li diversi ir\u0121iel rawh bena binja kbira g\u0127at-tag\u0127lim b'mod spe\u010bjali g\u0127at-tfajliet, u b'hekk seta' jag\u0127tihom g\u0127ajnuna mhux biss spiritwali i\u017cda wkoll fil-\u0127ti\u0121ijiet ta' \u0127ajjithom.", "G\u0127alkemm kellu diversi pro\u0121etti materjali, l-appostolat ma abbandunah qatt.", "Anzi i\u017cjed ma g\u0127adda i\u017c-\u017cmien aktar beda isir mag\u0127ruf min-nies ta' ir\u0127ula o\u0127ra u bdew imorru g\u0127al pariri g\u0127andu b'mod spe\u010bjali fil-qrar.", "Il-konfessjunarju ta' dan il-kappillan qaddis beda ji\u0121bed numru bla g\u0127add ta' midinbin li kienu jersqu g\u0127al-konver\u017cjoni.", "Huwa kien idum iqarar is-sig\u0127at bla waqfien.", "Wie\u0127ed professor imsemmi ipprova jwaqqg\u0127u g\u0127a\u010b-\u010bajt i\u017cda l-Kurat bl-g\u0127ajnuna ta' Alla g\u0127enu jag\u0127raf sewwa lilu nnifsu.", "Meta g\u0127araf l-istat \u0127a\u017cin tieg\u0127u l-professur Maissant mhux biss talab ma\u0127fra i\u017cda ni\u017cel g\u0127arkupptejh u mimli umilta' beda jitlob u bidel \u0127ajtu.", "Mhux biss konver\u017cjonijiet saru f'ri\u0121lejn San \u0120wannmari Vianney i\u017cda ukoll \u0127afna mirakli li \u0121ag\u0127lu lil \u0127afna ibiddlu \u0127ajjithom u jikkonvertu billi jersqu aktar lejn Alla u t-tag\u0127lim tieg\u0127u.", "Fi\u017c-\u017cmien ta' wara r-Rivoluzzjoni Franci\u017ca, l-injoranza religju\u017ca kienet fl-aqwa tag\u0127ha.", "Il-Kurat g\u0127amel minn kollox biex ji\u0121\u0121ildilha.", "I\u017cda l-prietki kienu ta' prova kbira g\u0127alih: il-memorja tieg\u0127u kienet batuta wisq.", "Kien iqatta' ljieli s\u0127a\u0127 fis-sagristija \u017cg\u0127ira tieg\u0127u jipprova jitg\u0127allem bl-amment l-omelija tal-\u0126add.", "\u0120ieli dam 7 sig\u0127at biex jitg\u0127allimha.", "L-omelija kien iwassalha b'\u0127e\u0121\u0121a kbira, \u0127afna drabi b'vu\u010bi u b'ton g\u0127oli, b'tali mod li kien jispi\u010b\u010ba g\u0127ajjien mejjet meta jasal fi tmiemha.", "Darba meta staqsewh g\u0127aliex kien jg\u0127ajjat \u0127afna waqt li jippriedka wegibhom li \"meta nipprietka nkun qed inkellem lil nies li jidhru torox jew reqdin, i\u017cda fit-talb nitkellem ma' Alla li mhuwiex trux.\"", "Kuljum fis-sitta ta' filg\u0127odu kien ilaqqa' t-tfal fil-knisja biex jg\u0127allimhom il-kateki\u017cmu.", "\u0126adem kemm fela\u0127 u rnexxielu li jipperswadi lin-nies iqaddsu l-jum tal-\u0126add li qabel ma wasal hu kien jum ta' xog\u0127ol b\u0127all-\u0121ranet l-o\u0127ra.", "Il-Kurat feta\u0127 skola b'xejn g\u0127all-bniet li iktar tard saret boarder.", "Iktar tard beda jda\u0127\u0127al biss tfal abbandunati b\u0127ala boarders.", "Kien jemmen \u0127afna fil-Providenza t'Alla.", "Imdorri bl-e\u0127rex penitenzi, ibbumbardjat b'eluf ta' penitenti u allegatament attakkat mix-xitan (tant li darba jing\u0127ad li \u0127araqlu s-sodda), dan il-qaddis kbir wera pa\u010benzja kbira.", "Jing\u0127ad li kien jag\u0127mel l-g\u0127e\u0121ubijiet, fosthom li jo\u0127ro\u0121 ix-xjaten min-nies, kien ma\u0127bub mill-folol, i\u017cda baqa' j\u017comm sempli\u010bit\u00e0 tat-tfal.", "Darba l-isqof wasal bla mistenni f'Ars u libbes il-muzzetti ta' kanonku lill-Kurat li xejn ma \u0127assu komdu bih u qag\u0127ad il-\u0127in kollu jissielet biex ine\u0127\u0127ih.", "Ma g\u0127addewx wisq \u0121ranet qabel ma bieg\u0127u u kiteb lill-isqof biex jirringrazzjah g\u0127ax daqshekk kellu b\u017conn flus biex ilesti opra tal-Knisja.", "Jibqa' meqjus sal-\u0121urnata tal-lum b\u0127ala x-xbieha \u0127ajja tal-qassis umli marbut biss mal-Qalb ta' \u0120es\u00f9.", "Kien jisma' l-qrar ta' nies minn mad-dinja kollha g\u0127al 16-il sieg\u0127a kuljum.", "\u0126ajtu kienet mimlija b'opri ta' karit\u00e0 u m\u0127abba.", "Anke midinbin kbar kienu jikkonvertu sempli\u010biment bil-kelma tieg\u0127u.", "Ir-ra\u0127al minsi ta' Ars sar mag\u0127ruf ma' kullimkien bl-eluf ta' pellegrini li bdew \u0121ejjin, tant li kellu jitwaqqaf booking office spe\u010bjali f'Lyons biex jikkontrolla t-traffiku lejn dan ir-ra\u0127al \u017cg\u0127ir.", "I\u017cda l-Kurat kemm -il darba kien ittentat li j\u0127alli Ars.", "Sforz l-umilt\u00e0 tieg\u0127u kien i\u0127ossu li ma jist\u0127oqqlux ikun kappillan.", "\u0126alla r-ra\u0127al tliet darbiet i\u017cda dejjem re\u0121a' lura.", "Fl-1851 talab lill-isqof biex jirri\u017cenja.", "Kien jg\u0127id: \"Ma tafx x'ji\u0121ifieri tg\u0127addi mill-kura tal-erwie\u0127 g\u0127at-tribunal ta' Alla.\"", "Miet fl-4 t'Awissu 1859 u \u0121ie kanonizzat fl-1925 mill-Papa Piju XI u erba' snin wara fil-festa tieg\u0127u ntg\u0127a\u017cel mill-Knisja b\u0127ala l-qaddis patrun tal-qassisin.", "Fl-1959, l-ewwel \u010bentinarju minn mewtu, Papa \u0120wanni XXIII \u0127are\u0121 en\u010biklika fuq San \u0120wann Marija Vianney bl-isem \"Sacerdotii Nostri Primordia\".", "F'\u0120unju 2009, fil-150 sena anniversarju minn mewtu, Papa Benedettu XVI iddikjara l-2009-2010 b\u0127ala s-Sena tas-Sa\u010berdoti, sena li bdiet u g\u0127alqet fil-Festa tal-Qalb ta' \u0120es\u00f9."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15034", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15034", "title": "Manuel Rivera-Ortiz", "text": ["Manuel Rivera-Ortiz", "Manuel Rivera-Ortiz (Guayama, 23 ta' Di\u010bembru 1968) huwa fotografu Amerikan ta' dixxendenza Puerto Rikana mag\u0127ruf l-i\u017cjed g\u0127all-fotografija dokumentarja tieg\u0127u li turi l-kundizzjonijiet li jg\u0127ixu fihom in-nies fin-nazzjonijiet inqas \u017cviluppati.", "Hu r\u010bieva numru ta' unuri u premjijiet grazzi g\u0127ax-xog\u0127ol tieg\u0127u."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15035", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15035", "title": "\u010aina", "text": ["\u010aina", "I\u010b-\u010aina (),uffi\u010bjalment ir-Repubblika Popolari ta\u010b-\u010aina (RP\u010a), hi stat sovran li Tinsabu fl-Asja tal-Lvant.", "Il-pajji\u017c huwa l-aktar popolat tad-dinja, b' popolazzjoni ta' aktar minn 1.35 biljun.", "Ir-RP\u010a hija stat Stat partit-singolari rregolata mill-Partit Komunist, bis-sede tal-gvern fil-belt kapitali ta' Bej\u0121ing.", "Hija te\u017cer\u010bita \u0121urisdizzjoni fuq aktar minn 22 provin\u010bji, \u0127amsa re\u0121juni awtonomi, erba' muni\u010bipalitajiet ikkontrollati diretti (Bej\u0121ing, Tianjin, Shanghai, u Chongqing), u \u017cew\u0121 re\u0121juni amministrattivi spe\u010bjali awto-governanti (\u0126ong Kong u Makaw).", "Ir-RP\u010a issostni wkoll lit-Tajwan \u2013 li hija kkontrollata mir-Repubblika ta\u010b-\u010aina (RT\u010a), entit\u00e0 politika separata \u2013 li hija t-23 provin\u010bja, talba kontroversjali min\u0127abba l-kumpless status politiku tat-Tajwan u l-Gwerra \u010aivili \u010aini\u017ca mhux solvuta."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15037", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15037", "title": "De facto", "text": ["De facto", "De facto hija espressjoni bil-Latin li tfisser \"fil-fatt\".", "Fil-\u0121urisdizzjoni, hi ma\u0127suba li tfisser \"fil-prattika imma mhux ne\u010bessarjament imposta mil-li\u0121i\" jew \"fil-prattika jew fir-realt\u00e0, imma mhux stabbilita b'mod uffi\u010bjali\".", "Din hija l-oppost tal-espressjoni \"de jure\" (li tfisser \"skont il-li\u0121i\") meta ti\u0121i riferuta g\u0127al affarijiet dwar il-li\u0121i, il-governanza, jew teknika (b\u0127al m'huma l-istandards) li jinstabu fl-esperjenza komuni kif ma\u0127luqa jew \u017cviluppata ming\u0127ajr jew bil-kontra ta' regolament.", "Sitwazzjoni \"de facto\" tkun dik li fir-realt\u00e0 te\u017cisti imma li ma \u0121ietx rikonoxxuta formalment, jew permezz tal-mekkani\u017cmi legali attwali jew mill-awtorit\u00e0 kompetenti.", "Per e\u017cempju, persuna jista' jkollha kariga \"de facto\" ming\u0127ajr ma din il-kariga jkollha rikonoxximent formali mill-awtorit\u00e0 approprjata jew kuntratt tax-xog\u0127ol.", "Pajji\u017c jista' jkun indipendenti \"de facto\", ming\u0127ajr ma jkollu g\u0127arfien formali mill-\u0120nus Mag\u0127quda jew minn pajji\u017ci o\u0127ra.", "F'\u010berti pajji\u017ci relazzjoni domestika (po\u0121\u0121uti) huwa \u017cwie\u0121 \"de facto\" f'kull aspett tal-\u0127ajja so\u010bjali, per\u00f2 ming\u0127ajr ir-rikonoxximent legali ta\u017c-\u017cwie\u0121."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15041", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15041", "title": "Nelson Mandela", "text": ["Nelson Mandela", "Nelson Rohlilahla Mandela (Imwieled it-18 ta' Lulju, 1918 - Miet it-5 ta' Di\u010bembru, 2013) kien President tal-Afrika t'Isfel mill-1994 sal-1999, u kien l-ewwel President Sud Afrikan li tela' f'elezzjoni li fiha setg\u0127u jivvutaw is-suwed.", "Qabel il-Presidenza, Mandela kien attivista kontra l-apartheid u mexxej tal-ferg\u0127a armata tal-ANC.", "Mandela qatta' 27 sena fil-\u0127abs, \u0127afna minnhom fuq Robben Island.", "Wara li n\u0127eles mill-\u0127abs fl-1990, Mandela mexxa lill-partit tieg\u0127u fin-negozjati li wasslu g\u0127al demokrazija multi-razzjali fl-1994.", "Fl-Afrika t'Isfel, Mandela huwa mag\u0127ruf b\u0127ala Madiba, titlu onorarju u\u017cat g\u0127all-anzjani tat-trib\u00f9 tieg\u0127u.", "Nelson Mandela twieled nhar it-18 ta' Lulju 1918 f'Umtata, l-Afrika t'Isfel.", "Missieru kien kap tribali.", "Hu biss minn \u0127utu attenda l-iskola.", "L-ewwel skola li attenda kienet il-Wesleyan Mission School.", "Attenda l-Universit\u00e0 ta' Fort Hare, fejn wara sena spi\u010b\u010ba mke\u010b\u010bi g\u0127ax ha sehem fi protesta kontra l-politika tal-universit\u00e0.", "Spi\u010b\u010ba l-istudji tieg\u0127u b\u0127ala avukat f'universita' \u0121ewwa Johannesburg.", "L-apartheid hija kelma bil-lingwa Afrikana, li tirreferi g\u0127al sistema ta' razzi\u017cmu u supremazija tal-bojod li kien hemm fl-Afrika t'Isfel sal-1993.", "Il-Partit Nazzjonali Afrikan g\u0127amilha parti mill-politika uffi\u010bjali tieg\u0127u fl-1948.", "L-apartheid kien jifred il-bojod minn dawk li mhumiex, ji\u0121ifieri l-\"coloureds\" (persuni ta' razza m\u0127allta), \"A\u017cjati\u010bi\" (ta' dixxindenza Indjana), u \"bantu\" (persuni ta' dixxindenza Afrikana)\u2014u jifred ukoll grupp indi\u0121enu Afrikan minn ie\u0127or.", "Il-gvern immexxi biss mill-bojod waqqaf il-Bantustans g\u0127all-gruppi etni\u010bi Afrikani, billi ta 14% tal-art tal-pajji\u017c, \u0127afna minnha ta' kwalita \u0127a\u017cina g\u0127all-popolazzjoni li kienet tifforma 75% tas- Sud Afrikani.", "F'din l-art biss is-suwed setg\u0127u je\u017cer\u010bitaw \u010berti drittijiet.", "Din il-politika wasslet g\u0127al protesti fil-pajji\u017c u wkoll internazzjonalment.", "Fl-1961 l-Afrika t'Isfel ma baqg\u0127etx fil-Commonwealth min\u0127abba l-apartheid.", "B'ri\u017cultat tas-sanzjonijiet ekonomi\u010bi internazzjonali u l-bidla so\u010bjali fil-pajji\u017c, \u0127afna li\u0121ijiet tal-apartheid bdew jispi\u010b\u010baw sakemm fl-1993 \u0121iet fis-se\u0127\u0127 kostituzzjoni \u0121dida li ti\u010b\u0127ad ir-razzi\u017cmu.", "Mandela rnexxielu jsir avukat, u fl-1944 ing\u0127aqad ma' l-African National Congress (ANC), u g\u0127en biex titwaqqaf il-ferg\u0127a ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ta' l-organizzazzjoni.", "Fil-bidu l-protesti kienu jkunu pa\u010bifi\u010bi, imma nhar il-5 ta' Di\u010bembru 1956 Mandela flimkien ma' 150 o\u0127ra \u0121ew arrestati bl-akku\u017ca ta' tradiment.", "Fil-bidu tas-sittinijiet Mandela beda jmexxi l-ferg\u0127a paramilitari, \"Umkhonto we Sizwe\" (\"Il-Lanza tan-Nazzjon\").", "Nhar il-5 ta' Awissu 1962 \u0121ie arrestat fuq l-akku\u017ca li mexxa xi \u0127addiema fi strajk u li \u0127are\u0121 mill-pajji\u017c bla permess.", "Fuq dawn l-akku\u017ci ng\u0127ata \u0127ames snin \u0127abs.", "Fl-1964, meta kien fil-\u0127abs tressaq il-qorti flimkien ma' o\u0127rajn fuq l-involviment tieg\u0127u fl-African National Congress u \u0127ati ta' sabuta\u0121\u0121 u tradiment.", "Ing\u0127ata sentenza ta' g\u0127omor il-\u0127abs.", "Matul i\u017c-\u017cmien li qatta' fil-\u0127abs, Mandela sar simbolu dinji ta' re\u017cistenza kontra d-dominazzjoni tal-bojod fl-Afrika t'Isfel.", "Nhar il-11 ta' Frar 1990 in\u0127eles mill-\u0127abs wara kampanja mill-African National Congress u pressjoni internazzjonali g\u0127all-\u0127elsien tieg\u0127u.", "Ta\u0127t it-tmexxija ta' F.W. de Klerk, il-gvern ne\u0127\u0127a l-a\u0127\u0127ar li\u0121ijiet li kienu jiffurmaw il-ba\u017ci legali ta' l-apartheid fl-1992.", "F'Marzu iktar minn \u017cew\u0121 terzi tal-votanti f'referendum g\u0127all-bojod biss qablu mal-policy tieg\u0127u li jinnegozja kostituzzjoni \u0121dida li tag\u0127ti iktar drittijiet politi\u010bi lis-suwed.", "De Klerk u Mandela ing\u0127ataw flimkien il-Premju Nobel g\u0127all-Pa\u010bi fl-1993 talli \u0127admu biex il-pajji\u017c isir demokrazija mhux razzjali.", "Wara \u0127afna ta\u0127didiet bejn mexxejja politi\u010bi bojod u suwed, fl-1994 saru l-ewwel elezzjonijiet tal-pajji\u017c li fihom setg\u0127u jivvutaw is-suwed.", "F'Mejju de Klerk ikkon\u010beda l-presidenza lil Mandela, li reba\u0127 l-elezzjonijiet.", "Mandela sar l-ewwel president iswed tal-pajji\u017c u l-president ta' qablu de Klerk baqa' jservi ta' deputat president tal-gvern sal-1996.", "Mandela flimkien ma' l-Isqof Desmond Tutu \u0127admu kemm fel\u0127u biex isse\u0127\u0127 ir-rikon\u010biljazzjoni bejn il-bojod u s-suwed wara snin twal ta' in\u0121ustizzji mas-suwed.", "Fl-1995, fl-Afrika t'Isfel ittellg\u0127et it-Tazza tad-Dinja tar-\"Rugby\".", "Nelson Mandela, li kien g\u0127adu kif in\u0127atar President, g\u0127araf li l-isport huwa l-mezz li bih nies minn ambjenti differenti setg\u0127u jsibu xi \u0127a\u0121a li tg\u0127aqqadhom flimkien, u sfrutta din il-kompetizzjoni biex jistabbilixxi r-\"Rainbow Nation\" - in-Nazzjon tal-Qawsalla.", "L-iSpringboks - it-tim nazzjonali tar-rugby tal-Afrika t'Isfel - qabel l-1995 kienu mibg\u0127uda mis-suwed, g\u0127ax ir-rugby kien meqjus b\u0127ala s-simbolu tal-oppressjoni tal-minoranza bajda li kienet tmexxi l-pajji\u017c.", "Mandela g\u0127araf dan, imma flok \u017carma dan is-simbolu, \u0127adem biex is-simbolu jsir iktar b'sa\u0127\u0127tu, u flok ikun biss tal-bojod isir is-simbolu ta' dawk kollha li g\u0127andhom g\u0127al qalbhom l-Afrika t'Isfel, bojod u suwed.", "Fuq din il-\u0121rajja n\u0127adem il-film \"Invictus\"."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15049", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15049", "title": "Hiroshima", "text": ["Hiroshima", "Hiroshima (\u5e83\u5cf6\u5e02) hija l-ikbar belt fir-re\u0121jun Ch\u016bgoku fil-Punent ta' Honsh\u016b, l-ikbar g\u017cira tal-\u0120appun.", "Kienet l-ewwel belt fl-istorja tad-dinja li nqerdet b'bomba nukleari meta l-Istati Uniti tal-Amerika tefg\u0127et fuqha bomba atomika fit-8:15am tas-6 t'Awissu, 1945, lejn l-a\u0127\u0127ar tat-Tieni Gwerra Dinjija.", "Il-bomba msej\u0127a \"Little Boy\" intefg\u0127et minn bomber Amerikan B-29, Enola Gay, u stmat li qatlet direttament 80,000 ru\u0127.", "Sal-a\u0127\u0127ar tas-sena, il-\u0121rie\u0127i u r-radjazzjoni tellg\u0127u l-ammont ta' vittmi g\u0127al 90,000-140,000 ru\u0127.", "Iktar minn \u017cew\u0121 terzi tal-bini tal-belt inqered kompletament.", "Jumejn wara, l-Amerikani tefg\u0127u bomba o\u0127ra fuq il-belt \u0120appuni\u017ca ta' Nagasaki.", "L-u\u017cu tal-bombi atomi\u010bi, ordnati mill-President Amerikan Harry Truman g\u0127adu sal-lum su\u0121\u0121ett ta' kontroversja kbira.", "Fuq na\u0127a hemm min isostni li l-u\u017cu ta' dawn il-bombi salvaw il-\u0127ajja ta' eluf ta' suldati Amerikani, Ingli\u017ci u alleati o\u0127ra.", "Dan g\u0127ax wara l-bombi l-\u0120appun \u010beda u ma kienx hemm bzonn inva\u017cjoni tal-\u0120appun.", "Min isostni din il-po\u017cizzjoni jsemmi l-\u0121lied fi g\u017cejjer \u0120appuni\u017ci jew okkupati mill-\u0120appuni\u017ci b\u0127all-Filippini, Saipan, Iwo Jima u o\u0127rajn fejn id-difensuri \u0120appuni\u017ci \u0121\u0121ieldu bl-a\u0127rax kontra t-truppi Amerikani.", "U \u0121\u0121ieldu sakemm mietu g\u0127ax kien it-twemmin tal-\u0120appuni\u017ci, skond il-kodi\u010bi Bushido, kien di\u017cunur mill-ikbar li \u010b\u010bedi u tispi\u010b\u010ba pri\u0121unier.", "Huwa fatt li l-\u0120appun kien qieghed jiehu mizuri estremi biex iwaqqaf l-avvanzata tal-alleati, fosthom l-attakki suwicida bl-ajruplani, \"human torpedos\".", "Sistema \"militari\" li da\u0127let fil-vokabolarju dinji l-kelma \"kamikaze\".", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra hemm min isostni li min ordna u min wettaq l-attakki b'dawn il-bombi qerrieda ghandu jitqies bhala \"kriminali tal-gwerra\".", "Kien zmien meta l-ajruplani Amerikani B-29, bl-uzu ta' bombi konvenzjonali u tan-nar, kienu qeghdin jeqirdu bliet shah tal-Gappun.", "Kien zmien meta l-flotta merkantili Gappuniza kienet spiccat f'qiegh il-bahar u l-Gappun kien wasal f'qaghda fejn ma kienx se jifdallu petrol, materja prima u anke ikel biex jibqa' jirrezisti.", "Dak iz-zmien ukoll l-Unjoni Sovjetika ddikjarat gwerra kontra l-Gappun u baghtet armati vasti biex kaxkru l-unika armata kbira li kien fadallu l-Gappun u li kienet fil-Manchuria u l-Korea.", "Dawn jghidu li l-iskuza li l-bombi atomici ntefghu ghax Truman beza' li tintilef il-hajja ta' miljun Amerikan giet imgiddba anke minn kapijiet militari Amerikani bhall-Ammiral Nimitz u l-General Eisenhower li kienu tal-fehma li l-Gappun kien dig\u00e0 tilef il-gwerra u li kienu ilhom jipprovaw icedu minn Mejju 1945, meta l-bombers Amerikani qerdu l-parti l-kbira ta' Tokjo.", "Fil-fatt il-Gappunizi kienu bdew kuntatti mal-mexxej Sovjetiku Stalin biex tintemm il-gwerra.", "Kollox kien juri li l-Gappunizi ma kellhom ebda cans li jwettqu rezistenza fit-tul.", "U r-rekords storici juru li d-dhul ta' l-Unjoni Sovjetika fil-gwerra kellu effett ikbar fuq il-mexxejja Gappunizi biex icedu milli kellhom il-bombi atomici.", "L-Amerikani kienu qerdu kwazi kull belt hlief hamsa jew sitta li thallew mhux mittiefsa ghal tal-apposta.", "Tnejn minn dawn kienu Hiroshima u Nagasaki.", "Hafna jemmnu li l-Amerikani ma kellhomx ghalfejn \"jipprovaw\" l-effett devastanti ta' dawn il-bombi ghax dan kien evidenti u car mill-provi li ghamlu.", "Ghalhekk, isostnu hafna, dawn il-bombi ntefghu fuq Hiroshima u Nagasaki bhala twissija lil pajjizi ohrajn.", "Fuq kollox lill-Unjoni Sovjetika u l-forzi Komunisti fic-Cina li bdew offensiva kontra l-forzi Nazzjonalisti.", "Ghax dig\u00e0 kien hemm fost il-militar tal-Istati Uniti li beda jippjana attakk nukleari biex jeqred lill-Unjoni Sovjetika.", "Li gara zgur huwa li l-uzu ta' l-armi mill-Amerikani wera li dawn kienu lesti juzaw armi tant qerrieda u b'hekk bdiet tellieqa li wasslet ghal zewg blokki militari jiffaccjaw lil xulxin u sikwit tefghu lid-dinja f'xifer il-qerda shiha."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15050", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15050", "title": "Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2009", "text": ["Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2009", "It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2009 kien turnew tal-futbol li ntlag\u0127ab bejn id-9 ta' Di\u010bembru u d-19 ta' Di\u010bembru 2009.", "Din kienet is-sitt edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs u l-ewwel wa\u0127da li saret \u0121ewwa Abu Dhabi, fl-Emirati G\u0127arab Mag\u0127quda.", "Il-finali, li ntlag\u0127bet fid-19 ta' Di\u010bembru, intreb\u0127et mi\u010b-\u010bampjins Ewropej ta' Barcelona, li wara li keinu minn ta\u0127t g\u0127elbu lis-Sud-Amerikani ta' Estudiantes 2\u20131 fil-\u0127in barrani.", "B'hekk Barcelona saru l-ewwel tim Spanjol li reba\u0127 din il-kompetizzjoni, u dan it-titlu fisser li huma kienu reb\u0127u sitt kompetizzjonijiet fis-sena 2009, biex g\u0127elbu r-rekord pre\u010bedenti ta' Liverpool ta' \u0127ames trofej fl-2001.", "\"Assistenti:\"", "\"Assistenti:\"", "\"Assistenti:\" \"Assistenti:\"", "\"Assistenti:\"", "\"Assistenti:\"", "\"Il-\u0127inijiet huma kollha skont il-\u0126in normali tal-EG\u0127M(UTC+6)\""], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15051", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15051", "title": "Duminku ta' Guzm\u00e1n", "text": ["Duminku ta' Guzm\u00e1n", "San Duminku (Spanjol: Domingo), mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala Duminku ta' Osma jew ta' Guzm\u00e1n (1170 \u2013 6 ta' Awissu, 1221) kien il-Fundatur tal-Ordni tal-Predikaturi (OP) mag\u0127rufin b\u0127ala d-Dumnikani, ordni reli\u0121ju\u017c Kattoliku.", "San Duminku twieled f'Calaruega, Spanja, fl-1170, minn familja nobbli, bin \u0120ovanna ta' Aza u Feli\u010b ta' Guzman.", "It-tradizzjoni tg\u0127id li meta ommu kienet tqila bih hija kellha \u0127olma li t-tarbija tag\u0127ha, kienet se tkun b\u0127al kelb bit-tor\u010ba f'\u0127alqu, iktar tard interpretata li Duminku bil-prietki tieg\u0127u kellu jag\u0127ti dawl lid-dinja kollha.", "Il-kelb bit-tor\u010ba f'\u0127alqu sar simbolu tal-Ordni Dumnikan.", "It-tradizzjoni tkompli tg\u0127id ukoll li fil-mag\u0127mudija ta' Duminku, ommu rat stilla tiddi fuq sidru, \u0121rajja li wasslet biex San Duminku jibda jitqis ukoll b\u0127ala patrun tal-astronomija.", "Meta Duminku kellu erbatax-il sena, da\u0127al l-Universit\u00e0 ta' Palencia, biex jistudja l-filosofija u t-teolo\u0121ija.", "Waqt li kien g\u0127adu student sar Kanonku tal-Katidral ta' Osma.", "Wara l-ordinazzjoni tieg\u0127u fl-1195, mar jg\u0127ix mal-Kanon\u010bi skond ir-Regola ta' Santu Wistin.", "Fl-1201, sar il-Pirjol tal-Kapitlu.", "Fl-1204, kien ma' l-Isqof tieg\u0127u qieg\u0127ed jivvja\u0121\u0121a fi Franza, u ra l-\u0127sara li kienu qed jag\u0127mlu l-Albi\u0121i\u017ci, (minn Alby, Franza, li fost tag\u0127lim eretiku ie\u0127or kienu jsostnu li l-ispiritwali huwa tajjeb, u l-materjali huwa \u0127a\u017cin, u li \u0120es\u00f9 ma twelidx tassew minn Marija).", "F'Languedoc iltaqa' ma' wie\u0127ed Albi\u0121i\u017c u g\u0127adda l-lejl kollu jiddiskuti mieg\u0127u sakemm ikkonvin\u010bieh u rah jer\u0121a' j\u0127addan it-twemmin Kattoliku.", "Minn din il-laqg\u0127a, San Duminku ra \u010bar li l-missjoni tieg\u0127u kienet li jippriedka l-Van\u0121elu u jikkumbatti l-ere\u017cija Albi\u0121i\u017ca.", "G\u0127alhekk \u0121abar madwaru grupp ta' g\u0127alliema biex jg\u0127inuh iwettaq il-\u0127sieb tieg\u0127u, u b'xi nisa minnhom waqqaf il-kunvent ta' Prouille fl-1206.", "Huwa baqa' f'Languedoc g\u0127al kwa\u017ci g\u0127axar snin jippriedka bla ser\u0127an.", "Fl-1212 mar Toulouse, u fl-1215 attenda r-Raba' Kon\u010bilju Lateran, f'Ruma.", "Lura f'Toulouse waqqaf l-Ordni tal-Predikaturi jew kif saru mag\u0127rufin \"Id-Dumnikani\", fil-25 ta' April 1215.", "L-g\u0127an prin\u010bipali tal-Ordni kien li l-membri tieg\u0127u jg\u0127aqqdu l-g\u0127erf mal-qdusija u s-sempli\u010bita' tal-\u0127ajja u jipprietkaw il-Van\u0121elu \u0127alli jikkumbattu l-ere\u017cija tal-Albi\u0121i\u017ci.", "Il-Papa Onorju III approva l-Ordni f'Di\u010bembru 1216.", "F'qasir \u017cmien id-Dumnikani xterdu fi Spanja, fi Franza, l-Ingilterra, l-Italja u f'pajji\u017ci o\u0127ra.", "Fl-1220 il-Papa Onorju III \u0127atar lil San Duminku b\u0127ala Superjur \u0120enerali tal-Ordni.", "F'dik l-istess sena, San Duminku sejja\u0127 l-ewwel Kapitlu \u0120enerali, f'Bologna.", "F'Bolonja marad u wara xi tliet \u0121img\u0127at miet, fis-6 ta' Awissu, 1221.", "Il-Papa Girgor IX ipproklamah Qaddis fl-1234.", "It-tradizzjoni Kattolika \u017c\u017comm li San Duminku g\u0127amel ir-Ru\u017carju devozzjoni popolari spe\u010bjalment biex jikkumbatti l-ere\u017cija tal-Albi\u0121i\u017ci.", "L-ewwel Kunvent tad-Dumnikani f' Malta twaqqaf madwar is-sena 1450, qrib g\u0127ar fir-Rabat fejn, kif jing\u0127ad, il-Madonna kienet dehret lil wie\u0127ed ka\u010b\u010batur; g\u0127alhekk il-Kunvent imsemmi beda jissejja\u0127 il-Kunvent tal-Madonna tal-G\u0127ar.", "Fl-1528 id-Dumnikani fet\u0127u l-Kunvent tal-Lun\u017cjata fil-Birgu; u fl-1569 fet\u0127u l-Kunvent tal-Portu Salvu fil-Belt, Valletta, li kienet g\u0127adha kemm bdiet tinbena.", "Fl-1838 dawn it-tliet Kunventi nfirdu mill-Provincja ta' Sqallija u twaqqfu b\u0127ala Provin\u010bja ta' San Piju V. Aktar tard imbag\u0127ad \u017cdiedu \u017cew\u0121 Kunventi o\u0127ra: fl-1909 il-Kunvent tan-Nazzarenu f'Tas-Sliema; fl-1945 dak tal-Madonna ta' Fatima fi Gwardaman\u0121a; fl-1948 Flores College, il-Belt, g\u0127adda f'idejn id-Dumnikani li tawh l-isem ta' St Albert the Great College.", "Il-Kongregazzjoni Maltija tas-sorijiet Dumnikani twaqqfet f' G\u0127awdex fl-1889; u fl-1893 ing\u0127aqdet mal-Ordni Dumnikan minn P. Fruhwirth, il-Mastru \u0120enerali.", "Fl-1916 fet\u0127et l-ewwel dar tag\u0127ha f' Malta, il-Casa San Pietro, f'\u0126al Lija; ma' dawn imbag\u0127ad \u017cdiedu tmint idjar o\u0127ra: St Joseph Home, \u0126a\u017c-\u017babbar; Lourdes Home fl-Im\u0121arr G\u0127awdex; Apap Institute fil-\u0126amrun; u St Catherine's Home f'\u0126'Attard.", "Is-sorijiet Dumnikani Maltin g\u0127andhom ukoll djar fl-Ingilterra, fl-Italja, fl-Awstralja, fil-Pakistan u fis-Sri Lanka.", "Nhar is-26 ta' Jannar 2007, il-patri Dumnikan Pawlu Cremona sar it-tielet Ar\u010bisqof ta' Malta.", "Il-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt Valletta saret \"il-parro\u010b\u010ba ewlenija u matri\u010bi tal-Belt il-\u0121dida kollha kemm hi\" mill-Papa San Piju V b'Bolla Apostolika \"Ex Debito Pastoralis\" tat-2 ta' Lulju 1571.", "Fil-25 ta' Mejju 1816, il-knisja tg\u0127olliet g\u0127ad-dinjit\u00e0 ta' Ba\u017cilika Minuri.", "Il-knisja ori\u0121inali, mibnija minn \u0120lormu Cassar kellha tin\u0127att madwar mitejn sena wara, min\u0127abba l-\u0127afna \u0127sarat li kienet \u0121arrbet bit-terremot tal-1693.", "Il-knisja \u0121dida \u0121iet konsagrata fil-15 ta' Ottubru 1889."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15055", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15055", "title": "Anthony Mamo", "text": ["Anthony Mamo", "Sir Anthony Mamo, OBE, QC, (Birkirkara, 9 Jannar 1909 \u2013 Mosta, 1 Mejju 2008) kien l-ewwel President tar-Repubblika ta' Malta mill-1974 sal-1976.", "Anthony Mamo twieled Birkirkara fid-9 ta' Jannar, 1909.", "Fi kliem ibnu John, Anthony jew Ninu Mamo \"twieled fqir.", "Kienu \u0127afna a\u0127wa u t-tfulija tag\u0127hom kienu jg\u0127ixuha fil-faqar.", "Kien imur skola Birkirkara u anke \u0121ieli f'\u0126'Attard.", "Kien jirrakkontali li fi tfulitu kienet problema biex ikollhom finanzi bi\u017c\u017cejjed biex jixtru sandli jew qorq.", "Biex jib\u017ca g\u0127all-qorq li kellu, tant li fit-triq li tag\u0127ti lejn l-iskola li fiha ma kienx ikun hemm nies, kien jimxi \u0127afi.", "Meta jasal fil-parti \u010bentrali, kien jilbsu.", "Missieru u ommu mhux biss kellhom familja kbira, imma d-d\u0127ul tag\u0127hom kien ristrett g\u0127ax huma kull ma kellhom kien \u0127anut li jbieg\u0127u l-\u0127axix.", "Missieri kienu ukoll jg\u0127in f'dan ix-xog\u0127ol, li l-mo\u0127\u0127 wara x-xog\u0127ol ta' dan il-\u0127anut kienet l-omm.\"", "\"Mindu kien \u017cg\u0127ir kien ji\u0121i dejjem minn ta' quddiem fl-e\u017camijiet.", "Kien ji\u0121i l-ewwel u l-o\u0127rajn warajh.", "Mill-edukazzjoni tal-bidu kien kompla jistudja s-seminarju.", "Darba biss ma \u0121iex l-ewwel.", "Dan kien meta mietet ommu.", "Lil ommu kien i\u0127obbha \u0127afna u l-mewt tag\u0127ha affettwatu.", "Fl-iskola kien jitqabbad biex jag\u0127mel il-prietki tal-Milied u aktar tard anke g\u0127amel diskorsi waqt xi okka\u017cjonijiet.", "Kien jinqala' biex jitkellem u meta kien is-seminarju kien hemm min kien jg\u0127id li g\u0127ad isir Isqof.\"", "\u0126a l-edukazzjoni fis-Seminarju tal-Ar\u010bisqof u wara fl-Universit\u00e0 Irjali ta' Malta meta fl-1931 iggradwa bil-Ba\u010bellerat fl-Arti u tliet snin wara ggradwa b\u0127ala avukat.", "Huwa sar l-Avukat \u0120enerali tal-Kuruna fl-1955 u sentejn wara n\u0127atar Prim Im\u0127allef u President tal-Qorti tal-Appell.", "Huwa r\u010bieva l-OBE fl-1957 u ng\u0127ata t-titlu ta' \"Sir\" mir-Re\u0121ina Eli\u017cabetta II fl-1959.", "Fis-snin sittin, Sir Anthony in\u0127atar b\u0127ala A\u0121ent Gvernatur ta' Malta mir-Re\u0121ina Eli\u017cabetta II u fl-1971 wara li tela' fil-gvern il-Partit Laburista mmexxi minn Dom Mintoff in\u0127atar l-ewwel Gvernatur \u0120enerali Malti u dam jokkupa din il-kariga sal-1974.", "Sir Anthony \u0127adem mill-qrib ma' erba' Prim Ministri differenti, Pawlu Boffa, Nerik Mizzi, \u0120or\u0121 Borg Olivier u Dom Mintoff.", "Nhar it-13 ta' Di\u010bembru 1974 in\u0127atar b\u0127ala l-Ewwel President ta' Malta Repubblika u serva f'din il-kariga ftit aktar minn sentejn, sas-26 ta' Di\u010bembru, 1976.", "Dakinhar Mamo g\u0127amel dan id-diskors:", "Fl-1993, Sir Anthony ng\u0127ata l-unur ta' Sie\u0127eb il-\u0120ie\u0127, l-og\u0127la Unur fl-Ordni ta' \u0120ie\u0127 ir-Repubblika.", "Mamo kien i\u017c\u017cewwe\u0121 mil Margaret Agius fil-15 ta' Awwissu 1939 (mietet fil-25 ta' \u0120unju 2002) u kellhom tifel, John, u \u017cew\u0121t ibniet, Josephine u Monica.", "Kien i\u0127obb \u0127afna l-festa ta' Santa Liena ta' Birkirkara b'mod partikolari it-tran\u017clazzjoni ta' lejlet il-festa.", "Fi kliem ibnu, \"Il-festa ta' Santa Liena konna ngawduha flimkien.", "Konna ilna snin kbar nag\u0127mlu hekk.", "\u0120ieli kont barra minn Malta, f'pajji\u017ci 'l bog\u0127od b\u0127all-Korea u kelli ni\u0121i g\u0127ax tkun waslet il-festa ta' Santa Liena.", "Ma kienx jitlifha u kien jg\u0127idli '\u0121img\u0127a o\u0127ra l-festa'.", "Kien i\u0127obb \u0127afna l-funzjonijiet tal-knisja b'mod partikolari l-mu\u017cika li tindaqq.", "Kien ipo\u0121\u0121i man-nies fil-\u0121enb tal-Ba\u017cilika u jsegwi minn hemm.", "L-a\u0127\u0127ar li morna, allavolja sa\u0127\u0127tu ta' et\u00e0 kbira, ried li jqum u jpo\u0121\u0121i bilqieg\u0127da kif jag\u0127mlu l-bqija tan-nies.", "Dak inhar tal-festa, konna mmorru g\u0127all-pur\u010bissjoni filg\u0127odu u hemmhekk konna niltaqg\u0127u ma' \u0127afna \u0127bieb antiki tieg\u0127u.\"", "Sa ma miet Mamo kien l-ixje\u0127 eks-kap ta' Stat fid-dinja kollha.", "Kellu 99 sena.", "Il-funeral statali ta' Sir Anthony Mamo sar nhar il-\u0120img\u0127a 2 ta' Mejju 2008, l-g\u0127ada ta' mewtu.", "Il-kadavru ta' Mamo kien espost g\u0127all-pubbliku fil-bit\u0127a tal-Palazz il-Belt g\u0127al xi \u0127in.", "Wara, it-tebut imge\u017cwer fil-bandiera Maltija, tqieg\u0127ed fuq kanun tal-Forzi Armati u n\u0121arr fost atmosfera solenni lejn il-Kon-Kattidral ta' San \u0120wann fejn saret il-quddiesa.", "Pre\u017centi kien hemm l-og\u0127la dinjitarji tal-pajji\u017c, politi\u010bi, membri tal-\u0121udikatura, avukati u nies komuni li tawh l-a\u0127\u0127ar tislima.", "Mons. Ar\u010bisqof Pawl Cremona fl-omelija tal-quddiesa qal li \"nirringrazzjaw lil Alla g\u0127ad-doni kollha li ta lil Sir Anthony Mamo u li hu u\u017cahom b'\u0127afna modi differenti g\u0127all-\u0121id tas-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na f'Malta.", "Nirringrazzjaw ukoll lill-Mulej, g\u0127ad-doni li hu ta lil Sir Anthony Mamo, li permezz tag\u0127hom rabba familja skond is-sej\u0127a tieg\u0127u fi\u017c-\u017cwie\u0121...", "F'dawn il-\u0121ranet smajna, \u0121ustament, dwar dik li kienet il-\u0127ajja pubblika ta' Sir Anthony Mamo.", "Fakkarna f'kemm \u0121id pubbliku u so\u010bjali hu ta lis-so\u010bjet\u00e0 Maltija.", "Imma jiena na\u0127seb li ma kienx jiddispja\u010bih \u017cgur, jekk a\u0127na li qeg\u0127din hawnhekk g\u0127al din il-quddiesa n\u0127allu din il-mewt tieg\u0127u tg\u0127inna wkoll biex nag\u0127mlu riflessjoni Nisranija dwar dan il-mument...", "Nist\u0127ajlu, kieku kien hawn, ma tantx iltqajt mieg\u0127u jien, imma mort narah fl-a\u0127\u0127ar xhur, min jaf kemm kien ikun fer\u0127an jekk ikun jaf li anke l-mewt tieg\u0127u swiet biex dik li hija r-realt\u00e0 Nisranija tid\u0127ol aktar f'qalbna, dik li kienet tant f'qalbu.\"", "Skont il-\u0121urnal \"L-Orizzont\", \"il-Perit Dom Mintoff, li mieg\u0127u \u0127adem mill-qrib Sir Anthony Mamo, mar jag\u0127ti l-a\u0127\u0127ar tislima lil dan il-\u0121entlom u l-bniedem li dejjem \u0121ab l-ewwel l-interess nazzjonali.", "Il-Perit Mintoff, g\u0127amel xi \u0127in jitkellem mal-familjari tieg\u0127u.", "Ma naqasx li hu jirrakkontalhom xi episodji tal-\u0127idma tag\u0127hom g\u0127all-\u0121id tal-pajji\u017c.", "Fost dawn kien hemm kif Sir Anthony kien i\u0127obb jag\u0127mel l-affarijiet b'mod pulit u Mintoff bi stil differenti.", "Fil-laqg\u0127a ta' madwar nofs sieg\u0127a issemiet ukoll i\u017c-\u017cjara li l-Perit Mintoff kien g\u0127amel lil Sir Anthony Mamo meta kien rikoverat fl-isptar.", "Fi kliem Dr John Mamo stess, il-familja apprezzat \u0127afna i\u017c-\u017cjara tal-Perit Mintoff.\""], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15056", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15056", "title": "Agatha Barbara", "text": ["Agatha Barbara", "Agatha Barbara (\u0126a\u017c-\u017babbar, 11 ta' Marzu, 1923 - 4 ta' Frar, 2002) kienet it-tielet President ta' Malta, l-ewwel membru parlamentari mara f'Malta, l-ewwel Ministru mara, l-ewwel A\u0121ent-Priministru mara, u l-ewwel President mara.", "Imwielda \u0126a\u017c-\u017babbar nhar il-11 ta' Marzu 1923, \u0127admet b\u0127ala g\u0127alliema qabel ma da\u0127let fil-politika.", "Fl-1946 bdiet tinvolvi ru\u0127ha b'mod attiv fil-politika mal-Partit Laburista dak i\u017c-\u017cmien immexxi minn Pawlu Boffa, u sena wara saret l-ewwel membru parlamentari mara fil-Parlament wara li kkontestat ghall-ewwel darba l-elezzjoni generali tal-1947 f'isem il-Partit Laburista.", "Bejn l-1955 u l-1958 kif ukoll bejn l-1971 u l-1974 hija serviet b\u0127ala Ministru tal-Edukazzjoni fil-Gvern ta' Dom Mintoff.", "Malli nghatat din il-kariga fl-1955 hija ghamlitha obbligatorja li t-tfal imorru l-iskola sakemm ikollhom 14-il sena u hadet hsieb il-bini jew it-tkabbir ta' 44 skola fil-pajjiz.", "L-idea ta' skola sa 14-il sena u minghajr hlas dahlet fis-sehh fl-1955, hames xhur biss wara li hija nghatat ir-responsabbilt\u00e0 tal-Edukazzjoni.", "Kien tahtha wkoll li bdew jitqassmu kotba b'xejn u l-istudenti tal-kullegg bdew jinghataw dak li jissejjah \"pocket money\" waqt li nfethu l-ewwel skejjel specjali, fosthom ghal dawk neqsin mid-dawl, is-smiegh u ohrajn bi problemi mentali.", "Hi ddecidiet ukoll li l-istudenti bniet kellhom id-dritt jitghallmu suggetti li qabel kienu meqjusin bhala tas-subien, bhax-xjenza.", "Fl-1958 kienet ikkundannata ghall-habs mill-qrati Maltin talli hadet sehem fil-protesti kontra l-Ingli\u017ci.", "Fl-1971, ghal darb'ohra bhala ministru responsabbli mill-edukazzjoni, hija ziedet l-et\u00e0 obbligatorja ta' l-istudju minn 14-il sena ghal 16-il sena.", "F'dan il-perjodu bdew jitwaqqfu l-iskejjel tas-snajja' fosthom l-Iskola tal-Muzika u d-Drama u l-Felinberg, l-istitut ghat-taghlim tat-teknologija.", "Bejn l-1974 u l-1981 kellha f'idejha l-kultura u l-qasam socjali.", "Fil-qasam socjali hija hadmet biex in-nisa setghu jibdew jinghataw paga daqs l-irgiel, biex jiehdu l-leave tal-maternit\u00e0 bi hlas, biex dawk bla xoghol setghu jiehdu l-beneficcji socjali, biex il-genituri setghu jiehdu c-\"children's allowance\" u anke hadmet fuq il-pensjoni taz-zewg terzi.", "Fir-rigward tal-kultura kien tahtha li twaqqfu l-Muzew ta' l-Arkeologija, il-Muzew ta' l-Istorja Nazzjonali, il-Muzew ta' l-Arti u l-Muzew tal-Folklor.", "Hija serviet ukoll bhala Agent Prim Ministru f'diversi okkazjonijiet bejn l-1971 u l-1981.", "Nhar is-16 ta' Frar, 1982 inhatret bhala l-President tar-Repubblika biex kienet it-tielet president tal-pajjiz wara Sir Anthony Mamo u Anton Buttigieg.", "Hija mietet fl-4 ta' Frar, 2002 fl-et\u00e0 ta' 78 sena.", "Il-President Edward Fenech Adami kixef monument ad unur taghha f'\u0126a\u017c-\u017babbar fit-23 ta' April, 2006.", "Dakinhar Fenech Adami qal li Agatha Barbara kienet persuna li halliet il-marka taghha fl-istorja ricenti ta' pajjizna.", "Filwaqt li elenka d-diversi kisbiet li ghamlet bhala mara u li permezz taghhom ikkontribwiet biex issir l-istorja, huwa qal li dawn il-fatturi kollha jispjegaw ir-raguni ghalfejn jixirqilha li tinghata gieh ghall-kontribut kbir li tat lill-pajjiz.", "Filwaqt li zied isemmi diversi esperjenzi personali li kienu laqqghuh mill-qrib ma' Agatha Barbara sa mill-bidu tal-karriera politika tieghu, il-President Fenech Adami rrimarka li l-akbar kuntatt li kellu maghha kien meta kien Kap tal-Oppozizzjoni wara li saret President tar-Repubblika fejn hadmet bis-shih biex issolviet il-krizi kostituzzjonali"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15077", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15077", "title": "Lingwa Kroata", "text": ["Lingwa Kroata", "Lingwa Kroata (Kroat: \"Hrvatski jezik\"), isem uffi\u010bjali Repubblika tal-Kroazja (\"Republika Hrvatska\"), huwa pajji\u017c fl-Ewropa li jinsab bejn il-Mediterran, l-Ewropa \u010aentrali u l-Balkani (6,200,000 mil).", "Code (Iso 639-1=hr, 639-2=hrv(scr), 639-3=hrv, SIL=HRV.", "Il-lingwa tinkiteb bl-alfabett Latin bi\u017c-\u017cieda ta' sinjali diakriti\u010bi partikulari.", "L-alfabett Kroat g\u0127andu 32 ittra:", "a, b, c, \u010d, \u0107, d, d\u017e, \u0111, e, f, g, h, i, ie, j, k, l, lj, m, n, nj, o, p, r, \u0155, s, \u0161, t, u, v, z, \u017e.", "L-ittri q, w, x, y jidhru biss fil-kliem barrani.", "Id-digrammi d\u017e, lj e nj, i+e= ie, r+r=\u0155 jitqisu b\u0127ala ittri b\u0127all-g\u0127 fil-Malti.", "Dawn huma l-karattiri b'sinjali spe\u010bjali:", "\u010c: \u010c \u010d: \u010d \u0106: \u0106 \u0107: \u0107 \u0110: \u0110 \u0111: \u0111 \u0160: \u0160 \u0161: \u0161 \u017d: \u017d \u017e: \u017e"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15101", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15101", "title": "Pawlu Xuereb", "text": ["Pawlu Xuereb", "Pawlu Xuereb (Ir-Rabat (Malta), 21 ta' Lulju 1923 \u2013 6 ta' Settembru 1994) kien figura politika Maltija u kittieb.", "Bejn is-16 ta' Frar 1987 u l-4 ta' April 1989 serva b\u0127ala a\u0121ent President ta' Malta.", "Kien ukoll Speaker tal-Parlament", "Pawlu Xuereb twieled nhar il-21 ta' Lulju, 1923, bin Adeodato Xuereb (awtur ta' drammi u g\u0127alliem) u Maria Dolores n\u00e9e Busuttil.", "Wara li attenda l-iskola elementari tal-Imdina, huwa \u0127a l-edukazzjoni sekondarja tieghu fil-Kulle\u0121\u0121 ta' San Alwigi, Birkirkara u fil-Kulle\u0121\u0121 Flores, il-Belt Valletta.", "Bejn l-1946 u l-1949 Pawlu Xuereb studja fis-City Literary Institute u fir-Regent Street Polytechnic f'Londra.", "Huwa studja wkoll il-\u0121urnali\u017cmu, l-ekonomija politika u x-xjenza politika.", "Matul it-Tieni Gwerra Dinjija huwa serva mar-Royal Malta Artillery u bejn l-1944 u l-1946 \u0127adem ta' skrivan fid-dipartiment tal-in\u0121inerija tat-Tarzna.", "Matul dan il-perjodu Xuereb iddistingwa ru\u0127u u ng\u0127ata l-\"Africa Star\", il-\"War Medal\" u l-\"Victory Medal\".", "Fl-1946 emigra lejn l-Ingilterra u \u0127adem b\u0127ala supervi\u017cur mad-Dipartiment tal-Kontijiet tad-Ditta \"Peter Robinson\" u wara b\u0127ala skrivan mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni f'Londra.", "Hemmhekk huwa kompla bl-istudji tieg\u0127u u \u0121ie lura Malta fl-1950.", "Fost xog\u0127lijiet li kellu hawnhekk kien hemm dak ta' g\u0127alliem mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni.", "Fl-1959 telaq l-impjieg tieg\u0127u mal-Gvern u ssie\u0127eb mal-Partit Laburista fejn kien editur letterarju u assistent editur tal-\u0121urnal Laburista \"The Voice of Malta\".", "Fl-1964 in\u0127atar direttur \u0121enerali tal-istamperija tal-Partit Laburista Freedom Press.", "Xuereb ikkontesta l-elezzjonijiet tal-1962 u \u0121ie elett g\u0127all-ewwel darba.", "Huwa baqa' j\u017comm is-si\u0121\u0121u parlamentari tieg\u0127u fl-elezzjonijiet tal-1966, 1971, 1976 u 1981.", "Huwa kellu diversi karigi fil-gvernijiet Laburisti, fosthom Ministru tal-Industrija u Kummer\u010b fl-1971, sakemm imbag\u0127ad irri\u017cenja mill-parlament fis-17 ta' April, 1983, biex \u0121ie ikkoopjat b\u0127ala membru parlamentari Karmenu Mifsud Bonnici, li kien se jil\u0127aq mexxej tal-MLP.", "Huwa kien spiker tal-Parlament fi\u017c-\u017cmien imqanqal ta' bejn Lulju 1986 u Frar 1987.", "Huwa kien ukoll ukoll chairperson tal-Mid-Med Bank, tal-Medigrain, tal-Investment Finance Bank u tal-Malta Development Corporation.", "Pawlu Xuereb in\u0127atar a\u0121ent President ta' Malta fis-16 ta' Frar 1987 u baqa' sal-4 ta' April 1989.", "Wara l-in\u010bidenti vjolenti fir-Rabat tal-1987, Xuereb g\u0127amel appell imqanqal minn fuq it-televi\u017cjoni biex tieqaf immedjatament il-vjolenza.", "Mart Pawlu Xuereb, Edwige, mhux l-ewwel darba li esprimiet pubblikament ix-xewqa li fis-sala tal-Palazz fejn jin\u017cammu l-kwadri tal-eks-Presidenti jitwa\u0127\u0127al ukoll kwadru tieg\u0127u.", "Pawlu Xuereb kien ukoll awtur ta' bosta kotba, l-iktar stejjer tad-ditektivs.", "Il-kotba li \u0127are\u0121 jinkludu:", "Hu miet ta' 71 sena, nhar is-6 ta' Settembru 1994 u ing\u0127ata funeral statali.", "Huwa kien mi\u017c\u017cewwe\u0121 lil Edwige imwielda Muscat u kellhom tifla, Marija.", "Fil-\u0120nien tar-Rabat hemm monument tieg\u0127u, xog\u0127ol l-iskultur Anton Agius."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15129", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15129", "title": "Ugo Mifsud Bonnici", "text": ["Ugo Mifsud Bonnici", "Ugo Mifsud Bonnici (Bormla, 8 ta' Novembru 1932) kien il-\u0127ames President ta' Malta bejn l-1994 u l-1999.", "Kien l-i\u017cg\u0127ar minn \u017cew\u0121 a\u0127wa subien.", "Missieru, il-Professur Carmelo Mifsud Bonnici, mag\u0127ruf b\u0127ala \"Il-Gross\" kien Ministru g\u0127at-Te\u017cor.", "Ugo Mifsud Bonnici \u0127a l-edukazzjoni tieg\u0127u fil-Li\u010beo.", "Wara l-istudji tieg\u0127u fl-Universit\u00e0 fl-1955 huwa ggradwa b\u0127ala avukat.", "Kien President tas-\"Societ\u00e0 Universitaria di Letteratura Italiana\".", "F'dik il-kariga kien jie\u0127u \u0127sieb l-organu ta' kull tliet xhur \"Malta Letteraria\".", "Kien ukoll membru fil-Kumitat tal-\"Maltese Language Association\".", "Mifsud Bonnici \u0121ie elett g\u0127all-ewwel darba fil-Parlament f'isem il-Partit Nazzjonalista f'Marzu tal-1966.", "Baqa' dejjem ji\u0121i elett mid-distrett tieg\u0127u fl-elezzjonijiet li saru wara.", "Fl-1972, kien il-kelliem tal-Oppo\u017cizzjoni Nazzjonalista g\u0127all-Edukazzjoni.", "Fl-1977 in\u0127atar President tal-Kunsill \u0120enerali u tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista.", "Kien irrappre\u017centa lill-Partit fit-ta\u0127ditiet dwar emendi kostituzzjonali fl-1974 u fl-1987.", "F'Mejju tal-1987, Ugo Mifsud Bonnici sar Ministru tal-Edukazzjoni.", "Fl-1990 baqa' Ministru tal-Edukazzjoni u \u017cdiedlu l-Intern.", "Wara l-elezzjonijiet \u0121enerali tal-1992, in\u0127atar Ministru tal-Edukazzjoni u tar-Ri\u017corsi Umani.", "Tul is-snin li g\u0127amel Ministru wettaq bosta riformi fil-qasam edukattiv.", "Matul il-karriera politika tieg\u0127u huwa mexxa l-istamperija tal-Partit Nazzjonalista.", "Nhar l-4 ta'April 1994, \u0121ie elett President tar-Repubblika.", "Eddie Fenech Adami, li innominah g\u0127all-presidenza, jg\u0127id li Ugo Mifsud Bonnici \"g\u0127amel re\u017cistenza mhux \u017cg\u0127ira.", "Ma riedx isir President.", "Kien Ministru tal-Edukazzjoni u pprefera jibqa' jag\u0127mel dak ix-xog\u0127ol i\u017cda, bi pressjoni kbira min-na\u0127a tieg\u0127i, a\u010b\u010betta.", "G\u0127amiltlu pressjoni g\u0127ax fih rajt persuna li setg\u0127et tg\u0127aqqad, persuna mhux divi\u017civa.", "Kont konvint li f'dak il-mument hu kien l-a\u0127jar persuna g\u0127all-kariga ta' President.\"", "Fi \u017cmienu kien hemm il-kri\u017ci tal-gvern ta' Alfred Sant li fiha Mifsud Bonnici kellu rwol importanti li qdieh b'responsabbilt\u00e0, mertu mag\u0127ruf mill-istess Prim Ministru Sant.", "F'\u0120unju 2018, il-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici ddikjara li kieku kien hu, kien jippreferi jirri\u017cenja milli jiffirma li\u0121i li tmur kontra l-kuxjenza tieg\u0127u.", "Hu kien qed jirrea\u0121ixxi mal-gazzetta \"Illum\", ftit tal-jiem wara li l-President Marie Louise Coleiro Preca ddikjarat li se tapprova l-emendi g\u0127all-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, kif proposti mill-Gvern, u li fost l-o\u0127rajn jinkludu wkoll l-iffri\u017car tal-embrijuni.", "Coleiro Preca ddikjarat li ffirmat dan l-Att b'lealta' lejn il-Kostituzzjoni,\" fl-istess waqt madankollu li \u010b\u010barat li \"din id-de\u010bi\u017cjoni mhix kompromess etiku mal-fehmiet sodi tieg\u0127i u mal-valuri personali tieg\u0127i dwar il-\u0127ajja umana, il-familja u l-\u0121id s\u0127i\u0127 tat-tarbija mnissla.\"", "Min-na\u0127a tieg\u0127u, meta mistoqsi x'kien jag\u0127mel, Ugo Mifsud Bonnici ddikjara li kien jippreferi jirri\u017cenja milli jiffirma li\u0121i li fi kliemu hi ina\u010b\u010bettabbli.", "Iddikjara wkoll li hu dejjem mexa' mal-kuxjenza tieg\u0127u, dwar dak li \u0127ass li hu tajjeb, tant li kien g\u0127amilha \u010bara qabel \u0127a l-\u0127atra li kieku ntalab jiffirma g\u0127all-piena tal-mewt, kien jirri\u017cenja.", "Kien kontributur regolari tal-\u0121urnali \"Il-Poplu, In-Nazzjon Tag\u0127na\", \"Il-Mument\" u \"Il-\u0120ens\".", "Dr. Mifsud Bonnici huwa l-awtur tal-kotba", "Dr. Mifsud Bonnici huwa mi\u017c\u017cewwe\u0121 lil \u0120emma nee' Bianco u g\u0127andhom tlett itfal: Carmelo, Anton u Jeanne-Pia, ilkoll avukati.", "Carmelo huwa eks-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari.", "L-eks-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici huwa prim ku\u0121in tieg\u0127u.", "Il-Prim Im\u0127allef Giuseppe (\u0120o\u0121\u00f2) Mifsud Bonnici huwa \u0127uh."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15130", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15130", "title": "\u010aensu Tabone", "text": ["\u010aensu Tabone", "\u010aensu Tabone (Rabat, 30 ta' Marzu 1913 - San \u0120iljan, 14 ta' Marzu 2012) huwa figura politika Maltija fejn serva b\u0127ala r-raba' President ta' Malta mill-1989 sal-1994.", "\u010aensu Tabone twieled fil-belt G\u0127awdxija tar-Rabat.", "Iben Niccolo' Tabone u Elisa n\u00e9e Calleja.", "Huwa kien l-i\u017cg\u0127ar fost g\u0127axar ulied.", "Missieru kien l-ewwel tabib Malti li studja fl-Ingilterra u serva b\u0127ala tabib distrettwali f'G\u0127awdex.", "Miet g\u0127all-g\u0127arrieda fl-et\u00e0 ta' 59 sena.", "Sentejn wara, meta kellu 11-il sena, \u010aensu Tabone ni\u017cel Malta biex jie\u0127u l-edukazzjoni tieg\u0127u fil-Kulle\u0121\u0121 San Alwi\u0121i.", "Mill-Universit\u00e0 ta' Malta, fl-1933 iggradwa b\u0127ala spi\u017cjar u tabib tal-medi\u010bina fl-1937.", "Matul it-Tieni Gwerra Dinjija \u010aensu Tabone serva ta' Uffi\u010bjal Mediku mar-Royal Malta Artillery.", "Fl-ewwel jiem tal-gwerra huwa \u0127elisha mill-mewt meta bomba tal-g\u0127adu splodiet u waqqg\u0127et parti mill-kwartieri tal-armata.", "Fl-1946 huwa kiseb diploma fl-oftalmolo\u0121ija mill-Universit\u00e0 ta' Oxford.", "Ftit wara kiseb ukoll diploma fil-medi\u010bina oftalmolo\u0121ika mir-Royal College of Surgeons tal-Ingilterra.", "\u0126adem ukoll fil-Moorfields Eye Hospital ta' Londra.", "Fl-1948, Tabone tqabbad jissupervi\u017cjonizza l-kampanja kontra t-trakoma.", "Bl-isforzi tieg\u0127u, din il-marda nqerdet g\u0127al kollox minn G\u0127awdex.", "Huwa tqabbad mill-Organizazzjoni Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a (WHO) jorganizza kampanji simili fit-Tajwan, l-Indonesja u l-Iraq.", "Kien membru u konsulent tal-\"panel\" internazzjonali ta' esperti dwar it-trakoma tad-WHO.", "Bejn is-snin 1957 u 1960 huwa serva fuq il-Kunsill tal-Universit\u00e0 ta' Malta.", "Qatta' wkoll xi \u017cmien jien jg\u0127allem ukoll fl-istess universit\u00e0.", "Huwa g\u0127en biex fl-1954 titwaqqaf l-Asso\u010bjazzjoni Medika ta' Malta, li wara sar il-president onorarju tag\u0127ha.", "\u010aensu Tabone ma da\u0127alx \u017cg\u0127ir fil-politika, u fil-fatt ikkontesta g\u0127all-ewwel darba l-elezzjoni \u0121enerali meta kellu 50 sena, fl-1962.", "G\u0127al \u0127afna snin kien membru parlamentari f'isem il-Partit Nazzjonalista.", "Hu \u0127addan diversi karigi f'dan il-partit, fosthom membru tal-Kumitat E\u017cekuttiv, Segretarju \u0120enerali u Deputat Mexxej tal-Partit.", "Kien Ministru tax-Xog\u0127ol fis-snin sittin u Ministru tal-Affarijiet Barranin fis-snin tmenin.", "Kien membru ta' diversi kumitati tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Huwa waqqaf l-Akkademja g\u0127all-I\u017cvilupp tal-Ambjent Demokratiku (A\u017bAD), li taghha kien President bejn l-1976 u l-1988.", "Barra minn xtutna, l-inizjattivi tieg\u0127u wasslu sabiex in-Nazzjonijiet Mag\u0127quda welldet il-Pjan ta' Vjenna g\u0127al Azzjoni favur l-Anzjani.", "L-istess organizazzjoni stabilixxiet il-Klima b\u0127ala Wirt Komuni tal-Umanit\u00e0.", "Huwa kien ressaq mozzjoni quddiem in-Nazzjonijiet Mag\u0127quda b\u0127ala Ministru tal-Affarijiet Barranin, biex din tiddikjara l-klima tad-dinja bhala patrimonju komuni tal-umanita'.", "Fis-16 ta' Marzu, 1989, \u010aensu Tabone irri\u017cenja minn Ministru tal-Affarijiet Barranin u minn membru parlamentari, biex fl-4 ta' April tal-istess sena n\u0127atar President ta' Malta.", "Wa\u0127da minn uliedu, Helen, tg\u0127id li \"Bejn l-1987 u l-1989 kien Ministru tal-Affarijiet Barranin u kien rwol li vera kien i\u0127obb.", "Kien g\u0127al qalbu \u0127afna f'din il-po\u017cizzjoni u g\u0127alhekk g\u0127all-ewwel kien \u0127adha ftit bi kbira.", "Kien xtaq jag\u0127mel aktar f'din il-po\u017cizzjoni.\"", "I\u017cda Eddie Fenech Adami, li nnominah g\u0127all-kariga, jg\u0127id li ma kien hemm l-ebda re\u017cistenza min-na\u0127a ta' Tabone.", "\"\u010aensu kien di\u0121\u00e0 jidher b\u0127ala 'father figure' kemm fil-partit kif ukoll fil-pajji\u017c, u kien mag\u0127ruf mhux biss b\u0127ala politiku imma wkoll b\u0127ala tabib u President tal-union tat-tobba.", "Kien g\u0127a\u017cla naturali g\u0127all-kariga ta' President tar-Reppublika, u g\u0127alhekk il-fatt li ntg\u0127a\u017cel la kienet sorpri\u017ca g\u0127alih u lanqas g\u0127all-pajji\u017c.\".", "B\u0127ala President, Tabone serva sal-1994.", "Meta \u0121ie biex jispi\u010b\u010ba, il-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni Alfred Sant kien ried li tinbidel il-Kostituzzjoni biex Tabone jkun jista' jservi terminu ie\u0127or.", "\u010aensu Tabone \u017c\u017cewwe\u0121 lil Maria Wirth fit-23 ta' Novembru 1941.", "L-attur Malti ta' Hollywood Joseph Calleia kien prim ku\u0121in tieg\u0127u.", "Fl-4 ta' Di\u010bembru 2014, il-Prim Ministru Joseph Muscat kixef monument f'\u0121ie\u0127u fil-Balluta, San \u0120iljan, fejn g\u0127ex g\u0127al \u0127afna \u017cmien.", "F'dan id-diskors, huwa \u0127alla l-karti biex g\u0127amel apolo\u0121ija lill-familja ta' \u010aensu Tabone g\u0127all-bojkott li l-Partit Laburista kien g\u0127amel lill-Presidenza ta' Tabone fl-1989."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15133", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15133", "title": "\u0120u\u017c\u00e8 Ellul Mercer", "text": ["\u0120u\u017c\u00e8 Ellul Mercer", "\u0120u\u017c\u00e8 Ellul Mercer (22 ta' Marzu 1897 - 22 ta' Settembru 1961) kien Vi\u010bi-Priministru, Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, \u0121urnalista u awtur.", "\u0120u\u017c\u00e8 Ellul Mercer, bin Salvu Ellul u Jane imwielda Mercer, twieled l-Imsida.", "Kien il-kbir fost tnax-il a\u0127wa.", "Familtu kienu nies ta' stoffa.", "Zijuh Anthony (\u0127u ommu) kellu sehem fit-twaqqif tal-Boy Scouts f'Malta fi \u017cmien Baden-Powell.", "In-nannu matern ta' \u0120u\u017c\u00e8 Ellul Mercer kien Sko\u010b\u010bi\u017c u \u0121ie Malta b\u0127ala perit u in\u0121inier \u010bivili biex jiddisinja ba\u010bir \u0121did g\u0127at-tarzna.", "F'Malta ltaqa' man-nanna ta' Ellul Mercer, i\u017c\u017cew\u0121u u kellhom tifla li semmewha Jane.", "In-nannu ta' \u0120u\u017c\u00e8 Ellul Mercer kien Protestant i\u017cda qabel miet sar Kattoliku.", "Jane Mercer, omm \u0120u\u017c\u00e8, li kienu jsej\u0127ulha \"Jinny\" jew \"\u0120anna\", kienet tifla unika.", "Kienet mara brava \u0127afna u g\u0127allmet lit-tfal b'mod li dawn \u017cviluppaw it-talenti tag\u0127hom, min f'qasam u min f'ie\u0127or.", "In-nanniet paterni ta' \u0120u\u017c\u00e8 Ellul Mercer kienu negozjanti u kienu jipprodu\u010bu l-mastka.", "Kellhom \u0127anut fi Strada Merkanti, il-Belt Valletta.", "Omm u Missier \u0120u\u017c\u00e8 saru ukoll negozjanti tax-xorb.", "Wie\u0127ed minn \u0127ut \u0120u\u017c\u00e8 da\u0127al Patri Fran\u0121iskan, Patri Beneditt li kien missjunarju u mar il-Gwatemala u l-Honduras.", "Huwa kien \u0121ie lura Malta wara l-mewt ta' \u0127uh \u0120u\u017c\u00e8.", "\u0126a l-edukazzjoni tieg\u0127u fl-Iskola elementari tal-G\u017cira, fil-Kulle\u0121\u0121 Flores u l-Li\u010beo.", "Waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija, beda ja\u0127dem b\u0127ala skrivan mal-Gvern, fejn anke la\u0127aq il-grad ta' \"Chief Clerk\", u baqa' f'dak ix-xog\u0127ol sal-1950.", "\u0120u\u017c\u00e8 Ellul Mercer kien ilu mid\u0127la tal-politika sa mill-1919 qabel it-twaqqif tal-Partit Laburista.", "Fl-1924 da\u0127al fil-Kumitat tal-Ka\u017cin Laburista tal-Imsida.", "Fl-1928 in\u0127atar assistent editur tal-\u0121urnal Laburista \"Il Cotra\", u fl-1930 sar editur.", "Fl-1928, kiteb sensiela ta' buzzetti bl-isem \"Il-\u0126rejjef ta' Barraminau\" f' \"Il-\u0126mar\", kitba li \u0121iet ikkundannata mill-awtoritajiet tal-Knisja.", "Il-Pulizija tellg\u0127et il-Qorti lid-Direttur, C. Satariano, kif ukoll lill-Editur Proprjetarju, \u0120u\u017ceppi Arena.", "Huma kienu ammoniti i\u017cda appellaw u reb\u0127u l-ka\u017c.", "Ellul Mercer kien ibati b'qalbu u fl-24 ta' April, 1929, kiteb lis-segretarju \u0121enerali tal-Partit Laburista biex jag\u0127ti r-ri\u017cenja tieg\u0127u mill-Kumitat E\u017cekuttiv tal-Partit: \"Nitolbok tg\u0127arraf lill-bqija ta' s\u0127abi tal-E\u017cekuttiv tal-Partit tal-\u0127addiema li wisq nixtieq illi minn issa 'l quddiem ma jg\u0127oddunix aktar b\u0127ala wie\u0127ed minnhom.", "Na\u0127seb li temminni jekk ng\u0127idlek illi dana miniex qieg\u0127ed nag\u0127mlu bil-qalb i\u017cda, mill-banda l-o\u0127ra, in\u0127ossni fid-dmir illi g\u0127andi nag\u0127mlu g\u0127all-\u0121id tal-Partit meta, mhux talli miniex qieg\u0127ed in\u0127abrek biex naqdi dmiri b\u0127ala Assistent Direttur ta' 'Il Cotra' i\u017cda talli qieg\u0127ed nonqos bis-s\u0127i\u0127 mill-laqg\u0127at wisq me\u0127tie\u0121a tal-E\u017cekuttiv.", "Nist\u0127ajjlek tg\u0127idli : 'kien imissek ilek li \u0127sibtha u rajt x'ser tag\u0127mel.", "Tassew, i\u017cda dan ma g\u0127amiltux qabel g\u0127ax bqajt nittama minn jum g\u0127al ie\u0127or illi 'l quddiem inkun nista' naqdi dmiri a\u0127jar, u minflok dan sibt illi aktar qieg\u0127ed ni\u017cdinga.", "Ma rridekx ta\u0127seb illi qieg\u0127ed nitlobkom sabiex ma tqisunix aktar b\u0127ala wie\u0127ed minnkom, g\u0127al xi ra\u0121uni o\u0127ra g\u0127ajr dik illi tmiss lili biss. \u2013 J'Alla l-Partit jibqa' dejjem qawwi kif kien s'issa, u j'Alla l-mexxejja tieg\u0127u jibqg\u0127u dejjem jaqdu dmirhom kif qdejtuh intom sal-lum.", "I\u017cda jkun wisq a\u0127jar g\u0127all-Partit jekk loki ji\u0121i mimli minn ie\u0127or illi jkun jista' jaqdi dmiru kif jixraq u a\u0127jar milli qdejtu jien minn issa lura.", "Mill-bqija, g\u0127ad illi barra mill-E\u017cekuttiv, nitlobkom sabiex tibqg\u0127u tqisuni b\u0127ala wie\u0127ed minn s\u0127abkom tal-Partit tal-\u0126addiema.\"", "I\u017cda Ellul Mercer kompla l-\u0127idma tieg\u0127u fil-Partit Laburista u fl-1931 insibuh President tal-Ka\u017cin Laburista tal-Imsida.", "Fl-1945 huwa ta sehem kbir fl-abbozz tal-Kostituzzjoni l-\u0121dida tal-1947.", "Ellul Mercer kien wie\u0127ed mill-kelliema prin\u010bipali tal-\"Labour Front\", ji\u0121ifieri l-\"General Workers' Union\" u l-Partit Laburista.", "Il-kelliema prin\u010bipali l-o\u0127ra kienu Pawlu Boffa, Re\u0121\u0121ie Miller, Mos\u00e8 Gatt, Indri Cilia, Leli Tabone, Nestu Laiviera u Turu Colombo.", "Ellul Mercer \u0121ie elett fuq il-Working Committee kif ukoll il-Kumitat Finanzjarju.", "L-Assemblea Nazzjonali ltaqg\u0127et g\u0127all-a\u0127\u0127ar darba fis-7 ta' Marzu, 1947.", "Bis-sa\u0127\u0127a tieg\u0127u u ta' o\u0127rajn saru kisbiet kbar g\u0127all-Maltin, fosthom li Malta ng\u0127atat lura s-Self-Government fil-5 ta' Settembru, 1947, l-ir\u0121iel u n-nisa li g\u0127alqu 21 sena setg\u0127u jivvutaw u kull elettur seta' jkollu vot wie\u0127ed biss g\u0127all-elezzjoni tal-Assemblea Le\u0121islattiva.", "Fl-1947 il-Partit Laburista reba\u0127 l-elezzjonijiet imma sentejn wara l-Partit inqasam bejn dawk li baqg\u0127u mal-Mexxej Pawlu Boffa u dawk li marru mal-Perit Dom Mintoff.", "Ellul Mercer \u017camm mal-Perit Mintoff, minkejja li kien \u0127adem mill-qrib mat-Tabib Boffa li kien ilu jmexxi l-Partit Laburista sa mill-1928.", "Huwa mexa ma' dak li kienet idde\u010bidiet il-Konferenza \u0120enerali tal-Partit Laburista li ne\u0127\u0127iet lil Boffa minn Mexxej tal-Partit Laburista.", "Fl-1950 ikkontesta l-elezzjonijiet \u0121enerali u ma telax.", "F'dik l-elezzjoni, minkejja li bejniethom il-Partit Laburista (ta' Mintoff) u l-\"Malta Workers Party\" (ta' Boffa) \u0121abu aktar voti u aktar si\u0121\u0121ijiet mill-Partit Nazzjonalista, kien dan tal-a\u0127\u0127ar li eventwalment ifforma Gvern ta' minoranza g\u0127aliex baqa' ma ntla\u0127aqx ftehim bejn i\u017c-\u017cew\u0121 partiti politi\u010bi tax-xellug.", "Il-Kap Nazzjonalista Nerik Mizzi miet fl-20 ta' Di\u010bembru 1950 u floku la\u0127aq Prim Ministru, Dr Giorgio Borg Olivier, i\u017cda dan kien gvern a' minoranza li kellu \u0127ajja qasira tant li f'Mejju, 1951 saret elezzjoni \u0121enerali o\u0127ra.", "Ellul Mercer tela' f'dik l-elezzjoni u fit-tnejn ta' wara: 1951, 1953 u 1955.", "Huwa dejjem ikkontesta fuq il-\u0127ames distrett elettorali li kien mag\u0127mul mill-G\u017cira, l-Imsida, Tas-Sliema u San \u0120iljan.", "Fl-1952, Ellul Mercer \u0127a sehem attiv f'inizjattiva tal-G\u0127aqda \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 Laburisti, li bdiet torganizza s-\"Sunday Schools\" fil-Kumitat Lokali Laburista ta' Wied il-G\u0127ajn, b'lek\u010bers u seminars fi tmiem il-\u0121img\u0127a.", "Kienu ji\u0121u mistiedna l-aqwa kelliema b\u0127al Duminku Mintoff, Patri Wistin Born, Leli Tabone u \u0120u\u017c\u00e8' Ellul Mercer.", "Il-Gvern ta' Koalizzjoni bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Malta Workers' Party ma damx wisq u f'Di\u010bembru, 1953 kellha ssir elezzjoni \u0121enerali o\u0127ra.", "Din id-darba l-Partit Laburista \u0121ab si\u0121\u0121u aktar mill-Partit Nazzjonalista, i\u017cda l-Malta Workers' Party, bit-tliet si\u0121\u0121ijiet biss li kien kiseb fl-Assemblea Le\u0121i\u017clattiva, qaleb il-bilan\u010b favur in-Nazzjonalisti billi re\u0121a' fforma Gvern ta' Koalizzjoni mag\u0127hom.", "Kellu jkun il-Ministru John J. Cole li jwaqqa' l-Gvern ta' Koalizzjoni u, g\u0127alhekk, saret elezzjoni \u0121enerali o\u0127ra fi Frar, 1955 li ntreb\u0127et mill-Partit Laburista mmexxi mill-Perit Mintoff.", "Fl-1955, Dom Mintoff \u0127atar lil Ellul Mercer Ministru tax-Xog\u0127ol u Rikostruzzjoni u nhar id-9 ta' Marzu 1955 in\u0127atar Deputat Mexxej tal-Partit wara r-ri\u017cenja ta' \u0120u\u017c\u00e8 Flores li la\u0127aq \"Speaker\" tal-Assemblea Le\u0121islattiva.", "Fl-elezzjoni g\u0127al Deputat Mexxej, E.C. Tabone kien \u0121ab 93 vot u Ellul Mercer \u0121ab 217-il vot.", "Lejlet l-Ewwel tas-Sena 1956, Ellul Mercer, b\u0127ala A\u0121ent Prim Ministru, xandar f'isem il-Prim Ministru, Messa\u0121\u0121 ta' Lejlet L-Ewwel tas-Sena lill-Poplu Malti.", "Ellul Mercer qal li l-poplu Malti seta' j\u0127ares lura u 'l quddiem b'sodisfazzjon.", "Fost affarijiet o\u0127ra huwa qal li l-poplu kien temm l-ewwel fa\u017ci, dik l-aktar iebsa, tar-riorganizzazzjoni tal-\u0127ajja so\u010bjali u ekonomika ta' Malta.", "Dan kien ifisser li l-massa tal-poplu jaslulhom l-g\u0127erf, is-sigurta' u kundizzjonijiet ta' \u0127ajja a\u0127jar.", "G\u0127all-ewwel darba fl-istorja ta' Malta t-tfal kollha kienu qed jir\u010bievu edukazzjoni \"full time.\"", "Il-pi\u017c fuq l-aktar \u0121enituri li kienu daharhom mal-\u0127ajt \u0127fief billi l-iskola saret b'xejn kif ukoll il-\u0127alib u l-kotba.", "Fl-a\u0127\u0127ar ing\u0127ata bidu biex ti\u0121i stabbilita l-edukazzjoni teknika u t-ta\u0127ri\u0121 tal-adulti.", "Numru ta' dawk l-istudenti li kienu l-aktar bravi flimkien mal-g\u0127alliema tag\u0127hom, kif ukoll tekni\u010bi o\u0127ra, u \u0127addiema professjonali kienu se jintbag\u0127tu l-Ingilterra biex jir\u010bievu l-iktar ta\u0127ri\u0121 avvanzat li kien je\u017cisti dak i\u017c-\u017cmien.", "Ellul Mercer semma wkoll li kien hemm pjani fi stat avvanzat g\u0127at-titjib tal-Port Il-Kbir, xi \u0127a\u0121a li tant kienet importanti g\u0127all-progress industrijali.", "Kien hemm ukoll pjani biex Malta jkollha bi\u017c\u017cejjed ilma frisk u b'tog\u0127ma tajba.", "It-t\u0127awwil tas-si\u0121ar kien se jkollu effett tajjeb fuq it-turi\u017cmu.", "Fl-a\u0127\u0127ar parti tad-diskors tieg\u0127u, Ellul Mercer irrefera g\u0127all-proposta tal-Integrazzjoni (\"Integration\") ta' Malta mal-Ingilterra.", "Il-kliem tieg\u0127u juri \u010bertu ottimi\u017cmu fejn jid\u0127lu r-relazzjonijiet ta' Malta mal-Ingilterra.", "Fi\u017c-\u017cmien li dam Ministru, ji\u0121ifieri bejn Marzu 1955 u April 1958, Ellul Mercer wettaq diversi pro\u0121etti, fosthom dak ta' \"Portes Des Bombes\", il-\"Playing Field\" u r-\"Roundabout\" tal-Imsida u, l-pro\u0121ett ta' bini u estensjoni ta' skejjel.", "Sa Marzu 1957 di\u0121\u00e0 kienu nbnew 18-il skola \u0121dida u saru estensjonijiet f'\u0127afna skejjel o\u0127ra.", "Fl-1957, kien se jibda x-xog\u0127ol fuq 11-il skola o\u0127ra, kienet sejra ssir estensjoni tal-iskola f'\u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 u tinbeda skola sekondarja g\u0127all-bniet fil-Blata l-Bajda.", "Ix-xog\u0127ol ta' bini u estensjoni tal-iskejjel kien kollu kemm hu fdat f'idejn il-Ministeru tax-Xog\u0127lijiet u Rikostruzzjoni mmexxi minn \u0120u\u017c\u00e8 Ellul Mercer.", "Dan kien parti mir-riforma kbira li wettaq il-Gvern Laburista fl-edukazzjoni bejn l-1955 u l-1958.", "Permezz ta' din ir-riforma, id-Dipartiment tal-Edukazzjoni beda joffri edukazzjoni \"full time\" lit-tfal tal-iskola kollha f'qasir \u017cmien.", "F'Marzu tal-1955, kien hemm 905 klassijiet fuq is-sistema \"full time\", 636 kienu fuq is-sistema tan-nofstanhar, filwaqt li 155 kienu fuq is-sistema ta' 24 sieg\u0127a fil-\u0121img\u0127a.", "Sa Settembru, 1955, il-klassijiet kollha kienu qed ja\u0127dmu bis-sistema ta' \u0121urnata s\u0127i\u0127a ta' tag\u0127lim.", "Il-Gvern Laburista da\u0127\u0127al ja\u0127dmu 560 \"Emergency Teachers\", bena 138 klassijiet, kera 239 kamra u sa\u0127ansitra g\u0127amel u\u017cu mill-kurituri b\u0127ala klassijiet.", "Il-Gvern ipprovda wkoll l-g\u0127amara me\u0127tie\u0121a u materjal ie\u0127or fl-iskejjel g\u0127al dan il-g\u0127an.", "Dan kollu barra l-fatt li issa t-tfal tal-iskola kienu se jing\u0127ataw kotba, pitazzi u \u0127alib b'xejn, kien se jkun hemm is-supervi\u017cjoni fil-brejk ta' nofs il-\u0121urnata, u kienu se jkunu organizzati kampijiet tas-sajf (\"summer camps\") u \u0127ar\u0121iet fl-istess sta\u0121un.", "Fl-1929 Ellul Mercer kiteb g\u0127aliex da\u0127al fil-politika u fil-Partit Laburista:", "Ellul Mercer kien jara fil-kitba mezz kif jeduka lill-poplu Malti.", "Fil-kitba tieg\u0127u bl-isem ta' \"Tag\u0127lim\" f'Il Cotra tas-17 ta' April, 1930, jg\u0127id hekk:\"Jekk wie\u0127ed jitg\u0127allem u jinzerta minn dawk li ma jkunux iridu jisservew bit-tag\u0127lim biex iqarrqu bil-kotra li ma taf xejn, isib ru\u0127u mfixkel meta ji\u0121i biex jit\u0127addet mal-kotra g\u0127aliex din ma tifhmux.", "Mhux hekk biss imma, waqtiet il-kotra bla tag\u0127lim temmen lil min iqarraq biha u ma temminx lill-\u0127addiem b\u0127alha li jkun tg\u0127allem.\"", "Il-problema tan-nuqqas ta' edukazzjoni fost \u0127afna Maltin kienet tin\u0127ass anke fost l-emigranti Maltin.", "Fil-kitba tieg\u0127u \"Awake Malta\" f'Il Cotra tat-2 ta' Ottubru, 1930, Ellul Mercer jistqarr li: \"In\u0127arsu ftit lejn l-imsejkna \u0127addiema illi nibg\u0127atu f'\u010berti pajji\u017ci evoluti filwaqt li ma jafux jit\u0127addtu bl-Ilsien Malti, waqt li jridu jilbsu \u017c-\u017carbun l-ewwel darba, jekk jilbsuh, meta jirfsu f'dawn l-artijiet tad-dawl.", "Liema hija l-impressjoni li jag\u0127mlu lill-awtoritajiet ta' dawk il-pajji\u017ci dawn l-imsejkna Maltin li, im\u0127ollijin g\u0127al tal-apposta fl-injoranza, marru jaqilg\u0127u \u0127ob\u017chom, rashom mimlija bil-fanati\u017cmu u bl-ideali\u017cmu illi jda\u0127\u0127ak lill-\u0121ebel?", "Liema hija l-impressjoni illi jag\u0127tu lill-mexxejja ta' dawn l-artijiet, dawn in-nies li g\u0127adhom jemmnu u jib\u017cg\u0127u mill-fatati fil-\u0127in illi rashom mimlija mill-parassiti ta' pajji\u017chom li huma g\u0127andhom \u010bivilizzazzjoni li tg\u0127a\u0121\u0121eb lid-dinja?", "Il-g\u0127aliex allura, ma nwarrbux g\u0127al kollox minn quddiem g\u0127ajnejna l-kwistjonijiet ta' partiti politi\u010bi u ng\u0127allmu bis-serjeta' kollha lill-\u0127addiem Malti?", "B'hekk biss meta jmur jikkonkorri mal-\u0127addiema \u0127utu ta' pajji\u017ci o\u0127ra ma jg\u0127odduhx ta' bhima u ta' selva\u0121\u0121.\"", "\u0120u\u017c\u00e8 Ellul Mercer beda l-karriera letterarja tieg\u0127u fl-1927 meta beda jikteb novelli satiri\u010bi f\"'Il-\u0126mar\" u f' \"Il-\u0126mara\".", "Iktar tard beda jikteb regolarment f' \"The Knight\", rivista mensili Laburista, li fiha kiteb djarju ta' \u017cmien it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Kiteb ukoll mijiet ta' artikli g\u0127al \"Il Cotra\" u \u0121urnali u rivisti o\u0127ra.", "Fost ix-xog\u0127lijiet tieg\u0127u nsibu:", "Fl-1921 i\u017c\u017cewwe\u0121 lil Maria Teresa imwielda Brockdorff, bint Federiku, stampatur mill-Imsida.", "It-tie\u0121 sar it-Tlieta, 26 ta' Lulju, 1921.", "Marru joqog\u0127du f'Numru 40, Ta' Xbiex Wharf, l-Imsida.", "\u0120u\u017c\u00e8 u Maria Teresa ma kellhomx ulied.", "Fil-11 ta' Jannar 1953, martu mietet wara marda qalila, fid-dar, Numru 55, Triq il-Katidral, Tas-Sliema fejn kienu marru joqog\u0127du.", "Kellha biss 55 sena meta mietet.", "Fl-1951 kienet mietet ukoll omm Ellul Mercer.", "It-telfa ta' martu kellha effett negattiv kbir fuq \u0120u\u017c\u00e8 Ellul Mercer li kultant kien jg\u0127addi minn \u017cmien ta' dwejjaq kbar.", "Fl-a\u0127\u0127ar snin ta' \u0127ajtu, Ellul Mercer kien jixrob u dan kien fattur li wassal g\u0127all-mewt tieg\u0127u.", "Ellul Mercer kien dilettant kbir tal-ka\u010b\u010ba.", "Minkejja t-Tieni Gwerra Dinjija, xorta wa\u0127da sab il-\u0127in g\u0127al dan id-delizzju, kif kiteb fid-djarju g\u0127all-\u0126add, 3 ta' Novembru, 1940: \"Sa minn tfuliti n-namra tieg\u0127i kienet minn dejjem il-ka\u010b\u010ba.", "U g\u0127alhekk b\u0127al da\u017c-\u017cmien, ikun xi jkun, malli jsiru l-erbg\u0127a ta' filg\u0127odu, in\u0127oss xi jqajjimni u, kemm fir-rqad kif ukoll x\u0127in nistenba\u0127, er\u0127ili no\u0127lom il-\u0127olm \u0127elu tal-ka\u010b\u010baturi b\u0127ali.", "Jumejn ilu, nhar il-Qaddisin Kollha, fil-\u0127amsa u nofs ta' filg\u0127odu, \u0127ri\u0121t bis-senter u r\u0127ejtilha g\u0127al Wied G\u0127ollieqa li ji\u0121i biswit il-G\u017cira, ta\u0127t l-Isptar tal-'Blue Sisters'.", "F'\u0127in minnhom d\u0127alt f'g\u0127orfa, f'qieg\u0127 il-wied, fejn kienu g\u0127ammru xi nies mill-G\u017cira fl-ewwel jiem tal-gwerra.", "Meta telquha, dawn kienu \u0127allew warajhom \u0127wejje\u0121 qodma, xkejjer, tiben, \u017carbuna tat-tfal u o\u0127ra ta' mara u ku\u010biniera mkissra.\"", "\u0120u\u017c\u00e8 Ellul Mercer miet Tas-Sliema nhar it-22 ta' Settembru 1961, fl-et\u00e0 ta' 64 sena, fi \u017cmien il-Kwistjoni Politiko-Reli\u0121ju\u017ca u billi kien interdettjat mill-Knisja g\u0127ax kien membru tal-E\u017cekuttiv tal-Partit Laburista huwa ndifen fil-parti mhux ikkonsagrata ta\u010b-\u010aimiterju tal-Addolorata, imsej\u0127a l-Mi\u017cbla.", "Fl-1986, kien inkixef monument tieg\u0127u f'\u0126ad-Dingli xog\u0127ol l-iskultur Anton Agius."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15134", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15134", "title": "Karmenu Vassallo", "text": ["Karmenu Vassallo", "Karmenu Vassallo (Si\u0121\u0121iewi, 18 ta' Marzu 1913 \u2013 7 ta' April 1987) kien poeta u \u0121urnalist.", "Bin Mikelan\u0121 u \u0120u\u017ceppina mwielda Micallef, Karmenu Vassallo twieled is-Si\u0121\u0121iewi nhar it-18 ta' Marzu 1913.", "Fil-ktieb tieg\u0127u \"G\u0127a\u017ci\u017c Karmenu\" (1982) huwa jg\u0127id li ma kienx hemm ilma imbierek fil-fonti tal-knisja biex jitg\u0127ammed billi kien fi \u017cmien il-\u0120img\u0127a Mqaddsa.", "Huwa \u0127a l-edukazzjoni tieg\u0127u fil-Kulle\u0121\u0121 San Alwi\u0121i u fil-Kunvent ta' San Mark, ir-Rabat fejn studja l-Letteratura Latina u Taljana, il-filosofija u beda t-teolo\u0121ija.", "Kellu xewqa li jsir missjunarju u bejn l-1932 u l-1935 kien novizz tal-MSSP, is-So\u010bjet\u00e0 Missjunarja ta' San Pawl.", "Vassallo kien \u0121urnalist ma' \"Le\u0127en is-Sewwa\" (1935\u201337) li tag\u0127ha kien jag\u0127mel ukoll il-qari tal-provi u jie\u0127u \u0127sieb il-pa\u0121na letterarja.", "Wara, kien fl-istaff editorjali ta' \"Il-Berqa\" u editur tal-pa\u0121na letterarja tag\u0127ha.", "Bejn l-1939 u l-1941 huwa kien jg\u0127allem il-Malti, it-Taljan, l-istorja ta' Malta u l-\u0121eografija fil-Kulle\u0121\u0121 San Alwi\u0121i.", "Fl-1941 huwa nqabad bil-lieva u serva mar-ri\u0121ment tal-K.O.M.R. fejn baqa' sal-1944.", "Ing\u0127ata l-medalji \"1939-45 Star\", \"Africa Star\" u\" War Medal 1939-45\" g\u0127as-servizz tieg\u0127u.", "Wara l-gwerra huwa \u0127adem b\u0127ala skrivan mal-Gvern mal-Kummissjoni tar-Revi\u017cjoni tal-Li\u0121ijiet (1944\u201345).", "Wara n\u0127atar Surmast tal-Li\u010beo (1947\u201356) fejn kien jg\u0127allem il-Malti, it-Taljan u l-Latin.", "Wara da\u0127al ja\u0127dem mad-Dipartiment tal-Informazzjoni (1956\u20131961).", "Kien ukoll e\u017caminatur tal-Malti fl-e\u017camijiet ta\u010b-\u010bivil kif ukoll ta' kompetizzjonijiet letterarji fil-Malti.", "Fl-1961, in\u0127tar uffi\u010bjal tax-xandir g\u0127all-iskejjel sa ma rtira fl-1968.", "Vassallo sar membru tal-Akkademja tal-Malti fl-1937 u sar membru tal-Kunsill tag\u0127ha fl-1944.", "Kien ukoll segretarju tas-So\u010bjet\u00e0 tal-Awturi Maltin (1950\u201357) u membru tar-\"Rediffusion Drama Advisory Panel\" (1960\u201361).", "Vassallo kiteb xog\u0127lijiet bil-Malti, bit-Taljan u l-Ingli\u017c.", "Poe\u017ciji tieg\u0127u bil-Malti nqalbu bil-Fran\u010bi\u017c minn Laurent Ropa, bit-Taljan minn Vincenzo Maria Pellegrini u Giovanni Curmi u bl-Ingli\u017c mill-Professur A. J. Arberry.", "Reba\u0127 \u0127afna premijiet f'konkorsi letterarji tal-poe\u017cija.", "Fl-1972 Vassallo ng\u0127ata l-midalja tad-deheb \"\u0120u\u017c\u0117 Muscat Azzopardi\".", "Hu hu wkoll mag\u0127ruf b\u0127ala \"il-Poeta tan-Nirien\".", "Il-poe\u017cija tieg\u0127u b'influwenza tal-poeta Taljan Leopardi tesprimi t-tbatija tal-bniedem, id-dwejjaq u rabja tal-\u0127ajja u r-ribelljoni ta\u017c-\u017cg\u0127o\u017cija.", "Fil-poe\u017ciji ta' Vassallo wie\u0127ed isib spiritwalit\u00e0 profonda u prin\u010bipji filosofi\u010bi Insara.", "\u0120u\u017c\u00e8 Chetcuti jg\u0127id li Karmenu Vassallo kien bniedem b'qalb kbira u \"nibqg\u0127u ghal dejjem nafuh b'ru\u0127 u qalb g\u0127al kollox mi\u0121bura fil-poe\u017cija li kiteb; il-poe\u017cija hija l-mera ta' \u0127ajtu, ix-xbieha ta' qalbu\".", "Alfred Sant jg\u0127id li \"B\u0127al \u0127afna o\u0127rajn tal-\u0121enerazzjoni tieg\u0127u, missieri kien ammiratur kbir ta' Vassallo.", "\u0120ieli kien ukoll jarah b\u0127ala kittieb \"terribbli\" g\u0127ax jesprimi dwejjaq u rabja bil-\u0127ajja li huma parti mill-irvell ta\u017c-\u017cg\u0127o\u017cija.", "Imma f'Vassallo din l-espressjoni nnifisha \u0121ieli kienet tin\u0127ass b\u0127ala tentazzjoni lejn dwejjaq u rabja li lesti jaqb\u017cu kull limitu.", "Karmenu Vassallo stess kien ta' spiss jin\u0121ibed lura minn dak li hu jidher li qed ifisser.", "Malajr malajr, kien jid\u0127ol fi djalogu mqit mat-twemmin Kattoliku tieg\u0127u biex jaqta' ras id-dubju.", "It-tentazzjoni f'Vassallo g\u0127ar-rifjut tal-konvenzjoni u d-drawwa kienet ti\u0121bed lejn il-kitba tieg\u0127u, b'\u010bertu se\u0127er, li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tas-snin tletin u erbg\u0127in li kienu j\u0127ossu li l-kitba ta' Vassallo, \u0120or\u0121 Pisani u \u0120u\u017ce` Ellul Mercer kienet qed tg\u0127idilhom affarijiet \u0121odda dwar \u0127ajjithom ta' dak i\u017c-\u017cmien...", "Jispikka fih is-sentiment tal-poeta favur qafas fejn il-\u0127ajja tikseb tifsira aktar profonda.", "Il-bniedem mhuwiex destinat biss biex jitwieled, jiekol u jorqod, jg\u0127ix u jmut.", "Hemm xi \u0127a\u0121a aqwa wara l-e\u017cistenza tieg\u0127u.", "Din hi tema li Karmenu Vassallo baqa' dejjem itambar fuqha, u jekk mhux dejjem irnexxielu juri fidu\u010bja fit-te\u017ci li iva, hemm tifsira aqwa g\u0127all-\u0127ajja, ma kinitx xi \u0127a\u0121a din li tatu pja\u010bir tul \u0127ajtu.", "I\u0127ossu b\u0127alu imma, kien hemm g\u0127add kbir ta' \u017cg\u0127a\u017cag\u0127...\"", "Fost il-kotba tieg\u0127u nsibu:", "Bejn l-1950 u l-1956 qaleb g\u0127all-Malti \"Tale of Two Cities\" (\u0120rajja ta' \u017bew\u0121t Ibliet) ta' Charles Dickens, \"Confessions\" (Stqarrijiet) ta' Santu Wistin u \"Bufera\" (Riefnu) ta' Giovanni Curmi.", "\"\u0120rajja ta' \u017bew\u0121t Ibliet\" kien intlaqa' tajjeb \u0127afna u kien inqara fuq ir-Rediffusion.", "Fl-1981 Vassallo bag\u0127at lil \u0120u\u017c\u00e8 Cassar Pullicino 11-il poe\u017cija bit-Taljan u tliet g\u0127anjiet bl-Ingli\u017c - \"Adieu\" (1943), \"Victory\" (1944) meta t-Tieni Gwerra Dinjija kienet fl-epilogu tag\u0127ha, u \"Alone\" (1945) li kienet immu\u017cikata minn Joseph Abela Scolaro u ppubblikata fl-1957.", "Fuq il-kontribut politiku ta' Vassallo, Alfred Sant fl-1999 stqarr hekk: \"Xi w\u0127ud pre\u017centi hawn illejla forsi se jistag\u0127\u0121bu li m'inix nirreferi daqstant g\u0127all-kontribut politiku li ta' Karmenu Vassallo, g\u0127all-impenn tieg\u0127u favur Laburi\u017cmu moderat u favur il-\u0121usti\u017c\u017cja so\u010bjali.", "Kien hemm per e\u017cempju l-elezzjoni tal-1971, fejn jintqal li kieku Vassallo ma \u0127ari\u0121x kandidat g\u0127all-Partit Laburista fis-Si\u0121\u0121iewi, kienu jintilfu l-voti.", "Effettivament, min\u0127abba l-kandidatura ta' Karmenu Vassallo, il-Partit Laburista seta' jirkupra bi\u017c\u017cejjed voti biex jirba\u0127 si\u0121\u0121u essenzjali g\u0127alih u b'hekk jifforma gvern.", "Minkejja dan kollu, apparti mill-fatt li ma na\u0127sibx li Vassallo kien iqis il-politika b\u0127ala xi \u0127idma ewlenija g\u0127al \u0127ajtu, g\u0127alija t-tifkiriet il-kbar li g\u0127andi huma tieg\u0127u bhala kittieb.", "Hekk nippreferi nibqa' na\u0127seb dwaru...g\u0127ax nemmen ukoll li fil-kitbiet tieg\u0127u, Vassallo ta xhieda mhux biss tal-konflitti spiritwali li \u0121arrab, imma aktar minn hekk, ta xhieda tat-twemmin politiku tieg\u0127u, ming\u0127ajr ma nda\u0127al fil-parti\u0121\u0121jani\u017cmu jew f'referenzi politi\u010bi kontemporanji li mas-snin jitilfu t-tifsira tag\u0127hom.\"", "F'\u0120unju 1939 Vassallo \u017c\u017cewweg lil Marija Vassallo u kellhom sebat ulied: Ro\u017canna, Herman-Baruch, Oliver Paul, Toninu, Nicholas, Jane u Joe Silverius.", "Kellu m\u0127abba kbira lejn is-Si\u0121\u0121iewi ra\u0127al twelidu.", "Mag\u0127rufa l-poe\u017cija tieg\u0127u \"Ra\u0127al Twelidi\" li tibda bil-vers \"Seta' kien ikbar, seta' kien isba\u0127...\"", "Kellu diversi karigi fil-ka\u017cin tal-banda San Nikola u kien fost il-fundaturi tal-klabb tal-futbol tal-lokal fl-1945 li tieg\u0127u kien president fl-ewwel tmien snin.", "Huwa miet nhar is-7 ta' April 1987.", "Nhar it-28 ta' Jannar 2007 il-President Eddie Fenech Adami kixef monument tal-bron\u017c f'\u0121ie\u0127u fis-Si\u0121\u0121iewi."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15136", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15136", "title": "Mary Meilak", "text": ["Mary Meilak", "Mary Meilak (1905-1975) kienet wa\u0127da mill-ftit poeti nisa Maltin ta' dak i\u017c-\u017cmien u hija meqjusa b\u0127ala l-ewwel poetessa Maltija.", "Bint \u0120or\u0121 u Mananni, Mary Meilak twieldet ir-Rabat G\u0127awdex nhar id-9 ta' Awwissu 1905.", "\u0126adet l-edukazzjoni tag\u0127ha fl-Iskola \u010aentrali t'G\u0127awdex.", "G\u0127amlet sbatax-il sena ta\u0127dem fl-uffi\u010bini tal-Gvern i\u017cda fl-1942 da\u0127let g\u0127alliema, xog\u0127ol g\u0127al qalbha \u0127afna li damet fih sakemm irtirat, g\u0127oxrin sena wara.", "Kitbet l-ewwel poe\u017cija tag\u0127ha, \"Faxx Nemel\", meta kellha 25 sena, fl-1930.", "Fl-1945 \u0127ar\u0121et l-ewwel \u0121abra tag\u0127ha ta' poe\u017ciji, \"Ple\u0121\u0121 il-Hena\", u s-sena ta' wara \"Villa Mejlaq\", \"Dawra Misterju\u017ca\" u \"Album\".", "Ippubblikat ukoll \u0121abriet ta' esejs \"Nirra\u0121unaw u Nitbissmu\", tliet novelli: \"Nokkla Sewda\", \"San Nikola tal-Vinturi\" u \"It-Tewmin tal-Birgu\", \u017cew\u0121 opri u xi operetti.", "Mietet nhar l-1 ta' Jannar 1975, fl-g\u0127omor ta' 70 sena.", "F'g\u0127eluq il-100 sena minn twelidha twa\u0127\u0127let lapida li tfakkarha fir-Rabat, G\u0127awdex."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15146", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15146", "title": "Manwel Dimech", "text": ["Manwel Dimech", "Manwel Dimech (Valletta, 25 ta' Di\u010bembru 1860 \u2013 Lixandra, 17 ta' April 1921) kien l-ikbar riformatur so\u010bjali ta' Malta kolonja, filosfu, \u0121urnalist, u awtur.", "Bin Karmenu u Evan\u0121elista mwielda Zammit, Manwel Dimech twieled il-Belt Valletta, fi triq San \u0120wann, \u0127dejn il-Knisja ta' \u0120ie\u017cu, f'faqar kbir.", "Tg\u0127ammed dakinhar stess fil-Knisja ta' San Pawl.", "Kien it-tielet wild fost \u0127ames ulied.", "Ommu kellha erbat itfal o\u0127ra mill-ewwel \u017cwie\u0121 tag\u0127ha ma' Salvu Testa li \u0127allieha armla meta kien g\u0127ad kellha 17-il sena.", "7 xhur wara l-mewt ta' Testa \u017c\u017cew\u0121et lil Karmenu, missier Manwel Dimech, li miet hu wkoll 19-il sena wara, ta' 37 sena.", "Il-familja Dimech kienu joqog\u0127du f'kamra wa\u0127da \u0121o kerrejja li fiha kienu jg\u0127ixu 14-il familja, madwar 60 ru\u0127.", "Meta kellu 4 snin marru joqog\u0127du Santa Venera u iktar tard Ta' Paris, Birkirkara.", "Wara l-mewt ta' missieru, Dimech beda jag\u0127milha ma' tfal tamparu u ikbar minnu li qabbduh it-triq tal-kriminalit\u00e0.", "F'\u0127ames snin spi\u010b\u010ba l-\u0127abs disa' darbiet.", "Nhar il-31 ta' Lulju 1897, Dimech \u0127are\u0121 mill-\u0127abs g\u0127all-a\u0127\u0127ar darba.", "Kellu 36 sena li 20 minnhom kien qattag\u0127hom fil-\u0127abs.", "Meta \u0127are\u0121 mill-\u0127abs it-tieni darba kien bniedem mibdul.", "Mar jg\u0127ix ma' ommu Birkirkara, li kellha tmut 3 snin wara.", "Fi tmiem is-sajf tal-1897 Dimech mar ikellem lil Sigismondo Savona, il-mexxej tal-Partit Riformista, fuq l-abbu\u017ci li kienu jsiru fil-\u0127abs minn Barbaro.", "Savona qajjem il-ka\u017c fil-Kunsill tal-Gvern biex jin\u0127atar kumitat li jist\u0127arre\u0121 il-ka\u017c imma l-mozzjoni tieg\u0127u m'g\u0127addietx.", "Sena wara saret inkjesta mill-Gvern fuq abbu\u017ci minn gwardjani fil-\u0127abs.", "Dimech xehed fl-inkjesta u 3 gwardjani \u0121ew sospi\u017ci.", "Nhar it-8 ta' Jannar 1898, Dimech beda jo\u0127ro\u0121 \u0121urnal \u0121did ta' kull nhar ta' Sibt, bl-isem \"Il-Bandiera tal-Maltin\" li fiha beda jesprimi l-fehmiet progressivi u radikali tieg\u0127u.", "Heddewh li joqtluh u g\u0127amlulu \"frame-up\" billi \u0127bewlu l-flus foloz fid-dar fejn kien jg\u0127ix ma' ommu.", "Imma Dimech kien determinat li jbiddel il-qag\u0127da li kienu fiha l-Maltin:", "B' \"Il-Bandiera tal-Maltin\" kellu su\u010b\u010bess mhux \u0127a\u017cin.", "Imma Dimech ried jil\u0127aq ukoll lill-barranin u lill-Maltin li kienu jippreferu jaqraw b'ilsna barranin, u allura beda jo\u0127ro\u0121 il-\u0121urnali \"La Guerra\" u \"The Bugler\".", "G\u0127al 3 xhur \u0127are\u0121 ukoll gazzetta letterarja bl-isem \"Il-\u0120urnal tal-G\u0127orrief\".", "Fl-1898 ukoll Dimech feta\u0127 skola fi Triq Brittanja, il-Belt li fiha beda jg\u0127allem il-lingwi u beda jissejja\u0127 il-Professur Dimech.", "Fl-1903 Dimech \u017car Montenegro g\u0127al kwa\u017ci 3 \u0121img\u0127at biex jistudja s-sitwazzjoni politika u so\u010bjali ta' hemmhekk.", "Mar darbtejn fl-Italja ta' fuq, l-iktar \u0120enova, Milan u Turin, fejn b'kollox qatta' kwa\u017ci 4 snin.", "Hemmhekk Dimech iffamiljarizza ru\u0127u mal-movimenti tal-\u0127addiema u t-\"trade unions\".", "\u0126a interess kbir fir-relazzjonijiet bejn Stat u Knisja li kienu qeg\u0127din ibaqbqu dak i\u017c-\u017cmien fl-Italja.", "Re\u0121a' lura Malta m\u0127e\u0121\u0121e\u0121 u lest biex i\u0121ib il-bidliet so\u010bjali li kienu j\u0127ammem fuqhom g\u0127al tant snin.", "Nhar it-22 ta' Ottubru 1911 waqqaf formalment \"Ix-Xirka tal-Imdawlin\", b'laqg\u0127a pubblika f'Ra\u0127al \u0120did.", "Din kienet g\u0127aqda li ti\u0121\u0121ieled g\u0127ad-drittijiet tal-\u0127addiema, skola g\u0127all-adulti, u partit politiku fl-istess \u0127in.", "Permezz tag\u0127ha Dimech ried jinfluwenza s-so\u010bjet\u00e0 Maltija.", "\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 idealisti u persuni \u0127erqana g\u0127all-bidla da\u0127lu f'din ix-Xirka, mhux biss foqra i\u017cda wkoll persuni mill-klassi tan-nofs u l-klassi l-g\u0127olja.", "Fl-istess \u017cmien li Dimech kien ta\u0127t l-attenzjoni tal-awtoritajiet ekkle\u017cjasti\u010bi, anke Dun \u0120or\u0121 Preca u s-so\u010bji tal-MUSEUM kienu ssuspettati minn \u0127afna fil-\u0121erarkija tal-Knisja.", "Manwel Dimech fl-istess \u017cmien ifa\u0127\u0127arhom u jirreferi g\u0127alihom b\u0127ala \"appostli\".", "Mark Montebello jikteb hekk:", "Dr. Ronald Sultana, Dekan tal-Fakulta tal-Edukazzjoni fl-Universit\u00e0 ta' Malta, u ex-so\u010bju tal-MUSEUM, iddedika l-ktieb tieg\u0127u \"Inside/Outside Schools: Towards a Critical Sociology of Education in Malta\" lil Dun \u0120or\u0121 Preca u lil Manwel Dimech g\u0127ax fi kliemu Fl-2007, l-ex Priministru Alfred Sant kiteb hekk:", "L-ewwel twissija mill-Knisja lil Dimech \u0121iet fl-1900 meta nqara editt fil-knejjes kollha ta' Malta li fiha l-Isqof Pietru Pace ikkundanna l-kitba ta' Dimech li fiha kkritika kardinal Ingli\u017c li kien fa\u0127\u0127ar x'kienu qed jag\u0127mlu l-Ingli\u017ci fil-gwerra kontra l-Boeri fl-Afrika t'Isfel.", "I\u017cda Dimech baqa' bl-istess fehma u re\u0121a' kiteb kontra l-massakri Ingli\u017ci.", "Nhar il-11 ta' Ottubru 1911, inqrat pastorali kontra Dimech li kkundannat Ix-Xirka tal-Imdawlin u l-Bandiera tal-Maltin g\u0127ax permezz tag\u0127hom Dimech kien qed ji\u017cra' ideat so\u010bjalisti b\u0127al li n-nisa \"jkunu f'kollox b\u0127all-ir\u0121iel... u li g\u0127andhom l-istess drittijiet fis-so\u010bjet\u00e0, \u0127a\u0121a li hi kontra t-tag\u0127lim tal-Iskrittura Mqaddsa u kontra l-Van\u0121elu u kontra kull ba\u017ci tal-ordni so\u010bjali\" u li \"l-membri tax-Xirka ma jqisu lil \u0127add kbir jekk mhux biss Dak li hu kbir g\u0127al kollox, b'tali mod li ti\u0121i eslu\u017ca indirettament kull awtorit\u00e0 tad-dinja.\"", "Nhar it-23 ta' Ottubru 1911, l-awtoritajiet tal-Knisja skumnikawh u l-iskomunika nqrat fil-knejjes kollha ta' Malta.", "Fost ir-ra\u0121unijiet tal-iskomunika kien hemm li Dimech irribella g\u0127all-Pastorali tal-11 ta' Ottubru \"billi qal li kienet mimlija gideb u falzitajiet u fittex li jirredikola t-twissijiet tajba li kellha \u0121o fiha\" u \"g\u0127ax dawk li mhumiex attenti u dawk li malajr jitg\u0127awru jistg\u0127u fa\u010bilment jie\u0127du skandlu.\"", "Nhar it-12 ta' Jannar 1912 Dimech \u0121ie m\u0127a\u0121\u0121ar hu u sejjer \u0126al Qormi biex ikellem lin-nies, wara li kienu in\u010bitati mill-Kappillan ta' San \u0120or\u0121.", "Herbert Ganado jg\u0127id hekk:", "Nhar l-1 ta' Di\u010bembru 1912, il-Knisja ne\u0127\u0127iet il-piena tal-iskomunika minn fuq Manwel Dimech.", "Nhar il-31 ta' Awissu 1914, l-awtoritajiet Ingli\u017ci arrestawh bl-akku\u017ca li kien qed ixewwex kontrihom u e\u017ciljawh Lixandra, l-E\u0121ittu.", "Manwel Dimech miet nhar is-17 ta' April 1922, fil-kamp ta' kon\u010bentrament Tork ta' Sidi Bishr f'Lixandra, erba' snin wara li l-Ewwel Gwerra Dinjija kienet spi\u010b\u010bat u l-pri\u0121unieri tal-gwerra n\u0127elsu.", "Diversi awtoritajiet, fosthom Winston Churchill li kien Segretarju tal-Istat g\u0127all-Kolonji, talbu g\u0127all-\u0127elsien tieg\u0127u i\u017cda l-Gvernatur Plumer ma tax il-permess biex l-e\u017ciljat jirritorna Malta.", "Mark Montebello, studju\u017c fuq Dimech, isemmi l-possibilt\u00e0 li Dimech miet f'Malta.", "Il-qabar tieg\u0127u qatt ma nstab.", "Ir-ritratt mag\u0127ruf ta' Juan Mamo fuq il-qabar ta' Dimech fl-E\u0121ittu huwa falz, jew kif jg\u0127id Montebello, frott ta' nuqqas ta' ftehim.", "Dimech kiteb bosta kotba tal-grammatika g\u0127at-tag\u0127lim tal-lingwi, u numru ta' poe\u017ciji bil-Malti u bit-Taljan.", "Fi \u017cmienu \u0127afna Maltin kienu illitterati.", "Dimech ra fil-Malti wie\u0127ed mill-isba\u0127 ilsna tad-dinja u l-aqwa g\u0127odda biex bih jg\u0127allem lill-poplu u j\u0121ib qawmien politiku u so\u010bjali.", "Fost il-kotba tieg\u0127u nsibu:", "Minbarra dawn il-kotba, Dimech kiteb \u0127afna kotba o\u0127ra ta' tag\u0127lim li qatt ma stampahom.", "Kien beda jaqleb ukoll il-Bibbja g\u0127all-Malti.", "Ghal \u0127afna snin wara mewtu lil Manwel Dimech \u0127add ma kien ifakkru.", "\u0120eraldu Azzopardi, il-professur Henry Frendo, il-Prim Ministru Dom Mintoff, li fl-1976 ried li jsir monument tieg\u0127u quddiem Kastilja, u Patri Dr. Mark Montebello taw sehem kbir biex Manwel Dimech jing\u0127ata l-g\u0127arfien li jist\u0127oqqlu.", "F'\u0120unju 1956, \u0120eraldu Azzopardi, ta\u0127t l-isem \"Xwejja\u0127\", beda jxandar sensiela ta' 12-il artiklu fil-\u0121urnal Laburista \"Is-Seb\u0127\" bl-isem \"Meta l-poplu kien \u0121wejjed\".", "Azzopardi kien sema' bih ming\u0127and zijuh, Peppi Dalli.", "Dawn l-artikli \u0121abu reazzjoni mill-\u0121urnal tal-Azzjoni Kattolika \"Le\u0127en is-Sewwa\".", "Fl-1975 Azzopardi ppubblika \"X'\u0120arrab Manwel Dimech\" u fl-1978 \"G\u0127ejdut Manwel Dimech\".", "Henry Frendo kien g\u0127a\u017cel lil Manwel Dimech b\u0127ala t-tema tat-te\u017ci tieg\u0127u g\u0127al-lawrija.", "F'Jannar 1971, Frendo beda jikteb g\u0127add ta' artikli dwar Dimech f' \"Il-\u0126ajja\" ,li tag\u0127ha kien editur.", "L-Ar\u010bisqof Mikiel Gonzi ma riedx li dawn l-artikli jibqg\u0127u jidhru u hekk \u0121ara.", "Fl-1971 Frendo pprubblika t-te\u017ci tieg\u0127u bl-Ingli\u017c fuq Dimech bl-isem \"Birth Pangs of a Nation\".", "Fl-1978 ippubblikaha bil-Malti fil-ktieb \"Lejn Tnissil ta' Nazzjon\".", "Fl-2004, il-patri Dumnikan studju\u017c Mark Montebello \u0127are\u0121 il-bijografija monumentali Dimech, ktieb ta' 576 pa\u0121na b'daqs kbir ta' 280 X 198 millimetri.", "Fl-2006, \u0127are\u0121 edizzjoni mqassra tal-ktieb bl-isem \"Jien Manwel Dimech\" li fih jist\u0127ajjel lil Dimech qed jirrakkonta \u0127ajtu fl-ewwel persuna lill-qarrej.", "Fl-2010 \u0127are\u0121 is-CD \"Manwel Dimech - Fi Kliemi\".", "Montebello jsostni l-Knisja f'Malta g\u0127andha tag\u0127mel apolo\u0121ija lil Manwel Dimech g\u0127all-mod kif trattatu.", "Nhar l-1 ta' Mejju 1976 inkixef il-monument ta' Manwel Dimech, xog\u0127ol sabi\u0127 tal-iskultur Anton Agius, fil-pjazza ta' quddiem Kastilja mill-Ministru Lorry Sant.", "Il-Gvern Laburista ta' Mintoff kien semma l-Pont tas-'Sliema Regional Road Project' (ta' fuq San \u0120iljan) Pont Manwel Dimech.", "Kien tbierek mill-Ar\u010bisqof Mikiel Gonzi.", "Fl-istess \u017cmien il-Bank \u010aentrali kien \u0127are\u0121 munita bix-xbieha tieg\u0127u.", "Hemm toroq imsemmijin g\u0127alih f'Tas-Sliema u \u0126al-G\u0127axaq.", "Ta' kull sena, f'jum mewtu nhar is-17 t'April jew f'xi \u0121urnata qrib, il-Partit Laburista jfakkar lil Manwel Dimech b'\u010berimonja sempli\u010bi fuq il-monument tieg\u0127u quddiem Kastilja u b'diskors tal-mexxej tal-Partit.", "F'Awissu 2000, il-Partit Laburista tella' l-musical ori\u0121inali \"Manwel!", "Manwel! - Il-Bandiera tal-Maltin\" b\u0127ala l-avveniment ewlieni tal-festival \"Iljieli Mediterranji\" fil-fdalijiet tat-Teatru Rjal.", "Il-musical b'kitba u direzzjoni ta' Narcy Calamatta, lirika ta' Ray Mahoney u mu\u017cika ta' Dominic Galea kellu attendenza kbira u ntlaqa' ferm tajjeb.", "Il-kantant Lawrence Gray kien interpreta l-parti ta' Dimech tifel u \u017cag\u0127\u017cug\u0127 u ta wkoll il-vu\u010bi g\u0127all-kant ta' Dimech adult.", "Dan il-musical ittella' wkoll mill-G\u0127aqda Kulturali Maltija f'Sydney l-Awstralja fl-2004.", "Fl-1988 fuq TVM kien intwera l-ewwel telefilm tax-xorta tieg\u0127u, bl-isem \"Wirt\" li fih Lino Grech kien interpreta l-parti ta' Manwel Dimech.", "Il-Kumpanija \"Where's Everybody\" ipprodu\u010biet dokumentarju ta' sag\u0127tejn maqsum f'\u017cew\u0121 partijiet fuq Manwel Dimech fis-sensiela \"Bijografiji\" li xxandar fuq TVM f'April 2010.", "Id-dokumentarju kien jinkludi siltiet minn intervisti ma' Mark Montebello u Henry Frendo u siltiet mill-musical \"Manwel!", "Manwel! - Il-Bandiera tal-Maltin\"."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15147", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15147", "title": "Premju Nobel", "text": ["Premju Nobel", "Il-Premju Nobel (bl-I\u017cvedi\u017c: \"Nobelpriset\") huwa unur internazzjonali li jing\u0127ata ta' kull sena mill-gvern \u017bvedi\u017c.", "Il-premju jing\u0127ata lil persuni li jkunu ddistingwew ru\u0127hom fid-diversi oqsma ta' g\u0127arfien, \"li \u0121abu benefi\u010b\u010bji sostanzjali lill-umanit\u00e0\" bir-ri\u010berki, skoperti u invenzjonijiet, bix-xog\u0127ol letterarju tag\u0127hom, jew bl-impenn li urew lejn il-pa\u010bi fid-dinja.", "Dan il-premju \u0121ie stabbilit fl-1901 skont l-a\u0127\u0127ar xewqat ta' Alfred Nobel (1833\u20131896), inventur tad-dinamita.", "I\u010b-\u010berimonja ssir fl-10 ta' Di\u010bembru, fil-\u0121urnata tal-mewt tal-fundatur \u017bvedi\u017c.", "Mal-mewt tieg\u0127u, Alfred Nobel \u0127alla wirt ta' 31 miljun krona, 94% tal-assi kollha tieg\u0127u.", "It-testment tieg\u0127u, miktub fl-1895, ma jipprovdi l-ebda eredi dirett g\u0127all-wirt tieg\u0127u, imma Alfred Nobel sejja\u0127 g\u0127al istituzzjoni li tippremja kull sena nies li taw l-impenn kbir tag\u0127hom lejn l-umanit\u00e0, li tejjbu jew g\u0127amlu progress konsiderevoli fil-qasam tal-g\u0127arfien u l-kultura f'\u0127ames dixxiplini differenti: il-pa\u010bi jew diplomazija, il-letteratura, il-kimika, il-fi\u017cjolo\u0121ija jew il-medi\u010bina, u l-fi\u017cika.", "Barra minn hekk, it-testment jg\u0127id li n-nazzjonalit\u00e0 tal-persuna li jie\u0127u l-premju m'g\u0127andha tilg\u0127ab l-ebda parti fl-g\u0127oti ta' dan l-istess premju.", "Il-Fondazzjoni Nobel twieldet fid-29 ta' \u0120unju, 1900.", "Din tara li timxi mal-a\u0127\u0127ar xewqat tat-testatur, u tara li kollox jimxi skont ir-regoli fid-de\u017cinjazzjoni tar-rebbie\u0127a u ti\u010b\u010bekkja l-progress tan-nomina tag\u0127hom.", "Il-Fondazzjoni innifisha mhijiex involuta fl-g\u0127a\u017cla tan-nominati g\u0127all-premju.", "Din l-istituzzjoni privata hi e\u017centi minn kull taxxa fl-I\u017cvezja (mill-1946) u mit-taxxi tal-investiment fl-Istati Uniti (mill-1956).", "Mis-snin tmenin, l-investimenti tal-Fondazzjoni \u0121abu aktar profitt fejn sa Di\u010bembru tal-2007, l-assi kkontrollati mill-Fondazzjoni Nobel ammontaw g\u0127al 3.628 biljun krona (madwar 560 miljun dollaru Amerikan).", "L-ewwel \u010berimonja saret fl-1901 qrib l-akkademja rjali qadima tal-mu\u017cika ta' Stokkolma (i\u010b-\u010berimonja tal-g\u0127oti tal-Premju Nobel g\u0127all-Pa\u010bi sar \u0121ewwa Oslo).", "Mill-1902, il-premjijiet bdew ji\u0121u mog\u0127tija b'mod formali mir-Re tal-I\u017cvezja.", "Dawn il-premjijiet jing\u0127ataw waqt \u010berimonja li ssir kull sena fl-10 ta' Di\u010bembru.", "Madanakollu, l-ismijiet tar-rebbie\u0127a jkunu di\u0121\u00e0 \u0121ew im\u0127abbra f'Ottubru mill-kumitati u l-istituzzjonijiet li jservu ta' \u0121urija.", "L-g\u0127otja tal-Premju Nobel twassal ukoll g\u0127ar-reb\u0127 ta' somma flus, li attwalment iddur mal-10 miljun krona \u017bvedi\u017ca (ftit iktar minn miljun ewro).", "Il-premju ta' flus kien inti\u017c fil-bidu sabiex jistimola g\u0127all-gradwati sabiex ikomplu jistg\u0127anu fil-qasam tag\u0127hom u jibqg\u0127u ja\u0127dmu jew jag\u0127mlu r-ri\u010berki ming\u0127ajr il-pressjoni tal-\u0121bir tal-fondi.", "Il-premjijiet bdew jing\u0127ataw mill-1901 ta\u0127t il-kategoriji segwenti:", "Mill-1968, bi qbil mal-Fondazzjoni Nobel, il-Bank tal-I\u017cvezja (Sveriges Riksbank) beda jag\u0127ti wkoll il-Premju Nobel g\u0127all-Ekonomija.", "Min\u0127abba li dan il-premju m'g\u0127andu l-ebda g\u0127eruq mix-xewqat ta' Nobel u ma ji\u0121ix iffinanzjat mill-fondi tal-familja Nobel, teknikament ma jistax ji\u0121i kkunsidrat b\u0127ala premju Nobel (il-membri attwali tal-familja ma ja\u010b\u010bettawx b\u0127ala wie\u0127ed).", "Mill-1968 \u0121ie de\u010bi\u017c li ma ji\u0121ux mi\u017cjuda iktar kategoriji ma' dawk pre\u017centi.", "Il-Premju Nobel matul l-istorja ma kienx nieqes mill-kritika, partikularment fl-istorja ri\u010benti tieg\u0127u.", "L-iktar kritika li ting\u0127ata hi fuq kif l-g\u0127otja tal-premju ma ssirx min\u0127abba l-merti tar-rebbie\u0127 imma g\u0127all-\"kumdita\" politika ta' dan tal-a\u0127\u0127ar, sakemm twassal sabiex il-Premju Nobel isir wie\u0127ed politiku.", "Wie\u0127ed mill-aktar premjijiet kontroversjali kien dak tal-Premju Nobel g\u0127all-Pa\u010bi tal-2009 li ng\u0127ata lil Barack Obama.", "In-nominazzjonijiet kienu g\u0127alqu \u0127dax-il \u0121urnata wara li Obama kien beda uffi\u010bjalment il-kariga \u0121dida tieg\u0127u ta' President tal-Amerika.", "Obama stess stqarr li hu ma \u0127assx li kien jixraqlu dan l-unur.", "Dan il-premju lil Obama, flimkien ma' dawk li ng\u0127ataw pre\u010bedentament lil Jimmy Carter u Al Gore, wasslu g\u0127al akku\u017ci ta' preferenzi xellugija.", "Fost l-aktar Premju Nobel g\u0127all-Pa\u010bi kkritikat kien dak ta' Henry Kissinger u L\u00ea \u00d0\u1ee9c Th\u1ecd, li aktar tard irrifjutaw dan il-premju.", "Dan wassal sabiex il-membri tal-Kumitat Nobel Norve\u0121i\u017c irri\u017cenjaw.", "Ir-ra\u0121uni wara l-g\u0127otja tal-premju lil Kissinger u Th\u1ecd kien li kienu qabblu li jwaqqfu l-\u0121lied bejn il-Vjetnam ta' Fuq u l-Istati Uniti f'Jannar tal-1973.", "Madanakollu, meta dan il-premju \u0121ie m\u0127abbar l-ostilit\u00e0 bejn dawn i\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at kienet g\u0127adha hemmhekk.", "\u0126afna kriti\u010bi kienu tal-opinjoni li Kissinger kien aktar responsabbli li kabbar il-gwerra milli li prova jag\u0127mel pa\u010bi.", "Yasser Arafat, Shimon Peres, u Yitzhak Rabin ir\u010bevew il-Premju tal-Pa\u010bi fl-1994 g\u0127all-isforzi tag\u0127hom sabiex tinkiseb il-pa\u010bi bejn l-I\u017crael u l-Palestina.", "Skont il-\u0121urnalista Caroline Frost numru ta' kwistjonijiet, fosthom il-kundizzjoni gravi tar-refu\u0121jati Palestinjani, ma \u0121ewx indirizzati u ma \u0121iet stabbilita ebda pa\u010bi permanenti bejn l-I\u017crael u l-Palestina.", "Immedjatament wara li l-unur \u0121ie m\u0127abbar \u0127ames membri tal-Kumitat Nobel Norve\u0121i\u017c ikkundannaw lil Arafat b\u0127ala terrorista u rri\u017cenjaw.", "L-unur tal-2004 tal-Premju Nobel g\u0127al-Letteratura lil Elfriede Jelinek wasslet g\u0127al protesta min Knut Ahnlund, membru tal-Akkademja \u017bvedi\u017ca.", "Dan tal-a\u0127\u0127ar irri\u017cenja fejn stqarr li l-g\u0127a\u017cla ta' Jelinek ikkaw\u017cat \"\u0127sara irreparabbli lejn il-forzi progressivi kollha\" u \"kkonfondiet il-\u0127arsa \u0121enerali tal-letteratura b\u0127ala arti\".", "Il-Premju g\u0127al-Letteratura tal-2009 g\u0127al Herta M\u00fcller \u0121ab mieg\u0127u wkoll kritika, fejn skont il-\"Washington Post\" \u0127afna kriti\u010bi u professuri letterarji Amerikani qatt ma kienu seg\u0127mu biha qabel.", "Din \u0127assbet lil \u0127afna fuq li l-premjijiet huma influwenzati mill-perspettiva Ewropea."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15155", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15155", "title": "Tim Berners-Lee", "text": ["Tim Berners-Lee", "Tim Berners-Lee huwa in\u0121inier Ingli\u017c u xjenzat ta l-informatika u professur fl-MIT ikkreditat bi invenzjoni tal-World Wide Web; huwa g\u0127amel l-ewwel proposta g\u0127al dan fi Marzu 1989.", "Fi 25 ta' Di\u010bembru 1990, bl-g\u0127ajnuna ta 'Robert Cailliau u student fl-CERN, huwa implimenta l-ewwel komunikazzjoni bejn klijent u server HTTP permezz tal-Internet b'su\u010b\u010bess."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15163", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15163", "title": "Bruno Pesaola", "text": ["Bruno Pesaola", "Bruno Pesaola (Buenos Aires, 28 ta' Lulju 1925) huwa eks-plejer tal-futbol Taljan-Ar\u0121entin u kow\u010b.", "Hu hu l-aktar famu\u017c g\u0127a\u017c-\u017cmien li qatta' ma' Napoli, kemm b\u0127ala plejer u kif ukoll b\u0127ala kow\u010b.", "Bruno Pesaola beda l-karriera tieg\u0127u mal-klabb ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tar-River Plate.", "F'nofs is-snin erbg\u0127in ing\u0127aqad mat-tim Taljan tar-Roma, fejn iddistingwa ru\u0127u b\u0127ala attakkant velo\u010bi u mi\u010bidjali.", "Wara li kien we\u0121\u0121a' t-tibja u l-fibula wara da\u0127la minn avversarju fil-konfront tas-26 ta' Frar 1950 kontra Palermo, Pesaola kellu j\u0127alli 'l-klabb tal-kapital fl-a\u0127\u0127ar tal-ista\u0121un.", "G\u0127al \u017cew\u0121 sta\u0121uni lag\u0127ab ma' Novara, fejn jibqa' mfakkar g\u0127all-gowl li skorja kontra t-tim tal-Juventus fid-29 ta' April 1951 fir-reb\u0127a ta' 3\u20131 li kienet l-ewwel reb\u0127a interna tal-klabb kontra t-tim minn Turin g\u0127al \u0127dax-il sena.", "Wara ng\u0127aqad ma' Napoli, fejn mat-tim ta' Napli sar wie\u0127ed mill-plejers simboli\u010bi fit-tmien snin li kien mal-klabb.", "Bejn l-1953 u l-1960 kien ing\u0127ata l-faxxa ta' kaptan tat-tim.", "Minkejja li twieled l-Ar\u0121entina, hu ddebutta mat-tim nazzjonali Taljan f'Li\u017cbona kontra l-Portugall fir-reb\u0127a ta' 3\u20130 tas-26 ta' Mejju 1957.", "Barra minn hekk lag\u0127ab sitt log\u0127biet mat-tim nazzjonali B.", "L-ewwel esperjenza tieg\u0127u ta' kow\u010b kienet ma' Scafatese fejn kopra wkoll ir-rwol ta' plejer.", "Fl-1962, \u0121ie mag\u0127\u017cul biex jissostitwixxi lil Fioravante Baldi b\u0127ala l-kow\u010b il-\u0121did ta' Napoli li kienu jinsabu fi\u017c-\u017cona tar-relegazzjoni tas-Serie B. Hu mhux biss irnexxielu je\u0127les lit-tim minn qieg\u0127 il-klassifika, imma kiseb il-promozzjoni g\u0127as-Serie A. Man-Napoli reba\u0127 l-ewwel Coppa Italia, l-ewwel trofew Ewropew (it-Tazza tal-Alpi tal-1966) u wassalhom g\u0127at-tieni post fl-1968.", "Mal-Fiorentina reba\u0127 l-ewwel \"scudetto\" fl-1968\u201369, reba\u0127 Coppa Italia mal-Bologna fl-1974 u man-Napoli (fit-tielet esperjenza tieg\u0127u mal-klabb) salvahom g\u0127al darb'o\u0127ra minn relegazzjoni \u010berta."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15176", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15176", "title": "Luttu nazzjonali", "text": ["Luttu nazzjonali", "Luttu nazzjonali hija \u0121urnata li gvern ta' pajji\u017c jiddekreta li tkun uffi\u010bjalment immarkata b'luttu u attivitajiet ta' tifkira ji\u0121u osservati flimkien mal-ma\u0121\u0121oranza tal-poplu tal-pajji\u017c.", "\u0120ranet b\u0127al dawn jinkludu dawk li mmarkaw il-mewt jew il-funeral ta' figura jew figuri rinomata minn dak il-pajji\u017c, jew l-anniversarju mill-mewt jew imwiet ta' dawn, jew tifkira ta' di\u017castri naturali, et\u010b."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15182", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15182", "title": "Premier League 2010\u201311", "text": ["Premier League 2010\u201311", "L-ista\u0121un 2010\u201311 tal-Premier League kien id-dsatax-il sta\u0121un tal-Premier League Ingli\u017c minn mindu \u0121ie stabbilit fl-1992.", "L-ista\u0121un ing\u0127ata l-bidu fl-14 ta' Awwissu 2010, bit-tim ta' Chelsea ikun id-difensur tat-titlu.", "Manchester United reb\u0127u t-titlu b'permezz tal-pari ta' 1\u20131 barra minn darhom kontra Blackburn Rovers fl-14 ta' Mejju 2011.", "Dan kien id-dsatax-il titlu tal-kampjonat Ingli\u017c, rekord \u0121did fil-futbol lokali fejn qab\u017cu lit-tim ta' Liverpool li g\u0127andu tmintax.", "Ir-reb\u0127 tal-kampjonat fisser ukoll it-tnax-il titlu g\u0127all-kow\u010b Sir Alex Ferguson.", "Total ta' g\u0127oxrin tim \u0127adu sehem fil-kampjonat, fosthom sbatax li lag\u0127bu fl-ista\u0121un 2009\u201310 u tlieta promossi mill-Football League Championship 2009\u201310.", "Hull City, Burnley u Portsmouth \u0121ew relegati wara li spi\u010b\u010baw fl-a\u0127\u0127ar tliet postijiet tal-klassifika.", "Mit-timijiet relgati, Portsmouth kellhom l-itwal avventura b\u0127ala membru tal-og\u0127la divi\u017cjoni hekk kif qattg\u0127et seba' snin fil-Premier League.", "Hull City u Burnley, min-na\u0127a l-o\u0127ra, irritornaw lura lejn i\u010b-Championship wara sentejn u sena rispettivament.", "Ir-rebbie\u0127a tal-Football League Championship 2009\u201310 Newcastle United, it-tieni klassifikati West Bromwich Albion u r-rebbie\u0127a tal-\"playoff\" finali Blackpool kisbu l-promozzjoni lejn il-Premier League.", "Waqt li Newcastle u West Brom kienu qeg\u0127din jirritornaw lura fl-og\u0127la livell tal-futbol Ingli\u017c wara biss sena, Blackpool kienu ilhom 39 sena assenti minn din id-divi\u017cjoni.", "Din kienet l-ewwel darba mill-1983\u201384 li l-akbar erba' timijiet minn Midlands tal-Punent \u2014 Birmingham City, West Bromwich Albion, Aston Villa u Wolverhampton Wanderers \u2014 se jkunu flimkien fl-og\u0127la divi\u017cjoni.", "Din ukoll se tkun l-ewwel darba li se jintlag\u0127ab id-derby ta' Black County fil-Premier League, bejn West Bromwich Albion u Wolverhampton Wanderers.", "B'Portsmouth relegati, dan l-ista\u0121un mhu se jkollu l-ebda tim min-Nofsinhar barra minn Londra.", "Timijiet promossi mill-Football League Championship 2009\u201310", "L-unur tal-Barclays Plejer tas-Sena ntreba\u0127 minn Nemanja Vidi\u0107 ta' Manchester United.", "Gowlkiper: Edwin van der Sar (Manchester United)Difi\u017ca: Bacary Sagna (Arsenal), Nemanja Vidi\u0107 (Manchester United), Vincent Kompany (Manchester City), Ashley Cole (Chelsea)Nofs il-grawnd: Nani (Manchester United), Samir Nasri, Jack Wilshere (it-tnejn Arsenal), Gareth Bale (Tottenham Hotspur)Attakk: Carlos T\u00e9vez (Manchester City), Dimitar Berbatov (Manchester United)"], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15183", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15183", "title": "Medjugori", "text": ["Medjugori", "Medjugori, bil-Kroat: Me\u0111ugorje jew Medjugorje ( [\u02c8m\u025bd\u0291u\u0261\u0254\u02d0rj\u025b]) huwa ra\u0127al fil-Punent tal-Bo\u017cnja u \u0126er\u017cegovina, fir-re\u0121jun ta' \u0126er\u017cegovina, madwar 25 kilometru lejn l-Ilbi\u010b tal-belt ta' Mostar, u vi\u010bin tal-fruntiera Kroati.", "Illum ir-ra\u0127al hu l-aktar mag\u0127ruf g\u0127al l-allegati dehrit tal-Ver\u0121ni Mqaddsa lil sitt itfal Kroati sa minn \u0120unju 24, 1981, u g\u0127alhekk illum i\u017curuha eluf ta' pellegrini minn madwar id-dinja kollha b\u0127ala santwarju tal-Madonna.", "G\u0127all-kuntrarju ta' dak li ja\u0127sbu \u0127afna, madanakollu, is-santwarju mhuwiex uffi\u010bjalment mag\u0127ruf mill-Knisja Kattolika, u g\u0127alhekk dan jag\u0127mlu ille\u010bitu.", "L-isem Me\u0111ugorje litteralment ifisser na\u0127a \"qalb l-g\u0127oljiet\".", "B'g\u0127oli ta' 200 metru 'l fuq mill-ba\u0127ar, il-post g\u0127andu klima Mediterranja \u0127afifa.", "Ir-ra\u0127al jikkonsist f'popolazzjoni ta' madwar 4,000 Kroat etniku.", "Il-parro\u010b\u010ba Kattolika Rumana ta' Medjugori tikkonsisti f'\u0127ames ir\u0127ula biswit xulxin, Medjugori, Bijakovi\u010bi, Vijonizza, Miletina u Xurmanzi."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15184", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15184", "title": "Stra\u017cburgu", "text": ["Stra\u017cburgu", "Strasburgu hija belt fi Franza."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15185", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15185", "title": "Sarajevo", "text": ["Sarajevo", "Sarajevo hi l-belt kapitali tal-Bo\u017cnija u \u0126er\u017cegovina.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 275,524 ru\u0127 (sal-2013)."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15186", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15186", "title": "Prixtina", "text": ["Prixtina", "Prixtina hija l-belt kapitali tal-Kosovo.", "Il-belt g\u0127andha popolazzjoni ta' 204,721 ru\u0127 (sal-2016).", "Pristina jew Prishtina (ir-Renju Unit: / \u02c8pri\u02d0\u0283t\u026an\u0259, pr\u026a\u0283\u02c8ti\u02d0n\u0259 /, [2] US: / \u02c8pr\u026a\u0283t\u026an\u0259, -n\u0251\u02d0 /; [3] [4] Albani\u017c: Prishtina jew Prishtin\u00eb [p\u027ei\u0283\u02c8tin\u0259] (Dwar dan il-lista tal-\u0127oss); Serb: \u041f\u0440\u0438\u0448\u0438\u043d , rumanizzata: Pri\u0161tina) hija l-kapitali u l-akbar belt tal-Kosovo. [a] Il-belt g\u0127andha ma\u0121\u0121oranza ta 'popolazzjoni Albani\u017ca, flimkien ma' komunitajiet i\u017cg\u0127ar o\u0127ra.", "B'popolazzjoni muni\u010bipali ta' 204.721 abitant (2016), Pristina hija t-tieni l-akbar belt fid-dinja b'popolazzjoni predominantement li titkellem bl-Albani\u017c, wara l-kapitali ta' l-Albanija, Tirana.", "Fi \u0127dan is-Serbja, din kienet l-akbar 4 wa\u0127da.", "\u0120eografikament, tinsab fil-parti tal-Grigal tal-Kosovo vi\u010bin il-muntanji Goljak.", "Matul l-Et\u00e0 tal-Paleoliti\u010bi, dak li issa huwa l-qasam ta 'Pristina kien imdawwar mill-kultura Vin\u010da.", "Kien id-dar g\u0127al diversi persuni Illyriani u Rumani fi\u017c-\u017cminijiet klassi\u010bi.", "Ir-Re Bardyllis \u0121ab diversi tribujiet flimkien fl-in\u0127awi ta' Pristina fis-seklu 4 QK, li stabbilixxa r-Renju tad-Dardanja.", "Il-wirt tal-era klassika g\u0127adu evidenti fil-belt, irrappre\u017centata mill-belt antika ta 'Ulpiana, li kienet ikkunsidrata b\u0127ala wa\u0127da mill-iktar bliet Rumani importanti fil-peni\u017cola tal-Balkani.", "Bejn il-5 u s-seklu 9 i\u017c-\u017cona kienet parti mill-Imperu Bi\u017cantin.", "Fin-nofs tas-seklu 9 \u0121ie \u010bedut g\u0127all-Ewwel Imperu Bulgaru.", "Fil-bidu tas-seklu 11, din taqa 'ta\u0127t il-\u0127akma Bi\u017cantina u \u0121iet inklu\u017ca fil-provin\u010bja \u0121dida msej\u0127a Bulgarija.", "Bejn l-a\u0127\u0127ar tal-11 u nofs is-seklu 13 \u0121ie \u010bedut bosta drabi lit-Tieni Imperu Bulgaru.", "Fil-Medju Evu tard, Pristina kienet belt importanti fis-Serbja Medjevali u wkoll il-propjet\u00e0 rjali ta' Stefan Milutin, Stefan Uro\u0161 III, Stefan Du\u0161an, Stefan Uro\u0161 V u Vuk Brankovi\u0107.", "Wara l-konkwista Ottomana tal-Balkani, Pristina sar \u010bentru importanti tal-minjieri u tal-kummer\u010b min\u0127abba l-po\u017cizzjoni strate\u0121ika tieg\u0127u qrib il-belt minjiera rikka ta 'Novo Brdo.", "Il-belt kienet mag\u0127rufa g\u0127all-fieri u o\u0121\u0121etti kummer\u010bjali tag\u0127ha, b\u0127alma huma l-\u0121lud tal-mog\u0127o\u017c u x-xag\u0127ar tal-mog\u0127\u017ca kif ukoll il-porvli.", "L-ewwel moskea fi Pristina nbniet fl-a\u0127\u0127ar tas-seklu 14 waqt li kienet ta\u0127t il-\u0127akma Serba.", "Pristina hija l-iktar junction tat-trasport importanti tal-Kosovo, g\u0127all-ajru, g\u0127all-ferrovija, u g\u0127at-toroq.", "L-ajruport internazzjonali ta 'Pristina huwa l-akbar ajruport tal-pajji\u017c u fost l-akbar fir-re\u0121jun.", "Firxa ta 'awtostradi u awtostradi, b\u0127alma huma l-R6, l-R7 u l-R7.1, jirradjaw il-belt u jg\u0127aqqduha ma' l-Albanija u l-Ma\u010bedonja ta-Fuq.", "Pristina huwa wkoll l-iktar \u010bentru ekonomiku, finanzjarju, politiku u kummer\u010bjali essenzjali tal-Kosovo l-aktar min\u0127abba l-po\u017cizzjoni sinifikanti tieg\u0127u fi\u010b-\u010bentru tal-pajji\u017c.", "Hija s-sede tal-poter tal-Gvern tal-Kosovo, ir-residenzi g\u0127all-\u0127idma tal-President u l-Prim Ministru tal-Kosovo u tal-Parlament tal-Kosovo."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15197", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15197", "title": "Mark Montebello", "text": ["Mark Montebello", "Mark Montebello (Sliema, 7 ta' Frar 1964) huwa patri Dumnikan, filosfu u awtur.", "Montebello hu t-tielet wild fost erbg\u0127a ta' Joseph Montebello u Grace xebba Sultana, it-tnejn minn Tas-Sliema.", "Missieru kien Kapural mar-\"Royal Air Force\", u ommu g\u0127alliema ta' klassijiet primarji.", "L-ewwel studji tieg\u0127u Montebello g\u0127amilhom fl-iskola primarja ta' San Fran\u0121isk, l-Imsida, sakemm, fl-1975, beda l-istudji sekondarji tieg\u0127u fil-Kulle\u0121\u0121 San Albert il-Kbir, il-belt Valletta.", "Fl-1980 huwa beda jag\u0127mel is-sitt klassi fil-Kulle\u0121\u0121 San Alwi\u0121i, Birkirkara.", "Huwa issie\u0127eb mal-Ordni Dumnikan fil-25 ta' Ottubru tal-1980.", "Wara sena novizzjat f'Malta, huwa g\u0127amel il-professjoni reli\u0121ju\u017ca fis-16 ta' Ottubru tal-1983.", "\u0120ie ordnat sa\u010berdot mill-Ar\u010bisqof \u0120u\u017ceppi Mercieca fl-14 ta' Lulju tal-1989.", "Wara l-istudju dottorali tieg\u0127u f'Ruma, fl-1992 Montebello beda jg\u0127ix fil-kunvent tad-Dumnikani tal-Birgu, fejn g\u0127amel erbatax-il sena.", "Wara ntbag\u0127at jg\u0127ix fil-kunvent tal-Piet\u00e0.", "Montebello studja l-filosofija u t-teolo\u0121ija fil-Kulle\u0121\u0121 ta' Tumas ta' Akwinu, ir-Rabat, kif ukoll il-filosofija f'Tal-Virt\u00f9 mal-Prof.", "Peter Serracino Inglott u t-teolo\u0121ija fl-Universit\u00e0 ta' Malta.", "Minn dawn l-istituzzjonijiet kiseb, rispettivament, il-Lettorat fil-Filosofija u t-Teolo\u0121ija u l-Ba\u010bellerat fit-Teolo\u0121ija.", "Wara kiseb il-Li\u010benzjat u d-Dottorat tal-Filosofija mill-Universit\u00e0 Angelicum ta' Ruma, fl-Italja, u beda Dottorat ie\u0127or fil-Filosofija fl-Universit\u00e0 Complutense ta' Madrid, fi Spanja.", "Huwa kiseb ukoll il-Ma\u0121isteru tax-xjenza fil-\u0120ustizzja Kriminali mill-Universit\u00e0 ta' Leichester, l-Ingilterra.", "Il-karriera akkademika ta' Montebello bdiet fl-1991 meta sar lek\u010berer tal-Filosofija antika u medjevali fl-Istitut tal-Istudji Reli\u0121ju\u017ci fl-Universit\u00e0 ta' Malta.", "Fl-istess \u017cmien kien ukoll g\u0127alliem fl-istudji Tomisti\u010bi flimkien ma' Peter Serracino Inglott u John Haldane.", "Mill-1996 sar \"visiting lecturer\" fil-filosofija Maltija.", "Flimkien ma' o\u0127rajn, fl-1995 Montebello waqqaf f'Bormla, il-Kottonera, l-organizzazzjoni mhux governattiva \"Daritama\".", "L-istituzzjoni kienet tinkludi skola komunitarja g\u0127at-tfal tal-Kottonera, radju komunitarju (\"Radju Kottoner 98FM\"), \u0127idma mal-\u0127absin u l-qraba tag\u0127hom (\"Mid-Dlam g\u0127ad-Dawl\"), u \u010bentru ta' appo\u0121\u0121 g\u0127all-vittmi tal-kriminalit\u00e0 (\"Victim Support Malta\").", "Montebello huwa mag\u0127ruf g\u0127ax-xog\u0127ol umanitarju u filantropiku li g\u0127amel fil-Fa\u010bilit\u00e0 Korrettiva ta' Kordin u fil-Kottonera.", "L-organizzazzjoni \u0121iet mitmuma fl-2010 biex tag\u0127ti spazju g\u0127ad-diversifikazzjoni tad-diversi oqsma tag\u0127ha.", "Illum, \"Radju Kottoner\", \"Mid-Dlam g\u0127ad-Dawl\" u \"Victim Support Malta\" huma entitajiet indipendenti li lkoll g\u0127adhom ja\u0127dmu fil-qasam rispettiv tag\u0127hom.", "L-aktar \u0127idma twila u konsistenti ta' Montebello hija fil-qasam tal-filosofija, li \u017cviluppaha kemm g\u0127aliha we\u0127idha u kemm f'relazzjoni mad-diversi \u0127idmiet li wettaq.", "Minbarra li, sa mill-1991 lil hawn, g\u0127alliha fl-Universit\u00e0 ta' Malta u f'bosta istituti o\u0127ra ta' tag\u0127lim avvanzat f'Malta u G\u0127awdex, kiteb fuqha diversi kotba u artikli, kemm f'Malta kif ukoll barra.", "L-interessi ewlenin ta' Montebello fil-filosofija jinkludu l-anali\u017ci xjentifika tal-istorja tat-tradizzjoni filosofika Maltija u s-sehem ta' \u0127assieba Maltin g\u0127all-i\u017cvilupp filosofiku, il-jeddijiet \u010bivili u politi\u010bi, il-metafi\u017cika u l-epistemolo\u0121ija.", "Montebello st\u0127arre\u0121 wkoll fit-tul u fil-fond is-sehem filosofiku ta' Manwel Dimech.", "Dwar dan, Montebello ppubblika diversi kotba u jag\u0127ti bosta lezzjonijiet u korsijiet.", "Fl-2012, flimkien ma' o\u0127rajn huwa waqqaf il-fondazzjoni \"Philosophy Sharing\" g\u0127ad-diskussjoni pubblika filosofika u g\u0127all-istudju u t-tifrix tal-filosofija fil-g\u017cejjer Maltin.", "B\u0127ala filosfu, Montebello mhuwiex \u0127assieb konvenzjonali.", "Fil-politika, huwa proponent tal-po\u017cizzjoni anarkista.", "Sa mid-disg\u0127inijiet 'l hawn Montebello sar personalit\u00e0 lokali tat-televixin u tar-radju.", "Fl-1992 huwa beda jitkellem fuq su\u0121\u0121etti kontroversjali fuq l-istazzjon tar-radju \"Live FM\", li min\u0127abba fihom \u0121ie mwaqqaf mill-awtoritajiet tal-Knisja milli jkompli jxandar g\u0127al xi \u017cmien.", "Waqfa simili o\u0127ra \u0121iet f'Mejju tal-2005, meta \u0121ie ordnat ma jiktibx u ma jitkellimx g\u0127al xi \u017cmien fil-mezzi tax-xandir dwar materji relatati mal-Knisja, mal-fidi, mal-morali u mal-etika.", "Dan wara l-artiklu tieg\u0127u f'\"Il-\u0120ens\".", "Waqfa o\u0127ra, f'Novembru tal-2009, saret min\u0127abba artiklu fit-\"Tor\u010ba\" dwar id-divorzju artiklu fil-\u0121urnal \"It-TOR\u010aA\" u kummenti fuq \"ONE TV\" , kif ukoll fuq \"TVM\" u \"NET TV\" .", "F'Marzu 2010, Montebello issejja\u0127 Ruma biex jiltaqa' mas-Superjur \u0120enerali tal-Ordni Dumnikan.", "B'konsegwenza intbag\u0127at tliet xhur il-Messiku.", "Hemmhekk, Montebello \u0127adem mal-Ar\u010bisqof Dumnikan Mons. Raul Vera.", "Montebello huwa awtur ta' diversi kotba ta' natura filosofika u kritika.", "Fost il-pubblikazzjonijiet tieg\u0127u, hemm dawn li \u0121ejjin:", "Montebello jikteb artikli g\u0127al diversi \u0121urnali.", "Hu kontributur regolari f\"'It-Tor\u010ba\" sa mill-1993."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15200", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15200", "title": "Francesco Cossiga", "text": ["Francesco Cossiga", "Francesco Cossiga (Sassari, 26 ta' Lulju 1928 \u2013 Ruma, 17 ta' Awwissu 2010) kien politiku, \u0121urista u professur Taljan, it-tmien President tar-Repubblika Taljana mill-1985 sal-1992.", "Kien Ministru tal-Intern fit-tielet Gvern Andreotti mill-1976 sal-1978, meta rri\u017cenja wara l-qtil ta' Aldo Moro.", "Mill-1979 sal-1980 kien Prim Ministru, u mill-1983 sal-1985 kien President tas-Senat.", "Cossiga twieled f'Sassari, fin-na\u0127a ta' fuq ta' Sardinja.", "Huwa beda l-karriera politika tieg\u0127u matul it-Tieni Gwerra Dinjija mal-FUCI, Federazione Universitaria Cattolica Italiana.", "L-ewwel darba li kien elett deputat kien fl-1958 mal-Partit Demokristjan.", "Kien l-i\u017cg\u0127ar sottosegretarju fit-tielet gvern ta' Moro fl-1966.", "L-i\u017cg\u0127ar Ministr tal-Intern fl-1976, l-i\u017cg\u0127ar President tas-Senat fl-1983 u l-i\u017cg\u0127ar President tar-Repubblika fl-1985, ta' 56 sena.", "Cossiga kien Ministru tal-Intern fl-1978 meta t-terroristi tal-Brigate Rosse \u0127atfu u qatlu lill-President tad-Demokrazija Kristjana u ex-Priministru Aldo Moro.", "Ir-ri\u017cenja ta' Cossiga \u0121abitlu r-rispett tal-Oppo\u017cizzjoni Komunista g\u0127ax hu kien l-uniku wie\u0127ed mill-Gvern Demokristjan li refa' r-responsabbilt\u00e0 ta' kif spi\u010b\u010bat l-istorja ta' Moro.", "Ir-rispett tal-oppo\u017cizzjoni wassal biex Cossiga ikun l-ewwel wie\u0127ed li jin\u0127atar President tar-Repubblika fl-1985 mal-ewwel votazzjoni.", "Kienu vvutawlu 752 deputat minn 977.", "Mill-1990, Cossiga beda jag\u0127mel stqarrijiet kontroversjali u beda jissejja\u0127 \"il picconatore\".", "Cossiga kien qal li l-Partiti l-kbar, id-Demokristjani u l-Komunisti g\u0127andhom ja\u0121\u0121ornaw ru\u0127hom wara l-waqgha tal-\u0126ajt ta' Berlin.", "Fl-1991 il-Prim Ministru Giulio Andreotti \u017cvela l-ezistenza tal-organizazzjoni \"Gladio\".", "L-g\u0127an ewlieni tal-Gladio, li kienet is-sezzjoni Taljana ta' \"Stay Behind Net\", organizzazzjoni sigrieta tan-NATO, kien li jkun hemm kull re\u017cistenza possibbli f'ka\u017c ta' inva\u017cjoni Sovjetika permezz ta' sabuta\u0121\u0121i u terrori\u017cmu.", "Cossiga ammetta l-involviment tieg\u0127u fit-twaqqif ta' dan l-organizazzjoni.", "F'Di\u010bembru 1991, il-Partit Komunista kien ressaq talba biex Cossiga jitne\u0127\u0127a minn President, talba, i\u017cda li kienet \u0121iet irtirata.", "Cossiga rri\u017cenja minn President fit-28 ta' April, 1992, xahrejn qabel kellu jintemm i\u017c-\u017cmien tal-\u0127atra tieg\u0127u.", "Wara n\u0127atar Senatur g\u0127al g\u0127omru b\u0127al kull eks-President.", "Fi Frar 1998, Cossiga \u0127oloq partit politiku \u0121did, Unione Demokratica per la Repubblica (UDR).", "Il-partit \u0121ie xolt sena wara.", "Fis-27 ta' Novembru, 2006, huwa rri\u017cenja minn Senatur g\u0127al g\u0127omru, i\u017cda r-ri\u017cenja tieg\u0127u ma \u0121ietx a\u010b\u010bettata wara vot fis-Senat fl-a\u0127\u0127ar ta' Jannar 2007.", "Cossiga \u017car diversi drabi Malta kemm fuq \u017cjajjar uffi\u010bjali u kemm \u017cjajjar privati, u kien \"\u0127abib ta' Malta\".", "Lejn l-a\u0127\u0127ar tal-Presidenza tieg\u0127u, fl-1991, kien g\u0127amel \u017cjara statali f'Malta fejn kien esprima l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u li Malta tissie\u0127eb fl-Unjoni Ewropea.", "Huwa kien ing\u0127ata Dottorat fil-Li\u0121i (Honoris Causa) mill-Universit\u00e0 ta' Malta.", "L-a\u0127\u0127ar li \u0121ie Malta, kien fl-2008, meta indirizza konferenza tal-A\u017bAD flimkien ma' Guido de Marco, Rocco Buttiglione u Ugo Mifsud Bonnici fuq il-kwistjoni Moro.", "Cossiga kien ukoll Kavallier ta' Malta."], "category": "wikipedia, article"}
{"id": "15212", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15212", "title": "Billboard", "text": ["Billboard", "Billboard huwa maga\u017cin Amerikan li jo\u0127ro\u0121 kull \u0121img\u0127a u li huwa ddedikat g\u0127all-mu\u017cika.", "B\u0127ala wie\u0127ed mill-eqdem maga\u017cins li qatt \u0121ew pubblikati fid-dinja, fih jinkludi sezzjonijiet dedikati g\u0127all-klassifiki, ikkunsidrati b\u0127ala fost l-iktar pre\u010bi\u017ci u dettaljati fid-dinja.", "Din ir-rivista i\u017c\u017comm numru ta' klassifiki mu\u017cikali li juru l-aqwa kanzunetti u albums tal-mument f'diversi kategoriji kull \u0121img\u0127a.", "\u017bew\u0121 klassifiki popolari huma l-\"Billboard\" Hot 100 li tikklassifika l-aqwa 100 kanzunetta, irrelevanti mill-\u0121eneru mu\u017cikali tag\u0127hom, u l-\"Billboard\" 200 li tikkategorizza l-200 album li l-aktar inbieg\u0127u fl-Amerika.", "Meta twieldet f'Cincinnati fl-1894, ir-rivista \"Billboard Advertising\" kienet prattikament maga\u017cin g\u0127all-industrija tal-kartelluni pubbli\u010bitarji.", "Fi ftit snin wara l-fundazzjoni tag\u0127ha, il-\"Billboard\" saret tippubblika dwar \u010birkli, karnivali, parks ta' divertiment, fieri, vaudeville, esebizzjonijiet tal-balieni u aktar serati ta' divertiment.", "Fl-1909 bdiet tkopri informazzjoni dwar il-films u fis-snin g\u0127oxrin dwar ir-radju.", "Kien l-i\u017cvilupp tal-industrija tal-juke box matul is-snin tletin li wasslet g\u0127all-\"Billboard\" li tibda tippubblika klassifiki mu\u017cikali.", "G\u0127all-bidu kien hemm biss tliet klassifiki ta' tliet \u0121eneri partikulari: Pop, Rhythm & Blues, u Country & Western.", "Fl-1950 introdu\u010biet sezzjoni dwar l-industrija televi\u017civa, li kienet tinkludi klassifikazzjoni tal-films.", "Fl-1961, l-a\u0127barijiet dwar il-fieri, karnivali, parks u esebizzjonijiet o\u0127ra \u0121ew immexxija g\u0127al fuq maga\u017cin ie\u0127or bl-isem ta' \"Amusement Business\".", "F'dan i\u017c-\u017cmien, affarijiet dwar it-televi\u017cjoni \u0121ew trasferiti g\u0127al fuq pubblikazzjoni o\u0127ra.", "Mill-1961 sal-2005, il-\"Billboard\" kienet kompletament devota lejn l-industrija mu\u017cikali.", "Fl-2005, il-maga\u017cin flimkien mal-websajts tieg\u0127u \u0121ew irran\u0121ati sabiex jipprovdu informazzjoni g\u0127al kull forma ta' divertiment di\u0121itali.", "Nhar l-4 ta' Jannar, 1936, il-\"Billboard\" ippubblika l-ewwel klassifika tieg\u0127u, u fl-20 ta' Lulju, 1940, \u0127ar\u0121et l-ewwel \"Music Popularity Chart\", klassifika iddedikata g\u0127all-aktar kanzunetti mismug\u0127a.", "Il-Hot 100 bdiet fl-1958 b\u0127ala kombinazzjoni tal-bejg\u0127 tad-diski flimkien mas-smieg\u0127 fuq ir-radju.", "Sa Jannar 2010, l-aktar artisti li dehru f'din il-klassifika kienu l-Metallica, Mariah Carey, The Beatles, Bing Crosby, Madonna, Pet Shop Boys, Elvis Presley u Michael Jackson.", "L-album li dam l-aktar fil-qu\u010b\u010bata tal-klassifika kien \"The Dark Side of the Moon\" tal-grupp Pink Floyd: 741 \u0121img\u0127a, mill-1973 sal-1987.", "Illum il-\u0121urnata, din ir-rivista tippubblika iktar minn 100 klassifika fil-\u0121img\u0127a."], "category": "wikipedia, article"}