{"id": "15213", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15213", "title": "Universit\u00e0 ta' New York", "text": ["Universit\u00e0 ta' New York", "L-Universit\u00e0 ta' New York, jew New York University (NYU) hija universit\u00e0 li tinsab f'New York City, \u0121ewwa l-Istati Uniti.", "\u0120iet fundata fl-1831 minn Albert Gallatin b\u0127ala \u010bentru tal-istudju miftu\u0127 g\u0127al kul\u0127add, ming\u0127ajr ebda distinzjoni tan-nazzjonalit\u00e0, twemmin reli\u0121ju\u017c jew sfond so\u010bjali\u2014impenn li g\u0127adu mi\u017cmum sal-lum.", "NYU illum hija fost l-ikbar universitajiet fl-Amerika u fid-dinja.", "Mill-158 li kienu applikaw fl-1831, illum din l-universit\u00e0 tg\u0127odd mal-40,000 student maqsuma f'erbatax-il stitut u kulle\u0121\u0121i f'sitt distretti ta' Manhattan.", "Barra minn dawn is-sitt \u010bentri, g\u0127andha wkoll fa\u010bilitajiet tag\u0127ha \u0121ewwa Londra, Pari\u0121i, Tel Aviv, Buenos Aires, Firenze, Praga, Madrid, Berlin, Accra u Shanghai.", "Jg\u0127allmu \u0121o din l-universit\u00e0 hemm 3,100 professur."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15216", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15216", "title": "Anton Agius", "text": ["Anton Agius", "Anton Agius (Rabat, 1 ta' Di\u010bembru 1933 \u2013 Msida, 19 ta' Ottubru 2008) kien skultur mag\u0127ruf Malti, mag\u0127ruf b\u0127ala l-\"Iskultur Nazzjonali\".", "F'intervista li ta fl-2004, Anton Agius qal:\"Tista' tg\u0127id li fil-familja tag\u0127na hemm diversi artisti, pitturi u skulturi, u\u0127ud b\u0127al \u0127ija Michael, na\u0127seb li kapa\u010bi aktar minni... imma ma tantx i\u0127obb ja\u0127dem.", "Na\u0127seb li xi \u0127a\u0121a qieg\u0127da fir-razza,\" qalli Toni.", "\u0126a l-ewwel direzzjoni lejn l-arti bis-sa\u0127\u0127a ta' ommu, Maria Estella, li \u0127aditu g\u0127and l-iskultur \u0120u\u017ceppi Galea li studja barra u g\u0127amel disa' snin b\u0127ala apprentista mieg\u0127u.", "Agius studja l-arti bejn l-1951 u l-1953 fis-So\u010bjet\u00e0 Maltija tal-Arti, Manifattura u Kummer\u010b u wara fl-Iskola tal-Arti tal-Gvern.", "Fl-1957 reba\u0127 bor\u017ca ta' studju g\u0127al Ruma mog\u0127tija mill-Gvern Malti fejn studja fi Scuola Del Nudo dell'Associazione Artistica Internazionale, fl-Accademia di Belle Arti u fi Scuola delle Arti Ornamentali.", "Agius studja f'St. Martin's School of Art f'Londra, fejn akkwista d-Diploma Nazzjonali fid-Disinn, Mudellar, Skultura u Qtug\u0127 ta' Ittri.", "Fuq l-esperjenza tieg\u0127u barra minn Malta, Agius jg\u0127id: \"Qatt ma \u0127assejtni inferjuri ma' studenti minn diversi pajji\u017ci.", "Anzi kont inkun l-aktar ippreparat.\"", "Kien g\u0127alliem fl-iskejjel sekondarji, lek\u010berer fl-Universit\u00e0 ta' Malta u membru tal-Bord tal-Estetika ta' Malta.", "Anton Agius reba\u0127 diversi premjijiet u \u0121ie onorat b'diversi g\u0127otjiet g\u0127al-livell artistiku li la\u0127aq, fosthom l-Ewwel Premju tal-Human Rights Art Exhibition li tnediet fl-1968 fil-Mu\u017cew Nazzjonali ta' Malta, l-Onorifi\u010benza Per Meriti mill-Asso\u010bjazzjoni Kulturali Amici di Pan ta' Firenze fl-1979, l-g\u0127otja tal-Artist tas-Sena fl-1980 u t-Targa d'Oro fl-1982 mog\u0127tija mill-Associazione Nazionale Artistica Culturale tal-Italja.", "Fl-1999 imbag\u0127ad huwa kien ing\u0127ata l-Ewwel Premju fil-Biennale Internazzjonali tal-Arti ta' Malta.", "Kien propju fis-7 ta' Frar 1999 fil-Mu\u017cew Wignacourt ir-Rabat, fi ftu\u0127 ta' wirja li kienet tirrappre\u017centa 50 sena ta' \u0127idma tal-iskultur Anton Agius, li l-President ta' Malta Ugo Mifsud Bonnici, f'diskors li kien g\u0127amel ta lil Anton Agius it-titlu onorifiku ta' \"l-iskultur nazzjonali\".", "Dan g\u0127ax Agius po\u0121\u0121a fl-ir\u0127am u fil-bron\u017c \u0121rajjiet importanti mill-istorja ta' Malta.", "Fl-2005, Agius ing\u0127ata \u0120ie\u0127 ir-Repubblika.", "Agius \u0127a sehem f'bosta esebizzjonijiet f'Malta, Londra, Edinburgh, l-Italja u l-Litwanja.", "Ix-xog\u0127lijiet tieg\u0127u jinsabu wkoll f'kollezzjonijiet privati f'diversi partijiet tad-dinja.", "G\u0127alkemm il-qofol tal-kreattivit\u00e0 artistika tieg\u0127u jinsab fil-monumenti li \u0127adem u fl-iskulturi fl-injam, huwa kien ukoll disinjatur ta' bolol postali, disinjatur u dekoratur ta' knejjes, \u010beramista u \u0127addiem tal-medaljuni.", "Fost il-monumenti ma\u0127dumin minn Anton Agius insibu:", "Anton Agius kien mi\u017c\u017cewwe\u0121 lil Mary Louise u kellhom tlett itfal, li tnejn minnhom mietu qablu.", "Agius bata \u0127afna f'\u0127ajtu.", "F'intervista li ta erba' snin qabel mewtu huwa stqarr: \"In-natura kienet kiefra wisq mieg\u0127i.\"", "Tnejn minn uliedu twieldu b'difetti mentali u fi\u017ci\u010bi.", "Huwa dejjem g\u0127ex ir-Rabat fejn twieled u kien dilettant tal-klieb u tal-g\u0127asafar."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15225", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15225", "title": "Lourdes", "text": ["Lourdes", "Lourdes (\"Lorda\") huwa komun fid-dipartiment ta' Hautes-Pyr\u00e9n\u00e9es, fir-re\u0121jun ta' Midi-Pyr\u00e9n\u00e9es fil-Lbi\u010b ta' Franza.", "Lourdes hi meqjusa b\u0127ala post sagru g\u0127al prattikanti Kattoli\u010bi.", "\u0120ewwa Lourdes jg\u0127ixu 15,254 ru\u0127 (2007), i\u017cda i\u017curuha ammonti kbar ta' turisti min\u0127abba s-sinjifikat li g\u0127andha g\u0127all-pellegrini Kattoli\u010bi.", "Sal-1858, Lourdes kien post kwiet, i\u017cda huwa mifhum li nhar il-11 ta' Frar, 1958, il-Madonna dehret lit-tfajla Bernardette Soubirous, li dakinhar kien g\u0127ad kellha 14-il sena.", "Il-lokalit\u00e0 ta' Lourdes hija mservija bl-Ajruport ta' Tarbes-Lourdes-Pyr\u00e9n\u00e9es (Fran\u010bi\u017c: \"A\u00e9roport de Tarbes-Lourdes-Pyr\u00e9n\u00e9es\") (Kodi\u010bi IATA: LDE)."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15227", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15227", "title": "Kuba", "text": ["Kuba", "Il-Kuba, uffi\u010bjalment ir-Repubblika tal-Kuba (Spanjol: \"Rep\u00fablica de Cuba\" [re\u02c8pu\u03b2lika \u00f0e \u02c8ku\u03b2a] ), huwa pajji\u017c fil-Karibew.", "In-nazzjon tal-Kuba jikkonsisti fil-g\u017cira prin\u010bipali ta' Kuba, il-G\u017cira ta\u017c-\u017bg\u0127o\u017cija, u diversi ar\u010bipelagi o\u0127rajn.", "\u0126avana hija l-akbar belt u l-kapitali ta' dan il-pajji\u017c.", "San \u0120akbu ta' Kuba hija t-tieni l-ikbar belt.", "In-nies, il-kultura, u d-drawwiet ta' dan il-pajji\u017c huma diversifikati u jie\u0127du minn diversi sorsi, fosthom, l-Abori\u0121ini Ta\u00edno u Ciboney, i\u017c-\u017cmien ta\u0127t il-\u0127akma Spanjola, l-introduzzjoni tal-iskjavitu fil-kolonji Spanjoli u l-fatt li hi vi\u010bin tal-Istati Uniti tal-Amerika.", "Kuba hija pajji\u017c b'popolazzjoni ta' iktar minn 11-il miljun ru\u0127, f'medda ta' 114,524 km kwadru (mitt ru\u0127 kull km kwadru), fil-Ba\u0127ar tal-Karibew, 145 km 'il bog\u0127od mill-belt Amerikana ta' Florida.", "Tikkonsisti f'Kuba, l-ikbar g\u017cira tal-West Indies, u \u0127afna g\u017cejjer \u017cg\u0127ar o\u0127ra.", "L-ibliet prin\u010bipali huma \u0126avana (il-kapitali), Camaguey, Santiago de Cuba, u Guantanamo.", "Il-klima hija wa\u0127da tropikali.", "Il-kafe`, ross, qam\u0127, frott ta\u010b-\u010bitru u t-tabakk huma l-prodotti li jitkabbru; in-nickel huwa r-ri\u017cors minerali ta' Kuba; u te\u017cisti wkoll l-industrija tas-sajd.", "I\u017cda minkejja t-tentattivi kollha biex ti\u0121i diversifika, l-ekonomija ta' Kuba g\u0127adha tiddependi mill-produzzjoni taz-zokkor.", "Il-poplu Kuban huwa ta' dixxindenza Spanjola, Afrikana, u ta\u0127lita ta' Spanjol-Afrikana u l-lingwa tieg\u0127u hi l-Ispanjol.", "Ir-reli\u0121jon Kattolika naqset minn iktar minn 70 fil-mija g\u0127al madwar 40 fil-mija tal-popolazzjoni mill-1957.", "Numru kbir ta' Kubani huma animisti, tal-kult mag\u0127ruf b\u0127ala santeria, kult li \u0121abuh mag\u0127hom l-iskjavi Afrikani.", "\u0126afna Kubani jqisu lilhom infushom atei jew nonreli\u0121ju\u017ci.", "Il-gvern huwa re\u0121im ta' partit wie\u0127ed, dak Marxista, iddominat mill-fundatur tieg\u0127u, Fidel Castro.", "Kristofru Kolombu skopra l-g\u017cira ta' Kuba fl-1492, u Spanja kkolonizzatha sa mill-1511, u u\u017catha b\u0127ala ba\u017ci g\u0127all-esplorazzjoni tad-Dinja l-\u0120dida u l-punt fejn jin\u0121abru l-flotot tag\u0127ha.", "Imsej\u0127a l-\"Perla ta' l-Antille,\" Kuba prosperat fis-sekli 17 u 18, b'\u0127afna \u0127addiema lsiera minn Spanja u l-Afrika.", "Meta fil-bidu tas-seklu 19 \u0127afna mill-artijiet Amerikani ta' Spanja saru indipendenti, Kuba baqg\u0127et kolonja.", "L-iskjavitu`, is-sa\u0127\u0127a ta' l-ekonomija ta' Kuba bba\u017cata fuq iz-zokkor, kien g\u0127adu ma tne\u0127\u0127iex sa l-1886.", "Gwerra ta' G\u0127axar Snin g\u0127all-indipendenza (1868\u201378) ma kinitx bi\u017c\u017cejjed.", "Fl-1895 \u0121lieda \u0121dida, mmexxija minn Jos\u00e9 Mart\u00ed wasslet g\u0127all-Gwerra Spanjol-Amerikana u t-twaqqif tar-repubblika Kubana fl-1898.", "Dan in-nazzjon \u0121did g\u0127adda minn ta\u0127t diversi dittatorjati, li matulhom il-\u0127e\u0121\u0121a g\u0127ar-riforma \u0127alliet postha g\u0127al korruzzjoni u ripressjoni, l-aktar ta\u0127t Gerardo Machado (1925\u201333) u s-su\u010b\u010bessur tieg\u0127u, Fulgencio Batista y Zald\u00edvar.", "Fl-1 ta' Jannar 1959, Fidel Castro \u0127a t-tmexxija tal-pajji\u017c wara rivoluzzjoni popolari kontra d-dittatur Batista.", "Castro mill-ewwel beda jwettaq programm ta' riformi ekonomi\u010bi u so\u010bjali i\u017cda ming\u0127ajr ma ta lura lill-pajji\u017c il-libertajiet li kien wieg\u0127ed qabel ma \u0127a l-poter.", "Dawk li bdew jopponuh intefg\u0127u l-\u0127abs jew inqatlu.", "Bil-mod il-mod, Castro innazzjonalizza kollox, \u0127afna drabi ming\u0127ajr ma ta xi kumpens lis-sidien ta' qabel tal-kumpaniji.", "Fl-1962 l-Amerika mponiet embargo fuq l-esportazzjoni minn Kuba li \u0127alla effett \u0127a\u017cin fuq l-ekonomija Kubana.", "Ir-relazzjonijiet bejn Kuba u l-Amerika komplew ji\u0127\u017cienu fil-bidu tas-snin 60 meta madwar 1,400 Kuban im\u0127arr\u0121in mic-CIA Amerikana ppruvaw jinvadu lil Kuba biex ine\u0127\u0127u lil Castro mill-poter, fil-mag\u0127rufa Bay of Pigs (1961), disfatta kbira g\u0127all-Gvern ta' Kennedy.", "Fl-1962 qamet il-kri\u017ci tal-missili nukleari tal-Unjoni Sovjetika f'Kuba li wasslet biex is-Sovjeti\u010bi jirtiraw il-missili fuq l-insistenza ta' l-Amerikani.", "L-involviment ta' Kuba fl-Amerika \u010bentrali, l-Afrika u l-Karibew komplew \u017ciedu l-antipatija lejhom min-na\u0127a ta' l-Amerikani.", "F'pajji\u017cu, Castro rnexxielu jeqred kwa\u017ci g\u0127al kollox l-illiterati\u017cmu, i\u017cda l-ekonomija kellha b\u017conn g\u0127ajnuna kbira.", "Il-bidliet kbar li se\u0127\u0127ew fis-snin tmenin fil-pajji\u017ci ta' l-Ewropa tal-Lvant, u t-tmiem ta' l-Unjoni Sovjetika \u0127allew lil Kuba i\u017colata politikament, filwaqt li l-embargo ta' l-Amerikani kompla jag\u0127mel \u0127afna \u0127sara lill-ekonomija Kubana.", "Fi Frar 1996, jet fighters Kubani waqqg\u0127u \u017cew\u0121 ajruplani Amerikani li kienu qed ituru fl-ispazju ta' l-ajru Kuban.", "L-embargo Amerikan sar iktar strett.", "Fil-21 ta' Jannar 1998 il-Papa \u0120wanni Pawlu II beda \u017cjara f'Kuba fejn appella biex \"Kuba tinfeta\u0127 g\u0127ad-dinja u d-dinja g\u0127al Kuba.\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15228", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15228", "title": "\u0126avana", "text": ["\u0126avana", "\u0126avana (Spanjol: \"La Habana\", [la a\u02c8\u03b2ana] uffi\u010bjalment \"Ciudad de La Habana\") hija l-belt kapitali tar-Repubblika tal-Kuba.", "Hija \u010b-\u010bentru kummer\u010bjali u ekonomiku tal-pajji\u017c.", "Fiha jg\u0127ixu 2,141,993 persuna."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15232", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15232", "title": "Vjetnam", "text": ["Vjetnam", "Ir-Repubblika So\u010bjalista tal-Vjetnam, mag\u0127rufa sempli\u010bement b\u0127ala Vjetnam, hija pajji\u017c fl-Asja, bil-belt kapitali tag\u0127ha tkun Hanoi.", "Il-Vjetnam g\u0127andu popolazzjoni ta' 86 miljun \u2013 it-tlettax-il pajji\u017c l-iktar popolut fid-dinja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15234", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15234", "title": "Madonna ta' Coromoto", "text": ["Madonna ta' Coromoto", "Il-Madonna ta' Coromoto (bl-Ispanjol: \"Nuestra Se\u00f1ora de Coromoto\", mag\u0127rufa wkoll b\u0127ala Il-Ver\u0121ni ta' Coromoto) hija imma\u0121ini li ting\u0127ata \u0121ie\u0127 mill-Kattoli\u010bi li tirrafigura dehra tal-Ver\u0121ni Marija.", "Fl-1950 \u0121iet dikjarata b\u0127ala l-patruna tal-Vene\u017cwela.", "Meta l-belt ta' Guanare (kapitali tal-istat ta' Portuguesa) twaqqfet fl-1591, it-trib\u00f9 Indjan li kien jg\u0127ix dak ir-re\u0121jun, il-Cospes, \u0127arab lejn il-\u0121ungla tat-Tramuntana.", "Kien minn dakinhar li bdiet l-evan\u0121elizzazzjoni ta' dawk l-artijiet.", "L-ewwel dehra tal-Ver\u0121ni Marija kienet nhar it-8 ta' Settembru, 1652, fil-foresta fejn kienu \u0127arbu il-Cospes.", "Il-Madonna dehret lill-Cacique (il-kap tat-trib\u00f9) Coromoto u lil martu u qaltilhom bil-lingwa tag\u0127hom: \"\"Morru fid-dar tal-bojod u saqsuhom biex ixerrdu l-ilma fuqhom sabiex ikunu jistg\u0127u jmorru s-sema\"\".", "Sussegwentament, Marija saqsiet lilu u lit-trib\u00f9 sabiex jir\u010bievu l-mag\u0127mudija.", "It-tradizzjoni orali tg\u0127id li Cacique Coromoto irrakonta lill-encomendero don Juan S\u00e1nchez dwar din il-vi\u017cjoni, fejn qallu biex jipprepara lilu u lit-trib\u00f9 \u0127alli jitg\u0127allmu l-kateki\u017cmu u b'hekk ikunu jistg\u0127u jitg\u0127ammdu fi \u017cmien tmient ijiem.", "Diversi indi\u0121eni Cospes ikkonvertew u \u0121ew mg\u0127ammda, imma mhux il-kap, min\u0127abba li \u0127assu skomdu li ta\u0127t reli\u0121jon \u0121dida ma kienx se jibqa' l-kap le\u0121ittimu tal-poplu tieg\u0127u.", "G\u0127alhekk \u0127arab fil-foresta, fejn hemmhekk il-Madonna re\u0121g\u0127et dehritlu.", "Coromotto, b'suppervja, prova jg\u0127alli idejh sabiex jaqbadha, imma din sparixxiet.", "Din id-dehra \u0121iet konfermata minn sinjal mirakolu\u017c mag\u0127mul minn fibra tal-injam, li \u0121ew imfittixja u aktar tard instabu.", "Illum il-\u0121urnata, din ir-relikwa hi venerata fis-santwarju nazzjonali tal-Madonna ta' Coromotto.", "Cacique Coromoto irrakonta l-istorja fuq kif \u0121ie migdum minn serp velenu\u017c u re\u0121a' lura lejn Guanare imwe\u0121\u0121a' u g\u0127oddu mejjet, u beda jistaqsi sabiex ji\u0121i mg\u0127ammed, mag\u0127mudija li saret fir-re\u0121jun ta Barinas.", "Hu sar Appostlu tal-Kristjane\u017cmu, u bl-isem Kristjan ta' An\u0121lu Kustodju u mfejjaq mill-velenu, Coromoto sejja\u0127 lill-ftit ribelli indi\u0121eni Cospes sabiex jitg\u0127ammdu.", "Fl-1950, il-Papa Piju XII iddikjaraha b\u0127ala l-patruna tal-Vene\u017cwela.", "Il-Papa \u0120wanni Pawlu II fi\u017c-\u017cjara tieg\u0127u fis-santwarju Marjan ta' Guanare inkuruna l-istatwa, u l-Papa Benedittu XVI tella' s-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Coromoto g\u0127all-grad ta' Ba\u017cilika Minuri."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15250", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15250", "title": "Karmenu Mifsud Bonnici", "text": ["Karmenu Mifsud Bonnici", "Karmenu Mifsud Bonnici (Bormla,17 ta' Lulju 1933) kien Priministru ta' Malta bejn l-1984 u l-1987.", "Karmenu Mifsud Bonnici, bin it-tabib Lorenzo Mifsud Bonnici (li kien it-tabib ta' San \u0120or\u0121 Preca) u Caterina imwielda Buttigieg, \u0127a l-edukazzjoni primarja tieg\u0127u fl-iskola tal-Gvern u aktar tard da\u0127al il-Li\u010beo u mbag\u0127ad l-Universit\u00e0 ta' Malta fejn iggradwa fil-Ba\u010bellerat tal-Arti.", "Fl-1954 hu kiseb Dottorat fil-Li\u0121i.", "Bejn l-1967 u 1968 kompla l-istudji tieg\u0127u fit-Tassazzjoni u l-Li\u0121i Industrijali f' \"University College London\".", "Fl-1968, huwa beda jg\u0127allem l-Li\u0121i Fiskali u Industrijali fl-Universit\u00e0 ta' Malta.", "Meta kien student kien membru attiv fl-Azzjoni Kattolika, u aktar tard fil-Moviment \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 \u0126addiema Insara b\u0127ala konsulent legali.", "Fl-istess moviment dak i\u017c-\u017cmien kien hemm ukoll Edward Fenech Adami.", "Mifsud Bonnici kien membru tal-bord editorjali tal-\u0121urnal \"Il-\u0126addiem\" ippubblikat mill-istess moviment.", "Fl-1969, kien ma\u0127tur b\u0127ala konsulent tal-General Workers Union.", "Fl-1980, Mifsud Bonnici n\u0127atar Deputat Mexxej tal-Partit Laburista fuq proposta ta' Dom Mintoff, u fl-1982 b\u0127ala mexxej su\u010b\u010bessur.", "Fit-2 ta' Mejju 1982, Karmenu Mifsud Bonnici kien \"co-opted\" fil-Parlament wara r-ri\u017cenja tal-Membru Parlamentari Pawlu Xuereb, u kien ma\u0127tur b\u0127ala Ministru tax-Xog\u0127ol u s-Servizzi So\u010bjali.", "Fil-5 ta' Settembru 1983, in\u0127atar Deputat Prim Ministru Anzjan u Ministru tal-Edukazzjoni.", "F'dan i\u017c-\u017cmien kien hemm il-Kwistjoni tal-Iskejjel tal-Knisja li l-Gvern riedhom ikunu b'xejn g\u0127al kul\u0127add.", "Karmenu Mifsud Bonnici \u0127a l-\u0121urament ta' Prim Ministru fit-22 ta' Di\u010bembru 1984, wara li dak in-nhar stess fil-Parlament il-Perit Dom Mintoff \u0127abbar ir-rizenja tieg\u0127u.", "Huwa kien l-ewwel Priministru li qabel in\u0127atar qatt ma kien ikkontesta elezzjoni.", "B\u0127ala Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici kien responsabbli mi\u010b-\u010aittadinanza, Uffi\u010b\u010bju Elettorali, Tiftix g\u0127a\u017c-\u017cejt, Xandir, Avjazzjoni \u010aivili u Portijiet fost l-o\u0127rajn.", "Kellu wkoll ir-responsabbiltajiet tal-Intern u l-Edukazzjoni.", "Nhar il-15 ta' April 1986 bombers Amerikani attakkaw Tripli ta\u0127t l-ordnijiet tal-President Ronald Reagan, attakk li kien \u0127alla diversi vittmi, fosthom it-tifla adottiva tal-mexxej Libjan Muammar Gaddafi.", "Karmenu Mifsud Bonnici kien av\u017ca ftit minuti qabel lil Gaddafi b'dan l-attakk imminenti wara li kien twaqqa' ajruplan Amerikan mil-Libjani fil-Golf ta' Sirte li l-Libja kienet issostni li kien ba\u0127ar intern tag\u0127ha.", "Il-pre-avvi\u017c ta' Mifsud Bonnici kien salva \u0127ajjet il-mexxej Libjan.", "Minn Mejju 1987 sa Marzu 1992 huwa kien Kap tal-Oppo\u017cizzjoni, u kien elett fl-elezzjonijiet tal-1987 u l-1992.", "Nhar il-5 ta' Marzu 1992 huwa rri\u017cenja minn mexxej tal-Partit Laburista g\u0127alkemm baqa' deputat parlamentari u attiv fil-Partit.", "F'\u0120unju 2008 huwa mar xe\u0127et il-vot tieg\u0127u g\u0127all-g\u0127a\u017cla tal-mexxej il-\u0121did wara r-ri\u017cenja ta' Alfred Sant.", "Fl-1999 waqqaf is-CNI, Kampanja g\u0127all-\u0126elsien Nazzjonali kontra d-d\u0127ul ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja.", "Huwa baqa' vi\u010bin \u0127afna l-eks Priministru Dom Mintoff.", "F'\u0120unju 2005 Mifsud Bonnici ressaq mozzjoni fil-Konferenza Generali Laburista kontra r-ratifika tat-Trattat Kostituzzjonali Ewropew.", "Fl-indirizz tieghu lid-delegati Mifsud Bonnici qal:", "Dakinhar Mifsud Bonnici tkellem dwar ir-relazzjoni tieghu mal-Partit Laburista.", "Fil-waqt li stqarr dwar l-importanza tad-diskussjoni fil-partit, qal li huwa jrid l-ghaqda fil-Partit Laburista u ma jrid jurta lil hadd u ghalhekk hareg favur l-astensjoni.", "Il-kelliem qal li huwa bl-ebda mod m'ghandu f'mohhu li l-Partit Laburista jinqasam ghax huwa gid xtaq lill-Partit Laburista fl-imghoddi u gid jixtieqlu llum u fil-gejjieni.", "Nhar it-2 ta' Lulju 2005, il-mozzjoni ta' Mifsud Bonnici ma kinitx g\u0127addiet.", "699 delegat ivvutaw favur l-mozzjoni mressqa mill-Ezekuttiv Nazzjonali u mill-Grupp Parlamentari u 118-il vot (14.4%) favur il-mozzjoni mressqa minn Karmenu Mifsud Bonnici.", "Fil-votazzjoni ivvutaw id-delegati kollha, 825 delegat."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15254", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15254", "title": "\u0120or\u0121 Borg Olivier", "text": ["\u0120or\u0121 Borg Olivier", "\u0120or\u0121 Bor\u0121 Olivier (Valletta, 5 ta' Lulju 1911 \u2013 Sliema, 29 ta' Ottubru 1980) kien politiku Malti, mag\u0127ruf l-aktar g\u0127all-kariga tieg\u0127u b\u0127ala Prim Ministru ta' Malta, li fl-1964 \u0121ab l-Indipendenza ta' Malta.", "\u0120or\u0121 Borg Olivier twieled il-Belt Valletta, iben Olivier Borg Olivier de Puget Paleologo (1866\u20131939) u Rosa Amato-Pace.", "\u0126a l-edukazzjoni tieg\u0127u fil-Li\u010beo u fl-Universit\u00e0 Rjali ta' Malta, minn fejn iggradwa b\u0127ala avukat fl-1937.", "Fl-1939 Borg Olivier \u0121ie elett fil-Kunsill tal-Gvern.", "Fl-1947 kien elett fl-Assemblea Le\u0121islattiva f'isem il-Partit Nazzjonalista.", "Meta l-Partit Nazzjonalista, immexxi minn Enrico Mizzi, fl-1950 intalab imexxi gvern ta' minoranza, Borg Olivier in\u0127atar Ministru tax-Xog\u0127ol u Rikostruzzjoni u Ministru tal-Edukazzjoni.", "Wara l-mewt ta' Nerik Mizzi tliet xhur biss wara li dan sar Prim Ministru, f'Di\u010bembru tal-1950 Borg Olivier, ta' 39 sena, in\u0127atar Prim Ministru u Ministru tal-\u0120ustizzja.", "Wara l-elezzjonijiet \u0121enerali tal-1951, Borg Olivier ifforma Gvern ta' koalizzjoni mal-Malta Workers Party ta' Pawlu Boffa.", "Borg Olivier re\u0121a' sar Prim Ministru u kien ukoll il-Ministeru tax-Xog\u0127ol u Rikostruzzjoni.", "Fl-1953, huwa re\u0121a' mexxa l-Gvern ta' koalizzjoni flimkien mal-Malta Workers Party.", "L-elezzjoni tal-1955 intreb\u0127et mill-Partit Laburista mmexxi minn Dom Mintoff.", "Mill-1955 sal-1958 Borg Olivier kien Kap tal-Oppo\u017cizzjoni.", "Bejn \u0120unju u Settembru tal-1955 hu mexxa delegazzjonijiet fil-Malta Round Table Conference u f'Novembru tal-1958 mexxa delegazzjoni g\u0127al ta\u0127didiet f'Londra biex Malta ter\u0121a' ting\u0127ata d-dritt li tiggverna lilha nnifisha.", "Wara l-elezzjoni ta' Frar tal-1962, iddominata mill-Kwistjoni Politiko-Reli\u0121ju\u017ca bejn il-Knisja u l-Partit Laburista, Borg Olivier re\u0121a' sar Prim Ministru fi gvern ta' koalizzjoni.", "Kellu wkoll f'idejh il-Ministeru tal-Ippjanar Ekonomiku u Finanzi.", "F'\u0120unju tas-sena 1962, hu g\u0127amel talba formali biex Malta ssir indipendenti u f'Settembru 1962 attenda l-laqg\u0127a tal-Prim Ministri tal-Commonwealth.", "Fit-13 ta' Lulju, 1963, Borg Olivier mexxa delegazzjoni tal-Gvern Malti fil-Konferenza dwar l-Indipendenza ta' Malta u li fi tmiemha t\u0127abbar li Malta ser issir indipendenti.", "Kellu diversi ta\u0127didiet mal-Gvern Ingli\u017c.", "Il-Kostituzzjoni g\u0127al Malta Indipendenti g\u0127addiet mill-Parlament, u approvata mill-poplu f'referendu fi Frar tal-1964.", "Nhar il-21 ta' Settembru, 1964, Malta saret pajji\u017c indipendenti.", "Dakinhar Borg Olivier tkellem hekk fl-Arena tal-Indipendenza, il-Furjana, huwa u jindirizza lill-Prin\u010bep Filippu, Duka ta' Edinbera:", "F'Marzu tal-1965, Borg Olivier \u0127a f'idejh ukoll il-Ministeru tal-Commonwealth u l-Affarijiet Barranin.", "Fl-elezzjonijiet \u0121enerali li saru f' Marzu 1966, il-Partit Nazzjonalista re\u0121a' tela' fil-Gvern, u Borg Olivier in\u0127atar Prim Ministru u Ministru tal-Commonwealth u l-Affarijiet Barranin.", "Fl-1971 u fl-1976, il-Partit Laburista reba\u0127 l-elezzjonijiet \u0121enerali.", "Fl-1974, Borg Olivier ivvota kontra fil-Parlament li Malta ssir Repubblika, b'differenza mill-po\u017cizzjoni li \u0127adet il-ma\u0121\u0121oranza tad-deputati Nazzjonalisti.", "Wara t-telfa elettorali tal-1976, il-Partit Nazzjonalista g\u0127a\u017cel lil Eddie Fenech Adami b\u0127ala Kap minfloku.", "Borg Olivier i\u017c\u017cewwe\u0121 lil Alexandra Mattei (mietet nhar il-25 ta' Frar 2009) fl-1943.", "Huma kellhom tlett itfal: Angela (mietet 18 ta' Frar 2008), Alexander u Peter.", "Il-Gvern Laburista ta' Mintoff ta lil \u0120or\u0121 Borg Olivier funeral statali fl-1980.", "F'\u0120unju 2010, i\u017c-\u017cew\u0121 ulied subien ta' Borg Olivier idde\u010biedew li jag\u0127mlu irkant ta' diversi o\u0121\u0121etti ta' missierhom, fosthom kwadri, g\u0127amara, pitturi, mapep, u affarijiet dekorattivi.", "Fosthom kien hemm l-iskrivanija personali ta' Borg Olivier li nbieg\u0127et g\u0127al 25,000 ewro."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15257", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15257", "title": "Joseph Muscat", "text": ["Joseph Muscat", "Joseph Muscat (Burmarrad, 22 ta' Jannar 1974) kien is-seba' Prim Ministru ta' Malta indipendenti (2013-2020) u s-seba' mexxej tal-Partit Laburista Malti 2008-2020).", "Huwa \u0127a l-\u0121urament ta' Prim Ministru nhar il-11 ta' Marzu 2013, wara li l-Partit Laburista g\u0127amel wa\u0127da mill-akbar reb\u0127iet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta reba\u0127 l-Elezzjonijiet \u0120enerali 2013 b'ma\u0121\u0121oranza ta' 55% jew 36,000 vot b'vanta\u0121\u0121 inizjali ta' disa' si\u0121\u0121ijiet fil-Parlament.", "Muscat \u0121ab l-ikbar ammont ta' voti li qatt seta' jikseb kandidat fl-Elezzjonijiet \u0120enerali kollha li saru f'Malta, 26,000 vot minn fuq \u017cew\u0121 distretti.", "Wara elezzjoni bikrija fit-3 ta' \u0120unju 2017, huwa kien ikkonfermat fil-kariga wara reb\u0127a o\u0127ra storika kwa\u017ci bl-istess numri.", "Huwa rri\u017cenja minn Prim Ministru nhar it-13 ta' Jannar 2020.", "Bin Salvu, negozjant, u Grace, \u0127ajjata, Joseph Muscat ir\u010bieva l-edukazzjoni tieg\u0127u fl-Iskola ta' St Francis, l-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Ba\u0127ar, l-Iskola Stella Maris, fil-Kulle\u0121\u0121 San Alwigi, u fl-Universit\u00e0 ta' Malta.", "Fl-1995, huwa ggradwa bil-Ba\u010bellerat tal-Kummer\u010b, bi spe\u010bjalizzazzjoni fil-\"Management\" u \"Public Policy\".", "Fl-1996 iggradwa fil-Ba\u010bellerat tal-Arti bl-Unuri fil-Public Policy.", "Fl-1997 \u0121ab il-\"Masters\" tal-Arti fl-Istudji Ewropej u d-Dottorat fil-\"Management Research\" mill-Universit\u00e0 ta' Bristol, b'te\u017ci dwar ri\u010berka innovattiva fuq intrapri\u017ci \u017cg\u0127ar u l-multinazzjonali, fl-2007.", "Fl-1992, meta Muscat kien g\u0127ad kellu 18-il sena, ng\u0127aqad ma' ONE Radio, l-istazzjon tar-radju tal-Partit Laburista, li dak i\u017c-\u017cmien kien jismu Super One Radio.", "Fl-1994 da\u0127al fil-Forum \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 Laburisti (F\u017bL) u n\u0127atar Segretarju Finanzjarju, Deputat Chairperson u A\u0121ent Chairperson.", "Fl-1995, kien elett fl-E\u017cekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista, fejn dam sal-2001 meta n\u0127atar Segretarju Edukattiv tal-Partit Laburista, kariga li \u017camm sal-2004.", "Bejn l-1997 u 1998 huwa ta sehem fl-implimentazzjoni tal-istrate\u0121ija industrijali tal-Gvern Laburista ta' Alfred Sant.", "Kien parti mill-grupp li waqqaf l-Istitut g\u0127all-Promozzjoni tal-Intrapri\u017ci \u017c-\u017bghar (IPSE), li ng\u0127ata fondi Ewropej g\u0127ar-ristrutturar tal-industrija.", "Muscat kien membru tal-Kunsill Nazzjonali ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127, membru tal-Kummissjoni Nazzjonali g\u0127all-Moralit\u00e0 Fiskali u membru tad-Djalogu Ewro-G\u0127arbi tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Kien i\u010b-Chairperson tal-Kumitat tal-Mediterran tal-International Union of Socialist Youth (IUSY) waqt il-laqgha ta' Malta fl-1999, u attenda bosta laqg\u0127at tal-European Young Socialists (ECOSY) f'isem il-Forum \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 Laburisti.", "Fl-2001, Muscat tqabbad mill-Partit Laburista biex jag\u0127mel sit elettroniku tal-a\u0127barijiet bl-Ingli\u017c, \"maltastar.com\".", "Fl-2003, Joseph Muscat in\u0127atar membru fi grupp ta' \u0127idma, immexxi minn George Vella u Evarist Bartolo, li fassal il-politika Laburista dwar l-Unjoni Ewropea, li \u0127are\u0121 id-dokument \"Il-Partit Laburista u l-Unjoni Ewropea: G\u0127all-\u0120id tal-Maltin u l-G\u0127awdxin\" li f'Novembru ta' dik is-sena kien a\u010b\u010bettat mill-Konferenza \u0120enerali.", "Fl-istess konferenza, Muscat kien approvat b\u0127ala kandidat tal-Partit Laburista g\u0127all-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Muscat \u0121ie elett fil-Parlament Ewropew f'\u0120unju 2004 bi kwa\u017ci 37,000 vot, l-iktar kandidat li \u0121ab voti g\u0127all-Partit Laburista.", "Fil-Parlament Ewropew, Muscat kien membru tal-Kumitat g\u0127all-Ekonomija u Affarijiet Monetarji, il-Kumitat g\u0127as-Suq Intern u Protezzjoni tal-Konsumatur.", "Fl-2007, kien elett Vi\u010bi President tal-Kumitat g\u0127all-Ekonomija u Affarijiet Monetarji tal-Parlament Ewropew.", "Muscat tqabbad ukoll jag\u0127mel rapporti fuq il-kontijiet tat-telefonija \u010bellulari (Roaming) u rapport fuq il-bejg\u0127 u xiri tal-banek.", "\u0126adem fuq it-tne\u0127\u0127ija tat-taxxa fuq id-dixxijiet tas-satelliti, d-dritt li konsumaturi jaraw avvenimenti sportivi ewlenin ming\u0127ajr \u0127las, u l-kwistjoni tar-re\u0121istrazzjoni tal-medi\u010bini.", "Muscat irri\u017cenja mill-Parlament Ewropew fil-25 ta' Settembru 2008 biex jie\u0127u postu fil-Parlament Malti u jassumi l-irwol ta' Kap tal-Oppo\u017cizzjoni wara li kien elett Mexxej tal-Partit Laburista.", "Nhar l-24 ta' Marzu 2008 Muscat \u0127abbar il-kandidatura tieg\u0127u g\u0127al Mexxej tal-Partit Laburista, wara r-ri\u017cenja ta' Alfred Sant.", "Nhar il-5 ta' \u0120unju 435 minn 879 delegat ivvutaw g\u0127al Joseph Muscat, 3 voti biss inqas mill-kwota me\u0127tie\u0121a, ji\u0121ifieri 50% u wie\u0127ed tal-voti validi mitfug\u0127in.", "It-tieni l-eqreb kontestant lejn Joseph Muscat kien George Abela, li kiseb 200 vot.", "It-tliet kontestanti l-o\u0127ra li kienu eliminati mit-ti\u0121rija g\u0127all-\u0127atra ta' Mexxej Laburista - Michael Falzon, Evarist Bartolo u Marie Louise Coleiro Preca kisbu 181 vot, 32 vot u 26 vot rispettivament.", "L-g\u0127ada 865 delegat re\u0121g\u0127u vvutaw f'votazzjoni o\u0127ra bejn Joseph Muscat u George Abela biss, li fiha Muscat kiseb 574 vot, 66%.", "George Abela kiseb 291 vot, 34%.", "Dan kien \u017cieda ta' 139 vot fuq l-ammont tal-jum ta' qabel fil-ka\u017c ta' Joseph Muscat u \u017cieda ta' 91 vot fil-ka\u017c ta' George Abela.", "Mat-t\u0127abbira tar-reb\u0127a tieg\u0127u, Muscat talab lil dawk kollha li kienu fis-sala biex jag\u0127tu applaws kbir lil George Abela.", "B'messa\u0121\u0121 dirett lejn Abela, Muscat qallu li dik hija daru u li fil-Partit Laburista hemm post g\u0127alih.", "Nhar it-8 ta' \u0120unju 2008, Muscat g\u0127amel \"mass rally\" fil-Kwartieri tal-Partit fil-\u0126amrun li fih dehru eks-Membri Parlamentari Laburisti u eks-Ministri Laburisti li kienu ilhom ma jidhru fil-Partit Laburista b\u0127al John Dalli, Salvu Sant, Lino Debono, Bertu Pace, Joe Abela, Joe Brincat, Maria Camilleri, Joe Micallef Stafrace, Joe Grima, Reno Calleja, Louis Buhagiar, Philip Muscat, Joseph Saliba, Carmelo Brincat u Paul Chetcuti Caruana.", "Bag\u0127tu t-tislijiet tag\u0127hom, imma min\u0127abba impenji o\u0127rajn ma setg\u0127ux ji\u0121u Carmen Sant, Carmelo Borg, Daniel Piscopo, Cettina Darmenia Brincat, Alex Sciberras Trigona u Carmelo Buttigieg.", "Muscat qal li hu kien stieden b'mod personali lil dawk kollha li kienu jirrappre\u017centaw lil Partit Laburista fil-Parlament tul i\u017c-\u017cmien kollu u lil dawn qalilhom li:", "Joseph Muscat, g\u0127amel diskors li baqa' mag\u0127ruf, meta qal lil dawk pre\u017centi:", "Muscat semma l-mexxejja tal-Partit Laburista, lil Willie Savona li \u0127oloq u mexxa lill-Partit Laburista fi \u017cmien meta l-\u0127sibijiet tieg\u0127u ma kinux ji\u0121u milqug\u0127in.", "Semma li qed jimla l-post ta' Pawlu Boffa li kien il-bniedem li ta tifsira lid-demokrazija so\u010bjali bil-fatti.", "Qal li huwa \u0121ej wara dak li kien, g\u0127adu, u jibqa' Missier il-Partit Laburista, Dom Mintoff, liema isem \u0127add mhu se j\u0127assru minn qalbu.", "Semma li die\u0127el fl-istess post tal-bniedem li \u017camm flimkien lill-Partit Laburista fi \u017cmien tant delikat, Karmenu Mifsud Bonnici u finalment qal li huwa qieg\u0127ed ji\u0121i fdat bil-fidu\u010bja biex jimla l-post tal-bnidem li g\u0127aqqad lill-Partit Laburista, Alfred Sant.", "I\u017cda qal li", "Muscat kien ko-optjat fil-Parlament Malti nhar l-1 ta' Ottubru 2008 biex jimla s-si\u0121\u0121u tad-Deputat Laburista Joseph Cuschieri.", "\u0120img\u0127a wara l-\u0127atra tieg\u0127u b\u0127ala Mexxej, Muscat stieden lil Dom Mintoff i\u017cur il-Kwartieri \u0120enerali tal-Partit.", "Nhar il-31 ta' Marzu 2009, Mintoff attenda g\u0127a\u010b-\u010bele\u00adb\u00adrazzjonijiet tat-30 sena ta' Jum il-\u0126el\u00adsien organizzati mill-Partit Laburista fil-Birgu.", "Nhar il-5 ta' Dicembru, 2009, Dom Mintoff g\u0127amel \u017cjara fi\u010b-\u010aentru Naz\u00adzjonali Laburista l-\u0126amrun, l-ewwel darba li Mintoff da\u0127al f'dan il-bini li ilu jservi ta' kwartieri tal-Partit Laburista sa mill-1995.", "Mintoff intlaqa' fi\u010b-\u010aentru minn Muscat li mbag\u0127ad kellhom laqg\u0127a privata flimkien fl-uffi\u010b\u010bju tieg\u0127u.", "Fl-ewwel tliet snin tat-tmexxija ta' Joseph Muscat ing\u0127aqdu mal-Partit Laburista persuni li qabel kienu ja\u0127dmu fil-kamp Nazzjonalista b\u0127al Manuel Mallia (li fl-2013 sar il-Ministru tal-Intern u Sigurt\u00e0 Nazzjonali)Marisa Micallef Leyson, Mario Farrugia Borg, Deborah Schembri (li fl-2013 telg\u0127et fil-Parlament) u Cyrus Engerer (li \u0127iere\u0121 g\u0127all-Elezzjonijiet Ewropej tal-2014).", "\u0126are\u0121 ukoll mal-Partit Laburista g\u0127all-elezzjonijiet Ewropej il-Professur Edward Scicluna, li qabel ma kienx fil-politika u li fl-2013 sar Ministru tal-Finanzi, u Dr. Konrad Mizzi (li fl-2013 sar Ministru g\u0127all-Ener\u0121ija u wara Ministru g\u0127all-Ener\u0121ija u s-Sa\u0127\u0127a, qabel ma tne\u0127\u0127ielu l-portafoll min\u0127abba li ismu deher fil-Panama Papers, b\u0127ala azzjonist ewlieni ta' kumpanija sigrieta fil-Panama).", "Lydia Abela, mart iben il-President George Abela saret is-segretarju e\u017cekuttiv tal-Partit Laburista.", "Robert Abela, bin il-President, ikkampanja fl-elezzjoni \u0121enerali favur il-Partit Laburista.", "John Bundy, eks-kandidat tal-PN, beda jippre\u017centa programm fuq ONE TV.", "Fil-Konferenza \u0120enerali tal-2011, \u0127abbru li se jo\u0127or\u0121u g\u0127all-ewwel darba g\u0127all-elezzjoni mal-Partit il-mu\u017ci\u010bista Sigmund Mifsud, l-avukat tal-General Workers' Union Joanne Vella Cuschieri, u t-tobba Deo Debattista (li fl-2013 tela' fil-Parlament) u Silvio Grixti.", "Nhar is-6 ta' \u0120unju 2009, Muscat iffa\u010b\u010bja l-ewwel elezzjoni tieg\u0127u b\u0127ala Mexxej tal-Partit Laburista, sena wara l-\u0127atra tieg\u0127u.", "Il-Partit Laburista reba\u0127 l-Elezzjonijiet Ewropej b'55% tal-voti, 35,600 vot iktar mill-Partit Nazzjonalista, li \u0121ab 40% tal-voti.", "Il-Partit Laburista \u0121ab 7% aktar minn kemm kien \u0121ab fl-2004.", "Re\u0121a' \u0121ab 3 si\u0121\u0121ijiet minn 5, u jie\u0127u anke s-sitt si\u0121\u0121u meta dan ji\u0121i approvat it-Trattat ta' Lisbona.", "Il-kandidat minn fost it-tnax li kienu qeg\u0127din jikkontestaw f'isem il-Partit Laburista bl-akbar g\u0127add ta' voti fl-ewwel g\u0127add kien Louis Grech, il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija g\u0127all-Parlament Ewropew li kiseb 27,753 vot, 20% tal-voti li kiseb il-Partit Laburista jew 11% tal-voti kollha miftug\u0127in f'din l-elezzjoni; \u017cieda ta' 12,382 vot fuq kemm kien \u0121ab fl-ewwel Elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2004.", "Il-Professur Edward Scicluna li kkontesta l-ewwel darba f'isem il-Partit Laburista, \u0121ab 24,574 vot (9.7% tal-voti mitfug\u0127in u 18% tal-voti Laburisti).", "John Attard Montalto naqqas 12,407 vot u \u0121ab 12,880 jew 9.5% tal-voti kollha li nkisbu mill-Partit Laburista, imma xorta kien elett bil-voti li wiret.", "Joseph Cuschieri \u0121ab 19,672 vot (7.7% tal-voti miftug\u0127in u 14.5% tal-voti tal-Partit Laburista.", "Glenn Bedingfield \u0121ab 4,982 vot u ma kienx elett, 8,453 inqas mill-voti li kien kiseb fl-ewwel g\u0127add ta' \u0127ames snin ilu meta dakinhar huwa kiseb 13,435 vot.", "Marlene Mizzi li ukoll ikkontestat g\u0127all-ewwel darba f'isem il-Partit Laburista, \u0121abet 17,724 vot (7% tal-voti mitfug\u0127in jew 13% tal-voti Laburisti) imma ma kinitx eletta.", "Sa minn qabel il-\u0127atra tieg\u0127u b\u0127ala mexxej tal-Partit Laburista f'\u0120unju 2008, Joseph Muscat wieg\u0127ed kemm-il darba li fl-ewwel darba li jkun hemm Gvern Laburista hu personalment (\"Private Member's Bill\") kien se jressaq li\u0121i tad-divorzju g\u0127all-approvazzjoni tal-Parlament.", "Nhar is-6 ta' Lulju 2010, id-Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando ressaq \"Private Member's Bill\" fil-Parlament biex ji\u0121i introdott id-divorzju.", "F'Novembru 2010 twaqqaf il-Moviment Iva g\u0127ad-Divorzju, b'Deborah Schembri, \u010berpersin tal-moviment, u b'membri prominenti b\u0127all-Membru Parlamentari u eks-Ministru Laburista Evarist Bartolo, u Jeffrey Pulli\u00adcino Orlando, i\u010b-\u010aerpersin tal-Alternattiva Michael Briguglio, l-eks Ministru Nazzjonalista Michael Falzon u Marlene Mizzi.", "Nhar is-16 ta' Marzu 2011 tressqet mozzjoni tal-Oppo\u017cizzjoni quddiem il-Parlament dwar kif g\u0127andha tkun il-mistoqsija tar-referendum li se jsir fit-28 ta' Mejju 2011, ji\u0121ifieri \"Taqbel mal-introduzzjoni tal-g\u0127a\u017cla tad-divorzju f'ka\u017c ta' koppja mi\u017c\u00ad\u017cew\u0121a li tkun ilha sseparata jew tkun ilha ma tg\u0127ix flimkien g\u0127al mill-inqas erba' snin u meta ma jkun hemm l-ebda tama ra\u0121jonevoli ta' rikon\u010biljazzjoni bejn il-mi\u017c\u017cew\u0121in, fil-waqt li jkun garantit manteniment adegwat u jkunu m\u0127arsa t-tfal?\"", "Din g\u0127addiet g\u0127ax ivvutat g\u0127aliha l-Oppo\u017cizzjoni kollha u \u017cew\u0121 Membri Parlamentari Nazzjonalisti, Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett.", "G\u0127ar-Referendum tat-28 ta' Mejju \u0127ar\u0121u jivvutaw 232,691 persuna jew 73% ta' dawk li kellhom dritt jivvutaw, u dan g\u0127adda b'ma\u0121\u0121oranza ta' 53.2%, b'distakk ta' 14,576 vot.", "L-g\u0127ada, Muscat sejja\u0127 konferenza tal-a\u0127barijiet li fiha ddikjara li b'dan ir-ri\u017cultat, bdiet titwieled Malta differenti, Malta \u0121dida.", "Nhar it-2 ta' \u0120unju 2011, id-deputata Laburista Marie Louise Coleiro Preca \u0127abbret li fi\u010b-\u010birkostanzi kif \u017cviluppaw mhux se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni \u0121enerali li jmiss b\u0127ala kandidata elettorali f'isem il-Partit Laburista.", "Qalet li kienet di\u0121a' infurmat lill-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni Joseph Muscat b'din id-de\u010bi\u017cjoni nhar it-Tlieta 31 ta' Mejju, ji\u0121ifieri jumejn wara li t\u0127abbar ir-ri\u017cultat tar-referendum.", "Fi stqarrija l-\u0121urnata ta' qabel, hija kienet semmiet kif kien hemm min hedded, immalafama u intimida lilha u lill-familja tag\u0127ha dwar il-po\u017cizzjoni li kienet \u0127adet fil-kampanja g\u0127ar-referendum, kontra d-d\u0127ul tad-divorzju.", "I\u017cda tmintax-il jum wara din l-istqarrija, nhar l-20 ta' \u0120unju, Coleiro Preca \u0127abbret li se ter\u0121a' tikkontesta mill-\u0121did l-elezzjoni \u0121enerali li jmiss mal-Partit Laburista wara t-turija kbira ta' appo\u0121\u0121 u solidarjeta' li l-elettorat tas-Sitt Distrett u l-insistenza u l-\u0127e\u0121\u0121a li urew l-eluf ta' familji fid-distrett u barra minnu biex ter\u0121a' tikkounsidra d-de\u010bi\u017cjoni tag\u0127ha, \u0121abuha f'qag\u0127da li kellha tirrifletti bis-s\u0127i\u0127 fuq id-de\u010bi\u017cjoni li kienet \u0127adet.", "Hi semmiet ukoll l-istqarrijiet tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat li ikkonferma li hi kienet konformi mal-linja tal-partit komplew g\u0127abbewha bil-pi\u017c biex tirrevedi d-de\u010bi\u017cjoni dwar il-kandidatura tag\u0127ha.", "Nhar it-3 ta' \u0120unju, l-avukatessa Deborah Schembri, \u010berpersin tal-moviment \"Iva g\u0127ad-Divorzju\", \u0127abbret li fl-elezzjoni \u0121enerali li kien imiss kienet se tikkontesta f'isem il-Partit Laburista wara talba li saritilha minn Muscat.", "Nhar it-13 ta' Lulju 2011, g\u0127adda mill-Parlament it-tieni qari tal-abbozz ta' li\u0121i dwar id-d\u0127ul tad-divorzju f'Malta, b'44 vot favur, 13-il vot kontra u 12-il astensjoni.", "Il-Prim ministru Gonzi u l-Ministri kollha, barra wie\u0127ed (Joseph Cassar) ivvutaw kontra jew astjenew.", "Il-Membri Parlamentari tal-Oppo\u017cizzjoni vvutaw kollha favur, \u0127lief Adrian Vassallo li vvota kontra u Marie-Louise Coleiro Preca li astjeniet.", "Tnax -il Membru Parlamentari Nazzjonalista vvutaw favur.", "Nhar il-15 ta' Lulju 2011 il-Vi\u010bi Sindku ta' Tas-Sliema Cyrus Engerer irri\u017cenja minn kull kariga fi \u0127dan il-Partit Nazzjonalista u ng\u0127aqad mal-Partit Laburista.", "Dan g\u0127amlu g\u0127ax iddi\u017cappunta ru\u0127u g\u0127all-mod kif il-Prim Ministru vvota fil-parlament dwar it-tieni qari tal-abbozz tal-li\u0121i dwar id-divorzju u \"l-prin\u010bipji u l-valuri liberali u demokrati\u010bi tieg\u0127i huma f'kunflitt mal-pratti\u010bi li qed jippersistu fil-Partit Nazzjonalista\".", "Nhar l-10 ta' Marzu 2012, il-Partit Laburista reba\u0127 l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru f'35 lokalit\u00e0 madwar Malta u G\u0127awdex bi swing ta' 5.5% fil-voti g\u0127all-Partit Laburista u tnaqqis ta' 5.26% fil-voti g\u0127all-Partit Nazzjonalista.", "F'dawn l-elezzjonijiet \u0127ar\u0121u jivvotaw ftit aktar minn 59%, bi kwa\u017ci 56% tal-voti jmorru g\u0127all-PL.", "Il-PL reba\u0127 lokalitajiet li tradizzjonalment dejjem kienu f'idejn il-PN, f'San Pawl il-Ba\u0127ar, \u0126al Safi u l-Qala.", "F'lokalitajiet o\u0127rajn tradizzjonalment Nazzjonalisti, il-PL irnexxielu j\u017cid il-voti b'persenta\u0121\u0121i sostanzjali fosthom f'\u0126al Balzan, is-Si\u0121\u0121iewi u San \u0120iljan fejn \u017cied il-voti b'7%, b'4% u 10.7% rispettivament.", "Minn 35 lokalit\u00e0 li fihom saru l-elezzjonijiet, f'21 minnhom il-Partit Laburista \u0121ab ma\u0121\u0121oranza tal-voti.", "B'kollox kien hemm 61,751 li vvutaw g\u0127all-Partit Laburista, 46,409 li vvutaw g\u0127all-Partit Nazzjonalista, 1,797 vot g\u0127all-Alternattiva Demokratika u 960 g\u0127all-kandidati indipendenti.", "Il-PL \u0121ab 15,342 vot iktar mill-PN, 14% iktar.", "Nhar l-10 ta' Di\u010bembru 2012, Franco Debono flimkien mal-Oppo\u017cizzjoni Laburista vvutaw fil-Parlament kontra l- Ba\u0121it imressaq \u0121imag\u0127tejn qabel u allura dan m'g\u0127addiex b'35 vot kontra l-34 favur, u l-Gvern Nazzjonalista waqa'.", "Dan \u0121ieg\u0127el lill-Prim ministru Lawrence Gonzi imur l-g\u0127ada g\u0127and il-President tar-Repubblika Dr George Abela fil-Palazz il-Belt biex jissu\u0121\u0121erilu li l-Parlament ji\u0121i xolt u tissejja\u0127 elezzjoni \u0121enerali bil-Parlament ixolji fis-7 ta' Jannar, 2013, waqt li l-elezzjoni \u0121enerali ssir fl-istess jum mal-elezzjoni tal- kunsilli lokali, ji\u0121ifieri s-Sibt 9 ta' Marzu 2013.", "Il-Partit Laburista g\u0127amel wa\u0127da mill-akbar reb\u0127iet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta reba\u0127 l-Elezzjonijiet \u0120enerali 2013 b'ma\u0121\u0121oranza ta' 167,533 vot, 35,107 aktar mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 132,426 vot f'dik li tista' ti\u0121i meqjusa b\u0127ala l-ikbar differenza g\u0127al diversi snin tant li b\u0127ala persenta\u0121\u0121i l-PL \u0121ab kwa\u017ci 55% u l-PN 43%, kif kien \u0127abbar kull st\u0127arri\u0121 li sar qabel l-elezzjoni.", "Il-PL ing\u0127ata vanta\u0121\u0121 ta' disa' si\u0121\u0121ijiet fil-Parlament.", "Il-vanta\u0121\u0121 tas-si\u0121\u0121ijiet \u0121ie mnaqqas g\u0127al seba, b'segwitu ta' pro\u010bedimenti fil-Qorti Kostituzzjonali, fejn \u0121ie konfermat \u017cball fl-g\u0127add tal-voti.", "Muscat li n\u0127atar Prim ministru fil-11 ta' Marzu 2013, kiseb 26,170 vot b\u0127ala l-ewwel preferenza mi\u017c-\u017cew\u0121 distretti li kkontesta fuqhom, 13,968 vot mit-Tieni Distrett u 12,202 vot mir-Raba' Distrett, ifisser li Muscat kiseb aktar voti personali milli qatt kisbu \u017cew\u0121 persuni meqjusin kbar fix-xena politika lokali, Dom Mintoff u Eddie Fenech Adami", "F'Marzu 2013, fl-istess jum tal-Elezzjonijiet \u0120enerali 2013, il-Partit Laburista re\u0121a' reba\u0127 l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru fi 33 lokalit\u00e0 u \u017cied il-voti fuq l-elezzjonijiet ta' erba' snin qabel fl-istess lokalitajiet bi 2.2% biex issa \u0121ab kwa\u017ci 57%.", "Min-na\u0127a tieg\u0127u, il-Partit Nazzjonalista naq\u00adqas il-voti bi kwa\u017ci 2% u \u0121ab 42%.", "F'dawn l-elezzjonijiet, il-Partit Laburista reba\u0127 g\u0127all-ewwel darba il-kunsill lokali ta' Birkirkara u kien hemm \u0127ames lokalitajiet o\u0127ra li fihom il-Partit Nazzjonalista tilef il-ma\u0121\u0121oranza: l-Imtarfa, Tal-Piet\u00e0, il-Mellie\u0127a, l-Imqabba u Santa Venera.", "Hekk fl-2013, il-Partit Laburista g\u0127andu kwa\u017ci \u017cew\u0121 terzi, 65%, tal-lokalitajiet kollha f'idejh, 44 lokalit\u00e0 minn 68.", "Joseph Muscat \u0127a l-\u0121urament ta' Prim ministru nhar il-11 ta' Marzu 2013 fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta.", "B\u0127ala Prim Ministru huwa kien responsabbli ukoll mill-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet, l-Amministrazzjoni Pubblika, il-Ko-ordinazzjoni ta' Politika Strate\u0121ika, it-Taqsima tal-Immani\u0121\u0121jar tal-Effi\u010bjenza, l-Informazzjoni, l-Ippjanar u Kordinazzjoni ta' Prijoritajiet, il-MEPA, l-Istamperija tal-Gvern, id-Dipartiment tal-Artijiet, ir-Re\u0121istru tal-Artijiet u l-Uffi\u010b\u010bju Kon\u0121unt.", "Jumejn wara \u0121ie ffurmat il-kabinett ta' gvern \u0121did, mag\u0127mul minn 14-il Ministru u 8 Segretarji Parlamentari, wie\u0127ed mill-akbar kabinetti fl-istorja politika Maltija.", "F'dan il-Kabinett in\u0127olqu \u017cew\u0121 Ministeri \u0121odda: dak g\u0127all-Affarijiet Ewropej, u l-Ministeru g\u0127ad-Djalogu So\u010bjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Drittijiet \u010aivili.", "In\u0127olqu 7 segretarjati parlamentari \u0121odda: dak g\u0127all-Ippjanar, dak g\u0127all-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Presidenza Ewropea 2017, dak g\u0127all-Kultura u Gvern Lokali, dak g\u0127ar-Ri\u010berka, Innovazzjoni, \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 u Sport, dak g\u0127all-Agrikoltura s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, dak g\u0127all-kompetittivita' u t-Tkabbir Ekonomiku, dak g\u0127all-Anzjanita' Attiva u d-Drittijiet ta' Persuni b' Di\u017cabilita', u dak g\u0127all-\u0120ustizzja.", "Fl-ewwel xhur tal-Gvern, saru diversi \u0127atriet \u0121odda fosthom Kummissarju \u0121did tal-Pulizija, Peter Paul Zammit.", "Franco Debono in\u0127atar Kummissarju g\u0127al-Li\u0121ijiet, u Giovanni Bonello in\u0127atar President tal-Kummissjoni g\u0127ar-Riforma fil-\u0120ustizzja.", "Tonio Portughese sar i\u010b-\u010aermen \u0121did tal-PBS, ix-Xandir Pubbliku, u Reno Bugeja sar il-Kap tat-Taqsima tal-A\u0127barijiet.", "Wara li nstabu serje ta' abbu\u017ci fil-\u0127abs, irri\u017cenja d-Direttur tal-\u0126abs.", "Oliver Friggieri n\u0127atar \u010bermen tal-Fondazzjoni \u010aelebrazzjonijiet Nazzjonali Maltin.", "Helen D'Amato kienet konfermata Kummissarju g\u0127at-tfal.", "John Dalli kien ma\u0127tur mill-Gvern biex jag\u0127mel riforma fl-Isptar Mater Dei.", "Fil-qasam tal-edukazzjoni, il-Gvern Laburista beda strate\u0121ija nazzjonali kontra l-illitteri\u017cmu u \u0127are\u0121 \u017cew\u0121 miljun ewro f'opportunitajiet \u0121odda ta' scholarships ta' Masters u Dottorat.", "Fil-qasam tax-xog\u0127ol beda l-istrate\u0121ija \"Jobs+\" bil-g\u0127an li l-\u0127addiema, b'mod partikolari \u017cg\u0127a\u017cag\u0127, ikunu iktar im\u0127arr\u0121a u jag\u0127tu iktar valur lil min jimpjega.", "Nieda l-\"Global Residence Scheme\" u g\u0127amel sej\u0127a g\u0127all-interess fl-i\u017cvilupp tal-eks-shipbuilding, b\u0127ala parti mill-istrate\u0121ija li jag\u0127mel minn Malta hub marittimu tal-aqwa kwalit\u00e0 fil-Mediterran.", "Naqqas it-tariffi tal-MEPA biex jitnaqqsu l-pi\u017cijiet fuq kull min irid jinvesti f'daru jew fuq in-negozju tieg\u0127u.", "Saret sej\u0127a g\u0127all-interess biex ikun \u017cviluppat \"cruise terminal\" f'G\u0127awdex u l-pjan \u0121did tal-ener\u0121ija, li g\u0127alih dsatax-il kumpanija li wrew interess u \u0127dax li issa ntg\u0127a\u017clu biex jikkompetu g\u0127al dan il-pro\u0121ett.", "Fil-qasam tad-drittijiet \u010bivili, il-Gvern emenda l-li\u0121i biex persuna transesswali tkun tista' ti\u017c\u017cewwe\u0121.", "Waqqaf ukoll Kunsill Konsultattiv li se jkun qed ifassal il-li\u0121i tal-unjoni \u010bivili g\u0127al koppji tal-istess sess.", "Ta d-dritt tal-vot lil \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ta' sittax-il sena fl-elezzjonijiet lokali.", "Ne\u0127\u0127a l-li\u0121i tal-preskrizzjoni fuq reati ta' korruzzjoni politika g\u0127all-politi\u010bi u dawk kompli\u010bi mag\u0127hom.", "Bejn it-3 u l-25 ta' \u0120unju 2013, fil-Ber\u0121a ta' Kastilja, saret il-konsultazzjoni pubblika bit-tema \"Gvern Li Jisma\"', bl-g\u0127an li l-membri kollha tal-Kabinett jisimg\u0127u lin-nies sa mill-bidu nett tal-le\u0121islatura u mhux lejliet l-elezzjoni \u0121enerali sabiex il-Gvern jasal g\u0127ad-de\u010bi\u017cjonijiet tieg\u0127u wara li jkun sema' bir-reqqa dak li g\u0127andhom xi jg\u0127idu l-Maltin.", "Kull Ministru u kull Segretarju Parlamentari po\u0121\u0121a lilu nnifsu g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni ta' dawk kollha li xtaqu jaqsmu mag\u0127hom il-\u0127sibijiet, l-ideat u l-proposti tag\u0127hom.", "B'kollox g\u0127al dawn il-laqg\u0127at attendew madwar 3,200 persuna minn Malta, G\u0127awdex u anki barranin residenti Malta.", "Dawn il-laqg\u0127at damu tletin sieg\u0127a mifruxin fuq erba' \u0121img\u0127at.", "Waqthom, kien hemm xejn inqas minn 600 intervent.", "Dawn il-konsultazzjonijiet pubbli\u010bi ser jibqg\u0127u jsiru kull sitt xhur, bis-sensiela ta' laqg\u0127at li jmiss ippjanata li tibda f'Jannar 2014.", "Il-Kabinett ma baqax biss jiltaqa' Kastilja i\u017cda wkoll f'diversi lokalitajiet madwar Malta u G\u0127awdex matul il-legi\u017clatura biex jag\u0127ti \u010b-\u010bans li\u010b-\u010bittadini u r-rapprezentanti taghhom fil-Kunsilli Lokali biex jsemmu lehinhom.", "Fl-elezzjonijiet ka\u017cwali tal-Elezzjonijiet Ewropej li saru f'April 2013, il-Partit Laburista tella' l-ewwel Membru tal-Parlament Ewropew mara fl-istorja politika Maltija, Marlene Mizzi, li kienet \u010bermen tas-Sea Malta, u \u0121abet kwa\u017ci 24,000 vot.", "Muscat \u017car l-Istati Uniti u l-Kanada, fejn filwaqt li fl-Istati Uniti ndirizza l-Assemblea \u0120enerali tal-\u0120nus Mag\u0127quda u kellu g\u0127add kbir ta' laqg\u0127at ma' mexxejja diversi minn pajji\u017ci minn madwar id-dinja u anke laqg\u0127at mal-kommunit\u00e0 Maltija, fil-Kanada ffokka l-attenzjoni tieg\u0127u fuq il-laqg\u0127at mal-komunitajiet Maltin.", "Muscat g\u0127amel l-ewwel \u017cjara li qatt g\u0127amel Priministru Malti f'I\u017crael.", "Huwa tella' mieg\u0127u delegazzjoni kummer\u010bjali fl-I\u017crael u l-Palestina.", "Kellu ta\u0127ditiet mal-Gvern tal-Kuwajt dwar diversi opportunitajiet g\u0127a\u017c-\u017cew\u0121 pajji\u017ci fejn ukoll il-kumpanija tal-investiment tal-Gvern tal-Kuwajt xtrat il-ma\u0121\u0121oranza tal-ishma fil-Fimbank.", "Wara ta\u0127ditiet mal-Gvern Laburista Malti, l-Istati Uniti g\u0127a\u017clu lil Malta biex f'pajjizna jkun ibba\u017cat Istitut dwar il-\u0120ustizzja.", "Fuq it-t\u0127affir g\u0127a\u017c-\u017cejt f'\u017coni kkontestati, il-Gvern la\u0127aq ftehim ta' strate\u0121ija, biex issir \u0127idma flimkien mal-Libja fuq esplorazzjoni ta\u017c-\u017cejt fin-Nofsinhar u ftehim simili \u0121ie re\u0121istrat mal-Italja biex jittie\u0127du inizjattivi flimkien fit-Tramuntana.", "Tibdil fis-sistema li biha ji\u0121u determinati l-prezzijiet ta\u010b-\u010bilindri tal-gass biex ikun hemm aktar stabbilit\u00e0 fil-prezz fuq medda ta' xhur, bl-iskop li l-konsumatur ikun jista' jippjana a\u0127jar.", "\u20ac3 miljun fi pro\u0121etti fil-lokalit\u00e0 ta' Bir\u017cebbu\u0121a.", "Idde\u010bieda li aktar minn 40,000 familja jir\u010bievu \u010b-Children's Allowance u s-Supplementari qabel i\u017c-\u017cmien biex ikunu jistg\u0127u jixtru l-b\u017connijiet ta' wliedhom qabel il-bidu ta' sena skolastika \u0121dida.", "Malta rre\u0121istrat it-tieni l-og\u0127la rata ta' \u017cieda ta' kummer\u010b fil-\u0127wienet fost il-pajji\u017ci kollha tal-Unjoni Ewropea f'dawn l-a\u0127\u0127ar xhur.", "Il-pro\u0121ett \u0121did tal-\u00adener\u0121ija kif propost se jkun ifisser 50% inqas emissjonijiet u 90% inqas ta' trab fl-arja.", "It-telf fl-Air Malta ni\u017cel minn \u20ac6.1 miljun g\u0127al \u20ac3.3 miljun.", "Bini ta' sptar g\u0127all-kura mentali vi\u010bin l-Isptar Mater Dei, biex il-pazjent i\u0127ossu aktar integrat fis-sistema tas-sa\u0127\u0127a.", "Wara li f'Marzu 2013, il-Gvern Laburista g\u0127adda mill-Parlament il-Budget li ma kienx g\u0127adda fil-Le\u0121islatura ta' qabel meta waqa' l-Gvern Nazzjonalista, il-Gvern immexxi minn Muscat ressaq l-ewwel veru budget tieg\u0127u fl-4 ta' Novembru 2013.", "Dan kien budget imfa\u0127\u0127ar mill-korpi kostitwiti kollha, u f'\u0127afna elementi tieg\u0127u anke mill-Oppo\u017cizzjoni Nazzjonalista.", "Fost l-aktar mi\u017curi li ssemmew f'dan il-budget kien hemm li :", "fil-qasam tal-ener\u0121ija", "fil-qasam tax-Xog\u0127ol", "F'G\u0127awdex", "Fl-Edukazzjoni", "Fit-trasport", "Fis-sa\u0127\u0127a", "Fil-qasam tad-djar", "Fil-qasam tal-anzjani u r-romol", "Fit-tieni ta' amministrazzjoni Laburista, l-ekonomija Maltija kompliet tikber b'rata ta' 3.2% f'termini reali, bi tkabbir ekonomiku fost l-og\u0127la fl-Unjoni Ewropea.", "L-ammont totali tal-pagi tal-impjegati kiber b'5.6%.", "Fl-istess waqt, il-profitti tal-kumpaniji \u017cdiedu b'1.7%.", "F'sena, in\u0127olqu 'l fuq minn 6,000 impjieg \u0121did li jfisser aktar minn 17-il impjieg \u0121did kuljum.", "Kien is-settur privat li xpruna l-\u0127olqien ta' dawn l-impjiegi permezz tal-inga\u0121\u0121 ta' aktar minn 4,000 impjieg \u0121did full-time.", "Setturi b\u0127al manifattura, tar-retail u kostruzzjoni kellhom ukoll \u017cieda fl-impjiegi.", "Ir-rata tal-qg\u0127ad ni\u017clet g\u0127al 5.8 fil-mija li hi l-anqas rata li qatt rat Malta kif ukoll fost l-anqas rati fl-Unjoni Ewropea.", "I\u017c-\u017cieda fil-prezzijiet bdiet kull ma tmur tonqos spe\u010bjalmenti wara r-ro\u0127s fit-tariffi tad-dawl u l-ilma g\u0127all-familji.", "F'Settembru 2014, ir-rata tal-inflazzjoni kienet ta' 0.6%.", "Id-defi\u010bit tal-Gvern naqas bi 2.7%.", "Dan se je\u0127duh il-\"full time\" kollha li mhux qed igawdu mit-tnaqqis fit-taxxa tad-d\u0127ul, il-pensjonanti kollha u dawk kollha fuq il-benefi\u010b\u010bji so\u010bjali u se ting\u0127ata wkoll \"pro-rata\" g\u0127all-\u0127addiema \"part-timers\" u g\u0127all-istudenti.", "T\u0127abbar li se jkun il-Gvern li se j\u0127allas dan il-\"bonus\" ta' darba lill-\u0127addiema fis-settur privat.", "It-taxxa ta' 29% g\u0127al dawk li jaqilg\u0127u inqas minn \u20ac60,000 se titnaqqas g\u0127al 25%.", "Se ji\u017cdied ukoll il-limitu tal-paga minima biex il-Gvern jie\u0127u kont tal-COLA u dan se jkun qed japplika wkoll g\u0127all-pensjonijiet.", "Mis-sena d-die\u0127la, il-Gvern se jag\u0127ti l-ammont kollu tal-COLA lill-pensjonanti sabiex jir\u010bievu l-kumpens tal-g\u0127oli tal-\u0127ajja.", "L-inbid huwa l-uniku alko\u0127ol li mhux intaxxat u g\u0127alhekk qed jo\u0127loq diskrepanza fis-suq.", "Il-Gvern jemmen fil-prodott lokali u g\u0127alhekk se tibda kampanja ta' promozzjoni favur l-u\u017cu tal-inbid Malti.", "Il-li\u010benzji tal-karozzi li \u0121ew re\u0121istrati mill-bidu tal-2009 'l quddiem u b'emissjonijiet tal-karbonju baxx se jibqa' l-istess.", "It-taxxa tar-re\u0121istrazzjoni g\u0127all-ATV's jew quad bikes se titnaqqas bi kwa\u017ci 50%.", "Dwar il-muturi, dawk li g\u0127andhom \u010bilindra\u0121\u0121 \u017cg\u0127ar u li ji\u0121u klassifikati b\u0127ala \"vintage\" se jkunu e\u017centati mit-taxxa tar-re\u0121istrazzjoni.", "T\u0127abbret ukoll revi\u017cjoni tar-rati m\u0127allsa mill-krejnijiet u apparat ie\u0127or li jintu\u017ca fil-kostruzzjoni.", "\"Tower Cranes\" sa 10 metru kwadru se jibdew i\u0127allsu r-rata ta' \u20ac10 kuljum filwaqt li \"tower cranes\" ikbar se jibdew i\u0127allsu \u20ac15 kuljum.", "Id-dazju fuq il-\"leaded petrol\", li jintu\u017ca mill-ajruport biss, se ji\u017cdied b'2 \u010bente\u017cmi kull litru filwaqt li dak fuq \"unleaded petrol\" se ji\u017cdied b'\u010bente\u017cmu kull litru.", "Id-dazju fuq il-\"gas oil\", \"diesel\", \"biodiesel\", \"heavy fuel oil\" u l-pitrolju se ji\u017cdied b'2 \u010bente\u017cmi kull litru.", "G\u0127alkemm se ji\u017cdied id-dazju, il-prezz tal-\"petrol\" u d-\"diesel\" xorta se jonqos.", "Permezz ta' ftehim mal-Enemalta, il-prezz tal-\"petrol unleaded\" se jor\u0127os b'2 \u010bente\u017cmi g\u0127al \u20ac1.42c kull litru u dak tad-\"diesel\" ukoll se jor\u0127os b'\u010bente\u017cmu g\u0127al \u20ac1.35c kull litru.", "Dawn il-prezzijiet se jibqg\u0127u stabbli sal-a\u0127\u0127ar ta' Marzu 2015.", "Mill-1 ta' Jannar 2015 se titne\u0127\u0127a t-taxxa ta' 35% u minflok se tid\u0127ol fis-se\u0127\u0127 taxxa finali ta' 8% fuq il-valur tal-propjet\u00e0 trasferita.", "Dan ifisser li r-rata kurrenti ta' 12% se tonqos g\u0127al 8%.", "Trasferimenti ta' propjet\u00e0 se jkunu su\u0121\u0121etti g\u0127al taxxa finali fuq il-valur mibjug\u0127a ming\u0127ajr ma jitnaqqsu l-ispejje\u017c u din it-taxxa se tit\u0127allas mal-kuntratt tal-bejg\u0127.", "Il-kon\u010bessjoni g\u0127al min jixtri propjet\u00e0 g\u0127all-ewwel darba \u0121ew e\u017centati mill-boll fuq l-ewwel \u20ac150,000 tal-valur tal-propjet\u00e0.", "L-iskema introdotta fl-a\u0127\u0127ar ba\u0121it \u0121iet esti\u017ca sat-30 ta' \u0120unju 2015.", "Ir-revi\u017cjoni fl-eko kontribuzzjoni se titne\u0127\u0127a minn fuq l-apparat elettroniku u li ja\u0127dem bl-elettriku, minn mowbaljs sa' televixins u \"fridges\".", "L-eko kontribuzzjoni fuq l-apparat kollu elettroniku se tispi\u010b\u010ba mill-1 ta' Settembru 2015.", "Fl-4 ta' Marzu 2014 il-Prim Ministru Joseph Muscat innomina lin-Nutar Marie Louise Coleiro Preca b\u0127ala d-disa' President tar-Repubblika, u t-tieni mara f'din l-og\u0127la kariga tal-pajji\u017c, u l-i\u017cg\u0127ar President fl-et\u00e0 ta' 55 sena.", "Hija \u0127adet il-\u0127atra nhar l-4 ta' April 2014 wara li tlett ijiem qabel g\u0127adda vot unanimu mill-Parlament.", "Nhar l-24 ta' Mejju 2014, Muscat iffa\u010b\u010bja l-ewwel elezzjoni tieg\u0127u b\u0127ala Prim Ministru, sena wara l-\u0127atra tieg\u0127u.", "Il-Partit Laburista reba\u0127 l-Elezzjonijiet Ewropej g\u0127at-tielet darba b'53.3% tal-voti, 33,675 vot iktar mill-Partit Nazzjonalista, li \u0121ab 40% tal-voti.", "Il-Partit Laburista \u0121ab 1.5% inqas minn kemm kien \u0121ab fl-2009, g\u0127alkemm irid jing\u0127ad li l-ammont ta' nies li \u0127argu jivvutaw fl-2014 kien 4% inqas mill-elezzjonijiet tal-2009.", "Il-kandidat minn fost it-tnax li kienu qeg\u0127din jikkontestaw f'isem il-Partit Laburista bl-akbar g\u0127add ta' voti fl-ewwel g\u0127add kien Alfred Sant, li kiseb 48,739 vot, 36% tal-voti li kiseb il-Partit Laburista.", "Tnaqqis fl-Income Tax", "Il-Gvern se jnaqqas l-income tax.", "B\u0127alma \u0121ara fil-Ba\u0121it pre\u010bedenti, kull min jaqla' d\u0127ul minn impjieg jew pensjoni li ma taqbi\u017cx il-paga minima se jer\u0121a'ma j\u0127allasx taxxa.", "Barra minn hekk, kull min ma gawdiex mit-tnaqqis fl-income tax ta' sentejn ilu, se jgawdi minn tnaqqis ta' bejn \u20ac90 u \u20ac120 f'taxxa fis-sena.", "Kumpens G\u0127oli tal-\u0126ajja", "Il-kumpens g\u0127all-g\u0127oli tal-\u0127ajja s-sena d-die\u0127la ser ikun ta' \u20ac1.75.", "Mi\u017curi tad-D\u0127ul", "Id-dazju tas-SISA fuq il-fjuwil se jog\u0127la bi 3\u010b fuq il-petrol u 3\u010b fuq id-diesel.", "Minkejja li se ji\u017cdied id-dazju, il-prezzijiet tal-fjuwil se jonqsu minn Jannar 2016 g\u0127aliex l-Enemed, ikkonkludiet ftehim li permezz tieg\u0127u l-prezz tal-petrol se jor\u0127os b'3\u010b g\u0127al \u20ac1.32\u010b kull litru u tad-diesel b'4\u010b g\u0127al \u20ac1.22\u010b kull litru.", "Se jkun hemm ukoll \u017cieda ta' dazju tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk (sigaretti medja ta' +30 \u010bente\u017cmu), i\u017c-\u017cjut lubrikanti (+0.02\u010b) u s-siment (\u017cieda ta' \u20ac5 g\u0127al kull tunellata).", "L-Eko-kontribuzzjoni li kien hemm fuq il-basktijiet tal-plastik, kontenituri tal-birra, l-inbid, fermented beverages, intermediate products, xarbiet non-alko\u0127oli\u010bi kif ukoll i\u010b-chewing gum qed titne\u0127\u0127a u g\u0127aldaqstant, biex jin\u017camm il-messa\u0121\u0121 favur l-ambjent filwaqt li s-sistema tkun aktar fa\u010bli li ti\u0121i implimentata u tnaqqas l-abbu\u017ci, se ti\u0121i sostitwita bid-dazju tas-sisa.", "Taxxa tad-D\u0127ul imnaqqsa g\u0127al 7.5% g\u0127all-atleti u plejers ta' kull sport", "Fil-ba\u0121it ta' sentejn ilu dda\u0127\u0127el rata ta' taxxa mnaqqsa ta' 7.5% g\u0127all\u2013plejers tal-futbol.", "Is-sena l-o\u0127ra \u0121iet esti\u017ca g\u0127all-plejers tal-waterpolo wkoll.", "Minn din is-sena dan il-benfi\u010b\u010bju se jinfeta\u0127 g\u0127all-plejers u atleti ta' kull sport, li b'hekk ikunu jistg\u0127u igawdu mir-rata favorevoli ta' 7.5%.", "Dan il-benefi\u010b\u010bju qieg\u0127ed ji\u0121i esti\u017c ukoll g\u0127all-kow\u010bis.", "Rata ta' VAT imnaqqsa (7%) fuq fa\u010bilitajiet sportivi", "Se titnaqqas ir-rata ta' VAT minn 18% g\u0127al 7% fuq kull fa\u010bilit\u00e0 sportiva, inklu\u017ci l-gyms, fitness centres, futbol nurseries u fa\u010bilitajiet sportivi.", "\u0126in \u017bejjed Ma\u0127dum mill-Pulizija ntaxxat b'rata ta' 15%", "B' effett mill-1 ta' Jannar 2016, il-\u0127las li jing\u0127ata lill-pulizija g\u0127al xog\u0127ol extra duty li hu xog\u0127ol li jsir minn pulizija g\u0127al organizzazzjonijiet, individwi u kumpaniji se jibda jkun intaxxat separatament b'rata ta' taxxa ta' 15 fil-mija.", "Estensjoni tal-Benefi\u010b\u010bju 'In Work'", "Koppja fejn persuna wa\u0127da biss tkun fl-impjieg bi d\u0127ul baxx u fejn hemm ulied dipendenti li g\u0127andhom inqas minn 23 sena se jing\u0127ataw il-benefi\u010b\u010bju ta 'In-Work'.", "Dan se jkun qed ji\u0121i esti\u017c g\u0127al dawk il-familji b'persuna wa\u0127da li ta\u0127dem bi qlig\u0127 ta' bejn \u20ac6,600 u \u20ac12,700.", "Il-beneficcju massimu se jkun ta' \u20ac150 g\u0127al kull wild.", "Madwar 3,700 familja u kwa\u017ci 5,000 tifel u tifla, li \u0127afna minnhom jinsabu f'riskju ta' faqar, se jibbenefikaw minn din il-mi\u017cura.", "L-in\u010bentiv li t-tieni \u0121enitur jid\u0127ol ja\u0127dem se jibqa'.", "Fil-fatt fejn iz-\u017cew\u0121 \u0121enituri ikunu f'impjieg, il-benefi\u010b\u010bju jog\u0127la g\u0127all-massimu ta' \u20ac1000 kull wild.", "\u017bieda medja ta' \u20ac5 fil-\u0121img\u0127a g\u0127al 20,000 pensjonant", "Mal-20,000 pensjonant se jibdew igawdu sa 5 ewro \u017cieda fil-\u0121img\u0127a, sakemm jibdew jit\u0127allsu \u017c-\u017cidiet dovuti kull sena sakemm kull pensjonant jibda jir\u010bievi pensjoni minima nazzjonali ekwivalenti g\u0127al 60 fil-mija tad-d\u0127ul medju nazzjonali.", "L-G\u0127otja lil anzjani ta' iktar 75 sena", "L-anzjani li jkollhom minn 75 sena 'l fuq se jibqg\u0127u jir\u010bievu l-g\u0127otja ta' \u20ac300 fis-sena.", "Fond pilota g\u0127al Live-In Carers", "Se jitwaqqaf fond pilota ta' miljun ewro li minnu, familji li g\u0127andhom anzjan/anzjana dipendenti u li hemm b\u017conn ta' kura kostanti, se jkun qed jing\u0127atalhom sussidju meta dawn jimpjegaw, fuq ba\u017ci ta' full-time carer g\u0127al dan/din l-anzjan/a. Mill-fond allokat, huwa stmat li madwar 160 anzjan se jing\u0127atalhom din it-tip ta' g\u0127ajnuna.", "Huwa propost li dan is-sussidju jammonta g\u0127al \u20ac6,300 fis-sena g\u0127al kull anzjan/a bejn l-et\u00e0 ta' 65-74, u sussidju ta' \u20ac6,100 g\u0127al dawk ta' et\u00e0 minn 75 sena 'l fuq, meta dawn jipprovdu dokumenti li qed jimpjegaw carer g\u0127al dan l-iskop.", "Meta kkumparat li dawn il-160 anzjan jid\u0127lu f'xi istituzzjoni, dan jammonta g\u0127al spi\u017ca ta' madwar \u20ac2.35 miljun.", "G\u0127alhekk, b'dan il-fond ta' miljun ewro, il-Gvern se jkun qieg\u0127ed jiffranka d-differenza ta' madwar \u20ac1.35 miljun.", "Esti\u017c il-programm ta' Childcare b'xejn", "Din is-sena l-Gvern se jkomplu bil-programm ta' Childcare b'xejn b'valur ta'\u20ac5,000 g\u0127al kull wild.", "Childcare Centres \u0120odda", "Hu ppjanat li jinfet\u0127u Child Care Centres \u0121odda g\u0127at-tfal f'\u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121, San \u0120iljan, u Wied il-G\u0127ajn.", "E\u017cenzjoni g\u0127all-First Time Buyers", "L-e\u017cenzjoni mill-boll g\u0127al first time buyers ser ti\u0121i esti\u017ca.", "Il-Gvern se j\u0121edded dan il-programm sa tmiem is-sena d-die\u0127la sabiex i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jiffrankaw sa \u20ac5,000 fuq l-ewwel dar tag\u0127hom.", "Dan se jkun b'se\u0127\u0127 b'lura g\u0127al konvenji li sena mill-1 ta' Lulju li g\u0127adda meta g\u0127alaq il-programm l-ie\u0127or.", "Dawk il-first time buyers li la\u0127qu g\u0127amlu konvenju u kuntratt wara l-ewwel ta' Lulju se jing\u0127ataw refund tal-boll li \u0127allsu.", "Penali fuq Proprjeta' Kummer\u010bjali Abbandunata", "Il-Gvern jixtieq jg\u0127olli l-livell tal-ambjent li ng\u0127ixu fih u l-proprejat\u00e0 abbandunata hija fattur li tkerrah il-bliet tag\u0127na.", "G\u0127al dan il-g\u0127an il-Gvern qal li se jikkonsulta l-pubbliku u s-settur tal-proprejeta biex ji\u0121i mfassal pjan biex g\u0127all-ewwel darba ji\u0121i stabbilit obbligu fil-li\u0121i li proprjet\u00e0 tin\u017camm fi stat tajjeb.", "L-ewwel fil-mira tal-Gvern se jkun bini kummer\u010bjali b\u0127al showrooms li t\u0127allew mitluqa u miftu\u0127a, u f'\u010bertu ka\u017cijiet b'mod perikolu\u017cfejn fa\u010bilment jista' jwe\u0121\u0121a' xi \u0127add", "Rifu\u017cjoni ta' VAT im\u0127allsa fuq it-taxxa ta' re\u0121istrazzjoni tal-karozzi", "Is-sena li jmiss se jit\u0127allsu lura l-ammont kollu ta' taxxa lil dawk li rre\u0121istraw vettura matul l-2005.", "G\u0127alhekk matul is-sena d-die\u0127la se tin\u0127are\u0121 skema o\u0127ra g\u0127al min irre\u0121istra vettura bejn l-1 ta' Jannar u l- 31 ta' Di\u010bembru 2005 u kien eli\u0121ibbli fl-iskema li kienet in\u0127ar\u0121et matul l-2014.", "Dan ifisser li sal-a\u0127\u0127ar tas-sena d-die\u0127la se jkunu t\u0127allsu lura b' kollox madwar \u20ac9.7 miljun f'taxxa li kienet in\u0121abret \u017cejda.", "Kontribuzzjoni Ambjentali ta' 50\u010b minn kull turist", "Il-Gvern \u0127a d-de\u010bi\u017cjoni li mill-1 t'April 2016, se tidda\u0127\u0127al kontribuzzjoni ambjentali li se tit\u0127allas mit-turisti kollha, mill-eta' ta' 18 il-sena 'l fuq, li j\u017curu pajji\u017cna.", "Din se tit\u0127allas bir-rata ta' 50 \u010bentezmu g\u0127al kull lejl li t-turist iqatta' Malta, i\u017cda sa massimu ta' \u20ac5 g\u0127al kull \u017cjara.", "G\u0127al dan il-g\u0127an ser isiru d-diskussjonijiet kollha mal-partijiet involuti dwar it-twettiq ta' din il-mi\u017cura.", "Id-d\u0127ul minn din il-mi\u017cura, li mistenni jkun ta' madwar \u20ac5 miljuni, ser jit\u0127addem mill-Fondazzjoni g\u0127all-I\u017cvilupp Ta' \u017boni Turisti\u010bi bil-g\u0127an li jsir upgrading, titjib u manutenzjoni ta' \u017coni pubbli\u010bi ewlenin fil-pajji\u017c.", "\u017bieda ta' 3 \u010bente\u017cmi fid-dazju tal-petrol u d-diesel u 30 \u010bente\u017cmu fuq is-sigaretti", "Mi\u017curi o\u0127ra fiskali jinkludu d-dazju tas-sisa fuq il-fjuwil li se jog\u0127la bi 3 \u010bente\u017cmi fuq il-petrol u 3 \u010bente\u017cmi fuq id-dij\u017cil.", "Minkejja \u017c-\u017cieda i\u017cda, il-Ministru Scicluna qal li minn Jannar tas-sena d-die\u0127la l-prezzijiet tal-fjuwis se jonqsu \u2013 3 \u010bente\u017cmu fuq il-petrol g\u0127al ewro u 32 \u010bente\u017cmu kull litru u 4 \u010bente\u017cmi fuq id-dij\u017cil g\u0127al ewro u 22 \u010bente\u017cmu kull litru.", "Se ti\u017cdied is-sisa fuq it-tabakk bi 30 \u010bente\u017cmu; kif ukoll fuq i\u017c-\u017cjut lubrikanti b'\u017cew\u0121 \u010bent\u017cmi, u s-siment b'5 ewro.", "Se titne\u0127\u0127a l-ekokontribuzzjoni fost orhajn fuq il-basktijiet tal-plastik u kontenituri tal-plastik u minflok ser tidhol fuqhom is-sisa biex jinqata l-abbuz u fl-istess waqt ser ikun hemm ukoll taxxa tas-sisa fuq ic-chewing gum.", "Inga\u0121\u0121 ta' spetturi tax-xog\u0127ol biex ji\u0121\u0121ieldu l-prekarjat", "Fil-\u0121img\u0127at li \u0121ejjin, il-Gvern se jkun qed jinga\u0121\u0121a seba' spetturi tax-xog\u0127ol u staff ie\u0127or biex ikunu m\u0127arsa wkoll ir-regolamenti tal-Gvern kontra x-xog\u0127ol prekarju.", "Id-Dipartiment g\u0127all-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali se jkun ukoll qed jippubblika u jqassam Charter bil-kundizzjonijiet ba\u017ci\u010bi tax-xog\u0127ol f'kull dar f'Malta u G\u0127awdex sabiex il-partijiet kollha involuti, inklu\u017ci \u0127addiema f'setturi vulnerabbli, ikunu mg\u0127arrfa bil-kundizzjonijiet ba\u017ci\u010bi li huma jistennew li jkollhom fil-postijiet tax-xog\u0127ol rispettivi tag\u0127hom.", "Budget li jrid iwassal biex fi \u017cmien tliet snin it-tfal kollha f'familja fejn minn tal-inqas ta\u0127dem persuna wa\u0127da jkunu \u0127ar\u0121u mill-faqar.", "L-uniku gvern fl-istorja li naqqas kull sena t-taxxa tad-d\u0127ul u li \u017cied il-pensjonijiet fi kwart ta' seklu g\u0127at-tieni darba konsekuttiva.", "L-ikbar tliet mi\u017curi ta' dan il-ba\u0121it huma;", "Kull min hu fuq il-paga minima se jie\u0127u \u017cieda", "Se ji\u017cdied id-d\u0127ul tal-pensjonanti", "Se ti\u017cdied l-g\u0127ajnuna lil eluf ta' familji li jg\u0127ixu f'post mikri", "Mi\u017curi li jin\u010bentivaw lin-nies biex ja\u0127dmu", "Fl-a\u0127\u0127ar \u017cew\u0121 ba\u0121its da\u0127let l-iskema tal-in work benefit fejn fl-ewwel sena kienet g\u0127al familji bi d\u0127ul baxxa u \u017cew\u0121 \u0121enituri li ja\u0127dmu u din is-sena kienet esti\u017ca g\u0127al familji bi d\u0127ul baxx fejn ja\u0127dem \u0121enituri wie\u0127ed.", "Din is-sena l-gvern se jg\u0127olli c-ceiling.", "G\u0127al koppji li ja\u0127dmu t-tnejn is-ceiling se jog\u0127la minn \u20ac20,400 g\u0127al \u20ac24,000 fis-sena.", "G\u0127as-single parents li ja\u0127dmu s-ceiling se jog\u0127la minn \u20ac15,000 g\u0127al \u20ac16,500 fis-sena.", "Filwaqt li koppji fejn wie\u0127ed biss ja\u0127dem is-ceiling se jog\u0127la minn \u20ac13,000 g\u0127al \u20ac16,500 fis-sena.", "G\u0127al koppji li se ja\u0127dmu tnejn il-benefi\u010b\u010bju se ji\u017cdied minn \u20ac1,000 g\u0127al \u20ac1,200 fis-sena.", "G\u0127as-single parents li ja\u0127dmu ir-rati se jg\u0127olew b'\u20ac50 fis-sena g\u0127al \u20ac1,250 fis-sena.", "Filwaqt li g\u0127al koppji fejn wie\u0127ed biss ja\u0127dem ir-rati se jg\u0127olew minn \u20ac150 sa massimu ta' \u20ac350 fis-sena skont id-d\u0127ul.", "Se ssir riforma fl-g\u0127ajnuna supplimentari li tit\u0127allas lill-\u0127addiema mi\u017c\u017cew\u0121in u m'g\u0127adndhomx tfal u ma ji\u0127dux childrens allowance.", "Is-ceiling se ji\u017cdied minn \u20ac11,089 g\u0127al \u20ac13,000.", "I\u017cda, mhux biss.", "Persuni single li ja\u0127dmu u d-d\u0127ul tag\u0127hom ma jaqbi\u017cx id-9,012 se jibbenefikaw minn \u017cieda ta' \u20ac126.36.", "Minn din ir-riforma se jgawdu mal-\u0127dax-il elf koppja u \u0127ames t'elef persuna single.", "Total ta' sebg\u0127a u g\u0127oxrin elf persuna.", "Permezz ta' dawn ir-riformi u meta wie\u0127ed jie\u0127u inkonsiderazzjoni l-COLA kull min qieg\u0127ed bil-Minimum wage se ji\u017cdied b'minn tal-inqas erbg\u0127a ewro fil-\u0121img\u0127a, jew mitejn u tmin ewro fis-sena.", "\u017bieda li se jerfag\u0127\u0127ha kollha l-gvern.", "Inizjattivi biex ikattru l-investiment", "Dawn kienu tnejn mill-mi\u017curi m\u0127abbra waqt il-qari tal-ba\u0121it g\u0127all-2017, li jinkludi numru ta' inizjattivi ma\u0127suba biex ikattru l-investiment.", "Il-Gvern se jinvesti \u20ac30 miljun f'Bank ta' \u017bvilupp li se jkollu kapital awtorizza ta' \u20ac200 miljun.", "Mill-fond strate\u0121iku ta' investiment, grazzi g\u0127all-miljuni ta' ewro li da\u0127lu mill-programm ta' \u010bittadianza b'investiment, se jkunu investiti miljuni ta' ewro f'diversi oqsma.", "Se ssir revi\u017cjoni li biha persuni bi d\u0127ul minn dividends jiffrankaw bejniethom ma\u017c-\u017cew\u0121 miljun ewro.", "Wara li sar \"memorandum of understanding\" bejn il-Gvern u l-kumpanija Huawei, se jsir \u010bentru kon\u0121unt ta' innovazzjoni bejn l-Universit\u00e0 ta' Malta u l-Huawei g\u0127all-i\u017cvilupp ta' applikazzjonijiet tal-informatika.", "Drittijiet tal-\u0126addiema", "Wara diskussjonijiet bejn l-imsie\u0127ba so\u010bjali fi \u0127dan il-Bord g\u0127ar-Relazzjonijiet Industrijali, matul is-sena li \u0121ejja se jid\u0127lu fis-se\u0127\u0127 emendi importanti fil-li\u0121i tax-xog\u0127ol.", "Is-sena 2017 se tkun sena li fiha d-Dipartiment tax-Xog\u0127ol, minbarra li jkompli ja\u0127dem bis-s\u0127i\u0127 kontra l-prekarjat, jibda jag\u0127mel u\u017cu minn sistema elettronika a\u0121\u0121ornata li qed ti\u0121i \u017cviluppata li permezz tag\u0127ha jkunu jistg\u0127u jsiru spezzjonijiet f'postijiet tax-xog\u0127ol f'anqas \u0127in u b'aktar effi\u010bjenza.", "Fil-kuntest tal-proposta li g\u0127andu jing\u0127ata \u0127las ugwali g\u0127al xog\u0127ol tal-istess valur, fl-2017 se jinfeta\u0127 pro\u010bess ta' konsultazzjoni mal-istakeholders kollha involuti, inklu\u017ci dawk involuti f'a\u0121enziji ta' xog\u0127ol temporanju, biex jin\u0121abar tag\u0127rif s\u0127ih dwar l-implikazzjonijiet kollha ta' pass b\u0127al dan li permezz tieg\u0127u l- paga u l-kundizzjoniet tax-xoghol ta' \u0127addiema ta' kuntrattur (sub- contractor) ikunu fuq l-istess livell b\u0127al dawk tal-\u0127addiema li jkunu tal-post fejn huma jkunu qed ja\u0127dmu.", "Leave tal-mard (sick leave)", "Il-Gvern se jniedi pro\u010bess ta' konsultazzjoni dwar il-proposta li \u0121enitur ikun jista' jibbenefika minn leave tal-mard meta jimirdu t- tfal.", "G\u0127ajnuna finanzjarja f'ka\u017c ta' in\u010bident fatali jew gravi fuq il-post tax-xog\u0127ol.", "Matul is-sena id-die\u0127la l-impjegati kollha fis-servizz pubbliku se jkunu qed jing\u0127ataw aktar dettalji fuq din il-mi\u017cura.", "Il-bidliet fil-qasam tas-sa\u0127\u0127a", "Fil-qasam tas-sa\u0127\u0127a se jibqg\u0127u l-prijoritajiet li jonqos i\u017c-\u017cmien ta' stennija g\u0127all-operazzjonijiet u fl-emer\u0121enza fost o\u0127rajn.", "Is-sena d-die\u0127la se tkompli tkun esti\u017ca l-kura primarja u jing\u0127ata bidu g\u0127al hub re\u0121jonali fis-sit fejn kien hemm il-ground Pace Grasso.", "Se jibda wkoll il-pro\u0121ett li se jwassal g\u0127al \u010bentru ta' sa\u0127\u0127a \u0121did f'\u0126al Kirkop.", "Is-sena d-die\u0127la se tibda \u0127idma li g\u0127andha twassal biex fis-snin li \u0121ejjin ikollna sptar spe\u010bjalizzat fil-kura g\u0127all-ommijiet u t-tfal.", "Il-pro\u0121ett pilota li li jwassal g\u0127al medi\u010bini fid-djar tal-pazjenti l-fuq minn sebg\u0127in sena jew li g\u0127andhom problemi ta' mobbilt\u00e0 se jil\u0127aq aktar lokalitajiet.", "Bil-g\u0127an li jindirizza l-problema tad-dijabete, se jidda\u0127lu medi\u010bini \u0121odda fil-formolarju tal-gvern u nintrodu\u010bu insulini \u0121odda.", "Se jing\u0127ataw b'xejn ukoll glucose sticks g\u0127al min ibati mid-dijabete tat-tip wie\u0127ed u tip tnejn.", "Il-pazjenti bid-dijabete se jkollhom benefi\u010b\u010bji \u0121odda.", "Pazjenti dijabeti\u010bi bil-kartuna s-safra se jibdew jibbenefikaw minn kura dentali bla \u0127las; sussidju fuq in-nu\u010b\u010balijiet; a\u010b\u010bess g\u0127al antibijoti\u010bi b' xejn, kif ukoll kontra l-kura taz-zokkor.", "Fil-formolarju tal-Gvern se jid\u0127lu wkoll medi\u010bini \u0121odda kontra l-kan\u010ber.", "Il-Gvern se jikkonsulta mal-imsie\u0127ba so\u010bjali dwar l-introduzzjoni ta' \"leave\" mediku spe\u010bjali bi \u0127las b'\u017cieda mal-\"leave\" ta' mard statutorju lil \u0127addiem li jkunu qed jie\u0127du xi forma ta' kura kontra din il-marda.", "Se jkun hemm iktar persuni li jibbenefikaw mill-karta r-ro\u017ca u g\u0127alhekk iktar medi\u010bini b'xejn.", "Filwaqt li l-gvern se jniedi pro\u010bess ta' konsultazzjoni dwar il-proposta li \u0121enitur ikun jista' jibbenefika minn leave tal-mard meta jimirdu t-tfal.", "Mill-ewwel ta Jannar se jsir kontra l-li\u0121i tipjip f'karozzi fil-pre\u017cenza tat-tfal.", "Edukazzjoni", "G\u0127at-tielet sena konsekuttiva, se jinbnew tliet skejjel \u0121odda.", "Din id-darba f'San Pawl il-Ba\u0127ar, Marsascala, u r-Rabat G\u0127awdex.", "Se jinbena \u010bentru \u0121did g\u0127all-\u0127arsien tat-tfal fl-iskola Primarja ta' San \u0120iljan.", "Dan flimkien ma' xog\u0127ol fi skejjel o\u0127ra.", "G\u0127al sena o\u0127ra se jer\u0121g\u0127u ji\u017cdiedu l-istipendji \"pro rata,\" bi\u017c-\u017cieda g\u0127all-g\u0127oli tal-\u0127ajja.", "Dawk li jattendu l-Alternative Learning Programme f'Ra\u0127al \u0120did se jie\u0127du stipendju.", "Studenti b'di\u017cabbilt\u00e0 u studenti li jg\u0127ixu fid-djar tal-Knisja u konservatorji se ting\u0127atalhom b'mod awtomatiku l-g\u0127otja supplimentari mal-istipendju.", "G\u0127as-sena d-die\u0127la wkoll se jkunu allokati \u20ac400,000 g\u0127al \u0127addiema minn skejjel statali u minn skejjel o\u0127ra li jitolbu \"leave\" m\u0127allas biex ikollhom \u010bans jistudjaw.", "Se jkunu investiti madwar seba' miljun ewro fl-Universit\u00e0 fi pro\u0121ett kapitali li jinkludi l-estensjoni ta' laboratorji, fa\u010bilitajiet, residenza u parke\u0121\u0121 f'Tal-Qroqq.", "Investimenti o\u0127ra se jsiru fl-MCAST.", "\u0120ustizzja", "Fl-2017 se jkunu qed jitwettqu dawn il-mi\u017curi prin\u010bipali fil-qasam tal-\u0121ustizzja", "Fl-2017 se ji\u017cdiedu tlett awli \u0121odda fil-bini tal-Qorti biex l-ammont ta' awli jitla' g\u0127al 27 u nag\u0127mlu fa\u010bilitajiet infrastrutturali o\u0127ra b\u0127al-librerija u training room \u0121dida.", "Se jsir studju dwar jekk wasalx il-mument li f'pajji\u017cna jkollna mill-\u0121did sezzjoni tal-Kummer\u010b fi \u0127dan il-Qorti \u010aivili.", "Se tkompli tissa\u0127\u0127a\u0127 l-A\u0121enzija tal-G\u0127ajnuna Legali u titwettaq il-weg\u0127da li ji\u0121i assenjat im\u0127allef biex iservi fil-Qorti ta' G\u0127awdex.", "Se jkomplu ji\u017cdiedu r-ri\u017corsi u jitjiebu iktar il-fa\u010bilitajiet e\u017cistenti fil-Qorti tal-Familja.", "Fl-2017 se jkun esti\u017c il-pro\u0121ett pilota tas-sistema \u0121dida tal- informatika fil-kamp kriminali.", "F'Di\u010bembru 2014, Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi u Kurt Farrugia \u017caru l-A\u017cerbaj\u0121an g\u0127al laqg\u0127at mal-President tal-A\u017cerbaj\u0121an, .", "Id-delegazzjoni ma kinitx akkumpanjata minn \u0121urnalisti jew rappre\u017centanti ta\u010b-\u010bivil.", "I\u017c-\u017cjara l-A\u017cerbaj\u0121an \u0121iet \u017cvelata biss mill-gazzetta \"The Sunday Times of Malta\" dakinhar stess.", "Il-ftehim g\u0127ax-xiri ta\u017c-\u017cejt li irri\u017culta minn din i\u017c-\u017cjara \u0121ie ffirmat ming\u0127ajr rappre\u017centanza mill-Kumitat g\u0127ax-xiri ta\u017c-\u017cejt.", "F'April tal-2015, Muscat re\u0121a' j\u017cur l-A\u017cerbaj\u0121an.", "G\u0127all-darb'o\u0127ra, i\u017c-\u017cjara l-A\u017cerbaj\u0121an ma \u0121ietx akkumpanjata la mill-media u lanqas minn rappre\u017centanza mi\u010b-\u010bivil.", "Muscat i\u0127abbar \"reshuffle\" fil-Kabinet fit-28 t'April 2016 wara li isem Konrad Mizzi deher fl-hekk imsej\u0127a .", "Muscat ne\u0127\u0127a lil Mizzi minn Ministru tas-Sa\u0127\u0127a u l-Ener\u0121ija, filwaqt li \u017cammu b\u0127ala Ministru bla portafoll fl-Uffi\u010b\u010bju tal-Prim Ministru.", "Il-Prim Ministru nnifsu \u0127a r-responsabbilt\u00e0 tas-settur tal-ener\u0121ija filwaqt li Chris Fearne la\u0127aq Ministru tas-Sa\u0127\u0127a.", "Fl-istess jum t\u0127abbar li Konrad Mizzi kien se jirri\u017cenja minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.", "Nhar l-20 ta' April, Daphne Caruana Galizia, fil-blogg tag\u0127ha allegat li l-kumpanija Egrant hija ta' Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru, u li minn din il-kumpanija g\u0127addew mal-$1 miljun ming\u0127and bint il-mexxej tal-A\u017cerbaj\u0121an, Ilham Aliyev.", "Fil-blogg ta' Caruana Galizia, u anke fil-media tal-Partit Nazzjonalista ing\u0127ad li hemm dokumenti li jippruvaw li l-kumpanija Egrant hi ta' Michelle Muscat.", "L-istorja qajmet furur u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil talab g\u0127ar-ri\u017cenja ta' Muscat.", "Il-PN beda kampanja biex Joseph u Michelle Muscat ikunu arrestati, b'banners ma' diversi ka\u017cini li juru lil Muscat fil-\u0127abs.", "F'konferenza tal-a\u0127barijiet f'Kastilja, il-Prim Ministru \u010ba\u0127ad kategorikament, \"u na\u0127lef f'ismi, f'isem marti u l-familja tieg\u0127i li kelli qatt kelli jew g\u0127andi xi tip ta' kont jew kumpanija mhux dikjarati f'Malta jew barra.\"", "\u017bied jg\u0127id li la hu u lanqas martu qatt iffirmaw dokumenti biex jitrasferixxu ishma ta' xi kumpanija fuqu fil-futur.", "Muscat kompla jg\u0127id li hu u martu, qabel ma da\u0127al g\u0127all-\u0127ajja politika idde\u010bidew li jift\u0127u mill-inqas libelli u jag\u0127tu kas mill-inqas lil Daphne Caruana Galizia.", "Minkejja dan, Joseph Muscat qal li f'dan il-mument ma jistax ma ji\u0127ux azzjoni, \"spe\u010bjalment meta dan huwa sostnut bl-aktar mod inetiku mill-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni u l-media tal-Partit Nazzjonalista.\"", "Muscat qal li hu u martu se jkunu qed jift\u0127u pro\u010beduri legali kontra Daphne Caruana Galizia u l-mezzi tax-xandir tal-PN, \"talli qeg\u0127din jirrepetu din il-gidba fa\u0127xija.\"", "Muscat appella wkoll li jekk hemm xi \u0127add g\u0127andu l-i\u010bken prova, din tin\u0127are\u0121 b'mod immedjat, u jsiru l-verifiki kollha ne\u010bessarji tal-awtenti\u010bit\u00e0, \"g\u0127aliex jekk hawn min wasal biex jag\u0127mel din l-ikbar gidba fa\u0127xija, xejn ma neskludi li hawn min hu lesti li jag\u0127mel il-falsifikazzjonijiet.\"", "Muscat qal li hu m'g\u0127andu xejn x'ja\u0127bi u li, \"nittama li qabel rikeb fuq dan il-karru moq\u017cie\u017c, Simon Busuttil g\u0127amel il-verifiki tieg\u0127u,\" waqt li sostna li se j\u017comm responsabbli lill-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni.", "Il-Prim Ministru talab li ssir Inkjesta Ma\u0121isterjali.", "Nhar it-22 ta' Lulju 2018, wara kwa\u017ci sena u nofs, l-Inkjesta tal-Ma\u0121istrat Aaron Bugeja dwar il-kumpanija Egrant ikkonkludiet li l-ishma f'din il-kumpanija ma kinux tal-Prim Ministru Joseph Muscat, ta' martu Michelle, jew ta' xi membru tal-familja tag\u0127hom.", "Il-konklu\u017cjonijiet prin\u010bipali tal-inkjesta \u0121ew ippubblikati mill-Uffi\u010b\u010bju tal-Avukat \u0120enerali.", "L-inkjesta stabbiliet li l-Prim Ministru u martu ma kinux involuti f'korruzzjoni jew f'\u0127asil ta' flus u xejnet l-allegazzjoni li kien hemm miljun dollaru li \u0121ew trasferiti mill-kont bankarju tal-familja Aliyev fl-A\u017cerbaj\u0121an g\u0127all-kont ta' Egrant.", "L-inkjesta tal-Ma\u0121istrat Bugeja sabet li \u0121ew falsifikati dokumenti u firem, dikjarazzjonijiet ta' xhieda ewlenin li ma qablux, u li l-allegazzjoni li c-Chairman tal-Bank Pilatus \u0127a evidenza f'bagalji ma \u0121ietx sostnuta b'filmati mi\u0121buda minn kameras tas-sigurt\u00e0.", "L-inkjesta ma\u0121isterjali ntalbet tara wkoll jekk il-Prim Ministru jew membri tal-familja tieg\u0127u jew John Dalli, Keith Schembri u Konrad Mizzi g\u0127andhomx kontijiet bankarji fil-bank Pilatus u jekk xi \u0127add minnhom kienx involut f'xi transazzjonijiet suspettu\u017ci jew f'atti ta' korruzzjoni jew \u0127asil ta' flus ma' persuni mill-Azerbaijan bil-Bank Pilatus.", "Dwar dan, il-Ma\u0121istrat Bugeja kkonkluda li ma nstabx li xi \u0127add minn dawn il-persuni setg\u0127u kienu involuti f'korruzzjoni, \u0127asil ta' flus jew transazzjonijiet finanzjarji suspettati minn kontijiet ta' A\u017ceri esposti politikament permezz ta' kontijiet fil-Bank Pilatus.", "Din il-konklu\u017cjoni twie\u0121eb g\u0127all-allegazzjoni ta' Daphne Caruana Galizia li aktar minn miljun dollaru \u0121ew trasferiti f'salt minn kumpanija fl-Azerbaijan g\u0127all-kumpanija Egrant.", "Nhar l-1 ta' Mejju 2017, 11-il jum biss wara l-allegazzjoni serja ta' Daphne Caruana Galizia u l-instabbilt\u00e0 li n\u0127olqot fil-pajji\u017c bl-akku\u017ci ta' korruzzjoni fil-konfront tal-Prim Minustru u ta' martu, Muscat \u0127abbar waqt mass meeting tal-Partit Laburista fl-okka\u017cjoni ta' Jum il-\u0126addiem, li wara, dakinhar stess kien se jmur g\u0127and il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca fil-Palazz ta' Sant'Anton biex jissu\u0121\u0121erilha li l-Parlament ji\u0121i xolt u tissejja\u0127 elezzjoni \u0121enerali bil-Parlament ixolji dakinhar stess, waqt li l-elezzjoni \u0121enerali ssir is-Sibt 3 ta' \u0120unju 2017.", "G\u0127all-Elezzjonijiet \u0120enerali, 333,380 kienu eli\u0121ibbli li jivvutaw, wara wa\u0127da mill-iqsar kampanji elettorali fl-istorja ta' Malta, uffi\u010bjalment \u0127ames \u0121img\u0127at.", "Il-Partit Laburista kiseb 170,976 vot; 35,280 aktar mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 135,696 vot; u b\u0127ala persenta\u0121\u0121i l-PL \u0121ab 55% u l-PN 43.7%, kwa\u017ci ripetizzjoni tal-istess ri\u017cultat tal-Elezzjonijiet \u0120enerali 2013 (Malta).Fil-fatt din kienet l-ikbar reb\u0127a elettorali f'Malta minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija sal-lum.", "Fid-9 ta' Ottubru 2017, tressaq il-Budget g\u0127all-2018, budget li ma kien fih ebda \u017cieda fit-taxxa, filwaqt li kien fih pakkett ta' mi\u017curi u benefi\u010b\u010bji b'valur ta' \u20ac35 miljun li ser jolqtu prattikament lill-\u0127addiema u l-pensjonanti kollha.", "Il-mira tal-\"Budget\" hija li l-Gvern anke s-sena d-die\u0127la jkollu \"surplus\" ta' madwar \u20ac100 miljun b'ri\u017cultat ta\u017c-\u017cieda fl-attivita ekonomika li ti\u0121\u0121enera aktar d\u0127ul g\u0127all-Gvern.", "Benefi\u010b\u010bji g\u0127all-\u0126addiema", "Bit-tema, Malta lesta g\u0127all-futur, il-\"Budget\" fost o\u0127rajn jinkludu benefi\u010bju g\u0127al madwar 200,000 \u0127addiem li s-sena d-die\u0127la se jir\u010bievu \"rebate\" tat-taxxa li jvarja bejn \u20ac40 u \u20ac68 li se jit\u0127allas anke lil persuni li ma humiex taxxabbli.", "Ser ti\u017cdied \u0121urnata mal-leave tal-\u0127addiema.", "Mal-200,000 \u0127addiem, is-sena id-die\u0127la ser jir\u010bievu rebate tat-taxxa li jvarja bejn \u20ac40 u \u20ac68 li ser jit\u0127allas anke lill-persuni li ma humiex taxxabbli.", "Ser ti\u017cdied \u0121urnata mal-leave tal-\u0127addiema biex tibda titwettaq il-weghda tal-kumpens g\u0127all-festi pubbli\u010bi li jaqg\u0127u fit-tmiem il-\u0121img\u0127a.", "Il-\u0127addiema fil-\"community workers' scheme\" ser jing\u0127ataw \u017cieda ta' \u20ac200 fix-xahar.", "Il-Gvern ser jalloka \u20ac10 miljun biex isewwi l-in\u0121ustizzji ma' bosta kategoriji ta' \u0127addiema.", "Benefi\u010b\u010bji lill-Pensjonanti", "Minbarra l-kumpens tal-g\u0127oli tal-\u0127ajja li se jkun ta' \u20ac1.75 fil-\u0121img\u0127a, il-pensjonanti kollha anke dawk li jir\u010bievu pensjoni mhux kontributorja, ser jing\u0127ataw \u017cieda o\u0127ra ta' \u20ac2 fil-\u0121img\u0127a, waqt li mhux ser i\u0127allsu taxxa fuq l-ewwel \u20ac13,200.", "G\u0127all-pensjonanti wkoll, il-Gvern ser jerga' jo\u0127ro\u0121 bond iehor 62+ b'rata ta' img\u0127ax vanta\u0121\u0121ju\u017ca.", "\u0120enituri li jadottaw ser jing\u0127ataw g\u0127otja ta' \u20ac10,000 waqt li l-benefi\u010b\u010bju tal-\"foster carers\" ser ji\u017cdied minn \u20ac70 g\u0127al \u20ac100 fil-\u0121img\u0127a.", "Edukazzjoni", "Fil-qasam tal-edukazzjoni fuq medda ta' sentejn, ser jispi\u010b\u010ba l-\u0127las g\u0127all-e\u017camijiet tas-SEC u tal-MATSEC, mi\u017cura li tista' \u20ac2 miljun.", "Mill-2018, ser ikun provdut trasport b'xejn ghat-tfal fl-iskejjel privati u tal-Knisja.", "Ser tkun esti\u017ca l-iskema tat-trasport pubbliku b'xejn li din is-sena kienet g\u0127all-persuni li g\u0127alqu 18-il sena li minnha ser igawdu \u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fl-et\u00e0 bejn is-16 u l-20 sena.", "T\u0127abbret ukoll e\u017cenzjoni mit-taxxa ta' sena jew sentejn g\u0127al min jikseb Masters jew Phd wara kors \"full-time\" b'\u010berti kundizzjonijiet.", "Suq tal-Propjet\u00e0", "Il-Budget fih sensiela ta' mi\u017curi g\u0127as-suq tal-propjet\u00e0.", "Fost o\u0127rajn ser tkun estiza l-iskema tal-\"first-time buyers\" u issa persuni li jbieg\u0127u l-propjet\u00e0 tag\u0127hom u jixtru propjet\u00e0 o\u0127ra minflokha ser jibbenefikaw sa \u20ac3,000 \u0127elsien mit-taxxa tal-boll.", "Fis-suq tal-kera fost o\u0127rajn ser tidda\u0127\u0127al ir-re\u0121istrazzjoni tal-kuntratti tal-kirjiet biex is-sidien u l-kerrejja igawdu mill-protezzjoni tal-li\u0121i u ser issir revi\u017cjoni tal-li\u0121i tal-kera.", "Il-Gvern ser iwessa' l-kriterji g\u0127as-sussidju tal-kera li g\u0127andu jg\u0127in l-i\u017cjed lill-pensjonanti.", "Mi\u017cura o\u0127ra hija g\u0127otja mill-Gvern ta' \u20ac25,000 g\u0127at-tiswija ta' djar abbundannati li s-sidien tag\u0127hom ikunu lesti jirran\u0121awhom u jg\u0127adduhom lill-Awtorit\u00e0 tad-Djar g\u0127al 10 snin g\u0127all-akkomodazzjoni so\u010bjali.", "L-anzjani li joqog\u0127du f'appartamenti tal-Gvern u jirritornaw i\u010b-\u010bwievet meta jid\u0127lu fid-djar tal-anzjani ser jibbenfikaw billi jonqos minn 80 g\u0127al 60% l-ammont li jitnaqsilhom mill-pensjoni.", "Trasport", "Ser titne\u0127\u0127a t-taxxa tar-re\u0121istrazzjoni fuq vetturi \"hybrid\" u tal-elettriku.", "Akkomodazzjoni so\u010bjali", "Trasport u Infrastruttura", "G\u0127awdex", "Edukazzjoni u Sport", "Bit-tema, Malta inkomplu nikbru flimkien, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ppre\u017centa l-Ba\u0121it b'nefqa ta' 5,000 miljun ewro.", "Il-ba\u0121it ma kienx fih taxxi \u0121odda u fost il-mi\u017curi li t\u0127abbru kien hemm \u017cew\u0121 bonuses g\u0127al \u0127addiema flimkien mal-kumpens g\u0127all-g\u0127oli tal-\u0127ajja.", "Ser tonqos ukoll ir-rata tat-taxxa fuq is-sahra u t\u0127abbar bonus g\u0127al kull tarbija li titwieled jew ti\u0121i adottata.", "Fil-ba\u0121it fost o\u0127rajn t\u0127abbret ukoll \u017cieda fil-pensjonijiet.", "I\u017c-\u017cieda g\u0127all-g\u0127oli tal-\u0127ajja se tkun ta' \u20ac3.49 \u010bente\u017cmu fil-\u0121img\u0127a.", "Minbarra din i\u017c-\u017cieda, il-Gvern ser jag\u0127ti wkoll bonus ta' darba ta' \u20ac15-il ewro lil familji ta' persuna wa\u0127da u \u20ac35 lil familji ta' aktar minn persuna wa\u0127da biex tag\u0127mel tajjeb g\u0127al \u017cidiet fil-prezz tal-\u0127alib li s'issa ma nqabditx bis-sistema tal-COLA.", "Il-Ministru Scicluna \u0127abbar ukoll li t-tax refund lil mitejn elf \u0127addiem li g\u0127andhom d\u0127ul inqas minn sittin elf ewro fis-sena ser jer\u0121a' jing\u0127ata u ser ivarja bejn \u20ac40 u \u20ac68, bl-og\u0127la rata tit\u0127allas lil dawk li g\u0127andhom d\u0127ul baxx.", "\u0126addiema u pensjonanti", "Akkomodazzjoni", "Ambjent u Infrastruttura", "Trasport", "Edukazzjoni u skejjel", "Sa\u0127\u0127a u persuni b'di\u017cabilit\u00e0", "G\u0127awdex", "Sigurt\u00e0", "Nhar it-Tnejn 16 ta' Ottubru 2017, fit-3.00 p.m., il-karozza li kienet fiha Daphne Caruana Galizia splodiet u l-\u0121urnalista mietet fuq il-post.", "Fi stqarrija f'Kastilja madwar sieg\u0127a u nofs wara d-delitt, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dak li se\u0127\u0127 hu ina\u010b\u010bettabbli fuq kull livell.", "Ikkundanna bla ri\u017cervi dan \"l-attakk barbaru fuq il-persuna u l-liberta' tal-espressjoni f'pajji\u017cna.\"", "Muscat qal li filwaqt l Caruana Galizia kienet kritika \u0127arxa tieg\u0127u, kemm politikament kif ukoll personalment, \"madanakollu ma nista' nu\u017ca qatt dan il-fatt biex ji\u0121\u0121ustifika bl-ebda mod possibbli dan l-att barbaru li jmur kontra kull dinjita' u kull \u010bivilt\u00e0.\"", "Qal li ta struzzjonijiet lill-pulizija kif ukoll lis-servizzi kollha tas-sigurta' fil-pajji\u017c biex jie\u0127du kull mi\u017cura biex il-\u0127ati jew \u0127atja jitressqu quddiem il-\u0121ustizzja.", "Ta struzzjonijiet biex ti\u0121i mitluba assistenza minn korpi tas-sigurta' minn pajji\u017ci o\u0127ra fl-investigazzjonijiet.", "Muscat qal li hu l-Prim Ministru ta' kul\u0127add u s-sa\u0127\u0127a tad-demokrazija tag\u0127na to\u0127ro\u0121 f'mumenti b\u0127al dan, fejn irridu nkunu lesti niddefendu l-prin\u010bipji tag\u0127na u d-drittijiet ta' kull wie\u0127ed u wa\u0127da minna.", "Hu appella g\u0127all-g\u0127aqda nazzjonali u mhux se jistrie\u0127 sakemm issir \u0121ustizzja g\u0127aliex il-pajji\u017c jist\u0127oqqlu \u0121ustizzja.", "\"Kul\u0127add g\u0127andu dritt jikteb u jg\u0127id li jrid f'pajji\u017cna u min i\u0127ossu n\u0121urjat, g\u0127andu d-dritt tal-protezzjoni tal-Qrati u ebda rimedju ie\u0127or.", "Mhux se nistrie\u0127 qabel nara li ssir \u0121ustizzja f'dan il-ka\u017c.", "G\u0127aliex pajji\u017cna jist\u0127oqqlu \u0121ustizzja,\" temm il-Prim Ministru.", "7 \u0121img\u0127at biss wara l-assassinju ta' Caruana Galizia, nhar it-Tnejn 4 ta' Di\u010bembru 2017, operazzjoni kbira fl-in\u0127awi tal-Menqa fil-Marsa twassal biex ji\u0121u arrestati l-a\u0127wa Alfred u George Degiorgio u Vince Muscat.", "Din l-operazzjoni kienet fost l-akbar li qatt saret f'Malta u li rat is-sehem tal-Pulizija u l-Forzi Armati.", "Ftit wara, Muscat indirizza konferenza tal-a\u0127barijiet f'Kastilja li fiha ta dettalji dwar l-operazzjoni.", "Fid-19 ta' Di\u010bembru bdiet il-kumpilazzjoni tax-xhieda", "Il-Prim Ministru Joseph Muscat \u0127abbar ir-ri\u017cenja tieg\u0127u minn Prim Ministru ta' Malta u Mexxej tal-Partit Laburista, fl-1 ta' Di\u010bembru tal-2019.", "Wara l-elezzjoni interna fil-Partit li se\u0127\u0127et nhar il-11 ta' Jannar, 2020, l-avukat Robert Abela intag\u0127\u017cel b\u0127ala l-Mexxej il-\u0121did, Muscat irri\u017cenja minn Prim Ministru.", "Joseph Muscat huwa mi\u017c\u017cewwe\u0121 lil Michelle imwielda Tanti (kienet Assistenta Personali ta' Alfred Sant), u g\u0127andu \u017cew\u0121 bniet tewmin: Etoile Ella u Soleil Sophie."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15260", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15260", "title": "Martin Luther King Jr.", "text": ["Martin Luther King Jr.", "Martin Luther King (15 ta' Jannar 1929 \u2013 4 ta' April 1968) kien qassis Amerikan, mexxej Afro-Amerikan fil-moviment g\u0127ad-drittijiet \u010bivili, l-iktar vu\u010bi importanti g\u0127all-Amerikani Afrikani skur tal-Istati Uniti tal-Amerika.", "King kien mexxej kari\u017cmatiku, li ji\u0121bed il-folol warajh bil-kelma mqanqla tieg\u0127u.", "L-isforzi tieg\u0127u g\u0127enu biex jitfassal is-\"Civil Rights Acts\" fl-1964 u l-\"Voting Rights Act\" sena wara.", "Fl-1964 \u0121ie unurat bil-Premju Nobel g\u0127all-Pa\u010bi.", "King twieled fil-15 ta' Jannar - mill-1983, dan il-jum sar Jum Nazzjonali fl-USA - tal-1929, f'Atlanta fl-Istati Uniti tal-Amerika.", "Missieru kien \"pastor\" Battista.", "Sa minn \u010bkunitu Martin beda jara l-in\u0121ustizzji kbar li kienu je\u017cistu kontra l-Amerikani Afrikani.", "Qabel ma beda jmur l-iskola hu u o\u0127tu kienu jilag\u0127bu ma' \u017cew\u0121t itfal bojod.", "Meta marru l-iskola g\u0127all-ewwel darba, i\u017c-\u017cew\u0121t itfal bojod marru fi skola g\u0127all-bojod waqt li Martin u o\u0127tu marru fi skola g\u0127as-suwed.", "Minn dakinhar omm it-tfal bojod ma \u0127allithomx jilag\u0127bu i\u017cjed mag\u0127hom g\u0127ax suwed.", "Fi tmiem l-ewwel sena tal-iskola, is-surmast \u0127adhom \u0127ar\u0121a.", "Dak i\u017c-\u017cmien l-Amerikani Afrikani kien ikollhom i\u010bedu posthom fuq il-karozza tal-linja.", "King jg\u0127id li qatt ma \u0127ass qalbu sewda daqs dakinhar.", "Fi tfulitu kien i\u0127obb jisma' l-mu\u017cika sewda, l-iktar dik tal-kantanta Bessie Smith.", "Din il-kantanta sewda mietet wara in\u010bident tat-traffiku g\u0127ax ma ridux jag\u0127tuha kura fi sptar tal-bojod.", "Dak li King kien qed jara madwaru kien l-iskjavitu tal-Amerikani Afrikani.", "Il-faqar kien mifrux \u0127afna fosthom.", "Kienu ji\u0121u m\u010ba\u0127\u0127da minn impjiegi m\u0127allsa tajjeb, edukazzjoni xierqa u djar tajbin.", "Ma kinux jit\u0127allew jid\u0127lu f'\u0121onna pubbli\u010bi, \u0127otels jew ristoranti.", "Gradwa mill-MoreHouse College u ta' 26 sena \u0127a d-Dottorat fit-Teolo\u0121ija mill-Universit\u00e0 ta' Boston.", "Ta' 18-il sena kien di\u0121\u00e0 \u0121ie ordnat ministru Battista u sar \"assistant pastor\" fil-knisja ta' missieru f'Atlanta.", "F'wa\u0127da mill-ewwel priedki tieg\u0127u qal hekk:", "\"Alla huwa l-Missier \u0127anin tal-popli kollha, fosthom l-Amerikani Afrikani.", "G\u0127alhekk, a\u0127na lkoll, Bojod u Suwed, a\u0127na a\u0127wa.", "La l-kulur tal-\u0121ilda tieg\u0127ek, lanqas ir-reli\u0121jon tieg\u0127ek mhuma qatt \u0127a jkissru din il-fraternita.", "G\u0127ax is-Suwed g\u0127andhom \u0121ilda skura, m'g\u0127andhomx ji\u0121u m\u010ba\u0127\u0127da mid-drittijiet fundamentali tag\u0127hom, l-aspirazzjonijiet \u0121usti tag\u0127hom, l-opportunitajiet.", "Dan la jag\u0127mel \u0121ie\u0127 lil nazzjon kbir b\u0127al tag\u0127na u lanqas lil Fidi Nisranija tal-Amerikani.\"", "Mill-1954 sa l-1960 serva b\u0127ala pastor tal-Knisja Battista ta' Montgomery.", "Fl-1960 re\u0121a' mar ma' missieru b\u0127ala \"co-pastor\", servizz li baqa' jag\u0127ti sakemm miet.", "King kien beda jinvolvi ru\u0127u fil-moviment g\u0127ad-drittijiet \u010bivili fl-1955 meta mexxa l-bojkott tal-karozzi tal-linja ta' Montgomery.", "B'dan il-bojkott spi\u010b\u010bat is-segregazzjoni fuq il-karozzi tal-linja ta' dak il-post, ji\u0121ifieri spi\u010b\u010baw is-seats g\u0127all-bojod u seats g\u0127al-Amerikani Afrikani.", "Wara dan, King \u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-Amerikani Afrikani biex jimxu fuq l-e\u017cempju ta' Montgomery u jirb\u0127u d-drittijiet tag\u0127hom ming\u0127ajr vjolenza.", "B\u0127ala mexxej tas-Southern Christian Leadership Conference li g\u0127en biex titwaqqaf fl-1957, King mexxa dimostrazzjonijiet, mar\u010bijiet, \"sit-ins\", u bojkotts f'\u0127afna bliet kemm fis-sud kif ukoll fin-nord tal-Amerika, fejn \u0127afna drabi kien jiltaqa' ma' tg\u0127ajjar u xi drabi vjolenza.", "Tefg\u0127uh il-\u0127abs bosta drabi g\u0127all-attivitajiet tieg\u0127u fis-sud.", "Fl-1967 sar ukoll mexxej tal-moviment pa\u010bifista li \u0127adem biex i\u0121ib fi tmiem il-Gwerra twila tal-Vjetnam.", "King organizza l-Mar\u010b kbir ta' l-1963 f'Washington, g\u0127ax-xog\u0127ol u g\u0127ad-drittijiet \u010bivili.", "Fit-28 ta' Awwissu 1963, King g\u0127amel id-diskors famu\u017c \"I Have a Dream\", quddiem 200,000 ru\u0127:", "\"Jien g\u0127andi \u0127olma.", "G\u0127andi \u0127olma li xi darba fuq l-g\u0127oljiet \u0127omor tal-Georgia it-tfal tal-iskjavi u t-tfal tas-sidien ikunu jistg\u0127u jpo\u0121\u0121u bil-qieg\u0127da fuq l-istess mejda b\u0127all-a\u0127wa.", "G\u0127andi \u0127olma li meta a\u0127na nikbru u jkollna t-tfal tag\u0127na, dawn ikunu jistg\u0127u jg\u0127ixu f'pajji\u017c li fih ma ji\u0121ux i\u0121\u0121udikati mill-kulur tal-\u0121ilda tag\u0127hom imma mill-kwalit\u00e0 tal-karattru tag\u0127hom.", "Iva hekk no\u0127lom.\"", "Fl-4 t'April 1968, meta kien qieg\u0127ed Memphis, Tennessee, fejn mar biex jappo\u0121\u0121ja lill-kenniesa li kienu qed jistrajkjaw, James Earl Ray, \u0127absi ma\u0127rub, sparalu tir meta King kien f'gallarija u qatlu.", "King kien g\u0127ad kellu biss 39 sena."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15264", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15264", "title": "Papa Piju XII", "text": ["Papa Piju XII", "Papa Piju XII, imwieled Eugenio Maria Giuseppe Pacelli (Ruma, 2 ta' Marzu 1876 \u2013 Castel Gandolfo, 9 ta' Ottubru 1958) kien il-260 Papa tal-Knisja Kattolika.", "Eugenio kien it-tielet wild ta' Filippo Pacelli (1837-1916), avukat tas-Sacra Rota u Virginia Graziosi (1844-1920).", "Flimkien ma' \u0127uh Francesco u \u017c-\u017cew\u0121 \u0127utu bniet, Giuseppina u Elisabetta, Eugenio trabba fi\u010b-\u010bentru ta' Ruma.", "\u0126a l-edukazzjoni tieg\u0127u fi skola privata Kattolika, fil-li\u010beo tal-Istat \"Ennio Quirino Visconti\" (li kien iddominat minn sentiment anti-Kattoliku), fil-Collegio Capranica, u mill-1894 sal-1899 studja t-teolo\u0121ija fl-Universit\u00e0 Gregoriana minn fejn \u0121ab id-dottorat fl-1901, meta di\u0121\u00e0 kien ilu sentejn sa\u010berdot (mill-1899).", "Fl-1902 ggradwa fil-Li\u0121i g\u0127alkemm qatt ma pprattika.", "Sa minn et\u00e0 \u010bkejkna Eugenio \u0127ass li kellu l-\"vokazzjoni\" sa\u010berdotali: fil-\u0127in \u0127ieles tieg\u0127u kien joqg\u0127od taparsi jqaddes.", "Sa minn meta kellu 8 snin, Don Giuseppe Lais, xjenzat u astronomu, kellu influwenza kbira fuqu, u g\u0127al \u0127afna snin kellu jkun il-pre\u010bettur tieg\u0127u.", "Fl-1939, fl-istess jum u xahar li fihom twieled: it-2 ta' Marzu, Pacelli kien elett Papa.", "Huwa kien l-\"g\u0127a\u017cla obbligatorja\" g\u0127all-\u0127amsa u sittin kardinal li n\u0121abru fil-konklavi ta' Frar 1939.", "Fi \u017cmien fejn id-dinja kienet qed tistenna li tfaqqa' l-gwerra, il-kardinali riedu xi \u0127add li kien mid\u0127la sew fit-tradizzjoni tad-diplomazija Vatikana - g\u0127alhekk huma g\u0127a\u017clu s-Segretarju ta' l-Istat li kellu Piju XI.", "Pacelli \u0127a l-isem ta' Piju XII.", "\u0120img\u0127atejn wara l-inkoronazzjoni ta' Piju XII, Hitler invada \u010b-\u010aekoslovakkja - pass 'il bog\u0127od minn gwerra dinija.", "Piju XII g\u0127amel minn kollox biex ibieg\u0127ed il-gwerra.", "Jibqa' mag\u0127ruf id-diskors tieg\u0127u fuq ir-radju tal-24 ta' Awwissu 1939 li fih qal il-fra\u017ci li baqg\u0127et simbolu tal-Pontifikat tieg\u0127u: \"Xejn ma jintilef bil-pa\u010bi; kollox jista' jintilef bil-gwerra\".", "I\u017cda \u0121img\u0127a wara, nhar l-1 ta' Settembru, il-\u0120ermanja invadiet il-Polonja u jumejn wara, Franza, u l-Ingilterra wie\u0121bu g\u0127all-attakk; hekk bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Papa Pacelli organizza g\u0127ajnuna lill-popolazzjonijiet milquta u \u0127oloq l-uffi\u010b\u010bju informazzjoni fuq il-pri\u0121unieri u dawk dispersi.", "Huwa sa\u0127ansitra issogra \u0127ajtu meta g\u0127amilha ta' intermedjarju bejn l-Alleati u l-moviment ta' re\u017cistenza fil-\u0120ermanja, li fl-1940 kien qed jippjana li jqum kontra Hitler.", "Meta l-Italja ddikjarat li hi wkoll ser tid\u0127ol fil-gwerra, il-Vatikan \u0121ie f'po\u017cizzjoni kritika.", "Il-Papa g\u0127amel \u0127iltu sabiex i\u017comm id-dehra ta' imparzjalit\u00e0 u b'hekk jevita li l-Vatikan ji\u0121i attakkat b\u0127ala stat kompli\u010bi mal-Alleati.", "G\u0127alkemm Piju kellu stmerrija lejn il-Komuni\u017cmu, hu ma wera l-ebda sens ta' qbil man-Na\u017ci li pin\u0121ew l-attakk fuq ir-Russja b\u0127ala gwerra qaddisa antikomunista.", "Madankollu, Piju XII kellu m\u0127abba spe\u010bjali lejn il-poplu \u0120ermani\u017c u l-kultura tieg\u0127u, u g\u0127alhekk hu \u0127adem sabiex i\u0121ib il-pa\u010bi li b'xi mod tirrispetta l-interessi le\u0121ittimi tieg\u0127u.", "U meta l-gwerra daret favur l-Alleati, il-Papa be\u017ca' mill-fatt li l-komunisti kienu ser jirb\u0127u, g\u0127alhekk hu \u0127adem sabiex jintla\u0127aq ftehim li ma jag\u0127tix reb\u0127a totali la lill-Unjoni Sovjetika u lanqas lill-\u0120ermanja.", "F'\u0127ajtu u g\u0127al xi snin wara mewtu Piju XII kien imfa\u0127\u0127ar g\u0127al dak kollu li g\u0127amel b'ri\u017cq il-Lhud.", "I\u017cda fl-1963, wara d-dramm teatrali \"Il-Vigarju\", bdiet polemika fuq Piju XII, akku\u017cat li ma \u0127adimx bi\u017c\u017cejjed biex jiddefendi l-Lhud, sa \u0121ie definit \"Il-Papa ta' Hitler\".", "I\u017cda l-istudju\u017c Lhudi Pinchas Lapide, li kien ukoll il-konslu ta' Israel fl-Italja, jg\u0127id li bejn 70% u 90% tad-950,000 Lhud Ewropew li \u0127ar\u0121u \u0127ajjin mill-Olokawst, jafu dan lil inizjattivi Kattoli\u010bi, inkora\u0121\u0121iti u sostnuti mill-istess Piju XII.", "I\u017cda g\u0127aliex Piju XII ma kkundannax pubblikament l-atrocitajiet tan-Na\u017ci fl-Olokawst?", "Be\u017ca' wisq li ma jibqax newtrali?", "M'hemmx dubju li l-Papa kien infurmat bi\u017c\u017cejjed dwar x'kien qed ji\u0121ri.", "Madankollu hu \u017camm is-silenzju.", "\u017bgur li g\u0127al dan kien hemm xi ra\u0121uni.", "Dawn huma xi ra\u0121unijiet possibli:", "Madankollu \u0127afna jibqg\u0127u jsostnu li dawn ir-ra\u0121unijiet ma humiex bi\u017c\u017cejjed biex ji\u0121\u0121ustifikaw is-silenzju ta' Piju XII quddiem l-Olokawst - b\u0127ala vigarju ta' Kristu hu kien fi dmir li jle\u0127\u0127en l-g\u0127ajta dg\u0127ajfa tal-Lhud u tal-kuxjenza umana tad-dinja kollha.", "G\u0127alhekk id-dibattitu dwar Piju XII li ma tkellimx kontra n-Na\u017ci\u017cmu u l-antisemiti\u017cmu matul it-Tieni Gwerra Dinija g\u0127adu sejjer.", "L-istoriku \u0120i\u017cwita Robert Graham jistqarr li \"Fi\u017c-\u017cew\u0121 gwerer, uffi\u010bjali minn diversi pajji\u017ci riedu li l-Papa jitfa' il-pi\u017c ta' l-awtorit\u00e0 reli\u0121ju\u017ca tieg\u0127u wara l-kaw\u017ca tag\u0127hom - billi, ng\u0127idu a\u0127na, jikkundanna espressament \u010berti atroti\u010bitajiet ta' l-g\u0127adu u wkoll billi jiddikjara li l-gwerra tag\u0127hom hi wa\u0127da \u0121usta u jiskomunika l-mexxejja ta' l-g\u0127adu.", "F'dawn i\u010b-\u010birkustanzi, \u0121udizzju morali dirett (min-na\u0127a tal-Papa) kien ikun qed jaqdi biss fini politiku ta' propoganda u wkoll ikun qed jikkomprometti l-influenza reli\u0121ju\u017ca g\u0127all-pa\u010bi min-na\u0127a tas-Santa Sede.\"", "Darba Piju XII stqarr ma' Montini, li iktar 'il quddiem kellu jkun Pawlu VI, g\u0127alfejn hu \u017camm is-silenzju:", "\"A\u0127na fid-dmir li nlissnu kliem tan-nar quddiem affarijiet b\u0127al dawn u l-unika \u0127a\u0121a li \u017c\u017commna milli nag\u0127mlu dan hu l-fatt li jekk nitkellmu, inkunu qedg\u0127in ng\u0127arrqu aktar il-kundizzjoni ta' dawn l-imsejkna.\"", "Fix-xitwa tal-1943 il-\u0120ermani\u017ci da\u0127lu fil-Ba\u017cilika ta' San Paolo fuori le Mura u arrestaw lil kull min kien refu\u0121jat hemm.", "Ri\u010bentement instab pjan sigriet ta' Hitler li jokkupa l-Vatikan u jarresta lil Piju XII, g\u0127ax dan skond id-dittatur Na\u017cista kien qed ifixkel il-pjanijiet tal-\u0120ermanja.", "Kien g\u0127alhekk li biex jevita li Hitler i\u017comm pri\u0121unier lill-Papa, Piju XII kien hejja ittra ta' ri\u017cenja li kellha tintu\u017ca f'ka\u017c li jinqabad, bi struzzjonijiet li jsiru konklavi g\u0127all-g\u0127a\u017cla ta' Papa \u0121did f'Lisbona.", "Fl-1943, meta l-\u0120ermani\u017ci ordnaw lil-Lhud Rumani jag\u0127tu d-dehbijiet tag\u0127hom biex suppost isalvaw \u0127ajjithom, il-Vatikan ikkontribwixxa 20 kilo mill-50 kilogramma mitluba.", "Skond \u0127afna stori\u010bi, il-\u0120ermani\u017ci illikwidaw il-ghetto ta' Ruma proprju biex ipattuha lill-Papa Pacelli.", "Nhar id-19 ta' Lulju 1943 wara bumbardament qawwi fuq il-kwartier ta' San Lorenzo f'Ruma, Piju XII \u017car l-in\u0127awi milquta, \u0127ru\u0121 e\u010b\u010bezzjonali tal-Papa mill-Vatikan g\u0127al dak i\u017c-\u017cmien.", "Nhar l-4 ta' \u0120unju 1944, wara l-liberazzjoni, ir\u010bieva fil-Vatikan lis-suldati alleati.", "Il-\u0126add ta' wara folol kbar ta' Rumani imlew Pjazza San Pietru biex isellmu mill-qalb lill-Papa, li kien l-unika awtorit\u00e0 li baqg\u0127et fil-kapitali wara t-8 ta' Settembru.", "F'Marzu 1998, il-Kummisjoni g\u0127ar-Relazzjonijiet Reli\u0121ju\u017ci mal-Lhud ippubblikat id-dokument bl-isem ta' \"A\u0127na Niftakru: Riflessjoni fuq ix-Shoah\".", "Il-Vatikan sejja\u0127 dan id-dokument dwar l-Olokawst b\u0127ala att ta' ndiema, aktar minn apolo\u0121ija.", "Fost l-o\u0127rajn, f'dan id-dokument insibu li \u017cew\u0121 papiet, Piju XI u Piju XII, ikkundannaw ir-razzi\u017cmu u l-anti-semiti\u017cmu.", "Ix-Shoah kien il-frott ta' re\u0121im modern u pagan, b'g\u0127eruq antisemiti\u010bi u li ppersegwita wkoll il-Knisja Kattolika.", "Id-dokument jg\u0127id li l-Knisja Kattolika stess jisg\u0127obbiha g\u0127all-i\u017cbalji li g\u0127amlet u tenna l-kundanna g\u0127al kull forma ta' razzi\u017cmu u antisemiti\u017cmu.", "Id-dokument isejja\u0127 din id-dikjarazzjoni b\u0127ala \"Teshuva\", att ta' ndiema g\u0127ax il-Kattoli\u010bi illum wirtu l-il\u0121iem tad-dnubiet li twettqu fix-Shoah.", "Piju XII kiteb 41 en\u010biklika u xandar madwar elf messa\u0121\u0121 u diskorsi fuq ir-radju u t-televixin.", "Kien spiss jindirizza lin-nies tax-xjenza u tal-medi\u010bina.", "Bl-en\u010biklika \"Mystici Corporis\", Piju XII fisser ir-relazzjonijiet spiritwali u vi\u017cibbli li jg\u0127aqqdu l-bnedmin mal-Kelma Inkarnata.", "F'din l-en\u010biklika hu offra g\u0127all-ewwel darba \u0121abra teolo\u0121ika ta' x'inhi l-Knisja.", "Permezz tal-En\u010biklika \"Divino Afflante Spiritu\", Piju XII stabbilixxa n-normi duttrinali biex wie\u0127ed jistudja l-Iskrittura, filwaqt li sa\u0127aq fuq l-importanza u r-rwol tag\u0127ha fil-\u0127ajja Nisranija.", "Bl-en\u010biklika \"Mediator Dei\", Piju XII kompla mbotta l-moviment litur\u0121iku, l-i\u017cjed meta kiteb: \"L-og\u0127la element tal-kult divin je\u0127tie\u0121 li jkun dak interjuri...", "Inkella r-reli\u0121jon issir sempli\u010biment formali\u017cmu, ming\u0127ajr tifsira u kontenut\".", "Piju XII ta spinta lill-attivit\u00e0 missjunarja bl-en\u010bikli\u010bi \"Evangelii Praecones\" u \"Fidei Donum\".", "F'dawn i\u017c-\u017cew\u0121 dokumenti, il-Papa enfasizza d-dmir ta' kull komunit\u00e0 Nisranija li t\u0127abbar il-Van\u0121elu lill-\u0121nus.", "Fl-omelija li g\u0127amel nhar id-9 ta' Ottubru, 2008, nhar il-50 anniversarju mill-mewt ta' Piju XII, Papa Benedittu XVI fisser l-im\u0127abba li dan il-Papa kbir kellu g\u0127all-Missjoni:", "Fl-1974, Papa Pawlu VI qal hekk fuq Piju XII:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15293", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15293", "title": "Alexa Internet", "text": ["Alexa Internet", "Alexa Internet Inc. hija kumpanija Amerikana sussidjarja ta' Amazon.com li tag\u0127mel anali\u017ci u ti\u0121bor statistika fuq it-traffiku tal-internet.", "Alexa hi wkoll mutur ta' tfittxija b'servizz ta' direttorju elettroniku.", "Alexa Internet bdiet fl-1996 minn Brewster Kahle u Bruce Gilliat.", "G\u0127all-bidu kienet toffri \"toolbar\" li kienet tiggwida lill-utenti tal-internet permezz ta' su\u0121\u0121erimenti fuq fejn jistg\u0127u jmorru, ibba\u017cati skont mudelli tat-traffiku tal-komunit\u00e0 tal-utenti tag\u0127ha.", "Alexa kienet toffri informazzjoni fuq kull sit li wie\u0127ed kien i\u017cur: il-proprjetarju, in-numru ta' pa\u0121ni li hemm fis-sit, kemm il-sit ie\u0127or jipponta lejh, u l-frekwenza ta' kemm isiru l-a\u0121\u0121ornamenti.", "Barra minn hekk, Alexa tipprovdi l-arkivjar ta' pa\u0121ni elettroni\u010bi permezz ta' \"web crawlers\".", "B'kollaborazzjoni mal-Internet Archive, l-in\u0121iniera informati\u010bi ta' Alexa \u0127olqu l-Internet Archive's Wayback Machine.", "Fl-1999, l-azjenda \u0121iet akkwistata minn Amazon g\u0127a\u010b-\u010bifra ta' 250 miljun dollaru.", "Fir-rebbieg\u0127a tal-2002, Alexa bdiet s\u0127ubija mal-Google u aktar tard fl-2005 mal-Open Directory Project.", "F'Mejju tal-2006, Alexa issostitwixxiet lil Google ma' Live Search b\u0127ala l-pjattaforma g\u0127at-tfittxija.", "F'Settembru tal-istess sena Alexa bdiet tu\u017ca' l-pjattaforma ta' tfittxija tag\u0127ha.", "F'Di\u010bembru, Alexa \u0127olqot l-\"Alexa Image Search\".", "Din hija l-ewwel applikazzjoni li \u0121iet iddisinjata b'mod awtonomu u installata fuq il-pjattaforma tal-web.", "Illum il-\u0121urnata Alexa hija qabel xejn mutur ta' tfittxija."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15306", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15306", "title": "Emmanuel Muscat", "text": ["Emmanuel Muscat", "Emmanuel \"Manny\" Muscat (Melbourne, 7 ta' Di\u010bembru 1984) huwa plejer tal-futbol Malti mwieled Awstraljan li jilg\u0127ab b\u0127ala difensur ma' Wellington Phoenix.", "Imrobbi f'West Sunshine, \u0121ewwa Melbourne, Manny Muscat lag\u0127ab ma' Sunshine George Cross fejn kien intg\u0127a\u017cel b\u0127ala l-kaptan tat-tim ta' dsatax-il sena, qabel ma mar jilg\u0127ab mar-rivali ta' Green Gully.", "F'Awwissu tal-2008, Wellington Phoenix kisbu l-firma ta' Muscat, g\u0127all-bidu b\u0127ala sostitut ta' Vince Lia li kien imwe\u0121\u0121a, imma aktar tard ing\u0127ata kuntratt s\u0127i\u0127.", "Muscat lag\u0127ab total ta' 26 log\u0127ba matul l-ista\u0121un 2009-10.", "Barra minn difensur lemini, hu \u0121ie skjerat diversi drabi fi rwol ta' midfilder difensiv.", "Il-prestazzjonijiet tieg\u0127u \u0121ew premjati meta fl-20 ta' Ottubru 2009 hu ffirma estenda l-kuntratt tieg\u0127u mal-klabb g\u0127al tliet snin o\u0127ra.", "Nhar il-11 ta' Mejju, 2009, Muscat \u0121ie msejja\u0127 mat-tim nazzjonali Malti g\u0127al-log\u0127ba ta' \u0127biberija kontra r-Repubblika \u010aeka u l-partita valida g\u0127all-kwalifikazzjoni g\u0127at-Tazza tad-Dinja 2010 kontra l-I\u017cvezja.", "Id-debutt tieg\u0127u wasal kontra r-Repubblika \u010aeka nhar il-5 ta' \u0120unju, 2010, waqt li kien u\u017cat b\u0127ala sostitut fil-konfront kontra l-I\u017cvezja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15311", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15311", "title": "O\u0121\u0121ett (filosofija)", "text": ["O\u0121\u0121ett (filosofija)", "O\u0121\u0121ett huwa terminu tekniku li tintu\u017ca fl-epistemolo\u0121ija, ferg\u0127a tal-filosofija li titratta dwar l-istudju tal-g\u0127arfien.", "Aristotle kien qal li \"kull bniedem bin-natura tieg\u0127u rrid ikun jaf.\"", "Ren\u00e9 Descartes espanda dan l-g\u0127arfien fuq bazi ta' \u010bertezza bil- cogito ergo sum, tipikament tradotta hekk \"Jien na\u0127seb u g\u0127aldaqstant jien jien.\"", "Il-\u0126assieb ma jistax ikun \u010bert mill-\u0127sibijiet tieg\u0127u u l-e\u017cistenza tieg\u0127u sakemm ikun jaf dwara.", "Ji\u0121\u0121iefieri, l-a\u017c\u017cjoni partikolari tal-\u0127sieb tag\u0127ti g\u0127arfien lil \u0127assieb.", "Descartes ag\u0127mel dan fuq l-argument tar-risposta tal-insigurta tal-\u0127olm, li tistaqsi liem affarijiet huma reali u dawk li huma \u0127olm.", "Madankollu \u0127add ma jista' jo\u0127lom ming\u0127ajr ma ja\u0127seb."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15313", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15313", "title": "O\u0121\u0121ett", "text": ["O\u0121\u0121ett", "O\u0121\u0121ett tista' tirreferi g\u0127al:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15320", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15320", "title": "Ludovic Magnin", "text": ["Ludovic Magnin", "Ludovic Magnin (Lausanne, 20 ta' April 1979) huwa eks-plejer tal-futbol \u017bvizzeru.", "Imrobbi f'Echallens, fil-kantun ta' Vaud, qalb familja \"mi\u0121nuna fuq il-futbol\": missieru kien jilg\u0127ab fi klabb tal-ewwel divi\u017cjoni waqt li ommu kienet fl-iskwadra femminili ta' pajji\u017cu.", "Hu hu mi\u017c\u017cewwe\u0121 lil Chantale u g\u0127andu \u017cew\u0121t itfal, Nicos (twieled fl-2002) u Thierry (twieled fl-2006).", "Beda fil-livell \u0121ovanili tal-klabb tal-lokal, FC Echallens, qabel ma fl-1996 ing\u0127aqad g\u0127al sta\u0121un ma' Lausanne-Sports.", "Fis-sajf tal-1997 issie\u0127eb ma' Yverdon, tim mit-tieni divi\u017cjoni \u017bvizzera.", "Mag\u0127hom g\u0127amel id-debutt professjonali tieg\u0127u, fejn fi tliet snin deher total ta' 45 log\u0127ba.", "Fis-sena 2000 ing\u0127aqad mal-ambizzju\u017c Lugano fejn mag\u0127hom lag\u0127ab il-kampjonat 2000\u201301, qabel ma g\u0127amel qab\u017ca ta' kwalit\u00e0 f'Jannar tas-sena ta' wara meta ttrasferixxa mal-klabb \u0120ermani\u017c ta' Werder Bremen.", "Fl-ewwel tliet sta\u0121uni fil-Bundesliga ftit li xejn kien involut, fejn \u0121abar 20 pre\u017cenza u gowl wie\u0127ed.", "Mal-Werder irnexxielu jirba\u0127 il-kampjonat u t-Tazza \u0120ermani\u017ca fl-ista\u0121un 2003\u201304.", "Madanakollu, i\u017c-\u017cmien mal-klabb kien imtappan minn nuqqas ta' log\u0127ob \u0127abba li kien iwe\u0121\u0121a' ta' spiss.", "Fis-sajf tal-2005 \u0121ie akkwistat minn VfB Stuttgart u fl-ista\u0121un ta' wara rnexxielu jikseb it-tieni titlu nazzjonali tal-kampjonat personali, fejn g\u0127amel 22 dehra u skorja gowl wie\u0127ed, ironikament kontra l-eks-klabb tieg\u0127u.", "L-ista\u0121un 2009\u201310 ftit li xejn azzjoni mat-tim, u sabiex isalva postu mat-tim nazzjonali \u017bvizzeru g\u0127at-Tazza tad-Dinja 2010, idde\u010bieda li f'Jannar 2010 jing\u0127aqad mal-klabb \u017bvizzeru ta' FC Z\u00fcrich.", "Fis-27 ta' Awwissu 2012, Magnin \u0127abbar li kien se jirtira wara problemi fi\u017ci\u010bi persistenti.", "Fis-sena 2000, grazzi g\u0127all-prestazzjonijiet tajbin li beda juri ma' Lugano, \u0121ie msejja\u0127 g\u0127all-ewwel darba mat-tim nazzjonali \u017bvizzeru, bid-debutt tieg\u0127u jasal f'Awwissu kontra l-Gre\u010bja.", "Mat-tim nazzjonali pparte\u010bipa fil-Kampjonati Ewropej 2004, fit-Tazza tad-Dinja 2006 u fil-Kampjonati Ewropej 2008 fejn g\u0127al dan tal-a\u0127\u0127ar kien hu li libes il-faxxa ta' kaptan tat-tim wara li waqt il-kompetizzjoni we\u0121\u0121a' Alexander Frei.", "Werder Bremen"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15332", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15332", "title": "Diego Benaglio", "text": ["Diego Benaglio", "Diego Benaglio (\u017burigu, 8 ta' Settembru 1983) hu plejer tal-futbol \u017bvizzeru li jilg\u0127ab fil-Bundesliga ma' VfL Wolfsburg b\u0127ala gowlkiper.", "Benaglio beda l-karriera tieg\u0127u mal-klabb lokali ta' Grasshopper-Club Z\u00fcrich u lag\u0127ab mag\u0127hom g\u0127al numru ta' sta\u0121uni qabel ma ng\u0127aqad ma' VfB Stuttgart, imma sab post biss mat-tim tar-riservi.", "Fl-2005\u201306 ing\u0127aqad ma' Nacional \u0121ewwa l-Portugall, fejn mal-ewwel kiseb post regulari fit-tim quddiem il-veteran Henrique Hil\u00e1rio, u postu assigurah bit-tluq ta' Hil\u00e1rio ma' Chelsea.", "Fit-22 ta' Jannar, 2008, Benaglio issie\u0127eb ma' VfL Wolfsburg.", "Iddebutta fit-30 ta' Jannar, fejn g\u0127en lit-tim javanza g\u0127all-kwarti tal-finali tat-Tazza \u0120ermani\u017ca.", "Ma\u017c-\u017cmien kiseb postu regulari mal-ewwel \u0127dax, fejn sar l-ewwel g\u0127a\u017cla bejn il-lasti g\u0127all-klabb u g\u0127en lit-tim jirba\u0127 l-ewwel titlu tal-Bundesliga fl-ista\u0121un 2008\u201309.", "Iddebutta mat-tim nazzjonali \u017bvizzeru nhar it-3 ta' \u0120unju, 2006, fir-reb\u0127a ta' 4\u20131 fuq i\u010b-\u010aina, li ntlag\u0127bet b\u0127ala preparazzjoni g\u0127at-Tazza tad-Dinja 2006, liema manifestazzjoni \u0127a sehem b\u0127ala t-tielet gowlkiper tal-iskwadra.", "Grazzi g\u0127all-prestazzjoni e\u010b\u010bellenti matul l-2008, hu kiseb post titulari mat-tim.", "Matul il-Kampjonati Ewropej li saru \u0121ewwa pajji\u017cu, lag\u0127ab \u017cew\u0121 log\u0127biet u sofra tliet gowls.", "Fl-2009, \u0121ie nominat b\u0127ala \"L-Aqwa Plejer \u017bvizzeru\".", "Matul il-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2010 kien fost il-protagonisti tat-tim li kiseb post awtomatiku fil-fa\u017ci finali tal-kompetizzjoni, fejn impressjona fl-ewwel log\u0127ba mill-fa\u017ci tal-gruppi kontra Spanja li ssarfet f'reb\u0127a ta' 1\u20130 g\u0127at-tim \u017bvizzeru.", "Grasshopper"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15335", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15335", "title": "Marco Streller", "text": ["Marco Streller", "Marco Streller (Ba\u017cel, 18 ta' \u0120unju 1981) huwa futboler \u017bvizzeru li jilg\u0127ab b\u0127ala attakkant ma' Basel u mat-tim nazzjonali.", "Streller beda l-karriera tieg\u0127u ma' Basel.", "Iddebutta mat-tim fis-sena 2000, qabel ma fl-ista\u0121un segwenti \u0121ie misluf lil FC Concordia Basel fejn \u0127alla l-marka tieg\u0127u b'16-il gowl minn 30 log\u0127ba.", "F'Jannar tal-ista\u0121un ta' wara, g\u0127adda g\u0127al ma' FC Thun, dejjem fuq ba\u017ci ta' self.", "Wara prestazzjonijiet sodisfa\u010benti li \u0127alla, irritorna lura lejn Basel bil-weg\u0127da ta' aktar spazju fit-tim.", "Matul l-ista\u0121un 2003\u201304, ir-ritorn tieg\u0127u ta' 13-il gowl minn 16-il partita attira interess minn numru ta' klabbs fil-Bundesliga \u0120ermani\u017ca, fosthom VfB Stuttgart, liema klabb kiseb il-firma tieg\u0127u g\u0127all-ista\u0121un 2004\u201305.", "Madanakollu, ftit li xejn \u0127alla xi forma ta' marka mat-tim u \u0121ie msellef lit-tim ta' K\u00f6ln g\u0127all-a\u0127\u0127ar nofs tal-ista\u0121un 2005\u201306.", "Lura ma' Stuttgart, ftit li xejn impona ru\u0127u fis-sistema tat-tim u re\u0121a' rritorna lura ma' Basel f'\u0120unju tal-2007.", "Lura pajji\u017cu, Streller re\u0121a' sab il-forma hekk kif kien l-aqwa skorer matul l-2007\u201308 bi 12-il gowl.", "Plejer internazzjonali mill-2003, hu kien jifforma parti mit-tim parte\u010bipi fil-Kampjonati Ewropej 2004, it-Tazza tad-Dinja 2006 u l-Kampjonati Ewropej 2008.", "Madanakollu kellu jirtira mill-manifestazzjoni tal-Euro 2004 min\u0127abba u\u0121ig\u0127.", "Wara partita kontra l-Liechtenstein, \u0127abbar li kien se jirtira b'mod definittiv mit-tim nazzjonali min\u0127abba nuqqas ta' sosten tal-partitarji.", "Imma, il-kow\u010b Ottmar Hitzfeld ikkonvi\u010bieh jer\u0121a' pass lura mid-de\u010bi\u017cjoni li kien \u0127a.", "Basel"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15337", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15337", "title": "M\u00e9rida (Vene\u017cwela)", "text": ["M\u00e9rida (Vene\u017cwela)", "M\u00e9rida (l-isem s\u0127i\u0127, Santiago de los Caballeros de M\u00e9rida) hija belt fil-Vene\u017cwela, il-kapitali tal-muni\u010bipalit\u00e0 ta' Libertador u tal-istat ta' M\u00e9rida, u hi wa\u0127da mill-bliet prin\u010bipali tal-Andi Vene\u017cwelani.", "Fundata fl-1558 b\u0127ala parti mill-Vi\u010birenju tal-Grenada l-\u0120dida, aktar tard saret parti mill-Kapitali \u0120enerali tal-Vene\u017cwela, u kellha rwol dirett fil-Gwerra tal-Indipendenza.", "II-popolazzjoni ta' M\u00e9rida tg\u0127odd iktar minn 200,000 ru\u0127 u \u017c-\u017cona metropolitana g\u0127andha mat-350,000 ru\u0127.", "Din il-belt hija \u010b-\u010bentru tal-edukazzjoni u tat-turi\u017cmu ta' Vene\u017cwela tal-Punent, fejn hi s-sede tal-Universit\u00e0 tal-Andi u l-Ar\u010bidjo\u010besi ta' M\u00e9rida.", "Barra minn hekk, g\u0127andha t-tieni l-itwal u l-og\u0127la funikular fid-dinja.", "Il-belt tinsab fuq pjanura fil-wied tax-xmara Chama li tg\u0127addi minn tarf g\u0127al ie\u0127or.", "L-altitudni ta' M\u00e9rida hi ta' 1,600 metru fuq il-livell tal-ba\u0127ar.", "L-isfond tal-orizzont ta' M\u00e9rida hu l-og\u0127la qu\u010b\u010bata tal-pajji\u017c, il-Pico Bol\u00edvar.", "Il-belt kisbet l-isem tag\u0127ha mill-fundatur tag\u0127ha Juan Rodr\u00edguez Su\u00e1rez li semmieha hekk b\u0127ala sinjal ta' \u0121ie\u0127 g\u0127all-belt fejn kien twield hu, M\u00e9rida f'Estremadura (Spanja).", "Madanakollu, Juan de Maldonado taha l-isem \u0121did ta' \"San Juan de las Nieves\".", "Fl-1559, re\u0121g\u0127et biddlet isimha, din id-darba g\u0127al \"Santiago de los Caballeros\".", "Bil-mod il-mod bdiet tadotta l-isem \"Santiago de los Caballeros de M\u00e9rida\", forma li kienet tikkombina l-ismijiet adottati sa dakinhar.", "Il-kelma M\u00e9rida \u0121ejja mit-terminu \"emerita\", kelma Latina li t-tifsira tag\u0127ha ting\u0127ad g\u0127al \"xi \u0127add li g\u0127andu mertu\" u emeritu, li hi tassew l-ori\u0121ini etimolo\u0121ika tal-isem tal-belt, min\u0127abba li tifsira o\u0127ra tat-terminu bil-Latin a\u010b\u010bettati kienet relatata mas-suldati li kienu li\u010benzjati mill-armata.", "G\u0127alhekk il-belt ta' M\u00e9rida, il-kapitali attwali tal-Komunit\u00e0 Awtonoma ta' Estremadura, g\u0127andha din l-ori\u0121ini: l-isem ta' Emerita Augusta ifisser li kienet belt fundata matul i\u017c-\u017cminijiet ta' Awgustu b'suldati mke\u010b\u010bijin mill-armata, li marru jg\u0127ixu f'ra\u0127al di\u0121\u00e0 e\u017cistenti fi skambju fejn rat lir-residenti antiki tal-belt jing\u0127ataw i\u010b-\u010bittadinanza Rumana.", "Fatt ie\u0127or komuni bejn M\u00e9rida Spanjola u dik Vene\u017cwelana hi fi\u017c-\u017cew\u0121 bliet hemm tributarja tax-xmara prin\u010bipali bl-isem ta' Albarregas.", "Minkejja l-fatt li l-pajji\u017c tal-Vene\u017cwela g\u0127andu temp s\u0127un u klima tropikali, M\u00e9rida hi aktar temperata bi klima muntanju\u017ca.", "Din hi min\u0127abba l-po\u017cizzjoni \u0121eografika tag\u0127ha, imdawwra minn mutanji g\u0127oljin iktar minn 4,500 metru, u l-altitudni g\u0127olja li g\u0127andha.", "Anke jekk it-tni\u0121\u0121is tal-arja wassal g\u0127al \u017cieda fit-temperaturi, dawn kienu pjuttost inqas minn dawk ta' bliet o\u0127ra importanti tal-pajji\u017c, b'temperaturi li jvarjaw bejn it-18 \u00b0C u l-24 \u00b0C, b'medja ta' 22 \u00b0C. Ix-xita hi ta' intensit\u00e0 medja matul l-ista\u0121un tax-xita, bejn April u Novembru.", "Il-Vene\u017cwela jinsab f'\u017cona intertropikali, u g\u0127alhekk id-differenza fit-temperaturi matul is-sena hija wa\u0127da minima.", "L-isess japplika g\u0127al M\u00e9rida, li fix-xahar ta' Awwissu tirre\u0121istra temperaturi kwa\u017ci l-istess g\u0127al dawk mi\u0121bura f'kundizzjonijiet simili waqt jum ta' Jannar.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, il-fatt li l-po\u017cizzjoni ta' M\u00e9rida fil-qalba tal-pajji\u017c, 'il bog\u0127od mill-kosti u l-o\u010bean, u l-altitudni g\u0127olja tag\u0127ha, id-differenza tat-temperatura matul il-\u0121urnata hija wa\u0127da g\u0127olja.", "Bejn lejl u nhar, tista' ti\u0121i re\u0121istrata differenza ta' aktar minn 10 \u00b0C; din id-differenza kapa\u010bi testendi anke sa 20 \u00b0C. It-temperaturi g\u0127oljin jintla\u0127qu matul il-jum, u \u0121eneralment huma madwar il-25 \u00b0C, imma f'ka\u017cijiet rari tista' tkun iktar minn 30 \u00b0C. L-inqas limitu tat-temperaturi ta' matul il-\u0121urnata hu ta' madwar 20 \u00b0C.", "Il-belt tgwadi mill-og\u0127la kwalit\u00e0 ta' \u0127ajja fil-Vene\u017cwela.", "Fis-sena 2000, 36 \u010bentru tas-sa\u0127\u0127a kienu jinsabu fi\u017c-\u017cona metropolitana ta' M\u00e9rida, klassifikati ta\u0127t il-mod segwenti: sptar tip I, sptar tip III u sptar tip IV, li huma fil-belt proprja, flimkien ma' 15-il klinika urbana, erba' ta' tip III u \u0127dax ta' tip I. I\u017c-\u017cona g\u0127andha wkoll 18-il klinika rurali, 13 ta' tip II u 5 ta' tip I.", "Kif ta\u0127t aspetti o\u0127ra, l- u l-fa\u010bilitajiet tag\u0127ha huma mg\u0127aqqda \u0127afna mal-\u0127ajja tal-belt; l-infrastruttura medika tikkonsisti minn \u010bentri li jappartjenu g\u0127al tal-ewwel, flimkien ma' \u010bentri medi\u010bi privati.", "Fost l-isptarijiet pubbli\u010bi li joffru servizz b'xejn huma l-\"Instituto Aut\u00f3nomo Hospital Universitario de Los Andes\" (IHULA), l-ikbar wie\u0127ed fir-re\u0121jun, u kif ukoll \u017cew\u0121 sptarijiet i\u017cg\u0127ar u ferg\u0127a tas-Salib l-A\u0127mar Vene\u017cwelana.", "Fost l-isptarijiet privati, mag\u0127rufa b\u0127ala \"kliniki\", l-ikbar huma l-\"Hospital Cl\u00ednico de M\u00e9rida\", is-\"Centro Cl\u00ednico\", il-\"Cl\u00ednica M\u00e9rida\", il-\"Cl\u00ednica Albarregas\" u g\u0127exieren kliniki i\u017cg\u0127ar.", "Minkejja s-sitwazzjoni prekarja tal-infrastruttura tas-sa\u0127\u0127a fil-pajji\u017c kollu, il-belt ta' M\u00e9rida kienet l-inqas li \u0121iet affettwata, grazzi g\u0127all-\u0127idma tal-IHULA, fejn it-telfa ta' pazjenti fi\u010b-\u010bentri medi\u010bi privati kienet inqas estrema minn muni\u010bipalitajiet Vene\u017cwelani o\u0127ra.", "Fl-2001, il-belt ta' M\u00e9rida kellha wie\u0127ed fost l-inqas rata ta' faqar fil-Vene\u017cwela.", "Skont i\u010b-\u010bensiment ta' dik is-sena, din kellha rata ta' faqar ta' 18.09%, ftit biss og\u0127la minn dik ta' San Crist\u00f3bal u minn dawk tal-kwartieri aktar raffinati ta' Chacao (8.69%), Baruta (11.22%) u San Antonio de Los Altos (6.13%) fl-istat ta' Miranda.", "Il-bidu tas-seklu 20 fisser bidla drastika tal-ekonomija tal-belt.", "Tradizzjonalment, l-agrikoltura kienet xi \u0127a\u0121a importanti tal-attivitajiet ekonomi\u010bi ta' M\u00e9rida, li kienet i\u010b-\u010bentru ta' distribuzzjoni ta' prodotti agrikoli tal-istat ta' M\u00e9rida.", "Barra minn hekk, fil-madwar kien hemm fabbriki (\"haciendas\") importanti taz-zokkor tal-kannamieli, li kienu jipprovdu d\u0127ul li wassal g\u0127all-bini ta' raffinerija taz-zokkor.", "Illum il-\u0121urnata, din ir-raffinerija spi\u010b\u010bat b\u0127ala mu\u017cew.", "Bil-bini tal-funikular ta' M\u00e9rida fl-1960 (li jwassal g\u0127al Pico Espejo, f'altitudni ta' 4,765 metru), bit-tlestija tal-awtostrada u l-inawgurazzjoni tal-ajruport, l-attivitajiet ekonomi\u010bi mxew 'il quddiem, fejn g\u0127addew mis-settur primarju tal-agrikoltura g\u0127as-settur terzjarju tas-servizzi, spe\u010bjalment fis-settur tat-turi\u017cmu.", "Attwalment, il-funikular hi wieqfa min\u0127abba nuqqas ta' manutenzjoni, u min\u0127abba li l-impjant qdiem tqajjment il-b\u017conn ta' wie\u0127ed \u0121did.", "It-turi\u017cmu, spiss imsejja\u0127 \"l-industrija l-\u0127adra\", hu s-sors prin\u010bipali g\u0127as-sosten tal-belt, u wa\u0127da mill-industriji li jag\u0127tu profitt.", "Mill-punt ta' vista turistiku, M\u00e9rida toffri l-veduta ta' \u017cew\u0121 ktajjen muntanju\u017ci madwar il-belt, u hi mdawwra minn wied.", "\u0120ewwa l-belt jinstabu parks, mu\u017cewijiet, pjazez li jippreseraw l-aspett kolonjali, diversi knejjes Barokki u Neoklassi\u010bi, e\u010b\u010b. F'dawn l-a\u0127\u0127ar snin, grazazi g\u0127all-\u0127olqien tal-uniku park tax-xjenza fil-Vene\u017cwela, \"\u017cona \u0127ielsa\" mill-punt ta' vista kulturali, xjentifika u teknolo\u0121ika, li tat sforz fl-i\u017cvilupp tal-belt fl-ambitu teknolo\u0121iku, anke grazzi g\u0127all-appo\u0121\u0121 li nkiseb mill-Universit\u00e0 tal-Andi.", "Fl-2005, il-belt \u0121iet immarkata b\u0127ala fost l-iktar bl-inqas g\u0127oli tal-\u0127ajja u l-qlieg\u0127 \"per capita\" relattivament g\u0127oli (madwar 4,381 dollaru), li jpo\u0121\u0121uwha fid-disa' post fost l-ibliet Vene\u017cwelani.", "Is-settur tas-servizzi jforni per\u010bentwal essenzjali tad-d\u0127ul tal-Estado M\u00e9rida.", "Fl-2005, M\u00e9rida kienet tg\u0127odd 82,537 persuna potenzjalment attivi mill-aspett ekonomiku, li 6.57% minnhom kienu qieg\u0127da."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15338", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15338", "title": "Feria del Sol (M\u00e9rida)", "text": ["Feria del Sol (M\u00e9rida)", "Il-Feria Internacional del Sol, mag\u0127rufa wkoll b\u0127ala Carnival Taurino de America, huwa festival kulturali internazzjonali li ji\u017cvol\u0121i fil-belt ta' M\u00e9rida, fil-Vene\u017cwela, matul ix-xahar ta' Frar.", "Il-festival jinvolvi kompetizzjonijiet ta' barrin, wirjiet kulturali, kummer\u010bjali u \u017cootekni\u010bi, kun\u010berti, sfilati, diversi attivitajiet sportivi u l-\u0127atra ta' re\u0121ina tal-fiera (\"La Reina del Sol\").", "Fil-belt ta' M\u00e9rida, wa\u0127da mill-eqdem bliet tal-Vene\u017cwela, ma kienux jsiru fieri b\u0127alma kienu jsiru fil-bliet ta' San Crist\u00f3bal, Barquisimeto, Maracaibo u T\u00e1riba.", "G\u0127al din ir-ra\u0121uni, grupp ta' residenti tal-post \u0121iethom l-idea li jibnu arena tal-barrin (\"Plaza de Toros\"), sabiex M\u00e9rida setg\u0127et tid\u0127ol fpst l-aktar fieri importanti tal-pajji\u017c, liema fieri kellhom di\u0121\u00e0 presti\u0121ju konsiderevoli fit-territorji nazzjonali kollha.", "G\u0127all-bidu l-fieri, li kienu jsiru fl-ewwel jiem ta' Di\u010bembru, kellhom il-funzjoni li ji\u010b\u010belebraw il-festa tal-Immakulata Kun\u010bizzjoni; g\u0127alhekk, in-nies iffissaw id-data tal-fieri g\u0127ad-9 u l-10 ta' Di\u010bembru.", "G\u0127al dan l-avveniment \u0121ew imsejj\u0127a toreri famu\u017c b\u0127al C\u00e9sar Faraco, Manuel Ben\u00edtez \"El Cordob\u00e9s\", Francisco Rivera \"Paquirri\", Julio Aparicio, Curro Gir\u00f3n, Paco Camino u l-Messikan Juan Ca\u00f1edo, u \u0121ew u\u017cati barrin ta' F\u00e9lix Rodr\u00edguez (\"Achury Viejo\" u \"Ambal\u00f3\"), ilkoll \u0121ejjin mill-Kolombja.", "L-ewwel \u0121lieda ma se\u0127\u0127itx min\u0127abba li saret xita qawwija li wasslet sabiex l-inawgurazzjoni tal-avveniment ti\u0121i posposta g\u0127al \u0121urnata o\u0127ra, u g\u0127alhekk i\u017c-\u017cew\u0121 \u0121lidiet saru fit-tieni jum.", "G\u0127al dik il-\u0121urnata \u0121iet stabbilita li ssir \u0121lieda filg\u0127odu u l-o\u0127ra wara nofsinhar, b'din l-okka\u017cjoni tkun l-ewwel wa\u0127da fejn saru \u017cew\u0121 \u0121lidiet fl-istess pjazza u fl-istess jum fil-Vene\u017cwela.", "Fl-1968, il-fiera ma saritx, imma fit-13 ta' April tal-istess sena saret \"corrida\" nhar Sibt il-G\u0127id.", "F'dik l-okka\u017cjoni, il-barrin Kolombjani \u0121ew mi\u0121\u0121ielda minn Alfredo Leal, Curro Gir\u00f3n u Pepe C\u00e1ceres.", "Min\u0127abba l-kundizzjonijiet meteorolo\u0121i\u010bi tax-xahar ta' Di\u010bembru, ftit li xejn xierqa g\u0127all-organizzazzjoni ta' fiera, \u0121ie de\u010bi\u017c li l-fiera ssir matul i\u010b-\u010belebrazzjonijiet tal-Karnival ta\u0127t l-isem ta' \"Feria del Sol\" (Fiera tax-Xemx).", "Fl-1969, saret l-ewwel fiera li kienet tinkludi tliet \u0121lidiet tal-barrin nhar il-15, 16 u 17 ta' Frar.", "Minn dakinhar 'l hawn, il-fiera saret bil-mod il-mod wa\u0127da mill-aktar importanti fil-Vene\u017cwela u fid-dinja tal-\u0121lidiet tal-barrin."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15343", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15343", "title": "Fabio Coltorti", "text": ["Fabio Coltorti", "Fabio Coltorti (Kriens, 3 ta' Di\u010bembru 1980) hu plejer tal-futbol \u017bvizzeru li attwalment jinsab jilg\u0127ab mal-klabb \u0120ermani\u017c ta' RB Leipzig b\u0127ala gowler.", "Hu j\u0127addan \u010bittadinanza \u017bvizzera u Taljana.", "Matul il-karriera tieg\u0127u \u0121ewwa pajji\u017cu, Coltorti lag\u0127ab mat-tim tal-lokal Kriens, u aktar tard ma' Schaffhausen, Thun u Grasshoppers, fejn kien l-ewwel g\u0127a\u017cla bejn il-lasti ma' dawn l-a\u0127\u0127ar tliet timijiet.", "Fil-31 ta' Awwissu, 2007, hu ffirma kuntratt ta' erba' snin mal-klabb Spanjol ta' Racing de Santander g\u0127al miljun ewro.", "Fl-ewwel \u017cew\u0121 sta\u0121uni mal-\"Cantabrians\" rawh limitat g\u0127al-log\u0127ob mit-tazza nazzjonali.", "Id-debutt fil-kampjonat Spanjol wasal fit-22 ta' Di\u010bembru, 2007, fit-telfa ta' 4\u20131 kontra Sevilla.", "Fit-18 ta' Settembru, 2008, lag\u0127ab mal-ewwel \u0127dax fid-debutt ta' Racing Santander fit-Tazza UEFA.", "Minn nofs Di\u010bembru tal-2009 sa Frar tal-2010, Coltorti sab spazju mal-ewwel \u0127dax fit-tim min\u0127abba li l-gowlkiper regulari To\u00f1o kien we\u0121\u0121a'.", "Fl-ewwel tmien partiti, il-klabb tilef darba biss (kontra Villarreal bl-iskor ta' 2\u20130) u sofra seba' gowls.", "Coltorti iddebutta mat-tim nazzjonali tal-I\u017cvizzera fil-log\u0127ba ta' \u0127biberija kontra l-Iskozja tal-1 ta' Marzu 2006, li rri\u017cultat f'telfa ta' 3\u20131.", "Hu \u0121ie inklu\u017c fost l-iskwadra g\u0127at-Tazza tad-Dinja 2006 li saret fil-\u0120ermanja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15344", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15344", "title": "Pascal Zuberb\u00fchler", "text": ["Pascal Zuberb\u00fchler", "Pascal Zuberb\u00fchler (Frauenfeld, 8 ta' Jannar 1971) huwa eks-futboler \u017bvizzeru li kien jilg\u0127ab b\u0127ala gowler.", "Zuberb\u00fchler lag\u0127ab 187 log\u0127ba fil-kampjonat g\u0127al Grasshopper Z\u00fcrich bejn l-1991 u l-1999, fejn matul dan il-perjodu reba\u0127 is-Super League \u017bvizzera tliet darbiet u t-Tazza \u017bvizzera darba.", "Ma' Basel lag\u0127ab total ta' 217-il log\u0127ba fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn reba\u0127 il-kampjonat g\u0127al tliet darbiet o\u0127ra u t-Tazza \u017bvizzera darbtejn.", "Matul dan i\u017c-\u017cmien, jibqa' mfakkar g\u0127all-prestazzjoni e\u010b\u010bellenti li wettaq fil-partita kontra Liverpool fil-UEFA Champions League, fil-pari ta' 1\u20131.", "Waqt il-perjodu ta' self ma' Bayer Leverkusen hu lag\u0127ab tlettax-il partita fil-Bundesliga u \u0127amsa fi\u010b-Champions League.", "Fl-14 ta' Lulju, 2006, iffirma kuntratt ta' sentejn ma' West Bromwich Albion.", "Id-debutt kompetittiv tieg\u0127u wasal kontra Hull City fit-trijonf ta' 2\u20130 nhar il-5 ta' Awwissu, 2006.", "Madanakollu, ftit li xejn g\u0127amel su\u010b\u010bess mal-\"Baggies\" u ma baqax jissejja\u0127 mal-ewwel \u0127dax ta\u0127t il-kow\u010b il-\u0121did Tony Mowbray.", "Zuberb\u00fchler re\u0121a' \u0121ie skjerat mal-ewwel \u0127dax wara li Russell Hoult \u0121ie sospi\u017c, u rrisponda bi prestazzjoni sodisfa\u010benti fir-reb\u0127a ta' 3\u20130 fl-FA Cup kontra r-rivali Wolves.", "Din kellha tkun l-a\u0127\u0127ar log\u0127ba tieg\u0127u mal-klabb.", "Bil-wasla ta' Dean Kiely, Zuberb\u00fchler sab postu fit-tim iktar insigur, aktar u aktar bi\u010b-\u010bans li ma jintg\u0127a\u017cilx mal-iskwadra g\u0127all-Kampjonati Ewropej tal-2008.", "Wara iffirma kuntratt ta' 18-il xahar mal-klabb ta' Neuch\u00e2tel Xamax.", "F'Awwissu 2008, Zuberb\u00fchler re\u0121a' rritorna fl-og\u0127la divi\u017cjoni Ingli\u017ca, din id-darba ma' Fulham, fejn iffirma kuntratt ta' sena.", "Hu kien fuq il-bank tas-sostituti fil-finali tal-UEFA Europa League 2009\u201310.", "Zuberb\u00fchler deher 51 darba mat-tim nazzjonali \u017bvizzeru u kien membru tal-iskwadra \u017bvizzera fl-Euro 2004, l-Euro 2008 u t-Tazza tad-Dinja 2006.", "Fit-Tazza tad-Dinja tal-2006, hu rnexxielu ma jsofrix gowl fl-erba' log\u0127biet tal-I\u017cvizzeri kontra Franza, il-Korea t'Isfel, it-Togo u l-Ukrajna.", "L-I\u017cvizzera huwa l-uniku tim fl-istorja tal-kompetizzjoni li \u0121ew eliminati ming\u0127ajr ma sofru gowl fil-\u0127in normali.", "Zuberb\u00fchler i\u017comm ir-rekord g\u0127all-aktar log\u0127biet f'turnew inernazzjonali ming\u0127ajr ma sofra gowl (\u0127ames partiti).", "Fil-11 ta' \u0120unju, hu lag\u0127ab l-a\u0127\u0127ar log\u0127ba tieg\u0127u bil-flokk tal-I\u017cvizzera f'reb\u0127a ta' 2\u20130 fuq il-Portugall fil-Kampjonati Ewropej tal-2008."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15347", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15347", "title": "Johnny Leoni", "text": ["Johnny Leoni", "Johnny Leoni (Sion, 30 ta' \u0120unju 1984) huwa futboler \u017bvizzeru li jilg\u0127ab b\u0127ala gowler ma' Neftchi Baku fil-Premier League A\u017cerbaj\u0121an.", "Wara li beda l-karriera tieg\u0127u ma' Sion, f'Mejju tal-2003 issie\u0127eb ma' Z\u00fcrich.", "Madanakollu, kellu jistenna sal-ista\u0121un 2005\u201306 sabiex jistabbilixxi lilu nnifsu b\u0127ala l-ewwel g\u0127a\u017cla bejn il-lasti.", "Tibqa' mfakkra fost il-partitarji tal-klabbs il-prestazzjoni tieg\u0127u fil-kwarti tal-finali tat-Tazza \u017bvizzera fejn kien salva tliet penalties waqt l-g\u0127oti tal-penalties kontra Aarau.", "Il-kow\u010b tat-tim nazzjonali \u017bvizzeru, Ottmar Hitzfeld, inkludieh g\u0127al numru ta' drabi fost l-iskwadra u kien ukoll membru tat-tim fit-Tazza tad-Dinja 2010, per\u00f2 sal-lum naqas li jag\u0127mel id-debutt tieg\u0127u.", "Z\u00fcrich"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15356", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15356", "title": "Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012", "text": ["Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012", "Il-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012, mag\u0127rufin sempli\u010bement b\u0127ala Euro 2012, kienu l-erbatax-il edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej, kompetizzjoni dedikata g\u0127at-timijiet nazzjonali tal-futbol tal-UEFA.", "Il-fa\u017ci finali tat-turnew saret \u0121ewwa l-Polonja u l-Ukrajna bejn it-8 ta' \u0120unju u l-1 ta' Lulju 2012.", "Din kienet l-a\u0127\u0127ar darba li l-fa\u017ci finali rat il-parte\u010bipazzjoni ta' 16-il pajji\u017c, fejn g\u0127all-edizzjoni tal-2016 hu previst li n-numru ta' parte\u010bipanti ji\u0121i esti\u017c g\u0127al 24.", "Il-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni saret bejn Awwissu 2010 u Novembru 2011.", "Fil-finali li saret \u0121ewwa l-Olympic Stadium ta' Kjiv (l-Ukrajna), Spanja reb\u0127u l-kompetizzjoni bl-iskor ta' 4\u20130 kontra l-Italja.", "B'din ir-reb\u0127a Spanja saru l-ewwel tim li reb\u0127u \u017cew\u0121 edizzjonijiet konsekuttivi tal-Kampjonati tal-Euro, u l-ewwel tim nazzjonali Ewropew li reba\u0127 tliet titli internazzjonali infila, li jinkludu l-Euro 2008 u t-Tazza tad-Dinja 2010.", "Min\u0127abba li Spanja kienu di\u0121\u00e0 ggwadanjaw l-a\u010b\u010bess g\u0127at-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013 wara t-trijonf fit-Tazza tad-Dinja, l-Italja ikkwalifikat.", "G\u0127all-bidu, l-organizzazzjoni ta' dan l-avveniment kienet bejn \u0127ames offerti minn seba' pajji\u017ci: Kroazja\u2013Ungerija (ma' xulxin), il-Gre\u010bja, l-Italja, Polonja\u2013Ukrajna (ma' xulxin), u t-Turkija.", "Nhar it-8 ta' Novembru, 2005, il-Kumitat E\u017cekuttiv tal-UEFA naqqas il-lista tal-kandidati g\u0127al tlieta:", "Fil-31 ta' Mejju 2006, it-tliet offerti komplew it-tieni fa\u017ci tal-pro\u010bess billi bag\u0127tu iktar \"dossiers\" dettaljati.", "F'Settembru tal-2006, il-UEFA wettqet \u017cjarat fuq is-siti tal-pajji\u017ci kandidati.", "L-offerta ta' Polonja\u2013Ukrajna \u0121iet mag\u0127\u017cula b'votazzjoni mill-Kumitat E\u017cekuttiv tal-UEFA waqt laqg\u0127a \u0121ewwa Cardiff nhar it-18 ta' April 2007.", "B'hekk din saret it-tielet darba li \u017cew\u0121 pajji\u017ci ospitaw il-Kampjonati Ewropej, wara Bel\u0121ju\u2013Pajji\u017ci l-Baxxi (2000) u Awstrija\u2013\u017bvizzera (2008).", "Ir-ri\u017cultati tal-votazzjoni kienu hekk:", "Il-votazzjoni kellha ssir f'massimu ta' \u017cew\u0121 rawnds.", "Sabiex il-vot ikun validu, kellu jkun hemm kworum fil-kamra tal-laqg\u0127at, ji\u0121ifieri, mill-inqas tmien membri tal-Kumitat, esklu\u017ci l-president u d-deputat li ma kellhomx id-dritt il-vot.", "Fl-ewwel rawnd, kull membru kellu vot wie\u0127ed.", "Min\u0127abba li l-offerta tal-Polonja u l-Ukrajna kisbet ma\u0121\u0121oranza assoluta ta' tmien voti, din t\u0127abbret b\u0127ala r-rebbie\u0127a u ma kienx hemm b\u017conn li jsir it-tieni rawnd.", "Il-votazzjoni saret mill-membri tal-Kumitat E\u017cekuttiv tal-UEFA kompost minn 14-il membru:", "La Carraro u lanqas Surkis ma setg\u0127u jivvutaw fl-ebda votazzjoni, min\u0127abba li kienu rappre\u017centati ta' pajji\u017ci kandidati.", "Din \u0127alliet tnax-il vot disponibbli g\u0127at-tliet offerti.", "Il-lista tat-tmient ibliet li se jospitaw il-partita tal-Euro 2012 \u0121iet uffi\u010bjalizzata mill-UEFA f'laqg\u0127a \u0121ewwa Bukarest nhar l-14 ta' Mejju 2009, fejn kull grupp se jibba\u017ca ru\u0127u fuq \u017cew\u0121 grawnds kull wie\u0127ed.", "Il-bliet ospiti ta' Varsavja, Gda\u0144sk, Wroc\u0142aw, Pozna\u0144, Kjiv u Lviv huma kollha mkejjen turisti\u010bi popolari, bil-kontra ta' Donetsk u Kharkiv (tal-a\u0127\u0127ar \u0127adet post lil Dnipropetrovsk b\u0127ala belt ospitu fl-2009).", "It-tlug\u0127 tal-poloz g\u0127all-partiti tal-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni g\u0127all-Euro 2012 saru \u0121ewwa Varsavja fis-7 ta' Frar 2010.", "51 tim da\u0127lu jikkompetu g\u0127al 14-il post fil-fa\u017ci finali, flimkien mal-Polonja u l-Ukrajna.", "Dawn it-timijiet \u0121ew maqsuma f'disa' gruppi, bil-polza taqsamhom skont il-koeffi\u010bjenti tat-timijiet nazzjonali tal-UEFA.", "Ir-rawnd ta' kwalifikazzjoni bdiet f'Awwissu tal-2010 u tlestiet f'Novembru 2011.", "Fi tmiem il-fa\u017ci tal-gruppi f'Ottubru 2011, id-disa' rebbie\u0127a tal-gruppi g\u0127addew awtomatikament g\u0127all-finali, bl-aqwa tim li spi\u010b\u010ba fit-tieni post jag\u0127mel dan ukoll.", "It-tmien timijiet l-o\u0127ra li temmew fit-tieni post affrontaw lil xulxin fi \"play-off\" ta' \u017cew\u0121 legs, bir-rebbie\u0127a jaqtg\u0127u passa\u0121\u0121 g\u0127all-finali.", "Il-fa\u017ci finali tal-kompetizzjoni se tara sittax-il tim nazzjonali, format li ilu ji\u0121i adottat mill-1996.", "\u010aerti asso\u010bjazzjonijiet tal-futbol Ewropej ipproponew li dan ji\u0121i esti\u017c g\u0127al 24 tim, minkejja li n-numru ta' membri tal-UEFA ftit li xejn kiber minn mindu saret l-a\u0127\u0127ar estensjoni fl-1996 (53 f'April tal-2006 ikkumparat ma' 48 fl-Euro 1996).", "F'April tal-2007, il-Kumitat E\u017cekuttiv tal-UEFA idde\u010bieda kontra l-estensjoni g\u0127all-2012.", "G\u0127al dawn il-kampjonati, tnax-il finalist \u0127adu sehem fl-edizzjoni pre\u010bedenti tal-2008, bl-Ingilterra u d-Danimarka jirritornaw wara l-2004.", "Ir-Repubblika tal-Irlanda rritornat wara assenza ta' 24 sena g\u0127at-tieni dehra tag\u0127hom f'fa\u017ci finali tal-kompetizzjoni.", "Wa\u0127da mill-ospiti, l-Ukrajna, iddebuttat b\u0127ala pajji\u017c indipendenti wara r-reb\u0127 tal-edizzjoni inawgurali tal-1960 b\u0127ala parti mill-Unjoni Sovjetika."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15357", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15357", "title": "Ninu Cremona", "text": ["Ninu Cremona", "Ninu Cremona (Rabat,G\u0127awdex, 27 ta' Mejju 1880 \u2013 4 ta' Jannar 1972) kien lingwista u kittieb Malti.", "Ninu Cremona, mag\u0127ruf b\u0127ala \"Is-Sur Nin\", kien bin Feli\u010b u Margaret Pace imwielda fil-Munxar, G\u0127awdex.", "Missieru miet meta Ninu kellu tliet snin u sentejn wara mar jg\u0127ix ma' zijuh f'Tune\u017c u \u0127a l-edukazzjoni tieg\u0127u fi iskola tal-Freres u wara fil-kulle\u0121\u0121 Saint-Charles.", "Meta kellu 8 snin \u0121ie lura Malta u mar is-Seminarju ta' G\u0127awdex u tal-Furjana, fejn hemmhekk sar jaf lil Dun Karm.", "Fl-1900, Cremona da\u0127al skrivan mal-Gvern u fl-1904 sar Spettur tas-Sanit\u00e0 wara kors fl-Ashton School of Hygene fl-Universit\u00e0 ta' Liverpool.", "Fl-1928 sar l-editur risponsabbli g\u0127at-traduzzjonijiet u pubblikazzjonijiet kollha tal-Gvern.", "Cremona kien jg\u0127allem il-Malti fil-klassijiet ta' filg\u0127axija u fl-1936 kien l-ewwel g\u0127alliem tal-Malti fil-Li\u010beo.", "Kien ukoll e\u017caminatur tal-Malti fl-Universit\u00e0.", "Cremona kien wie\u0127ed mill-Fundaturi tal-G\u0127aqda tal-Kittieba tal-Malti, illum l-Akkademja tal-Malti.", "Kien Vi\u010bi-President tag\u0127ha u wie\u0127ed mill-edituri ta' \"Il-Malti\", ir-rivista tal-G\u0127aqda.", "L-ikbar sehem tieg\u0127u b'ri\u017cq il-Malti kien fit-tfassil tal-ortografija Maltija \u2013 li fiha g\u0127enu \u0120anni Vassallo, bil-ktieb \"Tag\u0127rif fuq il-Kitba Maltija\" li \u0127ar\u0121u fl-1924.", "Dramm", "Poe\u017cija", "Novelli", "Lingwistika", "Ri\u010berka", "Folklor", "Fl-1970, Cremona ippubblika \u0127afna mix-xog\u0127lijiet tieg\u0127u ta' pro\u017ca f' \"Antolo\u0121ija ta' Pro\u017ca Maltija\".", "http://www.akkademjatalmalti.com/page.asp?p=9052&l=1"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15358", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15358", "title": "Kwalifikazzjoni g\u0127all-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012", "text": ["Kwalifikazzjoni g\u0127all-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012", "Il-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni g\u0127all-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 huwa perjodu ta' log\u0127ob bejn l-2010 u l-2011 sabiex ji\u0121i de\u010bi\u017c il-parte\u010bipanti tal-Kampjonati Ewropej 2012, li se ssir fil-Polonja u l-Ukrajna.", "It-tlug\u0127 tal-poloz saru fis-7 ta' Frar, 2010, fil-Palazz tal-Kultura u Xjenza tal-Varsavja, bil-partiti mistennija li jintlag\u0127bu bejn Awwissu 2010 u Novembru 2011.", "Hemm total ta' disa' gruppi, sitta minnhom b'sitt timijiet u t-tlieta l-o\u0127ra b'\u0127amsa.", "Fi tmiem il-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni, it-tim li jispi\u010b\u010ba fl-ewwel post ta' kull grupp jie\u0127u post awtomatiku fil-fa\u017ci finali.", "L-aqwa tim li jispi\u010b\u010ba fit-tieni post jing\u0127ata post dirett fil-kompetizzjoni, u t-tmien timijiet l-o\u0127ra li jkunu temmew dan il-pro\u010bess fit-tieni post jaffrontaw lil xulxin fi \"play-off\" ibba\u017cata fuq \u017cew\u0121 log\u0127biet, sakemm jo\u0127or\u0121u l-erba' timijiet l-o\u0127ra.", "It-tqassim tat-timijiet fl-urni differenti kien ibba\u017cat skont il-klassifika tal-koeffi\u010bjenti tal-UEFA.", "B\u0127all-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni g\u0127all-Euro 2008, jekk \u017cew\u0121 timijiet (jew aktar) jispi\u010b\u010baw l-istess fin-numru ta' punti, il-kriterji segwenti ji\u0121u esegwiti biex ji\u0121i determinat il-po\u017cizzjoni tat-timijiet:", "Min\u0127abba li xi gruppi jinvolvu sitt timijiet u o\u0127rajn \u0127amsa, partiti kontra t-tim klassifikat fis-sitt post f'dawn il-gruppi mhumiex inklu\u017ci f'din il-klassifikazzjoni.", "B'ri\u017cultat t'hekk, tmien partiti milg\u0127uba minn kull tim se jintu\u017caw biex jiddeterminaw din il-klassifika."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15361", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15361", "title": "Arda Turan", "text": ["Arda Turan", "Arda Turan (Istanbul, 30 ta' Jannar 1987) huwa plejer tal-futbol Tork li jilg\u0127ab ma' Atl\u00e9tico Madrid u g\u0127at-tim nazzjonali Tork.", "Arda huwa prodott tas-settur \u0121ovanili ta' Galatasaray, u wara sta\u0121un sodisfa\u010benti ta\u0127t self ma' Manisaspor, g\u0127all-ista\u0121un 2006\u201307 \u0121ie mg\u0127ajjat lura fit-tim u \u017cblokka minnufih mal-ewwel tim.", "Kien f'dan i\u017c-\u017cmien li ng\u0127ata l-ewwel sej\u0127a mat-tim nazzjonali.", "Il-prestazzjonijiet tieg\u0127u \u0127allew impressjoni fuq il-kow\u010b Eric Gerets, u 'l quddiem sar plejer regulari mal-ewwel \u0127dax.", "Arda kompla jitjieb mal-ista\u0121un 2007\u201308.", "Minkejja bidu diffi\u010bli tal-ista\u0121un, Arda tejjeb bil-kbir il-forma tieg\u0127u u dan urieh meta skorja seba' gowls fit-tieni nofs tal-ista\u0121un.", "Wara dawn il-prestazzjonijiet, il-klabb Ingli\u017c ta' Newcastle United g\u0127amel offerta ta' \u00a39 miljun g\u0127all-akkwist ta' Arda, liema offerta \u0121ie rrifjutata mid-diri\u0121enza tal-klabb.", "Fil-bidu tal-ista\u0121un 2009\u201310, Arda ing\u0127ata l-faxxa ta' kaptan ta' Galatasary, u ng\u0127ata wkoll l-flokk numru 10, flokk li fil-passat intlibes minn Metin Oktay u Gheorghe Hagi.", "Matul dan l-ista\u0121un hu mexxa lit-tim g\u0127ar-reb\u0127 ta' sitt partiti konsekuttivi fil-kampjonat, u sal-a\u0127\u0127ar tal-ista\u0121un kien skorja seba' gowls u kkontribwixxa g\u0127al 17-il gowl f'kull kompetizzjoni.", "Fid-9 ta' Awwissu 2011, \u0121ie ikkonfermat li Arda kien se jissieba\u0127 ma' Atl\u00e9tico Madrid g\u0127as-somma ta' \u20ac12-il miljun, somma li tpo\u0121\u0121ieh b\u0127ala l-aktar akkwist Tork g\u0127oli fl-istorja.", "Arda Turan iddebutta mat-tim nazzjonali tat-Turkija fir-reb\u0127a ta' 2\u20130 fuq il-Lussemburgu tas-16 ta' Awwissu, 2006, wara li kien membru f'diversi sezzjonijiet tat-tim nazzjonali.", "L-ewwel gowl internazzjonali tieg\u0127u wasal f'log\u0127ba ta' \u0127biberija kontra l-Urugwaj tal-25 ta' Mejju, 2008.", "Fil-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni g\u0127all-Kampjonati Ewropej 2008, Arda \u0127a sehem f'disa' log\u0127biet mit-tnax-il log\u0127ba ta' kwalifika, f'kampanja li rat lit-Turkija jaqtg\u0127u passa\u0121\u0121 g\u0127all-fa\u017ci finali.", "Matul il-kompetizzjoni hu skorja \u017cew\u0121 gowls.", "L-ewwel wie\u0127ed wasal fit-92 minuta kontra l-I\u017cvizzera u sarraf b\u0127ala l-gowl rebbie\u0127 tat-tieni log\u0127ba mill-fa\u017ci tal-gruppi.", "It-tieni gowl kien dak kontra r-Repubblika \u010aeka fl-a\u0127\u0127ar konfront mill-grupp; bit-Turkija 2\u20130 minn ta\u0127t, hu g\u0127eleb lil Petr \u010cech fil-75 minuta hekk kif it-Turkija rnexxielhom jag\u0127mlu rimonta imprevedibbli biex kisbu post fil-kwarti tal-finali.", "Eventwalment, it-Turkija \u0121iet meg\u0127luba fis-semifinali mill-\u0120ermanja finalista.", "Arda Turan permezz ta' gowl fil-konfront kontra l-Estonja tal-5 ta' Settembru, 2009, validu g\u0127ar-rawnd ta' kwalifika g\u0127at-Tazza tad-Dinja 2010, irnexxielu jiskorja s-600 gowl internazzjonali tat-tim nazzjonali Tork.", "Galatasaray"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15362", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15362", "title": "Patrick M\u00fcller", "text": ["Patrick M\u00fcller", "Patrick M\u00fcller (\u0120inevra, 17 ta' Di\u010bembru 1976) huwa plejer tal-futbol \u017bvizzeru li attwalment jinsab ming\u0127ajr klabb.", "Patrick M\u00fcller beda l-karriera tieg\u0127u ma' Meyrin qabel ma ng\u0127aqad ma' Servette.", "Aktar tard ing\u0127aqad ma' Grasshoppers.", "Fis-sena 2000, hu ng\u0127aqad mal-klabb Fran\u010bi\u017c ta' Lyon fejn mag\u0127hom mal-ewwel sar figura regulari qalb id-difi\u017ca tat-tim.", "Mag\u0127hom irnexxielu jirba\u0127 l-ewwel titlu tal-kampjonat fl-istorja tal-klabb.", "Fil-finali tal-Coupe de la Ligue 2001 hu skorja l-gowl tar-reb\u0127a fil-\u0127in barrani kontra AS Monaco, l-ewwel trofew mirbu\u0127 minn OL g\u0127al din il-kompetizzjoni.", "Wara r-reb\u0127 tal-ewwel titlu, M\u00fcller u t-tim irrepetew l-istess tragward fl-2003 u l-2004.", "Fi tmiem il-kuntratt tieg\u0127u, id-difensur \u017bvizzeru ssie\u0127eb mal-Ispanjoli ta' Mallorca.", "Il-perjodu li qatta' mal-klabb ta' Mallorca kien wie\u0127ed di\u017cappuntanti fejn naqas li j\u017comm postu mal-ewwel \u0127dax, u f'Jannar tal-2005 inxtara minn Basel.", "Minkejja li mag\u0127hom reba\u0127 il-kampjonat \u017bvizzeru, \u017cmienu mal-klabb kien imtappan minn u\u0121ig\u0127 li kien isofri ta' spiss.", "F'Jannar tal-2006, Lyon, li kienu jinsabu fi kri\u017ci fil-qasam difensiv, re\u0121g\u0127u xtraw lil M\u00fcller.", "Mag\u0127hom re\u0121a' reba\u0127 g\u0127al tliet darbiet konsekuttivi l-kampjonat, fl-2006, fl-2007 u fl-2008.", "Waqt li \u0121ie operat f'Di\u010bembru 2007 f'irkopptu l-leminija, hu ma kienx disponibbli g\u0127al-log\u0127ob u tilef iktar minn sittin log\u0127ba.", "Matul is-suq tat-trasferimenti tal-2008, id-difensur ing\u0127aqad mal-klabb ta' Monaco.", "Fil-bidu tal-ista\u0121un 2009\u201310, il-klabb espressa kif il-plejer ma kienx fil-pjanijiet tal-kow\u010b il-\u0121did Guy Lacombe.", "Kien fi tmiem l-ista\u0121un li ntemmlu l-kuntratt tieg\u0127u u spi\u010b\u010ba ming\u0127ajr klabb.", "Patrick M\u00fcller issejja\u0127 mat-tim nazzjonali \u017bvizzeru mill-kow\u010b Gilbert Gress, fejn f'April tal-1998 iddebutta f'log\u0127ba ta' \u0127biberija kontra l-Irlanda ta' Fuq.", "Sussegwentament, kien figura regulari matul il-fa\u017cijiet ta' kwalifika ta' numru ta' kompetizzjonijiet.", "Mal-I\u017cvizzera hu lag\u0127ab fil-Kampjonati Ewropej 2004, fit-Tazza tad-Dinja 2006, u l-kow\u010b Jakob Kuhn g\u0127a\u017clu fost l-iskwadra g\u0127all-Kampjonati Ewropej 2008, fejn minkejja l-eliminazzjoni bikrija tat-tim M\u00fcller kien wie\u0127ed mill-punti po\u017cittivi tat-tim hekk kif lag\u0127ab it-tliet partiti."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15370", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15370", "title": "Arkan\u0121lu Mikiel", "text": ["Arkan\u0121lu Mikiel", "Mikiel huwa wie\u0127ed mit-tliet arkan\u0121li li jissemmew b'isimhom fil-Bibbja, flimkien ma' Rafel u Gabrijel.", "L-isem Mikiel \u0121ej mil-espressjoni \"Mi-ka-El\" li tfisser \"min hu b\u0127al Alla?\"", "San Mikiel jissemma darbtejn fit-Testment il-Qadim u darbtejn fit-Testment il-\u0120did.", "Jissemma darbtejn fil-Ktieb tal-Profeta Danjel b\u0127ala l-Prin\u010bep li j\u0127ares lill-ulied tal-Poplu t'Alla, lil-Lhud, fi \u017cmien il-jasar tal-Babilonja. - Danjel 12, 1", "Fl-Ittra ta' San \u0120uda jissemma San Mikiel ji\u0121\u0121ieled max-xitan fuq il-\u0121isem ta' Mos\u00e8. - \u0120uda, 9", "Fl-Apokalissi 12, 7-8, insibu r-reb\u0127a tal-an\u0121li mmexxija minn San Mikiel fuq x-xjaten wara battalja qalila. - Apokalissi 12, 7", "San Mikiel jissemma wkoll f'kotba Apokrifi b\u0127al \"De principiis\" ta' Ori\u0121enu u \"Rivelazzjoni ta' Mos\u00e8\".", "Fil-Koran, l-an\u0121lu Mikiel jissemma darba, fis-Sura 2:98.", "L-Arkan\u0121lu Mikiel huwa wie\u0127ed mill-erba' Arkan\u0121li g\u0127all-Misilmin u wie\u0127ed minn tnejn imsemmijin b'isimhom fil-Koran, flimkien ma' Gabrijel.", "It-tradizzjoni Nisranija t\u0127ares lejn San Mikiel b\u0127ala dak li ji\u0121\u0121ieled kontra x-xitan, dak li jsalva l-erwie\u0127 fil-punt tal-mewt, dak li j\u0127ares lill-Knisja, u dak li jie\u0127u l-erwie\u0127 g\u0127and Alla g\u0127all-\u0121udizzju.", "L-Insara tal-bidu kienu jpo\u0121\u0121u l-morda ta\u0127t il-\u0127arsien ta' San Mikiel.", "San Mikiel hu marbut ma' \u0127afna nixxig\u0127at bil-qawwa li jfejqu madwar l-Ewropa, b\u0127al fi Chiarotopa \u0127dejn Kolossae u dawk f'Khonas.", "Fis-Santwarju ta' Sosthenion, qrib Kostantinopli jing\u0127ad li San Mikiel deher lill-Imperatur Kostantinu.", "F'Ruma, jing\u0127ad li l-Arkan\u0121lu deher fuq il-\"Moles Hadriani\" fis-sena 950 w.K. waqt pur\u010bissjoni mill-Papa Girgor g\u0127all-\u0127elsien mill-pesta.", "Jing\u0127ad ukoll li fis-seklu 6 w.K. l-Arkan\u0121lu Mikiel deher fuq il-muntanja Gargano fin-nofsinhar tal-Italja.", "F'Malta nsibu tliet knejjes iddedikati lil San Mikiel: fis-Salini (Burmarrad), fl-Iklin u fl-Imqabba.", "Kien hemm o\u0127ra \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121.", "L-Arkan\u0121lu Mikiel huwa l-patrun tal-morda, tal-kavallieri, tal-ba\u0127\u0127ara u tal-bejjieg\u0127a tal-mer\u010ba.", "Hu patrun ukoll ta' Franza u tal-\u0120ermanja.", "San Mikiel Arkan\u0121lu ji\u0121i raffigurat b'xabla f'idu, liebes kurazza, rebbie\u0127 fuq ix-xitan.", "\u0120ieli ji\u0121i raffigurat ukoll b'mi\u017cien f'idu, simbolu tal-\u0121ustizzja divina.", "Il-Knisja Kattolika ti\u010b\u010belebra l-festa tieg\u0127u nhar id-29 ta' Settembru, flimkien mal-Arkan\u0121li Gabrijel u Rafel.", "L-ori\u0121ini tas-santwarju ta' San Mikiel tmur lura g\u0127as-sena 490.", "Skont it-tradizzjoni, ra\u0121el g\u0127ani, \u010bertu Elvio Emanuele, \u0127a l-mer\u0127la tieg\u0127u tirg\u0127a fuq il-muntanja Gargano.", "Barri \u0127arablu u dam \u0127afna jfittxu.", "B'g\u0127a\u0121eb kbir sabu g\u0127arkubbtejh quddiem g\u0127ar, tg\u0127id il-le\u0121\u0121enda.", "Bir-rabja li \u0127akmitu Elvio sparalu vle\u0121\u0121a imma spi\u010b\u010ba biex laqat siequ stess.", "Imbellah b'dak li \u0121ara, Elvio er\u0127ielha g\u0127and l-isqof u tarraflu x'\u0121ara.", "Wara tlett ijiem ta' talb u sawm l-Arkan\u0121lu San Mikiel dehrlu u qallu: \"Jiena l-Arkan\u0121lu Mikiel.", "Jiena dejjem fil-pre\u017cenza ta' Alla.", "L-g\u0127ar huwa qaddis g\u0127alija.", "G\u0127a\u017ciltu jien.", "Jiena nnifsi il-\u0127arries tieg\u0127u...", "Fejn hemm il-blat miftu\u0127 id-dnubiet tal-bnedmin huma ma\u0127fura...", "Dak li jintalab hawnhekk fit-talb ji\u0121i maqlug\u0127.", "G\u0127alhekk, mur fuq il-muntanja u ddedika l-g\u0127ar lir-reli\u0121jon Nisranija\".", "Sfortunatament l-isqof ma tahx widen kemm g\u0127ax l-g\u0127ar kien fl-g\u0127oli u anki g\u0127aliex dak l-imkien kien post fejn il-pagani kienu jqimu l-allat foloz tag\u0127hom.", "Sentejn wara, ji\u0121ifieri fis-sena 492, in-nies ta' Siponto \u0121ew assedjati mill-g\u0127adu tag\u0127hom.", "L-Isqof San Lorenzo rnexxielu jikseb ftehim ta' tlett ijiem ta' waqfien mill-\u0121lied.", "Tul dawn il-jiem sam u talab b'fidi kbira.", "Fit-tielet jum dehrlu l-Arkan\u0121lu u qallu li n-nies tal-belt kienu se jirb\u0127u l-battalja.", "Dan il-messa\u0121\u0121 tant mela b'kura\u0121\u0121 lin-nies tal-belt li \u0127ar\u0121u u qerdu lill-g\u0127adu f'\u0127akka ta' g\u0127ajn.", "Il-\u0121ellieda kienu msie\u0127ba minn dawl qawwi u rag\u0127ad.", "Meta ra din ir-reb\u0127a ssir quddiem g\u0127ajnejh, l-Isqof re\u0121a' lura minn fehmtu u \u0127aseb biex jikkonsagra l-g\u0127ar imqaddes li kien \u0127e\u0121\u0121u jag\u0127mel San Mikiel Arkan\u0121lu.", "Imma l-Arkan\u0121lu dehrlu u qallu li l-g\u0127ar kien di\u0121\u00e0 kkonsagrah hu stess.", "Min\u0127abba dan il-fatt tal-g\u0127a\u0121eb, din il-ba\u017cilika tissejja\u0127 \"il-Ba\u017cilika \u010aelesti\" l-g\u0127aliex ma \u0121ietx ikkonsagrata minn idejn il-bnedmin.", "Meta sema dan, l-isqof, flimkien ma' seba' isqfijiet o\u0127ra Apuljani, ir\u0127welha pur\u010bissjonalment lejn l-g\u0127ar imqaddes mal-poplu u man-nies ta' Siponto.", "Tul il-pur\u010bissjoni \u0121rat \u0127a\u0121a tassew tal-g\u0127a\u0121eb skont it-tradizzjoni: xi ajkli \u0127arsu lill-isqfijiet mid-dawl tax-xemx billi fet\u0127ulhom \u0121wen\u0127ajhom.", "X'\u0127in waslu fl-g\u0127ar sabu li kien hemm altar qadim u li kien mg\u0127otti b'ter\u0127a tal-vermilion, b'salib g\u0127oli fuqu.", "Skont il-le\u0121\u0121enda, instabet ukoll il-forma tas-sieq ta' San Mikiel fil-blat.", "B'fer\u0127 mill-aktar kbir l-isqof offra l-ewwel Ewkaristija f'dan il-post mqaddes.", "Kien id-29 ta' Settembru tas-sena 493.", "L-a\u0127\u0127ar \u0121rajja marbuta mal-inter\u010bessjoni qawwija ta' San Mikiel se\u0127\u0127et mal-1150 sena wara, sewwasew fl-1656.", "In-na\u0127a ta' isfel tal-Italja kienet ma\u0127kuma mill-marda qerrieda tal-pesta.", "Quddiem din l-epidemija, li \u0127alliet eluf ta' nies mejta, l-Ar\u010bisqof, Alfonso Puccinelli, sam u talab lil San Mikiel Arkan\u0121lu.", "Barra minn hekk, kiteb talba u po\u0121\u0121ieha quddiem l-istatwa tal-Arkan\u0121lu li hemm fis-santwarju tieg\u0127u fil-Gargano.", "Nhar it-22 ta' Settembru, waqt li kien qieg\u0127ed jitlob fil-kappella tal-palazz tieg\u0127u fuq Monte Sant'Angelo kien hemm b\u0127al terremot u San Mikiel dehrlu f'dija li tg\u0127ammex.", "L-Arkan\u0121lu ordnalu biex ibierek il-\u0121ebel tal-g\u0127ar u jnaqqax fuqhom is-sinjal tas-Salib u l-ittri MA (Mikiel Arkan\u0121lu).", "Min \u017camm dawn il-\u0121ebel b'devozzjoni kellu jkun im\u0127ares mill-pesta.", "L-isqof g\u0127amel dak li qallu l-Arkan\u0121lu.", "L-istorja tg\u0127id li mhux biss il-belt \u0121iet me\u0127lusa mit-theddida tal-pesta imma wkoll dawk kollha li talbu g\u0127all-\u0121ebel biex i\u017commuh b'devozzjoni, jg\u0127ixu fejn kienu jg\u0127ixu.", "B\u0127ala tifkira g\u0127al dejjem u bi gratitudni eterna g\u0127al dan il-miraklu li l-Mulej wettaq permezz ta' San Mikiel, l-Ar\u010bisqof bena monument lil San Mikiel fil-pjazza tal-belt, li wie\u0127ed g\u0127adu jista' jarah sal-lum, sewwasew quddiem il-kamra fejn jing\u0127ad li se\u0127\u0127et id-dehra.", "Il-kitba li hemm fuq il-monument tg\u0127id hekk: \"Lill-Prin\u010bep tal-An\u0121li, Konkwistatur tal-Pesta, Patrun u \u0126arries, a\u0127na npo\u0121\u0121u dan il-monument bi gratitudni eterna.", "Alfonso Puccinelli 1656\".", "Matul i\u017c-\u017cminijiet, is-santwarju fuq il-Gargano kien post li ra eluf ta' pellegrini li \u017caruh.", "Fost l-g\u0127add bla tarf ta' pellegrini li telg\u0127u fuq il-muntanja Gargano insibu lill-Papiet \u0120elasju I, San Ljun IX, Urbanu II, Alessandru III, Gregorju X, San \u010aelestinu V, \u0120wanni XXIII (meta kien g\u0127adu Kardinal) u \u0120wanni Pawlu II.", "Fost is-slaten li \u017caru din il-Ba\u017cilika \u010aelesti nsibu lil Ludoviku II, Ottone III u ommu Teofane, Karlu t'An\u0121\u00f9, Alfonsu t'Aragona, is-Slaten Borboni Ferdinandu I u II, Vittorju Emanuele III u Umberto ta' Savoja.", "Ma' dawn nistg\u0127u n\u017cidu wkoll xi qaddisin b\u0127al San Fran\u0121isk t'Assisi, Santa Bri\u0121ida tal-Isvezja, San Alfons Maria de Liguori, San Geraldu Maiella u San Piju ta' Pietralcina.", "Sa mit-13 ta' Lulju 1996, il-kura pastorali tas-santwarju ta' San Mikiel fuq il-muntanja tal-Gargano g\u0127addiet f'idejn il-Kongregazzjoni ta' San Mikiel Arkan\u0121lu.", "Il-Mikeliti, kif inhuma mag\u0127rufa l-membri ta' din il-kongregazzjoni, da\u0127lu wara 25 sena ta' servizz pastorali li kienu wettqu l-Benedittini Verginiani.", "Din il-kongregazzjoni Pollakka, imwaqqfa mill-Venerabbli Qaddej ta' Alla, Dun Bronislao Markiewicz, g\u0127andha b\u0127ala g\u0127an tag\u0127ha li taqdi lit-tfal u li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 abbandunati.", "Dun \u0120or\u0121 Preca kien devot kbir tal-Arkan\u0121lu San Mikiel.", "Dun \u0120or\u0121 kien jirrakkonta kif darba meta kellu madwar \u0127ames snin kien ghaddej il-Belt mas-seftura tal-familja u waqqfu uffi\u010bjal \u017cag\u0127\u017cug\u0127 li qeg\u0127edlu f'idu arlo\u0121\u0121 tad-deheb.", "Dan l-uffi\u010bjal sparixxa f'daqqa u anke l-arlo\u0121\u0121.", "Dun \u0120or\u0121 kien perswa\u017c li dak l-uffi\u010bjal ma kien \u0127add \u0127lief l-arkan\u0121lu San Mikiel u l-arlo\u0121\u0121 kellu jkun l-\"Arlo\u0121\u0121 ta' Talb\" li Dun \u0120or\u0121 stess kellu jikteb g\u0127as-so\u010bji tal-MUSEUM biex jitolbuh kull kwarta.", "I\u017cjed tard Dun \u0120or\u0121 g\u0127a\u017cel lil San Mikiel b\u0127ala d-Difensur tas-So\u010bjet\u00e0 tal-MUSEUM.", "Fil-bidu ta' kull laqg\u0127a tag\u0127hom, is-so\u010bji jag\u0127tuh qima b'talba msej\u0127a s-Salve Sancte Michael, li qabel kienet titkanta bil-Latin:", "Nhar l-4 ta' Novembru 1946, bil-barka ta' Dun \u0120or\u0121, so\u010bju tal-MUSEUM u eks-impjegat tat-Tarzna, Toni Agius, mg\u0127ejjun l-iktar mill-Assistent Superjur \u0120enerali Karmenu Callus, feta\u0127 skola tas-So\u010bjet\u00e0 tal-MUSEUM, bl-isem Skola St Michael li fil-bidu kienet f'dar jisimha Villa Violette, il-Marsa.", "I\u017cda erba' snin wara, fl-1951 is-So\u010bjet\u00e0 akkwistat bi\u010b\u010ba art kbira fl-in\u0127awi ta' Fleur-de-Lys.", "Nhar id-19 ta' Mejju 1951, Dun \u0120or\u0121 imdawwar mis-so\u010bji, g\u0127alliema u tfal, bierek l-ewwel \u0121ebla tal-iskola u talab b'dal-kliem:", "Kuljum fl-Iskola St Michael, wara l-brejk ta' nofsinhar l-istudenti jitolbu t-talba lil San Mikiel.", "Din it-talba kienet inkitbet u xterdet mill-Papa Ljun XIII fl-1886 immedjatament wara vi\u017cjoni terribli li jing\u0127ad li kellu hekk kif spi\u010b\u010ba l-quddiesa.", "Fl-1930, il-Papa Piju XI kien ordna li t-talba lil San Mikiel ting\u0127ad b'intenzjoni spe\u010bjali, g\u0127all-konver\u017cjoni tar-Russja.", "It-talba kienet ting\u0127ad fl-a\u0127\u0127ar ta' kull quddiesa.", "Fir-riforma tal-Liturgija ta' wara l-Kon\u010bilju Vatikan II, matul il-Pontifikat ta' Pawlu VI, ir-re\u010bitazzjoni tat-talba ta' Papa Ljun tne\u0127\u0127iet mill-quddiesa.", "L-epika ta' John Milton, \"Paradise Lost\" tirrakkonta fis-sitt ktieb l-istorja tal-\u0121lieda bejn l-an\u0121li t-tajbin immexxija mill-Arkan\u0121lu Mikiel kontra x-xjaten.", "L-Arkan\u0121lu Mikiel hu l-karattru pri\u010bipali, ma\u0127dum minn John Travolta, fil-film \"Michael\" (1996).", "Fil-film \"Ghost Rider\" (2007), l-Arkan\u0121lu Mikiel huwa wie\u0127ed mill-karattri prin\u010bipali."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15371", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15371", "title": "Ateni", "text": ["Ateni", "Ateni hija l-kapitali u l-ikbar belt tal-Gre\u010bja, u tiddomina l-periferija ta' Attika.", "Ateni hija wa\u0127da mill-eqdem ibliet fid-dinja, bl-istorja tag\u0127ha tmur lura g\u0127al madwar 3,400 sena ilu.", "Il-kapitali Griega g\u0127andha popolazzjoni ta' 745,514 (fl-2001) fi\u010b-\u010bentru amministrattiv tag\u0127ha.", "I\u017c-\u017cona urbana testendi 'l barra mil-limiti amministrattivi tal-istess belt, b'popolazzjoni ta' 3,130,841 (fl-2001).", "Ateni hija \u010b-\u010bentru ekonomiku, finanzjarju, industrijali u kulturali tal-Gre\u010bja, u fuq livell Ewropew u globali din g\u0127andha importanza notevoli.", "Ateni hi l-aktar imfakkra fuq il-kotba tal-istorja b\u0127ala l-post fejn twieldet id-demokrazija, li kienet is-seded tal-akkademja ta' Platun u l-li\u010bew ta' Aristotli, u kif ukoll il-post tat-twelid ta' Sokrate, Perikle, Sofokle u filosfi u persuna\u0121\u0121i o\u0127ra importanti tal-antik.", "Barra minn hekk, kienet polis prosperu\u017ca u hi kkunsidrata b\u0127ala l-benniena ta\u010b-\u010bivilt\u00e0 tal-Punent.", "Tradizzjonalment, il-protettri\u010bi tal-belt hija l-alla Atena, li tidher kemm fl-emblema tal-belt kif ukoll fil-bandiera.", "Fil-Grieg tal-Qedem, l-isem tal-belt kien \u1f08\u03b8\u1fc6\u03bd\u03b1\u03b9 (\"Ath\u0113nai\", ] bil-Attiku Klassiku) li huwa fil-plural.", "Fil-Grieg ta' qabel, bhal Grieg Omeriku, l-isem kien fis-singular b\u0127ala \u1f08\u03b8\u03ae\u03bd\u03b7 (\"Ath\u0113n\u0113\").", "Huwa possibli li \u0121iet fil-plural aktar tard, b\u0127al dawk ta' \u0398\u1fc6\u03b2\u03b1\u03b9 (\"Th\u00eabai\") u \u039c\u03c5\u03ba\u1fc6\u03bd\u03b1\u03b9 (\"\u039cuk\u00eanai\").", "L-g\u0127eruq tal-kelma forsi mhumiex \u0121ejjin minn ori\u0121ini Grieg jew Indo-Ewropej, u huwa fdal tas-sottostrat Pre-Grieg ta' Attika, kif jista' jkun l-isem tal-alla Atena (Attiku \u1f08\u03b8\u03b7\u03bd\u1fb6, \"Ath\u0113n\u0101\", Joniku \u1f08\u03b8\u03ae\u03bd\u03b7, \"Ath\u0113n\u0113\", u Doriku \u1f08\u03b8\u03ac\u03bd\u03b1, \"Ath\u0101n\u0101\"), li kienet dejjem marbuta mal-belt ta' Ateni.", "Matul il-perjodu Medjevali l-isem tal-belt re\u0121a' \u0121ie fis-singular b\u0127ala \u1f08\u03b8\u03ae\u03bd\u03b1.", "Madankollu, wara l-istabbiliment tal-istat Grieg modern, u parzjalment min\u0127abba l-konservatti\u017cmu tal-lingwa miktuba, \u1f08\u03b8\u1fc6\u03bd\u03b1\u03b9 ] g\u0127al darba o\u0127ra saret l-isem uffi\u010bjali tal-belt u baqa' hekk sal-abbandun tal-Katarevusa fl-1976, meta \u1f08\u03b8\u03ae\u03bd\u03b1, \"Ath\u00edna\", saret l-isem uffi\u010bjali."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15374", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15374", "title": "Silvio Appiani", "text": ["Silvio Appiani", "Silvio Appiani (Padova, 5 ta' April 1894 \u2013 Kras, 20 ta' Ottubru 1915) kien militant, plejer u kow\u010b tal-futbol.", "Silvio Appiani kien attakkant tat-tim ta' Padova fil-bidu tas-seklu 20.", "Iddebutta mal-Padovani nhar l-4 ta' Mejju, 1913, fil-Promozione.", "Fl-ista\u0121un 1913\u201314 lag\u0127ab \u017cew\u0121 log\u0127biet, kontra Petrarca u Udinese.", "Fl-1914, il-Padova reb\u0127u l-Kampjonat tal-\"Promozione\" ta' Veneto-Emiliano u ng\u0127aqdu mal-Prima Categoria tal-Italja ta' Fuq li ntemmet fir-raba' post wara Vicenza, Hellas Verona u Venezia.", "Appiani kien it-tmun tat-tim hekk kif irnexxielu jiskorja tmintax-il gowl f'erbatax-il log\u0127ba.", "Fl-1915, mal-Padova reba\u0127 it-Tazza Veneta.", "Fl-ista\u0121un 1913\u201314 \u0127a r-rwol ta' kow\u010b flimkien ma' Guido Festa u Mario Pedrina.", "Fl-1915, l-Italja da\u0127let fil-gwerra.", "F'dik l-istess sena Silvio Appiani, li kien g\u0127adu kif iggradwa fil-farma\u010bewtika, da\u0127al b\u0127ala volontarju fl-armata.", "Hu rrifjuta li jing\u0127aqad mal-\"Corpo della Sanit\u00e0 Militare\", u talab li ji\u0121\u0121ieled fil-fanterija, u dda\u0127\u0127al mal-139 re\u0121iment f'Bosco Lancia, fejn fuq il-Kars miet nhar l-20 ta' Ottubru, 1915, kaw\u017ca ta' bumbardament Awstrijak, f'et\u00e0 tenera ta' 21 sena.", "Illum il-\u0121urnata, il-grawnd tal-klabb ta' Padova i\u0121ib l-isem ta' dan l-istess plejer."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15376", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15376", "title": "Hasse Jeppson", "text": ["Hasse Jeppson", "Hans Olof Jeppson, mag\u0127ruf sempli\u010bement b\u0127ala Hasse (Kungsbacka, 10 ta' Mejju 1925) huwa eks-plejer tal-futbol \u017bvedi\u017c.", "Beda l-karriera tieg\u0127u ma' Kungsbacka IF, qabel ma' ng\u0127aqad ma' \u00d6rgryte IS.", "Fl-1948, bit-trasferiment tieg\u0127u g\u0127al ma' Djurg\u00e5rdens IF, beda juri tassew il-potenzjal tieg\u0127u: Jeppson spi\u010b\u010ba l-aqwa skorer tal-kampjonat \u017bvedi\u017c 1950\u201351 b'total ta' 17-il gowl u minn dakinhar infet\u0127u l-bibien g\u0127al mat-tim nazjonali fejn \u0127a post Gunnard Nordahl.", "Il-prestazzjonijiet brillanti tieg\u0127u matul it-Tazza tad-Dinja 1950, fejn matulha kien serva ta' kaptan tat-tim, attiraw l-attenzjoni ta' Charlton Athletic.", "Jeppson, li mar l-Ingilterra g\u0127al ra\u0121unijiet ta' studju f'isem id-ditta li kien ja\u0127dem g\u0127aliha u biex jara l-partiti, il-kow\u010b Jimmy Seed ikkonvin\u010bieh sabiex jissie\u0127eb mat-tim nhar is-6 ta' Jannar, 1951, sabiex sar it-tieni plejer \u017bvedi\u017c li qatt lag\u0127ab fil-kampjonat Ingli\u017c, wara Dan Ekner mal-Portsmouth bejn l-1940 u l-1950.", "Mag\u0127hom skorja total ta' 12-il gowl mill-istess numru ta' log\u0127ob, sabiex tejjeb il-po\u017cizzjoni tat-tim mi\u017c-\u017cona relegazzjoni g\u0127al wa\u0127da ta' salvazzjoni.", "Fost o\u0127rajn, irnexxielu jiskorja tripletta f'Highbury kontra l-Arsenal u gowls kontra Liverpool u Chelsea.", "L-esperjenza tieg\u0127u fil-futbol Ingli\u017c intemmet biss wara sena, hekk kif ing\u0127aqad mat-tim tal-Atalanta g\u0127all-ista\u0121un 1951\u201352.", "B'nuqqas ta' ri\u017cultati po\u017cittivi, l-akkwist tal-I\u017cvedi\u017c se\u0127\u0127 narh is-26 ta' Ottubru, 1951, wara li l-kow\u010b tat-tim Ceresoli kien talab g\u0127al rinforzi fl-attakk.", "L-ewwel log\u0127ba tieg\u0127u kienet reb\u0127a ta' 1\u20130 fuq Como, log\u0127ba li ratu jiskorja l-ewwel gowl tieg\u0127u.", "F'dan l-ista\u0121un g\u0127en lit-tim jaqbe\u017c mit-tielet post ta' qabel tal-a\u0127\u0127ar tal-klassifika g\u0127at-tnax-il post. Fuq il-lat personali, spi\u010b\u010ba r-raba' post fil-klassifika tal-aqwa skorers bi 22 gowl.", "Wara sta\u0121un impekkabbli kienu n-Napoli li kisbu l-firma tieg\u0127u, fi sfida diretta mal-Inter u Legnano, hekk kif it-tim Naplitan kien qieg\u0127ed jibni skwadra denja ta' reb\u0127 tal-kampjonat.", "L-akkwist tieg\u0127u kien idur ma\u010b-\u010bifra stratosferika ta' 55 miljun lira; min\u0127abba din is-somma, il-partitarji bdew isej\u0127ulu \"'o Banca 'e Napule\" (il-Bank ta' Napli).", "Man-Napoli mal-ewwel sar wie\u0127ed mill-benjamini tat-tim, fejn fl-erba' sta\u0121uni li qatta' mal-klabb skorja xejn inqas minn 52 gowl u ifforma koppji offensivi ma' Amedeo Amadei u Lu\u00eds Vin\u00edcio.", "L-attakkant \u017bvedi\u017c jibqa' mfakkar g\u0127all-gowls impossibbli li kien jiskorja, u fl-istess \u0127in, kif kin ifalli okka\u017cjonijiet aktar sempli\u010bi quddiem il-gowlkiper.", "Minkejja l-\u0127afna weg\u0127diet tal-bidu, l-iskawdra Naplitana kienet biss kompetittiva fl-ewwel sena, meta fl-ista\u0121un 1952\u201353 waslet sar-raba' post, waqt li minn sena g\u0127all-o\u0127ra r-rendiment tat-tim beda jmur g\u0127all-ag\u0127ar.", "Il-karriera ta' Jeppson intemmet fl-1957 wara sta\u0121un bil-flokk ta' Torino, fejn irnexxielu jisraq qlub il-partitarji tal-\"granata\" b'doppjetta fid-Derby della Mole tas-17 ta' Marzu, 1957, mirbu\u0127 4\u20131.", "It-tim temm l-ista\u0121un fis-seba' post, sta\u0121un li temm definittivament il-karriera tieg\u0127u.", "Mat-tim nazzjonali ddebutta f'\u0120unju tal-1949, fejn skorja wie\u0127ed mit-tliet gowls tal-ewwel re\u0127ba \u017bvedi\u017ca kontra l-Ingilterra.", "Fis-sena ta' wara kien fost it-tim li \u0127a sehem fit-Tazza tad-Dinja \u0121ewwa l-Bra\u017cil, fejn l-uni\u010bi gowls tieg\u0127u kienu \u017cew\u0121 gowls kontra l-Italja fil-partita tal-ftu\u0127."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15377", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15377", "title": "\u0120wanni Kri\u017costmu", "text": ["\u0120wanni Kri\u017costmu", "\u0120wanni Kri\u017costmu jew \u0120wanni t'Antijokja (Antijokja, 344/354 \u2013 Comana Pontica, 14 ta' Settembru 407) kien reli\u0121ju\u017c Nisrani, patrijarka ta' Kostantinopli, u mi\u017cmum mill-Knisja Kattolika b\u0127ala wie\u0127ed mill-ikbar erba' Missirijiet tal-Knisja tal-Lvant.", "\u0120wanni Kri\u017costmu twieled f'Antijokja, madwar is-sena 347, minn familja Nisranija, nobbli u tat-tajjeb.", "Missieru Sekundu miet meta hu kien g\u0127ad kellu sentejn jew inqas, u meta ommu Antusa kellha biss g\u0127oxrin sena.", "L-ewwel edukazzjoni, \u0127adha ming\u0127and ommu.", "Imbag\u0127ad tg\u0127allem il-filosofija fl-Iskola ta' Andragazju, u studja r-retorika fl-iskola ta' Libanju minn Antijokja, li kien mg\u0127allem tar-rettorika u filosofu mag\u0127ruf, u li kellu korrispondenza ma' San Ba\u017cilju l-Kbir.", "Wara li g\u0127alaq tmintax-il sena, Melazju, l-Isqof ta' Antijokja, mag\u0127ruf b\u0127ala l-Konfessur, \u0127allih joqg\u0127od fis-servizz tieg\u0127u u g\u0127amlu Lettur.", "F'dan i\u017c-\u017cmien, \u0120wanni tg\u0127allem it-teolo\u0121ija ming\u0127and Dijodoru ta' Tarsu, li aktar 'il quddiem sar Isqof ta' Tarsu.", "Sa minn kmieni, San \u0120wann Krisostmu beda jg\u0127ix \u0127ajja \u0127arxa ta' penitenza kbira.", "Sa fl-a\u0127\u0127ar qata' xewqtu li jg\u0127ix fl-eremita\u0121\u0121 meta mar lejn il-muntanji tal-qrib u qag\u0127ad \u0121o g\u0127ar ma' eremit xi\u0127.", "Imma min\u0127abba n-nuqqas ta' rqad, u l-umdita' sa\u0127\u0127tu \u010bediet u kellu jo\u0127ro\u0121 jfittex il-kura medika me\u0127tie\u0121a.", "Lura Antijokja, Melezju ordnah djaknu fis-sena 381.", "Imbag\u0127ad, fis-sena 386 l-Isqof Flavjanu ordnah sa\u010berdot.", "Fuq talba tal-istess Isqof, \u0120wanni pprietka fil-knejjes ewlenin tal-belt bejn is-snin 386-397.", "Kien f'dan i\u017c-\u017cmien li hu g\u0127amel l-aqwa priedki tieg\u0127u.", "Fis-27 ta' Settembru tas-sena 397, miet l-Isqof Nettarju, Patrijarka ta' Kostantinopli, u \u0120wanni Krisostmu n\u0127atar b\u0127ala su\u010b\u010bessur tieg\u0127u.", "Min-na\u0127a tieg\u0127u, ma wera l-ebda \u0127e\u0121\u0121a biex ja\u010b\u010betta, imma sab ru\u0127u g\u0127all-g\u0127arrieda f'dik il-belt.", "B'ordni tal-Imperatur, Teofilu, Patrijarka ta' Lixandra, ikkonsagrah Isqof fis-26 ta' Frar tas-sena 398.", "\u0120wanni ried jag\u0127mel riforma kbira fil-kleru ta' Kostantinopli, imma b'hekk g\u0127amel \u0127afna g\u0127edewwa fost il-kleru.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra ma setax jadatta ru\u0127u g\u0127all-ambjent imperjali, hekk li wasal biex ikkritika lill-Qorti Imperjali g\u0127all-gula u \u017c-\u017cina bla l\u0121iem.", "Sas-sena 399, it-tmexxija tal-Imperu ta' Kostantinopli kienet f'idejn Ewtropju, Kunsillier u Segretarju tal-Imperatur Arkadju.", "Ewtropju ma kienx jinqala' biex imexxi l-Imperu g\u0127ax kellu karattru be\u017c\u017cieg\u0127i \u0127afna.", "Sa dan i\u017c-\u017cmien San \u0120wann Krisostmu kien g\u0127ad g\u0127andu l-istima tal-Qorti Imperjali.", "Imma meta Ewtropju tilef it-tmexxija, u l-awtorita' g\u0127addiet f'idejn l-Imperatri\u010bi Ewdossja din \u0127assitha offi\u017ca bi kliem \u0120wanni.", "U hekk \u0120wanni tilef il-\u0127biberija mal-Qorti Imperjali.", "L-imperatur Arkadju \u0121ieg\u0127el lil \u0120wanni biex jikkonsagra lil Teofilu ta' Lixandra Isqof li dan ta' a\u0127\u0127ar aktar 'il quddiem, lil \u0120wanni g\u0127amillu \u0127afna \u0127sara.", "\u0120wanni Krisostmu, b\u0127ala Patrijarka ta' Kostantinopli, sejja\u0127 lil Teofilu biex jie\u0127u sehem f'Sinodu mmexxi minnu stess biex iwie\u0121eb g\u0127al xi akku\u017ci li g\u0127amlu xi r\u0127ieb li kienu jg\u0127ixu fid-de\u017cert.", "Teofilu, akku\u017ca lil \u0120wanni, li kien hu l-awtur ta' dawn l-akku\u017ci, u bl-g\u0127ajnuna tal-Imperatri\u010bi dawwar din is-sitwazzjoni kontra \u0120wanni.", "G\u0127alhekk, Teofilu sejja\u0127 laqg\u0127a ta' 36 Isqof, kollha \u0121ejjin mill-E\u0121ittu, minbarra sebg\u0127a li kienu huma wkoll g\u0127edewwa ta' \u0120wanni, u g\u0127amlu sinodu g\u0127al rashom.", "Dan is-sinodu beda jissejja\u0127 is-Sinodu tal-Balluta, - subborg ta' Kal\u010bedonja.", "Huma studjaw is-sitwazzjoni kollha, u akku\u017caw lil \u0120wanni fuq 29 akku\u017ca, (kollha kienu foloz).", "Huma sej\u0127u g\u0127al tliet darbiet lil \u0120wanni biex jidher quddiem il-'Qorti Episkopali', u meta raw li baqa' jwebbes rasu, ne\u0127\u0127ewh minn Isqof.", "Dan se\u0127\u0127 f'Awissu tas-sena 403.", "L-Imperatur Arkadju laqa' s-sentenza u e\u017cilja lil \u0120wanni f'Bitinja.", "Ma damux ma re\u0121g\u0127u sej\u0127ulu lura min\u0127abba li f'Kostantinopli se\u0127\u0127u xi terremoti u xi n-nies ta' Kostantinopli qajmu rewwixta kontra din id-de\u010bi\u017cjoni.", "L-Imperatri\u010bi be\u017cg\u0127et minn din is-sitwazzjoni, u sej\u0127itlu lura wara ftit.", "Fir-ritorn tieg\u0127u, \u0120wanni kellu laqg\u0127a kbira mill-poplu.", "G\u0127amel diskors sabi\u0127 fil-knisja tal-Appostli, u x'aktarx l-g\u0127ada stess, g\u0127amel diskors ie\u0127or u fa\u0127\u0127ar lill-Imperatri\u010bi.", "Bilkemm kienu la\u0127qu g\u0127addew xahrejn li \u0120wanni Krisostmu ma re\u0121ax tilef il-kalma tieg\u0127u.", "L-okka\u017cjoni kienet il-kxif ta' statwa tal-fidda ta' Ewdossja, li tqieg\u0127det fuq pedestall qrib il-Kattidral.", "F'diskors li g\u0127amel hu kkritika l-indi\u010benza u \u017c-\u017cfin li kien hemm b\u0127ala parti mi\u010b-\u010berimonji tal-okka\u017cjoni.", "L-imperatri\u010bi mill-ewwel uriet kemm kienet qed t\u0127ossha offi\u017ca b'dan id-diskors.", "\u0120iet il-festa ta' San \u0120wann Battista, u \u0120wanni Krisostmu, beda l-prietka tieg\u0127u b'dan il-kliem: \"Hawn hi mill-\u0121did Erodijade; hawn hi bintha mill-\u0121did g\u0127addejja ti\u017cfen; hawn hi mill-\u0121did titlob ras \u0120wanni fuq platt\" (Socrate, Storia Eccl.", "6, 18).", "L-g\u0127edewwa tieg\u0127u fehmu li b'dan il-kliem hu ried jikkritika lill-Imperatri\u010bi.", "L-Imperatur talab lil \u0120wanni biex ma jkomplix jag\u0127mel funzjoniet i\u017cjed fil-knejjes, imma hu ma obdiex.", "F'lejlet l-G\u0127id tas-sena 404, \u0120wanni laqqa' lill-katekumeni fil-banjijiet ta' Kostante biex hemm jg\u0127ammidhom solennement.", "Imma \u0121ara li l-funzjoni kellha tieqaf g\u0127aliex \u0121iet armata imperjali u ke\u010b\u010biet lill-fidili 'l barra mill-post, u l-ilma tal-mag\u0127mudija t\u0127allat mad-demm.", "Fid-9 ta' \u0120unju 404, \u0120wanni kien e\u017ciljat g\u0127at-tieni darba f'Cucuso fl-Armenja t'Isfel, u baqa' hemm tliet snin.", "Billi l-fidili tieg\u0127u marru j\u017curuh hemm, Arkadju e\u017ciljah f'Pizio, fil-Ba\u0127ar Caucasu.", "\u0120wanni ma fela\u0127x aktar u miet fil-vja\u0121\u0121 fl-14 ta' Settembru 407 f'Comana tal-Pontu qabel ma wasal f'Pizjo.", "Ix-xog\u0127lijiet tieg\u0127u jinqasmu fi tlieta:", "Fost Missirijiet il-Knisja ta' Antijokja, San \u0120wann Krisostmu hu l-uniku wie\u0127ed li g\u0127andna x-xog\u0127ol tieg\u0127u kollu, forsi min\u0127abba l-isem kbir tieg\u0127u, t-tbatijiet li \u0121arrab, is-sbu\u0127ija tal-kitba tieg\u0127u, u d-duttrina tajba li g\u0127allem.", "Dan jixhdu l-istess titlu li tawh fis-sitt seklu, - Krisostmu - li ifisser 'Fommu tad-deheb', \u0127afna drabi dan \u0127a post l-istess ismu.", "Fil-Knisja tal-Punent hu biss Santu Wistin li j\u0127abbatha mieg\u0127u, g\u0127all-fama ta' oratur kbir.", "Fil-prietki tieg\u0127u jidher b\u0127ala tabib tal-erwie\u0127: minn banda jag\u0127raf id-dg\u0127ufija tag\u0127hom u mill-o\u0127ra jag\u0127ti d-duwa me\u0127tie\u0121a.", "Hu \u0121ieli dam sag\u0127tejn fi prietka wa\u0127da, imma xorta wa\u0127da kien jibqa' jilqa' \u010b-\u010bap\u010bip tal-fidili fil-knisja.", "(i) Omeliji ese\u0121eti\u010bi", "San \u0120wann Krisostmu g\u0127amel l-ese\u0121esi ta' \u0127afna testi mit-Testment il-Qadim u mit-Testment il-\u0120did.", "Dawn g\u0127amel il-parti l-kbira tag\u0127hom f'Antijokja bejn is-snin 386 u 397 meta kien g\u0127adu qassis sempli\u010bi.", "Fittex ifiehem is-sens spiritwali tal-Bibbja u l-applikazzjoni prattika g\u0127all-fidili tieg\u0127u.", "Forsi xi priedki ta' din l-epoka kienu miktuba biss u mhux pridkati.", "Hemm \u017cew\u0121 sensiliet ta' omeliji dwar il-\u0120enesi : (a) sensiela ta' disg\u0127a, ippridkati fis-sena 386 rigward l-ewwel 3 kapitli tal-\u0120enesi u (b) it-tieni sensiela ta' 67 omelija li jinterpretaw il-ktieb tal-\u0120enesi silta wara l-o\u0127ra, kitba tas-sena 388.", "Hemm omeliji dwar is-Salmi: 58 salm mag\u0127\u017cula.", "Din l-antolo\u0121ija \u0121ieli nsibuha ta\u0127t l-isem 'Interpretazzjonijiet' u mhux ta\u0127t dak ta' 'Omeliji u g\u0127alhekk forsi ma kinux ippridkati, imma miktuba biss.", "Hemm sitt omeliji dwar Isaija li g\u0127adhom je\u017cistu fl-ori\u0121inal Grieg.", "Xi siltiet minnhom saru f'Antijokja u xi siltiet o\u0127ra saru f'Kostantinopli.", "Je\u017cisti wkoll Kummentarju s\u0127i\u0127 dwar Isaija fi traduzzjoni Armena, u jidher li hu awtentiku.", "San \u0120wann Krisostmu g\u0127amel 44 omelija dwar l-ewwel Ittra lill-Korintin u 30 wa\u0127da dwar it-Tieni Ittra.", "G\u0127amilhom f'Antijokja qabel is-sena 397.", "Xi w\u0127ud huma importanti g\u0127all-istorja tar-rit tal-mag\u0127mudija.", "Isemmu l-formula tal-istqarrija tal-fidi li kienu jg\u0127idu qabel ma jin\u017clu fil-battisteru.", "Dan is-simbolu kellu l-artiklu tal-fidi: \"u fil-ma\u0127fra tad-dnubiet, u fil-qawmien mill-mewt, u fil-\u0127ajja ta' dejjem.\"", "Kiteb ukoll tlett omeliji dwar I Kor 7, 1, omelija wa\u0127da dwar I Kor 15,26, u tlett omeliji dwar it-2 Kor: 4,13.", "Permezz ta' sensiela ta' omeliji li g\u0127amel f'Antijikja qabel is-sena 397 u kiteb kummentarju dwar l-ittra ta' San Pawl lill-Galatin.", "G\u0127amel ukoll 24 omelija dwar l-Ittra lill-Efesin f'Antijokja qabel is-sena 397.", "L-omelija 20 g\u0127andha importanza kbira g\u0127aliex fiha San \u0120wann jitkellem dwar i\u017c-\u017cwie\u0121 nisrani u fiha jag\u0127ti g\u0127amla ta' kodi\u010bi morali g\u0127all-u\u017cu tal-mi\u017c\u017cew\u0121in.", "San \u0120wann g\u0127amel 15-il omelija dwar l-Ittra lill-Filippin wara li sar Isqof f'Kostantinopli.", "Hu jiddefendi d-duttrina kattolika tal-Inkarnazzjoni, jitkellem dwar id-divinita' perfetta u l-umanita' perfetta bir-ru\u0127 u l-\u0121isem.", "Madwar is-sena 440, meta kien di\u0121a' f'Konstantinopli g\u0127amel tnax-il omelija dwar l-Ittra lill-Kolossin.", "Hawn jsemmi diversi temi b\u0127al ma huma l-interess Kristolo\u0121iku, il-limitatezza tar-ra\u0121uni umana, il-\u0127idma ta' grazzja u kliem a\u0127rax kontra l-abbu\u017ci li kienu jsiru waqt l-ikla tat-tie\u0121.", "San \u0120wann g\u0127amel \u0127dax-il omelija fuq l-ewwel ittra u \u0127ames omeliji dwar it-tieni ittra lit-Tessalonkin.", "Dawn g\u0127amilhom meta kien \u0121a Isqof f'Kostantinopli.", "G\u0127amel tmintax-il omelija dwar l-ewwel Ittra lil Timotju, 10 omeliji dwar it-tieni ittra lil Timotju, sitt omeliji dwar l-ittra lil Titu, u tlett omeliji dwar l-Ittra lil Filemon.", "Dawn kollha g\u0127amilhom f'Antijokja qabel is-sena 397.", "San \u0120wann g\u0127amel 34 omelija dwar l-ittra lil-Lhud meta kien Isqof fl-ewwel sena tal-episkopat tieg\u0127u f'Kostantinopli fis-sena 403-404.", "B'hekk il-Kristostmu \u0127allielna mal-250 omelija fuq l-Ittri ta' San Pawl.", "(ii) Omeliji Dommati\u010bi u Polemi\u010bi", "San \u0120wann kiteb \u017cew\u0121 sensiliet ta' omeliji dwar il-fatt li a\u0127na ma nistg\u0127ux nifhmu lil Alla.", "Fl-ewwel sensiela je\u0127odha kontra l-fehma tal-Anomej li kienu jiffurmaw il-partit estrem tal-Arjani\u017cmu, u kienu jg\u0127allmu li a\u0127na nistg\u0127u nifhmu 'l Alla bl-istess mod kif hu jifhem lilu nnifsu.", "San \u0120wann sa\u0127aq ukoll fuq li l-Iben g\u0127andu l-istess natura divina tal-Missier, u li hu ugwali g\u0127alih.", "Saru f'Kostantinopli dwar is-snin 386-387 u fis-sena 397 wara li sar Isqof.", "G\u0127amel erba' omeliji dwar il-Mag\u0127mudija meta kien g\u0127adu qassis f'Antijokja, x'aktarx fis-sena 388.", "G\u0127amel ukoll seba' omeliji o\u0127ra fuq il-Mag\u0127mudija wara s-sena 388.", "G\u0127amel tmien omeliji kontra l-Lhud meta kien g\u0127adu f'Antijokja fis-sena 386-387.", "Kienu diretti kontra l-Insara \u0120udeo-Kristjani li minn banda kienu jmorru jisimg\u0127u lilu u mill-o\u0127ra kienu jmorru fis-sinagogi Lhud billi kienu mi\u0121buda mis-s\u0127arijiet u mill-amuleti li kienu komuni fost il-Lhud tal-klassijiet inferjuri.", "(Hom.", "3)", "(iii) Id-Diskorsi Morali ta' San \u0120wann Krisostmu", "Biex l-Insara jg\u0127ixu \u0127ajja tassew nisranija San \u0120wann g\u0127amel id-Diskorsi Morali g\u0127alkemm kien tkellem fuq dan is-su\u0121\u0121ett f'omeliji o\u0127ra. }adha kontra l-gula, is-superstizzjonijiet li kien hemm dwar il-Festa tal-Ewwel tas-Sena, il-log\u0127ob ta\u010b-\u010birku, it-ti\u0121rijiet bil-karrettuni nhar il-\u0120img\u0127a l-Kbira, u l-ispettakli fit-teatru nhar Sibt il-G\u0127id.", "L-Insara kellhom jg\u0127inu lill-fqar li f'Kostantinopli kien hemm madwar \u0127amsin elf foqra bejn insara u mhumiex.", "Insara kienu jg\u0127oddu madwar 100,000.", "(iv) Priedki g\u0127all-festi litur\u0121i\u010bi", "Fid-diskors li g\u0127amel fil-25 ta' Di\u010bembru 386, San \u0120wann sostna li l-Milied beda jsir fil-25 ta' Di\u010bembru f'Antijokja fl-g\u0127axar snin ta' qabel.", "G\u0127amel diskorsi o\u0127ra fuq il-Milied, il-Mag\u0127mudija ta' Kristu u l-Epifanija, tliet diskorsi g\u0127all-\u0120img\u0127a l-Kbira u tnejn o\u0127ra g\u0127all-G\u0127id il-Kbir, ie\u0127or g\u0127at-Tlug\u0127 ta' \u0120esu' fis-Sema u tnejn dwar G\u0127id il-}amsin.", "(v) Pane\u0121ier\u010bi", "San \u0120wann g\u0127amel \u0127afna pane\u0121ier\u010bi fuq qaddisin tat-Testment il-Qadim, fuq \u0127afna martri, fuq Isqfijiet qaddisa ta' Antijokja u fuq San Pawl li lejh kellu ammirazzjoni kbira.", "(vi) Diskorsi ta\u010b-\u010birkustanza", "San \u0120wann g\u0127amel diskors fl-okka\u017cjoni tal-ordinazzjoni sa\u010berdotali, fil-bidu tas-sena 386.", "Hu rringrazzja lil Alla li tah id-don tal-kelma.", "Radd \u0127ajr lill-Isqof Flavjanu li ordnah, u talab lill-poplu pre\u017centi biex jitolbu g\u0127alih \u0127alli jkun sa\u010berdot tajjeb.", "G\u0127amel 21 omelija dwar l-Istatwi.", "L-istatwi tal-Imperatur Teodosju u tal-familja tieg\u0127u kienu m\u0121arrfin waqt irvell li qam f'Antijokja fis-sena 387 min\u0127abba li da\u0127let taxxa li kienet meqjusa b\u0127ala esa\u0121erata fuq il-popolazzjoni.", "Teodosju kien \u0127aseb li jibg\u0127at armata s\u0127i\u0127a \u0127alli teqred il-popolazzjoni tal-belt kollha.", "Flavjanu, l-Isqof ta' Antijokja, beda vja\u0121\u0121 bil-\u0127sieb li jmur Kostantinopli \u0127alli jitlob il-\u0127niena tal-Imperatur.", "Kien dan i\u017c-\u017cmien li San \u0120wann g\u0127amel dawn l-omeliji bil-\u0127sieb li jimla n-nies bil-kalma u fl-istess \u0127in jissewwew \u0127afna vizzji komuni.", "Fl-a\u0127\u0127ar diskors \u0127abbar lill-poplu li l-Isqof Flavjanu kien qala' ming\u0127and l-Imperatur il-ma\u0127fra \u0121enerali.", "San \u0120wann g\u0127amel \u017cew\u0121 omeliji dwar Ewtropju.", "Fil-bidu tas-sena 399, Ewtropju, kunsillier u segretarju tal-Imperatur Arkadju, tne\u0127\u0127a mill-uffi\u010b\u010bji doppji tieg\u0127u, u \u0127arab mill-mewt billi sta\u0127ba malajr fil-knisja fejn kien jipprietka San \u0120wann Krisostmu.", "Fil-\u0126add ta' wara, is-17 ta' Jannar, 399, waqt li Ewtropju kien imqabbad mal-artal, San \u0120wann g\u0127amel omelija fuq it-test bibliku: 'Frug\u0127a tal-frug\u0127at u kollox frug\u0127a', u b\u0127ala e\u017cempju semma l-waqg\u0127a ta' Ewtropju.", "Ftit jiem wara Ewtropju \u0127alla l-knisja u \u0121ie e\u017ciljat f'\u010aipru.", "San \u0120wann g\u0127amel omelija o\u0127ra fuq is-su\u0121\u0121ett u \u010ba\u0127ad ix-xnieg\u0127a li kienet \u0121riet li l-Knisja kienet tat lil Ewtropju f'idejn l-istat.", "San \u0120wann Krisostmu g\u0127amel diskors lejlet l-ewwel e\u017cilju tieg\u0127u u ie\u0127or l-g\u0127ada wara li re\u0121a' lura.", "Fl-ewwel wie\u0127ed ikkalma l-poplu g\u0127ax il-Knisja ma tkun qatt mirbu\u0127a.", "Ir-ras ma tistax tkun mifruda mill-membri l-o\u0127ra.", "Fit-tieni diskors radd \u0127ajr lill-poplu li baqa' fidil lejh.", "Radd il-\u0127ajr lill-Knisja li waqfet kontra kull min ried iqarraq bih fl-assenza tieg\u0127u.", "Dwar is-Sa\u010berdozju San \u0120wann kiteb sitt kotba f'g\u0127amla ta' djalogu bejnu u bejn il-\u0127abib tieg\u0127u Ba\u017cilju, li jidher li hu isem fittizju.", "Dwar il-\u0126ajja Monastika San \u0120wann kiteb diversi trattati biex i\u0127ajjar g\u0127aliha u jiddefendiha.", "Dwar il-Ver\u0121inita' u l-istat ta' romol San \u0120wann kiteb trattat biex jinterpreta dettaljatament l-ewwel ittra lill-Korintin Kap 7, vers 38, fejn San Pawl jg\u0127id li \u017c-\u017cwie\u0121 hu tajjeb, imma l-ver\u0121inita' hi a\u0127jar.", "It-trattat L-armla \u017cag\u0127\u017cug\u0127a, miktub qrib is-sena 380, San \u0120wann kitibha sabiex isabbar lil wa\u0127da armla \u017cag\u0127\u017cug\u0127a min\u0127abba t-telfa tar-ra\u0121el tag\u0127ha Terasju.", "Fit-trattat dwar Li ma jer\u0121ax isir i\u017c-\u017cwie\u0121 San \u0120wann i\u0127ajjar ir-romol biex jibqg\u0127u kif inhuma, u ma jer\u0121g\u0127ux jippruvaw ji\u017c\u017cew\u0121u.", "Inkiteb qrib is-sena 380.", "Dwar l-edukazzjoni tal-ulied San \u0120wann kiteb dwar Il-vanaglorja u l-edukazzjoni tal-ulied sabiex jitkellem dwar il-vizzji ewlenin ta' Antijokja, ji\u0121ifieri \u017c-\u017cina u l-\u0127ajja mtajra, u kemm dwar l-edukazzjoni tal-\u0121enituri biex ikunu jafu kif irabbu sewwa 'l uliedhom.", "Meta kien g\u0127adu djaknu, San \u0120wann kiteb tliet kotba bit-titlu Lil Sta\u0121irju m\u0127abbat mix-xitan sabiex isabbar lill-\u0127abib tieg\u0127u patri li kien g\u0127addej minn kri\u017ci ta' skora\u0121\u0121iment.", "Jg\u0127idlu li fit-ta\u0127bit tidher ukoll l-id tal-Providenza fl-ewwel ktieb.", "Fit-tieni u t-tielet ktieb wera l-istorja tat-tbatija minn Adam sa San Pawl: il-\u0127bieb ta' Alla kollha jg\u0127addu mill-prova tat-tbatija.", "San \u0120wann kiteb ukoll trattat Dwar San Babila kontra \u0120uljanu u l-Pagani qrib is-sena 382.", "Fih juri r-reb\u0127a tar-reli\u0121jon nisranija u t-telfa tal-pagane\u017cmu fl-istorja tal-Isqof Martri Babila ta' Antijokja li miet fil-persekuzzjoni ta' De\u010bju.", "\u0120uljanu li jissemma fit-titlu hu \u0120uljanu l-Apostata li fis-sena 362 kien ne\u0127\u0127a l-fdalijiet ta' San Babila mill-buskett ta' Dafne, qrib Antijokja, \u0127alli jer\u0121a' jqajjem fih il-kult qadim ta' Apollu.", "Fl-istess sena t-tempju ta' Dafne \u0127a n-nar u nqered g\u0127al kollox.", "F'\u0120unju 363, \u0120uljanu kien meg\u0127lub.", "San \u0120wann kiteb trattat Kontra l-Lhud u l-Pagani fuq il-fatt li Kristu hu tassew Alla u fih jiddefendi d-divinita' ta' Kristu mill-profeti tat-Testment il-Qadim u mill-profeziji ta' Kristu stess.", "Je\u017cistu 236 ittra kollha marbutin mat-tieni e\u017cilju tieg\u0127u, (404-407) miktubin lil i\u017cjed minn mitt persuna importanti destinatarju.", "Fihom isemmi s-sabar li ried inissel lid-destinatarji.", "L-aktar \u017cew\u0121 ittri importanti kienu dawk indirizzati lill-Papa Inno\u010benz I. San \u0120wann Krisostmu kien oratur kbir, wera bilan\u010b fl-ideat, u kien missier mimli sabar u mog\u0127drija.", "Jispikka fl-istqarrija tieg\u0127u fil-pre\u017cenza reali ta' Kristu fl-Ewkaristija, u min\u0127abba f'hekk li fi \u017cmienu San \u0120wann jissejja\u0127 bit-titlu: 'Duttur tal-Ewkaristija'.", "Fil-Lvant hu kkunsidrat l-akbar Duttur Ekumeniku."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15382", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15382", "title": "John Henry Newman", "text": ["John Henry Newman", "John Henry Newman (Londra, 21 ta' Frar 1801 \u2013 Edgbaston, 11 ta' Awwissu 1890) kien figura importanti fl-istorja reli\u0121ju\u017ca Ingli\u017ca tas-seklu 19.", "Fil-bidu kien qassis fi\u010b-Church of England, u figura ewlenija tal-Oxford Movement (li ried ir-ritorn ta\u010b-Church of England lejn \u0127afna mit-twemmin u mil-litur\u0121ija Kattolika), biex imbag\u0127ad fl-1845 ikkonverta g\u0127all-Kattoli\u010be\u017cmu u sar Kardinal.", "Kien ukoll figura letterarja kbira.", "Fost kitbietu nsibu l-awtobijografija tieg\u0127u \"Apologia Pro Vita Sua\" (1865\u201366), \"The Grammar of Assent\" (1870), u ll-poe\u017cija \"Gerontius\".", "Il-beatifikazzjoni tieg\u0127u ser issir mill-Papa Benedittu XVI waqt i\u017c-\u017cjara tieg\u0127u fl-Ingilterra fid-19 ta' Settembru 2010.", "John Henry Newman twieled Londra, il-kbir fost sitt a\u0127wa.", "Missieru, John ukoll, kien bankier.", "Ta' 7 snin Newman intbag\u0127at Great Ealing School.", "Newman kien dili\u0121enti imma mist\u0127i, riservat u superstizzju\u017c.", "Kien jog\u0127xa jaqra l-Bibbja, u wkoll ir-rumanzi ta' Walter Scott.", "Iktar tard qara wkoll il-kitbiet xetti\u010bi ta' Paine, Hume, u forsi Voltaire, u g\u0127al xi \u017cmien kien influwenzat minnhom.", "Fl-a\u0127\u0127ar sena tieg\u0127u f'dik l-iskola, meta kellu 15-il sena, huwa beda jemmen bis-serjet\u00e0 b'konvinzjoni li, fl-\"Apologia\" jg\u0127id, kienet \"iktar \u010berta mill-fatt li g\u0127andi jdejja u saqajja.\"", "Huwa waqa' \"ta\u0127t l-influwenza ta' kredu definttiv,\" u r\u010bieva fl-intellett tieg\u0127u fidi \"li bil-\u0127niena t'Alla, qatt ma \u0121iet im\u0127assra jew imtappna\".", "Huwa kien impressjonat l-iktar bil-ktieb ta' Kalvinu \"Il-Jien u l-\u0126allieq tieg\u0127i\".", "Newman sar Kalvinist.", "F'dan i\u017c-\u017cmien huwa sejja\u0127 lill-Papa tal-Knisja Kattolika: l-Antikrist.", "Fl-1816 huwa sar avukat.", "I\u017cda ftit wara mar jistudja fi Trinity College, Oxford.", "I\u017cda l-e\u010bitament fl-e\u017camijiet finali tal-Universit\u00e0 qabdu \"breakdown\" u \u0121ab \"third class\" fl-1821.", "Ta' 23 sena \u0121ie ordnat sa\u010berdot Anglikan u erba' snin wara n\u0127atar Kurat ta' St. Mary's, il-knisja tal-Universit\u00e0 f'Oxford fejn ta xhieda ta' twemminu, l-aktar bil-mod kif kien jipprietka.", "Fl-1837 \u0127are\u0121 l-\"Uffi\u010b\u010bju Profetiku tal-Knisja\" li aktar tard sar mag\u0127ruf b\u0127ala \"Via Media\", li fih jipprova juri li l-Anglikani\u017cmu kien it-triq tan-nofs bejn il-Kattoli\u010bi\u017cmu u l-Protestanti\u017cmu popolari.", "F'Di\u010bembru 1832 Newman beda vja\u0121\u0121 fil-Mediterran li fih \u017car \u0120ibilt\u00e0, Malta, il-g\u017cejjer Ioni\u010bi, Sqallija, Napli u Ruma.", "Huwa wasal Malta fl-10 ta' Jannar 1833 i\u017cda ma tantx gawdiha g\u0127ax wara li \u017cammewh kwarantina fil-Lazzarett (li l-esperjenza kerha tieg\u0127u jiktibha f'ittra lil Jemima) qabdu ri\u0127 qawwi li ma tantx \u0127allieh ji\u010b\u010baqlaq.", "Fil-Lazzarett huwa kien kera vjolin li fi kliemu nstema' grandju\u017c f'dak l-ispazju kbir.", "Kien ftit wara dan li kiteb il-poe\u017cija famu\u017ca \"Lead, kindly light\", li aktar tard saret innu popolari.", "Fl-1842 \u0121ara avveniment importanti li biddillu \u0127ajtu: idde\u010bieda li jirtira f'Littlemore, u baqa' jg\u0127ix hemmhekk ta\u0127t il-kundizzjonijiet monasti\u010bi flimkien ma' grupp \u017cg\u0127ir ta' dixxipli.", "Lil dawn id-dixxipli tahom il-bi\u010b\u010ba xog\u0127ol li jiktbu l-\u0127ajja ta' xi qaddisin Ingli\u017ci, filwaqt li hu kiteb: \"Essay on the development of Christian doctrine\".", "B'din huwa pprova jer\u0121a' jit\u0127abbeb mal-Kredu kif im\u0127addan mill-Knisja Kattolika.", "Sena wara, ippubblika stqarrija fl-\"Oxford Conservative Journal\", fejn irtira formalment dak kollu li kien qal kontra Ruma(fosthom li \"l-belt hija sabi\u0127a imma r-reli\u0121jon tag\u0127ha hija wa\u0127da politeistka, de\u0121enerata u idolatra\").", "Wie\u0127ed mid-dixxipli tieg\u0127u hawnhekk \u0127allieh imma John Henry Newman idde\u010bieda li kien wasal i\u017c-\u017cmien li jippriedka l-a\u0127\u0127ar priedka Anglikana tieg\u0127u f'Littlemore u jirri\u017cenja minn Kurat.", "Nhar id-9 ta' Ottubru, 1845 Newman intlaqa' formalment fil-Knisja Kattolika minn Dominic Barberi, sa\u010berdot Passjonista Taljan fil-Kulle\u0121\u0121 ta' Littlemore.", "Sena wara telaq lejn Ruma u dde\u010bieda li fuq ir-regola ta' San Filippu Neri, li tieg\u0127u Newman ried iwaqqaf Oratorju f'Londra.", "Fl-1879 il-Papa Ljun XIII \u0127atru Kardinal.", "Il-motto fuq l-arma tieg\u0127u kien \"Cor ad cor loquitur\" (Qalb tkellem lil Qalb).", "\u0126afna \u017cmien qabel Newman kien iddikjara \"li kien ilu \u0127ajtu kollha kontra l-Liberali\u017cmu li jag\u0127raf li m'hemmx verit\u00e0 fir-reli\u0121jon imma li kull twemmin hu b\u0127al kull ie\u0127or, u li l-Kristjane\u017cmu hu biss sentiment u gost, imma mhux fatt o\u0121\u0121ettiv, mhux mirakolu\u017c\".", "Wara dan re\u0121a' dar dawra mal-kitbiet kollha tieg\u0127u bl-a\u0127\u0127ar wa\u0127da tkun dwar xi problemi li wie\u0127ed isib il-Bibbja.", "Il-kitba \"Il-\u0126olma ta' \u0120eronzju\"(1865) qalibha fil-vers poetiku, u hi meqjusa fl-istess klassi tal-versi u \u0127sibijiet ta' Dante, fejn i\u0127ares lejn l-a\u0127\u0127ar pellegrina\u0121\u0121 tieg\u0127u b\u0127ala \"wa\u0127di mal-Wa\u0127dieni\".", "Miet fit-tbatija, fil-11 ta' Awwissu, 1890.", "Il-funeral tieg\u0127u kien wie\u0127ed mill-akbar li qatt saru.", "\u0120ie midfun fl-istess qabar ta' Ambrose St.John, li kien g\u0127enu \"jg\u0127ix ta\u0127t Alla g\u0127al 32 sena\".", "Fuq l-ir\u0127ama hemm miktub hekk: \"Mid-dellijiet u mis-simboli to\u0127ro\u0121 il-verit\u00e0\".", "\u0120ie ddikjarat Venerabbli mill-Papa \u0120wanni Pawlu II fit-22 ta'Jannar 1991.", "Il-beatifikazzjoni tieg\u0127u ser issir mill-Papa Benedittu XVI waqt i\u017c-\u017cjara tieg\u0127u fl-Ingilterra fid-19 ta' Settembru 2010.", "Il-\u0127sibijiet tal-Kardinal John Henry Newman influwenzaw bis-s\u0127i\u0127 il-Kon\u010bilju Vatikan II partikolarment fl-ekkle\u017cjolo\u0121ija, l-ekunemi\u017cmu, it-teorija ta' l-i\u017cvilupp dottrinali, il-kuxjenza u l-laj\u010bi."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15385", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15385", "title": "Nihat Kahveci", "text": ["Nihat Kahveci", "Nihat Kahveci (Istanbul, 23 ta' Novembru 1979) huwa plejer tal-futbol Tork.", "Nihat jilg\u0127ab l-aktar b\u0127ala attakkant, imma kapa\u010bi jilg\u0127ab ukoll b\u0127ala midfilder offensiv.", "Nihat huwa prodott tas-settur \u0121ovanili ta' Be\u015fikta\u015f u \u0121ie skopert minn H\u00fcrser Mustafa Cindir meta l-istess Nihat kien qieg\u0127ed jilg\u0127ab ma' Be\u015fikta\u015f matul l-ista\u0121un 1996\u201397.", "L-ista\u0121un segwenti ssie\u0127eb mal-ewwel tim.", "F'Jannar tal-2002, huwa ng\u0127aqad ma' Real Sociedad \u0121ewwa Spanja, ta\u0127t il-gwida tal-eks-kow\u010b ta' Be\u015fikta\u015f John Toshack.", "Mat-tim ta' Sociedad, Nihat lag\u0127ab 115-il log\u0127ba fejn skorja 57 gowl.", "Fl-ista\u0121un 2002\u201303, Nihat skorja 23 gowl fejn temm l-ista\u0121un b\u0127ala t-tieni l-aqwa skorer fil-La Liga wara Roy Makaay (29 gowls) u bl-istess numru ta' gowls ta' Ronaldo.", "Dan l-ista\u0121un ra wkoll lil Real Sociedad jikkonkludu l-impenji tag\u0127hom fil-kampjonat fit-tieni post, b'distakk ta' \u017cew\u0121 punti minn Real Madrid.", "Fi \u017cmienu mal-klabb huwa fforma koppja offensiva mal-attakkant Serb Darko Kova\u010devi\u0107, tant li l-\u0121urnalist sportiv Phil Ball tahom il-laqam ta' \"I\u017c-\u017cg\u0127ir u l-kbir\", b\u0127ala referenza g\u0127ad-differenza fit-tul ta\u017c-\u017cew\u0121 plejers.", "Fis-16 ta' Mejju 2006, qabel ma ng\u0127aqad ma' Villarreal, Nihat iffirma kuntratt ta' \u0127ames snin.", "Fl-ewwel sta\u0121un mal-klabb ftit li xejn kien involut min\u0127abba xi problemi fi\u017ci\u010bi li tappnulu l-ista\u0121un.", "Per\u00f2, l-ista\u0121un segwenti kien fundamentali g\u0127at-tim hekk kif fil-kampjonat skorja 18-il gowl bit-tim jag\u0127laq l-ista\u0121un fit-tieni post tal-klassifika.", "L-a\u0127\u0127ar sta\u0121un tieg\u0127u mal-Villarreal re\u0121a' kien sta\u0121un imtappan bil-problemi fi\u017ci\u010bi fejn fid-dsatax-il dehra li g\u0127amel ma skorja l-ebda gowl.", "Nhar is-27 ta' \u0120unju 2009, Nihat irritorna lura t-Turkija fejn iffirma mat-tim ta' Be\u015fikta\u015f g\u0127al erba' snin.", "Nhar it-18 ta' Mejju 2011, Be\u015fikta\u015f \u0127assru l-kuntratt ta' Nihat.", "F'Ottubru tas-sena 2000 waslet l-ewwel dehra mat-tim nazzjonali tat-Turkija g\u0127al Nihat kontra l-I\u017cvezja.", "Man-nazzjonal Torka hu pparte\u010bipa fit-Tazza tad-Dinja 2002, liema kompetizzjoni rat lit-tim jispi\u010b\u010ba fit-tielet post. Matul dan it-turnew, l-uni\u010bi dehriet tieg\u0127u kienu b\u0127ala sostitut fid-79 minuta g\u0127al Y\u0131ld\u0131ray Ba\u015ft\u00fcrk kontra l-Kosta Rika fil-fa\u017ci tal-gruppi, u dehra o\u0127ra b\u0127ala sostitut kontra l-\u0120appun fil-fa\u017ci tal-a\u0127\u0127ar sittax.", "Hu \u0127a sehem ukoll fil-Kampjonati Ewropej 2008, fejn fit-tielet log\u0127ba minn Grupp A Nihat skorja darbtejn kontra r-Repubblika \u010aeka fejn f'temp ta' kwarta l-iskor inqaleb minn 0\u20132 minn ta\u0127t g\u0127al 3\u20132 favur it-Tork (bil-gowl l-ie\u0127or jasal minn Arda Turan).", "Din ir-reb\u0127a wasslet g\u0127all-kwalifikazzjoni g\u0127ar-rawnd su\u010b\u010bessiv g\u0127ad-danni tal-istess \u010aeki.", "Be\u015fikta\u015f"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15388", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15388", "title": "Y\u0131ld\u0131ray Ba\u015ft\u00fcrk", "text": ["Y\u0131ld\u0131ray Ba\u015ft\u00fcrk", "Y\u0131ld\u0131ray Ba\u015ft\u00fcrk (Herne, 24 ta' Di\u010bembru 1978) huwa plejer tal-futbol Tork, imwieled \u0120ermani\u017c, li ri\u010bentament kien jilg\u0127ab mat-tim ta' Blackburn Rovers fil-Premier League Ingli\u017c.", "Iben ta' minatur, Ba\u015ft\u00fcrk beda l-karriera fid-dixxiplina tal-futbol ma' Sportfreunde Wanne-Eickel.", "B\u0127ala \u017cag\u0127\u017cug\u0127, Ba\u015ft\u00fcrk lag\u0127ab ma' Wattenscheid 09 waqt li d-debutt fl-og\u0127la divi\u017cjoni \u0120ermani\u017ca wasal mar-rivali tal-belt VfL Bochum, fejn mag\u0127hom lag\u0127ab fit-Tazza UEFA.", "Ma' Bayer Leverkusen, li kien ing\u0127aqad mag\u0127hom fl-2001, gawda minn aktar su\u010b\u010bess.", "Ba\u015ft\u00fcrk u Leverkusen spi\u010b\u010baw it-tieni fil-kampjonat \u0120ermani\u017c waqt li tilfu l-finali tat-Tazza \u0120ermani\u017ca u l-finali tal-UEFA Champions League 2002.", "F'Lulju tal-2004 hu ng\u0127aqad ma' Hertha BSC fejn baqa' mag\u0127hom sal-2007 sakemm il-kuntratt tieg\u0127u mal-klabb skada.", "Fit-28 ta' Mejju, 2007, Ba\u015ft\u00fcrk issie\u0127eb ma\u010b-\u010bampjins \u0120ermani\u017ci ta' VfB Stuttgart.", "Nhar is-27 ta' Lulju, 2010, \u0121ie m\u0127abbar li Ba\u015ft\u00fcrk qabel li jing\u0127aqad mat-tim ta' Blackburn Rovers ming\u0127and Stuttgart f'kuntratt sa tmiem l-ista\u0121un, wara li l-kuntratt tieg\u0127u ma' Stuttgart \u0121ie m\u0127assar.", "Ba\u015ft\u00fcrk iddebutta mill-ewwel minuta fil-konfront kontra Wolverhampton Wanderers tal-24 ta' April, 2010.", "Madanakollu, din kellha tkun l-ewwel u l-a\u0127\u0127ar dehra tieg\u0127u mal-klabb hekk kif fl-a\u0127\u0127ar tal-ista\u0121un, hekk kif il-kuntratt tieg\u0127u kien skada, hu ma \u0121iex offrut estensjoni tal-kuntratt mar-\"Rovers\".", "Hu ddebutta mat-tim nazzjonali fl-1998, fejn kien parti mill-iskwadra Torka li spi\u010b\u010bat it-tielet fit-Tazza tad-Dinja 2002.", "Wara li t\u0127alla barra mil-lista ta' 23 plejer g\u0127all-Kampjonati Ewropej 2008, hu stqarr li ma kienx se jilg\u0127ab aktar mat-tim nazzjonali sakemm jibqa' kow\u010b Fatih Terim."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15391", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15391", "title": "San \u0120ennaru", "text": ["San \u0120ennaru", "San \u0120ennaru (Caroniti, 272 \u2013 Pozzuoli, 19 ta' Settembru 305) kien Isqof ta' Benevento, fl-Italja, li skond it-tradizzjoni, fi \u017cmien il-persekuzzjoni ta' Djoklezjanu miet martri flimkien ma' sitta o\u0127ra fosthom id-Djaknu u l-Lettur tieg\u0127u, billi wara li kkundannawhom g\u0127all-mewt, tefug\u0127om lill-iljuni fl-amfiteatru ta' Pozzuoli, fis-sena 305, i\u017cda peress li l-iljuni ma missewhomx, qatluhom bil-qtug\u0127 tar-ras.", "San \u0120ennaru huwa l-Patrun ewlieni ta' Napli, li fil-Katidral t'hemm jinsab demm mag\u0127qud, li t-tradizzjoni tg\u0127id li huwa tal-qaddis u li jin\u0127all tliet darbiet f'sena.", "Dan id-demm mag\u0127qud li hu mi\u017cmum f'kunjett issi\u0121illat, jin\u0127all tliet darbiet fis-sena waqt \u010berimonja solenni mmexxija mill-Kardinal ta' Napli u li g\u0127aliha n-Naplitani jattendu bi \u0127\u0121arhom:", "Skond il-le\u0121\u0121enda, dan id-demm in\u0127all g\u0127all-ewwel darba fi \u017cmien Kostantinu, meta l-isqof trasferixxa l-fdalijiet tal-qaddis mill-Agro Marciano, fejn kienu midfun, sa Napli.", "Matul it-tra\u0121itt \u0127ar\u0121et Ewsebja bid-demm tal-qaddis: u kif il-kranju tal-qaddis \u0121ie bi drittu, id-demm in\u0127all.", "I\u017cda storikament, l-ewwel darba li tissemma r-relikwja tad-demm ta' San \u0120ennaru huwa fl-1389, meta fis-17 t'Awwissu, id-demm in\u0127all \"qisu kien \u0127iere\u0121 mill-korp tal-qaddis dakinhar stess\".", "Jekk id-demm jin\u0127all, dan jitqies min-Naplitani b\u0127ala ri\u017cq tajjeb, filwaqt li jekk ma jin\u0127allx, jibdew jib\u017cg\u0127u minn xi tra\u0121edja li tkun g\u0127adha \u0121ejja.", "Meta d-demm jin\u0127all, il-Kardinal jerfa' t-teka, u jdawwarha minn na\u0127a g\u0127al o\u0127ra biex juri li n\u0127all u l-fidili jersqu biex ibusuha.", "Il-Knisja Kattolika ma tqisx il-likwefazzjoni tad-demm b\u0127ala miraklu b\u0127ala \"\"un fatto mirabolante ritenuto prodigioso dalla tradizione religiosa popolare, essendo impossibile, allo stato dell'attuale conoscenza dei fatti, un giudizio scientifico attestante la non spiegabilit\u00e0 scientifica del fenomeno della liquefazione\".\"", "L-ewwel anali\u017ci xjentifika, imsej\u0127a spettroskopika, saret mill-professuri Sperindeo u Januario fl-1902 u sabet li hu emoglobina, ji\u0121ifieri demm.", "L-istess esperiment sar l-a\u0127\u0127ar fl-1988 u re\u0121a' kien konfermat li hu demm.", "I\u010b-CICAP, grupp ta' xjenzati tal-\"Comitato Italiano per il Controllo delle Affermazioni sul Paranormale\", issostni li b'sustanza tissotropika mag\u0127mula minn sustanzi ta' dik l-epoka tista' \u0121\u0121ib l-istess effetti tad-\"demm\" ta' San \u0120ennaru."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15392", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15392", "title": "Gelson Fernandes", "text": ["Gelson Fernandes", "Gelson Tavares Fernandes (Praia, 2 ta' Settembru 1986) hu plejer tal-futbol \u017bvizzeru li attwalment jinsab jilg\u0127ab ma' Eintracht Frankfurt fil-\u0120ermanja.", "Imrobbi mat-tim ta' Sion, hu ddebutta mal-ewwel tim fl-2004 fejn waqt it-tliet snin li dam mal-klabb sal-2007 irnexxielu jirba\u0127 Tazza \u017bvizzera fl-2006.", "Fl-14 ta' Lulju, 2007, Fernandes iffirma ma' Manchester City g\u0127al somma mhux mag\u0127rufa, mifhuma li hi madwar \u20ac6 miljun.", "Wara l-firma tieg\u0127u, il-kow\u010b Sven-G\u00f6ran Eriksson ikkumenta fuq kif li hu kien jara lil Fernandes b\u0127ala \"l-aqwa plejer \u017cg\u0127a\u017cug\u0127 fl-I\u017cvizzera\".", "Id-debutt mas-\"Citizens\" wasal f'pari ta' ming\u0127ajr gowls kontra Portmsouth.", "L-ewwel gowl tieg\u0127u mal-klabb il-\u0121did wasal fir-reb\u0127a ta' 2\u20130 kontra Newcastle United nhar it-2 ta' Jannar, 2008, 40 sekonda biss wara li kien da\u0127al b\u0127ala sostitut g\u0127al Stephen Ireland.", "It-tieni gowl tieg\u0127u wasal f'okka\u017cjoni negattiva, fit-telfa ta' 3\u20131 kontra Arsenal.", "Fil-bidu tal-ista\u0121un 2008\u201309, Fernandes biddel in-numru tal-flokk minn 28 g\u0127al 19.", "Minkejja li skorja \u017cew\u0121 gowls matul l-ista\u0121un, Fernandes kellu sena di\u017cappuntanti hekk kif ta\u0127t il-kow\u010b il-\u0121did Mark Hughes sab spazju biss b\u0127ala sostitut.", "Fid-9 ta' Lulju, 2009, \u0121iet ikkonfermata li hu g\u0127adda mit-testijiet medi\u010bi u kien issie\u0127eb g\u0127as-somma ta' \u00a32 miljun ma' Saint-\u00c9tienne.", "Hu ffirma kuntratt ta' sentejn u ddebutta fit-telfa ta' 2\u20130 kontra Nice tat-8 ta' Awwissu, 2009.", "Matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf tal-2010, wara sena biss mal-klabb Fran\u010bi\u017c, it-tim ta' Chievo ikkonfermaw li kienu \u0121abu lill-plejer abba\u017c\u017ci ta' self sal-a\u0127\u0127ar tal-ista\u0121un.", "Fernandes iddebutta mat-tim nazzjonali \u017bvizzeru kontra l-Olanda fit-22 ta' Awwissu, 2007.", "Minn dakinhar baqa' figura regulari mat-tim nazzjonali.", "Hu lag\u0127ab fit-tliet partiti tat-tim waqt il-Kampjonati Ewropej 2008.", "Nhar it-28 ta' Marzu, 2009, Fernandes skorja l-ewwel gowl tieg\u0127u fuq livell internazzjonali fir-reb\u0127a ta' 2\u20130 fuq il-Moldova.", "It-tieni gowl wasal fuq palk iktar presti\u0121ju\u017c, hekk kif skorja l-gowl tar-reb\u0127a kontra Spanja fl-ewwel log\u0127ba mill-gruppi tat-Tazza tad-Dinja 2010."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15393", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15393", "title": "Tranquillo Barnetta", "text": ["Tranquillo Barnetta", "Tranquillo Barnetta (St. Gallen, 22 ta' Mejju 1985) hu plejer tal-futbol \u017bvizzeru li jilg\u0127ab b\u0127ala midfilder ma' St. Gallen u mat-tim nazzjonali \u017bvizzeru.", "Minkejja li g\u0127andu ori\u0121ini Taljani (il-\u0121enituri tieg\u0127u \u0121ejjin mill-provin\u010bja ta' Bergamo), minn dejjem kien joqg\u0127od l-I\u017cvizzera.", "Barnetta beda l-karriera tieg\u0127u mal-klabb lokali ta' St. Gallen, u nxtara f'Jannar tal-2004 mill-klabb \u0120ermani\u017c ta' Bayer Leverkusen.", "Fl-ewwel sta\u0121un fil-\u0120ermanja, \u0121ie msellef lil Hannover 96, u rritorna lura f'Marzu tal-2005.", "Il-perjodu ma' dan il-klabb kien wie\u0127ed sfortunat hekk kif sofra minn problemi fil-ligamenti waqt log\u0127ba internazzjonali kontra l-I\u017crael, li \u0127allietu sitt xhur barra mill-azzjoni.", "Wara prestazzjonijiet konvi\u010benti matul it-Tazza tad-Dinja li saret il-\u0120ermanja, Barnetta sar regulari fl-iskwadra ta' Bayer.", "Matul is-sajf 2009 kien hemm xnieg\u0127at li seta' jitlaq jitlaq minn ma' Bayer spe\u010bjalment bil-wasla ta' Toni Kroos ta\u0127t self.", "Madanakollu, matul l-ista\u0121un 2009\u201310 re\u0121a' kiseb il-forma tieg\u0127u u kkontribwixxu mhux ftit g\u0127al perjodu imbatibbli tat-tim fl-ewwel nofs tal-ista\u0121un.", "Barnetta \u0121ie msejja\u0127 fost l-iskwadra g\u0127all-Kampjonati Ewropej 2004 imma ma lag\u0127ab l-ebda log\u0127ba.", "Matul it-Tazza tad-Dinja 2006, hu skorja t-tieni gowl tal-I\u017cvizzera fil-konfront mirbu\u0127 kontra t-Togo, per\u00f2 falla penalty waqt l-g\u0127oti tal-penalties kontra l-Ukrajna li spi\u010b\u010baw 3\u20130 favur dawn tal-a\u0127\u0127ar u su\u010b\u010bessivament fisser eliminazzjoni g\u0127at-tim \u017bvizzeru.", "Hu kien parte\u010bipi fil-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni g\u0127at-Tazza tad-Dinja 2010, fejn pajji\u017cu g\u0127addew g\u0127all-fa\u017ci finali b\u0127ala l-ewwel mill-grupp."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15402", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15402", "title": "Premier League Malti 2010\u201311", "text": ["Premier League Malti 2010\u201311", "L-ista\u0121un 2010\u201311 tal-BOV Premier League kien is-96 wie\u0127ed tal-Premier League Malti, l-og\u0127la divi\u017cjoni fil-futbol Malti.", "L-iskeda tal-log\u0127ob in\u0127ar\u0121et fl-24 ta' Awwissu, 2010.", "L-ista\u0121un infeta\u0127 b'\u017cew\u0121 log\u0127biet fit-12 ta' Settembru 2010, u ntemm fis-7 ta' Mejju 2011.", "Birkirkara kienu d-difensuri tat-titlu wara r-reb\u0127 tat-tielet titlu tag\u0127hom fl-ista\u0121un pre\u010bedenti.", "Valletta \u0121ew inkurunati \u010bampjins g\u0127all-20 darba fl-istorja bir-reb\u0127a ta' 1\u20130 kontra Marsaxlokk nhar is-17 ta' April, 2011, bi tliet log\u0127biet o\u0127ra x'jintlag\u0127bu.", "Dan g\u0127amluh billi baqg\u0127u mhux meg\u0127luba matul l-ista\u0121un kollu.", "G\u0127al dan l-ista\u0121un, il-Kunsill tal-MFA approva proposta fejn kull klabb jista' jirre\u0121istra ammont ming\u0127ajr limitu ta' plejers li \u0121ejjin mill-Unjoni Ewropea, u erbg\u0127a li huma \u0121ejjin minn pajji\u017ci mhux fl-UE.", "Waqt il-log\u0127ob kompetittiv, klabb jista' jiskjera sa mhux iktar minn erba' plejers barranin, kemm dawk li \u0121ejjin minn pajji\u017c fl-UE u anki dawk li mhumiex.", "Fost l-ewwel \u0127dax tat-tim, minimu ta' sebg\u0127a jridu jkunu \"\"home grown\"\", ji\u0121ifieri li plejer ikunu ilu ma' tim Malti g\u0127al tliet snin ta\u0127t il-21 sena.", "Minkejja proposti g\u0127al format \u0121did tal-kampjonat, ma sar xejn f'dan ir-rigward.", "G\u0127al dan l-ista\u0121un ukoll \u0121iet introdotta skema \u0121dida tal-prezz g\u0127ad-d\u0127ul fil-partiti tal-kampjonat domestiku.", "Nhar it-13 ta' Jannar, 2011, waqt lag\u0127a tal-Kunsill tal-MFA \u0121iet approvata l-proposta li l-kampjonat jikber g\u0127al tnax-il tim, minflok g\u0127axra.", "Il-bdil fir-regolamenti se ji\u0121i fis-se\u0127\u0127 mill-ista\u0121un 2011\u201312, fejn b'ri\u017cultat t'hekk g\u0127al dan l-ista\u0121un tim wie\u0127ed biss se ji\u0121i relegat g\u0127all-Ewwel Divi\u017cjoni.", "Timijiet promossi mill-Ewwel Divi\u017cjoni 2009\u201310", "Total ta' g\u0127axar timijiet se jikkompetu f'dan l-ista\u0121un.", "Marsaxlokk u Vittoriosa Stars, li kienu mistennija jilg\u0127abu f'din id-divi\u017cjoni s-sena l-o\u0127ra imma \u0121ew relegati min\u0127abba ka\u017cijiet ta' korruzzjoni, \u0121ew promossi mill-Ewwel Divi\u017cjoni.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, Dingli Swallows u Msida Saint-Joseph \u0121ew relegati g\u0127all-Ewwel Divi\u017cjoni wara li temmew l-ista\u0121un fil-Premier League b\u0127ala l-a\u0127\u0127ar tnejn rispettivament fir-\"relegation pool\".", "Attwalment, Sliema Wanderers i\u017commu r-rekord tal-aktar pre\u017cenzi fl-og\u0127la divi\u017cjoni b'90 sta\u0121un (2010\u201311 mhux inklu\u017c).", "Huma biss ftit grawnds li g\u0127andhom l-infrastruttura ne\u010bessarja sabiex jospitaw fihom log\u0127biet tal-Premier League.", "Dawn huma l-Grawnd Nazzjonali ta' Ta' Qali u s-Centenary Stadium \u0121ewwa Ta' Qali, il-Victor Tedesco Stadium fil-\u0126amrun u l-Hibernians Ground \u0121ewwa Ra\u0127al \u0120did.", "Barra dawn, kull tim huwa assenjat grawnd fejn jista' jit\u0127arre\u0121.", "L-ewwel sitt timijiet mill-ewwel fa\u017ci kkwalifikaw g\u0127a\u010b-Champions Pool, bl-a\u0127\u0127ar erba' timijiet jitpo\u0121\u0121ew fir-Relegation Pool.", "Il-punti miksuba fl-ewwel rawnd \u0121ew sussegwentament maqsumin min-nofs."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15406", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15406", "title": "Ren\u00e9 Adler", "text": ["Ren\u00e9 Adler", "Ren\u00e9 Adler (Leipzig, 15 ta' Jannar 1985) huwa plejer tal-futbol \u0120ermani\u017c li jilg\u0127ab b\u0127ala gowler ma' Hamburger u mat-tim nazzjonali \u0120ermani\u017c.", "Ta' sitt snin beda jilg\u0127ab mat-tim \u0121ovanili ta' VfB Leipzig.", "Wara disa' snin, Adler issie\u0127eb fi \u0127dan is-sistema \u0121ovanili ta' Bayer Leverkusen fejn mag\u0127hom lag\u0127ab fir-Regionalliga.", "Id-debutt mal-ewwel tim wasal fil-25 ta' Frar, 2007, kontra t-tim l-ewwel post fil-klassifika Schalke 04.", "B'Hans-J\u00f6rg Butt sospi\u017c, Adler g\u0127en mhux ftit lit-tim biex jirba\u0127 1\u20130, u b'hekk temm ir-rekord ta' tlettax-il log\u0127ba ta' inbattibilit\u00e0 g\u0127al Schalke.", "G\u0127axart ijiem wara d-debutt tieg\u0127u, waslet ukoll l-ewwel dehra f'kompetizzjoni Ewropea li se\u0127\u0127et fit-Tazza UEFA kontra RC Lens.", "Fl-ista\u0121un 2007\u201308 sar l-ewwel g\u0127a\u017cla bejn il-lasti g\u0127at-tim \u0120ermani\u017c u fl-a\u0127\u0127ar tal-ista\u0121un \u0121ie nominat \"\"L-aqwa gowlkiper tal-Bundesliga\"\".", "Mal-iskadenza tal-kuntratt tieg\u0127u fl-2012, Adler ing\u0127aqad ma' Hamburger SV.", "Adler lag\u0127ab total ta' erba' log\u0127biet mat-tim nazzjonali ta' ta\u0127t il-21 sena tal-\u0120ermanja, gwidata minn Dieter Eilts.", "Fl-2008, \u0121ie msejja\u0127 fost l-iskwadra tal-kbar g\u0127all-Kampjonati Ewropej 2008.", "Wara l-irtirar ta' Jens Lehmann u l-mewt g\u0127all-g\u0127arrieda ta' Robert Enke, hu sar l-ewwel g\u0127a\u017cla tat-tim matul il-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni g\u0127at-Tazza tad-Dinja.", "Id-debutt wasal fil-11 ta' Ottubru 2008, f'log\u0127ba ta' kwalifika g\u0127at-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2010 kontra r-Russja.", "G\u0127at-Tazza tad-Dinja \u0121ewwa l-Afrika t'Isfel, hu kien mistenni li jkun l-ewwel g\u0127a\u017cla, per\u00f2 kellu jirtira mill-iskwadra min\u0127abba u\u0121ig\u0127 fil-kustilji."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15409", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15409", "title": "Vin\u010benz de Paul", "text": ["Vin\u010benz de Paul", "San Vin\u010benz de Paul (Landes, 24 ta' April 1581 \u2013 27 ta' Settembru 1660) kien qassis Kattoliku iddedikat g\u0127as-servizz tal-foqra.", "Vin\u010benz de Paul twieled f'Pouy, qrib il-muntanji Pirinej, f'Landes, il-Gaskonja fi Franza, f'familja ta' seba' a\u0127wa.", "Il-\u0121enituri tieg\u0127u kellhom razzett \u017cg\u0127ir li minnu kienu jaqilg\u0127u l-g\u0127ixien tag\u0127hom.", "Meta l-missier ra li ibnu Vin\u010ben\u017c kellu xe\u0127ta g\u0127all-istudju, idde\u010bieda li jedukah, u bag\u0127tu jistudja f'kulle\u0121\u0121 immexxi mill-Fran\u0121iskani.", "Meta Vin\u010benz kien qed jistudja, laqa' talba ta' wie\u0127ed sinjur mid-distrett biex ikun l-g\u0127alliem privat ta' uliedu.", "Hekk ma baqax iktar ta' pi\u017c finanzjarju fuq il-familja.", "Fl-1596 Vin\u010benz da\u0127al l-Universit\u00e0 ta' Toulouse biex jistudja l-filosofija u t-teolo\u0121ija.", "Fl-1600, meta kellu biss 19-il sena, sar sa\u010berdot u baqa' jistudja sal-1605, meta miet missieru u l-familja tieg\u0127u \u0121iet daharha mal-\u0127ajt.", "Vin\u010benz feta\u0127 skola privata imma ming\u0127ajr wisq su\u010b\u010bess u ntela' b'\u0127afna djun.", "F'Lulju telaq g\u0127al vja\u0121\u0121 fuq il-ba\u0127ar minn Marsilja g\u0127al Narbona, probabilment biex ja\u0127rab mid-debituri tieg\u0127u.", "Waqt dan il-vja\u0121\u0121, pirati Torok qab\u017cu fuq il-\u0121ifen tieg\u0127u, u \u0127aduh ilsir f'Tunes.", "Hemm dam madwar sentejn u qeda tliet sidien b\u0127ala lsir, l-a\u0127\u0127ar wie\u0127ed kien patri apostata, kien \u010ba\u0127ad il-fidi Nisranija u sar Mislem, g\u0127all-flus.", "Bl-e\u017cempju tal-\u0127ajja tajba tieg\u0127u Vin\u010benz \u0127ajru jer\u0121a jsir Nisrani, u flimkien mieg\u0127u \u0127arab minn Tunes fuq dg\u0127ajsa.", "Wara li g\u0127amel sena Ruma huwa rritorna Franza fl-1607.", "Mar Pari\u0121i u hemm iltaqa' ma' Monsinjur Pierre de Berulle li wara n\u0127atar Kardinal, u fuq il-parir tieg\u0127u sar Kappillan ta' Clinchy, ra\u0127al \u017cg\u0127ir qrib il-belt, fl-1611.", "Fl-istess waqt kien ukoll kappillan tar-Re\u0121ina Margerita ta' Valois, u g\u0127alliem privat ta' wlied il-Konti de Gondi li kien \u0120eneral tax-xwieni kollha ta' Franza.", "De Berulle kien influwenza po\u017cittiva fuq Vin\u010benz u ffurmah fi spiritwalit\u00e0 profonda.", "Milqut mill-\u0127ajja ta' talb ta' u\u0127ud mill-parru\u010b\u010bani tieg\u0127u, fl-1617 Vin\u010benz ta lilu nnifsu g\u0127at-tag\u0127lim u beda jipprietka l-missjonijiet.", "Darba meta kien f'ra\u0127al, sama' l-a\u0127\u0127ar qrara ta' wie\u0127ed fqir qabel miet, u nteba\u0127 kemm il-fqar ta' Franza kellhom b\u017conn min jie\u0127u \u0127siebhom.", "Minn dak in-nhar intefa' b'ru\u0127u u b'\u0121ismu ja\u0127dem g\u0127all-fqar, fil-\u0127absijiet, fl-isptarijiet u fost l-ilsiera tax-xwieni.", "Fl-1619 in\u0127atar uffi\u010bjalment b\u0127ala Kappillan tal-ilsiera tax-xwieni.", "Fl-1625 waqqaf il-\"Kongregazzjoni tal-Missjoni\" li l-membri tag\u0127ha saru mag\u0127rufa b\u0127ala l-\"Lazzaristi\" min\u0127abba li l-kunvent li kien qed iservi saru b\u0127ala d-Dar \u010aentrali kien i\u0121ib l-isem ta' San Lazzru, \"Saint Lazare\", f'Pari\u0121i.", "Bil-g\u0127ajnuna ta' Santa Louise de Marillac waqqaf il-\"Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Karit\u00e0\" li l-\"kappella tag\u0127hom kienet il-knisja parrokkjali u l-kunvent tag\u0127hom kien fis-swali tal-morda fl-isptarijiet u fit-toroq mal-fqar\".", "Bil-g\u0127ajnuna tal-membri ta' dawn il-kongregazzjonijiet huwa waqqaf orfanatrofji g\u0127as-subien u g\u0127all-bniet, sptarijiet, djar g\u0127all-kura tal-mard tal-mo\u0127\u0127, u rnexxielu jifdi iktar minn 1,200 ilsir f'Tunes u fl-Al\u0121ier.", "Kien bniedem li j\u0121ib il-fer\u0127 kull fejn jersaq.", "Kien sensittiv \u0127afna g\u0127all-b\u017connijiet tal-o\u0127rajn.", "I\u017cda kif jg\u0127id hu stess kellu jissielet bis-s\u0127i\u0127 biex jirba\u0127 it-temperament supperv, \u017corr u a\u0127rax li kellu.", "San Vin\u010benz de Paul miet fis-27 ta' Settembru 1660.", "Papa Benedittu XIII iddikjarah Beatu fl-1729.", "Tmien snin wara, Papa Klement XII ikkanonizzah.", "Fl-1885, Papa Ljun XIII g\u0127amlu Patrun tal-Istituzzjonijiet tal-Karit\u00e0 tal-Knisja.", "Qalbu g\u0127adha intatta, u qieg\u0127da f'relikarju fil-kappella tad-dar \u0121enerali tas-Sorijiet tal-Karit\u00e0 f'Pari\u0121i.", "San Vin\u010benz huwa wkoll il-qaddis patrun tal-Madagascar, tat-tfal abbandunati, tal-iltima, tal-infermieri, tal-iskjavi, u tal-\u0127absin.", "Fil-Ba\u017cilika ta' San Pietru fil-Vatikan, tinsab statwa \u0121ganteska tieg\u0127u tirrappre\u017centa lil \"missier il-foqra\", xog\u0127ol l-iskultur Pietro Bracci, u ilha hemm sa mill-1754.", "Il-Knisja Kattolika tag\u0127mel it-tifkira tieg\u0127u nhar is-27 ta' Settembru.", "San \u0120or\u0121 Preca kien familjari \u0127afna mal-kitbiet spiritwali ta' San Vin\u010benz de Paul."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15411", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15411", "title": "\u0120lormu", "text": ["\u0120lormu", "San \u0120lormu (347-430) kien sa\u010berdot Nisrani u wie\u0127ed mis-Santi Padri, imsej\u0127in Apolo\u0121isti.", "Mag\u0127ruf l-aktar g\u0127at-traduzzjoni tal-Bibbja g\u0127al-Latin imsej\u0127a il-Vulgata.", "Bin Ewsebju, Nisrani konvint, \u0120lormu twieled fil-belt \u017cg\u0127ira mdawra bis-swar ta' Stridonja, bejn id-Dalmazja u l-Pannonja, forsi \u0127dejn Ljubljana tal-lum.", "Meta kellu madwar 29 sena, il-Goti qerdu l-belt ta' Stridonja.", "Huwa rnexxielu jag\u0127mel kemm \u0127bieb kif ukoll g\u0127edewwa fil-bliet tal-qrib ta' Akwilea u Konkordja.", "\u0126uh Pawlinjanu u o\u0127tu, it-tnejn i\u017cg\u0127ar minnu, qabdu b\u0127alu l-\u0127ajja monastika.", "Missieru Ewsebju kien Nisrani ta' tjieba kbira.", "Kien missieru stess missieru li tah l-ewwel edukazzjoni, i\u017cda wara ddependa \u0127afna mill-benefatturi tieg\u0127u biex kompla javvanza fl-istudji tieg\u0127u.", "Qrib is-snin 360-367 hu mar Ruma u hemmhekk studja l-grammatika u wara r-retorika.", "Hu jg\u0127id li s-surmast tieg\u0127u kien Elio Donatu, imma l-kitbiet tieg\u0127u juru li kien mid\u0127la sewwa ta' \u010ai\u010berun u ta' Vir\u0121ilju.", "F'Ruma wkoll beda jitg\u0127allem il-Grieg, imma mbag\u0127ad ipperfezzjona ru\u0127u f'din il-lingwa meta mar fil-Lvant.", "Fil-fatt hu qatt ma rnexxielu jitg\u0127allem il-letteratura klassika Griega.", "F'\u017cg\u0127o\u017citu, meta hu kien g\u0127adu mhux mg\u0127ammed, stinka biex jitg\u0127allem l-elementi ba\u017ci\u010bi tal-filosofija, imma qatt ma mexa \u0127afna 'l quddiem fiha.", "Jing\u0127ad li qabel ma tg\u0127ammed \u0120irolmu g\u0127adda xi \u017cmien fin-namur ma' diversi xebbiet, i\u017cda fl-istess \u017cmien kellu xi \u0127bieb kompatrijotti tieg\u0127u, b\u0127al Bonosu, Rufinu u Eljodoru, li kienu jmorru mieg\u0127u kull nhar ta' \u0126add biex i\u017curu l-oqbra tal-Appostli u tal-martri.", "Kien f'din l-istess belt ta' Ruma li \u0120irolmu tg\u0127ammed.", "Wara dan mar sa Treviri (Treves) fuq il-Moselle, mhux bog\u0127od mill-fruntiera bejn il-\u0120ermanja u Franza, bil-\u0127sieb li jsib xortih f'din il-belt imperjali.", "Bla ma stenna, i\u017cda, sab ru\u0127u f'ambjent li kien i\u0127ajjar lil dak li jkun g\u0127all-\u0127ajja monastika ta' stil Orjentali, li hawnhekk kienet fl-aqwa tag\u0127ha.", "Hawn ukoll g\u0127amel xi \u017cmien jikkopja x-xog\u0127lijiet ta' Ilarju ta' Poitiers.", "Qrib is-sena 370 \u0120irolmu re\u0121a' lura lejn Stridonja ma' xi \u0127bieb tieg\u0127u, b\u0127al Bonosu, Rufinu, Evagriju, Eromazju u Eljodoru, u g\u0127ex mag\u0127hom \u0127ajja rtirata ta\u0127t id-direzzjoni tal-Isqof Valerjanu ta' Akwilea.", "\u0120irolmu ddeskriva din il-\u0127ajja monastika b\u0127ala \u0127ajja tant armonika li kien i\u0127ossha daqs li kieku kienet 'kor tal-henjin'.", "Imma din l-'hena' nbidlet malajr f'\u0127ajja ta' tilwim bejn il-\u0127bieb, l-aktar min\u0127abba l-lingwa\u0121\u0121 a\u0127rax li kien ju\u017ca ma' \u0127biebu l-istess \u0120irolmu li kien g\u0127adu qed jesperimenta fl-axxeti\u017cmu nisrani.", "Imma t-tilwim kellu wkoll l-aspett tajjeb g\u0127ax \u0120irolmu u sie\u0127bu Rufinu qatg\u0127uha li jmorru f'pellegrina\u0121\u0121 qaddis biex jesperimentaw il-\u0127ajja monastika fl-Orjent.", "Evagriju, min-na\u0127a tieg\u0127u, qatag\u0127ha li jer\u0121a' lura lejn Antijokja pajji\u017cu.", "Dan kien fis-sena 373.", "\u0120irolmu x'aktarx li vvja\u0121\u0121a mieg\u0127u u flimkien g\u0127addew mill-Kappado\u010bja u minn Antijokja.", "\u0120irolmu qatta' xi \u017cmien fid-de\u017cert ta' Kalcide, fis-Sud ta' Aleppo fis-Sirja.", "Hemmhekk kien hemm wie\u0127ed Lhudi li kien ikkonverta g\u0127all-Kristjani\u017cmu u li beda jg\u0127allmu l-ilsien tieg\u0127u.", "Kien hawnhekk li \u0120irolmu beda t-tieni novizzjat tieg\u0127u fl-eremita\u0121\u0121.", "Hekk kif bdieh hu sejja\u0127 lil \u0127biebu biex jissie\u0127bu mieg\u0127u fid-de\u017cert, imma fil-fatt irnexxielu jdum hemm inqas minn sentejn, ji\u0121ifieri mis-sena 375 sas-sena 377.", "Dan kollu min\u0127abba l-fatt li l-kultura Rumana ta' \u0120irolmu kienet g\u0127al kollox differenti minn dik tal-eremiti Griegi Orjentali.", "Min\u0127abba f'hekk qamu \u0127afna kontroversji bejn \u0120irolmu u l-eremiti tal-post.", "\u0120irolmu tant kien \u010bert mill-fidi Rumana tieg\u0127u li lanqas biss kien ji\u0121ih f'rasu li jipprova jifhem il-fidi ortodossa tag\u0127hom.", "F'dan i\u017c-\u017cmien Antijokja kienet tbaqbaq bix-xi\u017cma.", "Evagriju, wie\u0127ed mill-\u0127bieb ta' \u0120irolmu, ing\u0127aqad mal-grupp li kien tbieg\u0127ed mit-tag\u0127lim tal-Kon\u010bilju ta' Ni\u010bea.", "Kien f'dan l-ambjent, u wara l-esperjenza tal-eremita\u0121\u0121 ta' Kalcide, li \u0120irolmu a\u010b\u010betta li jkun ordnat sa\u010berdot mill-Isqof Pawlinu li ma kellux komunit\u00e0 lil min jaqdi min\u0127abba li kien qed imexxi grupp \u017cg\u0127ir ultrani\u010ben (ji\u0121iferi li kien tbieg\u0127ed mit-tag\u0127lim ta' Ni\u010bea).", "L-esperjenza tad-de\u017cert serviet ta' \u0127afna \u0121id g\u0127al \u0120irolmu.", "Min-na\u0127a hu \u0127a \u010berta spiritwalita', u mill-o\u0127ra t\u0127arre\u0121 fil-Grieg u fil-Lhudi, \u017cew\u0121 lingwi li kellhom jg\u0127inuh \u0127afna i\u017cjed 'il quddiem.", "Fl-istess \u017cmien Rufinu mar u baqa' l-E\u0121ittu, filwaqt li Bonosu mar jg\u0127ix b\u0127ala eremita fil-g\u017cira ta' Illirja.", "Fi\u017c-\u017cmien li g\u0127adda fid-de\u017cert ta' Kal\u010bide, \u0120irolmu kellu 'vi\u017cjoni' li fiha hu deher quddiem it-tribunal ta' Kristu u kien akku\u017cat li baqa' iktar \u010ai\u010beronjan milli Nisrani.", "Hu nstab \u0127ati ta' din l-akku\u017ca u kien imsawwat \u0127afna drabi bil-frosta.", "Hu semma din il-\u0121rajja li\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127a Ewstokjo fl-Ittra 22, 30 bil-\u0127sieb li j\u0127ajjarha tiddedika ru\u0127ha g\u0127all-istudju tal-Bibbja.", "Minkejja din il-kri\u017ci psikolo\u0121ika li g\u0127adda minnha, \u0120irolmu baqa' xorta wa\u0127da jda\u0127\u0127al fil-kitba u fid-diskorsi tieg\u0127u siltiet mill-awturi klassi\u010bi pagani.", "Iktar tard hu kellu kontroversja ma' Rufinu, u dan semmielu l-frug\u0127a tal-'vi\u017cjoni'.", "Il-Knisja ta' Antijokja f'dak i\u017c-\u017cmien kienet maqsuma f'\u017cew\u0121 partiti, imma l-ese\u0121e\u017ci baqg\u0127et ti\u017cviluppa bla tbatija fi\u017c-\u017cew\u0121 ferg\u0127at.", "L-Isqof Melezju kellu koadjutur jismu Dijodoru li wara sar Isqof ta' Tarsu.", "Dan waqqaf l-iskola Antijokena imma, min\u0127abba li kien membru tal-partit oppost, \u0120irolmu tah il-\u0121enb.", "Minflok \u0120irolmu kien imur g\u0127al-lezzjonijiet tal-ese\u0121e\u017ci g\u0127and wie\u0127ed jismu Apollinar ta' Laodi\u010bea, \u0127abib kbir tal-Isqof Pawlinu, li d-duttrina tieg\u0127u dwar l-Inkarnazzjoni \u0121a kienet qed issir suspettu\u017ca imma kien g\u0127adu ma qatax g\u0127al kollox l-irbit mal-Knisja Kattolika.", "Qrib is-sena 380 l-Isqof Pawlinu mar Kostantinopli g\u0127and l-Imperatur il-\u0121did Teodosju biex dan jag\u0127raf l-awtorita' tieg\u0127u b\u0127ala isqof.", "L-Isqof Melezju kien qed jixjie\u0127, imma ma rri\u017cenjax.", "Imbag\u0127ad \u0121ara li Pawlinu, flimkien mal-protettur tieg\u0127u Epifanju ta' \u010aipru u s-segretarju tieg\u0127u \u0120irolmu, mar Ruma sabiex jitlob l-g\u0127ajnuna tal-Papa Damasu (366-383).", "Meta waslu Ruma l-Papa, li kien qrib it-tmenin sena ried il-pa\u010bi, u g\u0127alhekk \u0127atar lil \u0120irolmu b\u0127ala s-segretarju tieg\u0127u.", "Waqt li kien Ruma \u0120irolmu wessa' l-appostolat tieg\u0127u hekk li da\u0127al fis-salotti tal-aristokrazija femminili, fid-dar tar-romol Marcella u Pawla, omm ix-xbejba Ewstokjo.", "Hawnhekk ukoll \u0120irolmu sab rabbi li beda jg\u0127allmu Lhudi aktar avvanzat u tah ukoll \u0127afna kotba fuqiex jistudja.", "B'hekk \u0120irolmu seta' jsa\u0127\u0127a\u0127 il-gruppi bibli\u010bi tieg\u0127u u jg\u0127allem il-Lhudi ba\u017ciku lil dawn in-nisa benefatturi tieg\u0127u.", "Fl-istess \u017cmien fil-Belt Eterna kien hemm propaganda qawwija ta' \u0127ajja axxetika minn gruppi opposti li kienu dejjem lesti biex jikkritikaw u jnigg\u017cu lil xulxin.", "Hekk nibtu \u0127afna disputi brillanti bejn mexxejja ta' gruppi opposti, ittri devoti li juru livell g\u0127oli fl-istudju bibliku u axxetiku, u kitbiet satiri\u010bi minn diversi membri tal-kleru.", "\u0120irolmu kien imda\u0127\u0127al f'dan kollu u sab ru\u0127u f'karriera e\u010b\u010bezzjonali.", "Min\u0127abba dan hu da\u0127\u0127al f'rasu li wara l-Papa Damasu I bilfors kien se jkun hu s-su\u010b\u010bessur tieg\u0127u.", "Fil-fatt f'Di\u010bembru tas-sena 384 kien hemm l-elezzjoni tal-Papa l-\u0121did u ntg\u0127a\u017cel il-Papa Siri\u010bju (384-399).", "\u0120irolmu ried l-art tibilg\u0127u.", "Meta sab ru\u0127u mdawwar minn nies li kienu kontra tieg\u0127u, fis-sajf tas-sena 385 hu farfar it-trab minn mas-sandli tieg\u0127u kontra l-belt li kienet tant ostili g\u0127alih u kontra 's-senat tal-Fari\u017cej' li kellu l-kura\u0121\u0121 jikkalunjawh min\u0127abba l-\u0127biberija li kellu mal-aristokrazija femminili ta' Ruma.", "Ftit wara li \u0120irolmu telaq minn Ruma, telqu wkoll Pawla u bintha Ewstokjo li mbag\u0127ad la\u0127quh f'Reggio Calabria.", "Minn hemm marru flimkien sa \u010aipru fejn qag\u0127du g\u0127and Epifanju ta' Salamina li kien \u0127abib tag\u0127hom.", "Wara marru Antijokja u qag\u0127du g\u0127and Evagriju, \u0127abib antik ta' \u0120irolmu.", "Aktar tard telqu lejn l-E\u0121ittu fejn il-matruna Pawla tat xi flus lir-reli\u0121ju\u017ci ta' hemm wara li \u0127allewha 'dduq il-\u0121enna tal-eremiti' E\u0121izzjani.", "Fl-istess okka\u017cjoni \u0120irolmu \u0121ie f'kuntatt mal-injo\u017ci Ori\u0121enista jew l-g\u0127arfien tal-misteri spiritwali li kellu Didimu l-G\u0127ami ta\u0127t l-influwenza tat-tag\u0127lim ta' Ori\u0121ene.", "Fis-sajf tas-sena 386 twaqqfet komunit\u00e0 axxetika g\u0127all-ir\u0121iel u o\u0127ra g\u0127an-nisa f'Betlehem ta\u0127t id-direzzjoni spiritwali ta' \u0120irolmu.", "Huma kienu 'l bog\u0127od kemm mill-istorbju tal-belt ta' \u0120erusalemm u kemm mill-G\u0127olja ta\u017c-\u017bebbu\u0121 fejn kien hemm il-komunita' axxetika ta' Rufinu u dik tan-nisa li mag\u0127hom kienet tg\u0127ix il-benefattri\u010bi tieg\u0127u Melanja.", "Jidher li \u0120irolmu fittex li fil-komunitajiet tieg\u0127u tal-ir\u0121iel u tan-nisa jkun hemm l-ispiritwalita' ta' Ori\u0121ene.", "Il-monasterju tan-nisa baqa' jitmexxa tista' tg\u0127id g\u0127al kollox bil-mentalita' Rumana.", "Fil-fatt il-monasteru kien maqsum fi tliet klassijiet ta' reli\u0121ju\u017ci, skont il-klassi so\u010bjali li minnha kienu \u0121ejjin il-membri femminili.", "Barra minn dan kellhom foresterija biex i\u017commu hemm il-pellegrini u l-mistednin tag\u0127hom.", "Ftit 'il bog\u0127od mill-monasterju ta' \u0120irolmu kien hemm il-biblioteka e\u010b\u010bezzjonali ta' \u010aesarija, li kienet twaqqfet minn Ori\u0121ene u wara mi\u017cjuda b'\u0127afna manuskritti o\u0127ra minn Ewsebju.", "Fil-komunit\u00e0 ta' \u0120irolmu f'Betlehem kien hemm \u0127afna attivit\u00e0 letterarja.", "Kien hemm traduzzjonijiet tal-kotba tal-Bibbja, adattamenti ta' studji ese\u0121eti\u010bi, kif ukoll il-kitba ta' rumanzi dwar il-\u0127ajjiet ta' xi qaddisin li kienu jg\u0127ixu fil-monasteru.", "Fl-istudji t-Testment il-Qadim kien jing\u0127ata aktar importanza mit-Testment il-\u0120did, u l-Lhudi aktar mill-Grieg.", "Fil-bidu kienet ting\u0127ata \u0127afna importanza lill-istorja tal-Knisja, imma wara ftit din tista' tg\u0127id li serviet biss g\u0127all-kitba tal-opra ta' \u0120irolmu \"L-Ir\u0121iel Mag\u0127rufa\".", "Kien ji\u0121u wkoll diskussi su\u0121\u0121etti ta' attwalit\u00e0, l-iktar ta\u0127t forma ta' polemika.", "Fis-sena 393 wie\u0127ed jismu Atarbju beda jdur il-monasterji u jitlob lir-reli\u0121ju\u017ci li jiffirmaw dikjarazzjoni kontra Ori\u0121ene li kien ilu mejjet mis-sena 253.", "\u0120irolmu qabad u ffirma, imma Rufinu ma ffirmax.", "Imbag\u0127ad fil-festa tad-Dedikazzjoni tal-Qabar Imqaddes, f'Settembru tas-sena 393, Epifanju ta' Salamina g\u0127amel serje ta' omeliji u fl-a\u0127\u0127ar, fir-rebbieg\u0127a tas-sena 394, ordna lil Pawlinjanu, \u0127u \u0120irolmu, biex jiddisprezza d-drittijiet tal-isqof tal-post.", "Ftit wara \u0121iet l-iskomunika ta' \u0120irolmu.", "Fl-G\u0127id tas-sena 397, wara li kien g\u0127amel penitenza u ta l-pa\u010bi lil Rufinu, \u0120irolmu kien rikon\u010biljat mal-Knisja.", "\u017cgur li isem San \u0120lormu jibqa' marbut mat-traduzzjoni tieg\u0127u tal-Bibbja u l-istudju tag\u0127ha.", "\u0126biebu nkora\u0121\u0121ewh biex jag\u0127mel traduzzjoni mill-ori\u0121inal tal-Iskrittura kollha, \u0127idma kbira li swietlu tlieta u g\u0127oxrin sena minn \u0127ajtu u li diversi drabi kien se jaqta' qalbu minnha, i\u017cda t-tena\u010bit\u00e0 tieg\u0127u ta' studju\u017c g\u0127enitu biex iwassalha sa tmiem, xi \u0127a\u0121a li \u0121rat ukoll lill-Professur Pietru Pawl Saydon li elf u \u0127ames mitt sena wara da\u0127al wa\u0127du g\u0127all-istess bi\u010b\u010ba xog\u0127ol meta qaleb l-Iskrittura mill-ori\u0121inal g\u0127all-Malti.", "Fis-seklu sittax, il-Kon\u010bilju ta' Trentu iddikjara l-Vulgata ta' \u0120lormu b\u0127ala t-test Latin awtentiku tal-Knisja Kattolika.", "Fis-sena 397 Santu Wistin kiteb ittra lil \u0120irolmu u fiha fa\u0127\u0127ar it-traduzzjoni u l-ese\u0121e\u017ci tieg\u0127u, ukoll jekk g\u0127amel hekk b'xi riserva.", "\u0120irolmu ma fehemx mill-ewwel x'importanza kellu dan l-isqof \u017cag\u0127\u017cug\u0127.", "Wistin re\u0121a' kitiblu fis-sena 402 u \u0120irolmu wie\u0121eb bl-a\u0127rax g\u0127al dak li seta' jara b\u0127ala kritika g\u0127ax-xog\u0127ol tieg\u0127u.", "Wistin kien umli u ssaporta l-kliem a\u0127rax ta' \u0120irolmu.", "Imma sa fl-a\u0127\u0127ar huma g\u0127aqqdu l-forzi tag\u0127hom kontra Pela\u0121ju li kien l-g\u0127adu komuni tag\u0127hom.", "Fis-sena 399 miet il-Papa Siri\u010bju u la\u0127aq warajh Anastasju I (399-401) li wera ru\u0127u favur \u0120irolmu u mill-\u0121did laqg\u0127u tajjeb.", "\u0126ames snin wara mietet Santa Pawla; \u0120irolmu \u0127assha wisq it-telfa tag\u0127ha.", "Imbag\u0127ad fl-24 ta' Awissu tas-sena 410 waqg\u0127et Ruma.", "Pela\u0121ju \u0127alla l-Afrika u mar \u0120erusalemm.", "Fis-sena 414 \u0120irolmu tkellem kontra tieg\u0127u u min\u0127abba f'hekk grupp ta' terroristi Pela\u0121jani sentejn wara \u0127arqulu l-monasteri tieg\u0127u.", "Fis-sena 417 il-Kon\u010bilju ta' Antijokja ke\u010b\u010ba lil Pela\u0121ju mill-Palestina.", "San \u0120irolmu li hu \u0121ustament Duttur tal-Knisja spe\u010bjalment g\u0127al dik li hi xjenza Biblika.", "Hu g\u0127amel u\u017cu tajjeb fil-kitba tieg\u0127u kemm mill-ilsien Lhudi u kemm mill-Grieg li hu tg\u0127allem sewwa, u g\u0127alhekk seta' jkollu kuntatt mal-kotba tal-Knisja Griega u mat-testi ori\u0121inali tal-Iskrittura; dan hu vanta\u0121\u0121 g\u0127all-Knisja Latina.", "I\u017cda baqa' tista' tg\u0127id g\u0127omru kollu traduttur u mhux kittieb ta' xog\u0127lijiet ori\u0121inali.", "G\u0127alhekk hu ftit batut g\u0127al dak li hu indipendenza tal-\u0127sieb.", "L-influwenza tieg\u0127u fuq l-i\u017cvilupp tat-teolo\u0121iji ma kinitx kbira g\u0127ax ma kienx \u0127assieb ori\u0121inali b\u0127al Santu Wistin u San Tumas t'Aquino.", "I\u017cda ddefenda t-Tradizzjoni b'g\u0127erf kbir u kien difensur tal-awtorit\u00e0 tal-Knisja u tal-ma\u0121isteru.", "Il-personalit\u00e0 tieg\u0127u kienet verament tidher fil-kitbiet tieg\u0127u u fl-istil qawwi tieg\u0127u u kien surmast g\u0127all-pro\u017ca nisranija futura.", "San \u0120irolmu miet qrib Betlhem fit-30 ta' Settembru tas-sena 419.", "Fl-arti, San \u0120lormu \u0127afna drabi huwa rappre\u017centat b\u0127ala wie\u0127ed mill-erba' Dutturi Latini tal-Knisja flimkien ma' Santu Wistin, Sant'Ambro\u0121ju u San Girgor il-Kbir.", "Billi g\u0127al xi \u017cmien kien Segretarju tal-Papa, ji\u0121i raffigurat anakronistikament bl-ilbies ta' kardinal.", "Anke meta jitpin\u0121a b\u0127ala eremit nofsu mne\u017c\u017ca', bis-salib, kranju u Bibbja, ma jonqosx il-kappell a\u0127mar tal-kardinali jew xi sinjal ie\u0127or kardinalizju.", "Spiss ji\u0121i raffigurat ma' ljun, \u0127abba storja medjevali li tg\u0127id li ne\u0127\u0127a xewka minn sieq ta' ljun - Skont il-le\u0121\u0121enda, darba waqt li kien qed jg\u0127allem da\u0127allu ljun fil-klassi.", "Id-dixxipli kollha g\u0127osfru, i\u017cda \u0120lormu ne\u0127\u0127ielu xewka minn siequ u nfaxxahielu, u b\u0127ala ringrazzjament l-iljun baqa' mieg\u0127u ghal dejjem.- u \u0121ieli ma' kokka simbolu tal-g\u0127erf u l-istudju.", "L-istrumenti tal-kitba u t-tromba tal-\u0121udizzju finali huma wkoll parti mill-ikonografija tieg\u0127u.", "\"San \u0120lormu\" li tinsab fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta' San \u0120wann, il-Belt Valletta hija pittura tat-Taljan Michelangelo Merisi da Caravaggio u saret fl-1607 jew 1608.", "Pittura o\u0127ra ta' San \u0120lormu tal-Caravaggio hija dik li hemm fil-Galleria Borghese f'Ruma li saret sena jew sentejn qabel dik ta' Malta.", "Fl-a\u0127\u0127ar jum tas-sena 1984 din il-pittura nsterqet mill-Kon-Katidral billi tqattg\u0127et b'mus.", "Biex \u0127ar\u0121uha, il-\u0127allelin irrumblawha u g\u0127amlu \u0127sara lill-kulur.", "Patri Marius Zerafa, li kienet Kuratur tal-Mu\u017cewijiet, \u0127adem qatig\u0127 biex tinstab.", "Huwa ppubblika ktieb, \"Caravaggio Diaries\", dwar is-serqa, it-tfittxija u s-sejba.", "Je\u017cistu 'voice recordings' tal-\u0127allelin jheddu lill-istess Zerafa illi l-pittura qed ti\u0121i mbi\u010b\u010bra jekk ma ting\u0127atax is-somma mitluba, fejn anke kienu jibag\u0127tulu bi\u010b\u010biet tal-canvas imqatta'.", "Il-pittura kienet \u0127ar\u0121et minn Malta illegalment biex ti\u0121i rkantata imma wara diversi attentivi li fallew, re\u0121g\u0127et da\u0127let fil-g\u017cira."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15421", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15421", "title": "Joseph Calleia", "text": ["Joseph Calleia", "Joseph Calleia (Rabat, 4 ta' Awwissu 1897 - Tas-Sliema, 31 ta' Ottubru 1975), kien kantant, kompo\u017citur, u attur Malti, li \u0127adem kemm fi Broadway kif ukoll films Amerikani.", "Calleia \u0127adem ma' u\u0127ud mill-artisti kbar ta' Hollywood, fosthom John Wayne, William Holden, Errol Flynn, Rita Hayworth, Mae West, Bette Davis, Jane Russell, Mario Lanza, Charlton Heston, Dean Martin u Jerry Lewis, Orson Welles, Tyrone Power, Alan Ladd u Anthony Quinn.", "Bin Pasquale u Elena mwielda Calleja, Joseph Calleia twieled is-Saqqajja, ir-Rabat, Malta, u \u0127a l-edukazzjoni tieg\u0127u San \u0120iljan u l-Kulle\u0121\u0121 ta' San Alwi\u0121i.", "Organizza \"harmonica band\" li minnha g\u0127amel bi\u017c\u017cejjed flus biex fl-1914 \u0127alla Malta meta kien g\u0127ad kellu 17-il sena, u beda jdur mal-Ewropa ikanta f'kafejiet u fi swali tal-mu\u017cika ta' \u0127afna bliet kapitali li kienu mifnija bil-gwerra.", "Iktar tard mar ikanta fi New York u wara ta g\u0127at-teatru.", "G\u0127alkemm Calleia \u0127adem f'iktar minn 50 film, huwa dejjem qal li jippreferi l-palk mi\u010b-\u010binema.", "Kien meqjus b\u0127ala \"\"a bright light\"\" fi Broadway bejn l-1926 u l-1945, u deher f'\u0127afna drammi ta' su\u010b\u010bess, fosthom:", "Mill-1931, Calleia iffirma kuntratt mal-MGM f'Hollywood, fejn beda karriera b'su\u010b\u010bess fl-industrija tal-films, li fiha deher f'57 film mill-1931 sal-1955, \u0127afna drabi fil-parti ta' pulizija jew ra\u0121el kriminali f'films tal-\"gangsters\" u films \"western\".", "G\u0127amel id-debutt tieg\u0127u fil-films fl-1935 meta deher f'\u017cew\u0121 B-films: \"His Woman\" (1931) u \"The Girl in the Cab\" (1933).", "Mill-ewwel \u0127alla impressjoni tajba fil-parti ta' ra\u0121el kriminali fil-film \"Public Hero No. 1\", u wara\"Riff Raff\" (1935) li fih \u0127adimha ta' \"womanizer\", flimkien ma' Jean Harlow, Spencer Tracy u Mickey Rooney.", "Fl-1936, Calleia kiteb ix-xene\u0121\u0121jatura g\u0127al \"The Robin Hood of El Dorado\".", "Fl-1943, \u0127adimha ta' El Sordo f'\"For Whom The Bell Tolls\".", "Tlieta mill-films li fihom \u0127a sehem Calleia ma kinux t\u0127allew jid\u0127lu Malta fosthom \"Full Confession\" li fih l-attur kellu l-parti ta' qassis.", "Fl-1936, waqt li kien qed ja\u0127dem il-film \"Tough Guy\", Calleia \u0127are\u0121 bl-idea li jkanta l-kanzunetta folkoristika Maltija \"Ah lilek tal-Gallarija\", l-ewwel diska bil-Malti li qatt instemg\u0127et fuq film ta' Hollywood.", "Il-kumpanija g\u0127al bidu be\u017cg\u0127et tu\u017ca d-diska min\u0127abba d-drittijiet tal-awtur imma Calleia kkonvin\u010bihom li ma kien l-ebda drittijiet fuqha u u\u017cawha.", "Din il-kanzunetta kien ikantaha ma' s\u0127abu r-Rabtin meta kien g\u0127adu tifel fil-Buskett.", "Calleia ir\u010bieva l-Premju tal-Kritika fl-1938 g\u0127all-film dirett minn John Cromwell \"Algiers\".", "Calleia irtira fl-1963 u miet Tas-Sliema fl-et\u00e0 ta' 78 sena.", "Tliet snin qabel ma miet kienu offrewlu l-parti ta' Don Corleone fil-film kbir \"The Godfather\" minflok Marlon Brando imma ma a\u010b\u010bettax.", "Minkejja l-fama tieg\u0127u fl-Amerka u l-Italja, mewtu ma kinitx a\u0127bar kbira f'Malta.", "Billi fil-films kien \u0127adem bosta karattri Sqallin, ir-RAI kienet tat l-a\u0127bar li mietet stilla ta\u010b-\u010binema Taljana.", "Il-Gvern ta' Malta unuratu b'sett ta' \u017cew\u0121 bolol fl-1997, fi\u010b-\u010bentinarju minn twelidu.", "F'Ottubru 2005, fuq inizjattiva ta\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Eman Bonnici, inkixef bust ta' Calleia quddiem id-dar fejn twieled fis-Saqqajja, xog\u0127ol l-iskultur Anton Agius.", "F'Mejju 2009, TVM xandar dokumentarju fuq \u0127ajtu fis-sensiela \"Bijografiji\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15424", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15424", "title": "Oreste Chircop", "text": ["Oreste Chircop", "Oreste Kirkop (\u0126amrun, 26 ta' Lulju 1923 \u2013 San \u0120wann, 10 ta' Mejju 1998) kien tenur u attur Malti mag\u0127ruf l-aktar g\u0127all-film ta' Hollywood \"The Vagabond King\".", "Chircop beda l-karriera operistika tieg\u0127u fl-1945 fir-Radio City Opera House tal-\u0126amrun bil-karattru Turiddu fil-\"Cavalleria Rusticana\".", "Fil-\u0127ames snin ta' wara \u0127adem mas-60 rwol ta' tenur, ammont li l-ebda tenur ie\u0127or ma qabe\u017c, f'g\u0127axar opri differenti.", "Huwa kien ikanta l-opra mal-kumpaniji Taljani li kienu ji\u0121u Malta u kanta ma' Tito Gobbi u Maria Caniglia.", "Fl-1950 mar l-Ingilterra u kellu partijiet ewlenin ta' tenur mal-Carl Rosa Opera Company, u wara ma' Sadler's Wells (1952) fejn g\u0127amel il-partijiet ta' Turiddu, Mario Cavaradossi, u Rodolfo in \"Luisa Miller\".", "Huwa deher fuq il-BBC TV b\u0127ala Canio f' \"Pagliacci\".", "Fl-1954 Chircop g\u0127amel id-debutt tieg\u0127u fir-Royal Opera House Covent Garden b\u0127ala d-Duka fir-\"Rigoletto\" u wara b\u0127ala Rodolfo f' \"La boh\u00e8me\".", "\"Paramount Pictures\" ta' Hollywood rabtitu b'kuntratt ta' Lm10,000 biex ikanta fil-parti ewlenija ta' Fran\u00e7ois Villon f' \"The Vagabond King\" li kien ukoll l-ewwel film musical tieg\u0127u fl-1956.", "Dan kien l-uniku film ta' Hollywood g\u0127al Chircop minkejja li xi kriti\u010bi kienu wissew lil Mario Lanza, li f'dak i\u017c-\u017cmien kien fl-aqwa tieg\u0127u, biex joqg\u0127od attent minn dan ir-rivali \u0121did.Flimkien ma' Kathryn Grayson, Oreste ha sehem.", "Wara \"The Vagabond King\", Chircop kanta l-opra f'Las Vegas u fil-Hollywood Bowl u deher fuq l-NBC TV fil-produzzjonijiet ta' \"Madame Butterfly\", \"La traviata\" u \"Rigoletto\".", "Fl-1958 irritorna Covent Garden u rtira Malta fl-1960 g\u0127al ra\u0121unijiet ta' sa\u0127\u0127a li dak i\u017c-\u017cmien ma ssemmewx.", "Sentejn qabel miet, fl-1996, Chircop \u0127are\u0121 double CD album b'41 track ta' opri u kant."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15431", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15431", "title": "Sami Khedira", "text": ["Sami Khedira", "Sami Khedira (Stuttgart, 4 ta' April 1987) hu plejer tal-futbol \u0120ermani\u017c li jilg\u0127ab ma' Juventus u mat-tim nazzjonali \u0120ermani\u017c.", "Hu hu midfilder \u010bentrali dinamiku li kapa\u010bi jilg\u0127ab ukoll b\u0127ala midfilder difensiv, waqt li kapa\u010bi jing\u0127aqad mat-tim waqt l-attakki permezz tax-xuttijiet tajbin li g\u0127andu.", "Sami Khedira g\u0127andu missier Tune\u017cin u ommu \u0120ermani\u017ca.", "\u0126uh i\u017c-\u017cg\u0127ir, Rani, huwa wkoll futbolers fejn jilg\u0127ab mas-sezzjoni \u0121ovanili ta' Stuttgart u lag\u0127ab ukoll mat-tim nazzjonali \u0120ermani\u017c ta' ta\u0127t is-sittax-il sena.", "Khedira beda jilg\u0127ab mal-klabb TV \u00d6ffingen, liema klabb kien ikkow\u010bjat minn missieru Lazhar.", "Fl-1995, Stuttgart tefg\u0127u g\u0127ajnejh fuqu, fejn wara li akkwistawh Khedira beda jilg\u0127ab mad-diversi livelli tal-iskwadri \u0121ovanili tal-klabb, u reba\u0127 it-titli \u0120ermani\u017ci tal-klassi A-Jugend u B-Jugend.", "Iddebutta mat-tieni skwadra, li tilg\u0127ab fir-Regionalliga, fl-ista\u0121un 2004\u201305.", "L-ista\u0121un 2005\u201306 kien imtappan bi problemi fi\u017ci\u010bi li laqqtug\u0127 fl-irkoppa, sabiex lag\u0127ab 21 log\u0127ba fi tliet sta\u0121uni.", "Kien fil-bidu tal-ista\u0121un 2006\u201307 li l-kow\u010b Armin Veh da\u0127\u0127lu fil-lista tal-ewwel tim fil-Bundesliga, fejn iddebutta b\u0127ala sostitut nhar l-1 ta' Ottubru 2006, fis-sitt log\u0127ba mill-kampjonat kontra Hertha Berlin.", "Fid-29 ta' Ottubru 2006, fid-disa' \u0121urnata mill-kampjonat kontra Schalke 04, Khedira skorja l-ewwel gowls tieg\u0127u fl-og\u0127la divi\u017cjoni \u0120ermani\u017ca; fil-fatt, il-plejer ta' ori\u0121ini Tune\u017cina skorja doppjetta.", "Mill-ewwel sta\u0121un tieg\u0127u hu beda ji\u0121i skjerat mal-ewwel \u0127dax fuq ba\u017ci regulari u permezz ta' gowl bir-ras fl-a\u0127\u0127ar \u0121urnata tal-kampjonat kontra Energie Cottbus, Stuttgart assiguraw ir-reb\u0127 tal-kampjonat.", "F'dik is-sena wkoll, il-klabb wasal sal-finali tat-tazza nazzjonali.", "Hu ffirma l-ewwel kuntratt professjonali mal-klabb fid-29 ta' \u0120unju 2007, fejn fid-9 ta' Lulju tas-sena ta' wara estendieh sal-2011.", "Fit-30 ta' Lulju 2010, Stuttgart u Real Madrid, permezz tas-sit uffi\u010bjali rispettivi, \u0127abbru l-passa\u0121\u0121 ta' Khedira g\u0127al mal-klabb Spanjol.", "Il-plejer iffirma kuntratt ta' \u0127ames snin mal-klabb tal-\"merengues\".", "Id-debutt fil-kampjonat Spanjol wasal f'pari ta' ming\u0127ajr gowls kontra Mallorca.", "Fl-2009, b\u0127ala kaptan tat-tim nazzjonali \u0120ermani\u017c ta' ta\u0127t il-21 sena, reba\u0127 il-Kampjonat Ewropew ta' dak il-livell.", "Khedira iddebutta mat-tim tal-kbar fil-5 ta' Settembru 2009, f'log\u0127ba ta' \u0127biberija kontra l-Afrika t'Isfel.", "G\u0127at-Tazza tad-Dinja 2010 \u0121ewwa l-Afrika t'Isfel hu lag\u0127ab il-log\u0127biet kollha, dejjem mill-ewwel minuta, u skorja l-gowl rebbie\u0127 (l-ewwel wie\u0127ed bil-flokk tat-tim nazzjonali) fir-reb\u0127a de\u010bi\u017ca ta' 3\u20132 g\u0127at-tielet post kontra l-Urugwaj."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15439", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15439", "title": "Politiku", "text": ["Politiku", "Politiku jew kap politiku huwa individwu li huwa involut fl-influwenzar tal-politika pubblika, ta' kif so\u010bjet\u00e0 hi mmexxiha u fit-te\u0127id tad-de\u010bi\u017cjonijiet.", "Dan jinkludi nies li jkopru dawn ir-rwoli fil-gvern, u nies li jakkwistaw dawn il-po\u017cizzjonijiet, kemm permezz ta' elezzjoni, kolp ta' stat, \u0127atra, frodi elettorali, konkwista, dritt ta' su\u010b\u010bessjoni, jew mezzi o\u0127ra.", "Xi karigi politi\u010bi huma:", "Kandidat g\u0127al kwalunkwe minn dawn il-po\u017cizzjonijiet huwa kkunsidrat b\u0127ala politiku.", "Minkejja li storikament il-po\u017cizzjoni ta' politiku kienet ikkunsidrata b\u0127ala professjoni ta' unur, illum il-\u0121urnata \u0127afna nies, anke f'pajji\u017ci demokrati\u010bi, g\u0127andhom opinjoni negattiva dwar il-politi\u010bi b\u0127ala klassi.", "\u0126afna drabi jidhru b\u0127ala nies bla skrupli, li l-weg\u0127diet tag\u0127hom qatt ma jse\u0127\u0127u.", "Xi drabi ji\u0121u wkoll akku\u017cati g\u0127al abbu\u017c tal-fondi g\u0127al skopijiet personali u mhux g\u0127all-interess tal-pubbliku.", "Fil-fatt, ka\u017cijiet ta' korruzzjoni fil-kamp politiku mhumiex rari.", "F'numru ta' pajji\u017ci l-klassi politika hi komposta min-nies sinjuri, jew dawk li jiddependu mill-klassi s-sinjura tas-so\u010bjet\u00e0 sabiex ji\u0121u eletti.", "Dan il-fatt mhuwiex ristrett g\u0127al partit politiku, sistema tal-gvern jew pajji\u017c partikulari; din hija problema diffu\u017ca fil-politika ta' \u0127afna mill-pajji\u017ci demokrati\u010bi, u hi kkunsidrata minn \u0127afna b\u0127ala problema.", "Kritika o\u0127ra g\u0127all-politi\u010bi hi g\u0127al dawk li jissejj\u0127u \"politi\u010bi professjonisti\", politi\u010bi li ju\u017caw il-politika b\u0127ala sors ta' qlieg\u0127 u li jkollhom jaffa\u010bjaw elezzjoni mill-\u0121did wara \u010bertu snin huma inqas probabbli li jie\u0127du de\u010bi\u017cjonijiet kura\u0121\u0121ju\u017ci jew jaqblu ma' abbozz li mhuwiex popolari."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15440", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15440", "title": "UEFA Champions League 2010\u201311", "text": ["UEFA Champions League 2010\u201311", "Il-UEFA Champions League 2010\u201311 kienet s-56 sta\u0121un tal-UEFA Champions League, l-og\u0127la kompetizzjoni tal-futbol g\u0127all-klabbs fl-Ewropa.", "Il-finali saret \u0121ewwa Wembley Stadium f'Londra fit-28 ta' Mejju 2011, fejn Barcelona g\u0127elbu lil Manchester United 3\u20131.", "Internazionale kienu d-difensuri tat-titlu, per\u00f2 \u0121ew eliminati minn Schalke 04 fil-kwarti tal-finali.", "Total ta' 76 tim minn 52 asso\u010bjazzjoni tal-UEFA (minbarra l-Liechtenstein li ma torganzza l-ebda kampjonat domesitku) \u0127adu sehem fi\u010b-Champions League 2010\u201311.", "Il-pajji\u017ci huma allokati postijiet skont il-koefi\u010b\u010bjenti tal-UEFA 2009, li tie\u0127u l-prestazzjoni fil-kompetizzjonijiet Ewropej bejn l-2004\u201305 u 2008\u201309.", "Min\u0127abba li r-rebbie\u0127a tal-edizzjoni pre\u010bedenti, Inter, kisbu post fil-fa\u017ci tal-gruppi grazzi g\u0127all-post fil-kampjonat domestiku, il-post g\u0127a\u010b-\u010bampjin renjanti fil-fa\u017ci tal-gruppi baqa' vojt.", "Sabiex jikkumpensa dan:", "Detentur tat-titlu", "It-tlug\u0127 tal-poloz kollha saru fil-kwartieri \u0121enerali tal-UEFA f'Nyon, l-I\u017cvizzera, sakemm mhuwiex indikat mod ie\u0127or.", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fid-29 u fit-30 ta' \u0120unju, u t-tieni legs intlag\u0127bu fis-6 u fis-7 ta' Lulju 2010.", "Madanakollu, l-ewwel log\u0127ba tal-kompetizzjoni (FC Santa Coloma vs. Birkirkara \u2013 29 ta' \u0120unju) \u0121iet im\u0127assra min\u0127abba li l-kundizzjonijiet tal-grawnd ma kienux adattati.", "L-ewwel legs saru fit-13 u l-14 ta' Lulju, u t-tieni legs saru fl-20 u l-21 ta' Lulju 2010.", "It-tielet rawnd ta' kwalifika kien maqsum f'\u017cew\u0121 sezzjonijiet: wie\u0127ed g\u0127a\u010b-\u010bampjins u l-ie\u0127or g\u0127al dawk li mhumiex.", "It-timijiet telliefa mi\u017c-\u017cew\u0121 sezzjonijiet jid\u0127lu fir-rawnd tal-\"play-off\" tal-UEFA Europa League 2010\u201311.", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fis-27 u t-28 ta' Lulju, u t-tieni legs intlag\u0127bu fit-3 u l-4 ta' Awwissu 2010. !colspan=\"6\"|\u010aampjins", "!colspan=\"6\"|Mhux \u010bampjins", "L-ewwel legs saru fis-17 u t-18 ta' Awwissu, u t-tieni legs saru fl-24 u fil-25 ta' Awwissu 2010.", "It-timijiet telliefa mi\u017c-\u017cew\u0121 sezzjonijiet ta\u010b-\u010bampjins u dawk li mhumiex \u010bampjins jid\u0127lu direttament fil-fa\u017ci tal-gruppi tal-UEFA Europa League 2010\u201311. !colspan=\"6\"|\u010aampjins", "!colspan=\"6\"|Mhux \u010bampjins", "Fil-fa\u017ci eliminatorja, timijet jilg\u0127abu kontra xulxin fuq ba\u017ci ta' \u017cew\u0121 log\u0127biet \u0121ewwa u barra minn darhom, minbarra l-partita finali li se tintlag\u0127ab f'Wembley Stadium f'Londra.", "It-tlug\u0127 tal-poloz g\u0127ar-rawnd tal-a\u0127\u0127ar sittax saret fis-17 ta' Di\u010bembru, 2010, \u0121ewwa l-kwartieri \u0121enerali tal-UEFA f'Nyon, l-I\u017cvizzera.", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fil-15, 16, 22 u 23 ta' Frar, u t-tieni legs intlag\u0127bu fit-8, 9, 15 u 16 ta' Marzu, 2011.", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fil-5 u s-6 ta' April, u t-tieni legs intlag\u0127bu fit-12 u t-13 ta' April, 2011.", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fis-26 u s-27 ta' April, u t-tieni legs intlag\u0127bu fit-3 u l-4 ta' Mejju, 2011.", "Il-finali tal-UEFA Champions League 2011 saret nhar t-28 ta' Mejju 2011 \u0121ewwa Wembley Stadium, f'Londra, l-Ingilterra.", "L-aqwa skorers g\u0127all-ista\u0121un 2010\u201311 tal-UEFA Champions League (esklu\u017ci r-rawnds ta' kwalifikazzjoni) huma:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15442", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15442", "title": "UEFA Europa League 2010\u201311", "text": ["UEFA Europa League 2010\u201311", "Il-UEFA Europa League 2010\u201311 kienet t-tieni sta\u0121un tal-UEFA Europa League, kompetizzjoni g\u0127all-klabbs tal-futbol li qabel kienet tissejja\u0127 it-Tazza UEFA.", "Il-finali, li saret fit-18 ta' Mejju 2011 \u0121ewwa l-Aviva Stadium, f'Dublin, l-Irlanda, intreb\u0127et mill-Portugi\u017ci ta' Porto li fil-finali g\u0127elbu lill-konnazzjonali Braga.", "Total ta' 162 tim minn 53 asso\u010bjazzjoni membru tal-UEFA da\u0127lu biex jipparte\u010bipaw fl-edizzjoni 2010\u201311 tal-Europa League.", "In-numru ta' postijiet ta' timijiet kwalifikati huma allokati skont il-koeffi\u010bjenti tal-UEFA.", "L-iskema ta' kwalifikazzjoni g\u0127al din l-edizzjoni \u0121iet modifikat.", "Fil-Kungress tal-UEFA tal-2009 li sar fid-Danimarka, l-Andorra u San Marino, li sa dakinhar kellhom biss rappre\u017centant wie\u0127ed, ing\u0127ataw post g\u0127at-tieni wie\u0127ed f'din il-kompetizzjoni.", "Is-sistema ta' kwalifikazzjoni huwa kompost minn:", "It-tlug\u0127 tal-poloz kollha saru fil-kwartieri \u0121enerali tal-UEFA f'Nyon, l-I\u017cvizzera, sakemm mhuwiex indikat mod ie\u0127or.", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fl-1 ta' Lulju, u t-tieni legs intlag\u0127bu fit-8 ta' Lulju 2010.", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fil-15 ta' Lulju, u t-tieni legs intlag\u0127bu fit-22 u fit-23 ta' Lulju 2010.", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fid-29 ta' Lulju (wa\u0127da minnhom saret fis-27 ta' Lulju), u t-tieni legs intlag\u0127bu fil-5 ta' Awwissu 2010 (wa\u0127da minnhom saret fit-3 ta' Awwissu).", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fid-19 ta' Awwissu (wa\u0127da minnhom saret fis-17 ta' Awwissu), u t-tieni legs intlag\u0127bu fis-26 ta' Awwissu 2010 (wa\u0127da minnhom saret fl-24 ta' Awwissu).", "Fil-fa\u017ci eliminatorja, it-timijiet jilg\u0127abu kontra xulxin fuq ba\u017ci ta' \u017cew\u0121 legs \u0121ewwa u barra minn darhom, minbarra l-partita finali.", "It-tlug\u0127 tal-poloz g\u0127ar-rawnds tal-a\u0127\u0127ar 32 u tal-a\u0127\u0127ar 16 saru fis-17 ta' Di\u010bembru, 2010, fil-kwartieri \u0121enerali tal-UEFA f'Nyon, l-I\u017cvizzera.", "Dawk tal-kwarti tal-finali, is-semifinali u l-finali saru fit-18 ta' Marzu, 2011.", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fis-17 ta' Frar (b'e\u010b\u010bezzjoni tal-ewwel leg bejn Aris u Manchester City li saret fil-15 ta' Frar), u t-tieni legs intlag\u0127bu fl-24 ta' Frar (il-legs interni ta' CSKA Moscow u Porto intlag\u0127bu fit-22 u fit-23 ta' Frar rispettivament).", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fl-10 ta' Marzu, u t-tieni legs intlag\u0127bu fis-17 ta' Marzu.", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fis-7 ta' April, u t-tieni legs intlag\u0127bu fl-14 ta' April.", "L-ewwel legs intlag\u0127bu fit-28 ta' April, u t-tieni legs intlag\u0127bu fil-5 ta' Mejju.", "Il-finali ntlag\u0127bet fit-18 ta' Mejju 2011 fl-Istadju Aviva f'Dublin, l-Irlanda.", "L-aqwa skorers g\u0127all-ista\u0121un 2010\u201311 tal-UEFA Europa League (esklu\u017ci r-rawnds ta' kwalifikazzjoni) huma:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15460", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15460", "title": "Premier League (di\u017cambigwazzjoni)", "text": ["Premier League (di\u017cambigwazzjoni)", "Premier League jirreferi g\u0127al numru ta' kampjonati sportivi o\u0127ra:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15461", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15461", "title": "Eredivisie", "text": ["Eredivisie", "L-Eredivisie huwa l-og\u0127la kampjonat tal-futbol fl-Olanda.", "Din id-divi\u017cjoni tikkonsisti minn tmintax-il tim.", "Kull tim, matul l-ista\u0121un, jilg\u0127ab kontra t-timijiet l-o\u0127ra f'log\u0127biet \u0121ewwa u barra minn daru.", "Fi tmiem l-ista\u0121un, l-a\u0127\u0127ar tim ji\u0121i awtomatikament relegat g\u0127at-tieni divi\u017cjoni, l-Eerste Divisie (L-Ewwel Divi\u017cjoni), bir-rebbie\u0127 tal-Eerste Divisie jing\u0127ata l-promozzjoni g\u0127all-Eredivisie.", "It-tim ta' qabel tal-a\u0127\u0127ar u t-tielet mill-a\u0127\u0127ar jid\u0127lu fi \"play-off\" g\u0127all-promozzjoni u relegazzjoni Il-\"play-offs\" jikkonsistu f'\u017cew\u0121 gruppi ta' \u0127ames timijiet kull wie\u0127ed: kull grupp huwa kompost minn klabb tal-Eredivisie u minn erbg\u0127a kwalifikati mill-Eerste Divisie.", "F'dawn il-log\u0127biet eliminatorji jid\u0127lu t-timijiet klassifikati fit-tieni u t-tielet post fil-Eerste Divisie u r-rebbie\u0127a tas-sitt perjodi li hi divi\u017ca din id-divi\u017cjoni.", "Fi\u017c-\u017cew\u0121 gruppi, kull tim jilg\u0127ab log\u0127ba \u0121ewwa u barra minn daru kontra l-erba' timijiet l-o\u0127ra (total ta' tmien log\u0127biet).", "I\u017c-\u017cew\u0121 rebbie\u0127a ta\u017c-\u017cew\u0121 gruppi jilg\u0127abu l-ista\u0121un li jmiss fl-Eredivisie, waqt li s-sitt timijiet l-o\u0127ra jibqg\u0127u jew ji\u0121u relegati fl-Eerste Divisie.", "AFC Ajax reb\u0127u dan il-kampjonat nazzjonali total ta' 29 darba, iktar minn kwalunkwe klabb ie\u0127or.", "PSV Eindhoven bi 23 u Feynoord b'14 isegwu warajhom fil-gradwatorja tar-rebbie\u0127a tal-Eredivisie.", "Mill-1965, dawn it-tliet timijiet, li qatt ma \u0121ew relegati mill-og\u0127la divi\u017cjoni Olandi\u017ca, reb\u0127u kull titlu \u0127lief g\u0127al tliet okka\u017cjonijiet: fl-1981 u fl-2009 it-titlu ntreba\u0127 minn AZ u fl-2010 intreba\u0127 minn Twente."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15466", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15466", "title": "Log\u0127ob tal-Pajji\u017ci \u017c-\u017bg\u0127ar tal-Ewropa 2011", "text": ["Log\u0127ob tal-Pajji\u017ci \u017c-\u017bg\u0127ar tal-Ewropa 2011", "Il-Log\u0127ob tal-Pajji\u017ci \u017c-\u017bg\u0127ar tal-Ewropa 20011 qeg\u0127din jin\u017cammu \u0121ewwa l-Prin\u010bipat ta' Liechtenstein matul ix-xahar ta' \u0120unju 2011.", "Din hija l-erbatax-il edizzjoni minn mindu l-Log\u0127ob tal-Pajji\u017ci \u017c-\u017bg\u0127ar bdew isiru fl-1985."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15469", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15469", "title": "Filippu Neri", "text": ["Filippu Neri", "San Filippu Neri, mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala l-\"Appostlu ta' Ruma\" (Firenze, 22 ta' Lulju 1515 \u2013 Ruma, 25 ta' Mejju 1595) kien sa\u010berdot Taljan, mag\u0127ruf g\u0127at-twaqqif ta' so\u010bjet\u00e0 ta' qassisin sekulari msej\u0127a \"Il-Kongregazzjoni tal-Oratorju\".", "Filippu Neri twieled f'Firenze, l-Italja, bin Francesco Neri, nutar u iktar tard alkemista, u Lucrezia da Mosciano.", "Kien it-tieni wild minn erbg\u0127a.", "Sentejn qablu kienet twieldet Katerina (li iktar tard kellha \u017cew\u0121 ulied it-tnejn sorijiet), tliet snin warajh Elisabetta (li xehdet fil-Kaw\u017ca ta' Kanonizzazzjoni tieg\u0127u) u Antonio li miet tarbija.", "Meta kellu \u0127ames snin tilef 'l ommu, i\u017cda hu u \u017c-\u017cew\u0121 \u0127utu l-o\u0127ra \u0121ew imrobbija b'im\u0127abba kbira mit-tieni mara ta' missierhom, Alessandra di Michele Lensi.", "Sa minn meta kien g\u0127adu \u017cg\u0127ir, kellu dispo\u017cizzjonijiet tant \u0127elwin li kienu jsej\u0127ulu t-\"Twajjeb Pippo\" (\"Pippo Buono\").", "L-ewwel edukazzjoni \u0127adha d-dar imbag\u0127ad g\u0127and \u010bertu Clemente, u mbag\u0127ad fil-Kunvent ta' San Marco f'Firenze, li g\u0127al xi \u017cmien kien immexxi minn Savonarola.", "Huwa g\u0127ex Firenze sakemm kellu 18 -il sena, meta ntbag\u0127at g\u0127and zijuh, Bartolomeo Romolo, f'Cassino (qabel imsejja\u0127 San Germano) biex isir kummer\u010bjant.", "I\u017cda fl-istess \u017cmien beda j\u0127oss is-sej\u0127a reli\u0121ju\u017ca, sa bena kappella \u017cg\u0127ira fuq g\u0127olja jisimha \"Montagna Spaccata\" fejn kien imur jitlob kuljum fis-skiet.", "Zijuh li kien sar i\u0127obbu wisq, u ma kellux eredi, ried i\u0127allilu kollox imma Filippu ma a\u010b\u010bettax g\u0127ax ried jg\u0127ix fil-faqar.", "Fl-1534 mar Ruma b\u0127ala pellegrin u hemm iltaqa' ma' Galeatto Caccia, Fjorentin b\u0127alu u kap tad-Dwana, li tah kamra fqira fejn joqg\u0127od u xi \u0127a\u0121a \u017cg\u0127ira x'jiekol kuljum, bil-patt li jedukalu \u017c-\u017cew\u0121 uliedu, Michele u Ippolito (dawn iktar tard saru wie\u0127ed sa\u010berdot u l-ie\u0127or patri \u010aerto\u017cin).", "Dam f'din il-\u0127ajja g\u0127al sbatax-il sena, imma fl-istess \u017cmien, studja l-filosofija mad-Dumnikani, u t-teolo\u0121ija mal-Agostinjani.", "Fi tmiem l-1537 bieg\u0127 il-kotba li kellu u flushom tahom lil \u017cag\u0127\u017cug\u0127 Kalabri\u017c fil-b\u017conn, jismu Gugliemo Sirleto, li iktar tard sar Kardinal.", "Fit-talb tieg\u0127u Filippu beda jkun mistiku u kontemplattiv.", "Beda ukoll ji\u0121bor xi \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 mieg\u0127u biex flimkien jitolbu, jistudjaw ir-reli\u0121jon, i\u017curu l-isptarijiet u jag\u0127mlu atti o\u0127ra ta' karit\u00e0, l-iktar fl-isptar ta' San \u0120akbu, fejn hemm sar \u0127abib kbir ta' San Kamillu de Lellis.", "F'Pentekoste tal-1544, waqt li kien qed jitlob fil-katakombi ta' San Sebastjan, Filippu Neri g\u0127adda minn esperjenza soprannaturali, li fiha qalbu kibret.", "Wara din l-esperjenza \u0127alla d-dar fejn kien ospitat u mar jg\u0127ix ta' eremita fit-toroq ta' Ruma, u kien jorqod ta\u0127t il-portiku ta' xi knisja jew fejn isib.", "Huwa u jimxi f'Campo dei Fiori u fl-in\u0127awi ta' Trastevere kien ikun hemm \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li ji\u017c\u017cufjettaw bih kif jarawh.", "Huwa ma kienx jitlef din l-okka\u017cjoni, u kien ikompli ji\u017c\u017cufjetta mag\u0127hom u jirba\u0127hom bis-simpatija tieg\u0127u.", "Imbag\u0127ad wara li ji\u010b\u010bajta kien jinbidel f'daqqa fi predikatur u jg\u0127idilhom: \"Fratelli, state allegri, ridete pure, scherzate finch\u00e9 volete, ma non fate peccato!\"", "(\"L-a\u0127wa, kunu fer\u0127ana, id\u0127ku, i\u010b\u010bajtaw kemm tridu, imma tag\u0127mlux dnub.\")", "Fl-1548, bl-g\u0127ajnuna tal-konfessur tieg\u0127u, Persiano Rossa, waqqaf il-\"Fratellanza tat-Trinit\u00e0 tal-Pellegrini\", li l-membri tag\u0127ha kienu laj\u010bi u kienu jie\u0127du \u0127sieb il-pellegrini u l-morda.", "Fit-23 ta' Mejju 1551, ta' 36 sena, \u0121ie ordnat qassis, \u0127alla dik il-kamra li kien joqg\u0127od fiha u mar jg\u0127ix fil-Presbiterju ta' San \u0120lormu ma' Dun Rossa u qassisin o\u0127ra li kienu jg\u0127ixu bil-karit\u00e0.", "Hawn intefa' g\u0127all-appostolat billi filg\u0127odu kien jg\u0127addih fil-konfessjonarju u filg\u0127axija kien ilaqqa' n-nies biex jitolbu, ikantaw u jitkellmu fuq il-\u0127wejje\u0121 tar-ru\u0127.", "Kien ukoll jorganizza pellegrina\u0121\u0121i g\u0127all-knejjes u katakombi biex isa\u0127\u0127a\u0127 il-fidi ta' dawk li kienu jmorru mieg\u0127u.", "G\u0127alih il-qrar kien sors ta' djalogu mal-\"penitenti\", u dan kien jag\u0127mlu kuljum minn sbie\u0127 il-jum sa nofsinhar.", "Minn dawn id-djalogi beda l-ewwel nukleu tal-hekk imsejja\u0127 \"Oratorio\"\": minn dawn xi u\u0127ud saru sa\u010berdoti, bdew jg\u0127ixu \u0127ajja komunitarja u Filippu sar ir-rettur tag\u0127hom u g\u0127amlilhom regola.", "Il-vja\u0121\u0121 ta' San Fran\u0121isk Saverju, fil-Lvant Imbieg\u0127ed, \u0127e\u0121\u0121e\u0121 lil Filippu Neri imur missjunarju f'dawk l-artijiet imma qassis mill-Chiesa di Tre Fontane, ma tahx parir favorevoli u dde\u010bieda li jiddedika \u0127ajtu g\u0127an-nies ta' Ruma.", "L-ewwel Oratorju fl-1558 beda fil-knisja fqira ta' San Girolamo della Carit\u00e0.", "Xi ekkle\u017cjasti\u010bi g\u0127olja bdew jg\u0127iru g\u0127alih u jikkritikawh, fosthom il-kardinal Virgilio Rosari, li sa wasal biex ma \u0127allihx iqarar, xi \u0127a\u0121a li kienet tant g\u0127al qalbu.", "L-istess kardinal baqa' sakemm miet fl-1559, ixerred kalunnji fuq Filippu Neri.", "Fl-1559, Filippu Neri sar \u0127abib mal-kardinal Milani\u017c San Karlu Borromeo, u dan tal-a\u0127\u0127ar spiss kien imur jie\u0127u pariri ming\u0127and Filippu fuq kwistjonijiet \"ja\u0127arqu\".", "Borromeo g\u0127amel minn kollox biex jipperswadi lil Filippu Neri imur Milan biex iwaqqaf komunit\u00e0 b\u0127al ma kellu f'Ruma imma bla su\u010b\u010bess.", "Fl-1575 Papa Girgor XIII approva l-Kongregazzjoni tal-Oratorio u tahom il-Knisja ta' Santa Maria in Vallicella, li saret is-sede tag\u0127hom.", "Neri kien bniedem attiv \u0127afna: irnexxielu jda\u0127\u0127al fit-talb u fil-qari tal-Bibbja preghiera nies komuni, artisti, mu\u017ci\u010bisti, u xjenzati; u beda skola g\u0127at-tfal.", "Fi \u017cmien meta l-pedago\u0121ija kienet awtoritarja huwa kien jitratta mat-tfal tat-triq b'pa\u010benzja u \u0127lewwa: tibqa' mag\u0127rufa l-e\u017cortazzjoni tieg\u0127u bid-djalett Romanesk: \"\"State bboni ...se potete!\"\"", "(Oqog\u0127du bil-g\u0127aqal... jekk tistg\u0127u).", "Fra\u017ci \u010belebri o\u0127ra tieg\u0127u hija: \"\"Te possi mor\u00ec ammazzato... ppe' la fede\"!\"", "(Jirra joqtluk... g\u0127all-fidi!\")", "Ftit qabel miet, Papa Klement VIII ried jag\u0127mlu kardinal imma Filippu ma a\u010b\u010bettax u filwaqt li \u0127ares 'il fuq qallu \"Paradiso, Paradiso\", ji\u0121ifieri li kien jippreferi wisq iktar il-\u0120enna minflok.", "Filippu miet fi tmiem il-jum tal-25 ta' Mejju 1595, festa ta' Korpus, fl-et\u00e0 ta' 80 sena wara li kien qatta' l-\u0121urnata iqarar u jir\u010bievi vi\u017cti.", "Hu \u0121ie beatifikat minn Pawlu V fl-1615, u kanonizzat minn Gregorju XV fl-1622.", "Il-festa tieg\u0127u hi \u010b\u010belebrata fis-26 ta' Mejju fil-kalendarju tradizzjonali u fil-25 ta' Mejju fil-kalendarju riformat.", "Il-\u0121isem tieg\u0127u jinsab meqjum fil-Chiesa Nuova.", "Il-Kappella ta' San Filippu Neri bdiet tinbena fit-23 ta' Jannar 1761 minn Dun \u0120wann Filippu Zammit Mifsud fuq art proprjet\u00e0 tal-familja, u tlestiet fit-3 ta' Lulju tal-1762.", "Il-perit kien Sebastiano Saliba, u l-bennej kien missier Dun \u0120wann Filippu.", "Il-kappella tbierket nhar id-29 ta' Mejju 1763 minn Dun \u0120wann Filippu stess.", "It-titular tal-kappella, xog\u0127ol il-pittur Malti Rokku Buhagiar juri il-Madonna bil-Bambin u San Filippu Neri u \u0127afna an\u0121li."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15602", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15602", "title": "Arkan\u0121lu Rafel", "text": ["Arkan\u0121lu Rafel", "Rafel (bil-Lhudi \u05e8\u05b8\u05e4\u05b8\u05d0\u05b5\u05dc, R\u0101f\u0101\u02be\u0113l, \"Huwa Alla li jfejjaq\", \"Alla jfejjaq\", \"O Alla, Nitolbok Fejjaq\", bl-G\u0127arbi: \u0631\u0627\u0641\u0627\u0626\u064a\u0644, R\u0101f\u0101\u02be\u012bl) huwa isem ta' arkan\u0121lu fir-reli\u0121jon Lhudija u f'dik Nisranija li jwettaq kull xorta ta' fejqan, u an\u0121lu meqjum ukoll fir-reli\u0121jon I\u017clamika.", "Fil-Lhudi modern, il-kelma \"rofe\" tfisser tabib u \u0121ejja mill-istess g\u0127erq ta' Rafael, marbuta mal-funzjoni gwaritri\u010bi tieg\u0127u.", "Fil-Ktieb ta' Enok (10, 5-7), ktieb tat-tieni seklu qabel Kristu, li mhuwiex parti mill-Bibbja, Rafel ijassar lil A\u017ca\u017cel, ix-xitan, f'de\u017cert jismu Dudag\u0127el:", "\"U l-Mulej issokta jg\u0127id lil Rafel: 'Orbot lil A\u017ca\u017cel minn idejh u minn saqajh, u ix\u0127tu fid-dlamijiet: u ag\u0127mel fet\u0127a fid-de\u017cert, li jinsab f'Dudag\u0127el, u ix\u0127tu hemm.", "U itfa' fuqu blat goff, u g\u0127attih bid-dlamijiet, u \u0127allih jg\u0127ammar hemm g\u0127al dejjem, u g\u0127attilu wi\u010b\u010bu \u0127a ma jarax id-dawl.", "U fil-Jum tal-\u0126aqq il-Kbir ikun mix\u0127ut fin-nar'.\"", "Fl-istess ktieb ta' Enok, kapitlu 21, jissemmew erba' arkan\u0121li o\u0127ra: Urjel, Rag\u0127wel, Sarjel, u \u0120aramel.", "Fil-Bibbja, l-isem tal-arkan\u0121lu Rafel jissemma biss fil-Ktieb Dewtrokanoniku ta' Tobit.", "Il-Ktieb ta' Tobit jitqies b\u0127ala ktieb kanoniku (parti mill-Bibbja) mill-Kattoli\u010bi u l-Ortodossi, i\u017cda jitqies apokrifiku mill-Protestanti.", "F'dan il-Ktieb, Rafel isejja\u0127 lilu nnifsu b\u0127ala \"wie\u0127ed mis-seba' an\u0121li, li qeg\u0127din quddiem it-tron tal-Mulej, u nistg\u0127u nersqu lejh\" (12, 15).", "Rafel kien mibg\u0127ut minn Alla biex jg\u0127in lil Tobit, ibnu Tobija u lil Sara, mart Tobija.", "Tobit kien g\u0127ama, u Sara g\u0127al seba' darbiet \u0121arrbet il-mewt tal-g\u0127arus tag\u0127ha dakinhar tat-tie\u0121.", "Rafel akkumpanja lil Tobija fi vja\u0121\u0121 lejn il-Medja, u jg\u0127idlu li hu G\u0127a\u017carija li jfisser \"Jahweh jg\u0127in.\"", "Filfatt Rafel jg\u0127in lil Tobija fid-diffikultajiet li kien jinsab fihom u jipprepara lil Tobija g\u0127a\u017c-\u017cwie\u0121 ma' Sara.", "Fi tmiem il-vja\u0121\u0121 jikxef min kien verament.", "Kien Rafel li ke\u010b\u010ba l-ispirtu l-\u0127a\u017cin li kien qed i\u0127abbat lil Sara.", "Dan l-ispirtu l-\u0127a\u017cin kien A\u017cmodew.", "Xog\u0127lu hu li jfarrak i\u017c-\u017cwie\u0121.", "Kien ukoll bl-inter\u010bessjoni ta' Rafel li Tobit beda jara.", "Fl-arti, xi drabi Rafel ji\u0121i raffigurat fuq \u0127uta kbira jew qed i\u017comm \u0127uta f'tarf ta' qasba.", "Dan g\u0127ax fil-Ktieb ta' Tobit, Rafel jg\u0127id lil Tobija u jaqbad \u0127uta, u mbag\u0127ad ju\u017ca l-marrara tag\u0127ha biex ifejjaq g\u0127ajnejn missieru Tobit, u biex ike\u010b\u010bi lil A\u017cmodew billi ja\u0127raq il-qalb u l-fwied.", "Xi drabi San Rafel ji\u0121i raffigurat ukoll b'xi flixkun tal-medi\u010bina f'idu.", "Rafel, flimkien ma' Mikiel u Gabrijel huma l-uni\u010bi tliet an\u0121li msemmija b'isimhom fil-Bibbja.", "Il-Knisja Kattolika ti\u010b\u010belebra l-festa tieg\u0127u nhar id-29 ta' Settembru, flimkien ma' San Mikiel u San Gabrijel.", "Fid-devozzjoni popolari Nisranija, San Rafel huwa l-qaddis patrun ta' diversi kategoriji ta' nies:", "Qaddis partikolarment devot ta' San Rafel kien San \u0120wann t'Alla, li l-arkan\u0121lu kien deherlu biex jassigurah mill-protezzjoni tieg\u0127u fil-kura li kien qed jag\u0127ti lill-morda u l-foqra.", "Id-devozzjoni lejh baqg\u0127et fl-ordni li huwa waqqaf, l-A\u0127wa Ospidalieri.", "San \u0120or\u0121 Preca ried li s-so\u010bji tal-MUSEUM u t-tfal jitolbu l-protezzjoni ta' San Rafel meta jkunu se jibdew xi vja\u0121\u0121.", "Is-so\u010bji tal-MUSEUM g\u0127adhom sal-\u0121urnata tal-lum isej\u0127u ismu meta jie\u0127du t-tfal g\u0127al xi \u0127ar\u0121a, spe\u010bjalment meta jag\u0127mlu u\u017cu minn vetturi.", "\u0126afna sptarijiet madwar id-dinja huma ddedikati lil San Rafel, fosthom dak ta' Milan imwaqqaf minn Don Luigi Verz\u00e9 li jismu \"Istituto Scientifico Universitario San Raffaele\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15683", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15683", "title": "Guillermo Burdisso", "text": ["Guillermo Burdisso", "Guillermo Enio Burdisso (Altos de Chipion, 24 ta' April 1988) huwa plejer tal-futbol Ar\u0121entin li jilg\u0127ab b\u0127ala difensur mat-tim ta' Boca Juniors.", "Guillermo huwa \u0127u d-difensur ta' Roma, Nicol\u00e1s Burdisso.", "Fl-2006, hu lag\u0127ab ma Club El Porvenir, fil-Primera B Nacional.", "Fis-sajf tal-2008, hu ssie\u0127eb ma Rosario Central.", "Huwa g\u0127amel id-debutt professjonali tieg\u0127u fis-27 ta' Frar 2009, f'telfa ta' 3-1 kontra Banfield.", "Hu skorja l-ewwel gowl tieg\u0127u f'din l-apperenza.", "Burdisso impressjona fl-ewwel tim ta' Rosario Central fl-2009, imma hu ma setax jevita l-Canallas u waqg\u0127a fil-Primera B fl-a\u0127\u0127ar tal-2010 Clausura.", "Huwa mbag\u0127ad issie\u0127eb ma \u0127uh, Nicolas, ma Roma g\u0127al \u20ac500,000 bl-g\u0127a\u017cla li jinxtara g\u0127al \u20ac4.7 miljun.", "Burdisso ssie\u0127eb ma Arsenal de Sarand\u00ed fl-2011.", "Fl-2012 Boca Juniors xtraw 25% tad-drittijiet ekonomi\u010bi minn Rosario Central u partijiet terzi mill-A\u0121enzija tal-Isports HAZ rispettivament.", "Burdisso g\u0127amel id-debutt tieg\u0127u g\u0127at-Tim nazzjonali Ar\u0121entin fis-26 ta' Jannar 2010 f'reb\u0127a ta' 3-2 kontra l-Kosta Rika.", "Huwa skorja t-tieni gowl fil-log\u0127ba."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15685", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15685", "title": "Arkan\u0121lu Gabrijel", "text": ["Arkan\u0121lu Gabrijel", "Fil-\u0120udai\u017cmu, fil-Kristjane\u017cmu u fl-I\u017clam, Gabrijel (bil-Lhudi: \u05d2\u05b7\u05bc\u05d1\u05b0\u05e8\u05b4\u05d9\u05d0\u05b5\u05dc - il-qawwa ta' Alla, il-kobor ta' Alla; bil-Latin: \"Gabrielus\"; bil-Grieg: \u0393\u03b1\u03b2\u03c1\u03b9\u03ae\u03bb, \"Gabri\u0113l\"; bl-G\u0127arbi: \u062c\u0628\u0631\u064a\u0644, \"\u0120ibr\u012bl\" jew \u062c\u0628\u0631\u0627\u0626\u064a\u0644 \u0120ibrail; bl-Aramajk: Gabri-El, \"Alla huwa l-qawwa tieg\u0127i\", huwa arkan\u0121lu, messa\u0121\u0121ier ta' Alla.", "L-ewwel li jissemma fil-Bibbja huwa fil-Ktieb ta' Danjel, ifisser il-vi\u017cjonijiet ta' Danjel rigward il-Messija.", "Fl-Evan\u0121elju skond San Luqa, Gabrijel i\u0127abbar kemm it-twelid ta' \u0120wanni l-Battista lil missieru \u017bakkarija, kif ukoll ta' \u0120es\u00f9 lil ommu Marija.", "Il-Kattoli\u010bi jirreferu g\u0127alih b\u0127ala San Gabrijel Arkan\u0121lu.", "Il-Musulmani jemmnu li \u0120ibrail kien dak li permezz tieg\u0127u Alla rrivela l- Quran lil Mawmettu, u li ta messa\u0121\u0121 lill-\u0127afna profeti biex dawn isiru jafu l-missjoni tag\u0127hom.", "Jissejja\u0127 l-Ispirtu tal-Verit\u00e0, li m'g\u0127andux jit\u0127allat mal-Ispirtu s-Santu li jemmnu fih l-Insara.", "Papa Piju XII kiteb hekk fuq Gabrijel:", "Fil-Knisja Kattolika, San Gabrijel huwa meqjum b\u0127ala patrun ta' dawk li jid\u0127lu g\u0127al missjonijiet importanti, li jwasslu a\u0127barijiet importanti g\u0127al Alla.", "Gabrijel wassal il-messa\u0121\u0121 t'Alla lil Marija.", "F'dak il-waqt hija kienet flok il-bnedmin kollha, u hu kien jirrapre\u017centa lill-an\u0121li kollha.", "Huwa wkoll qaddis patrun ta':", "Il-Knisja Kattolika tag\u0127mel il-festa ta' San Gabrijel nhar id-29 ta' Settembru, flimkien mal-arkan\u0121li Mikiel u Rafel."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15689", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15689", "title": "Manuel Almunia", "text": ["Manuel Almunia", "Manuel Almunia Rivero (Pamplona, 19 ta' Mejju 1977) huwa plejer tal-futbol li jilg\u0127ab b\u0127ala gowler ma' Watford fl-Ingilterra.", "Imwieled Pamplona, Almunia beda l-karriera tieg\u0127u fl-1997 mat-tim tar-riservi ta' Osasuna, fejn lag\u0127ab g\u0127al \u017cew\u0121 sta\u0121uni mat-tim fis-Segunda Divisi\u00f3n B. G\u0127al \u017cew\u0121 sta\u0121uni o\u0127ra lag\u0127ab f'dan l-istess livell ma' Cartagena u Sabadell, qabel ma ng\u0127aqad Real Club Celta de Vigo fl-2001\u201302 g\u0127all-ewwel esperjenza tieg\u0127u fl-og\u0127la divi\u017cjoni Spanjola.", "Madanakollu, ftit wara li ng\u0127aqad ma' Celta, Almunia \u0121ie msellef lit-tim ta' Eibar li jilg\u0127ab fis-Segunda Divisi\u00f3n.", "Wara dan il-perjodu ta' self, re\u0121a' \u0121ie msellef g\u0127all-ista\u0121un 2002\u201303, din id-darba ma' Recreativo Huelva fil-La Liga.", "Mat-tim mill-Andalusja lag\u0127ab biss \u017cew\u0121 log\u0127biet fil-kampjonat.", "G\u0127at-tielet u l-a\u0127\u0127ar darba \u0121ie msellef, nhar l-1 ta' Novemru 2003, lit-tim ta' Albacete.", "Fl-14 ta' Lulju 2004, Arsenal iffirmaw lil Almunia g\u0127al somma mhux mag\u0127rufa.", "Id-debutt tieg\u0127u wasal fis-27 ta' Ottubru 2004, fir-reb\u0127a ta' 2\u20131 kontra Manchester City, partita valida mill-Carling Cup.", "Hu lag\u0127ab fil-log\u0127biet kollha tal-Arsenal matul din il-kompetizzjoni, li ntemmet fil-kwarti tal-finali kontra Manchester United.", "Minkejja l-i\u017cbalji tieg\u0127u, il-kow\u010b Ars\u00e8ne Wenger baqa' j\u017comm fidu\u010bja fil-plejer u kien ukoll involut f'log\u0127biet importanti g\u0127all-\"Gunners\" meta Jens Lehmann kien isofri minn problemi fi\u017ci\u010bi.", "Fil-finali tal-UEFA Champions League 2006 kontra Barcelona, Almunia kellu jid\u0127ol fit-18-il minuta wara li Lehmann \u0121ie mke\u010b\u010bi.", "Minkejja prestazzjoni qalbiena tat-tim (li kienu marru minn fuq anke jekk kienu minn ta\u0127t b'g\u0127axar ir\u0121iel), sofrew \u017cew\u0121 gowls fit-tieni taqsima g\u0127at-telfa finali ta' 2\u20131.", "Almunia baqa ji\u0121i msejja\u0127 mal-ewwel \u0127dax fil-partiti tal-FA Cup u l-Carling Cup fl-ista\u0121un 2006\u201307, fejn lag\u0127ab ukoll log\u0127ba wa\u0127da fil-kampjonat kontra l-Liverpool, fejn baqa' imbattibbli matul id-disg\u0127in minuta.", "Wara serje ta' problemi fi\u017ci\u010bi ta' Lehmann fl-ista\u0121un 2007\u201308, Almunia sab ru\u0127u figura regulari mal-ewwel \u0127dax u onora dan ir-rwol \u0121did tieg\u0127u bi prestazzjonijiet tajbin.", "Sussegwentament, anke meta Lehmann re\u0121a' \u0121ie lura fl-azzjoni, Almunia baqa' l-ewwel g\u0127a\u017cla bejn il-lasti.", "Wara t-tluq ta' Lehmann fil-bidu tal-ista\u0121un 2008\u201309, Almunia issolida ru\u0127u b\u0127ala l-gowlkiper numru wie\u0127ed tal-Arsenal.", "Mill-ista\u0121un 2011\u201312 sar it-tielet g\u0127a\u017cla tal-klabb, wara Wojciech Szcz\u0119sny u \u0141ukasz Fabia\u0144ski."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15695", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15695", "title": "Den\u00edlson Pereira Neves", "text": ["Den\u00edlson Pereira Neves", "Den\u00edlson Pereira Neves, mag\u0127ruf sempli\u010bement b\u0127ala Den\u00edlson (S\u00e3o Paulo, 16 ta' Frar 1988) huwa plejer tal-futbol Bra\u017ciljan li jilg\u0127ab f'nofs il-grawnd.", "Attwalment jinsab mal-klabb ta' S\u00e3o Paulo, ta\u0127t self ming\u0127and Arsenal.", "Imwieled fil-belt ta' S\u00e3o Paulo, Den\u00edlson huwa t-tieni fost erbat a\u0127wa ta' Jos\u00e9 Neves u Luciene Pereira.", "Missieru kien eks-plejer ta' Botafogo.", "Beda l-esperjenza fil-futbol mal-klabb lokali ta' S\u00e3o Paulo, fejn kien parti mit-tim rebbie\u0127 tal-Copa Libertadores 2005 u tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2005.", "Madanakollu fl-ista\u0121un li qatta' mal-ewwel tim \u0121ie w\u017cat biss tnax-il darba, bi tmien pre\u017cenzi ji\u0121u minn fuq il-bankina.", "Fil-31 ta' Awwissu 2006, ing\u0127aqad mal-klabb Ingli\u017c ta' Arsenal g\u0127as-somma ta' \u00a33.4 miljun.", "\u0126afna baqg\u0127u sorpri\u017ci b'dan it-trasferiment min\u0127abba n-nuqqas ta' esperjenza tieg\u0127u.", "Id-debutt tieg\u0127u wasal fl-24 ta' Ottubru 2006, fil-log\u0127ba valida mit-tielet rawnd tal-Carling Cup kontra West Bromwich Albion.", "Hu kien pre\u017centi matul il-kampanja kollha fejn lag\u0127ab ukoll il-finali mitlufa kontra Chelsea bl-iskor ta' 2\u20131.", "Hu ddebutta fil-Premier League fit-30 ta' Di\u010bembru 2006 b\u0127ala sostitut fit-telfa ta' 1\u20130 kontra Sheffield United.", "L-ewwel gowl mal-\"Gunners\" wasal fil-25 ta' Settembru 2007, f'partita mit-tielet rawnd tal-Carling Cup kontra Newcastle United li assigurat reb\u0127a ta' 2\u20130.", "L-ewwel log\u0127ba mal-ewwel \u0127dax kienet fl-24 ta' Novembru 2007 kontra Wigan Athletic.", "Fl-ista\u0121un segwenti 2008\u201309, bit-tluq ta' diversi plejers veterani hu sab aktar post fl-iskwadra u fforma koppja ma' Cesc F\u00e0bregas f'nofs il-grawnd.", "F'dak l-ista\u0121un lag\u0127ab 37 log\u0127ba fil-kampjonat minn 38.", "Fl-ista\u0121uni li segwew min\u0127abba l-emer\u0121enza ta\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Jack Wilshere u l-problemi fi\u017ci\u010bi tieg\u0127u, fl-ista\u0121un 2010\u201311 beda biss sitt partiti tal-kampjonat minn total ta' 16 li lag\u0127ab.", "B'ri\u017cultat ta' dan, fit-18 ta' Lulju 2011 \u0121ie msellef lura lill-klabb ta' S\u00e3o Paulo."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15696", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15696", "title": "Armistizju", "text": ["Armistizju", "Armistizju hija sitwazzjoni fi gwerra fejn il-partiti fil-kunflitt jaqblu li jieqfu ji\u0121\u0121ieldu.", "Dan ma jfissirx ne\u010bessarjament tmiem il-gwerra, imma l-waqfien tal-ostilitajiet waqt li jsir tenattiv sabiex ti\u0121i negozjata l-pa\u010bi.", "Il-kelma armistizju \u0121ejja mil-Latin \"arma\", li tfisser armi u \"statium\", li tfisser waqfien."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15708", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15708", "title": "Sivilja", "text": ["Sivilja", "Sivilja (bl-Ispanjol: \"Sevilla\") hija l-kapitali artistika, kulturali u finanzjarja tan-Nofsinhar ta' Spanja.", "Hi l-belt kapitali tal-komunit\u00e0 awtonoma tal-Andalusija u tal-provin\u010bja ta' Sivilja.", "Tinsab fil-pjanura tax-xmara Guadalquivir, f'elevazzjoni medja ta' 7 metri 'l fuq mill-ba\u0127ar.", "L-abitanti tal-belt jissej\u0127u \"sevillanos\" (forma femminili: \"sevillanas\") jew \"hispalenses\" mill-isem Ruman tal-belt, \"Hispalis\".", "Fl-2009, il-popolazzjoni tal-belt kienet tammonta g\u0127al 703,206 ru\u0127, ir-raba' l-ikbar belt ta' Spanja.", "Il-popolazzjoni ta\u017c-\u017cona metropolitana (i\u017c-\u017cona urbana bil-bliet satelliti mag\u0127ha) kienet ta' 1,493,416 fl-2009.", "Skont il-UNESCO, Sivilja hija Sit tal-Patrimonju Dinji.", "Sivilja g\u0127andha aktar minn 2,000 sena.", "Il-mog\u0127dija ta' bosta \u010biviltajiet, fundamentali fit-tkabbir tag\u0127ha, \u0127allewha b'personalit\u00e0 distinta, u b'\u010bentru storiku kbir u kkonservat tajjeb.", "G\u0127alkemm g\u0127andha wirt g\u0127ani medjevali, rinaxximentali u barokk, l-influwenza qawwija tal-kultura G\u0127arbija g\u0127adha tidher fil-belt.", "Fi\u017c-\u017cminijiet Rumani l-belt kienet mag\u0127rufa b\u0127ala \"Hispalis\".", "Il-belt Rumana ta' Italica fil-qrib, li dak i\u017c-\u017cmien kienet belt prin\u010bipalment re\u017cidenzjali, hi kkonservata tajjeb u tista' tag\u0127ti impressjoni ta' kif Hispalis x'aktarx kienet tidher tard fil-perjodu Ruman, spe\u010bjalment meta wie\u0127ed jie\u0127u fil-kuntest ix-xiehda mill-iskavi fil-belt vi\u010bina ta' Carmona.", "Fost il-bini Ruman f'Sivilja li g\u0127adu je\u017cisti insibu l-fdalijiet ta' akwedott.", "Matul is-sekli 5 u 6, kien hemm konkwisti wara xulxin tal-provin\u010bja Ruman ta' \"Hispania Baetica\" mill-Vandali u l-Vi\u017cigoti.", "Sivilja ttie\u0127det mill-Misilmin fis-712 u ng\u0127atat l-isem \u0121did ta' \"Ixbilija\" (\u0625\u0634\u0628\u064a\u0644\u064a\u0629) li \u0121ej minn Hispalis u li minnu \u0121ie l-isem attwali ta' \"Sevilla\".", "Kienet il-belt kapitali tar-rejiet tal-Kalifat Umajjad, id-dinastija tal-Almoravidi, u d-dinastija tal-Almohad (mill-G\u0127arbi \u0627\u0644\u0645\u0648\u062d\u062f\u0648\u0646 al-Muwa\u0127\u0127idun, ji\u0121ifieri, \"l-monoteisti\"), mis-seklu 8 sas-seklu 13.", "Fl-1248 il-forzi tar-re Ferdinandu III \u0127adu Sivilja, parti mir-\"Reconquista\" (rikonkwista) Kattolika tal-peni\u017cola.", "Baqa' \u0127afna elementi G\u0127arbin ori\u0121inali, fosthom bini pubbliku, l-istruttura urbana fid-distrett storiku, u partijiet kbar tas-swar tal-belt.", "L-influwenzi esteti\u010bi u urbani G\u0127arbin g\u0127adhom jidhru sewwa f'Sivilja tallum.", "Wara l-ispedizzjoni ta' Kristofru Kolombu tal-1492 lejn id-Dinja l-\u0120dida, il-belt bdiet tipprofitta mit-territorji \u0121odda u l-kummer\u010b fil-Karibew billi kull ma kien ji\u0121i importat mid-Dinja l-\u0120dida kellu jg\u0127addi mid-dwana tal-\"Casa de Contratacion\" qabel ma jinfierex mal-bqija ta' Spanja.", "G\u0127alhekk bdiet \"Et\u00e0 mdehba ta' \u017cvilupp\" min\u0127abba li dan il-port biss ing\u0127ata l-monopolju rjali g\u0127all-kummer\u010b u g\u0127ana dejjem jikbru mill-kolonji Spanjoli fl-Ameriki.", "Peress li biss ix-xwieni li jitilqu minn u jirritornaw lejn Sivilja setg\u0127u jie\u0127du sehem fil-kummer\u010b mal-Ameriki Spanjoli, in-negozjanti mill-Ewropa u minn \u010bentri o\u0127ra tal-kummer\u010b kellhom imorru Sivilja biex jiksbu prodotti mid-Dinja l-\u0120dida.", "Il-popolazzjoni tal-belt kibret g\u0127al kwa\u017ci miljun ru\u0127 fl-ewwel mitt sena wara Kolombu.", "L-i\u017cvilupp tal-belt kompla, prin\u010bipalment min\u0127abba l-po\u017cizzjoni ekonomika tag\u0127ha fir-Renju ta' Kastilja, bil-kostruzzjoni ta' bini pubbliku fosthom knejjes, li \u0127afna minnhom huma fl-istil \"Mud\u00e9jar\".", "Il-Palazz tal-G\u0127arab b'xi \u017ciedet li r-rejiet g\u0127amlu g\u0127all-b\u017connijiet tag\u0127hom, sar ir-residenza rjali Kastiljana, l-Alka\u017car ta' Sivilja.", "Is-sulari ta' fuq tal-Alka\u017car g\u0127adhom jintu\u017caw mill-familja rjali b\u0127ala r-residenza uffi\u010bjali f'Sivilja u huma amministrati mill-\"Patrimonio Nacional\".", "Il-Katidral ta' Sivilja nbena fuq l-art tal-moskea l-kbira matul is-seklu 15.", "Il-kampnar tieg\u0127u, il-Giralda, inbena mill-minarett tal-moskea.", "Tard fis-seklu 16, Sivilja tilfet il-monopolju u l-port ta' C\u00e1diz \u0121ie awtorizzat ukoll b\u0127ala port tal-kummer\u010b.", "Il-Pesta l-Kbira ta' Sivilja fl-1649 naqqset il-popolazzjoni bi kwa\u017ci n-nofs, u din ma re\u0121g\u0127itx irkuprat sa kmieni fis-seklu 19.", "Peress li l-Imperu Spanjol \u0121ie unifikat ta\u0127t rejiet minn dinastiji Ewropej, ir-Renju ta' Kastilja tilef l-influwenza li kellu qabel.", "Mis-seklu 18 l-importanza internazzjonali tieg\u0127u marret lura.", "Wara li l-port insadd bil-\u0127ama mix-xmara Guadalquivir, il-vapuri ma baqg\u0127ux jitilg\u0127u max-xmara u l-belt majnat ekonomikament.", "L-i\u017cvilupp ta' Sivilja tard fis-seklu 19 u kmieni fis-seklu 20 kien ikkaratterizzat minn tkabbir fil-popolazzjoni u fl-industrijalizzazzjoni, b'kuntrast mal-bqija tal-Andalusija.", "Sivilja waqg\u0127et malajr \u0127afna fil-bidu tal-Gwerra \u010aivili Spanjola fl-1936.", "Il-\u0120eneral Queipo de Llano b'kolp ta' stat fil-belt, malajr \u0127a \u010b-\u010bentru tag\u0127ha.", "Radju Sivilja oppona l-kolp u sejja\u0127 lir-ra\u0127\u0127ala biex ji\u0121u l-belt g\u0127all-armi, filwaqt li xi gruppi ta' \u0127addiema waqqfu l-barrikati .", "De Llano mbag\u0127ad \u0127a f'idejh Radju Sivilja, li u\u017ca biex ixxandar il-propaganda favur il-forzi ta' Franco.", "Wara li ttie\u0127det il-belt, ir-re\u017cistenza kompliet g\u0127al xi \u017cmien fl-in\u0127awi fejn kienu joqg\u0127odu n-nies tal-klassi tax-xog\u0127ol, sakemm kien hemm sensiela ta' tpattijiet \u0127orox.", "Il-binjiet prin\u010bipali G\u0127arab u Goti\u010bi fil-kwartier antik ta' Sivilja huma Sit tal-Patrimonju Dinji ta' UNESCO.", "Fl-1929 Sivilja kienet ospiti g\u0127all-Wirja Spanjola-Amerikana u ttella' \u0127afna bini g\u0127all-wirja fil-famu\u017c \"Park Maria Luisa\" (\"Parque de Mar\u00eda Luisa\") iddisinjat minn Jean-Claude Nicolas Forestier.", "Il-Plaza de Espa\u00f1a fi stil G\u0127arbi, tfasslet minn An\u00edbal Gonz\u00e1lez .", "Din inbniet f'tarf il-Park b\u0127ala vetrina tal-industrija u t-teknolo\u0121ija Spanjola..", "Il-Mu\u017cew tal-Belle Arti ta' Sivilja twaqqaf fl-1835 fejn qabel kien hemm il-Kunvent ta' \"la Merced\".", "Fih hemm murija \u0127afna kapulavuri ta' Murillo, Pacheco, Zurbar\u00e1n, Vald\u00e9s Leal, u pitturi kbar o\u0127ra tal-Iskola Siviljana, flimkien ma' xog\u0127lijiet ta' pitturi Fjammingi tas-sekli 15 u 16.", "F'Sivilja hemm ukoll dawn il-mu\u017cewijiet:", "Fost il-parkijiet u l-\u0121onna prominenti l-o\u0127ra hemm:", "Sivilja g\u0127andha klima Mediterranja b'sajf s\u0127un (\"CSA\" fil-Klassifikazzjoni tal-klima ta' Koppen) influenzata minn klima semi-arida (\"BSH\").", "It-temperatura medja annwali hija ta' 18.6C.", "Il-\u0120img\u0127a Mqaddsa u l-Fiera ta' Sivilja, \"La Feria de Sevilla\" (imsej\u0127a wkoll il-\"Feria de Abril\", \"Fiera ta' April\") huma l-aktar \u017c-\u017cew\u0121 festi mag\u0127rufin ta' Sivilja.", "Sivilja hi mag\u0127rufa internazzjonalment g\u0127all-pur\u010bissjonijiet solenni u sbie\u0127 li jsiru matul il-\u0120img\u0127a Mqaddsa u l-fiera ferrie\u0127a u storbju\u017ca li ssir \u0121img\u0127atejn wara.", "Matul il-Feria, il-familji, in-negozji u l-organizzazzjonijiet iwaqqfu \"casetas\" jew tined, fejn jg\u0127addu l-\u0121img\u0127a ji\u017cfnu, jixorbu u jpa\u010bp\u010bu.", "Tradizzjonalment, in-nisa jilbsu l-ilbies mimli ti\u017cjin tal-Flamenco u l-ir\u0121iel jilbsu pulit kemm jistg\u0127u.", "It-tined jittellg\u0127u f'post permanenti apposta li fih kull triq hija msemmija g\u0127al xi torero famu\u017c.", "Sivilja hi \u010bentru gastronomiku, bi k\u010bina bba\u017cata fuq il-prodotti tal-provin\u010bji ta' madwar, inklu\u017ci frott tal-ba\u0127ar minn C\u00e1diz, \u017cejt ta\u017c-\u017cebbu\u0121a minn Ja\u00e9n, u sherry minn Jerez de la Frontera.", "L-atmosfera tat-\"tapas\" hi wa\u0127da mill-attrazzjonijiet kulturali ewlenin tal-belt: in-nies imorru minn bar g\u0127all-ie\u0127or, jie\u0127du pja\u010bir bl-ikliet fi platti \u017cg\u0127ar imsej\u0127in tapas (letteralment \"g\u0127otjien\" bl-Ispanjol x'aktarx g\u0127ax ori\u0121inalment kienu snacks servuti fi platti \u017cg\u0127ar u\u017cati biex jg\u0127attu t-tazzi tax-xorb).", "Fost l-ispe\u010bjalitajiet lokali insibu frott tal-ba\u0127ar moqli u mixwi (inklu\u017ci klamari, si\u010b\u010b, pixxispad u mazzola), la\u0127mijiet mixwijin fiz-zlazi, spina\u010bi u \u010bi\u010bri, per\u017cut tal-Andalusija (\"Jam\u00f3n ib\u00e9rico\"), kliewi tal-\u0127aruf fiz-zalza tax-sherry, bebbux, u \"gazpacho\".", "Fost il-\u0127lewwiet tipi\u010bi ta' din il-provin\u010bja hemm il-\"polvorones\" u l-\"mantecados\" mill-belt ta' Estepa, tip ta' galettini mag\u0127mulin mill-lew\u017c tal-g\u0127arusa, zokkor u xa\u0127am, \"Pesti\u00f1os\", g\u0127a\u0121ina moqlija miksija bl-g\u0127asel, \"Torrijas\", \u0127ob\u017c moqli bl-g\u0127asel; \"fritos Roscos\", qag\u0127aq moqlijin fi\u017c-\u017cejt miksijin biz-zokkor, \"magdalenas\" jew kejkijiet \u017cg\u0127ar; \"yemas de San Leandro\", li jipprovdu l-kunventi tal-belt b'sors ta' d\u0127ul, u \"Tortas de aceite\", kejkijiet irqaq mag\u0127mulin bi\u017c-\u017cejt ta\u017c-\u017cebbu\u0121a u miksijin biz-zokkor.", "\u0126lief il-\"polvorones\" u l-\"mantecados\", li huma ikel tradizzjonali tal-Milied, l-o\u0127rajn jittiklu matul is-sena kollha.", "Il-larin\u0121 ta' Sivilja li jinsab kullimkien mal-belt, hu morr wisq g\u0127all-gosti tallum u s-soltu jintu\u017ca biss g\u0127all-marmellata u l-lozjonijiet.", "Skont il-le\u0121\u0121enda, is-si\u0121ar \u0121ew importati meta mbniet il-moskea sabiex jipprovdu d-dell g\u0127aliha u jg\u0127attu r-ri\u0127a tal-belt medjevali.", "I\u017c-\u017cifna Sevillanas, li s-soltu hi meqjusa b\u0127ala Flamenco, mhijiex ma\u0127suba li hi ta' ori\u0121ni Siviljana.", "I\u017cda l-kanzunetti tradizzjonali imsej\u0127in \"Sevillanas\" huma Siviljani awtenti\u010bi, kif ukoll hi \u017c-\u017cifna f'erba' partijiet li takkumpanjaha.", "Sivilja, u b'mod partikulari il-\"barrio\" ta' Triana li hu tradizzjonalment fejn joqg\u0127odu \u017c-\u017cingari kien \u010bentru important fl-i\u017cvilupp tal-Flamenco.", "\"NO8DO\" huwa l-motto uffi\u010bjali u wie\u0127ed mill-bosta le\u0121\u0121endi ta' Sivilja.", "Il-motto jdher kullimkien madwar il-belt.", "Il-motto huwa \"rebus\", li jikkombina s-sillabi Spanjoli (NO u DO) u disinn bejniethom - il-figura \"8\".", "Il-figura tirrappre\u017centa merilla \u0127ajt, bl-Ispanjol, \"madeja\".", "Meta tinqara, \"No madeja do\" tinstama' \"No me ha dejado\", li tfisser \"(Sivilja) Ma abbandunatnix\".", "L-istorja ta' kif NO8DO saret il-motto tal-belt bla dubju dejjem i\u017c\u017cejnet matul is-sekli, imma l-le\u0121\u0121enda tg\u0127id li wara r-rikonkwista ta' Sivilja min ta\u0127t il-Misilmin fl-1248, ir-Re Ferdinandu III ta ' Kastilja u Le\u00f3n mexxa l-qorti tieg\u0127u g\u0127all-palazz li kien qabel tal-Misilmin, l-Alka\u017car ta' Sivilja.", "Wara l-mewt ta' Fernandu fl-Alka\u017car Irjali, la\u0127aq fuq it-tron, ibnu Alfonsu X. Alfonsu X kien re studju\u017c, u g\u0127alhekk jissejja\u0127 \"l-G\u0127aref\".", "Kien poeta, astronomu, astrologu, mu\u017ci\u010bista u lingwista.", "Bin Alfonsu, Sancho IV ta' Kastilja, ipprova ja\u0127taf it-tron f'idejh minn g\u0127and missieru, imma l-poplu ta' Sivilja baqa' leali lejn ir-re l-g\u0127aref u dan minn fejn hu \u0121ej NO8DO, skont il-le\u0121\u0121enda, billi Alfonsu X ppremja l-fedelt\u00e0 tas-Siviljani bil-kliem li issa jidhru fuq l-emblema uffi\u010bjali tal-belt tag\u0127hom.", "L-attivit\u00e0 ekonomika ta' Sivilja ma tistg\u0127ax tinfired mill-kuntest \u0121eografiku u urban tal-belt; il-belt kapital tal-Andalusija hi \u010b-\u010bentru ta' \u017cona metropolitana li qieg\u0127da tikber.", "Apparti mill-n\u0127awi tradizzjonali b\u0127al Santa Cruz, Triana u Macarena, dawk aktar 'il bog\u0127od mi\u010b-\u010bentru, b\u0127al Nervi\u00f3n, Sevilla Este, u El Porvenir re\u010bentement kibru ekonomikament.", "Matul l-a\u0127\u0127ar g\u0127oxrin sena, din i\u017c-\u017cona urbana kellha \u017cieda sinifikanti fil-popolazzjoni u fl-i\u017cvilupp ta' \u017coni industrijali u kummer\u010bjali \u0121odda.", "Min\u0127abba d-daqs u l-post tag\u0127ha, Sivilja hi l-aktar b'sa\u0127\u0127itha ekonomikament mill-ibliet tal-Andalusija.", "L-infrastruttura li g\u0127andha l-belt tikkontribwixxi g\u0127at-tkabbir fl-ekonomija li hi ddominata mis-settur tas-servizzi, i\u017cda li fiha l-industrija g\u0127ad g\u0127andha sehem konsiderevoli.", "Fis-snin 1990 kien hemm tkabbir enormi fl-investiment fl-infrastruttura f'Sivilja, l-aktar min\u0127abba li fl-1992 ospitat il-Wirja Universali ta' Sivilja.", "Dan l-investiment \u0121ab \u017cvilupp ekonomiku fil-belt u fi\u017c-\u017cona urbana tag\u0127ha.", "Il-belt g\u0127andha trasport tajjeb g\u0127all-bliet l-o\u0127ra Spanjoli, inklu\u017ci linja tal-ferrovija ta' velo\u010bit\u00e0 g\u0127olja (AVE) g\u0127all Madrid, u ajruport internazzjonali \u0121did.", "Barra minn hekk:", "Il-belt ta' Sivilja u l-agglomerazzjoni tag\u0127ha, min\u0127abba s-sitwazzjoni tag\u0127hom fuq ix-xmara Guadalquivir, g\u0127ad g\u0127andhom attivit\u00e0 agrikola \u0127ajja.", "Waqt li l-industrija agroalimentarja hi produttivia, ir-re\u0121jun ilu hares il-quddiem u jinvesti bil-kbir fl-attivitajiet industrijali, mg\u0127ejunin mill-infrastruttura e\u017cistenti.", "Is-settur tas-servizzi u teknolo\u0121iji \u0121odda qieg\u0127ed dejjem isir i\u017cjed importanti.", "Fl-2004, f'Sivilja kien hemm ikkon\u010bentrati, 31% tal-kumpaniji kbar Andalusi u 128 mis-6000, l-akbar kumpaniji nazzjonali.", "Fl-2005, fi\u017c-\u017cona metropolitana in-numru ta' \u0127addiema kien ta' 471,947 ru\u0127, li minnhom 329,471 (69.81%) kienu ja\u0127dmu fi\u010b-\u010bentru tal-belt.", "Il-belt ta' Sivilja tag\u0127mel kontribut sinifikanti g\u0127ar-ri\u010berka xjentifika, billi fiha hemm l-ewwel u l-akbar bank tal-ADN fi Spanja fi \u0127dan il-kumpannija lokali \"Neocodex\".", "Neocodex i\u017c\u017comm 20,000 kampjun tal-ADN u hi rikonoxxuta internazzjonalment.", "Barra minn hekk, Sivilja hi meqjusa wkoll b\u0127ala \u010bentru importanti g\u0127at-teknolo\u0121ija u ri\u010berka fl-oqsma tal-ener\u0121iji rinnovabbli u l-industrija aeronawtika.", "Permezz ta\u010b-\u010bentri ta' teknolo\u0121ija g\u0127olja u l-kumpaniji innovattivi li fiha, il-belt kapitali tal-Andalusija waslet biex saret fost il-bliet Spanjoli l-aktar importanti fil-qasam ta' \u017cvilupp u ri\u010berka.", "Barra minn hekk, irridu n\u017cidu l-attivit\u00e0 xjentifika u teknolo\u0121ika tat-tliet universitajiet ta' Sivilja, li l-laboratorji u \u010b-\u010bentri ta' ri\u010berka tag\u0127hom ja\u0127dmu id f'id mal-kurrent so\u010bjo-ekonomiku lokali.", "G\u0127aldaqstant, il-\"Parque Tecnol\u00f3gico Cient\u00edfico Cartuja 93\" ji\u0121bor fih xjenzati mis-settur privat u pubbliku f'bosta oqsma ta' ri\u010berka.", "Id-direzzjonijiet ewlenin fl-innovazzjoni u r-ri\u010berka huma t-telekomunikazzjoni, it-teknolo\u0121iji \u0121odda, il-bijoteknolo\u0121iji (f'dak li jirrigwarda problemi spe\u010bifi\u010bi fl-agrikoli lokali), l-ambjent u l-ener\u0121ija rinnovabbli.", "Il-servizz TUSSAM (Transportes Urbanos de Sevilla) jipprovdi xibka ta' rotot tal-karo\u017c\u017ci tal-linja mal-firxa tal-belt kif ukoll ma\u017c-\u017coni ta' madwar Sivilja.", "El Metrocentro Tranvia hija linja tat-tram li tag\u0127mel erba' waqfiet; tibda mill-istazzjon tax-xarabank el Prado, tg\u0127addi minn quddiem l-Universit\u00e0 u l-Katidral, u tieqaf fil-Plaza Nueva fejn ter\u0121a' lura.", "Fit-2 ta' April, 2009, infet\u0127et l-ewwel linja tal-metr\u00f2 fil-belt, kwa\u017ci 28 xahar aktar tard milli kien ippjanat ori\u0121inarjament.", "Il-pro\u0121ett esperjenza \u0127afna dewmien ikkaw\u017cat minn diversi ra\u0121unijiet, fosthom ir-rilokazzjoni ta' xi sejbiet arkeolo\u0121i\u010bi u l-\u0127tie\u0121a li l-mina ta\u0127t ix-Xmara Guadalquivir tin\u017cel i\u017cjed fil-fond biex \u017cgur li ma tibdiex tnexxi l-ilma.", "L-istazzjon tal-ferrovija Santa Justa hu moqdi minn sistema ferrovjarja ta' velo\u010bit\u00e0 g\u0127olja AVE u mmexxi mill-kumpanija Renfe li qabel kienet tal-Gvern Spanjol.", "Il-programm komunitarju tar-roti Sevici qieg\u0127ed jintegra r-rota fix-xibka tat-trasport pubbliku.", "Madwar il-belt, hemm roti g\u0127all-kiri bi prezz baxx u wie\u0127ed jista' jsib passa\u0121\u0121i \u0127odor g\u0127ar-roti fil-parti l-kbira tat-toroq ewlenin.", "Din ix-xibka ta' passa\u0121\u0121i (carriles) qieg\u0127da dejjem tinfirex.", "L-Ajruport ta' Sivilja huwa ajruport ta' daqs medju li jservi l-belt u r-re\u0121jun ta' madwarha.", "Fi Spanja l-edukazzjoni hi obbligatorja minn 6 snin sa 16-il sena u l-edukazzjoni statali hi b'xejn.", "Is-sistema ta' edukazzjoni attwali tissejja\u0127 LOGSE (Ley de Ordenaci\u00f3n General del Sistema Educativo).", "F'Sivilja hemm bosta universitajiet.", "L-Universit\u00e0 ta' Sivilja, l-Universidad de Pablo Olavide (UPO) u l-Universidad Internacional de Andaluc\u00eda huma istituzzjonijiet pubbli\u010bi.", "Barra minn hekk, l-Universit\u00e0 Internazzjonali Men\u00e9ndez Pelayo, ibba\u017cata f' Santander, g\u0127andha kampus ferg\u0127a f'Sivilja ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15714", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15714", "title": "UTC+1", "text": ["UTC+1", "UTC+1 huwa \u017cona tal-\u0127in li jidentifika \u0127in g\u0127al sieg\u0127a (1) 'il quddiem il-UTC."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15716", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15716", "title": "Valery Leontiev", "text": ["Valery Leontiev", "Valery Leontiev (Komi, 19 ta' Marzu 1949) huwa kantant tal-pop Sovjetiku u Russu."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15793", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15793", "title": "Ar\u010bipelagu", "text": ["Ar\u010bipelagu", "Ar\u010bipelagu huwa katina jew grupp ta' g\u017cejjer.", "Il-kelma \"ar\u010bipelagu\" hija mnissla mill-Grieg \"\u1f04\u03c1\u03c7\u03b9- - arkhi-\" (\"kap\") u \"\u03c0\u03ad\u03bb\u03b1\u03b3\u03bf\u03c2 - pelagos\" (\"ba\u0127ar\") permezz tat-terminu ori\u0121inali Taljan \"arcipelago\".", "Bit-Taljan, possibilment wara tradizzjoni ta' antikit\u00e0, l-\"Arcipelago\" kien l-isem il-proprju g\u0127all-Ba\u0127ar E\u0121ew u, aktar tard, l-u\u017cu tal-kelma dar sabiex jirreferi g\u0127all-G\u017cejjer E\u0121ej (peress li l-ba\u0127ar huwa mag\u0127ruf g\u0127al numru kbir ta' g\u017cejjer).", "Illum il-\u0121urnata, din tirrerferi g\u0127al kull grupp ta' g\u017cejjer jew, xi kultant, il-ba\u0127ar li fiha numru kbir ta' g\u017cejjer mifruxa b\u0127all-Ba\u0127ar E\u0121ew.", "E\u017cempju ta' ar\u010bipelagu huma l-G\u017cejjer Maltin."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15798", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15798", "title": "Nikol Cauchi", "text": ["Nikol Cauchi", "Nikol \u0120u\u017ceppi Cauchi (G\u0127arb, 2 ta' Marzu 1929 \u2013 15 ta' Novembru 2010) kien is-seba' Isqof ta' G\u0127awdex.", "Nikol twieled fit-2 ta' Marzu, 1929, \u0121ewwa r-ra\u0127al G\u0127awdxi tal-G\u0127arb.", "Bin \u0120u\u017cepp u \u0120u\u017ceppa mwielda Portelli.", "Hu kien l-ikbar fost il-\u0127ames \u0127utu.", "Studja fis-Seminarju tal-Qalb ta' \u0120es\u00f9, G\u0127awdex u \u0121ie ordnat sa\u010berdot nhar id-29 ta' Marzu 1952.", "Wara mar jistudja fl-Universit\u00e0 Gregorjana Pontifi\u010bja f'Ruma fejn iggradwa b\u0127ala Duttur fil-Filosofija u kiseb Li\u010benzjat fix-Xjenzi So\u010bjali bejn l-1952-1956.", "Mons. Cauchi g\u0127amel xog\u0127ol pastorali wkoll fil-Parro\u010b\u010ba ta' Ladispoli \u0121ewwa Ruma, u lura f'G\u0127awdex, kien appuntat lek\u010berer tal-Filosofija fis-Seminarju.", "Serva wkoll b\u0127ala kappillan tal-Parro\u010b\u010ba tal-Fontana bejn l-1956 u l-1963, kien Fundatur u l-ewwel President tal-MAS (Moviment Azzjoni So\u010bjali), G\u0127awdex fl-1958; ikkopera fit-twaqqif tal-Kunsill \u010aiviku ta' G\u0127awdex, li kien semi-awtonomu fl-1961.", "Mons. Cauchi \u0121ie appuntat Isqof Titulari u Amministratur Apostoliku ta' G\u0127awdex nhar it-2 ta' Marzu, u \u0121ie ikkonsagrat isqof, fid-9 t'April 1967.", "Imbag\u0127ad, huwa \u0121ie nominat isqof ta' G\u0127awdex nhar l-20 ta' Lulju 1972 u d-d\u0127ul uffi\u010bjali tieg\u0127u fil-Katidral ta' Ghawdex kien nhar l- 10 ta' Settembru 1972.", "Cauchi spi\u010b\u010ba minn Isqof ta' G\u0127awdex f'Novembru tal-2005, wara li kien ilu 33 sena f'din il-kariga.", "Fl-2009, fl-okka\u017cjoni ta' g\u0127eluq it-80 sena tal-Isqof Emeritus Nikol Cauchi, l-Isqof ta' G\u0127awdex Mario Grech waqqaf Fondazzjoni li \u0121\u0121ib ismu.", "It-twaqqif tal-Fondazzjoni kienet t\u0127abbret waqt Pontifikal li sar fil-Katidral ta' G\u0127awdex, b\u0127ala radd ta' \u0127ajr g\u0127all-Isqof Cauchi.", "L-Isqof Grech kien qal li d-Djo\u010besi G\u0127awdxija waqqfet din il-Fondazzjoni biex i\u017c\u017comm \u0127ajja t-tifkira tal-Isqof Cauchi u b\u0127ala turija ta' gratitudni, rispett u m\u0127abba lejn l-Isqof Nikol Cauchi.", "L-g\u0127an tal-Fondazzjoni hu li tippromwovi d-djalogu bejn il-fidi u l-kultura, kif ukoll biex ji\u0121u organizzati inizjattivi so\u010bjo-kulturali u reli\u0121ju\u017ci.", "L-Isqof Cauchi dda\u0127\u0127al l-Isptar \u0120enerali ta' G\u0127awdex lejn l-a\u0127\u0127ar ta' Ottubru 2010, wara li sofra problemi b'qalbu.", "Huwa miet nhar il-15 ta' Novembru 2010 fl-Isptar Mater Dei.", "Il-funeral tieg\u0127u sar jumejn wara fil-Katidral t'G\u0127awdex."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15806", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15806", "title": "Papessa \u0120ovanna", "text": ["Papessa \u0120ovanna", "Il-Papessa \u0120ovanna kienet figura le\u0121\u0121endarja ta' Papa mara, li rrenjat fuq il-Knisja mit-853 sat-855.", "Din hi meqjusa mill-istori\u010bi b\u0127ala le\u0121\u0121enda medjevali, li x'aktarx bdiet fid-dinja Ortodossa antipapali u li wara kisbet xi plawsibbilt\u00e0 fil-Punent min\u0127abba \u010berti elementi \u0121enwini li jinsabu fl-istorja.", "Skont ir-rakkont, kienet mara Ingli\u017ca, edukata f'Mainz li kienet tilbes ta' ra\u0121el b'mod konvin\u010benti u bil-qerq tag\u0127ha irnexxielha tid\u0127ol patri bl-isem ta' \"Johannes Anglicus\".", "Hekk, imbag\u0127ad setg\u0127et ti\u0121i eletta papa u \u0127adet l-isem ta' \"\u0120wanni VIII\", wara l-mewt ta' Ljun IV (17 ta' Lulju 855), fi \u017cmien meta l-elezzjoni tal-papa kienet issir kif \u0121ie \u0121ie.", "Il-papessa ma kinitx tipprattika l-astinenza sesswali u saret tqila minn wie\u0127ed mill-\u0127afna ma\u0127bubin tag\u0127ha.", "Matul il-pur\u010bissjoni solenni tal-G\u0127id meta l-Papa kien sejjer lura lejn il-Lateran wara li kien qaddes f'San Pietru, filwaqt li l-pur\u010bissjoni papali kienet waslet fl-in\u0127awi tal-Ba\u017cilika ta' San Clemente, il-folla entu\u017cjasta ippressat madwar i\u017c-\u017ciemel li kien rikeb fuqu l-Papa.", "I\u017c-\u017ciemel sfirra u kwa\u017ci kien hemm in\u010bident.", "Il-qatg\u0127a li \u0127a l-\"Papa \u0120wanni\" f'dan l-in\u010bident wasslet g\u0127al \u0127las vjolenti qabel i\u017c-\u017cmien.", "Meta nkixef is-sigriet, il-Papessa \u0120ovanna rabtuha minn saqajha ma' denb ta' \u017ciemel li kaxkarha mat-toroq ta' Ruma u wara t\u0127a\u0121\u0121ret mill-folla rrabjata sakemm mietet fl-in\u0127awi ta' Grande Ripa.", "Indifnet fit-triq fejn inkixfet l-identit\u00e0 vera tag\u0127ha, bejn il-Lateran u San Pietru.", "Milli jidher din it-triq kienet ti\u0121i evitata fil-pur\u010bissjonijiet papali ta' wara, per\u00f2 dan l-a\u0127\u0127ar dettal sar parti mil-le\u0121\u0121enda popolari fis-seklu 14 matul il-Qofol tal-papat f'Avignon meta ma kien hemm l-ebda pur\u010bissjoni papali f'Ruma.", "Parti essenzjali tal-le\u0121\u0121enda hija \u010bertu rit li fil-verit\u00e0 qatt ma se\u0127\u0127, i\u017cda li kien jintg\u0127o\u0121ob mill-poplu u ntu\u017ca b'\u0127afna gost mill-awturi Protestanti tas-seklu 16 biex jattakaw il-Knisja Rumana.", "Skont dan ir-rit imma\u0121inarju kull papa \u0121did kien ji\u0121i su\u0121\u0121ett g\u0127al e\u017cami bir-reqqa biex ji\u0121i \u017cgurat li ma kienx mara liebsa ta' ra\u0121el (jew ewnuku).", "L-e\u017cami kien isir bil-papa l-\u0121did bilqieg\u0127da fuq si\u0121\u0121u tal-porfirju a\u0127mar, li fil-maqg\u0127ad tieg\u0127u kien ikun hemm toqba.", "L-i\u017cg\u0127ar fost id-djakni pre\u017centi kellhom il-bi\u010b\u010ba xog\u0127ol li j\u0127ossu ta\u0127t is-si\u0121\u0121u biex ji\u017cguraw il-pre\u017cenza tal-attributi maskili tal-papa l-\u0121did.", "L-ewwel wie\u0127ed li ppubblika l-le\u0121\u0121enda kien il-kronista Dumnikan \u0120wanni ta' Metz fis-sena 1240, u ftit snin wara kompla l-kollega tieg\u0127u Dumnikan Martin Troppau.", "B\u0127al fil-le\u0121\u0121endi l-o\u0127ra kollha in \u0121enerali, hemm xi verit\u00e0, m\u017cejna b'saff ta' finzjoni.", "Je\u017cisti si\u0121\u0121u simili; meta l-papa jie\u0127u l-pussess tal-Katedra tieg\u0127u Rumana, f'San Giovanni in Laterano, tradizzjonalment joqg\u0127od bilqieg\u0127da fuq \u017cew\u0121 si\u0121\u0121ijiet tal-porfirju (il-\u0121ebla tal-imperaturi), bil-maqg\u0127ad tag\u0127hom f'g\u0127amla ta' qag\u0127qa.", "Ir-ra\u0121uni g\u0127al dawn it-toqob g\u0127adha ti\u0121i diskussa, i\u017cda is-si\u0121\u0121ijiet huma t-tnejn ta' \u017cmien Kostantinu, sekli qabel l-istorja tal-Papessa \u0120ovanna u hekk ma jistax ikollhom x'jaqsmu ma' e\u017cami tas-sess tal-Papa.", "Hemm minn ja\u0127seb li dawn kienu ori\u0121inalment tojlits Rumani jew banketti imperjali g\u0127all-\u0127las u min\u0127abba l-et\u00e0 tag\u0127hom u l-ori\u0121ni imperjali, intu\u017caw mill-papiet biex isa\u0127\u0127u l-pretensi imperjali tag\u0127hom (b\u0127al ma g\u0127amlu bit-titlu Latin tag\u0127hom ta' \"Pontifex Maximus\").", "D'Onofrio (ara l-bibljografija) ta spjegazzjoni o\u0127ra konvin\u010benti.", "Dan jg\u0127id li l-rit kien essenzjalment ta' karattru reli\u0121ju\u017ci: is-si\u0121\u0121u tal-\u0127las jissimbolizza l-Knisja omm li twelled 'l uliedha g\u0127all-\u0127ajja eterna.", "Wie\u0127ed mi\u017c-\u017cew\u0121 si\u0121\u0121ijiet b\u0127alissa qieg\u0127ed g\u0127al wiri fis-sala msej\u0127a l-Kabinett tal-Maskri fil-Mu\u017cewijiet Vatikani.", "Bosta awturi j\u017cidu mal-konfu\u017cjoni billi j\u017cidu si\u0121\u0121u ie\u0127or tal-ir\u0127am u l-porfirju bl-ebda toqba fil-maqg\u0127ad, li illum g\u0127adu je\u017cisti fil-kjostru anness mal-Ba\u017cilika tal-Lateran, dak li hu msejja\u0127 s-\"sedia stercoraria\" .", "It-\"Th\u00e9ologie portative: ou, Dictionnaire abr\u00e9g\u00e9 de la religion chr\u00e8tienne\" ta' Paul Henri Thiry d'Holbach jiddefinixxi b'mod irreverenti (u b'mod \u017cbaljat) is-sedia stercoraria b\u0127ala \"si\u0121\u0121u bit-toqba li l-papa malli jkun elett iqieg\u0127ed fuqu l-warrani mqaddes tieg\u0127u, sabiex ikun jista' ji\u0121i vverifikat is-sess tieg\u0127u, u hekk ti\u0121i evitata l-inkonvenjenza ta' papa mara\".", "Fil-\"Vita della papessa Giovanna\", Bartolomeo Platina jispega s-\"sedia stercoraria\" hekk: \"Dan is-si\u0121\u0121u kien iddisinjat sabiex kull min ji\u0121i nvestit b'poter tant kbir ikun jaf li hu mhux Alla, i\u017cda bniedem u hekk hu su\u0121\u0121ett g\u0127all-\u0127ti\u0121ijiet tan-natura\".", "Il-le\u0121\u0121enda tal-Papa \u0120ovanna \u0121iet totalment skreditata mill-istudji ta' David Blondel, storiku u qassis protestant ta' nofs is-seklu 17.", "Blondel, permezz ta' anali\u017ci dettaljata tal-affermazzjonijiet u \u017c-\u017cmienijiet su\u0121\u0121eriti, argumenta li l-ebda \u0121rajja ta' dan it-tip ma setg\u0127et \u0121rat.", "Fost il-provi li jiskreditaw l-istorja tal-Papessa \u0120ovanna nsibu:", "I\u017c-\u017cmien tal-ewwel dehra tal-istorja jaqbel mal-mewt ta' Federiku II, li kien wie\u0127ed mill-mexxejja fil-kunflitt a\u0127rax mal-Papat.", "L-istori\u010bi \u0121eneralment jaqblu li l-istorja tal-Papessa \u0120ovanna hi satira anti-papali mfassla biex tg\u0127in il-kunflitt tal-Imqaddes Imperu Ruman mal-papat, billi tibba\u017ca ru\u0127ha fuq tliet bi\u017cg\u0127at Kattoli\u010bi medjevali: Dik li setg\u0127et bdiet b\u0127ala satira ppre\u017centata fil-karnivali tal-Ewropa kollha, spi\u010b\u010bat biex saret realt\u00e0 a\u010b\u010bettata sal-punt li l-Papessa \u0120ovanna jirreferu g\u0127aliha nies b\u0127al Guljielmu ta' Ockham.", "Tidher f'xi listi tal-papiet, prin\u010bipalment fil-katidral ta' Siena, fejn ix-xbieha tag\u0127ha tidher fost dawk tal-papiet veri.", "Il-le\u0121\u0121enda ssa\u0127het mill-konfu\u017cjoni fl-ordni mog\u0127tija lill-papiet imsemmijin \u0120wanni; Billi \u0120wanni hu l-isem ta' papa l-aktar u\u017cat, u xi \u0120wannijiet kienu antipapiet, kien hemm konfu\u017cjoni dwar kemm minnhom kienu jappartjeni g\u0127al Papa \u0120wanni veru.", "Min\u0127abba dan, il-lista tal-papiet ma fihiex il-Papa \u0120wanni XX.", "Xi w\u0127ud jissu\u0121\u0121erixxu li l-karta tal-Papessa, wa\u0127da mit-\"trijonfi\" (jew \"arkani ma\u0121\u0121uri\") fit-tarokki, hija xbieha tal-Papessa \u0120ovanna.", "Il-kittieb Ingli\u017c Lawrence Durrell \u0127are\u0121 traduzzjoni \u0127ielsa ta' ktieb bil-Grieg miktub minn Emmanuel Rhoides fl-1886 , li fiha f'g\u0127amla ta' rumanz ipprova jer\u0121a' jo\u0127loq l-ambjent medjevali fejn kien possibbli li tifla orfna adottata minn patri u predikatur itineranti, liebsa ta' fratell g\u0127as-sigurt\u00e0, ftit ftit titg\u0127allem it-teolo\u0121ija u taqbad karriera fil-Knisja sakemm tasal g\u0127at-tron papali.", "Fl-1996 l-awtri\u010bi Amerikana Donna Woolfolk Cross \u0127ar\u0121et rumanz jismu \"Pope Joan\", li minnu fl-2009 sar il-film bl-istess isem (ara hawn ta\u0127t).", "Saru \u017cew\u0121 films fuq din il-le\u0121\u0121enda, wie\u0127ed fl-1972 u l-ie\u0127or fl-2009 .", "\"Pope Joan\" huwa film tal-1972 ta' Michael Anderson, b'Liv Ullmann fir-rwol ta' \u0120ovanna u bil-parte\u010bipazzjoni ta' Olivia de Havilland u Trevor Howard fir-rwol tal-Papa Ljun.", "\"Die P\u00e4pstin\" huwa film tal-2009, ibba\u017cat fuq ir-rumanz ta' Donna Woolfolk Cross u dirett minn S\u00f6nke Wortmann."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15813", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15813", "title": "Papat ta' Avignon", "text": ["Papat ta' Avignon", "Il-Papat ta' Avignon jirreferi g\u0127ar-residenza tal-Papa f'Avignon (Franza).", "Din ir-re\u017cidenza 'l bog\u0127od mir-re\u017cidenza storika f'Ruma (l-Italja) minn \u017cmien San Pietru, hi maqsuma f'\u017cew\u0121 perjodi konsekuttivi:", "Fis-seklu 9 l-Imperu Karolin\u0121jan sfaxxa.", "L-awtorit\u00e0 tar-re infexxet fix-xejn, l-i\u017cjed min\u0127abba li l-armata Karolin\u0121jana kienet qieg\u0127da tin\u0127ela fuq strate\u0121ija offensiva bl-organizzazzjoni ta' kampanji annwali biex jissottomettu lill-\u0121irien (fil-fatt biex i\u0121eg\u0127luhom i\u0127allsu t-tribut).", "Din il-lo\u0121istika tqila ma setg\u0127etx tla\u0127haq mal-attakki ta' malajr u bla waqfien mis-Sara\u010beni, il-Vikingi u l-Ma\u0121ari, li l-vanta\u0121\u0121 ewlieni tag\u0127hom kien il-mobbilt\u00e0.", "G\u0127alhekk, id-difi\u017ca kellha ssir fuq responsabbilt\u00e0 lokali.", "Fis-seklu 10 il-kastelli infirxu ma' kullimkien, kultant illelagalment u s-sidien tag\u0127hom kienu jipprote\u0121u u jiggvernaw it-territorji ta' madwarhom.", "F'dawn i\u017c-\u017cminijiet in\u010berti ta' inva\u017cjonijiet u gwerer privati kontinwi, l-abitanti kienu jin\u0121abru fil-qrib tal-kastell u dan kien jille\u0121ittima l-kastellan u l-bannu sinjorali.", "Il-kastellan kien jista' jimponi fuqhom taxxi, tributi, xog\u0127ol obbligatorju, u bannilitajiet (\u0127las g\u0127all-u\u017cu bil-fors ta' tag\u0127mir manorjali: fran, imtie\u0127en ...) mi\u0121burin mis-sur\u0121enti tieg\u0127u.", "Ta' dan, fil-kastell kien ikun hemm l-ikel ma\u0127\u017cun g\u0127al meta kien ikollhom jiskennu fih fil-ka\u017c ta' sakke\u0121\u0121.", "It-tentattivi biex ji\u0121i nponut id-dritt tal-bannu fuq il-mar\u0121ini tat-territorju kkontrollat u l-konflitti tas-su\u010b\u010bessjoni min\u0127abba l-introduzzjoni re\u010benti tad-dritt tal-ma\u0121\u0121urask spi\u010b\u010baw regolarment fi gwerer privati.", "Ottun I tal-Imperu Mqaddes li kien g\u0127eleb il-Ma\u0121\u0121ari fil-Battalja ta' Lechfeld, \u0127atar xi isqfijiet b\u0127ala vassalli u msa\u0127\u0127a\u0127 bil-klijentela qawwija l-\u0121dida tieg\u0127u seta' jra\u017c\u017can il-prin\u010bpijiet \u0120ermani\u010bi l-o\u0127ra.", "Hekk seta' jer\u0121a' jibni l-imperu li l-qawwa tieg\u0127u ma kellhiex daqsha fil-Punent u seta' jiffronta lill-papa \u0120wanni XII bl-importanza tieg\u0127u.", "Fit-2 ta' Frar, 962, \u0121ie inkurunat f'Ruma mill-Papa \u0120wanni XII.", "Ottun I ried jikkontrolla l-elezzjoni papali, u g\u0127al dan l-g\u0127an ippromulga l-\"privilegium Ottonianum\" fit-13 ta' Frar 962 li bih obbliga lill-papiet \u0121odda kollha li jied\u0127u \u0121urament quddiem l-imperatur jew delegat tieg\u0127u qabel ji\u0121u kkonsagrati.", "Il-kollaborazzjoni mill-qrib bejn dawn i\u017c-\u017cew\u0121 poteri kienet tifavorixxi l-Imperatur: Filwaqt li ta xi privile\u0121\u0121i lis-Santa Sede, il-\"Privilegium Ottonianum\" qieg\u0127ed il-papa ta\u0127t it-tutela imperjali.", "Ottun I ma baqax lura li jni\u017c\u017cel minn papa permezz ta' Kun\u010bilju lil \u0120wanni XII li kien ilu jbixkel kontrih mid-963.", "Barra minn hekk insista li r-Rumani jie\u0127du \u0121urament li min ikollu x'jaqsam \"ma jtellag\u0127x u ma ja\u0127tarx papa ming\u0127ajr il-kunsens tas-Sinjur Ottun jew ibnu\" .", "Allura l-imperatur sar jikkontrolla g\u0127al kollox l-elezzjoni tal-papa.", "Il-vanta\u0121\u0121i g\u0127alih kienu konsiderevoli.", "Ladarba seta' jistrie\u0127 fuq il-kollaborazzjoni tal-papa, l-awtorit\u00e0 imperjali fuq il-knejjes lokali tal-Imqaddes Imperu Ruman saret garantita.", "L-imperatur imbag\u0127ad beda ju\u017ca l-isqfijiet biex imexxulu l-imperu.", "B\u0127al Ottun I, Ottun III wkoll kien jinda\u0127al fl-affarijiet tal-papat.", "Beda biex ji\u017cgura li ji\u0121i elett ku\u0121inuh Bruno fis-si\u0121\u0121u papali.", "\u0126eles mill-inkwiet bejn il-papa u n-nobbli Rumani.", "F'dokument li \u0127are\u0121 f'Jannar tal-1001, ir-relazzjonijiet bejn il-Papa Silvestru II u l-Imperatur \u0121ew definiti mill-\u0121did.", "Ottun III g\u0127amilha \u010bara li d-Donazzjoni ta' Kostantinu kienet falza u rrifjuta li jikkonferma l-\"Privilegium Ottonianum \".", "L-imperatur ta lill-papa tmien kontej ta' Pentapli, imma dawn kienu b'rigal u mhux bi dritt.", "L-Imperatur kien iqis lilu nnifsu b\u0127ala \"lsir tal-appostli\", ir-rappre\u017centant dirett ta' Pietru u responsabbli g\u0127all-wirt tieg\u0127u.", "Hekk qieg\u0127ed lilu nifsu fuq l-istess livell b\u0127all-Papa u xtaq jiggverna l-Kristjane\u017cmu u jippresiedi fuq is-sinodi.", "Il-knisja ma \u017cgi\u010b\u010batx it-tqanqil tas-sekli 9 u 10.", "Xi karigi ta' superjuri, parrokkjali jew ekle\u017cjasti\u010bi ing\u0127ataw 'il-laj\u010bi biex dawn jattiraw il-klijentela, u d-dixxiplina monastika illaxkat, il-livell kulturali tal-qassisin waqa' .", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra il-ftit monasteri li \u017cammew im\u0121iba irreprensibbli kisbu awtorit\u00e0 morali kbira.", "Meta bdiet toqrob is-sena elf, kien hemm ti\u0121did kbir fil-\u0127erqa reli\u0121ju\u017ca.", "Il-fidili bdew jinteressaw ru\u0127hom \u0127afna fit-tniddif minn dnubiethom.", "B'mod partikolari il-monasteri serji bdew jir\u010bievu \u0127afna donazzjonijiet g\u0127all-assuluzzjoni wara l-mewt.", "I\u017cjed u i\u017cjed nies ta' integrit\u00e0 kbira bdew jintg\u0127a\u017clu b\u0127ala abbatijiet u xi w\u0127ud minnhom b\u0127al Guliermu ta' Akwitanja wasal biex ta l-awtonomija u l-immunit\u00e0 lill-monasterji li kienu jag\u0127\u017clu l-abbati tag\u0127hom.", "Dan sar fil-ka\u017c tal-abbatija ta' Cluny.", "Xi monasterji o\u0127ra u\u017caw \u010bertifikati foloz ta' immunit\u00e0 biex jiksbu l-awtonomija.", "Minn dawn kollha, Cluny kellha l-akbar \u017cvilupp u influwenza.", "Ta\u0127t it-tmexxija dinamika ta' abbatijiet b\u0127al Odon, Ma\u00efeul jew Odilon de Merc\u0153ur, l-Abbatija \u0127olqot monasteri o\u0127ra marbutin mag\u0127ha u malajr saret ordni qawwija \u0127afna (fid-994, l-ordni ta' Cluny di\u0121\u00e0 kellha 34 kunvent) ).", "Wa\u0127da mis-sa\u0127\u0127iet kbar ta' Cluny kienet li kienet tirrekluta \u0127afna mill-membri tag\u0127ha u partikolarment l-abbatijiet mill-aristokrazija.", "L-ordni appo\u0121\u0121at attivament il-moviment tal-Pa\u010bi ta' Alla, li bl-u\u017cu tal-mobilizzazzjoni popolari u l-appo\u0121\u0121 tas-setg\u0127at, da\u0127\u0127al il-moralit\u00e0 fl-im\u0121iba tal-kavallieri spiss responsabbli g\u0127all-abbu\u017ci fl-impo\u017cizzjoni tad-dritt tal-bannu.", "Fil-waqt li g\u0127amlet dan, il-Knisja imponiet mudell ta' so\u010bjet\u00e0 maqsuma fi tliet ordnijiet .", "L-awtorit\u00e0 tal-imperatur fuq il-vassalli tieg\u0127u kienet dg\u0127ajfa u matul ir-renju ta' Enriku III, Konti ta' Tusculum, kien hemm familja Rumana qawwija li kienet tikkmanda l-belt.", "Billi kienu imdorrijin itellg\u0127u il-papa, ippruvaw jer\u0121g\u0127u jied\u0127u l-prerogattivi tag\u0127hom.", "Waqt li kkritikaw il-moralit\u00e0 baxxa tal-papiet ma\u0127tura mill-imperatur, tellg\u0127u papa rivali, u hekk \u0121eg\u0127lu l-imperatur jintervjeni militarment u jsejja\u0127 kun\u010bilju kbir fl-20 Di\u010bembru ta' 1046 biex itemm is-sitwazzjoni fejn kien hemm \u017cew\u0121 papiet fl-istess \u0127in .", "I\u017cda dan ma kienx kollox: wie\u0127ed wara l-ie\u0127or i\u017c-\u017cew\u0121 papiet ma\u0127tura mill-imperatur sfaw maqtula (Klement II u Damasu II).", "Il-kandidat il-\u0121did mibg\u0127ut mill-imperatur kellu d-delikatezza li jitlob lir-Rumani li jtellg\u0127u lil min jog\u0127\u0121obom.", "\u0120ie kkonsagrat bl-isem ta' Ljun IX .", "Billi kien imrawwem fl-ispirtu tar-riforma monastika, ikkonkluda li l-indinjit\u00e0 tal-papiet ta' qablu kienet ir-ra\u0121uni li r-Rumani \u010ba\u0127duhom u tal-waqa' tag\u0127hom.", "\u0126atar lil Ildebrandu, (il-futur Gregorju VII), sotto-djaknu u nkarigah bl-amministrazzjoni tal-finanzi tas-Santa Sede.", "L-atti l-aktar importanti tal-papat tieg\u0127u u dawk tas-su\u010b\u010bessuri tieg\u0127u (Vittorju II (1055-1057) Stiefnu IV (1057-1058), Nikola II (1058-1061 ) u Alessandru II (1061-1073) kienu \u0121ejjin minn Ildebrandu, li a\u0121ixxa b\u0127ala tassew \"\u00e9minence grise\".", "Fil-fatt, Ildebrandu nieda r-riforma Gregorjan \u0127amsa u g\u0127oxrin sena qabel ma sar papa innifsu.", "Bil-mod \u0127eles il-Knisja mit-tutela tal-imperatur.", "Il-Knisja \u0127alliet il-qawwa temporali u militari f'idejn in-nobbilt\u00e0 u saret il-garantur morali tal-ekwilibriju so\u010bjali.", "Il-kleru \u0121abar l-g\u0127arfien kollu mit-tmiem tal-antikit\u00e0 u sar il-promotur ewlieni tal-edukazzjoni u l-progress xjentifiku u tekniku (l-i\u017cjed fi \u0127dan l-abbatiji) u hekk sab ru\u0127u b\u0127ala l-element \u010bentrali u indispensabbli tas-so\u010bjet\u00e0 medjevali.", "Il-kjeri\u010bi li kienu jafu jaqraw u jg\u0127oddu kienu jmexxu l-istituzzjonijiet, u l-fondijiet reli\u0121ju\u017ci kienu jmexxu l-karitajiet u l-iskejjel .", "Permezz tal-btajjel reli\u0121ju\u017ci, in-numru ta' \u0121ranet ta' mistrie\u0127 la\u0127aq 140 fis-sena.", "Billi fehmu l-iskambji kulturali u billi bbenifikaw mill-a\u0127jar g\u0127arfien tekniku, l-abbatiji malajr \u0127adu l-ikbar sehem fl-istruttura ekonomika li kienet g\u0127adha fil-parti l-kbira agrikola.", "Il-Knisja kienet taf kemm kienet kbira il-qawwa tag\u0127ha fl-ekonomija, fil-kultura, fil-pulitka u anki fil-militar (peres li permezz tal-ordnijiet militari setg\u0127et tistrie\u0127 fuq forzi armati permanenti ming\u0127ajr ma jkollha t\u0127allashom) matul il-Kru\u010bjati.", "Il-\u0121lieda g\u0127all-investituri kienet taqbida \u0127arxa bejn il-Papa u l-imperatur \u0120ermani\u017c.", "Fid-\"Dictatus papae\", Grgorju VII sa\u0127\u0127aq jg\u0127id li l-milja tal-poter, \"plenitudo potestatis\" bil-Latin, tappartjeni g\u0127all-pontifi\u010bi sovran, imma l-Konkordat ta' Worms tal-1122 daq il-qampiena tal-agunija tat-tmexxija tal-Punent mill-papa u l-imperatur .", "Barra minn hekk, fit-tieni nofs tas-seklu 13, il-milja tal-poter spiritwali saret \"kun\u010bett totalitarju\".", "Il-Knisja ma setg\u0127etx tittolera poter ie\u0127or \u0127lief tal-papa u skont it-\"teorija ta' \u017cew\u0121 xwabel\", il-Papa kellu f'idejh kemm ix-xabla spiritwali kif ukoll ix-xabla temporali.", "Jag\u0127ti t-tieni wa\u0127da lill-prin\u010bep biex ju\u017caha kif jg\u0127idlu l-papa.", "B'dan il-mod il-Knisja Kattolika Rumana ippruvat twaqqaf teokrazija pontifi\u010bja waqt li tag\u0127mel lill-papa r-rappre\u017centant ta' Alla fuq l-art.", "Mit-tmiem tas-seklu 13, il-bilan\u010b bejn it-tliet ordnijiet sfratta.", "Minn na\u0127a wa\u0127da, il-borge\u017cija \u0127adet f'idejha l-poter ekonomiku li g\u0127amilha politikament dejjem aktar me\u0127tie\u0121a (il-prin\u010bpijiet u l-ekkle\u017cjasti\u010bi selfuha l-flus).", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, g\u0127al b\u017connijiet tal-kummer\u010b, u mbag\u0127ad biex titla' 'l fuq fis-so\u010bjet\u00e0, \u0127adet parti fil-kultura, \u0127olqot skejjel laj\u010bi u ffinanzjat il-patruna\u0121\u0121 tal-kultura kif ukoll g\u0127add ta' xog\u0127lijiet so\u010bjali .", "Il-parti l-kbira tal-innovazzjonijiet tekni\u010bi bdew isiru mil-laj\u010bi, in\u0121iniera u arkitetti (b\u0127al Villard) , nies tas-seng\u0127a (b\u0127al Jacoppo u Giovanni di Dondi, disinjaturi tal-arlo\u0121\u0121 bl-iskappament)...", "Il-post spe\u010bjali mog\u0127ti lill-Knisja fis-so\u010bjet\u00e0 g\u0127ar-rwol kulturali u so\u010bjali tag\u0127ha setg\u0127a ji\u0121i \u0121\u0121ustifikat inqas u inqas.", "Filwaqt li l-kleru kien ta' quddiemnett fil-progress xjentifiku u filosofiku bi studju\u017ci b\u0127al Roger Bacon, Robert Grosseteste, Stone Maricourt, Peter Abelard jew Tumas Akwinu, xi membri be\u017cg\u0127u li ji\u0121u sopraffatti minn \u017cviluppi li jqajmu dubji dwar il-po\u017cizzjoni tag\u0127hom.", "Il-bidla \u0121iet fis-7 ta' Marzu 1277, meta l-Isqof ta' Pari\u0121i, \u00c9tienne Tempier ikkundanna l-Averroisti (Siger ta' Brabant) u xi teoriji ta' Tumas Akwinu .", "Il-Knisja saret forza konservattiva li filwaqt li ppermetiet l-i\u017cvilupp ta' ideat misti\u010bi, \u0127alliet il-borge\u017cija tie\u0127du sehem dejjem jikber fil-progress xjentifiku u filosofiku .", "Iffa\u010bata bit-telf tal-influwenza spiritwali, ippruvat tirba\u0127 is-setg\u0127a temporali.", "Filippu s-Sabi\u0127 irria\u0121ixxa b'mod vjolenti jistrie\u0127 partikolarment fuq l-universitarji u l-borge\u017cija li tahom po\u017cizzjoni politika aktar importanti permezz tal-\u0127olqien tal-iStati \u0120enerali.", "Is-sekli 14 u 15 huma mmarkati bil-\u0121lieda bejn \u017cew\u0121 kun\u010betti tas-so\u010bjet\u00e0, li tidher minsu\u0121a fil-Gwerra ta' Mitt Sena, fejn l-ordni fewdali kienet mhedda mid-domanda g\u0127ar-rikonoxximent politiku tal-bliet.", "Filippu IV ta' Franza msejja\u0127 Filippu s-Sabi\u0127 kellu b\u017conn il-flusi biex i\u017comm lesti l-armata u l-flotta biex ira\u017c\u017can ix-xewqa g\u0127all-awtonomija li kellhom il-bliet g\u0127onja Fjammingi.", "Fl-1295 idde\u010bieda li ji\u0121bor taxxa fuq il-kleru.", "Il-Papa Bonifa\u010bju VIII, li kien ida\u0127\u0127al ammonti kbar ta' flus minn Franza, wie\u0121eb bil-bolla tal-1296 \"Clericis laicos\".", "F'din av\u017ca r-rejiet, li l-kleru ma jista' ji\u0121i sottomess g\u0127al ebda taxxa ming\u0127ajr il-kunsens tas-Santa Sede.", "L-isqfijiet kellhom jimxu mal-ordnijiet tas-Santa Sede ta\u0127t il-piena tal-iskomunika.", "Biex ipattiha lura, Filippu s-Sabi\u0127 ipprojbixxa l-\u0127ru\u0121 tal-flus mir-renju ta' Franza u dan kellu l-effett li ji\u010b\u0127ad lill-Papa minn parti importanti mid-d\u0127ul tieg\u0127u.", "Ir-relazzjonijiet ma' Ruma marru g\u0127all-ag\u0127ar u, fl-1302, bil-bolla papali \"Unam Sanctam \", Bonifa\u010bju VIII afferma s-superjorit\u00e0 tas-setg\u0127a spiritwali fuq il-poter temporali, u minn din, is-superjorit\u00e0 tal-Papa fuq ir-rejiet li huma responsabbli lejn il-kap tal-Knisja .", "Dan kien wisq g\u0127al Filippu s-Sabi\u0127, li sejja\u0127 il-Kun\u010bilju tal-isqfijiet ta' Franza biex jikkundannaw il-Papa, imbag\u0127ad l-assemblej tan-nobbli u tal-borge\u017cija f'Pari\u0121i bl-istess skop.", "Ir-re talab l-appo\u0121\u0121 tas-su\u0121\u0121etti tieg\u0127u kollha biex jille\u0121ittima l-\u0121lieda li kien qieg\u0127ed imexxi kontra l-papa.", "Il-papa mbag\u0127ad g\u0127edded li jiskomunika lil Filippu IV u jifrex l-interdett fuq ir-renju ta' Franza kollu.", "Bl-appo\u0121\u0121 tal-poplu u l-kleru, ir-re bag\u0127at il-gwardjan ts-si\u0121illi tieg\u0127u, il-kavalier Guliermu ta' Nogaret ma' skorta armata \u017cg\u0127ira lejn l-Italja biex jarresta l-papa u biex i\u0121eg\u0127lu jidher quddiem il-kun\u010bilju .", "Nogaret malajr iltaqa' ma' g\u0127adu personali ta' Bonifa\u010bju VIII, Sciarra Colonna, li g\u0127arrfu li l-papa kien \u0127arab lejn Anagni.", "Fit-8 ta' Settembru, 1303, fl-laqg\u0127a storbju\u017ca, Guliermu de Nogaret g\u0127edded bl-a\u0127rax lil-Papa Bonifa\u010bju VIII li miet ftit \u0121img\u0127at wara.", "Is-su\u010b\u010bessur tieg\u0127u Benedittu XI \u0121ie elett fit-22 ta' Ottubru, 1303 f'atmosfera kerha.", "Dan annulla l-mi\u017curi li kienu jirritaw ir-re qawwi ta' Franza qabel ma miet hu wkoll fis-7 ta' Lulju 1304.", "Matul \u0127dax-il xahar, saru negozjati diffi\u010bli bejn il-parti Fran\u010bi\u017ca, immexxija mill-familja Rumana ta' Colonna, u l-parti tal-mejjet Bonifa\u010bju VIII, immexxija mill-Caetani.", "Fl-a\u0127\u0127ar idde\u010bidew li jag\u0127\u017clu l-papa minn barra s-Sagru Kulle\u0121\u0121 tal-Kardinali u unanimament, jew kwa\u017ci, intg\u0127a\u017cel Bertrand de Got, prelat diplomatiku u \u0121urista eminenti, li baqa' newtrali fil-glieda bejn ir-re Filippu s-Sabi\u0127 u l-Papa Bonifa\u010bju VIII.", "Fil-5 ta' \u0120unju 1305, il-kardinali mi\u0121burin f'konklavi f'Perugia, tellg\u0127u b\u0127ala kap tal-Knisja lil Bertrand de Got li g\u0127a\u017cel l-isem ta' Klement V. Dan kien ir-raba' papa Fran\u010bi\u017c u l-ewwel wara l-elezzjoni ta' Jacques Pantaleon (Urbanu IV) fid-29 ta' Awissu 1261.", "Tela' fuq it-tron ta' San Pietru fl-et\u00e0 ta' erbg\u0127in sena filwaqt li l-knisja kienet g\u0127addejja minn kri\u017ci politika serja.", "Il-Papa l-\u0121did irrifjuta li jmur Ruma min\u0127abba l-bi\u017ca' mill-intrigi lokali u mir-riskji \u0121ejjin mill-kunflitt bejn il-Gwelfi u l-Gibellini .", "Fl-a\u0127har g\u0127a\u017cel li ji\u0121i nkurunat f'Lyon, parti mill-Imperu, fl-1 ta' Novembru.", "Wara l-elezzjoni tieg\u0127u f'Perugia fl-24 ta' Lulju 1305 u l-kurunazzjoni tieg\u0127u fl-Lyon fil-15 ta' Novembru, il-Papa Klement V g\u0127amel dawra twila mar-Renju ta' Franza u l-Gwijenna Ingli\u017ca.", "L-Ar\u010bisqof ta' qabel ta' Bordeaux kien la\u0127aq bl-appo\u0121\u0121 tar-Re ta' Franza, li tieg\u0127u kien su\u0121\u0121ett u mhux vassall, u bi tpattija g\u0127al dan l-appo\u0121\u0121 kien obbligat lejh .", "Klement V g\u0127amel l-almu tieg\u0127u biex jag\u0127mel pa\u010bi mal-qawwi Filippu s-Sabi\u0127, i\u017cda \u010ba\u0127ad it-talba tieg\u0127u li jifta\u0127 il-pro\u010bess kontra Bonifa\u010bju VIII wara mewtu, li seta' ji\u0121\u0121ustifika a posteriori l-attakk t'Anagni.", "Fl-1307, kellu ta\u0127dita mar-re Kapetingi fejn \u0121iet diskussa l-kwistjoni tad-destin tat-Templari.", "Filippu s-Sabi\u0127 ried jag\u0127laq din l-ordni g\u0127anja u influwenti ta' kavallieri-reli\u0121ju\u017ci.", "Dan sar nhar il-\u0120img\u0127a t-13 ta' Ottubru 1307 ming\u0127ajr ma l-Papa seta' jopponieh.", "Il-Kun\u010bilju ta' Vienne, li ssejja\u0127 biex ji\u0121\u0121udika l-Kavallieri Templari, \u0127tie\u0121 li hu jmur f'dik il-belt.", "G\u0127alhekk mar fil-Comtat Venaissin.", "Ir-ra\u0121uni li g\u0127a\u017cel il-belt ta' Avignon, il-proprjet\u00e0 tal-Konti ta' Provenza, kienet il-lokalit\u00e0 tag\u0127ha fuq ix-xatt tax-xmara Rh\u00f4ne li tg\u0127aqqadha mat-tramuntana tal-Ewropa.", "Barra minn hekk, l-importanza tal-fieri ta' Champagne sal-a\u0127\u0127ar tas-seklu 13 u l-kontinwit\u00e0 tal-fiera ta' Beaucaire g\u0127amlu lil Avignon waqfa kummer\u010bjali obbligatorja.", "Il-pre\u017cenza papali kienet \u0127a ter\u0121a' tag\u0127tiha importanza li kienet qieg\u0127da titlef u l-kunflitt bejn il-Ingilterra u Franza taha sinifikat politiku li Ruma ma setg\u0127etx ikollha billi kienet 'il bog\u0127od mi\u010b-\u010bentru vis-\u00e0-vis dawn i\u017c-\u017cew\u0121 renji.", "Ruma, mill-qedem, \u0127adet is-setg\u0127a u l-majest\u00e0 tag\u0127ha mill-po\u017cizzjoni \u010bentrali li g\u0127andha fil-Mediterran, imma tard fil-Medjuevu kienet tilfet l-importanza billi \u010b-\u010bentru tal-gravit\u00e0 tad-dinja Nisranija kien mexa.", "Il-po\u017cizzjoni ta' Avignon kienet ferm aktar favorevoli \u0121eografikament u politikament .", "Klement V dam ma wasal Avignon sad-9 ta' Marzu 1309 u qag\u0127ad fil-kunvent Dumnikan .", "Ta\u0127t dan il-pontifikat, Avignon saret, ta\u0127t il-\u0127arsien tar-Re ta' Franza, Filippu s-sabi\u0127, ir-residenza uffi\u010bjali ta' parti tal-Kulle\u0121\u0121 Imqaddes tal-kardinali, filwaqt li l-Papa kien jippreferi jog\u0127qod Carpentras, Malauc\u00e8ne jew Monteux, bliet fil-Comtat.", "Mal-mewt ta' Klement V, u wara elezzjoni diffi\u010bli, f'Lyon fis-7 ta' Awissu, 1316 \u0121ie elett papa Jacques Dueze.", "Min\u0127abba l-et\u00e0 avvanzata ta' 72 sena, kien meqjus mill-kardinali b\u0127ala papa tran\u017cizzjonali.", "La kien Taljan u lanqas Gascon u ma kienx kellu \u0127lief rwol politiku \u017cg\u0127ir.", "I\u017cda fid-9 ta' Awissu, \u0127abbar l-intenzjoni tieg\u0127u li jer\u0121a' jifta\u0127 l-\"Audience de la Contredite\" (appelli kontra l-editti papali) f'Avignon, fl-1 ta' Ottubru li kien imiss .", "Wera x-xewqa tieg\u0127u li jwaqqaf il-papat fil-belt fejn kien isqof mit-18 ta' Marzu 1310.", "Il-lo\u0121ika kienet twassal g\u0127all-konklu\u017cjoni li Carpentras kellha tkun ir-re\u017cidenza tran\u017calpina tal-papat.", "Imma l-akbar belt tal-Comtat Venaissin kellha r-rie\u0127a tinten tal-kolp mill-Gascons matul il-konklavi li segwa l-mewt ta' Klement V. Barra minn hekk, deher \u010bar li l-papa li qabel kien isqof ta' Avignon, ipprefera l-belt Episkopali tieg\u0127u li kien jaf sewwa u kellha l-vanta\u0121\u0121 li tinsab f'salib it-toroq ewlenin tad-dinja tal-Punent min\u0127abba x-xmara u l-pont tag\u0127ha .", "\u0120ie nkurunat fil-5 ta' Settembru u g\u0127a\u017cel l-isem \u0120wanni XXII.", "Wasal Avignon fuq ix-xmara u ladarba kien hemm, \u017camm g\u0127all-u\u017cu tieg\u0127u il-kunvent tad-Dumnikani qabel ma mar jer\u0121a' joqg\u0127od fil-palazz episkopali fejn kien jg\u0127ix qabel.", "\u0120wanni miet ma\u017c-\u017cerniq tal-4 ta' Di\u010bembru, 1334 fl-et\u00e0 ta' 90 sena.", "Warajh \u0121ie Jacques Fournier, imsejja\u0127 il-kardinal l-abjad.", "Dan g\u0127a\u017cel l-isem ta' Benedittu XII f'unur il-patrun tal-Ordni ta\u010b-\u010aister\u010bensi li hu kien membru tag\u0127ha u \u0121ie nkurunat fil-knisja tad-Dumnikani ta' Avignon, fit-8 ta' Jannar 1335, mill-kardinal Napuljun Orsini, li kien di\u0121\u00e0 nkuruna \u017c-\u017cew\u0121 papiet ta' qablu .", "L-ewwel \u0127sieb ta' dan il-papa kien biex jer\u0121a' j\u0121ib l-ordni fil-Knisja u jer\u0121a' jie\u0127u s-Santa Sede f'Ruma.", "Bilkemm kien \u0121ie elett li annulla l-patruna\u0121\u0121i tal-prede\u010bessur tieg\u0127u u bag\u0127at lura fid-djo\u010besi tag\u0127hom u l-abbaziji tag\u0127hom il-prelati u l-abbatijiet kollha tal-qorti .", "Fis-6 ta' Lulju 1335, meta waslu Avignon xi legati minn Ruma, weg\u0127edhom li li jmur lura fuq xatt it-Tevere ming\u0127ajr ma spe\u010bifika d-data .", "I\u017cda r-rewwixta tal-belt ta' Bolonja u l-protesti mill-kardinali \u0127arbtulu xewqtu u kkonvin\u010bewh li jibqa' fuq xatt ir-Rh\u00f4ne.", "Sadanittant, qatta' erba' xhur fil-palazz mibni f' Pont-de-Sorgue mill-prede\u010bessur tieg\u0127u .", "Madankollu, meta mar joqg\u0127od fil-palazz episkopali li l-prede\u010bessur tieg\u0127u kien ittrasforma g\u0127al kollox, il-papa l-\u0121did malajr idde\u010bida li jbiddlu u jkabbru.", "Fid-9 ta' Frar, 1335, il-papa bag\u0127at ittra lid-Dauphin ta' Vienne jirrakkomandlu patri tal-abbatija ta' Fontfroide, li hu kien qabbad biex jixtrilu bi\u010b\u010ba bosk fid-Dauphin\u00e9 biex jibni fiha palazz \u0121did.", "Waqqa' kollox li l-prede\u010bessur kien bena u fuq il-pjanti tal-arkitett Pierre Obrera bena l-parti tat-tramuntana tal-palazz appostoliku.", "Ir-Reverenda Kamra Appostolika \u2013 il-\"Ministeru tal-Finanzi Pontifi\u010bju\" - xtrat il-palazz li kien bena Armand de Via biex iservi b\u0127ala re\u017cidenza g\u0127all-isqfijiet ta' Avignon .", "Fir-rebbieg\u0127a tal-1335, bag\u0127at g\u0127al Pierre Peysson, arkitett li kien qabbad f'Mirepoix, biex imexxi x-xog\u0127ol tal-palazz tieg\u0127u u nkarigah biex jiddisinja mill-\u0121did it-torri tal-An\u0121li u l-kappella papali tat-tramuntana .", "Minkejja l-awsterit\u00e0 tieg\u0127u, Benedittu XII, kien bi \u0127siebu wkoll fuq il-parir ta' Robert ta' Anjou li jqabbad lil Giotto biex i\u017cejjen il-kappella papali.", "Billi l-papa miet fl-1336 dan il-pro\u0121ett ma se\u0127\u0127x.", "Dan il-bini \u0121did \u0121ie kkonsagrat fit-23 ta' \u0120unju 1336, mill-kamrier Gaspard (jew Gasbert) de Laval.", "Ftit qabel ma miet, fil-5 tal-istess xahar, il-Papa kien i\u0121\u0121ustifika d-de\u010bi\u017cjoni tieg\u0127u lill-kardinal Pierre des Pr\u00e9s b'dan il-mod: Fl-10 ta' Novembru 1337 bdiet il-Gwerra ta' mitt Sena.", "Fil-Fjandri, l-Ingli\u017ci ni\u017clu fuq il-g\u017cira ta' Cadsan, filwaqt li l-flotta Fran\u010bi\u017ca kienet f'battalja ma' dik tar-re tal-Ingilterra f'Southampton.", "Benedittu XII permezz tal-legati tieg\u0127u, irran\u0121a waqfien mill-\u0121lied li kien a\u010b\u010bettat mi\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at.", "Imma madankollu ma kienx il-kunflitt Franko-Ingli\u017c li wassal lill-Papa biex jibni g\u0127alih palazz iffortifikat, i\u017cda kienet il-bi\u017ca' mill-imperatur Lwi\u0121i tal-Bavarja li kellu minn mindu \u0121ie elett.", "Ir-relazzjonijiet bejn il-papat u l-Imperu kienu ta\u0127t tensjoni kbira billi fit-8 ta' Ottubru 1323, \u0120wanni XXII kien iddikjara f'konsistorju s\u0127ie\u0127 li l-Bavarjan kien usurpatur u g\u0127adu tal-Knisja.", "Meta kien imsejja\u0127 biex ji\u0121i Avignon biex ji\u0121\u0121ustifika l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u g\u0127al Visconti, ma kienx deher u \u0121ie skumnikat fit-23 ta' Marzu 1324.", "Bi tpattija Lwi\u0121i IV tal-Bavarja mar l-Italja bl-armata tieg\u0127u biex ji\u0121i nkurunat f'Ruma u \u0121ieg\u0127el li ji\u0121i elett antipapa fil-persuna ta' Nikola V li kien iddepona lil \u0120wanni XXII u tah l-isem \u0121did ta' \"Jean de Cahors\".", "Minkejja li Benedittu XII kien aktar kon\u010biljatorju, Avignon, li kienet provin\u010bja imperjali, baqg\u0127et mhedda, per\u00f2 kienet ferm aktar \u017cgura minn kull belt fl-Italja .", "Dan il-bini ffortifikat illum hu mag\u0127ruf b\u0127ala l-\"palazz l-antik\".", "Fih, tqeg\u0127det il-bibljoteka pontifi\u010bja \u0121ewwa t-torri mat-te\u017cor papali.", "Ta\u0127t il-pontifikat tat-tielet papa ta' Avignon, kien fiha erba' taqsimiet: teolo\u0121ija, li\u0121i kanonika, li\u0121i \u010bivili u medi\u010bina.", "Klement VI (Pierre Roger) mar joqg\u0127od fil-palazz mibni g\u0127all Benedittu XII.", "Imma ma ra\u0127x tajjeb bi\u017c\u017cejjed.", "Jean du Louvre, \u0121ie mqabbad jibni palazz \u0121did xieraq g\u0127alih.", "Beda x-xog\u0127ol tieg\u0127u fis-17 ta' Lulju 1342.", "B'dan ix-xog\u0127ol u l-\u0127olqien tal-fa\u010b\u010bata l-\u0121dida, il-palazz kien \u0127a d-dehra li kwa\u017ci naraw illum.", "Klement VI ma nesiex li jqieg\u0127ed l-arma tal-familja Roger fuq id-da\u0127la prin\u010bipali \u0121dida tax-Champeaux.", "I\u017cda fuq kollox il-Papa qabbad lil \u0127afna pitturi biex jiksu l-\u0127itan bl-affreski.", "Matteo Giovanetti, qassis minn Viterbo, student tal-kbir Martini Simone, li miet Avignon, mexxa grupp ta' pitturi importanti li kienu \u0121ew mill-Ewropa kollha .", "Fit-13 ta' Ottubru 1344 Matteo Giovanetti beda d-dekorazzjoni tal-kappella ta' San Marzjal, li tag\u0127ti fuq il-Grand Tinel.", "Tlestiet fl-1 ta' Settembru 1345.", "Mid-9 ta' Jannar sal-24 ta' Settembru 1345, \u017cejjen il-kappella ta' San Mikiel.", "F'Novembru 1345, beda l-affreski tal-Grand Tinel li spi\u010b\u010ba f'April 1346 .", "Imbag\u0127ad fl-1347 mit-12 ta' Lulju sas-26 ta' Ottubru, \u0127adem fuq is-sala tal-Konsistorju u wara fuq il-kappella ta' San \u0120wann.", "Fid-9 ta' \u0120unju 1348, Klement VI xtara Avignon mir-re\u0121ina \u0120wanna Ire ta' Napli bis-somma ta' 80,000 fjorin u l-belt saret indipendenti minn Provenza u proprjet\u00e0 papali b\u0127all-Comtat Venaissin.", "Meta Klement VI miet fl-1352, il-fondi finanzjarji tas-Sede Appostolika kienu l-i\u017cjed fil-baxx..", "Fl-1355, Inno\u010bent VI \u0121ieg\u0127el li jinbnew swar \u0121odda sabiex idawru wkoll is-subborgi \u0121odda u j\u017commu 'l barra l-kumpanniji ta' ventura.", "Dawn il-qattiet ta' mer\u010benarji ma attakawx il-belt wara li kienu ng\u0127ataw kumpens finanzjarju sewwa.", "Is-swar ma kinux g\u0127oljin \u0127afna u kien hemm mument meta kien hemm xi \u0127sieb li jint\u0127attu.", "Fil-bidu kellhom 7 bibien li kienu jissakkru bil-lejl u tnaqqsu g\u0127al 4 lejn is-seklu XVI.", "Issa fihom 29 da\u0127la u huma 4330m twal.", "Fis-seklu XIX, l-arkitett Eug\u00e8ne Viollet-le-Duc iddisinja mill-\u0121did l-kumpless s\u0127i\u0127.", "Dawn is-swar baxxi bi\u010b-\u010bombaturi li huma pri\u017cervati perfettament i\u0127addnu l-qalba amministrattiva u kulturali tal-belt.", "Fis-6 ta' Novembru 1362, fil-kappella tal-palazz l-antik, Guillaume Grimoard \u0121ie nkurunat papa minn \u00c9tienne-Audouin Aubert, kardinal ta' Ostia u n-neputi tal-papa li miet .", "\u0126a l-isem ta' Urbanu V, u meta wasal fil-palazz tieg\u0127u stqarr:", "G\u0127al din ir-ra\u0121uni matul il-pontifikat tieg\u0127u wettaq xog\u0127lijiet li qamu \u0127afna flus fit-tkabbir tal-\u0121onna .", "Il-parti li tmiss mal-palazz papali fuq il-fa\u010b\u010bata tal-Lvant g\u0127adha tissejja\u0127 \"Verger d'Urbain V\" (\u0120nien tal-frott ta' Urbanu V).", "Minbarra l-\u0121onna, Urbanu V qabbad l-arkitett Bertrand Nogayrol jibnilu r-\"Roma\", gallerija twila fuq livell wie\u0127ed imdawra mat-torri tal-An\u0121li.", "Din tlestiet fl-1363, u din id-data timmarka t-tmiem tax-xog\u0127ol arkitettoniku fil-palazz il-\u0121did .", "Il-Papa qabbad lil Matteo Giovanetti biex i\u017cejjen ir-\"Roma\".", "Il-pitturi tieg\u0127u fuq it-tila tal-\u0127ajja ta' San Benedittu bdihom fil-31 ta' Di\u010bembru 1365 u lestihom f'April tal-1367 .", "Din il-gallerija ma g\u0127adhiex te\u017cisti g\u0127aliex twaqqet mill-militar fl-1837.", "Gregorju ma g\u0127amel l-ebda bini fil-palazz.", "Hu \u0127a l-papat lura lejn Ruma fejn miet fl-1378.", "Meta Girgor XI \u0127a s-sede tal-papat lejn Ruma fl-1377, il-belt ta' Avignon kienet amministrata minn legat papali.", "Il-konklavi l-ewwel tella' fuq it-tron papali lil Urbanu VI.", "I\u017cda l-elezzjoni kienet saret ta\u0127t theddid mir-Rumani u billi l-papa l-\u0121did kellu karattru koleru\u017c wisq, il-Kardinal re\u0121a' bdielhom u re\u0121g\u0127u iltaqg\u0127u fil-belt ta' Fondi, ne\u0127\u0127ewh u tellg\u0127u minnfloku l-kardinal Fran\u010bi\u017c Robert de Gen\u00e8ve li \u0127a l-isem ta' Klement VII.", "Kellu l-appo\u0121\u0121 ta' \u0127afna stati, fosthom Franza, u mar joqg\u0127od Avignon mal-qorti tieg\u0127u waqt li Urbanu VI baqa' Ruma.", "Hekk bdiet ix-Xi\u017cma l-Kbira.", "Is-su\u010b\u010bessur ta' Klement VII kien l-Aragoni\u017c Benedittu XIII (illum it-tnejn huma meqjusa b\u0127ala Antipapiet mill-Knisja Kattolika).", "Dan \u0121ie elett fit-28 ta' Settembru 1394 u wieg\u0127ed li jirri\u017cenja jekk kien me\u0127tie\u0121 sabiex tintemm ix-xi\u017cma l-kbira.", "Il-fatt li baqa' ma \u017cammx kelmtu, fit-28 ta' Lulju 1398, swielu l-ewwel di\u017cubbidjenza min-na\u0127a ta' Franza u l-alleati tag\u0127ha.", "Il-papa allura ssakkar fil-palazz tieg\u0127u fejn \u0121ie assedjat minn Geoffroy le Meingre imsejja\u0127 Boucicaut f'Settembru", "Fl-1409 il-kun\u010bilju ta' Pisa ma renexxielux isolvi tax-xi\u017cma.", "\u0126atar papa ie\u0127or, it-tielet wie\u0127ed (imsejja\u0127 il-\"Papa ta' Pisa\" minkejja li ma kienx joqg\u0127od Pisa), fil-persuna ta' Alessaandru V li malajr sar minfloku \u0120wanni XXIII.", "Madankollu, il-papa ta' Pisa kellu l-appo\u0121\u0121 ta' \u0127afna stati li qabel kienu leali lejn i\u017c-\u017cewg papiet l-o\u0127ra.", "Il-Papa Benedittu XIII min\u0127abba li kien assedjat f'Avignon kellu jmur fl-e\u017cilju fl-Aragona, l-a\u0127\u0127ar pajji\u017c li baqa jappo\u0121\u0121ah, u baqa' hemm sa mewtu.", "Is-su\u010b\u010bessuri tieg\u0127u ukoll kienu joqg\u0127odu hemm imma dawn ftit ftit intnesew.", "I\u017cda l-tluq ta' Benedittu XIII jimmarka t-tmiem definittiv tal-papat ta' Avignon.", "Fl-ewwel assedju, in-nies ta' Boucicault u ta' Raymond de Turenne, in-neputi ta' Gregorju XI da\u0127lu mill-k\u010bina tal-Grand Tinel.", "Martin Alpartils , kittieb Katalan kontemporanju rrakkonta l-attakk tag\u0127hom.", "Wara li rnexxielhom jid\u0127lu minn ta\u0127t is-swar tal-palazz u jaqsmu l-foss u d-drena\u0121\u0121 tal-k\u010bejjen, telg\u0127u sellum li wassalhom g\u0127all-k\u010bina ta' fuq.", "Malli ndunaw it-truppi fidili lejn Benedittu XIII, inbuttawhom lura u tefg\u0127ulhom il-\u0121ebel maqluh mill-fuklar u qatet ta' \u0127atab jaqbdu bin-nar.", "Dan ir-rakkont huwa kkorroborat mill-messa\u0121\u0121ier Avignoni\u017c ta' Francesco di Marco Datini, in-negozjant kbir ta' Prato li kiteb:", "Meta saqsewh, ix-xerrej stqarr li hu u n-nies tieg\u0127u kienu sejrin jid\u0127lu fil-palazz mid-drana\u0121\u0121.", "Il-messa\u0121\u0121ier il-falliment tal-kolp attribwieh g\u0127all-e\u010b\u010bitament u l-g\u0127a\u0121la tan-nies li g\u0127amluh: Wara tliet xhur ta' \u0121lied qawwi, l-imblokk tal-palazz \u0121ie \u017cgurat u minn April tal-1399, il-\u0127ru\u0121ijiet biss bdew ji\u0121u mg\u0127assa sabiex Benedittu XIII ma jkunx jista' ja\u0127rab.", "Il-korrispondenza mibg\u0127uta Prato kompliet tiddeskrivi l-\u0127ajja ta' kuljum kif rawha l-Avignoni\u017ci.", "Ittra bid-data tal-31 ta' Mejju 1401, g\u0127arfet lin-negozjant minn Avignon bil-\u0127ruq tal-kamra fejn kien jorqod: Dik tat-13 ta' Novembru informat lin-negozjant bil-bumbardament tad-dar tieg\u0127u:", "Fl-a\u0127\u0127arnett fil-11 ta' Marzu 1403, minkejja l-g\u0127assa fuqu, il-papa rnexxielu j\u0127alli l-palazz u l-belt fejn kien joqg\u0127od, wara assedju iebes ta' \u0127ames snin .", "Benedittu XIII qatt ma mar lura Avignon, imma \u0127alla hemm lil neputijietu, Antonio de Luna bil-kariga ta' rettur ta' Comtat Venaissin, u Rodrigo.", "Dan tal-a\u0127har u l-Katalani ta' mieg\u0127u marru joqg\u0127odu fil-palazz papali.", "Nhar it-Tlieta 27 ta' Jannar 1405 fil-\u0127in tal-G\u0127asar, il-kampnar piramidali ta' Notre Dame des Doms i\u0121\u0121arraf u huwa u ni\u017cel waqqa' l-baptisterju antik ddedikat lil San \u0120wann.", "Il-Katalani \u0121ew akku\u017cati b'din l-azzjoni u huma \u0127adu l-opportunit\u00e0 minnha biex iwaqqfu pjattaforma fuq il-bini mwaqqa' biex jinstallaw l-artillerija tag\u0127hom.", "Wara li kellu j\u0127abbat wi\u010b\u010bu mad-depo\u017cizzjoni ta' zijuh mill-Kun\u010bilju ta' Pisa fl-1409, u mad-defezzjoni tal-Avignoni\u017ci u l-Comtadins, is-sena ta' wara, Rodrigo de Luna, li kien sar rettur minflok \u0127uh, irraggruppa mill-\u0121did il-forzi tieg\u0127u fil-Palazz papali.", "G\u0127as-sigurt\u00e0 tieg\u0127u, kompla jsa\u0127a\u0127 ir-rocher des Doms u biex ikun jista' jara \u0121ejjin l-attakkanti li jistg\u0127u jinqalg\u0127u, spi\u010b\u010ba biex waqqa' d-djar kollha ta' quddiem il-palazz, u b'hekk witta l-pjazza kbira li naraw illum.", "It-tieni assedju sar quddiem il-palazz u ssejja\u0127 fil-kronaki kontemporanji \"il-gwerra tal-Katalani\".", "Dam sbatax-il xahar u fl-a\u0127\u0127ar, fit-2 ta' Novembr 1411, il-Katalani ta' Rodrigo de Luna, li kienu mejtin bil-\u0121u\u0127 u qatg\u0127u qalbhom li jiksbu l-g\u0127ajnuna, a\u010b\u010bettaw li j\u010bedu g\u0127all-Kamrier Francis Conzie .", "Bertrand Boysset minn Arles fid-djarju tieg\u0127u kiteb dwar dan, li fl-1403, mix-xahar ta' Di\u010bembru, \u0121ew im\u0121arrfa d-djar kollha li kienu jinsabu bejn il-palazz il-kbir u l-palazz i\u017c-\u017cg\u0127ir biex id-difi\u017ca issir i\u017cjed fa\u010bli: Sadanittant, f'Pisa, il-kun\u010bilju kien g\u0127a\u017cel papa \u0121did Alessandru V. Filwaqt li l-g\u0127an tal-kun\u010bilju kien li jtemm ix-xi\u017cma, il-Kristjane\u017cmu safa bi tliet papiet minflok bi tnejn.", "Il-papa rikonoxxut mill-Qorti ta' Franza, bag\u0127at lill-Kardinal Pierre de Thury biex jigverna Avignon u l-Comtat.", "Kellu t-titlu ta' legat u vigarju \u0121enerali mill-1409 sal-1410.", "Imma fil-5 u fis-6 ta' Di\u010bembru 409, fuq l-ordni ta' Rodrigo de Luna, (il-legat ma kienx ne\u0127\u0127ielu l-kariga ta' rettur ta' Comtat), sejja\u0127 l-iStati biex jiltaqg\u0127\u00f9 f'Pont-de-Sorgue.", "Il-Katalani biex jieqfu lill-g\u0127edewwa ta' Benedittu XIII kellhom b\u017conn it-truppi u l-flus u d-delegati mit-tliet ordnijiet awtorizzaw il-\u0121bir tat-taxxi g\u0127alihom .", "Meta miet Alessandru V, filwaqt li Benedittu XIII kien refu\u0121jat f'Pe\u00f1\u00edscola u Gregorju XII kienet issaltan f'Ruma, il-Kardinal Baldassare Cossa \u0121ie elett mill-Kun\u010bilju ta' Pisa u \u0127a l-isem ta' \u0120wanni XXIII.", "G\u0127al darb'o\u0127ra kien hemm tliet papiet u kien hu li ntag\u0127a\u017cel minn Avignon b\u0127ala Papa."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15830", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15830", "title": "Johann Bernoulli", "text": ["Johann Bernoulli", "Johann Bernoulli (Ba\u017cel, 27 ta' Lulju 1667 \u2013 Ba\u017cel, 1 ta' Jannar 1748; mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala \"Jean\") kien matematiku \u017bvizzeru u wie\u0127ed mill-aktar matemati\u010bi prominenti fil-familja Bernoulli.", "Hu mag\u0127ruf g\u0127all-kontribuzzjonijiet tieg\u0127u fil-kalkulu infinite\u017cmali u g\u0127allem lil Leonhard Euler f'\u017cg\u0127o\u017citu.", "Johann twieled f'Ba\u017cel, l-I\u017cvizzera, u beda jistudja l-medi\u010bina fl-Universit\u00e0 ta' Ba\u017cel.", "Missieru xtaqu jistudja l-kummer\u010b biex ikun jista' jie\u0127u f'idejh in-negozju tal-\u0127wawar li kellha l-familja, i\u017cda 'l Johann Bernoulli ma kienx jog\u0127\u0121bu l-kummer\u010b u kkonvin\u010ba 'l missieru li j\u0127allih jistudja l-medi\u010bina minflok.", "Madankollu, 'il Johann Bernoulli lanqas il-medi\u010bina ma g\u0127o\u0121bitu u beda jistudja l-matematika fil-\u0127in liberu ma' \u0127uh il-kbir Jacob.", "Matul l-edukazzjoni ta' Johann Bernoulli fl-Universit\u00e0 ta' Ba\u017cel l-a\u0127wa Bernoulli kienu ja\u0127dmu flimkien u jqattg\u0127u \u0127afna mill-\u0127in tag\u0127hom jistudjaw l-iskoperta l-\u0121dida tal-kalkulu infinite\u017cmali.", "Dawn kienu fost l-ewwel matemati\u010bi li mhux biss studjaw u fehmu l-kalkulu i\u017cda applikawh g\u0127al bosta problemi.", "Wara li \u0127a l-lawrja mill-Universit\u00e0 ta' Ba\u017cel Johann Bernoulli telaq minn hemm biex jg\u0127allem l-ekwazzjonijiet differenzjali.", "Aktar tard, fl-1694, Johann Bernoulli i\u017c\u017cewwe\u0121 lil Dorothea Falkner u ftit wara a\u010b\u010betta il-po\u017cizzjoni ta' professur tal-matematika fl-Universit\u00e0 ta' Groningen.", "Fuq talba ta' \u0127atnu Johann Bernoulli, fl-1705, Johann Bernoulli telaq lura lejn Basel.", "Meta kien g\u0127adu kif telaq sar jaf bil-mewt ta \u0127uh bit-tuberkulo\u017ci.", "Johann Bernoulli kien bi \u0127siebu jsir professur tal-Grieg fl-Universit\u00e0 ta' Basel meta jmur lura, imma minflok seta' jiehu post \u0127uh b\u0127ala professur tal-matematika.", "B\u0127ala student tal-kalkulu ta' Leibniz, Johann Bernoulli kien i\u017comm mieg\u0127u fl-1713 fil-kontroversja bejnu u Isaac Newton dwar minn kien jixraqlu l-i\u017cjed mertu g\u0127all-iskoperta tal-kalkulu.", "Johann Bernoulli iddefenda lil Leibniz billi wera li hu kien solva \u010berti problemi bil-metodi tieg\u0127u li Newton ma kienx irnexxielu jsolvi.", "Per\u00f2, min\u0127abba l-oppo\u017cizzjoni tieg\u0127u g\u0127al Newton u l-istudju li g\u0127amel ta\u0127t is-segwa\u010bi ta' Descartes, Johann Bernoulli ppromwova wkoll it-Teorija tal-Vorti\u010bi ta' Descartes kontra t-Teorija tal-Gravit\u00e0 ta' Newton li dawmet l-a\u010b\u010bettazzjoni tat-teorija ta' Newton fl-Ewropa kontinentali .", "Fl-1724 da\u0127al f'kompetizzjoni ta\u0127t il-patro\u010binju tal-Acad\u00e9mie Royale des Sciences ta' Franza, li pproponiet il-mistoqsija:", "Fid-difi\u017ca tal-opinjoni li kien i\u0127addan Leibniz, ippropona l-e\u017cistenza ta' forza esterna infinita me\u0127tie\u0121a biex il-korp tag\u0127mlu elastiku billi teg\u0127leb il-forza interna infinita li tag\u0127mlu iebes.", "Min\u0127abba dan \u0121ie skwalifikat mill-premju, li ntreba\u0127 minn Maclaurin.", "Madankollu, l-artiklu ta' Bernoulli \u0121ie a\u010b\u010bettat wara. fl-1726 meta l-Acad\u00e9mie kkunsidrat dokumenti dwar il-korpi elasti\u010bi, li g\u0127alihom il-premju ng\u0127ata lil Mazi\u00e8re.", "Bernoulli isemma bl-unur fi\u017c-\u017cew\u0121 kompetizzjonijiet.", "G\u0127alkemm Jakob u Johann kien ja\u0127dmu flimkien qabel Johann \u0127a l-lawrja mill-Universit\u00e0 ta' Basel, ftit wara da\u0127let l-g\u0127ira u l-pika bejniethom.", "Johann kien jg\u0127ir g\u0127all-po\u017cizzjoni ta' Jakob u t-tnejn spiss ippruvaw jg\u0127addu l-xulxin.", "Wara l-mewt ta' Jakob, l-g\u0127ira ta' Johann daret fuq ibnu stess, Daniel, li kellu talent kbir.", "Fl-1738 il-missier u ibnu ippubblikaw kwa\u017ci fl-istess \u0127in xog\u0127lijiet separati dwar l-idrodinamika.", "Johann Bernoulli ipprova jie\u0127u priorit\u00e0 fuq ibnu billi apposta ni\u017c\u017cel id-data ta' sentejn qabel ta' ibnu fuq ix-xog\u0127ol tieg\u0127u.", "Fl-1691 Johann Bernoulli g\u0127al darb'o\u0127ra sa\u0127\u0127an il-pika bejnu u \u0127uh meta solva l-problema tal-katenarja proposta minn Jakob.", "Fl-1696 Johann Bernoulli ppropona l-problema tal-brakistokrona, minkejja li l-problema kien di\u0121\u00e0 solviha hu stess.", "Fi \u017cmien sentejn ir\u010bieva \u0127ames soluzzjonijiet li fosthom kien hemm wa\u0127da minn \u0127uh il-kbir, Jakob.", "Bernoulli ppropona wkoll magna ta' moviment perpetwu ta\u0127dem bl-ener\u0121ija tal-fluwidu.", "Bernoulli kien imqabbad minn Guillaume Fran\u00e7ois Antoine de L'H\u00f4pital biex jg\u0127allmu l-matematika.", "Bernoulli u L'H\u00f4pital ffirmaw kuntratt li ta 'l L'H\u00f4pital id-dritt li ju\u017ca l-iskoperti ta' Bernoulli kif jog\u0127\u0121bu.", "L'H\u00f4pital kien l-awtur l-ewwel manwal tal-kalkulu infinite\u017cmali, \"Analyse des Infiniment Petits pour l'Intelligence des Lignes Courbes\", li prin\u010bipalment kien jikkonsisti fix-xog\u0127ol ta' Bernoulli, inklu\u017ca dik li issa hi mag\u0127rufa b\u0127ala r-Regola ta' L'H\u00f4pital. ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15834", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15834", "title": "Familja Bernoulli", "text": ["Familja Bernoulli", "Il-familja Bernoulli kienet familja ta' negozjanti u studju\u017ci minn Ba\u017cel, fl-I\u017cvizzera.", "Il-fundatur tal-familja, Leon Bernoulli, emigra lejn Ba\u017cel minn Antwerp fil-Fjandri fis-seklu 16 biex ja\u0127rab l-oppressjoni Spanjola.", "Il-familja Bernoulli ipprodu\u010biet artisti u xjenzati notevoli, b'mod partikulari numru ta' matemati\u010bi famu\u017ci fis-seklu 18:", "Metodi u ideat asso\u010bjati mal-membri tal-familja:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15835", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15835", "title": "Milied", "text": ["Milied", "Il-Milied hija festa vaganza \u010b\u010belebrata l-iktar fil-25 ta' Di\u010bembru biex tfakkar it-twelid ta' \u0120es\u00f9, il-figura \u010bentrali tal-Kristjanit\u00e0.", "Mhuwiex mag\u0127ruf jekk din il-\u0121urnata hix tassew il-\u0121urnata tat-twelid ta' \u0120es\u00f9 imma jista' jkun li \u0127adet post il-festa qadima tas-solistizju tax-xitwa fil-kalendarju antik Ruman.", "Minkejja li l-Milied hija predominantement festa Nisranija, din ti\u0121i \u010b\u010belebrata minn \u0127afna nies li mhumiex ta' twemmin Nisrani.", "Fost id-drawwiet popolari marbuta mal-Milied insibu l-g\u0127oti tar-rigali, il-Father Christmas, il-mu\u017cika u l-g\u0127anjiet tal-Milied, kartolini b'xewqat, \u010belebrazzjonijiet reli\u0121ju\u017ci b\u0127all-quddies ta' nofs il-lejl, ikel spe\u010bjali, u dekorazzjonijiet varji b\u0127as-si\u0121ra tal-Milied, dwal, girlandi, \"mistletoes\", presepji, u l-\"holly\".", "L-g\u0127oti tar-rigali u \u017c-\u017cieda fl-attivit\u00e0 ekonomika g\u0127amel minn dan i\u017c-\u017cmien \u017cmien importanti g\u0127al tal-\u0127wienet u n-negozjanti.", "L-impatt ekonomiku tal-Milied kiber \u0127afna f'dawn l-a\u0127\u0127ar sekli f'\u0127afna partijiet tad-dinja.", "L-isem s\u0127i\u0127 tal-festa bil-Malti huwa l-\"Milied ta' \u0120es\u00f9\", g\u0127ax il-kelma \"milied\" tfisser sempli\u010biment twelid, u hija nom mimmat mill-verb \"wiled\".", "Wara l-Evan\u0121elji, l-aktar xhieda antika dwar il-post tat-twelid ta' \u0120es\u00f9, hi dik ta' \u0120ustinu, isqof u martri (lejn it-tieni parti tat-2 seklu).", "Ori\u0121inarjament hu kien minn Flavia Neapoli (illum Nablus) tal-Palestina.", "\u0120ustinu jikteb, \"fil-mument tat-twelid tat-tarbija f'Betle\u0127em, min\u0127abba li ma nstabx post fejn joqog\u0127du fir-ra\u0127al, \u0120u\u017ceppi waqaf \u0127dejn grotta vi\u010bin i\u017c-\u017cona abitata, u kif kienu jinsabu hemm Marija welldet lil Kristu u qeg\u0127ditu f'maxtura, fejn ukoll il-Ma\u0121i li \u0121ew mill-G\u0127arabja sabuh.\"", "Il-grotta msemmija b\u0127ala l-post ta' abitazzjoni hi mag\u0127rufa mit-tradizzjonijiet \u0127ajjin tal-lokal, xhieda ta' dan, il-Van\u0121elu Apokrifu ta' \u0120akbu (3 seklu), kif ukoll Ori\u0121ene (3 seklu).", "Dan kollu hu l-ba\u017ci tal-istorja su\u010b\u010bessiva tas-santwarju ta' Betlem.", "Din l-istess grotta \u0121iet imdawra mill-Imperatur Kostantinu, kif ukoll minn ommu Elena b'bini mill-isba\u0127 sa mhux aktar tard mis-sena 325 W.K. Dan jistqarru l-istoriku Ewsebju ta' \u010aesarija, kontemporanju tal-fatti miktuba.", "Fis-sena 386, San \u0120ilormu stabilixxa ru\u0127u biswit il-ba\u017cilika, flimkien man-nobbli Rumana Paola u dixxipli o\u0127rajn.", "Kienu jg\u0127ixu \u0127ajja monastika, iddedikati g\u0127all-istudju tal-Bibbja u fil-\u0127olqien tal-famu\u017ca ver\u017cjoni latina ta' l-iskrittura (il-Vulgata), li imbag\u0127ad saret il-Bibbja ufficjali fil-Knisja tal-Punent.", "Il-Ba\u017cilika tar-raba' seklu \u0121iet mibdula mill-imperatur \u0120ustinjanu fis-6 seklu g\u0127al wa\u0127da ta' dimensjoni akbar, li hi dik li nsibu llum.", "Fil-perjodu tal-Kru\u010bjati (12-il seklu), il-\u0127itan \u0121ew im\u017cejna b'mu\u017cajk prezzju\u017c miksi bid-deheb u bil-madreperla.", "Sal-lum wie\u0127ed jista' jara frammenti s\u0127a\u0127 bix-xeni tal-\u0120did Testment (fit-transett, b'iskrizzjonijiet Latini) u rappre\u017centazzjonijiet simboli\u010bi tal-kon\u010bilji ekumeni\u010bi (fin-navati, b'iskrizzjonijiet Griegi).", "Fuq il-kolonni tan-navi, issib sensiela ta' medaljuni li juru l-antenati ta' \u0120es\u00f9 (bil-lingwa latina).", "L-iskavi li saru fis-snin 1934-35, mill-gvern mandatorju Ingli\u017c, \u0121abu fid-dawl diversi fdalijiet tal-paviment mu\u017cajkat tal-Ba\u017cilika Kostantinjana.", "\u0126afna minnu huwa vi\u017cibbli fin-navata, kif ukoll (kappellun tax-xellug) fit-transett tal-Ba\u017cilika.", "Il-Fran\u0121iskani, li ilhom jg\u0127ammru f'Betle\u0127em mill-1347, g\u0127andhom ma\u0121enb il-Ba\u017cilika tan-Nativit\u00e0 l-kunvent u l-Knisja ddedikata lil martri qaddisa Santa Katerina.", "Il-Knisja ilha te\u017cisti sa mis-seklu 12, u gradwalment \u0121iet imkabbra.", "Prin\u010bipalment isservi g\u0127all-b\u017connijiet tal-komunita' kattolika tar-rit Latin, u minna wie\u0127ed jista' jin\u017cel g\u0127all-grotta ta' San \u0120ilormu.", "L-ewwel indikazzjoni ta' festa tal-Milied insibuha f'Ruma fil-Kalendarju ta' Philocalus tas-sena 354, li jg\u0127id li fil-25 ta' Di\u010bembru, \"VII kalendas Ianuarii, natus est Christus in Betlehem Iudeae\".", "Jista' jkun li ntag\u0127\u017cel il-25 ta' Di\u010bembru biex titwarrab il-festa pagana tax-xemx bi Kristu, li l-mi\u0121ja tieg\u0127u hi \"b\u0127a\u017c-\u017cjara tax-xemx tielg\u0127a li dawwal il-dawk li jinsabu fid-dlamijiet u dell il-mewt u tmexxi l-passi tag\u0127na fit-triq tas-sliem\" (Luqa 1, 78-79).", "Fil-bidu, il-festa tal-Milied fil-Punent kienet tinkludi t-tfulija ta' \u0120es\u00f9, i\u017c-\u017cjara tal-Ma\u0121i u l-istra\u0121i tal-inno\u010benti.", "Fil-Lvant, i\u017cda, u fi Franza, li mxiet fuq il-Lvant, sal-bidu tar-raba' seklu, insibu biss il-festa tal-Epifanija bl-enfasi fuq it-teofanija, ji\u0121ifieri, l-manifestazzjoni ta' \u0120es\u00f9 b\u0127ala Alla mag\u0127mul bniedem.", "Kien lejn tmiem ir-raba' seklu li fil-Punent (fl-Italja, Spanja u l-Afrika ta' Fuq) il-festa tal-Epifanija \u0121iet mifruda minn dik tal-Milied li, sadanittant, \u0121iet ukoll introdotta fil-Lvant.", "Dan minkejja li l-festa tal-Epifanija, hawnhekk, baqg\u0127et ting\u0127ata iktar importanza.", "Minkejja dan, il-Milied, skont kif jikteb Santu Wistin, kien g\u0127adu memorja, tifkira, mhux b\u0127all-festa tal-G\u0127id li kienet ikkunsidrata b\u0127ala \"sacramentum\", ji\u0121ifieri, sinjal tan\u0121ibbli ta' realtajiet intan\u0121ibbli.", "Kien lejn tmiem it-tmien seklu li l-Papa Ljun ikkunsidra l-festa tal-Milied b\u0127ala \"sacramentum\".", "Lejn tmiem ir-raba' seklu kienet di\u0121\u00e0 ssir il-quddiesa tal-V\u0121ili, waqt li fil-\u0127ames seklu kienet issir ukoll il-quddiesa ta' nofs il-lejl fil-Ba\u017cilika ta' Santa Maria Maggiore kif kien qed isir f'Betlehem.", "Iktar tard, fis-seklu sitta, insibu l-Papa jqaddes quddiesa mas-seb\u0127 f'Sant'Anastasja u quddiesa o\u0127ra matul il-jum f'San Pietru.", "Din l-a\u0127\u0127ar quddiesa mit-tnax-il seklu 'l quddiem bdiet issir f'Santa Maria Maggiore.", "Mas-seklu g\u0127axra dawn it-tliet quddisiet bdew isiru fil-knejjes kollha tal-Punent fejn fl-ewwel quddiesa jit\u0127abbar il-messa\u0121\u0121 tat-twelid ta' \u0120es\u00f9, it-tieni quddiesa t\u0127abbar il-qima li ting\u0127atalu mir-rg\u0127ajja, waqt li t-tielet t\u0127abbar li t-tarbija ta' Betlehem hija l-Verb mag\u0127mul bniedem.", "Tmint ijiem fuq il-Milied, sa min qabel is-sitt seklu kien iddedikat lill-Madonna.", "Iktar tard \u0121ie ddedikat li\u010b-\u010birkon\u010bi\u017cjoni ta' \u0120es\u00f9, filwaqt li bir-riforma tal-Kon\u010bilju Vatikan II l-1 ta' Jannar huwa ddedikat kemm lill-Maternit\u00e0 Divina tal-Madonna, li\u010b-\u010birkon\u010bi\u017cjoni, u 'l-isem ta' \u0120es\u00f9, kif ukoll lill-Pa\u010bi.", "Minn tmiem ir-raba' seklu, fl-Ottava tal-Milied nsibu l-festi ta' San Stiefnu, San \u0120wann l-Evan\u0121elista u l-Qaddisin Martri Inno\u010benti.", "Iktar tard insibu wkoll il-festi ta' San Silvestru papa, San \u0120akbu u San Tumas ta' Canterbury.", "Fil-Lvant, fl-ewwel \u0126add fuq il-Milied, insibu l-festa ta' Marja u San \u0120u\u017cepp, li 'l-Kon\u010bilju Vatikan II ddedikah lis-Sagra Familja.", "Bir-riforma tal-Kon\u010bilju Vatikan II \u017cmien il-Milied jag\u0127laq bil-mag\u0127mudija tal-Mulej li ti\u0121i \u0126add fuq l-Epifanija fejn insibu s-sej\u0127a tal-\u0121nus g\u0127as-salvazzjoni waqt li mistednin jag\u0127tu qima lill-Mulej.", "Il-festa tal-mag\u0127mudija tal-Mulej hija estensjoni tal-Epifanija jew, a\u0127jar, epifanija o\u0127ra g\u0127ax, fi kliem San Pawl, bid-dehra tal-qawwa ta' Alla fostna a\u0127na l-bnedmin ksibna twelid \u0121did u ti\u0121did fl-Ispirtu s-Santu.", "B\u0127alma l-festi tal-G\u0127id \u0121ew esti\u017ci f'\u010biklu li jwassalna kemm sal-Pentekoste u kemm fi\u017c-\u017cmien tar-Randan b\u0127ala preparazzjoni g\u0127alihom, hekk ukoll il-festi tal-Milied narawhom esti\u017ci f'\u010biklu li jag\u0127laq bil-Mag\u0127mudija tal-Mulej u jinkludi wkoll \u017cmien ta' preparazzjoni g\u0127alihom, i\u017c-\u017cmien tal-Avvent.", "Ma nafux il-\u0121urnata, ix-xahar u s-sena meta twieled \u0120es\u00f9.", "Il-Kalendarju Gregorjan li d-dinja tal-Punent tu\u017ca biex tkejjel i\u017c-\u017cmien, bis-sena kurrenti tissejja\u0127 2010 wara Kristu, suppost tg\u0127odd i\u017c-\u017cmien mit-twelid ta' Kristu i\u017cda \u010bertu Dijonisju l-Qasir, patri tas-sitt seklu \u0127a \u017cball fil-kalkulazzjoni tieg\u0127u ta' madwar 4 jew 6 snin.", "Tul is-snin \u0121raw diversi avvenimenti marbutin mal-\u0121rajja tal-Milied.", "Fil-Milied tas-sena 800, Karlu Manju kien inkurunat l-ewwel Imperatur tal-Imperu Qaddis Ruman minn Papa Ljun III.", "Fil-Milied tal-1066, William the Conqueror kien inkurunat Re tal-Ingilterra f'Westminster Abbey.", "Fl-1643 \u0127aditha isimha Christmas Island, g\u017cira fl-O\u010bean Indjan li ntlem\u0127et nhar il-Milied ta' dik is-sena mill-Kaptan William Mynors tal-bastiment Royal Mary tal-kumpanija tal-vapuri East India.", "Fl-1914, matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, is-suldati \u0120ermani\u017ci u tal-Alleati riedu josservaw il-Milied u l-messa\u0121\u0121 ta' pa\u010bi tieg\u0127u billi waqfu mill-\u0121lied u sa\u0127ansitra g\u0127amlu ukoll log\u0127ba futbol bejniethom.", "Fil-Milied tal-1939 \"A Christmas Carol\" ta' Charles Dickens ixxandar g\u0127all-ewwel darba fuq ir-radju, CBS Radio.", "Betlem tal-lum, belt Palestinjana fix-Xatt tal-Punent, 8 km 'l isfel minn \u0120erusalemm, tkun im\u017cejna bi dwal u dekorazzjonijiet o\u0127ra biex jag\u0127tu dehra ta' fer\u0127 lil din il-belt li fiha twieled \u0120es\u00f9.", "\u0126afna huma l-pellegrini li j\u017curu din il-belt f'dawn il-granet.", "F'Lejlet il-Milied il-ftit Insara tal-post (fl-1947 kienu 75% tal-popolazzjoni, fl-1998 ni\u017clu g\u0127al 23%), li huma Palestinjani, u l-pellegrini kollha jiffullaw biex jaraw il-pur\u010bissjoni drammattizzata li ssir ta' kull sena.", "Diversi rikkieba fuq i\u017c-\u017cwiemel fosthom pulizija fuq \u017cwiemel ta' razza G\u0127arbija jift\u0127u l-parata.", "Warajhom jasal rikkieb wa\u0127du j\u0121orr is-salib.", "Wara jimxu s-sa\u010berdoti u l-politi\u010bi.", "Il-Pur\u010bissjoni tid\u0127ol solennement fil-Knisja tan-Nativit\u00e0 fil-Pjazza tal-Maxtura u titqieg\u0127ed xbieha antika ta' \u0120es\u00f9.", "Tara\u0121 g\u0127oli iwasslek f'g\u0127ar fejn wie\u0127ed isib kewkba tal-fidda li timmarka l-post fejn it-tradizzjoni tg\u0127id li twieled \u0120es\u00f9.", "Il-ftit djar tal-Insara ikunu mmarkati b'salib fuq il-bieb u kull dar ikollha presepju espost g\u0127all-qima.", "Kewkba kbira tittella' fuq arblu fil-Pjazza tal-Maxtura.", "Fil-qrib wie\u0127ed isib ukoll il-Grotta tal-\u0126alib fejn il-Familja Mqaddsa marret tista\u0127ba fil-\u0126arba lejn l-E\u0121ittu.", "Fil-Knisja ta' Betlem il-Milied ikun i\u010b\u010belebrat tliet darbiet: Il-Kattoli\u010bi ji\u010b\u010belebrawh fl-24 ta' Dicembru; il-knejjes Griegi Ortodossi, il-Kopti u s-Sirjani fis-6 ta' Jannar; u l-knisja Armenja fid-19 ta' Jannar.", "Meta tqabbilha ma' pajji\u017ci o\u0127ra Ewropej, Malta g\u0127adha ti\u010b\u010belebra Milied Nisrani, minkejja li diversi drawwiet barranin da\u0127lu ukoll.", "G\u0127al \u0127afna anzjani, nies ta' mezza et\u00e0 u tfal il-Milied g\u0127adu wie\u0127ed reli\u0121ju\u017c b'diversi attivitajiet reli\u0121ju\u017ci organizzati fl-iskejjel u mis-So\u010bjet\u00e0 tal-MUSEUM.", "Mhux l-istess jista' jing\u0127ad g\u0127all-\u0121enerazzjoni \u017cag\u0127\u017cug\u0127a g\u0127alkemm numru ta' \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 imorru l-Quddiesa ta' Nofs il-Lejl tal-Milied.", "Kienu d-Dumnikani tal-Belt Valletta li fi \u017cmien il-Kavallieri bdew jag\u0127mlu n-Novena, disat ijiem ta' t\u0127ejjija g\u0127all-Milied b'Quddiesa kantata kuljum.", "Wara \u0127afna \u017cmien bdiet fil-parro\u010b\u010bi mmexxija mil-Kleru Djo\u010besan.", "Illum \u0127afna parro\u010b\u010bi ji\u010b\u010belebraw in-novena fil-quddiesa ta' filg\u0127axija bis-sehem tat-tfal tad-duttrina u g\u0127aqdiet o\u0127ra.", "Il-qaddis Malti, San Gorg Preca, stinka \u0127afna biex tinxtered id-devozzjoni lejn il-misteru tal-Inkarnazzjoni.", "Sa mill-1920 \u0127a \u0127sieb li f'kull ra\u0127al u belt, lejlet il-Milied, ti\u0121i organizzata \"Dimostrazzjoni ad unur ta' \u0120es\u00f9 Bambin\", u\u017canza li da\u0127let sew fost id-drawwiet sbie\u0127 tal-Milied Malti.", "Ix-xewqa tieg\u0127u kienet li g\u0127all-Milied kull tifel u tifla li kienu jattendu l-M.U.S.E.U.M. jie\u0127du mag\u0127hom id-dar, grotta b'\u0120es\u00f9 Tarbija.", "Fl-1920, Dun \u0120or\u0121 kien \u0121abar lis-so\u010bji tal-M.U.S.E.U.M. tal-\u0126amrun biex jaqsam mag\u0127hom xewqa li kellu: li ssir dimostrazzjoni bil-Bambin tal-Milied fejn it-tfal u s-so\u010bji f'lejlet il-Milied jo\u0127or\u0121u mat-toroq tal-\u0126amrun jg\u0127ajtu l-a\u0127bar li \u0120es\u00f9 Bambin twieled g\u0127alina.", "Ix-xewqa tieg\u0127u kienet li dawn jo\u0127or\u0121u b\u0127al f'pur\u010bissjoni bix-xemg\u0127a f'idejn it-tfal u l-weraq tal-palm u \u017c-\u017cebbu\u0121, iduru mat-toroq kollha tal-\u0126amrun u jkantaw innijiet tal-Milied.", "Riedhom ukoll li jg\u0127idu lil xi r\u0121iel biex ji\u0121u jimxu mag\u0127hom.", "Kellhom b\u017conn Bambin, u dan issellfuh mill-Belt, mill-Knisja tal-Fran\u0121iskani.", "Minn dakinhar, il-pur\u010bissjoni bil-Bambin kibret u xterdet ma' Malta u G\u0127awdex u fl-artijiet l-o\u0127ra fejn hemm il-M.U.S.E.U.M.: l-Awstralja, il-Kenja, il-Per\u00f9, l-Ingilterra u l-Albanija.", "Il-qofol tal-pur\u010bissjoni hu bambin imdaqqas f'maxtura, bandalora bil-kliem Verbum Dei factum est, fanali tal-mantell biex jag\u0127tu d-dawl u fanali bl-arkett bi kliem relattiv mal-\u0121rajja tal-Milied.", "Matul il-pur\u010bissjoni x'aktarx li jitkantaw g\u0127anjiet tradizzjonali.", "L-istrumenti kienu, u g\u0127adhom jintu\u017caw f'xi n\u0127awi, accordion u vjolini.", "Il-Pur\u010bissjoni tal-Bambin issir f'madwar 66 lokalit\u00e0 f'Malta, fil-parti l-kbira lejlet il-Milied.", "F'xi postijiet, l-iktar fejn il-MUSEUM, minbarra l-Qasam prin\u010bipali, ikollu ferg\u0127a jew tnejn fejn isir it-tag\u0127lim, issir pur\u010bissjoni fit-23 ta' Di\u010bembru biex il-membri mill-ferg\u0127at differenti fl-istess lokalit\u00e0 jg\u0127inu lil xulxin billi l-pur\u010bissjoni titlob ftit xog\u0127ol mhux \u0127a\u017cin biex ti\u0121i organizzata.", "\"Il-Benniena ta' \u0120es\u00f9 Bambin\" jew, kif inhi mag\u0127rufa, in-'Ninni la Tibkix I\u017cjed', hija g\u0127anja mill-aktar mag\u0127rufa fost il-Maltin.", "Inkitbet fl-1846 mill-patri \u0120i\u017cwita Indri Schembri.", "Meta kitibha, dal-patri minn \u0126al Luqa kien f'Al\u0121eri u kitibha g\u0127al dawk il-Maltin li kienu emigraw lejn Tune\u017c.", "Saret popolari mindu bdiet titkanta fil-pur\u010bissjonijiet tal-Milied.", "Ta' min jg\u0127id li n-'Ninni' anke nqalbet bit-Taljan u titkanta fl-Italja.", "\"Ninni la tibkix i\u017cjed", "ninni \u0120es\u00f9 Bambin", "\u0126allih g\u0127alina l-biki", "g\u0127ax a\u0127na midinbin.\"", "Taqbila popolari \u0127afna tat-tfal li saret g\u0127anja.", "\"Ninu Ninu tal-Milied, Ommu g\u0127amlet il-qag\u0127qiet.", "Il-qag\u0127qiet tal-qastanija, Santu Rokku bit-ti\u0121rija.", "G\u0127addew il-Festi kollha,", "Baqa' biss Santa Marija.\"", "G\u0127anja fuq melodija Maltija miktuba minn \u0120.Mallia \"O \u0120es\u00f9 \u0127elwa tarbija", "Ejja twieled \u0121ewwa fija", "\u0120es\u00f9 tfajjel, frott l-im\u0127abba", "Twieled f'qalbi, mieg\u0127i trabba.\"", "L-eqdem presepju f'Malta kien in\u0127adem fil-kunvent tal-patrijiet Dumnikani fir-Rabat fl-1617.", "Fil-monasteru tas-sorijiet Benedittini fl-Imdina g\u0127adna nistg\u0127u naraw presepju li sar fl-1826.", "F'dan l-istess \u017cmien in\u0127adem l-ewwel presepju mekkanizzat f'Malta.", "Sar minn Antonio Muscat Fenech f'\u0126al Qormi, u kien jit\u0127addem bit-taqtir tal-ilma.", "L-istil tal-presepju Malti ori[ina mill-istil Sqalli i\u017cda matul i\u017c-\u017cmien inbidel.", "Fil-bidu l-pasturi kienu tat-tafal u mlibbsin id-drapp waqt li l-presepju nnifsu kien tal-gagazza jew tal-\u0121ebel.", "Illum jintu\u017caw pasturi mag\u0127mulin mill-plastik u huma artisti\u010bi \u0127afna.", "Il-presepji mag\u0127mulin bil-karta pesta huma tant realisti\u010bi u apprezzati.", "Fi \u017cmien l-Ingli\u017ci, il-presepji minbarra l-kartapesta bdiet tintu\u017ca il-gagazza, fa\u0127am ma\u0127ruq u materjal ie\u0127or.", "Il-pasturi, minbarra l-Bambin, Marija u San \u0120u\u017cepp kien ikun hemm \u0127afna o\u0127rajn li jirrappre\u017centaw il-\u0127ajja Maltija spe\u010bjalment tal-ir\u0127ula.", "Fost il-persuna\u0121\u0121i kienu jda\u0127\u0127lu: l-g\u0127annej, in-nissie\u0121, il-bidwi, ta\u017c-\u017caqq, tat-tanbur, ta\u017c-\u017cav\u017cava, is-sajjied, l-img\u0127a\u0121\u0121eb, tal-forn, ir-rieqed u o\u0127rajn mill-\u0127ajja maltija.", "F'dak i\u017c-\u017cmien da\u0127lu pasturi mag\u0127mula mit-tafal u anke tax-xemg\u0127a; f'dawn l-a\u0127\u0127ar snin da\u0127lu tal-plastika u materjal ie\u0127or.", "B\u0127ala devot kbir tal-Misteru tal-Inkarnazzjoni Dun \u0120or\u0121 Preca kellu m\u0127abba kbira lejn il-presepju.", "Kull Milied huwa kien jarma f'kamartu presepju mdaqqas biex jimmedita quddiemu.", "Dun \u0120or\u0121 anki ried li, permezz tat-tfal li jattendu l-Oqsma tal-Museum, ida\u0127\u0127al id-drawwa tal-Presepju fost \u0127afna familji Maltin g\u0127ax kien irid li s-so\u010bji tieg\u0127u jag\u0127tu lit-tfal kollha qrib il-Milied presepju jew grotta bil-Bambin.", "Illum il-presepju huwa tant popolari f'Malta li anke jsiru kompetizzjonijiet g\u0127all-isba\u0127 presepji.", "L-G\u0127aqda \u0127bieb tal-Presepju tara li din id-drawwa tal-presepju tkompli tfakkarna fit-twelid ta' \u0120es\u00f9.", "Din id-drawwa bdiet fis-seklu 19.", "Fl-1883 it-tfajjel, \u0120or\u0121 Sapiano, kien g\u0127amel il-prietka tal-Milied fil-knisja parrokkjali ta' \u0126al Luqa.", "Fl-img\u0127oddi, it-tifel kien jo\u0127ro\u0121 minn wara l-altar il-ma\u0121\u0121ur jew mis-sagristija akkumpanjat minn \u017cew\u0121 abbatini.", "Kien isellem is-sagrament u li\u010b-\u010belebrant u wara jitla' fuq il-pulptu.", "L-abbatini ikollhom gandlier bix-xemg\u0127a tixg\u0127el.", "Meta jitla' fuq il-pulptu minn wara jitla' min g\u0127allem il-priedka u joqg\u0127od fuq it-tarag biex jekk dan it-tifel jinsa xi \u0127a\u0121a jg\u0127idilu fil-pront.", "Meta t-tifel jasal fuq il-pulptu jsellem lil dawk pre\u017centi u jibda bil-kliem b'ilsien Latin.", "Dejjem l-istess fra\u017ci: Annuntio Vobis Gaudium Magnun, li tfisser 'Se nag\u0127tikom a\u0127bar ta' fer\u0127 kbir.'", "Ix-xju\u0127 tal-lokalit\u00e0 kienu jkunu fuq ix-xwiek biex jisimg\u0127u din il-priedka.", "Anke l-familjari tat-tifel ikollhom \u010bertu \u0127erqa g\u0127al din il-priedka.", "B\u0127al dejjem in-nies pre\u017centi mat-tmiem tal-priedka jkollhom kliem ta' tif\u0127ir b\u0127al 'prosit', 'kemm kellu jistudja miskin!', 'Alla jbierek ftakar kollox', 'kemm kien \u0127elu'.", "I\u017cda l-aktar \u0127a\u0121a li jg\u0127idu hi 'prosit'.", "Is-skiet jispi\u010b\u010ba u g\u0127al ftit in-nies tkun trid qisu waqfa mill-quddiesa biex tg\u0127id kelma.", "Hemm drawwa, g\u0127all inqas f'\u010bertu parro\u010b\u010bi, li wara l-priedka u l-quddiesa ta' nofs il-lejl it-tifel jissejja\u0127 mill-kappillan u ji\u0121i mog\u0127ti rigal spe\u010bjali.", "Nhar il-Milied filg\u0127odu, \u0127afna Maltin b\u0127al miljuni o\u0127ra madwar id-dinja, isegwu l-Barka Urbi et Orbi li l-Papa jag\u0127ti lin-nazzjonijiet kollha.", "Din il-barka bdiet ti\u0121bed iktar interess mill-Milied tal-1980 'l hawn g\u0127ax minn dik is-sena l-Papa \u0120wanni Pawlu II beda jag\u0127ti l-awguri tieg\u0127u ukoll bl-ilsien Malti.", "L-istazzjonijiet televi\u017civi ewlenin Maltin kollha jxandru dirett it-tra\u017cmissjoni tal-Barka minn Pjazza San Pietru fil-Vatikan.", "G\u0127all-Milied, il-familji Maltin jin\u0121abru u jippreparaw ikel ftit jew wisq differenti mis-soltu.", "Qabel, kien ikun hemm l-imqarrun il-forn, il-pastizzi u l-qassatat u l-qag\u0127aq tal-g\u0127asel.", "Popolari kienu ukoll il-qastan, l-imbuljuta (xarba mag\u0127mula mill-qastan), u l-ixkumvat (qisu spagetti moqli u miksi biz-zokkor).", "Illum l-iktar ikla popolari tal-Milied hija d-dundjan jew serduk il-forn u l-pudina tal-Milied.", "Ix-xarba tal-imbuljuta tista' tg\u0127id li hi xarba Maltija.", "Din kienet l-aktar ti\u0121i offruta wara l-quddies ta' nofs il-lejl, fejn il-familji kienu jirritornaw id-dar wara l-quddies u f'dak il-lelj ta' ksie\u0127 kienu jissa\u0127\u0127nu b'kikkra imbuljuta.", "Il-kokkodina, il-qastan, l-imsiefer tal-qronfol, iz-zokk tal-kannella u l-qoxra tal-mandolina huma l-ingredjenti prin\u010bipali.", "G\u0127aliex m'g\u0127andniex inda\u0127\u0127luha aktar f'okka\u017cjonijiet tal-Milied.", "Qeg\u0127din jidhru bosta avvi\u017ci g\u0127al diversi attivitajiet u meta tara dak offrut, l-imbuljuta ma ssibhiex; anzi ti\u0121i offrut xarbiet o\u0127rajn li tradizzjonalment ssibhom f'pajji\u017ci o\u0127rajn.", "L-ewwel presepju kien presepju \u0127aj.", "L-idea \u0121iet lil San Fran\u0121isk t'Assisi li ried iqajjem aktar id-devozzjoni lejn \u0120esu' mwieled tarbija u jfakkar lin-nies il-\u0121rajja tal-ewwel Milied.", "Dan g\u0127amlu fir-ra\u0127al ckejken ta' Greccio fl-1223.", "Sab stalla u ppreparaha u da\u0127\u0127al fiha baqra u \u0127mara.", "Imbag\u0127ad bdew \u0121ejjin il-patrijiet, ikantaw b\u0127alma kien qalilhom San Fran\u0121isk minn qabel.", "Wara \u0121ew in-nies i\u0121orru x-xemg\u0127at.", "U fi ftit \u0127in il-bosk fejn kienu mtela dawl u kant sabi\u0127 tal-Milied.", "Saret quddiesa sabi\u0127a u fiha San Fran\u0121isk qralhom l-episodju tat-twelid ta' \u0120es\u00f9.", "Imbag\u0127ad kellimhom fuq kif dan ir-re tar-rejiet twieled fqir u fuq kif Alla jsej\u0127ilna g\u0127all-im\u0127abba.", "L-istorja tg\u0127id li fil-maxtura vojta dehret tarbija tat-twelid b'mod mirakolu\u017c, u San Fran\u0121isk refag\u0127ha u wrieha lin-nies.", "Tradizzjoni sabi\u0127a imma li sfortunatament qieg\u0127da tintilef hija dik tal-\"Piferari\" li jin\u017clu mill-g\u0127oljiet tal-Abruzzo u Lazjo jdoqqu \u010b-\u010birimelli fil-pjazez quddiem xi xena tal-Milied, biex i\u0127abbru li \u017cmien il-fer\u0127 qieg\u0127ed fil-qrib.", "Kejk tradizzjonali tal-Milied Taljan huwa l-Panettone, kejk \u0127afif mimli frott u sultana.", "Dan it-tip ta' \u0127ob\u017c \u0127elu b'forma ta' koppla, b'g\u0127oli ta' madwar 15cm u \u0121eneralment ikun ji\u017cen kilo' ori\u0121ina f'Milan (bid-djalett Milanese jissejja\u0127 panaton) u huwa wie\u0127ed mis-simboli ta' din il-belt.", "Kmieni fis-seklu 20, \u017cew\u0121 furnara minn Milan bdew jipprodu\u010bu l-panet\u00adtone fi kwantitajiet kbar g\u0127all-bqija tal-Italja.", "Fl-1919, Angelo Motta \u0121ab rivoluzzjoni fil-panettone tradizzjonali billi tag\u0127ha l-forma li nafu llum kif ukoll \u0127alla l-g\u0127a\u0121ina tog\u0127la ghal tliet darbiet, jew kwa\u017ci 20 sieg\u0127a, qabel ma dan ji\u0121i msajjar.", "Il-Pandoro (pan d'oro) huwa \u0127ob\u017c \u0127elu, li \u0121ej minn Verona, f'forma ta' frustum bi stilla ta' tmien ponot.", "\u0126afna drabi jkollu l-icing sugar biex ikun jixbah il-q\u010ba\u010bet bis-sil\u0121 tal-Milied.", "\u0126elu ie\u0127or Taljan huwa t-Torrone li hu spe\u010bi ta' qubbajd artab mimli lew\u017c, g\u0127asel u zokkor.", "\"Tu Scendi Dalle Stelle\" hija l-iktar g\u0127anja mag\u0127rufa tal-Milied li \u0127ar\u0121et mill-Italja.", "Hija mag\u0127rufa wkoll Malta.", "Tradizzjonalment kienet tindaqq biz-\"zampogna\", i\u017c-\u017caqq jew \"bagpipe\" Taljana.", "Il-melodija u l-kliem huma ta' San Alfons Maria de Liguori, qassis Naplitan famu\u017c, fundatur tar-Redentoristi, li kitibha fl-1744, fil-Kunvent tal-Konsolazzjoni, f'Deliceto fil-provin\u010bja ta' Foggia fl-Italja t'Isfel.", "L-g\u0127anja tibda bil-kliem \"\u0126allejt O Alla s-sema\" o ori\u0121inarjament semmieha \"\"Quanne nascette Ninno\"\" (Meta twieldet it-tarbija).", "Hafna Finlandizi jiddeciedu li jmorru f'xi sauna lejlet il-Milied.", "Il-familji jingabru flimkien u joqoghdu jisimghu r-radju fejn tigi tra\u017cmessa 'Peace of Christmas'.", "Hafna jzuru c-cimiterji biex jittawlu lill-familjari mejtin.", "In-Norve\u0121ja huwa l-post tat-twelid taz-zokk popolari hafna matul il-Milied imsemmi 'Yule log'.", "Fl-antik kienu juzaw dan iz-zokk fic-celebrazzjoni tar-ritorn tax-xemx fis-solstizju tax-xitwa.", "Il-kelma 'Yule' gejja mill-kelma Norvegiza 'hweol', li tfisser 'rota'.", "In-Norvegizi kienu jemmnu li x-xemx kienet rota kbira ta' nar li kienet iddur lejn u 'l boghod mid-dinja.", "Qatt hsibt ghalfejn il-fireplace jidher hafna bhala c-centru ta' xi xena tal-Milied?", "Din it-tradizzjoni tmur lura ghall-Yule log Norvegiz.", "Probabbilment huwa responsabbli ukoll ghall-popolarit\u00e0 tal-gobon, kejkijiet, u dezerti forma ta' zokk matul dawn il-festi.", "Id-dekorazzjonijiet mas-si\u0121ar mag\u0127rufa b\u0127ala 'evergreen' minn dejjem kienu parti mit-tradizzjoni tas-solstizju tax-xitwa fil-\u0120ermanja.", "Is-si\u0121ar tal-Milied li ssib im\u017cejnin f'dan i\u017c-\u017cmien tas-sena jvarjaw minn si\u0121ar tal-prinjol fil-pajji\u017ci tas-sil\u0121 sa si\u0121ar tal-palm fil-pajji\u017ci tas-s\u0127ana.", "Din it-tradizzjoni bdiet \u0127afna sekli ilu fil-\u0120ermanja.", "Is-si\u0121ra tal-Milied hi wa\u0127da mill-aktar drawwiet popolari tal-Milied.", "Illum, fl-Istati Uniti biss, kull sena jinxtraw u ji\u017c\u017cejnu bejn 35 u 40 miljun sigra hajja.", "Fil-\u0120ermanja, fit-tmien seklu wara Kristu, proprju lejlet il-Milied, il-patri missjunarju Ingli\u017c San Bonifa\u010bju sejja\u0127 madwaru lil dawk in-nies li kienu tg\u0127ammdu u kkonvertew.", "Talabhom biex f'din il-\u0121urnata spe\u010bjali, lejlet it-twelid ta' \u0120esu', jaqtg\u0127u is-si\u0121ra kbira tal-ballut li qabel ta\u0127tha kienu jag\u0127mlu s-sagrifi\u010b\u010bji umani lill-allat foloz.", "Dan kellhom jag\u0127mluh biex juru kemm vera saru jemmnu f'\u0120esu'.", "Waqt li s-si\u0121ra kienet nie\u017cla, inqasmet f'erbg\u0127a bi\u010b\u010biet u f'nofsha dehret tikber si\u0121ra \u017cg\u0127ira tal-prinjol.", "San Bonifa\u010bju \u0127ajjarhom jie\u0127du dik is-si\u0121ra b\u0127ala simbolu tat-twemmin \u0121did tag\u0127hom g\u0127ax kienet si\u0121ra li tipponta 'l fuq lejn is-sema u g\u0127ax t\u0127addar is-sena kollha, donnha simbolu tal-\u0127ajja ta' dejjem.", "Ukoll hija simbolu tal-qawwa g\u0127aliex minkejja l-maltemp u l-ksie\u0127 li ja\u0127kmu fuqha fix-xitwa, is-si\u0121ra tal-prinjol tibqa' tg\u0127ix u tikber.", "L-aktar taghrif storiku bikri li nsibu fuqha jmur lura ghall-1521 u jirreferi ghal sigra hajja li zzejnet (minghajr dwal) fir-regjun Germaniz ta' Alsace.", "Taghrif iehor isemmi kif fi Strasbourg fl-1605 in-nies fil-Milied qatghu sigar taz-znuber u zejnuhom b'ward tal-karti, tuffieh, ostji u helu.", "L-ewwel referenza ghal sigra tal-Milied imzejna bid-dawl tax-xemgha nsibuha fis-seklu 17.", "Minn nofs is-seklu 17 'il quddiem, is-sigra tal-Milied ziedet fil-popolarit\u00e0 bil-mod il-mod.", "Izda kien fil-bidu tas-seklu 19 li mill-Germanja nfirxet lejn pajjizi ohra.", "Hu mahsub li s-sigra tal-Milied giet introdotta fi Franza fl-1837, meta l-Principessa Helen ta' Mecklenburg hadet wahda f'Parigi wara li zzewget lid-Duka ta' Orleans.", "Fl-Ingilterra l-ewwel sigra fegget fl-1841, meta l-Princep Albert, ir-ragel tar-regina Vittorja, zejjen wahda fil-Kastell ta' Windsor.", "Kien f'dan iz-zmien li s-sigra dahlet ukoll f'Malta, li kienet kolonja Ingliza.", "Izda minn fejn giet l-idea li sigra tissimbolizza t-tifsira tal-Milied?", "Is-sigar li jhaddru matul is-sena kollha ilhom jissimbolizzaw it-twelid mill-gdid minn zminijiet imbieghda.", "F'diversi kulturi dawn is-sigar fid-djar, specjalment fi zmien is-solstizju tax-xitwa, kienu simbolu tal-hajja.", "Aktar tard, fiz-Zminijiet tan-Nofs, fl-Ewropa kienu jsiru recti fil-berah u fil-knejjes li wahda minnhom kienet dwar Adam u Eva, id-dnub li ghamlu u t-tkeccija taghhom mill-Gnien ta' l-Eden.", "F'din ir-recta l-uniku oggett fuq il-palk kienet sigra taz-znuber imzejna bit-tuffieh.", "Fis-seklu 15 il-Knisja pprojbiet dawn ir-recti izda n-nies tant kienu dwar is-sigra li bdew ipoggu wahda fid-dar taghhom fl-24 ta' Dicembru \u2013 il-jum li jfakkar lil Adam u Eva fil-Knisja tal-Lvant.", "Jidher li s-sigra tal-Milied li nuzaw illum gejja minn din id-drawwa.", "Is-sigra li kienet tfakkar lil Adam u Eva kienet tissimbolizza kemm sigra tad-dnub kif ukoll sigra tal-hajja.", "Ghal din ir-raguni, in-nies kienu jzejnuha bit-tuffieh, bhala sinjal tal-frott tad-dnub, u bl-ostji, bhala sinjal tal-hajja.", "Aktar tard zdied il-helu bhala tizjin fuq is-sigra.", "Kien fl-1848 li l-ewwel gazzetta Amerikana uriet stampa tas-sigra tal-Milied u t-tradizzjoni griet kwazi f'kull dar fi zmien ftit snin.", "Fost l-aktar g\u0127anjiet popolari \u0120ermani\u017ci nsibu 'O Lejl tas-Skiet', bil-\u0120ermani\u017c \"Stille Nacht, heilige Nacht\".", "Din l-g\u0127anja nkitbet l-ewwel f'forma ta' poe\u017cija minn Joseph Mohr, fl-1816.", "Joseph kien sa\u010berdot fil-knisja ta' Obendorf fl-Awstrija.", "Lejlet il-Milied, l-24 ta' Di\u010bembru ta' l-1818, Joseph ta din il-poe\u017cija lill-\u0127abib tieg\u0127u Franz Gruber, li kien l-organista tal-istess knisja u surmast ta' skola, biex jikkomponi l-mu\u017cika.", "Franz kiteb il-mu\u017cika g\u0127aliha fi ftit \u0127in u la\u0127aq lestieha biex tindaqq u titkanta fil-quddiesa ta' nofs il-lejl dakinhar stess.", "Dan il-kejk jaf il-bidu tieg\u0127u fl-1330 fi Dresden il-\u0120ermanja.", "Kellhom jg\u0127addu 100 sena biex infirxet il-popolarit\u00e0 tieg\u0127u u sar mag\u0127ruf b\u0127ala \"Christ's Christmas Bread\".", "Dan kien inbieg\u0127 fl-eqdem Suq tal-Milied fi Striezel il-\u0120ermanja, fejn g\u0127adek issibu sal-lum fis-swieq kollha tal-Milied fil-\u0120ermanja.", "Fl-1560 kienu \u0121ew ppre\u017centati \u017cew\u0121 kejkijiet Stollen lis-Sindku b'pi\u017c rekord ta' 18-il kilo.", "Per\u00f2 dan ir-rekord inkiser minn August the Powerful fejn fl-1730 ordna Stollen ta' 1.8 tu\u00adnellata g\u0127al okka\u017cjoni ta' 24,000 persuna.", "Fis-17-il seklu kien diffi\u010bli li tag\u0127mel dan il-kejk g\u0127ar-ra\u0121uni li l-Knisja Kattolika ibbanjat l-u\u017cu tal-\u0127alib u butir fil-kej\u00adkijiet.", "Kienu l-a\u0127wa Kurfurst li fl-1647 bag\u0127tu petizzjoni lill-Papa biex jikkonsidra din id-direttiva.", "Mal-petizzjoni, l-Papa r\u010bieva wkoll kejk Stollen b\u0127ala kumplament u t-talba intlaqg\u0127et bil-kundizzjoni li tit\u0127allas taxxa lill-Knisja mill-bejg\u0127 ta' dan il-kejk.", "L-ori\u0121inalit\u00e0 tieg\u0127u tibqa' fi Dresden u hemm biss 150 dul\u00ad\u010bier li\u010benzjati biex jipprodu\u010buh.", "Il-forma ori\u0121inarjament kienet tirrappre\u017centa tarbija fil-fisqija, i\u017cda bi\u017c-\u017cmien ipparagunaw il-forma ma' mina ta' miniera u kienu l-istess \u0127addiema li tawh l-isem Stollen.", "L-ewwel kartolina tal-Milied li qatt saret kien iddisinjaha l-pittur Ingli\u017c mag\u0127ruf John Callcott Horsley.", "Kien Sir Henry Cole li talbu jiddisinjalu kartolina f'Di\u010bembru ta' l-1843.", "Dak i\u017c-\u017cmien minflok kartolini kienu jibag\u0127tu ittri twal bl-awguri tal-Milied.", "I\u017cda Sir Henry ma tantx kellu \u010bans joqg\u0127od jikteb fit-tul min\u0127abba x-xog\u0127ol importanti li kellu ta' direttur.", "G\u0127alhekk talab lil Horsley jo\u0127loq kartolina b'messa\u0121\u0121 sempli\u010bi fuqha.", "Dan pin\u0121a familja qieg\u0127da tiekol l-ikla tal-Milied flimkien u s-sentenza sempli\u010bi: 'A Merry Christmas and a Happy New Year to You'.", "L-idea ntg\u0127o\u0121bot.", "Bdew jistampaw b\u0127alha fuq kartun 12.6 \u010bentimetri tul bi 8 \u010bentimetri wisa'.", "Il-kuluri kienu jin\u017cebg\u0127u bl-idejn.", "Dan kien fl-1843.", "Sa sitt snin wara, fl-1850, il-pro\u010bess tal-istampar kien tant \u017cviluppa li dawn il-kartolini setg\u0127u ji\u0121u stampati bl-ir\u0127is u bil-kulur, u saru popolari \u0127afna.", "Wara biss erbg\u0127in sena li n\u0127olqot l-ewwel kartolina tal-Milied, fl-Ingilterra tant kienu qed jibag\u0127tu kartolini li fl-1880 il-posta Ingli\u017ca \u0127ar\u0121et g\u0127all-ewwel darba l-avvi\u017c: 'Post early for Christmas'.", "Matul l-istess zmien, bdew isiru kartolini simili minn R.H. Pease, l-ewwel Amerikan li beda jaghmel il-kartolini, fl-Albanija, New York, u Louis Prang, Germaniz li emigra lejn l-Amerika fl-1850.", "It-Tewtoni\u010bi u \u010b-\u010aelti\u010bi kienu jqisu l-viskju b\u0127ala pjanta b'qawwiet ma\u0121i\u010bi, b\u0127ala kura g\u0127all-feriti u g\u0127all-fertilit\u00e0.", "I\u010b-\u010aelti\u010bi kienu jdendlu l-viskju fid-djar tag\u0127hom g\u0127ax-xorti tajba u biex ike\u010b\u010bu l-ispirti \u0127\u017ciena.", "Matul il-\u0121ranet tal-Milied fl-era Vittorjana, l-Ingli\u017ci kienu jdendlu z-zkuk tal-viskju mis-saqaf g\u0127al isfel u fl-entraturi.", "Tnejn min-nies li jinzertaw ta\u0127t il-viskju, riedu jbusu lil xulxin, im\u0121iba mhux daqstant komuni fis-so\u010bjet\u00e0 Vittorjana.", "Din it-tradizzjoni jista' jkun g\u0127andha ori\u0121ini Skandinava.", "Il-pudina tal-Milied hija ikla tradizzjonali Ingli\u017ca li tmur lura ghall-Medju Evu.", "Id-dqiq, iz-zokkor, i\u017c-\u017cbib, il-lew\u017c, xa\u0127am u l-\u0127wawar jitpo\u0121\u0121ew f'bi\u010b\u010ba drapp u jitg\u0127allew sakemm l-ingredjenti jintef\u0127u \u0127afna, u jikbru tant li jimlew id-drapp.", "Imbag\u0127ad tinfeta\u0127, u ti\u0121i mqatta' b\u0127al kejk, bil-krema fil-wi\u010b\u010b.Fil-Medjuevu din kienet mag\u0127rufa b\u0127ala mince pie u tisserva b\u0127ala ikla mag\u0127mula mil-la\u0127am tat-tjur u fniek.", "Wara bdiet ti\u0121i mag\u0127\u00admula minn ingredjenti imqatta' (minced), fosthom tuffie\u0127, \u010birasa, qxur tal-larin\u0121 u l-lumi, passolina, sultana, pruna, xorb u zokkor.", "Fl-1664 il-Puritani kienu jikkundannaw lil dawk il-Kattoli\u010bi meta jieklu din il-pudina, ghax kienu jqisuha b\u0127ala de\u017certa rikka u tqanqallek xewqa sesswali.", "Huwa rakkomandat li l-in\u00adgredjenti jit\u0127allew jimmarinaw fil-brandy jew cider g\u0127al \u017cmien twil biex to\u0127ro\u0121 aktar it-tog\u0127ma.", "Pudina li tissajjar 'steamed', tie\u0127u madwar tmien sig\u0127at biex issir.U\u017canzi antiki kienu ji\u0121u applikati billi l-pudina jkollha 13-il ingredjent li jirrappre\u017centaw lil \u0120es\u00f9 t-12-il appostlu.", "Kull membru tal-familja g\u0127andu, b'img\u0127arfa tal-injam, i\u0127awwad l-ingredjenti fl-iskutella fid-direzzjoni mil-lvant g\u0127all-Punent li tirrappre\u017centa t-triq li \u0127adu t-Tliet Slaten Ma\u0121i sa ma waslu fl-g\u0127ar ta' Betlem.", "Titbexxex bil-brandy u ting\u0127ata n-nar biex tfakkarna fil-passjoni ta' \u0120es\u00f9 u l-holly fuq il-pudina tirrappre\u017centa l-kuruna tax-xewk.", "Jitpo\u0121\u0121ew ukoll munita mat-ta\u0127lita g\u0127al xorti tajba.", "Dik il-persuna li tinzertalha l-munita fil-porzjon tag\u0127ha tgawdi sa\u0127\u0127a, kuntentizza u gwadann ta' flus.", "L-akbar pudina li qatt issajret kienet ti\u017cen 7,231 libbra mag\u0127mula f'Lancashire l-Ingilterra f'Lulju 1992.", "Il-Kejk tal-Milied (Christmas Cake) hu tip ta' kejk tal-frott li nsibu l-ori\u0121ini tieg\u0127u fl-Ingilterra u b\u0127al ikel u \u0127elu ie\u0127or, ma\u017c-\u017cmien \u0121ie introdott fl-Irlanda, l-Iskozja, il-pajji\u017ci kollha tal-Commonwealth fosthom Malta, kif ukoll fil-\u0120appun u l-Filippini.", "Dan il-kejk jista' jkun \u010bar, skur jew morbidu skont l-ingredjenti u l-metodu, forma baxxa, g\u0127olja, kwadra, tonda jew ovali, jinkesa bil-marzipan u \u0121elu u ddekorat b'disinji u simboli konnessi mal-Milied.", "Wie\u0127ed mill-favoriti fost il-\u0127afna hemm dak tradizzjonalment Sko\u010b\u010bi\u017c mag\u0127ruf b\u0127ala Whisky Dundee.", "L-isem ng\u0127ata proprju g\u0127all-belt ta' Dundee fejn ori\u0121ina u m'g\u0127andux jon\u00adqos li fost l-ingredjenti hemm il-whisky.", "Dan il-kejk hu morbidu u bi ftit passolina, \u017cbib, sultana u \u010birasa.", "Hu ideali g\u0127al dawk li ma j\u0127obbux kejk bi kwantit\u00e0 ta' frott.", "Anke fit-ta\u0127li\u00adta tal-kejk kienu okka\u017cjonalment jitpo\u0121\u0121ew muniti b\u0127al pudina tal-Milied.", "\u0120eneralment kienu muniti ta' tliet soldi tal-fidda jew sikxpens.", "Fil-\u0120appun, dan il-kejk jittiekel lejlet il-Milied.", "G\u0127all-kuntrarju dan jikkonsisti fi sponge kejk bil-whipped cream u dekorat bil-frawli u \u010bikkulata.", "Fil-Filippini, il-kejk tal-Milied huma sofor min\u0127abba l-ingredjenti w\u017cati mi\u017cjudin bil-lew\u017c.", "Il-kejk jixxarrab bil-brandy jew rum flimkien mal-\u0121ulep taz-zokkor.", "Jista' jintu\u017ca wkoll xi liquor.", "Dan il-kejk jibqa' frisk u jkun jista' jittiekel wara xhur.", "Il-\"Carol singing\" nistg\u0127u ng\u0127idu li beda fl-Ingilterra.", "Il-mu\u017ci\u010bisti kienu joqog\u0127du jduru minn ra\u0127al g\u0127al ie\u0127or u j\u017curu l-kastelli u d-djar tas-sinjuri.", "B\u0127ala ringrazzjament huma kienu jistennew li jing\u0127ataw il-flus jew ikla s\u0127una.", "Fost l-iktar g\u0127anjiet Ingli\u017ci mag\u0127rufin insibu \"Away in a manger, Deck the Halls, Ding Dong Merrily on High, The First Nowell, God rest ye Merry Gentleman, Good King Wenceslas, Hark the Herald Angels Sing, Jingle Bells, Joy to the World,\" u \"The Little Drummer Boy\".", "Fl-Istati Uniti u fl-Ingilterra, it-tfal idendlu l-kalzetta mas-sodda jew vicin il-fireplace lejlet il-Milied, u jistennew li timtela bil-helu filwaqt li jkunu reqdin.", "Fl-Iskandinavja, it-tfal ihallu z-zarbuna fuq il-fireplace bl-istess hsieb.", "Din it-tradizzjoni tmur lura ghal-leggendi fuq San Nikola.", "Wahda mil-leggendi tirrakonta l-istorja fuq tlett ibniet foqra li ma setghux jizzewgu ghaliex ma kellhomx flus.", "Biex ma jigux mibjugha minn missierhom, San Nikola halla l-muniti tad-deheb lil kull wahda minnhom.", "Wahda mill-muniti nizlet mic-cumnija ghal go zarbuna ta' wahda minnhom.", "Ohra giet f'tieqa u go par kalzetti li kienu mdendla vi- cin in-nar biex jinxfu.", "Fi Franza, il-Milied jissejjah 'Noel'.", "Din il-kelma gejja mill-frazi Franciza \"les bonnes nouvelles\", li tfisser 'l-ahbar it-tajba'.", "Popolari \u0127afna fi Franza dan il-\u0127elu li nxtered ukoll ma' pajji\u017ci o\u0127rajn.", "Mag\u0127ruf b\u0127ala Buche de Noel jirrappre\u017centa zokk ta' si\u0121ra fejn fl-img\u0127oddi kienu jin\u0127arqu zkuk kbar tas-si\u0121ar fil-lejl tal-Milied li kienu jirrappre\u017centaw il-komfort tas-s\u0127ana u dawl \u2013 simboli tat-twelid tal-Bambin.", "Din hi de\u017certa tradizzjonali g\u0127all-Milied.", "Mag\u0127\u00admula minn sponge safrani forma ta' zokk ta' si\u0121ra u hemm bosta varjazzjonijiet ta' g\u0127amla u dekorazzjoni.", "Miksija bi\u010b-\u010bikkulata u l-istess kisi mibrux b'furketta \u0127alli jag\u0127ti d-dehra tal-qoxra taz-zokk.", "Im\u00adferrex ukoll fuqha icing sugar g\u0127ad-dehra tas-snow u anke \u010birasa.", "Fil-Gre\u010bja, \u0127afna jemmnu fil-\"kallikantzeri\", \"goblins\" (\u0127lejjaq \u010bkejknin tal-\u0127rejjef) li suppost jikkaw\u017caw il-\u0127sara matul it-12-il \u0121urnata ta' qabel il-Milied.", "Hawnhekk normalment ir-rigali jing\u0127ataw fl-ewwel tas-sena.", "Fl-Awstralja, din il-festa tigi f'nofs is-sajf u hafna drabi t-temperatura f'certi partijiet fl-Awstralja titla' ghal aktar minn 100 \u00b0F f'jum il-Milied.", "Matul dan l-istagun shun u xemxi fl-Awstralja, huwa komuni hafna li n-nies imorru l-bahar u jaghmlu l-barbikjus.", "Ic-celebrazzjonijiet tradizzjonali f'jum il-Milied jinkludu festi tal-familja, rigali u#jew xi ikla shuna bis-serduk, majjal jew hut tal-bahar jew kif dig\u00e0 ghidna barbecues.", "L-Ukraini jippreparaw ikla kbira bi tnax-il platt.", "It-tifel i\u017c-\u017cg\u0127ir ta' kull familja joqg\u0127od fit-tieqa jittawwal biex jara l-istilla tal-Milied, sinjal li l-festa tista' tibda.", "L-iktar g\u0127anja tal-Milied Ukraina famu\u017ca hija \"Carol of the Bells\" miktuba mill-kompo\u017citur Ukrain Mykola Dmytrovych Leontovych, u ndaqqet g\u0127all-ewwel darba f'Di\u010bembru 1916 minn kor studenti tal-Universit\u00e0 ta' Kiev.", "\u0126afna mit-tradizzjonijiet tal-Milied fil-Kanada huma simili \u0127afna ta' dawk prattikati fl-Amerika.", "Fit-tramuntana tal-pajji\u017c, l-Eskimos ji\u010b\u010belebraw festa xitwija msej\u0127a sinck tuck, fejn isiru diversi festini bi\u017c-\u017cfin u jing\u0127ataw ir-rigali.", "Fil-Messiku, skulturi tal-\"paper mache\" msej\u0127a \"pinatas\" ji\u0121u mimlija bil-\u0127elu u muniti u ji\u0121u mdendla mis-saqaf.", "Imbag\u0127ad it-tfal, wie\u0127ed wara l-ie\u0127or jag\u0127tu daqqa lill-pinata sakemm tinkiser, u jin\u017clu xebg\u0127a \u0127elu u flus fl-art, u mbag\u0127ad it-tfal tarahom jin\u017clu ji\u0121ru fl-art biex ji\u0121bru kemm jifil\u0127u \u0127elu.", "Il-ponsjetta, li l-isem botaniku tag\u0127ha hu \"Euphorbia pulcherrima\" \u0121ejja mill-Messiku.", "Il-kelma pulcherrima tfisser l-i\u017cjed sabi\u0127a.", "Din kienet pjanta importanti g\u0127all-Azteki u kienu ju\u017cawha b\u0127ala medi\u010binali.", "Kienet importanti wkoll fi\u010b-\u010aili u l-Peru.", "Skont le\u0121\u0121enda Messikana tas-seklu 16, Pepita, kienet tifla \u010bkejkna Messikana, fqira \u0127afna tant li ma kellhiex flus biex tixtri rigal biex tie\u0127du l-Knisja b\u0127ala parti mi\u010b-\u010belebrazzjoni tat-twelid ta' \u0120es\u00f9.", "Fi triqitha lit-tifla dehrilha an\u0121lu li talabha ti\u0121bor ftit \u0127axix selva\u0121\u0121 mit-triq u tpo\u0121\u0121ih quddiem l-altar tal-knisja.", "It-tifla hekk g\u0127amlet u f'daqqa wa\u0127da minn fost i\u017c-\u017cbul beda jwarrad fjur \u0127amrani bellusi.", "Minn dak in-nhar il-Messikani bdew isej\u0127u lil dawn il-fjuri \"Flores de Noches Buena\" ji\u0121ifieri'Fjur tal-lejl Qaddis'.", "Fis-seklu 17 il-patrijiet Fran\u0121iskani tal-Messiku bdew ju\u017caw dawn il-pjanti fit-ti\u017cjin tal-Milied.", "Fl-1828, l-Ambaxxatur Amerikan g\u0127all-Messiku, Joel R. Poinsett, dilettant tal-botanika, \u0127a pjanta \u0127amra u \u0127adra mill-Messiku g\u0127all-Amerika.", "Min\u0127abba li l-kuluri tag\u0127ha dehru perfetti g\u0127al din il-festa \u0121dida, din il-pjanta, li ssemmiet ponsjetta g\u0127al Poinsett, bdiet tidher fis-serer mis-snin 1830.", "Fl-1870, il-\u0127wienet fi New York bdew ibig\u0127uhom ukoll matul il-Milied.", "Sas-sena 1900, saru simbolu universali ta' din il-festa.Il-popolarit\u00e0 ta' din il-pjanta kompliet tikber tant li fl-Istati Uniti bi\u017c-\u017cmien \u0127olqulha wkoll jum nazzjonali \u2013 it-12 ta' Di\u010bembru, jum il-mewt ta' Poinsett.", "L-aktar ikla tradizzjonali u komuni tibqa' dik tad-dundjan mimli u msajjar fil-forn, fejn hawn pajji\u017ci li jsajjruh biss g\u0127al \u017cmien il-Milied.", "\u0126elu li wkoll issibu mxerred f'bosta pajji\u017ci hu l-kejk tal-Milied, il-Pudina tal-Milied u l-gallettini tal-\u0121in\u0121er.", "Apparti t-tip ta' xorb li wie\u0127ed jikkonsma kuljum matul is-sena, huwa l-inbid s\u0127un (mulled wine) li jikkomplimenta \u0127afna g\u0127al dan i\u017c-\u017cmien ta' kes\u0127a.", "l-aktar ikla popolari g\u0127al \u017cmien il-Milied hu d-dundjan il-forn.", "Filwaqt li dan id-dixx jissajjar f'bosta pajji\u017ci madwar id-dinja, dan jaf il-bidu tieg\u0127u fl-Amerika.", "Kien meqjus b\u0127ala tajra selva\u0121\u0121a u tg\u0127ix fil-konfini bejn l-Amerika u l-Messiku.", "Bi\u017c-\u017cmien dan l-ispe\u010bi \u0127a post il-wizz, li kien dixx popolari \u0127afna fl-Amerika.", "Id-dundjan jissajjar fil-forn u b\u0127al tjur o\u0127rajn id-dundjan kien u g\u0127adu jimtela b'bosta ikel ie\u00ad\u0127or b\u0127al \u0127ob\u017c, \u0127wawar, \u010banga mqatta', qastan, qara bag\u0127li e\u010b\u010b. Kien fl-1523 meta din it-tajra waslet fl-Ewropa, proprju fi Spanja minn xi vja\u0121\u0121aturi.", "Minn hemm imbag\u0127ad dan id-dixx specjali tal-Milied inxtered ma' bosta pajji\u017ci o\u0127rajn Ewropej u l-ikla tad-dundjan hi sinonima mal-ikliet tal-Milied.", "Hemm pajji\u017ci fejn i\u017com\u00admu t-tradizzjonijiet tag\u0127hom.", "E\u017cempju \u017cg\u0127ir hu l-Portugall.", "Dan il-pajji\u017c hu rinomat g\u0127all-platti varji fir-ri\u010betti tal-bakkal\u00adjaw.", "Fil-fatt jg\u0127idu li g\u0127andhom 365 ri\u010betti \u2013 wa\u0127da kuljum g\u0127al matul is-sena.", "Per\u00f2 dik ta' Leljet il-Milied tissajjar biss f'dak il-jum.", "L-I\u017cvezja g\u0127andhom is-Smorgasbord li tikkonsisti f'ikla buffet b'varjazzjoni kbira ta' ikel.", "Fi Franza nsibu varjazzjoni ta' ikliet g\u0127al \u017cmien il-Milied, jiddependi mir-re\u0121jun.", "Per\u00f2 l-aktar popolari hi dik fir-re\u0121jun Ile de France fejn tinsab Pari\u0121i, li tikkonsisti fi platti rikki ta' frott tal-ba\u0127ar.", "Spanja wkoll g\u0127andha t-tradizzjonijiet tag\u0127ha billi f'lejlet il-Milied, wara l-quddies ta' filg\u0127axija (mhux b\u0127al tag\u0127na f'nofs il-lejl) ji\u010b\u010belebraw 'l hekk mag\u0127ruf b\u0127ala La Noche Buena.", "Ikla abbondanti b'ikel varjat bejn il-familji mi\u0121burin flimkien.", "Din l-u\u017canza ssir f'pajji\u017ci o\u0127rajn fosthom Kuba, il-Filippini u l-Amerika Latina.", "Il-gallettini u kejkijiet \u017cg\u0127ar huma sinonimi g\u0127al \u017cmien il-Milied, spe\u010bjalment fl-Ewropa minn fejn ori\u0121inaw.", "Bdiewa Neoliti\u010bi kienu jag\u0127mlu spe\u010bi billi ja\u0127mu l-qam\u0127 eluf ta' snin ilu.", "Per\u00f2 kien \u017cmien il-medjuevu li dawn il-prodotti \u0127adu spinta.", "Kienu l-Olandi\u017ci minn tal-ewwel u fil-fatt il-kelma cookies \u0121ejja mill-kelma Olandiza Koekje \u2013 kejk \u017cg\u0127ir.", "Fil-bidu tas-16-il seklu saru popolari u kont issibhom ma' kullimkien b'diversi ri\u010betti, g\u0127amliet, forom u qisien.", "Dawn il-gallettini \u010batti kienu jintu\u017caw mit-tfal billi jpo\u0121\u0121u ammont \u017cg\u0127ir fuq it-tieqa g\u0127all-Christmas Father biex jikolhom waqt il-vja\u0121\u0121i tieg\u0127u matul il-lejl.", "Dawn imqarbin kellhom skop biex \"jirrikattaw\" lill-Christmas Father biex i\u0127allilhom il-\u0121ugarelli u dawk bil-g\u0127aqal kienu juru l-apprezzament tag\u0127hom g\u0127ar-rigali li kien i\u0127allilhom il-Christmas Father.", "Insibu wkoll il-famu\u017ci gingerbread li dawn ukoll huma ta' kull g\u0127amla u daqs u li tfa\u010b\u010baw fi\u010b-\u010bentru tal-Ewropa fil-Medjuevu.", "Per\u00f2 kien fid-19-il seklu li dan il-prodott \u0121ie asso\u010bjat b\u0127ala \u0127elu g\u0127al \u017cmien il-Milied.", "Fil-bidu kienu l-patrijiet li kienu jipprodu\u010buhom, i\u017cda fis-17-il seklu t\u0127ajjru id-dol\u010biera, fejn spe\u010bjalizzaw aktar fihom.", "L-aktar li spe\u010bjalizzaw fihom kienu l-\u0120ermani\u017ci fil-belt ta' Nuremberg.", "Issibhom is-sena kollha, i\u017cda d-domanda fenomenali g\u0127alihom issir fi \u017cmien il-Milied.", "Il-forom u daqs ivarjaw, per\u00f2 l-aktar popolari hu l-Gingerbread Man.", "Din il-gallettina tkun dekorata b'diversi modi i\u017cda barra l-wi\u010b\u010b ikollha wkoll is-sidrija bil-buttuni u \u010b-\u010boff.", "Takkumpanjah hemm il-figura ta' Mara bl-istess dehriet u bil-fardal.", "Insibu wkoll mudelli ta' djar tal-\u0121in\u0121er u \u0127elu ie\u0127or b\u0127ala dekorazzjoni.", "Popolari \u0127afna mbag\u0127ad hemm dawk il-Lebkuchen li g\u0127adhom g\u0127amla ta' qalb b'messa\u0121\u0121 fuqha.", "Pajji\u017ci o\u0127rajn jispe\u010bjalizzaw f'dawn il-prodotti fosthom, l-Awstrija g\u0127andhom il-Keskes, i\u010b-\u010aekoslovakkja il-Vanocni Cukrovi u r-Russi l-cookies ori\u0121inali fl-g\u0127amla u t-Tea Cakes u fil-Polonja, l-Irlanda u l-Awstralja nsibu s-Soda Bread.", "Dawn kollha huma spe\u010bi ta' gallettini.", "Min isiefer f'pajji\u017ci kes\u0127in jinnota bejjieg\u0127a fit-toroq ibig\u0127u il-qastan inkaljat fejn il-forn ikun forma ta' ferrovija.", "Mhux ta' b'xejn insibu id-diska tal-Milied tibda bil-kliem \"Chestnuts roasted on an open fire...\"", "Il-qastan ukoll hu prodott g\u0127al dan i\u017c-\u017cmien u jisserva wkoll waqt l-ikel tal-Milied u anke mda\u0127\u0127al f'\u010berti ri\u010betti.", "Fl-Amerika nsibu l-candy stick li ori\u0121ina f'Indiana fl-1900 u kien proprju minn dakinhar li l-istick bdiet ting\u0127ata l-forma mg\u0127aww\u0121a min-na\u0127a wa\u0127da u fi tliet kuluri: l-abjad, l-a\u0127mar u l-a\u0127dar.", "Jing\u0127ad li dan il-\u0127elu jissimbolizza l-bastun ta' rag\u0127aj u g\u0127aldaqstant attribwit lil \u0120es\u00f9 b\u0127ala r-rag\u0127aj tag\u0127na.", "Dan il-\u0127elu jing\u0127ata lit-tfal \u017cg\u0127ar biex joqog\u0127du kwieti waqt il-funzjonijiet tal-Milied fil-knejjes.", "Ma' dawn ukoll insibu Lollipops b'forom sinonimi mal-Milied.", "Albani\u017c - Gezuar Krishtlinjden", "Bask - Zorionak eta Urte Berri On", "Bulgaru - Tchestita Koleda; Tchestito Rojdestvo Hristovo", "\u010aini\u017c - Gun Tso Sun Tan'Gung Haw Sun", "\u010aek - Prejeme Vam Vesele Vanoce a stastny Novy Rok", "Dani\u017c - Glredelig Jul", "Finlandi\u017c - Hyvaajoulua", "Fran\u010bi\u017c - Joyeux Noel", "\u0120ermani\u017c - Froehliche Weihnachten", "Grieg - Kala Christouyenna", "G\u0127arbi - Idah Saidan Wa Sanah Jadidah", "Ingli\u017c - Merry Christmas", "Katalan - Bon Nadal i un Bon Any Nou", "Kroat - Sretan Bozic", "Lhudi - Mo'adim Lesimkha.", "Chena tova", "Malti - Il-Milied it-Tajjeb", "Olandi\u017c - Vrolijk Kerstfeest", "Norvegi\u017c - God Jul", "Pollakk - Wesolych Swiat Bozego Narodzenia", "Russu - Srozhdestvom Kristovym", "Spanjol - Feliz Navidad", "Svedi\u017c - God Jul", "Taljan - Buon Natale", "Tork - Noeliniz Ve Yeni Yiliniz Kutlu Olsun", "Ungeri\u017c - Kellemes Karacsonyi unnepeket"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15844", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15844", "title": "Santa Lu\u010bija", "text": ["Santa Lu\u010bija", "Santa Lu\u010bija ( (Fran\u010bi\u017c:\"Sainte-Lucie\") hija pajji\u017c g\u017cira sovrana fil-lvant tal-Ba\u0127ar Karibew fuq il-konfini mal-O\u010bean Atlantiku.", "Hija parti mill-Antilli Lesser, li tinsab fit-tramuntana/grigal tal-g\u017cira ta' San Vin\u010benz, fil-majjistral tal-Barbados u fin-nofsinhar tal-Martinika.", "Hija tkopri \u017cona ta' art ta' 617 km (238.23 mi kw) u g\u0127andha popolazzjoni ta' 174,000 (2010).", "Il-kapital hija Castries."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15845", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15845", "title": "Jacob Bernoulli", "text": ["Jacob Bernoulli", "Jacob Bernoulli (mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala jew Jacques) (27 Di\u010bembru, 1654 - Awissu 16, 1705) kien wie\u0127ed mill-matemati\u010bi prominenti \u0127afna fil-familja Bernoulli.", "Jacob Bernoulli twieled f'Basel, fl-I\u017cvizzera.", "Mexa ma' xewqet missieru u studja t-teolo\u0121ija u da\u0127al fil-ministeru tal-knisja Kalvinista.", "Imma kontra xewqat il-\u0121enituri tieg\u0127u, studja wkoll il-matematika u l-astronomija.", "Ivvja\u0121\u0121a madwar l-Ewropa mill-1676 sal-1682 fejn tg\u0127allem dwar l-a\u0127\u0127ar skoperti fil-matematika u x-xjenzi, li fosthom kien hemm ix-xog\u0127ol ta' Robert Boyle u Robert Hooke.", "Sar jaf dwar il-kalkulu mill-korrispondenza li kellu ma' Gottfried Leibniz, u wara kkollabora ma' \u0127uh Johann fuq bosta applikazzjonijiet, u partikolarment ippubblika artikli dwar il-kurvi traxxendenti (1696 ) u l-isoperimetrija (1700, 1701).", "Fl-1690, Jacob Bernoulli sar l-ewwel persuna li \u017cviluppat it-teknika g\u0127as-soluzzjoni tal-ekwazzjonijiet differenzjali separabbli.", "Meta rritorna lejn Basel fl-1682, waqqaf skola g\u0127all-matematika u x-xjenzi.", "In\u0127atar professur tal-matematika fl-Universit\u00e0 ta' Basel fl-1687 u baqa' f'din il-kariga g\u0127all-bqija ta' \u0127ajtu.", "Jacob Bernoulli huwa mag\u0127ruf l-i\u017cjed g\u0127ax-xog\u0127ol \"Ars Conjectandi\" (L-Arti tal-kon\u0121ettura), ippubblikat tmien snin wara mewtu fl-1713 minn neputih Nicholas.", "F'dan ix-xog\u0127ol iddeskriva r-ri\u017cultati mag\u0127rufa fit-teorija tal-probabbilt\u00e0 u fl-enumerazzjoni, u spiss ipprovda provi alternattivi ta' ri\u017cultati mag\u0127rufa.", "Dan ix-xog\u0127ol jinkludi wkoll l-applikazzjoni tat-teorija tal-probabbilt\u00e0 g\u0127al-log\u0127ob tal-azzard u l-introduzzjoni tieg\u0127u g\u0127at-teorema mag\u0127rufa b\u0127ala l-li\u0121i tan-numri kbar.", "It-termini prova ta' Bernoulli u numri ta' Bernoulli \u0121ejjin minn dan ix-xog\u0127ol.", "Il-kratere tal-qmar Bernoulli huwa wkoll msemmi g\u0127alih flimkien ma \u0127uh Johann.", "Bernoulli g\u0127a\u017cel il-figura ta' spirali logaritmika u l-motto \"Eadem mutata resurgo\" (Mibdul imma l-istess, ner\u0121a' nirxoxta\") g\u0127al-lapida tal-qabar tieg\u0127u; per\u00f2 l-ispirali fuq il-lapida hi spirali Arkimedeja.", "\"[Jacques Bernoulli] kiteb li l-ispirali logaritmika tista' tintu\u017ca b\u0127ala simbolu, jew ta' fortitudni u l-kostanza fl-diffikultajiet, jew tal-\u0121isem uman, li wara l-bidliet kollha tieg\u0127u, anki wara l-mewt, se ji\u0121i restawrat e\u017catt u perfett' \".", "Jacob kellu tmien ulied, \u0127amsa bniet u tlieta subien."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15846", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15846", "title": "Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2010", "text": ["Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2010", "It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2010 huwa turnew tal-futbol li ntlag\u0127bet mit-8 sat-18 ta' Di\u010bembru 2010 \u0121ewwa l-Emirati G\u0127arab Mag\u0127quda.", "Din kienet is-seba' edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, organizzata mill-FIFA.", "Din il-kompetizzjoni kienet l-ewwel darba fl-istorja li tim minn barra l-Ewropa u l-Amerika t'Isfel wasal sal-finali, wara li l-Afrikani ta' TP Mazembe g\u0127elbu lis-Sud-Amerikani ta' Internacional fis-semifinali.", "Madanakollu, Mazembe naqsu li jil\u0127qu t-tragward finali hekk kif tilfu 3\u20130 kontra t-Taljani ta' Inter.", "Dan kien it-tielet titlu internazzjonali g\u0127all-Inter, hekk kif reb\u0127u \u017cew\u0121 titli tat-Tazza Interkontinentali, il-prede\u010bessur tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, fl-1964 u 1965.", "B\u0127alma \u0121ara fl-edizzjoni pre\u010bedenti, il-FIFA g\u0127a\u017clet referi minn kull konfederazzjoni flimkien ma' wie\u0127ed riserva.", "\"Assistenti:\"", "\"Assistenti:\"", "\"Assistenti:\" \"Assistenti:\"", "\"Assistenti:\"", "\"Assistenti:\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15849", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15849", "title": "Ewropa t'Isfel", "text": ["Ewropa t'Isfel", "L-Ewropa t'Isfel huwa sottore\u0121jun tal-kontinent Ewropew.", "M'hemm l-ebda definizzjoni \u010bara u unika g\u0127al dan it-terminu, li tista' tvarja skont fatturi \u0121eografi\u010bi, kulturali, lingwisti\u010bi u stori\u010bi.", "\u0120eneralment, hu kkunsidrat li pajji\u017ci b\u0127al Spanja, il-Portugall, l-Italja u l-Gre\u010bja, u wkoll il-pajji\u017ci kollha Mediterranji tal-kontinent Ewropew jag\u0127mlu parti mill-Ewropa t'Isfel.", "In-Nofsinhar ta' Franza hi inklu\u017ca fil-parti l-kbira tat-tifsiriet ta' dan it-terminu.", "\u0120eografikament, l-Ewropa t'Isfel hi n-nofs l-iktar fin-Nofsinhar tal-kontinent.", "Madanakollu, din id-definizzjoni hi relattiva; fil-fatt, m'hemmx konfini \u010bari.", "Il-katina muntanju\u017ca tal-Alpi tifforma konfini veri u proprji bejn l-Italja u l-kumplament tal-Ewropa, sabiex timmarka d-divi\u017cjoni radikali bejn i\u017c-\u017cew\u0121 \"Ewropi\": dik \u010bentrali u ta' fuq fit-Tramuntana u dik t'isfel u Mediterranja fin-Nofsinhar.", "G\u0127all-pubblikazzjoni uffi\u010bjali, il-\u0120nus Mag\u0127quda ti\u0121bor il-pajji\u017ci skont is-sottore\u0121junijiet.", "Is-sottodivi\u017cjoni tal-ONU ti\u0121bor dawn l-istati u territorji:", "Id-definizzjoni klimatika tal-Ewropa t'Isfel hi simili g\u0127al dawk ta\u017c-\u017coni bil-klima Mediterranja, ikkunsidrat il-karattru tipiku tal-pajji\u017ci tal-Ewropa t'Isfel.", "Din i\u017c-\u017cona tal-Ewropa tirrapre\u017centa wkoll l-ori\u0121ini tal-bi\u010b\u010ba l-kbira tat-tradizzjonijiet kulinari tal-Ewropa t'Isfel (b\u0127a\u017c-\u017cejt ta\u017c-\u017cebbu\u0121a u l-inbid).", "I\u017c-\u017cona Mediterranja toffri wkoll pajsa\u0121\u0121i simili, b\u0127al \u017coni bl-g\u0127oljiet, ftit \u017coni tal-pjanura, foresti tal-ar\u017cnu u ta\u017c-\u017cebuu\u0121a: i\u017c-\u017coni li jaqsmu din il-morfolo\u0121ija huma \u017c-\u017cew\u0121 terzi tal-Portugall, il-parti t'isfel ta' Spanja, il-kosti tan-Nofsinhar ta' Franza bil-Korsika, il-kosta tal-Kroazja, il-Bo\u017cnija u \u0126er\u017cegovina, il-Montenegro, l-Albanija, il-Gre\u010bja, \u010aipru u Malta.", "L-Alpi jirrapre\u017centaw il-fonti prin\u010bipali ta' ilma.", "Il-pajji\u017ci tal-Ewropa Latina huma \u0127afna drabi asso\u010bjati mal-kun\u010bett tal-Ewropa t'Isfel, spe\u010bjalment l-Ewropa tal-Lbi\u010b.", "Il-Gre\u010bja u l-Balkani huma spiss asso\u010bjati mat-terminu ta' Ewropa tax-Xlokk.", "It-territorji segwenti huma rikonoxxuti komunament b\u0127ala dawk li jiffurmaw l-Ewropa t'Isfel:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15862", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15862", "title": "Nicolaus I Bernoulli", "text": ["Nicolaus I Bernoulli", "Nicolaus I Bernoulli (Ba\u017cel, 21 ta' Ottubru 1687 - Ba\u017cel, 29 ta' Novembru 1759; imsejja\u0127 ukoll Nicolas jew Nikolas), kien matematiku \u017bvizzeru u wie\u0127ed mill-matemati\u010bi prominenti \u0127afna fil-familja Bernoulli.", "Kien bin Nicolaus Bernoulli, pittur u membru tal-kunsill ta' Ba\u017cel.", "Fl-1704 \u0127a l-lawrja mill-Universit\u00e0 ta' Ba\u017cel ta\u0127t is-supervi\u017cjoni ta' Jakob Bernoulli u kiseb id-dottorat fil-li\u0121i \u0127ames snin wara b'te\u017ci fuq it-teorija tal-probabbilt\u00e0.", "Fl-1716 ing\u0127ata l-katedra ta' Galileo fl-Universit\u00e0 ta' Padova, fejn \u0127adem fuq l-ekwazzjonijiet differenzjali u l-\u0120eometrija.", "Fl-1722 irritorna lejn l-I\u017cvizzera u \u0127a l-katedra tal-Lo\u0121ika fil-Universit\u00e0 ta' Ba\u017cel.", "\u0120ie kien elett Fellow tar-Royal Society ta' Londra f'Marzu tal-1714. .", "Il-kontribuzzjonijiet l-aktar importanti tieg\u0127u insibuhom fl-ittri tieg\u0127u, l-i\u017cjed f'dawk li kiteb lil Pierre R\u00e9mond de Montmort.", "F'dawn l-ittri, huwa introdu\u010ba b'mod partikolari l-Paradoss ta' San Pietruburgu.", "Ikkorisponda wkoll ma' Gottfried Wilhelm Leibniz u Leonhard Euler."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15863", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15863", "title": "Lingwa O\u010b\u010bitanija", "text": ["Lingwa O\u010b\u010bitanija", "L-O\u010b\u010bitan (\"occitan\", jew \"lenga d'\u00f2c\") hi lingwa Rumanza mitkellma minn madwar 1 miljun ru\u0127 fi Franza, il-Kalabrja, Spanja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15874", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15874", "title": "Karin Grech", "text": ["Karin Grech", "Karin Grech (Londra, Ingilterra, 25 ta' Lulju 1962 - Malta, 28 ta' Di\u010bembru 1977), bint il-Professur Edwin Grech u Pearl, kienet tfajla li nqatlet ta' 15-il sena, kaw\u017ca ta' splu\u017cjoni li se\u0127\u0127et minn pakkett bomba mge\u017cwer f'karti tal-Milied, li ntbag\u0127at fid-dar tal-\u0121enituri tag\u0127ha f'San \u0120wann nhar it-28 ta' Di\u010bembru 1977.", "Fil-pre\u017cenza ta' \u0127uha Kevin, li dak i\u017c-\u017cmien kien g\u0127ad kellu g\u0127axar snin, Karin kienet fet\u0127et il-pakkett li kien indirizzat lil missierha, li \u0127asbitu xi rigal.", "Hija mietet nofs sieg\u0127a wara fl-Isptar San Luqa, kaw\u017ca tal-\u0121rie\u0127i li \u0121arrbet min\u0127abba \u0127ruq f'diversi partijiet ta' \u0121isimha.", "Fil-quddiesa tal-Funeral, l-Ar\u010bisqof Mikiel Gonzi kien sejja\u0127 il-qtil ta' Karin Grech \"l-ewwel att terroristiku fil-pajji\u017c.\"", "Karin kienet l-ewwel wild tal-Professur Edwin Grech li fl-1958 kien tela' l-Ingilterra biex jispe\u010bjalizza fil-\u0121inekolo\u0121ija.", "Fl-1961, i\u017c\u017cewwe\u0121 f'Barth lil Pearl Theresa Bryant minn Somerset.", "Dik is-sena marru jg\u0127ixu Londra.", "Karin tg\u0127ammdet fil-Knisja Kattolika ta' St. Albans, fil-Majjistral ta' Londra, fit-12 ta' Awwissu 1962.", "In-nanniet tag\u0127ha, il-\u0121enituri ta' missierha, Vincent u Maria kienu l-parrini tag\u0127ha.", "Fl-1964, il-Professur mar bil-familja f'Kampala, l-Uganda, fejn damu sal-1973.", "Ta' sentejn u nofs, Karin bdiet tattendi l-Kindergarten ta' Kampala.", "Fl-1972, da\u0127let fi skola tal-borders sal-1974.", "Kienet tifla kreattiva u taf iddoqq sew il-pjanu.", "Fl-1971 kienet \u0121iet Malta u g\u0127amlet xi \u017cmien fl-Iskola tad-Dorotej l-Imdina.", "Fl-1974, il-Professur mar bil-familja fi\u017c-\u017bambja.", "F'Awwissu 1977, Karin kienet g\u0127all-vaganzi tas-sajf f'Malta mal-familja.", "F'Settembru 1977, Karin marret l-Ingilterra g\u0127ax f'Jannar 1978 riedet tag\u0127mel l-e\u017camijiet tal-GCE.", "Fil-15 ta' Di\u010bembru 1977, Karin \u0121iet Malta g\u0127all-vaganzi tal-Milied.", "Fit-28 ta' Di\u010bembru 1977, inqas minn tliet xhur wara li missierha beda jirrendi s-servizzi tieg\u0127u lill-Gvern ta' Malta, wasal bil-posta fir-residenza tag\u0127hom envelopp kbir kannella li fih kien imge\u017cwer pakkett b'wrapping paper tal-Milied, li g\u0127all-\u0127abta tan-12.30p.m., meta \u0121ie miftu\u0127 minn Karin, sploda peress illi kien jikkontjeni materjal splussiv fih.", "Karin, li dak i\u017c-\u017cmien kellha 15-il sena, sofriet \u0121rie\u0127i gravi fl-isplu\u017cjoni u mietet nofs sieg\u0127a wara fl-Isptar San Luqa.", "\u0126uha Kevin ukoll kien sofra \u0121rie\u0127i gravi u kellu b\u017conn kura barra mill-pajji\u017c.", "Ftit qabel, il-Professur Grech kien \u0121ie mwissi, f'daru stess u fil-prezenza tal-familja tieghu, bil-kliem \"don't forget that you have children\" \u2014 kliem li kellu jirrizulta tragikament profetiku.", "G\u0127all-\u0127abta ta' Awwissu 1977, il-Professur Edwin Grech kien qieg\u0127ed g\u0127all-vaganzi f'Malta u kien qed ja\u0127seb biex imur lura jag\u0127ti s-servizzi tieg\u0127u fir-Renju Unit, meta f'Malta kienet g\u0127addejja kwistjoni industrijali bejn il-Gvern u l-Asso\u010bjazzjoni Maltija tat-Tobba, il-MAM.", "Kien il-Gvern Malti li kkuntattja lill-Professur Grech u talbu jibqa' Malta biex ikompli jag\u0127ti s-servizzi tieg\u0127u b\u0127ala Konsulent u Kap tad-Dipartiment tal-Ostetrija u l-\u0120inekolo\u0121ija fl-Isptar San Luqa.", "Il-Professur a\u010b\u010betta li jin\u017cel Malta u jkompli bis-servizzi tieg\u0127u sakemm tintemm it-tilwima industrijali.", "\u0120ara li l-kwistjoni industrijali twalet ferm u ferm aktar milli qatt kien ma\u0127sub, tant li l-Professur kien g\u0127adu f'pajji\u017cna meta se\u0127\u0127et it-tra\u0121edja fid-dar tieg\u0127u, fit-28 ta' Di\u010bembru, 1977.", "Minkejja li g\u0127addew \u0127afna snin, il-ka\u017c g\u0127adu u mhux solvut u g\u0127adu mhux stabbilit min wettaq id-delitt, l-investigazzjonijiet tal-pulizija fuq il-ka\u017c g\u0127adhom g\u0127addejjin, u-Inkjesta Ma\u0121isterjali g\u0127adha miftu\u0127a.", "Mill-2008 'l hawn, il-Pulizija kienet qieg\u0127da tkellem grupp ta' persuni li fl-investigazzjonijiet ta' qabel, ma kinux \u0121ew interrogati mill-Pulizija.", "Fl-2009, il-\u0121urnal \"It-Tor\u010ba\" irraporta li l-Pulizija Maltija tefg\u0127et g\u0127ajnejha fuq numru \u017cg\u0127ir \u0127afna ta' tobba Maltin residenti fl-Ingilterra, li kienu mag\u0127rufa g\u0127ar-rabtiet fil-qrib mal-Partit Nazzjonalista fi\u017c-\u017cmien l-istrajk tat-tobba tal-1977.", "Irraporta ukoll li kienu investigati wkoll kitbiet fil-\"British Medical Journal\" li dehru fl-1977.", "Sadanittant, fl-a\u0127\u0127ar ta' Novembru 2010, il-Prim Awla tal-Qorti \u010aivili ordnat lill-Prim Ministru, b\u0127ala l-Kap tal-Gvern Malti, biex jag\u0127ti s-somma ta' \u20ac419,287 lill-Professur Edwin Grech u lill-familja tieg\u0127u b\u0127ala kumpens g\u0127all-qtil politiku ta' Karin.", "Fil-kummenti tieg\u0127u g\u0127al din l-a\u0127bar, il-Professur Grech qal li din tifta\u0127lu \u0127afna bibien fl-investigazzjoni tieg\u0127u biex jg\u0127in lill-Pulizija tasal g\u0127all-qattiel jew qattiela.", "Fl-istess waqt, huwa wera di\u017cappunt kbir g\u0127all-mod kif il-Pulizija investigat il-qtil ta' bintu.", "L-Im\u0127allef Raymond Pace, li ppresieda l-kaw\u017ca, fisser in-nuqqas tal-Gvern milli jag\u0127ti kumpens g\u0127al dawn is-snin kollha b\u0127ala trattament diskrimi\u00adnatorju fuq ba\u017ci politika.", "Fis-sentenza tieg\u0127u, l-Im\u0127allef g\u0127amilha \u010bara li d-delitt se\u0127\u0127 b\u0127ala konsegwenza tas-servizzi li l-Professur Grech ta lill-Gvern Malti u fisser id-de\u010bi\u017cjoni tal-Gvern li jirrifjuta li jag\u0127ti kumpens b\u0127ala a\u0121ir diskrimintorju.", "L-Im\u0127allef Pace sostna li mill-provi, jirri\u017culta li l-Gvern ikkumpensa lil diversi persuni li spi\u010b\u010baw vittmi min\u0127abba \u010birkostanzi pubbli\u010bi g\u0127ax taw servizz lill-Gvern jew min\u0127abba li sofrew atti vjolenti, madankollu naqas milli jag\u0127mel l-istess mal-familja Grech.", "Huwa sostna li d-delitt ta' Karin Grech kien wie\u0127ed ta' natura mediko-politika, frott tal-klima partikolari li n\u0127olqot fil-kwistjoni industrija\u00adli bejn il-Gvern u l-Asso\u010bjazzjoni Maltija tat-Tobba.", "\u017bied jg\u0127id li d-de\u010bi\u017cjoni tal-Professur Grech li ja\u010b\u010betta li jkompli jaqdi lill-pubbliku bis-servizzi medi\u010bi tieg\u0127u kienet su\u0121\u0121ett ta' tensjoni kbira g\u0127alih u g\u0127all-familja tieg\u0127u.", "I\u017cda l-Gvern \u0127abbar, ftit tal-jiem wara, li se jappella minn din is-sentenza.", "Minkejja li qal li se ja\u010b\u010betta li j\u0127allas il-kumpens, qal li ma jaqbilx mal-Qorti li dan kien ka\u017c politiku g\u0127ax id-delitt g\u0127adu mhux solvut u g\u0127adu mhux stabbilit min wettaq id-delitt.", "Nhar il-11 ta' April 2011, il-Qorti Kostituzzjonali \u010ba\u0127det l-appell imressaq mill-Gvern u kkonfermat is-sentenza li kienet tat il-Qorti \u010aivili li l-qtil ta' Karin Grech, li se\u0127\u0127 fit-28 ta' Di\u010bembru, 1977 kellu motivazzjonijiet medi\u010bi-politi\u010bi.", "G\u0127alkemm il-Gvern kien ikkontesta d-dikjarazzjoni li g\u0127amlet il-Qorti huwa \u0127allas il-kumpens lill-\u0121enituri ta' Karin Grech.", "G\u0127aldaqstant, la darba huwa a\u010b\u010betta, u fil-fatt \u0127allas il-kumpens, skont il-Qorti Kostituzzjonali, dan ifisser li l-Gvern a\u010b\u010betta d-dikjarazzjoni li wasslet g\u0127all-ordni tal-kumpens u g\u0127alhekk ma jistax jikkontesta iktar id-dikjarazzjoni li ng\u0127atat.", "Nhar is-17 ta' Novembru 2017, xahar waral-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, il-familja ta' Karin Grech, ressqet protest \u0121udizzjarju fejn qed i\u017comm lill-Avukat \u0120enerali, il-Kummissarju tal-Pulizija u d-Direttur \u0120enerali tal-Qrati responsabbli g\u0127all-g\u0127ibien ta' evidenza meqjusa b\u0127ala kru\u010bjali.", "Il-Protest ikompli l-persuni msemmija huma responsabbli tan-nuqqas ta' progress fl-investigazzjoni, iktar u iktar meta dan l-a\u0127\u0127ar saru jafu li bi\u010b\u010biet mill-envelope li kellu tra\u010b\u010bi tal-isplussiv, apparentement g\u0127ebu mill-kustodja tal-Qrati.", "Il-familja Grech qalet li din l-evidenza setg\u0127et tix\u0127et dawl fuq ir-reat grazzi g\u0127al teknolo\u0121iji u \u017cviluppi \u0121odda fix-xjenza forensika f'dawn l-a\u0127\u0127ar 40 sena.", "I\u017cda \u0121img\u0127a wara, il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat \u0120enerali u d-Direttur \u0120enerali tal-Qrati tal-\u0120ustizzja sostnew li mhux vera ntilfet xi evidenza ewlenija mill-ka\u017c tal-assassinju ta' Karin Grech.", "Huma argumentaw bi twe\u0121iba lill-Qorti li s-suspetti huma infondati.", "\u017biedu jg\u0127idu li minn investigazzjonijiet li saru, dawn id-dokumenti g\u0127adhom fil-pussess tal-Ma\u0121istrat Inkwirenti.", "Paul Chetcuti Caruana, tabib u Membru Parlamentari Laburista bejn l-1976 u l-1981, kien ir\u010bieva bil-posta bomba li ma \u0127aditx fl-istess jum u \u0127in li pakkett simili kien impustat lit-Tabib Edwin Grech u li kienet qatlet lil bintu Karin.", "Bdew jinxterdu xnig\u0127at li g\u0127ax ma \u0127aditx il-bomba li kien ir\u010bieva Chetcuti Caruana, kien hu li g\u0127amel il-bomba li qatlet lil Karin Grech.", "F'intervista li ta fl-2007, Chetcuti Caruana meta mistoqsi jafx min qatel lil Karin Grech wie\u0121eb: \"Fid-Depot na\u0127seb jafu min hu u na\u0127seb anki f'Tal-Piet\u00e0 jafu min hu.\"", "Qal li skond ma qalulu l-esperti l-bomba tieg\u0127u ma \u0127aditx g\u0127ax kien hemm xi molol imsaddin, u stqarr li hu kien se jkun \"vittma ta' frame-up mill-Pulizija\" fuq dan il-ka\u017c, u akku\u017ca lill-esperti ta' Scotland Yard li g\u0127enu fl-investigazzjonijiet li kienu \"kwa\u017ci vi\u010bin li jkomplu bil-frame-up.\"", "Qal li fl-1991 kien hemm tentattiv li jer\u0121a' jsir frame-up fuqu meta programm televi\u017civ kien re\u0121a' qabad il-ka\u017c u kien wassal biex il-Pulizija televa l-marki tal-pala ta' idejn it-tabib biex tqabbilhom ma' dawk elevati minn fuq il-karti li kienu mge\u017cwra l-pakketti splussivi li ntbag\u0127tu fl-1978, i\u017cda spjega li kollox kien re\u0121a' waqa' fil-muta wara li l-marki tal-id la qablu ma' tieg\u0127u u lanqas ma' ta' Reginald Cini li kien jg\u0127ix fl-Awstralja.", "Fil-Parlament, nhar id-19 ta' \u0120unju 1985, il-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni Eddie Fenech Adami meta kien qieg\u0127ed iwie\u0121eb g\u0127all-intervent tal-Ministru Laburista Alex Sciberras Trigona, kien qal: \"Ng\u0127idlek xi darba dwar Karin Grech, meta nkunu a\u0127na fil-Gvern ng\u0127idlek min, tikkonfondix.", "Nag\u0127mlu l-investigazzjonijiet bis-serjet\u00e0 u ng\u0127idlek, mela le!\"", "Wara l-bidla fil-Gvern fl-1987, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien ta struzzjonijiet lill-Pulizija biex jag\u0127tu prijorit\u00e0 lil numru ta' ka\u017cijiet fosthom il-ka\u017c ta' Karin Grech, i\u017cda tul is-snin qatt ma tressaq \u0127add il-qorti fuq il-ka\u017c.", "F'intervista li Fenech Adami ta fl-2010 huwa qal li hu kien g\u0127amel dak kollu possibbli biex il-ka\u017c ikun solvut.", "Fl-2009, il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li \"l-qtil ta' Karin Grech u l-qtil ta' Raymond Caruana, kienu delitti li saru min\u0127abba intolleranza politika.", "Din l-intolleranza hija marda kiefra li l-poplu Malti u G\u0127awdxi g\u0127andu jibqa' jikkumbatti.", "Lil hinn mill-politika parti\u0121\u0121jana, f'dawn id-delitti ma nxteridx demm blu jew a\u0127mar, imma demm inno\u010benti.\"", "Nhar il-11 ta' April 2011, il-Partit Laburista rrea\u0121ixxa g\u0127ad-de\u010bi\u017cjoni tal-Qorti tal-Appell Sede Kostituzzjonali billi qal li din tpo\u0121\u0121i responsabbilt\u00e0 kbira fuq il-Prim Ministru u l-Ka\u00adbinett li jmexxi wara li kienu huma li appellaw mid-de\u010bi\u017cjoni tal-Prim'Awla tal-Qorti \u010aivili g\u0127ax ma qablux li d-delitt kien ri\u017cultat tax-xog\u0127ol li kien qed iwettaq il-Professur Grech fi \u017cmien il-kwistjoni medikol-politika.", "Waqt li ddeskriva l-appell tal-Gvern b\u0127ala wie\u0127ed insensittiv u li offenda kemm lil kull min huwa ta' rieda tajba kif ukoll lill-familja Grech, il-Partit Laburista qal li l-fatt li l-appell kien mi\u010b\u0127ud mhux biss juri kemm il-Gvern kien \u017cbaljat meta baqa' jirrifjuta li ja\u010b\u010betta li d-delitt kien marbut max-xog\u0127ol tal-Professur Grech imma wkoll li l-Gvern \"sabbat il-bieb\" f'wi\u010b\u010b dawk kollha li matul is-snin g\u0127amlu sforzi kbar biex i\u0121ibu l-g\u0127aqda fil-pajji\u017c.", "Fl-1981, il-Gvern Laburista bena sptar g\u0127at-tfal ma\u0121enb l-Isptar San Luqa fi Gwardamangia li semmieh Sptar Karin Grech.", "F'San \u0120wann, hemm \u0120nien Karin Grech, b'monument tag\u0127ha fih.", "Ta' kull sena, fl-anniversarju tal-qtil tag\u0127ha, il-Partit Laburista itella' programm ta' tifkira f'\u0121ie\u0127ha bil-pre\u017cenza tal-qraba tag\u0127ha.", "Fil-poe\u017cija tieg\u0127u \"Karin u Raymond\", il-poeta Oliver Friggieri 'j\u017cewwe\u0121' fil-\u0121enna lil Karin Grech u lil Raymond Caruana (li nhar is-6 ta' Di\u010bembru 1986, inqatel meta kien fil-ka\u017cin Nazzjonalista tal-Gudja u xi \u0127add mhux mag\u0127ruf spara tiri fuq il-ka\u017cin).", "I\u017cewwi\u0121hom fil-\u0121enna, fejn minn hemm fuq qed jg\u0127assu biex ma jer\u0121ax ji\u0121ri dak li \u0121ara lilhom.", "G\u0127andhom \u0127olma wa\u0127da li mhi ta' ebda partit politiku, il-\u0127olma li sse\u0127\u0127 l-g\u0127aqda fost \u0127uthom il-Maltin.", "Biex din l-g\u0127aqda sse\u0127\u0127, il-Maltin ma jridux jinsew dak li \u0121ara fl-img\u0127oddi.", "Il-memorja ta' dawn i\u017c-\u017cew\u0121 \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 maqtula g\u0127andha tift\u0127ilna g\u0127ajnejna biex ma ninsewx li a\u0127na lkoll a\u0127wa Maltin.", "Karin u Raymond", "Hawn fuq iltqajna t-tnejn g\u0127all-ewwel darba,", "g\u0127arajjes li ssa\u0127\u0127arna minn xulxin,", "g\u0127arajjes li m'hemm xejn li se jifridna,", "g\u0127arajjes li no\u0127olmu bil-Maltin.", "Id'id g\u0127arajjes bojod li nittajru", "fi \u017cwie\u0121 li ma jixjie\u0127x matul i\u017c-\u017cmien,", "\u017cew\u0121 kwiekeb li nittawlu kull flg\u0127axija", "u ng\u0127assu fuqkom dejjem, kullimkien.", "G\u0127assiesa t-tnejn mill-g\u0127oli fejn ninsabu,", "g\u0127assiesa li ma norqdu qatt u qatt,", "g\u0127assiesa biex id-demm li xerridn'a\u0127na", "ma jer\u0121a' jxerrdu \u0127add u \u0127add u \u0127add.", "Hemm \u0127olma bajda fl-g\u0127erusija tag\u0127na", "li ma j\u0127assarha b'xejn ebda kulur,", "hemm \u0127olma li m'hix bl\u00f9 w anqas m'hi \u0127amra,", "hemm \u0127olma li fi \u017cwie\u0121 biddlet dulur.", "Hemm salm li kiber fina biex nessiena", "kull we\u0121g\u0127a, kull tifkira, kull lament,", "hemm vle\u0121\u0121a li trid tinfed lill-qlub kollha", "f'kull dar, f'kull triq, f'kull sqaq, f'kull parlament.", "Hemm blata ta\u0127t g\u0127ajnejna li non\u0121ruha", "filg\u0127odu w filg\u0127axija t-tnejn id f'id,", "hemm g\u017cira li nsaqquha biex sa fl-a\u0127\u0127ar", "minn hawn narawha tikber f'nazzjon \u0121did.", "Bl-im\u0127abba j\u0127abbtu qlubna ta\u0127bit wie\u0127ed,", "l-im\u0127abba li \u017cew\u0121itna hawn fuq it-tnejn,", "l-im\u0127abba nitolbukom biex dal-kal\u010bi", "li xrobna ma nkunux xrobnieh g\u0127alxejn.", "Hemm kmandament li tnissel mi\u017c-\u017cwie\u0121 tag\u0127na", "biex dawn id-dmija mxerrda ma jin\u0127lewx,", "ktibnieh bid-demm, tg\u0127allmuh w g\u0127allmuh 'l uliedkom:", "il-kmandament ta' g\u0127ada: 'La tinsewx'."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15875", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15875", "title": "Alfons Maria Galea", "text": ["Alfons Maria Galea", "Alfons Maria Galea (Valletta, 23 ta' April 1861 - Balzan, 30 ta' Lulju 1941), mag\u0127ruf b\u0127ala s-Sur Fons, kien filantropu, senatur u awtur Malti.", "Bin Pietru Pawl u Mary Carmen imwielda Galea, Alfons Maria kien ir-raba' fost sitt a\u0127wa.", "Huwa \u0127a l-ewwel tag\u0127lim fid-dar tal-\u0121enituri tieg\u0127u ming\u0127and l-g\u0127alliem u kittieb Annibale Preca li kien skrivan ma' missieru.", "Ta' 8 snin bag\u0127tuh jistudja g\u0127and il-\u0120i\u017cwiti ta' G\u0127awdex fejn dam tmien snin, u wara attenda l-Kulle\u0121\u0121 tal-Freres f'Marsilja.", "Meta missieru, negozjant tad-drappijiet, irtira, Alfons ta' 19-il sena \u0127a f'idejh in-negozju.", "Ta' 32 sena \u017c\u017cewwe\u0121 lil Elizabeth Asphar, minn familja Indjana li kellha wkoll negozju tad-drappijiet u tal-\u0127a\u0121ar prezzju\u017c.", "Tliet snin wara Galea g\u0127alaq in-negozju g\u0127ax \u0127ass li dik ma kinitx il-linja tieg\u0127u u beda jqassam \u0127afna minn \u0121idu lill-istituti tal-karit\u00e0.", "Huwa ta l-art biex jitwaqqaf l-Istitut tas-Sale\u017cjani ta' Don Bosco f'Tas-Sliema fejn kien mar jg\u0127ix meta \u017c\u017cewwe\u0121.", "Wara li \u0121ie inawgurat il-bini fl-1904, l-Istitut serva b\u0127ala \u010bentru ta' rikreazzjoni u biex ji\u0121bor is-subien li kienu jg\u0127ixu hemmhekk.", "Fl-1908 feta\u0127 il-Juventutis Domus u l-Oratorju tas-subien g\u0127at-tag\u0127lim tad-Duttrina.", "\u010aentri b\u0127al dawn inbnew fi\u017c-\u017bejtun, il-Mosta, Bormla u G\u0127awdex.", "Fl-1939 Galea waqqaf ukoll \u010bentru fejn jitg\u0127allmu l-bniet: l-Istitut ta' Santa Eli\u017cabetta tas-Sorijiet Fran\u0121iskani f'Tas-Sliema.", "Ta donazzjonijiet ukoll lill-Isptar tal-Blue Sisters u pprovda l-g\u0127ajnuna finanzjarja me\u0127tie\u0121a lill-Kunvent tal-Bon Pastur, f'\u0126al Balzan.", "Galea ta sehmu wkoll fil-missjoni.", "Meta fl-1896 in\u0127atar b\u0127ala Te\u017corier fil-Kumitat tal-Missjoni nteba\u0127 li biex in-nies jikkontribwixxu jridu jkunu konxji tal-faqar li hawn fid-dinja u dan wasslu biex jibda jippubblika l-Annali tal-Propagazzjoni tal-Fidi li kien jo\u0127ro\u0121 darba fix-xahar.", "G\u0127al bosta snin kien il-President tal-Anglo-Maltese Bank u aktar tard fl-1915 la\u0127aq it-Te\u017corier tal-Kurja tal-Isqof, u te\u017corier tas-Sorijiet Klarissi ta' San \u0120iljan.", "Galea kien xhud fl-inkjesta tas-Sette Giugno 1919.", "Sentejn wara, il-Partit Laburista immexxi mill-Kurunell William Savona ikkontesta l-ewwel elezzjoni \u0121enerali li qatt saret f'Malta, dik tal-1921.", "Fiha l-Partit kiseb 23% tal-voti u tella' \u017cew\u0121 senaturi, wie\u0127ed minnhom Alfons Maria Galea u l-ie\u0127or kien dak li iktar tard sar Ar\u010bisqof ta' Malta, Monsinjur Mikiel Gonzi.", "Alfons Maria Galea serva ta' Senatur f'isem il-Partit Laburista fis-snin 1921-27.", "Tul dawn is-snin \u0127adem b'ri\u017cq il-\u0127addiem u l-batut billi semma' le\u0127nu fuq l-istituti tal-karit\u00e0, l-iskejjel tas-snajja', kundizzjonijiet xierqa fuq il-post tax-xog\u0127ol u t-tag\u0127lim fl-iskejjel.", "Meta l-Partit Laburista ng\u0127aqad b'Compact mal-Partit ta' Strickland, is-Sur Fons g\u0127a\u017cel li jinqata' mill-politika.", "Galea \u0127ass il-\u0121ibda g\u0127all-kitba meta kellu madwar 35 sena.", "G\u0127all-ewwel beda jittradu\u010bi.", "Il-kitbiet ta' Galea bil-Malti li kellhom l-g\u0127an li jedukaw u jg\u0127allmu lill-poplu bla skola, l-aktar lill-fqar.", "Huwa beda jikteb bil-Malti bis-sa\u0127\u0127a ta' Annibale Preca u l-ewwel xog\u0127ol tieg\u0127u kien it-traduzzjoni ta' stejjer qosra mit-Taljan.", "Ix-xewqa kbira tieg\u0127u kienet li jirtira min-negozju u l-kummer\u010b, kif fil-fatt g\u0127amel fl-1896, u jiddedika \u0127ajtu g\u0127all-kitba.", "F'Settembru tal-1899 beda jo\u0127ro\u0121 \"Il-Kotba tal-Mog\u0127dija ta\u017c-\u017bmien\" li saru popolari \u0127afna tant li baqa' jippubblikahom sal-1915, san-numru 150.", "Kienu b\u0127al en\u010biklopedija ta' storja, \u0121eografija, arkeolo\u0121ija, folklor, storja naturali u snajja'.", "Kiteb ukoll \"Muftie\u0127 il-\u0120enna\" (1889).", "Galea qaleb g\u0127all-Malti u\u0127ud mill-Kotba Mqaddsa mil-Latin g\u0127all-Malti, fosthom Ktieb il-Qwiel, Is-Salmi, L-G\u0127anja tal-G\u0127anjiet, \u0120ob, I\u017caija, Il-Kotba tas-Slaten u Il-Kotba tal-Makkabin.", "Alfons Maria Galea kellu \u0127amest itfal, wa\u0127da minnhom soru.", "Huwa miet fil-Kunvent tal-Bon Pastur, fejn kien mar jg\u0127ix f'\u0120unju 1940 b\u0127ala refu\u0121jat tal-gwerra, fl-et\u00e0 ta' tmenin sena."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15876", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15876", "title": "\u0120u\u017c\u00e8 Chetcuti", "text": ["\u0120u\u017c\u00e8 Chetcuti", "\u0120u\u017c\u00e8 Chetcuti (Bormla, 11 ta' Awissu 1914 - 18 ta' Lulju 2006) kien poeta u awtur Malti.", "\u0120u\u017c\u00e8 Chetcuti studja fl-Iskola \u010aentrali ta' San Albert fil-Belt Valletta u wara fil-Kulle\u0121\u0121 tal-G\u0127alliema fil-Belt ukoll.", "Kien da\u0127al mas-servizz \u010bivili fl-1936 b\u0127ala g\u0127alliem fl-iskejjel primarji u sentejn wara ng\u0127ata l-kariga ta' store officer mad-Dipartiment tas-Sa\u0127\u0127a.", "Fl-1940 meta faqqg\u0127et il-gwerra ssie\u0127eb fl-istaff editorjali fl-information office b\u0127ala sub-editor u traduttur tas-Service Bulletin u tal-Malta Review.", "Fis-snin tal-gwerra kien wie\u0127ed mit-tliet xandara uffi\u010bjali.", "Huwa kien re\u0121a' ssie\u0127eb fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u g\u0127allem il-Malti l-Li\u010beo (1956 - 1974) u g\u0127al sentejn ta lectures tal-Malti fil-Mater Admirabilis Training College f'Tal-Virt\u00f9 u fl-Upper Secondary School (Sixth Form).", "G\u0127allem ukoll fl-emergency teachers' maturity course u g\u0127al \u0127afna snin kien e\u017caminatur tal-Malti f'e\u017camijiet ta\u010b-\u010aivil, e\u017camijiet o\u0127ra pubbli\u010bi, u diversi drabi f'konkorsi letterarji.", "\u0120u\u017c\u00e8 Chetcuti kien fundatur tax-Xirka g\u0127at-Tixrid tal-Ilsien Malti (1939) flimkien mat-tabib \u0120u\u017c\u00e8 Bonnici u l-Avukat Anton Buttigieg.", "Huwa \u0127adem g\u0127all-Malti u g\u0127al-letteratura Maltija fi \u017cminijiet diffi\u010bli \u0127afna, mhux biss fi \u017cminijiet meta li t\u0127obb il-Malti kien meqjus b\u0127ala di\u017cunur imma anki fi \u017cmien it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Fis-snin tal-gwerra mill-1940 sa l-1948 kien Segretarju tal-G\u0127aqda tal-Kittieba tal-Malti (il-lum mag\u0127rufa b\u0127ala l-Akkademja tal-Malti).", "Kien ukoll sub-editor tar-rivista letterarja 'Il-Malti', ta l-g\u0127ajnuna tieg\u0127u g\u0127al snin twal fil-pubblikazzjoni tar-rivista letterarja 'Le\u0127en il-Malti' ma\u0127ru\u0121a mill-Universit\u00e0 ta' Malta, Vi\u010bi-President (1990 - 1992), President Onorarju (1998 - 1999), u President tas-sotto-kumitat fi kwistjonijiet ta' ortografija.", "Huwa kien ukoll membru Onorarju tal-G\u0127aqda Poeti Maltin, kien membru fil-Kunsill u Segretarju tal-'Malta Drama League'.", "Il-pro\u017ca ta' Chetcuti hija wa\u0127da realista u u\u017ca l-letteratura biex fuq kollox mexxa 'l quddiem il-kaw\u017ca tal-fqir u bla skola.", "Fir-rumanzi tieg\u0127u, Chetcuti juri \u010bar il-konsegwenzi tal-faqar fuq il-bniedem.", "Rumanzi bhal \"It-Tnalja\", \"L-Isqaq\", \"Il-Kerrejja\" u bosta novelli tieg\u0127u g\u0127andhom jitqiesu b\u0127ala manifest \u010bar u realistiku dwar so\u010bjet\u00e0 fil-qabda ta' bidla so\u010bjali li \u0127alliet il-vittmi.", "U Chetcuti kien ir-ritrattist u d-difensur letterarju tag\u0127hom.", "Ir-rumanzi u d-drammi ta' Chetcuti taw xhieda tal-\u0127ajja popolari f'pajji\u017cna u g\u0127amlu dan b'reali\u017cmu poetiku mill-aqwa.", "Bosta mill-kitbiet letterarji ta' \u0120u\u017c\u00e8 Chetcuti jibqg\u0127u jitqiesu fost il-kapolavuri tal-letteratura Maltija.", "Fihom wera ru\u0127u wkoll kittieb imnebba\u0127 mill-valuri tal-\u0121ustizzja so\u010bjali u tal-karit\u00e0 Nisranija.", "Chetcuti kien ukoll esponent importanti tal-poe\u017cija romantika f'Malta.", "G\u0127anna \u0121miel il-pajjiz.", "\u0126abb il-bdiewa u l-\u0127ajja sempli\u010bi.", "Kiteb dwar l-im\u0127abba u setg\u0127etha.", "L-inkwiet u l-fer\u0127 tal-\u0127ajja.", "Il-pattrijotti\u017cmu u l-fidi.", "L-ifjen poe\u017ciji tieg\u0127u \u017cammew bilan\u010b delikat bejn il-qawwa tal-kelma Maltija u l-\u0127e\u0121\u0121a tal-ist\u0127ajjil Mediterraneju.", "Chetcuti \u0127adem ukoll biex il-poplu jifhem il-letteratura u g\u0127alhekk \u0127are\u0121 ukoll kotba ta' kritika.", "Aspett ie\u0127or li m'g\u0127andux jintesa hu Chetcuti t-traduttur.", "Hu qaleb g\u0127all-Malti xog\u0127lijiet ta' Vincenzo Maria Pellegrini, Giovanni Curmi u dramm ta' Henrik Ibsen.", "Fost l-g\u0127add kbir ta' kotba li \u0127ar\u0121u mill-pinna ta' Chetcuti hemm \"Id-Dawl tal-\u0126ajja\", \"L-Isqaq\", \"Poeti Maltin\", ix-xog\u0127lijiet g\u0127all-palk jinkludu \"Il-Kerrejja\", \"Im\u0127u\u0127 Morda\", \"Manwela\", u \"1919\", kif ukoll bosta studji kriti\u010bi, novelli, traduzzjonijiet, kitbiet ta' ta\u0127ri\u0121 fil-grammatika Maltija, kif ukoll il-kotba awtobijografi\u010bi li fihom laqqag\u0127na ma' bosta awturi ta' \u017cmienu kif ukoll m'o\u0127rajn minn \u0121enerazzjonijiet li \u0121ew wara.", "Xog\u0127lijiet ta' Chetcuti nqalbu wkoll g\u0127all-Ingli\u017c u l-G\u0127arbi.", "Il-poplu Malti g\u0127araf \u0127idmietu meta fl-1996 g\u0127a\u017clu biex ikun membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu.", "L-a\u0127bar tal-mewt tieg\u0127u t\u0127abbret fuq il-mezzi tax-xandir u fil-\u0121urnali kollha li taw tag\u0127rif bijografiku dwar \u0127ajtu u l-\u0127idma kbira u qawwija tieg\u0127u fil-frieg\u0127i kollha tal-letteratura Maltija.", "Charles Flores, poeta u Editur Letterarju ta' \"l-orizzont\", qal \"Miet l-a\u0127\u0127ar \u0120gant Letterarju\".", "Alfred Sant, Mexxej tal-Partit Laburista, ex-Prim Ministru u awtur qal li \"\u0120u\u017c\u00e8 Chetcuti baqa' mimli \u0127e\u0121\u0121a u interess fil-\u0127ajja nazzjonali.\"", "Sant qal li Chetcuti kien g\u0127alliem tieg\u0127u li mas-snin sar ukoll \u0127abib kbir.", "\"L-im\u0127abba li kellu g\u0127al-letteratura u l-ilsien Malti kienet dejjem sors mill-aqwa ta' ispirazzjoni g\u0127alija u g\u0127all-\u0121enerazzjoni tieg\u0127i, kif ukoll g\u0127al dawk li \u0121ew qabilna u warajna.", "Kien bniedem umli u \u0127abrieki, \u0121entili \u0127afna f'im\u0121ibtu, g\u0127alliem dedikat.", "Kien entu\u017cjast g\u0127all-\u0127idma letterarja li rnexxielu jag\u0127tiha, matul is-snin, dimensjoni so\u010bjali.", "Baqa' dejjem g\u0127addej bi pro\u0121etti \u0121odda ta' kitba u tag\u0127rif.\"", "Monsinjur Victor Grech, Direttur tal-Caritas li mexxa \u010b-\u010berimonja funebri fil-Knisja ta' Stella Maris, waqt l-omelija tieg\u0127u sejja\u0127 lil \u0120u\u017c\u00e8 Chetcuti \"Warda tal-Letteratura Maltija\".."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15877", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15877", "title": "San \u0120wann Appostlu u Evan\u0121elista", "text": ["San \u0120wann Appostlu u Evan\u0121elista", "San \u0120wann Appostlu u Evan\u0121elista (Galilija, bidu l-ewwel seklu - Efesu, tmiem l-ewwel seklu) kien l-i\u017cg\u0127ar Appostlu ta' \u0120es\u00f9.", "Mag\u0127ruf mit-tradizzjoni Kristjana b\u0127ala l-awtur tar-Raba' Van\u0121elu, San \u0120wann kien bin \u017bebedew u Salom\u00e8, \u0127u \u0120akbu l-Kbir.", "Qabel ma kien segwa\u010bi ta' \u0120es\u00f9, \u0120wanni kien dixxiplu ta' \u0120wanni l-Battista.", "\u0120wanni ji\u0121i attribwit rwol importanti permezz tat-tradizzjoni Biblika, fejn \u0120wanni huwa mejqus b\u0127ala \"\"id-dixxiplu l-ma\u0127bub\"\".", "Ir-rwol ta' \u0120wanni huwa fundamentali g\u0127aliex kien ix-xhieda tal-avvenimenti li akkumpanjaw \u0127ajjet Kristu, mill-g\u0127a\u017cla tat-tnax il-Appostlu sal-mewt fuq is-salib, fejn \u0120wanni kien l-uniku wie\u0127ed mill-appostli pre\u017centi.", "G\u0127aldaqstant, \u0120wanni kien dak li permezz tar-rakkont tieg\u0127u fil-Van\u0121elu, da\u0127al fil-fond tal-misteru ta' Kristu.", "Wara li waqqaf il-Knisja f'\u0120erusalemm huwa mar g\u0127al xi snin f'Efesu, fl-Asja Minuri (illum it-Turkija).", "Hemmhekk, skont it-tradizzjoni, g\u0127ex mal-Madonna sakemm mietet.", "Min\u0127abba t-tag\u0127lim tieg\u0127u, huwa kien e\u017ciljat fil-95 WK fil-g\u017cira ta' Patmos mill-Imperatur Domitian.", "Miet f'Efesu, meta kellu madwar erbg\u0127a u disg\u0127in sena, fatt li jindikah b\u0127ala l-iktar wie\u0127ed li g\u0127ex fost l-appostli.", "Is-simbolu ta' \u0120wanni, l-ajkla, hija d-definizzjoni tal-vi\u017cjoni li tidher fil-ktieb tal-Apokalissi fejn jikkontempla il-veru dawl tal-Kelma.", "L-ajkla, fil-fatt, t\u0127ares lejn id-dawl qawwi tax-xemx direttament.", "San \u0120wann l-Evan\u0121elista ta is-sehem tieg\u0127u fil-kuntest Bibliku, sewwa sew fir-Raba' Van\u0121elu, fit-tlett Ittri u fl-Apokalissi, fejn iqawwi qalb lill-insara li kienu qed ji\u0121u ippersegwitati."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15878", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15878", "title": "Karl Chircop", "text": ["Karl Chircop", "Karl Chircop (7 ta' Awwissu 1965 \u2013 12 ta' Ottubru 2008) kien tabib u politiku.", "Kien membru tal-Parlament f'isem il-Partit Laburista mill-1996 sal-2008, u serva ta' Kelliem tal-Oppo\u017cizzjoni g\u0127all-Politika So\u010bjali u s-Sa\u0127\u0127a.", "Nhar it-3 ta' Awwissu 2008 Chircop sofra emoro\u0121ija \u010berebrali.", "Dak in-nhar huwa kien qieg\u0127ed ja\u0127sel il-karozza, meta f'\u0127in minnhom storda, waqa' u \u0127abat rasu.", "Huwa nstab minn wie\u0127ed mill-erbat itfal tieg\u0127u.", "Martu Adriana \u010bemplet g\u0127all-ambulanza u sakemm ittie\u0127ed l-Isptar Mater Dei kien g\u0127adu jitkellem u jikkomunika mal-qraba tieg\u0127u.", "Madankollu kif da\u0127al l-isptar huwa ntilef minn sensih u wara li saritlu operazzjoni, martu ng\u0127atat l-a\u0127bar li t-tim mediku kien qed jikkonsidra jiddikjarah 'brain dead'.", "It-tifel il-kbir tieg\u0127u, Jan Chircop, kien qieg\u0127ed jistudja l-medi\u010bina fil-Messiku u rritorna Malta biex jara lil missieru.", "Min\u0127abba l-qag\u0127da serja tieg\u0127u, ittie\u0127det id-de\u010bi\u017cjoni li jittie\u0127ed fi sptar spe\u010bjalizzat f'Londra - in-National Hospital for Neurology and Neurosurgery - fejn huwa hemmhekk fit-12 ta' Ottubru \u0121ie ddikjarat mejjet.", "Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li Karl Chircop \"kien politiku e\u017cemplari b'impenn so\u010bjali qawwi u meqjus fi kliemu biex ifittex li jag\u0127mel il-\u0121id lil \u0127addie\u0127or.", "Kelli l-opportunit\u00e0 insegwi, niddiskuti u niddjaloga ma' Karl Chircop, billi meta kont Vi\u010bi Prim Ministru u ministru responsabbli mill-politika so\u010bjali, Karl kien isegwi dan il-qasam, inklu\u017c l-impjiegi.", "Fih dejjem rajt politiku li ried jara titjib so\u010bjali.", "Kien jag\u0127mel argumenti ra\u0121unati biex in\u0127arsu 'l quddiem.", "Nibqa' niftakar lil Karl b\u0127ala politiku li ta servizz.", "Dak li qieg\u0127da tag\u0127mel il-familja tieg\u0127u li tara x'organi jistg\u0127u jing\u0127ataw hu simbolu tal-altrui\u017cmu li emmen u wettaq Karl b\u0127ala missier, \u0127abib, tabib u politiku.", "F'dan il-mument diffi\u010bli \u0127sibijieti huma ma' martu, uliedu, ommu u qraba tieg\u0127u...", "Karl kien jiddibatti b'\u010bertu stil bi tbissima, imma avolja kien jaf ikun iebes, imma kien eleganti fl-ebusija tieg\u0127u.", "Huwa kien jag\u0127mel dan b'sens ta' dikazzjomni lejn il-valuri li kien jemmen fihom.", "Karl kien rappre\u017centant dinjitu\u017c u \u0121enwin...", "Avolja ninqasmu fil-poilitika, imma konna naqsmu l-istess valuri.", "Ma' Karl kont komdu niddibatti u nargumenta g\u0127ax kien xi \u0127add li kellu \u0127afna valuri komuni...", "Kien bniedem sensittiv u j\u0127oss dak li jg\u0127id u jg\u0127idu bi preparazzjoni.", "Dak li jiddiskuti kien jag\u0127mlu b'sensittivit\u00e0 kbira.", "Karl kien jitkellem mill-esperjenza personali tieg\u0127u, mill-preofessjoni tieg\u0127u ta' tabib.", "Meta kont tisimg\u0127u jitkellem, kien jitkellem mill-esperjenzi li jg\u0127addi minnhom...", "Karl, fis-snin li qatta' fil-Kamra tar-Rappre\u017centanti u fil-Partit Laburista, nistg\u0127u ng\u0127idu li Karl ta' kontribut ta' sustanza biex il-pajji\u017c jimxi aktar 'il quddiem.", "Dan huwa mument ta' dwejjaq, imma meta t\u0127ares lejn il-po\u017cittiv, is-sofferenza li g\u0127ad-diet minnha l-familja tieg\u0127u, forsi jitaffew ftit minn dan il-\u0127sieb.", "Inwassal il-kondoljanzi lill familja tieg\u0127u, lill-mara u lill-uliedu, u na\u010b\u010berthom li se jsibuna mag\u0127hom f'dak li jkollhom b\u017conn.\"", "Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal hekk fuq Chircop: \"Il-karriera politika ta' Karl dejjem kienet karatterizzata mill-altruwi\u017cmu u minn sens kbir ta' servizz li\u010b-\u010bittadin.", "Huwa kien i\u0127oss is-sej\u0127a li jg\u0127in lil kul\u0127add, spe\u010bjalment lil dawk l-aktar fil-b\u017conn.", "Dan kien jag\u0127mlu kemm fil-professjoni medika kif ukoll fil-qasam politiku b\u0127ala rappre\u017centant tal-poplu, kif jistg\u0127u jixdhu mijiet ta' familji.", "Karl kien jie\u0127u xog\u0127lu b'serjet\u00e0 kbira, isegwi l-i\u017cviluppi fis-setturi li g\u0127alih kien responsabbli u jie\u0127u attitudni po\u017cittiva.", "Il-ftit \u0121img\u0127at li g\u0127amel fl-a\u0127\u0127ar rwol li kellu b\u0127ala Kelliem Ewlieni g\u0127as-Sa\u0127\u0127a, settur li kien tant g\u0127al qalbu, huma prova \u010bara ta' dan.", "Tlifna \u0127abib \u0121enwin li kien ja\u0127dem biex jg\u0127aqqad u jferra\u0127.", "\u0126abib li mieg\u0127u tista' titkellem, li lest li jisma' u li jg\u0127in.", "\u0126abib li g\u0127ex il-prin\u010bipji tal-\u0121ustizzja so\u010bjali.", "Personalment, tlift wie\u0127ed mill-\u0127bieb il-kbar tieg\u0127i.", "Minkejja li kont konxju tad-diffikultajiet enormi li kien qed jiffa\u010b\u010bja fl-a\u0127\u0127ar \u0121img\u0127at ta' kura, qatt ma qtajt qalbi li nistg\u0127u ner\u0121g\u0127u naraw lil Karl mag\u0127na, b'mod jew ie\u0127or.", "Sfortunatament, ma kellux ikun hekk.", "Il-\u0121est tal-familja Chircop li toffri l-organi ta' Karl g\u0127ad-donazzjoni jirrifletti l-altruwi\u017cmu li kkarterizza l-\u0127ajja ta' Karl.", "B'hekk Karl ried ikun ta' servizz g\u0127all-proxxmu sa l-a\u0127\u0127ar nifs.", "F'ismi u f'isem il-Partit Laburista, nag\u0127ti l-kondoljanzi tieg\u0127i li Adriana, lil erba' uliedu Jan, Francesca, Christian u Keith, lil ommu Marion u l-kumplament tal-familja.\"", "Il-Funeral ta' Chircop sar is-Sibt 18 ta' Ottubru 2008, filg\u0127odu.", "Mill-Isptar Mater Dei, il-kadavru tieg\u0127u ittie\u0127ed g\u0127all-a\u0127\u0127ar darba quddiem il-Kwartieri \u0120enerali tal-Partit Laburista.", "Hemmhekk sab jilqg\u0127uh il-Mexxej Laburista u Kap tal-Oppo\u017cizzjoni Joseph Muscat flimkien mal-Grupp Parlamentari Laburista, il-membri tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista u l-membri tal-E\u017cekuttiv Nazzjonali.", "Joseph Muscat po\u0121\u0121a bukkett fjuri fuq it-tebut, g\u0127annaq mieg\u0127u lill-mara ta' Karl, Adriana, imbag\u0127ad lissen il-kliem \"Grazzi Karl\" u l-folla sellmet lid-Deputat Laburista permezz ta' minuta silenzju.", "Ivan Grech tal-grupp Winter Moods, flimkien mal-kitarrist tieg\u0127u kantaw 'live' il-kanzunetta \"Marigold.\"", "Minn quddiem i\u010b-\u010aentru Nazzjonali, il-funeral kompla g\u0127addej fi triqtu g\u0127at-Telg\u0127a ta' Kordin f'Ra\u0127al \u0120did minn fejn beda korteo funebri g\u0127all-Knisja ta' Kristu R\u00e8.", "It-tebut ta' Karl in\u0121arr lejn il-knisja minn dawk l-aktar qrib tieg\u0127u.", "Imbag\u0127ad segwietu, folla enormi fil-pjazza ta' Ra\u0127al \u0120did, fejn dinjitarji, qraba, kollegi u \u0127bieb tieg\u0127u imxew mieg\u0127u sa fuq iz-zuntier tal-knisja.", "Kienu eluf dawk li kienu pre\u017centi g\u0127all-a\u0127\u0127ar tislima lil Dr Karl Chircop.", "Il-quddiesa tqaddset minn Monsinjur Victor li kien emozzjonat ferm.", "Fl-omelija tieg\u0127u qal li Karl, fil-\u0127ajja qasira tieg\u0127u, 18-il sena b\u0127ala tabib u 13-il sena membru parlamentari, offrilna mudell ta' nisrani integru li g\u0127araf isarraf it-twemmin tieg\u0127u f'qadi bla ser\u0127an biex iferra\u0127 u jqawwi l-qlub.", "Fost id-dinjitarji li attendew g\u0127all-funeral, kien hemm il-President ta' Malta Eddie Fenech Adami, l-Ispeaker Louis Galea, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni Joseph Muscat kif ukoll diversi membri parlamentari mi\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at tal-Kamra, u rappre\u017centanti ta' diversi g\u0127aqdiet.", "Il-quddiesa \u0121iet ikkon\u010belebrata mid-Direttur tal-Caritas Monsinjur Victor Grech mg\u0127ejjun mill-Kappillani tas-sitt lokalitajiet li jiffurmaw ir-Raba' Distrett minn fejn Karl kien elett b\u0127ala Membru Parlamentari.", "Kienu pre\u017centi wkoll l-Isqof ta' G\u0127awdex Mario Grech, kif ukoll l-Ar\u010bisqof Emeritus \u0120u\u017ceppi Mercieca u mill-Vigarju \u0120enerali Monsinjur Annetto Depasquale.", "L-Ar\u010bisqof ta' Malta Pawl Cremona O.P ma setax jattendi peress li kien Ruma."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15883", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15883", "title": "Rudolf Clausius", "text": ["Rudolf Clausius", "Rudolf Julius Emanuel Clausius (imwieled Rudolf Gotitlieb) (2 ta' Jannar, 1822 - 24 ta' Awissu 24, 1888), kien fi\u017ciku u matematiku \u0120ermani\u017c u hu meqjus b\u0127ala wie\u0127ed mill-fundaturi \u010bentrali tax-xjenza tat-termodinamika.", "Permezz tal-formolazzjoni \u0121dida tieg\u0127u tal-prin\u010bipju ta' Sadi Carnot mag\u0127rufa b\u0127ala \u010b-\u010aiklu ta' Carnot, po\u0121\u0121a t-teorija tas-s\u0127ana fuq ba\u017ci aktar veru u soda.", "Fl-artiklu l-aktar importanti tieg\u0127u, \"Dwar it-teorija mekkanika tas-s\u0127ana\", ippubblikat fl-1850, ifformola ghall-ewwel darba l-ideat ba\u017ci\u010bi tat-tieni li\u0121i tat-termodinamika.", "Fl-1865 introdu\u010ba l-kun\u010bett tal-entropija.", "Clausius twieled f'K\u00f6slin (issa tissejja\u0127 Koszalin) fil-Provin\u010bja tal-Pomeranja.", "Beda l-edukazzjoni tieg\u0127u fl-iskola ta' missieru.", "Wara ftit snin, beda jmur il-\u0120inna\u017cju fi Stettin (issa Szczecin).", "Clausius \u0127a l-lawrja mill-Universit\u00e0 ta' Berlin fl-1844 fejn studja l-matematika u l-fi\u017cika ta\u0127t, fost o\u0127rajn, Heinrich Magnus, Johann Dirichlet u Jakob Steiner.", "Studja wkoll l-istorja ta\u0127t Leopold von Ranke.", "Fl-1847, \u0127a dottorat mill-Universit\u00e0 ta' Halle b'tezi dwar l-effetti otti\u010bi fl-atmosfera tal-Art.", "Imbag\u0127ad la\u0127aq professur tal-fi\u017cika fl-iSkola Rjali tal-Artilerija u l-In\u0121inerija f'Berlin u Privatdozent fl-Universit\u00e0 ta' Berlin.", "Fl-1855 huwa sar professur fl-ETH Z\u00fcrich, l-Istitut Federali \u017bvizzeru tat-Teknolo\u0121ija f'Z\u00fcrich, fejn baqa' sal-1867.", "Matul dik is-sena, telaq biex isir professur fl-Universit\u00e0 ta' W\u00fcrzburg u sentejn wara, fl-1869 fl-Universit\u00e0 ta' Bonn.", "It-te\u017ci tad-Dottorat ta' Clausius dwar ir-rifrazzjoni tad-dawl ipproponiet li naraw is-sema ka\u0127la matul il-jum, u gradi differenti ta' a\u0127mar fi tlug\u0127 u n\u017cul ix-xemx (fost fenomeni o\u0127ra) min\u0127abba r-rifrazzjoni u r-riflessjoni tad-dawl.", "Aktar tard, Lord Rayleigh kellu juri li fil-fatt dan kien min\u0127abba t-tifrix tad-dawl, imma madankollu, Clausius kien u\u017ca appro\u010b\u010b ferm aktar matematiku milli kien u\u017caw xi w\u0127ud.", "L-artiklu l-aktar famu\u017c tieg\u0127u, \"\"\u00dcber die bewegende Kraft der W\u00e4rme\"\" (\"\"Dwar il-qawwa li tmexxi tas-s\u0127ana\"\")", "Matul l-1857, Clausius ikkontribwixxa g\u0127all-qasam tat-teorija \u010binetika wara li rfina l-mudell \u010binetiku sempli\u010bi \u0127afna tal-gassijiet ta' Awissu Kr\u00f6nig biex jinkludi movimenti translazzjonali, rotazzjonali u vibrazzjonali.", "F'dan l-istess xog\u0127ol introdu\u010ba l-kun\u010bett tal-\"Mog\u0127dija \u0127ielsa medja\" ta' parti\u010bella.", "Clausius iddedu\u010ba r-relazzjoni ta' Clausius-Clapeyron mit-termodinamika.", "Din ir-relazzjoni, li hi mod kif tista' ti\u0121i kkaratterizzata l-tran\u017cizzjoni tal-fa\u017ci bejn \u017cew\u0121 stati tal-materja b\u0127al solidu u likwidu, ori\u0121inarjament kienet \u0121iet \u017cviluppata fl-1834 minn \u00c9mile Clapeyron.", "Fl-1865, Clausius ta l-ewwel ver\u017cjoni matematika tal-kun\u010bett tal-entropija, u taha isimha wkoll.", "U\u017cat l-unit\u00e0 'Clausius' issa abbandunata (simbolu: \"'Cl\"') g\u0127all-entropija.", "Clausius \u0127a l-kelma \"entropija\" mill-Grieg, en + tropein, ji\u0121ifieri \"\"kontenut ta' bidla\"\" (\"\"Verwandlungsinhalt\"\") Dawn huma \u017cew\u0121 fra\u017cijiet famu\u017ci li qal Clausius fl-1865: L-ener\u0121ija tal-univers hi kostanti.", "L-entropija tal-univers dejjem tersaq lejn il-massimu."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15887", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15887", "title": "Philip Muscat", "text": ["Philip Muscat", "Philip Muscat (\u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121, 9 ta' Awwissu 1930 - Msida, 31 ta' Di\u010bembru 2010) kien tabib u Ministru Laburista fis-sebg\u0127inijiet u t-tmeninijiet, u fi \u017cmienu se\u0127\u0127ew \u017cviluppi importanti g\u0127al Malta, l-aktar fil-qasam tat-telekomunikazzjoni kif ukoll f'dak tal-edukazzjoni, fost\u00adhom bit-twaqqif tal-Junior Lyceums.", "Bin Joseph u Anna mwielda Sciortino, Philip Muscat studja fl-Iskola Primarja ta' \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121, is-Seminarju u fl-Universit\u00e0 ta' Malta minn fejn ggradwa fil-B.Pharm., B.Sc. fl-1952 u sar tabib fl-1955.", "Kien tabib popolari fl-in\u0127awi ta' \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 u \u0126al Qormi.It-Tabib Muscat kien mi\u017c\u00ad\u017cewwe\u0121 lil Doris imwielda Cuschieri u kellhom tlett itfal, Alexander, Joseph u Marlene.", "It-Tabib Muscat da\u0127al fil-politika fl-1956 b\u0127ala president tal-G\u0127aqda \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 Laburisti ta' \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121.", "Hu kkontesta l-elezzjonijiet \u0121e\u00adnerali f'isem il-Partit Laburista fl-1962, 1966 u l-1971 u dej\u00adjem tela' minn fuq il-\u0127ames distrett.", "Fis-snin 60 kien il-kelliem tal-Oppo\u017cizzjoni dwar is-Servizzi So\u010bjali u s-Sa\u0127\u0127a.", "Ikkontesta wkoll b'su\u010b\u010bess l-elezzjonijiet tal-1976, 1981 u 1987 li fihom kien elett mis-sitt dist\u00adrett.", "Fl-1992 ikkontesta fuq is-sitta u s-seba' distrett fejn kien irnexxielu j\u017comm is-si\u0121\u0121u parlamentari wara li reba\u0127 elezzjoni ka\u017cwali.", "Bejn l-1971 u l-1976 it-Tabib Muscat kien in\u0127atar deputat \u010berpersin tal-kumitati tal-Kamra tar-Rapp\u00adre\u00ad\u017centanti, u mexxa wkoll delegazzjoni fil-Kunsill tal-Ewropa.", "Wara l-elezzjoni tal-1976 ing\u0127ata r-responsabbilt\u00e0 ta' Ministru tal-Edukazzjoni, ka\u00adriga li \u017camm sal-1983.", "Waqt il-\u0127idma tieg\u0127u f'dan il-Minis\u00adteru kien introdu\u010ba l-iskemi ta' student \u0127addiem fl-Universit\u00e0 u l-Istitut Tekniku.", "Fl-1979 irrappre\u017centa lill-Prim Ministru fil-Konferenza tal-Kapijiet tal-Istati tal-Commonwealth fi\u017c-\u017bambja.", "Bejn l-1983 u l-1987 it-Tabib Muscat serva b\u0127ala Ministru tal-Industrija Paras\u00adtatali, Enemalta u Telemalta.", "Minn April 1992, huwa kien il-kelliem ewlieni tal-Oppo\u00ad\u017cizzjoni dwar ix-Xog\u0127ol u l-Korporazzjoni tax-Xog\u0127ol u Ta\u0127ri\u0121, sakemm imbag\u0127ad irtira mill-politika.", "Fi stqarrija wara l-mewt tieg\u0127u, il-Partit Laburista qal: \"It-tabib Muscat kellu karriera mill-aqwa fil-kamp tal-medicina kif ukoll f'dak politiku, fejn g\u0127al snin twal \u0127adem u ta sehem fil-\u0127idma tal-Partit Laburista, liema \u0127idma baqa' g\u0127addej biha sal-a\u0127\u0127ar \u017cminijiet.\"", "Il-funeral tieg\u0127u sar fit-3 ta' Jannar 2011, fil-Knisja ta' \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121.", "Attendew il-President George Abela, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-A\u0121ent Mexxej tal-Partit Laburista An\u0121lu Farrugia, l-eks-Mexxej Laburista Alfred Sant kif ukoll membri parlamentari pre\u017centi u eks-ministri u deputati li servew fi \u017cmien meta Muscat kien ministru.", "Fl-omelija tal-quddiesa Fr Hilary Tagliaferro iddeskriva lil Philip Muscat b\u0127ala bniedem bilan\u010bjat li kapa\u010bi jag\u0127mel awto-kritika u dak li hu abjad jg\u0127idlu abjad u dak li hu iswed jg\u0127idlu iswed.", "Huwa sostna li rridu nitg\u0127allmu minn dawn in-nies u t-tajjeb li g\u0127amlu f'\u0127ajjithom nag\u0127mluh a\u0127na.", "Sa\u0127aq ukoll li l-awtorit\u00e0 ma tfissirx poter imma servizz g\u0127all-o\u0127rajn minn dawk stess li g\u0127andhom il-poter u l-awtorit\u00e0.\"Philip kien ju\u017ca l-poter biex jag\u0127ti servizz\".", "Wara l-quddiesa t-tebut in\u0127are\u0121 mill-knisja qalb i\u010b-\u010bap\u010bip tan-nies u minn hemm in\u0121arr fuq l-idejn sa' quddiem il-ka\u017cin Laburista ta' \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121 fejn mal-fa\u010b\u010bata kien hemm 'banner' bil-kliem \"Grazzi Philip\".", "Mill-gallarija ntefg\u0127u fjuri \u0127omor u bojod kif ukoll indaqq il-Last Post minn grupp ta' bandisti.", "Minn hemm il-korteo bil-qraba u l-\u0127bieb kompla sa\u010b-\u010aimiterju tal-Qalb ta' \u0120es\u00f9 fl-istess ra\u0127al fejn Muscat indifen fil-qabar tal-familja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15889", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15889", "title": "Philip Sciberras", "text": ["Philip Sciberras", "Philip Sciberras (\u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121, 7 ta' Ottubru 1945) kien deputat Parlamentari Laburista u Im\u0127allef, u huwa poeta u kittieb.", "Bin Saviour u Mary Ann imwielda Micallef, Sciberras studja fl-Iskola Primarja ta' \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121, il-Kulle\u0121\u0121 San Alwi\u0121i u l-Universit\u00e0 ta' Malta fejn iggradwa u sar avukat fl-1973.", "Sar membru parlamentari fl-1979 wara r-ri\u017cenja tan-Nutar \u0120u\u017c\u00e8 Abela.", "Fl-elezzjoni tal-1981 kien elett fuq is-sitt distrett.", "Fi\u017c-\u017cew\u0121 elezzjonijiet ta' wara ma kienx elett.", "Fil-kwistjoni interna tal-Partit Laburista serva ta' medjatur bejn il-Prim Ministru Alfred Sant u Dom Mintoff.", "Nhar id-19 ta' Di\u010bembru 2010, il-Partit Laburista g\u0127a\u017cel lill-Im\u0127allef Emeritus Philip Sciberras biex jamminista u jqassam il-fondi li l-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni, flimkien ma' deputati o\u0127rajn Laburisti rrinunzjaw mi\u017c-\u017cieda fis-salarju li ta l-Gvern.", "Nhar id-9 ta' Di\u010bembru 2002 kien ma\u0127tur Im\u0127allef.", "Matul il-karriera tieg\u0127u ta' M\u0127allef g\u0127al tmien snin, bejn de\u010bi\u017cjonijiet tal-Qorti tal-Appell Inferjuri u dawk tal-Prim Awla tal-Qorti \u010aivili ta xejn inqas minn 2,529 sentenza, inklu\u017ci 69 sentenza li ta matul l-a\u0127\u0127ar jum tieg\u0127u, is-6 ta' Ottubru 2010, ji\u0121ifieri medja ta' 316-il sentenza fis-sena.", "Fid-diskors li g\u0127amel fl-okka\u017cjoni tal-irtirar tieg\u0127u, l-Im\u0127allef Sciberras qal:", "\"Kull \u0121udikant aspirant g\u0127andu jifhem li l-fidu\u010bja ma tintilifx biss b'xi att ta' korruzzjoni jew favoriti\u017cmu, i\u017cda wkoll bl-g\u0127a\u017c\u017c, in-negli\u0121enza u l-insensibilit\u00e0 anke g\u0127ax dawn huma \u0127tijiet gravi.", "Tajbin kemm huma tajbin l-emendi le\u0121i\u017clattivi inti\u017ci biex i\u0127affu l-pro\u010beduri u jeg\u0127lbu d-dewmien esa\u0121erat, fih innifsu skandalu\u017c, il-\u0121udikant aspiranti g\u0127andu japprezza li kif kien jg\u0127id il-Calamandrei fl-opra tieg\u0127u \"Elogio dei Guidici\", il-\u0121udikant jappartejni g\u0127al dak l-ordni reli\u0121ju\u017c fejn jekk xi wie\u0127ed jitnikker u ma jkunx ta' e\u017cempju tajjeb jista' ji\u0121i li l-kredenti jitilfu l-fidi.", "Il-\u0127idma tal-\u0121udikant ma g\u0127andhiex ikollha waqfien.", "Dan qed ng\u0127idu g\u0127ax, kif tafu inthom, evitajt kemm stajt id-dewmien fl-g\u0127oti tas-sentenzi u dan ming\u0127ajr pressjoni \u017cejda g\u0127all-Avukat.\"", "Sciberras qal li huwa da\u0127al f'din il-kariga fis-sena li matulha ftit xhur qabel se\u0127\u0127 l-avveniment li he\u017c\u017ce\u017c lill-\u0121udikatura:", "\"Allura tistg\u0127u tobsru x-xorta ta' mag\u0127mudija li d\u0127alt g\u0127alija.", "Ma qtajtx qalbi g\u0127ax deherli li kont kapa\u010bi ner\u0121a' fil-mod u \u010b-\u010bokon tieg\u0127i, flimkien mal-ma\u0121\u0121jor parti ta' \u0121udikanti o\u0127ra \u0127awtiela, nag\u0127ti sehemi biex tinkiseb lura l-fidu\u010bja li kienet the\u017c\u017cet...", "\u0126dimt bil-mod tieg\u0127i, inqum kmieni filg\u0127odu, naqra l-pro\u010bess, nag\u0127mel in-notamenti, nirri\u010berka u nirredi\u0121i s-sentenzi.", "Dan ming\u0127ajr daqq ta' trombi jew fanfarri...", "Illum fis-sewwa nistqarrilkom li n\u0127oss \u010berta g\u0127afsa li se ntemm il-karriera tieg\u0127i ta' \u0121udikant meta nqis li g\u0127ad nista' nag\u0127ti kontribut siewi, \u017cg\u0127ir kemm hu \u017cg\u0127ir.", "Qabel ma nag\u0127laq nixtieq intenni li matul dawn it-tmien snin osservajt kambjament tajjeb fit-tmexxija tal-kaw\u017ci u l-kwalit\u00e0 tas-sentenzi dovut g\u0127all-isforz kollettiv li sar minn numru ta' M\u0127allfin u Ma\u0121istrati.", "Eventwalment qatt mhu bi\u017c\u017cejjed.", "I\u017cda fil-fehma umli tieg\u0127i dan l-isforz kellu almenu jsib riskontru ta' apprezzament minn min, fis-setg\u0127a tieg\u0127u, tiddependi l-g\u0127a\u017cla 'ad altiora'.\"", "Kien wie\u0127ed mill-fundaturi tal-Moviment Qawmien Letterarju.", "Ippubblika \"Pri\u017cmi\" ma' Dun Lawrenz Cachia (1968), \"Dawl fil-Persjani\" (1972) , \"Mandala\" (1984) u \"Mirja\" (2014).", "Bhala pubblikazzjonijiet legali imbarka fuq xoghol monumentali intitolat \"L-Alfabett tal-Kodici Civili\" li ser jikkonsisti f'ghaxar volumi.", "Huwa mi\u017c\u017cewwe\u0121 lil Rose, imwielda Apap u g\u0127andu tlett itfal: Alexander, Lara u Andrew, u sitt neputijiet Ivan, Maya, Anja, Michael, Samuel u Matthew.", "MANDALA", "ISSA LI L-FJURI DBIELU", "DATA BASE", "KOLLOX G\u0126ANDI LEST Kollox g\u0127andi lest:", "Bagalja ta' u\u0121ig\u0127,", "Passaport g\u0127ajjien ming\u0127ajr u\u010bu\u0127,", "U portafoll ta' solitudni Sal-biljett li taqtg\u0127u darba,", "Bla ritorn.", "Kollox g\u0127andi lest", "U m'hemmx li jasal l-ajruplan."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15890", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15890", "title": "Chow Chow", "text": ["Chow Chow", "Chow Chow huwa razza ta kelb li ori\u0121inarjament \u0121ie \u017cviluppat fil-Mongolja madwar 4,000 sena ilu u wara \u0121ie introdu\u010but fi\u010b-\u010aina, fejn huwa riferut b\u0127ala \"Songshi Quan\" (: s\u014dngsh\u012b qu\u01cen \u9b06\u7345\u72ac).", "Sidien famu\u017ci ta' Chow Chow jinkludu (it-tletin president ta' l-iStati Uniti), , il-mara ta' , u missier il-psychoanalytic psikologija ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15897", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15897", "title": "Paul P. Borg", "text": ["Paul P. Borg", "Paul P. Borg (\u0126al Balzan, 1949) huwa awtur prolifiku Malti u g\u0127alliem tax-xjenza u fi\u017cika fl-iskola ta' San Andrea l-Im\u0121arr, Malta.", "G\u0127ex f'B'Kara, imma qatta' parti kbira minn tfulitu ji\u0121ri fil-bera\u0127 ta' Selmun fejn tg\u0127allem jikber, jg\u0127ix u jirrispetta l-ambjent.", "Borg huwa poeta, rumanzier u \u0127are\u0121 kotba fuq is-snajja' Maltin.", "L-ewwel \u0121abra ta' novelli tal-awtur, huma miktubin madwar nies li g\u0127andhom xi singularita' fil-karattru.", "Dan jissu\u0121\u0121erixxi lin-novellier li dawn il-karattri jistg\u0127u jirrea\u0121ixxu b'mod partikolari li jag\u0127ti lill-awtur \u0127jiel li jista' jutilizza fin-narrazzjoni tieg\u0127u.", "A\u0127na u naqraw dawn in-novelli, nistg\u0127u n\u0121arrbu l-esperjenzi ta' \"Be\u017cg\u0127at\" u nirrealizzaw li xi w\u0127ud mill-karattri li \u0127oloq okkupaw post prominenti f'mo\u0127\u0127 l-awtur.", "G\u0127alkemm dawn in-novelli jidhru maqtug\u0127in wie\u0127ed mill-ie\u0127or, xorta j\u017commu bejniethom rabta li tg\u0127aqqadhom fi storja twila wa\u0127da.", "\u0120abra ta' novelli li fihom l-awtur jaqbad \u010berti in\u010bidenti mill-\u0127ajja ta' kuljum madwarna u jlaqqa' \u010berti individwi, jara u jg\u0127arbel u jo\u0127ro\u0121 minn dawn l-in\u010bidenti \u010berti sitwazzjonijiet li mbag\u0127ad jirrifletti fuqhom.", "F'dawn in-novelli, l-awtur jo\u0127ro\u0121 is-seng\u0127a tas-sempli\u010bita'.", "F'din il-\u0121abra ta' disa' novelli nsibu \u0121rajjiet umani li jirriflettu s-so\u010bjeta' marida ta' \u017cminijietna.", "\u0120abra ta' novelli fuq il-qirda ta' l-ambjent f'kull tifsira tieg\u0127u, dik ukoll li tag\u0127tina identit\u00e9, u tan-nuqqas tas-so\u010bjet\u00e0 li tiddefendi sewwa kemm l-ambjent kif ukoll l-identit\u00e0 g\u0127al \u0121id tag\u0127ha stess.", "23 novella bl-Ingli\u017c miktubin fl-istil tipiku ta' Borg: l-attenzjoni minuzzju\u017ca g\u0127al dak li l-\u0127in kollu g\u0127addej minn mo\u0127\u0127 il protagonist, ix-xewqat u l be\u017cg\u0127at li j\u0121arrab, l-ilsien u l-istil li jirrifletti direttament in-nixxieg\u0127a tal kuxjenza li spiss tmiss l-istat tat thewdin.", "B\u0127ala temi ja\u0127kmu fuq kollox dawk ambjentali u so\u010bjali (i\u017c-\u017cwie\u0121, l-abort, imma anki s-suwi\u010bidju, id-di\u017cabbilt\u00e1 fi\u017cika)."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15909", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15909", "title": "John F. Marks", "text": ["John F. Marks", "John F. Marks (Isla, 26 ta' \u0120unju 1894 - Tas-Sliema, 14 ta' Settembru 1954) kien wie\u0127ed mill-intellettwali ewlenin li kellu l-Partit Laburista fil-bidu tieg\u0127u fis-snin 20, li ta sehem kbir biex Jum il-\u0126addiem fl-1 ta' Mejju ji\u0121i \u010b\u010belebrat f'Malta.", "Bin Daniel, Lhudi imwieled Varsavja, l-Polonja, u Kun\u010betta imwield Chetcuti.", "Studja l-Li\u010beo, il-Kulle\u0121\u0121 tat-Tarzna u wara da\u0127al ja\u0127dem ta' disinjatur fl-in\u0121inerija fit-Tarzna.", "Kien president tal-Ka\u017cin Laburista tal-Isla.", "Kien fl-E\u017cekuttiv tal-Partit mill-1925 'il quddiem u g\u0127amel \u017cmien Vi\u010bi-President tal-Partit.", "Fil-ktieb tieg\u0127u 'Bandiera \u0126amra: L-Ewwel ta' Mejju f'Malta', l-awtur Joe Borg, iqis lil John Marks b\u0127ala l-magna li tat l-ewwel nifsijiet tal-\u0127ajja lill-Ewwel ta' Mejju f'Malta.", "Tant ukoll li jg\u0127id li kieku ma kienx John F. Marks forsi llum f'pajji\u017cna ma ni\u010b\u010belebrawx Jum il-\u0126addiem.", "L-ewwel darba li l-Ewwel ta' Mejju \u0121ie \u010b\u010belebrat kien proprju fl-Isla fl-1926.", "Kiteb \u0127afna f'\u0121urnali Laburisti jew xellugin b\u0127al \"Il Cotra\".", "Kiteb ukoll:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15913", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15913", "title": "Albert Marshall", "text": ["Albert Marshall", "Albert Marshall (\u0126'Attard, 1947) huwa awtur u direttur tad-drammi Malti.", "Studja s-Seminarju, l-Universit\u00e0 ta' Malta, il-London Academy of Music and Dramatic Arts u Victoria University ta' Melbourne, l-Awstralja, mnejn kiseb l-M.A. fl-Istudji tal-Komunikazzjoni.", "Bejn l-1971 u l-1980 okkupa diversi karigi fix-xandir nazzjonali u kien l-ewwel kap Malti tal-Akkademja Nazzjonali tal-Arti Drammatika.", "Marshall emigra lejn l-Awstralja fl-1981.", "G\u0127amel \u017cmien re\u0121ista residenti fil-Victoria College of the Arts ta' Melbourne u kien l-ewwel Malti li dderie\u0121a fis-Sydney Opera House.", "Kien jg\u0127allem l-istudji tal-Komunikazzjoni f'Victoria University qabel irritorna Malta.", "Irritorna Malta f'Novembru 1995 biex jie\u0127u f'idejh it-tmexxija tar-Radju tal-Universit\u00e0 u fl-istess \u0127in jg\u0127allem l-istudji tal-Komunikazzjoni fl-Universit\u00e0 ta' Malta.", "Marshall in\u0127atar General Manager tal-PBS fl-1996.", "Fl-2004, Marshall emigra lejn il-Lussemburgu fejn \u0127adem b\u0127ala traduttur mal-Kummissjoni Ewropea.", "F'Novembru 2009 irtira u irritorna lejn Malta.", "Marshall ippubblika g\u0127add kbir ta' poe\u017ciji f'kotba u antolo\u0121iji tul il-medda ta\u017c-\u017cmien bejn il-\u0127olqien tal-Moviment Qawmien Letterarju, li tieg\u0127u kien protagonist, fis-Snin Sittin, u l-ktieb \"Diaspora\", \u0121abra tal-poe\u017ciji tieg\u0127u miktubin bejn l-1967 u l-1996."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15915", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15915", "title": "San Stani\u017claw Martri", "text": ["San Stani\u017claw Martri", "San Stani\u017claw Martri (Szczepanow, Polonja, 26 ta' Lulju 1030 - Krakovja, Polonja, 11 ta' April 1079) huwa qaddis tal-Knisja Kattolika, ikkanonizzat mill-Papa Inno\u010benz IV fl-1253.", "Imwieled minn \u0121enituri nobbli li g\u0127al \u0127afna \u017cmien kienu bla tfal u li tawh trobbija reli\u0121ju\u017ca tajba u ressquh bl-ezempju tag\u0127hom lejn Alla.", "Meta kiber \u0121ie ordnat sa\u010berdot u mog\u0127ti kanonkat fil-katidral.", "\u0126afna nies kienu jersqu lejn Alla min\u0127abba l-prietki mqanqla tieg\u0127u msa\u0127\u0127a b'ezempju tajjeb.", "Kemm il-poplu kif ukoll il-kleru kienu jfittxuh g\u0127all-pariri.", "Kien \u0121eneru\u017c mal-foqra u mbotta 'l quddiem ir-riformi religjuzi.", "L-isqof ta' Krakovja xtaq jirre\u017cenja u j\u010bedilu postu i\u017cda Stani\u017claw insista mieg\u0127u biex ma ji\u0127ux dan il-pass.", "Imma meta l-isqof miet, huwa intg\u0127a\u017cel minfloku g\u0127alkemm a\u010b\u010betta biss g\u0127ax ordnalu l-Papa.", "Kien kkonsagrat isqof fl-1072.", "Baqa' bl-istess \u0127e\u0121\u0121a, jg\u0127allem, jirriforma u benefattur \u0121eneru\u017c tal-fqar.", "Dan l-isqof miet martri meta safa maqtul mir-re Boleslav li qatlu hu stess fil-katidral waqt li kien qed iqaddes.", "L-isqof Stanislaw safa vittma g\u0127ax ried jaqdi id-dmir tieg\u0127u ta' mexxej tal-erwie\u0127 bl-aktar mod rett.", "Ir-re Boleslav kien \u0127ataf mara ta' wa\u0127da min-nobbli tieg\u0127u, u \u0127adha fil-palazz tieg\u0127u.", "Dan kien skandlu kbir g\u0127an-nies tal-Polonja.", "Minkejja li Stani\u017claw widdbu biex jindem, Boleslav baqa' kif kien u l-isqof skumnikah.", "Ir-re ma fela\u0127x g\u0127al din l-umiljazzjoni u \u017cvoga l-qilla tieg\u0127u meta da\u0127al fil-katidral u qatlu b'idejh stess wara li s-suldati li hu ordna biex ine\u0127\u0127ulu \u0127ajtu qalulu li ma setg\u0127ux jag\u0127mlu dan g\u0127ax Stani\u017claw kien imdawwar b'dija kbira divina.", "San Stani\u017claw huwa l-Qaddis Patrun tal-Polonja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15916", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15916", "title": "Helder Camara", "text": ["Helder Camara", "Dom Helder C\u00e2mara (7 ta' Frar, 1909, Fortaleza, Cear\u00e1, Bra\u017cil - 27 ta' Awwissu, 1999 Recife, Bra\u017cil) kien Ar\u010bisqof ta' Olinda u Recife, li jinsabu fil-grigal tal-Bra\u017cil, mag\u0127ruf internazzjonalment b\u0127ala l-Isqof tal-fqar.", "C\u00e2mara jibqa' msemmi g\u0127all-invenzjoni tal-kun\u010bett tal-konferenzi episkopali fil-Bra\u017cil.", "Huwa kien ukoll responsabbli mill-\u0127olqien tal-ewwel konferenza, li bdiet f'pajji\u017cu stess, fl-1952.", "Spalla ma' spalla mal-kollega \u010ailen tieg\u0127u Manuel Larra\u00edn, C\u00e2mara waqqaf il-Kunsill Episkopali Latin Amerikan (CELAM).", "Fit-ta\u0127ditiet li kien ikollu minn wara l-kwinti fil-Kon\u010bilju Vatikan it-Tieni, C\u00e2mara kien jis\u0127aq biex il-Knisja Kattolika tinfeta\u0127 g\u0127all-b\u017connijiet tad-dinja moderna, kif fil-fatt \u0121ara.", "Helder Pessoa C\u00e2mara twieled f'Fortaleza, il-belt kapitali tal-istat Bra\u017ciljan ta' Cear\u00e1.", "Missieru kien \u0121urnalist, filwaqt li ommu kienet g\u0127alliema fl-iskola primarja.", "Min\u0127abba li fis-seminarju fejn fih kien jattendi kien mimli daqs bajda bil-Lazzaristi Fran\u010bi\u017ci, C\u00e2mara rnexxielu jkollu \u0127akma tajba tal-ilsien Fran\u010bi\u017c u Latin.", "Aktar 'il quddiem dawn i\u017c-\u017cew\u0121 ilsna g\u0127enuh mhux ftit fil-\u0127idma internazzjonali tieg\u0127u.", "Meta \u0121ie ordnat sa\u010berdot f'Awwissu 1931, C\u00e2mara mill-ewwel wera l-\u0127ila tieg\u0127u fl-organizzazzjoni ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 \u0126addiema Nsara f'Cear\u00e1.", "Fl-istess waqt, it-t\u0127assib so\u010bjali u politiku tieg\u0127u mexxewh fil-moviment integralista Bra\u017ciljan, li kien imnebba\u0127 mill-ideat faxxisti tad-dittatur Portugi\u017c Ant\u00f3nio de Oliveira Salazar.", "Il-\u0127iliet organizzattivi tieg\u0127u ittrasferewh f'Rio de Janeiro, l-ewwel b\u0127ala assistent nazzjonali g\u0127all-Azzjoni Kattolika Spe\u010bjalizzata, u iktar tard b\u0127ala isqof aw\u017ciljarju.", "Hawnhekk l-ideat so\u010bjali ta' C\u00e2mara \u017cviluppaw sewwa.", "Il-post tieg\u0127u mal-Azzjoni Kattolika po\u0121\u0121ieh f'kuntatt mill-qrib mal-laj\u010bi u fl-istess \u0127in tah vi\u017cjoni s\u0127i\u0127a tal-qag\u0127da so\u010bjali tal-Bra\u017cil.", "Kien ukoll l-ispringboard g\u0127all-azzjoni i\u017cjed wiesg\u0127a fi \u0127dan il-Knisja.", "Meta kien Ruma mad-delegazzjoni Bra\u017ciljana g\u0127all-Anno Santo tal-1950, C\u00e2mara se\u0127\u0127lu jiltaqa' mal-Papa Piju XII u mas-Segretarju tal-Istat, Giovanni Montini.", "Il-\u0127biberija li nibtet bejnu u bejn Montini ppermettiet lil C\u00e2mara li jinfluwenza lil Montini biex dan juri l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u g\u0127all-idea tieg\u0127u ta' Konferenza Nazzjonali tal-Isqfijiet fil-Bra\u017cil.", "Fil-fatt, din il-Konferenza twaqqfet fl-1952 u kellha lil C\u00e2mara b\u0127ala l-ewwel segretarju \u0121enerali tag\u0127ha, liema post C\u00e2mara dam jokkupa g\u0127al 12-il sena s\u0127a\u0127.", "Fl-1955 insibu l-\u0127olqien ta\u010b-CELAM, b'Miguel Larra\u00edn ikun l-ewwel president tal-Kunsill u C\u00e2mara l-ewwel vi\u010bi-president.", "Sakemm \u0121ie msejja\u0127 il-Kon\u010bilju Vatikan it-Tieni, Helder C\u00e2mara kien wie\u0127ed mill-isqfijiet Bra\u017ciljani li kellu l-aqwa kuntatti f'Ruma.", "Kien wie\u0127ed minn sitt isqfijiet Bra\u017ciljani li \u0121ew ma\u0127tura fil-kummissjonijiet preparatorji.", "Mill-ittri li C\u00e2mara kien jikteb kwa\u017ci kuljum mill-Kon\u010bilju, ilkoll juru kemm kien frustrat min\u0127abba l-kontroll e\u017cer\u010bitat mill-Kurja Rumana fuq il-parte\u010bipanti u l-a\u0121enda tal-Kon\u010bilju.", "Fihom, C\u00e2mara jidher b\u0127ala wie\u0127ed mill-iktar organizzaturi ener\u0121eti\u010bi tar-rivoluzzjoni li l-Missirijiet tal-Kon\u010bilju wettqu biex kissru din il-morsa.", "F'dan ix-xog\u0127ol kien kollaboratur mill-qrib tal-Kardinal Suenens, l-Ar\u010bisqof ta' Malines-Brussels, u wie\u0127ed mill-aktar figuri influwenti tan-na\u0127a progressiva tal-Kon\u010bilju u kif ukoll mas-segretarju tal-konferenza episkopali Fran\u010bi\u017ca, Roger Etchegaray.", "C\u00e2mara qatt ma tkellem fl-awla tal-Kon\u010bilju imma kien networker prim u \u0127abbrieki minn wara l-kwinti.", "Fost il-pro\u0121etti li wettaq insibu laqg\u0127at regolari ma' rappre\u017centanti ta' konferenzi espikopali differenti u forum ta' djalogu bejn l-Ewwel u t-Tielet Dinja.", "Moviment ie\u0127or li anti\u010bipa t-t\u0127assib tieg\u0127u fl-a\u0127\u0127ar fa\u017ci ta' \u0127ajtu, kien mag\u0127ruf b\u0127ala \"il-Knisja tal-Fqar\".", "Dan kien grupp li \u0121abar qaqo\u010b\u010ba wa\u0127da lill-isqfijiet tat-Tielet Dinja, lis-sa\u010berdoti mill-Mission de France u lill-A\u0127wa \u017c-\u017bg\u0127ar ta' Charles de Foucauld.", "L-interess ta' dan il-grupp kien li l-Knisja kellha tindirizza lilha nnifisha g\u0127all-abbiss li kien jifred id-dinja g\u0127anja minn dik fqira.", "Il-Knisja kellha tissimbolizza l-impenn tag\u0127ha favur il-fqar bil-\u0127ajja awstera tag\u0127ha.", "G\u0127al dan il-g\u0127an inkiteb manifest mit-teologu Dumnikan Yves Congar bit-titlu Pour une \u00c9glise Servante et Pauvre.", "Sadanittant fil-Bra\u017cil, ir-retorika populista tal-President Jo\u00e3o Goulart \u0127ejjiet il-qieg\u0127a g\u0127all-kolp ta' stat militari, li ne\u0127\u0127ieh mis-setg\u0127a nhar il-31 ta' Marzu tal-1964.", "L-g\u0127ada, Helder C\u00e2mara wasal f'Recife b\u0127ala ar\u010bisqof.", "Irritorna lejn daru b\u0127ala bniedem iktar m\u0127ejji, lest biex jg\u0127aqqad dan ir-re\u0121jun abbandunat ma' dinja iktar wiesa'.", "B\u0127alma qal fl-ewwel messa\u0121\u0121 tieg\u0127u lid-djo\u010besi: \"Jiena \u0121ej mill-grigal u qieg\u0127ed inkellem lill-persuni li b\u0127ali, \u0121ejjin minn din in-na\u0127a.", "Jiena \u0127lejqa umana li jikkunsidra lilu nnifsu \u0127ukom fid-dg\u0127jufija u fid-dnub tan-nies kollha ta' kull razza u rokna tad-dinja.", "Nisrani li qieg\u0127ed ikellem lill-Insara, imma b'qalbi miftu\u0127a, ekumenikament, g\u0127an-nies, g\u0127at-twemmin u g\u0127all-ideolo\u0121iji kollha.", "Isqof tal-Knisja Kattolika li, fuq l-e\u017cempju ta' Kristu, ma \u0121iex biex ikun moqdi imma biex jaqdi\".", "F'Recife, C\u00e2mara ipprova jimplimenta l-vi\u017cjoni tal-\"Knisja tal-Fqar\".", "Evita li jilbes is-suttana vjola ta' ar\u010bisqof, abbanduna l-palazz presti\u0121ju\u017c tieg\u0127u fis-subborgi lussu\u017ci u ttrasferixxa ru\u0127u f'abitazzjoni sempli\u010bi msej\u0127a \"knisja tal-fruntieri\", mo\u0127bija kemm jista' ikun wara r-ring road \u0121ewwiena tal-belt.", "Kien jiekol l-ikla ta' filg\u0127axija tieg\u0127u fil-post fejn kienu jin\u0121abru s-sewwieqa tat-taxi u kien jing\u0127ata lifts madwar il-belt minflok li kellu l-karozza uffi\u010bjali g\u0127as-servizz tieg\u0127u.", "L-istorja ma waqfitx hawn.", "C\u00e2mara ried ikun i\u017cjed radikali.", "Fil-fatt huwa ta l-art tal-Knisja biex dawk li ma kellhomx fejn joqog\u0127du seta' jkollhom saqaf fuq rashom, waqqaf credit union, involva lill-kleru u lil-laj\u010bi fit-tmexxija tad-djo\u010besi u \u0127are\u0121 lill-istudenti mis-seminarju u po\u0121\u0121ihom f'komunitajiet \u017cg\u0127ar fil-parro\u010b\u010bi.", "Barra minn hekk, C\u00e2mara waqqaf istitut teolo\u0121iku li fih is-sa\u010berdoti futuri setg\u0127u jistudjaw mal-laj\u010bi u anki ji\u0121u mg\u0127allma minn letturi nisa.", "C\u00e2mara kien wie\u0127ed mill-ftit isqfijiet li kien kritiku sa mill-bidu rigward il-kolp militari fil-Bra\u017cil tal-1964.", "Min\u0127abba f'hekk, huwa tilef id-drittijiet \u010bivili tieg\u0127u g\u0127al disa' snin, tant li kull referenza g\u0127alih kienet illegali.", "Biex tkompli tag\u0127qad, wie\u0127ed mis-sa\u010berdoti \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li kien qieg\u0127ed jag\u0127tih daqqa t'id sewwa, Henrique Pereira, safa brutalment maqtul mill-a\u0121enti tad-dittatura.", "Milli jidher, dawk li kienu mibg\u0127uta biex joqtlu lill-ar\u010bisqof, imlibbsin ta' tallaba u sewwieqa tat-taxi, ma kellhomx l-istonku li jwettqu dak li \u0121ew imqabbda biex jag\u0127mlu.", "G\u0127alhekk, stqarrewlu l-\u0127tija tag\u0127hom u talbuh ma\u0127fra.", "Min\u0127abba li C\u00e2mara kien i\u010b\u010bensurat fil-Bra\u017cil huwa beda jivvja\u0121\u0121a mad-dinja kollha, jippriedka l-vi\u017cjoni tieg\u0127u ta' moviment non-vjolenti, imsejja\u0127 \"minoritajiet Abrahami\u010bi\".", "L- g\u0127an ta' dan il-moviment kien li ja\u0127dem g\u0127at-tmiem tal-in\u0121ustizzja permezz tal-pressjoni pa\u010bifika u tad-djalogu.", "Kien f'dan i\u017c-\u017cmien li l-figura \u010bkejkna tieg\u0127u, li kibret mhux ftit min\u0127abba l-\u0121esti qawwija tieg\u0127u, saret mag\u0127rufa mal-udjenza dinjija kollha.", "L-influwenza tieg\u0127u kibret tant li d-diskorsi tieg\u0127u n\u0121abru f'g\u0127add ta' kotba, fosthom Spiral of Violence, Church and Colonialism u The Desert is Fertile.", "Fl-1985, meta Helder C\u00e2mara g\u0127alaq 75 sena, ir-ri\u017cenja tieg\u0127u minn ar\u010bisqof tal-Knisja ta' Olinda u Recife malajr \u0121iet milqug\u0127a.", "Kien jidher \u010bar li s-su\u010b\u010bessur tieg\u0127u, il-kanonista Jos\u00e9 Cardoso, kellu vi\u017cjoni differenti \u0127afna g\u0127ad-djo\u010besi minn dik tal-prede\u010bessur tieg\u0127u, tant li fil-fehma ta' xi w\u0127ud, kien hemm strate\u0121ija fina bil-\u0127sieb pre\u010bi\u017c li l-\"Knisja tal-Fqar,\" li C\u00e2mara bena b'\u0127afna sabar u g\u0127o\u017c\u017ca tul is-snin, tin\u0127att.", "Kien x'kien il-ka\u017c, Dom Helder, jew kif kien mag\u0127ruf fi\u010b-\u010birku ta' \u0127biebu b\u0127ala \"Id-Dom\", kien g\u0127aqli bi\u017c\u017cejjed li ma jikkumentax fuq it-tibdil li kien qieg\u0127ed isir fl-ar\u010bidjo\u010besi tieg\u0127u.", "Hekk, seta' j\u0127alli lis-su\u010b\u010bessur tieg\u0127u ji\u017cvol\u0121i l-ministeru episkopali tieg\u0127u fl-a\u0127jar interess tal-Poplu ta' Alla f'Olinda u f'Recife, kif ja\u0127seb hu.", "Fl-a\u0127\u0127ar snin ta' \u0127ajjet C\u00e2mara, f'Recife l-ebda attivit\u00e0 favur il-\u0121ustizzja so\u010bjali ma kienet tkun kompluta ming\u0127ajr il-pre\u017cenza tad-\"Dom\", li b'dik it-tbissima mimlija pa\u010bi tieg\u0127u kien jag\u0127tiha l-\u0127ajja.", "Wara l-mewt ta' C\u00e2mara, wie\u0127ed mill-\u0127bieb leali tieg\u0127u, il-Fran\u0121iskan Alo\u00edsio Fragoso, ikkummenta li g\u0127all-komunikatur tal-kalibru tad-\"Dom\", it-tbatija \u0127arxa tieg\u0127u kienet li ma setax isib kliem biex jesprimi lilu nnifsu.", "Il-mewta serena tieg\u0127u serr\u0127itu minn dan it-turment.", "Darba C\u00e2mara qal: \"Meta tmajt lill-foqra sej\u0127uli qaddis.", "Meta staqsejt l-g\u0127aliex il-fqar huma bil-\u0121u\u0127 sej\u0127uli komunist\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15924", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15924", "title": "Ester", "text": ["Ester", "Ester (Lhudi: \u05d0\u05b6\u05e1\u05b0\u05ea\u05b5\u05bc\u05e8), imwielda \u0126adassa, hija l-eroj ta' wie\u0127ed mill-kotba tal-Bibbja, il-Ktieb ta' Ester.", "Skont il-Bibbja, hija kienet ir-re\u0121ina Lhudija, mart is-sultan Persjan Assweru (tradizzjonalment mi\u017cmum b\u0127ala Serse I).", "Il-\u0121rajja tag\u0127ha hija l-ba\u017ci tal-festa Lhudija tal-Purim.", "Il-Ktieb ta' Ester wasal g\u0127andna f 'zew\u0121 forom: forma qasira bil-Lhudi, miktuba fi tmiem il-\u0127akma Persjana, u forma twila miktuba bil-Grieg, ma\u0127duma fis-sena 78/77 qabel Kristu, u li l-Knisja a\u010b\u010bettat bi\u017c-\u017cjidiet kollha.", "Dan il-ktieb jippre\u017centalna qisu dramm li jdur fuq xebba Lhudija, Ester, li minn e\u017ciljata tasal biex issir Sultana tal-Persja.", "F'din l-istorja Ester issir il-protagonista tal-\u0127elsien tal-Lhud.", "F'dan id-dramm diversi huma l-protagonisti li jissemmew: hemm Mordekaj li kien Lhudi u li kien sar qaddej tas-Sultan Assweru wara li kixef konfoffa li kienet qieg\u0127da ssir kontra tieg\u0127u; hemm \u0126aman, ministru tas-sultan li jitlob li kul\u0127add jitbaxxa quddiemu, \u0127a\u0121a li Mordekaj jirrifjuta li jag\u0127mel.", "Dan l-atteggjament \u0127araq lil \u0126aman li jilg\u0127ab lis-sultan u j\u0121ieg\u0127lu jordna l-qerda ta' Mordekaj u l-Lhud kollha tal-Persja; jtell\u00e0 bix-xorti jum g\u0127al din il-qerda.", "Hu hawnhekk li tid\u0127ol Ester: imqanqla minn Mordekaj hija tid\u0127ol g\u0127al-Lhud quddiem is-sultan, minkejja l-periklu g\u0127al \u0127ajjitha u ssalvahom.", "\u0126aman jigi mg\u0127allaq bil-forka li hu stess kien ordna li titlesta g\u0127al Mordekaj.", "Din il-\u0121rajja ssir okkazjoni ta' festa g\u0127al-Lhud.", "Din il-grajja wasslet biex tigi mwaqqfa l-festa tal-Purim (xorti) (9, 20).", "Kul\u0127add jaqbel li dan il-Ktieb ta' Ester jippre\u017centalna dramm storiku: huwa ma\u0127luq biex jag\u0127ti ra\u0121unijiet stori\u010bi u reli\u0121ju\u017ci g\u0127al wa\u0127da mill-festi \u017c-\u017cg\u0127ar tal-Lhud, dik tal-Purim.", "Din il-festa, li kellha u g\u0127ad g\u0127andha aspett ta' Karnival, fil-fatt kienet festa li kienet issir fost il-Lhud li \u0127elsu mill-qerda fil-pajjizi tal-Lvant, fi tmiem il-perjodu Persjan.", "Aktar tard din il-festa bdiet issir ukoll fil-Palestina.", "U biex il-festa jkollha ba\u017ci, awtur mhux mag\u0127ruf, kiteb bil-Lhudi dan id-dramm, fit-tieni seklu qabel Kristu.", "Il-ver\u017cjoni Griega \u017ciedet xi testi li ma kinux mi\u0121burin fid-dramm Lhudi.", "Huma \u017cjidiet li riedu jag\u0127tu aspett aktar reli\u0121ju\u017c lil dan id-dramm."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15927", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15927", "title": "Xig\u0127a", "text": ["Xig\u0127a", "Xig\u0127a (Lingwa G\u0127arbija: \u0627\u0644\u0634\u064a\u0639\u0629).", "Hija t-tieni l-akbar l-ferg\u0127a tal-I\u017clam.", "Il-kelma \"Xig\u0127a\" \u0121ejja minn \"(Xig\u0127at Ali)\u0634\u064a\u0639\u0629 \u0639\u0644\u064a) li tfisser segwa\u010bi ta' Ali."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15929", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15929", "title": "Hidetoshi Nakata", "text": ["Hidetoshi Nakata", "Hidetoshi Nakata (bil-\u0120appuni\u017c: \u4e2d \u82f1 \u5bff \u7530; Kofu, 22 ta' Jannar 1977) huwa eks-futboler \u0120appuni\u017c li lag\u0127ab b\u0127ala midfilder ma' diversi klabbs Ewropej diversi.", "Hu hu deskritt b\u0127ala fost l-iktar plejer A\u017cjatiku famu\u017c tal-\u0121enearazzjoni tieg\u0127u.", "Nakata beda l-karriera professjonali tieg\u0127u fl-1994.", "Fl-1997 u l-1998 reba\u0127 l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-Konfederazzjoni A\u017cjatika.", "Barra minn hekk, reba\u0127 il-kampjonat Taljan mat-tim tar-Roma fl-uniku sta\u0121un li qatta' mal-klabb tal-belt kapitali.", "Fis-sena ta' wara, mat-tim ta' Parma, reba\u0127 il-Coppa Italia."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15931", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15931", "title": "Oscar Romero", "text": ["Oscar Romero", "San \u00d3scar Arnulfo Romero (Ciudad Barros, 15 ta' Awwissu 1917 \u2013 San Salvador, 24 ta' Marzu 1980) kien Ar\u010bisqof ta' San Salvador, il-belt kapitali tar-Repubblika ta' El Salvador fl-Amerika \u010aentrali, li nqatel minn persuna waqt li kien qed ji\u010b\u010belebra quddiesa min\u0127abba d-difi\u017ca tieg\u0127u tal-foqra.", "Huwa \u0121ie ddikjarat qaddis minn Papa Fran\u0121isku fl-14 ta' Ottubru 2018.", "Bin Santos Romero u Guadalupe de J\u00e9sus Gald\u00e1mez, \u00d3scar Arnulfo Romero y Gald\u00e1mez twieled f'familja modesta ta' sebat a\u0127wa, kollha subien \u0127lief wa\u0127da, fi Ciudad Barros, ra\u0127al pittoresk fuq l-g\u0127oljiet, b'altitudni ta' 900 metru, mhux 'il bog\u0127od mill-fruntiera mal-\u0126onduras.", "Missieru kien telegrafu lokali u kien i\u0127obb il-mu\u017cika u l-qari.", "F'daru kellu librerija ta' kotba ikbar minn tal-kappillan, iktar minn mitt ktieb.", "Lil uliedu g\u0127allimhom it-talb u l-kateki\u017cmu i\u017cda ma tantx kien Kattoliku ferventi u jidher li kellu diversi tfal o\u0127ra ille\u0121ittimi.", "Ommu mill-banda l-o\u0127ra kienet reli\u0121ju\u017ca \u0127afna u kull filg\u0127axija kienu jg\u0127idu r-ru\u017carju.", "Oscar kien l-iktar wie\u0127ed reli\u0121ju\u017c mill-a\u0127wa.", "Kien i\u0127obb imur il-knisja jitlob u jqum bil-lejl jitlob kif xehed \u0127uh i\u017c-\u017cg\u0127ir Mamerto li kien jorqod fl-istess sodda mieg\u0127u imma li min-na\u0127a tieg\u0127u kien jippreferi jorqod.", "Ta' 4 snin, \u00d3scar Romero intlaqat minn marda gravi, probabbilment il-poliomielite li \u017cammitu g\u0127al xhur milli ji\u010b\u010baqlaq u milli jitkellem.", "Din l-infermit\u00e0 \u0127alliet konsegwenzi fit-tul fuq il-karattru tieg\u0127u li sar iktar introvers u timidu i\u017cda ukoll b'intelli\u0121enza riflessiva.", "Kien jiggosta l-kliem u t-tifsir tieg\u0127u u dejjem g\u0127atxan li jsir jaf.", "Billi fi\u017cikament kien dg\u0127ajjef ma tantx kien jilg\u0127ab mat-tfal l-o\u0127ra.", "Missieru kien isejja\u0127lu b'mod xejn sabi\u0127 \"il-paralitiku\".", "Mix-xog\u0127ol ta' missieru b\u0127ala telegrafu, huwa beda jaffaxxina ru\u0127u mill-mikrofoni, radjijiet u mezzi ta' komunikazzjoni.", "L-g\u0127alliema tieg\u0127u jiftakruh tajjeb fl-Ispanjol i\u017cda li xejn ma kien i\u0127obb il-Matematika.", "Fi \u017cjara li l-ewwel isqof ta' San Miguel, Juan Antonio Due\u00f1as y Argumedo, g\u0127amel fi Ciudad Barros, dan staqsa li\u010b-\u010bkejken \u00d3scar x'jixtieq isir la jikber dan wie\u0121bu qassis.", "I\u017cda l-isqof b'subg\u0127u l-kbir miss mo\u0127\u0127 \u00d3scar u qallu \"Int se ssir isqof\".", "\u0126afna \u017cmien wara, Romero meta kien fil-fatt sar isqof kien jg\u0127id filwaqt li jmiss mo\u0127\u0127u \"Hawn ara, g\u0127adni n\u0127oss is-suba' kbir tieg\u0127u.\"", "Missieru qabbdu s-seng\u0127a ta' mastrudaxxa mal-aqwa mastrudaxxa tal-post, Juan Leiva, u bl-g\u0127ajnuna tieg\u0127u \u0127adem bibien, imwejjed u sa\u0127ansitra twiebet.", "I\u017cda fuq kollox kien jitlob \u0127afna tant li Leira qal li f'\u0127ajtu kollha qatt ma ra bniedem jitlob daqsu.", "Kif jispi\u010b\u010ba mix-xog\u0127ol kien jitlaq ji\u0121ri lejn il-knisja biex jitlob.", "Fis-seng\u0127a kien sejjer tajjeb, i\u017cda ta' 13-il sena kif wera x-xewqa li jsir sa\u010berdot, bag\u0127tuh fis-seminarju ta' San Miguel.", "Biex i\u0127allaslu l-istudji missieru ta g\u0127all-kiri bi\u010b\u010ba mill-abitazzjoni tag\u0127hom i\u017cda meta dawwar il-\u0127sieb u ma kienx se j\u0127allaslu iktar, l-Isqof ta' San Miguel ma riedx jitilfu u \u0127allaslu hu.", "Oscar ukoll kien ja\u0127dem biex imantni lilu nnifsu, tant li sajf minnhom \u0127adem f'minjiera.", "Fis-seminarju mmexxi mill-Klaretjani, Romero kien kuntent u fa\u0127\u0127arhom b\u0127ala edukaturi \"denji, umli u ta' servizz\".", "Fil-\u0121iti li kienu jag\u0127mlu Oscar ma kienx joqg\u0127od lura milli jisso\u010bjalizza u kemm -il darba tela' fil-qu\u010b\u010bata tal-vulkan ta' San Miguel.", "Kien i\u0127obb \u0127afna l-predikazzjoni, il-mu\u017cika u l-kant.", "Malajr beda \u0127iere\u0121 it-talent tieg\u0127u ta' oratur li fis-seminarju \u0121ie inkora\u0121\u0121it biex ikompli ji\u017cviluppah.", "Is-superjuri tieg\u0127u kif raw ix-xe\u0127ta tieg\u0127u g\u0127all-istudju bag\u0127tuh Ruma.", "Ftit jiem qaebl telaq lejn Ruma miet missieru.", "Romero studja fil-Pontificia Universit\u00e0 Gregoriana immexxija mill-\u0120i\u017cwiti bejn l-1937 u l-1942 fil-Fakult\u00e0 tat-Teolo\u0121ija fejn \u0121ab il-Ba\u010bellerat, il-Li\u010benzjat u d-Dottorat.", "Minn hemm xorob ukoll l-ispiritwalit\u00e0 Injazjana u beda jipprattika l-E\u017cer\u010bizzji Spiritwali ta' San Injazju.", "Kien jg\u0127ix fil-Colegio P\u00edo Latino Americano mmexxi ukoll mill-\u0120i\u017cwiti fejn g\u0127amel \u0127afna \u0127bieb.", "Fil-ville\u0121jatura tas-sajf f'Montenero qrib Livorno kien jg\u0127allem jg\u0127umu lis-seminaristi l-o\u0127ra.", "B\u0127al \u0127afna seminaristi o\u0127ra f'Ruma kien jie\u0127u sehem fil-\u0127ajja reli\u0121ju\u017ca tal-belt ta' Ruma u hu ta servizz f'parro\u010b\u010bi fil-periferija ta' Ruma b\u0127al Garbatella u Quarticciolo.", "F'Ruma kibret fih im\u0127abba kbira lejn il-figura tal-Papa, spe\u010bjalment lejn Papa Piju XI, li assista g\u0127all-mewt tieg\u0127u fl-1939 u kien jammirah g\u0127all-fermezza u l-kura\u0121\u0121 tieg\u0127u quddiem il-potenti ta' din id-dinja, Hitler u Mussolini: \"Sakemm indum Papa jien \u0127add ma jid\u0127ak bil-Knisja.\"", "Kien ordnat sa\u010berdot f'Ruma nhar l-4 ta' April 1942 u baqa' Ruma sakemm \u0121ab id-dottorat fit-teolo\u0121ija axxetika.", "Fl-1943 irritorna El Salvador ma' \u0127abibu Padre Valladares.", "Huma u sejrin lura waqfu Spanja u l-Kuba, fejn \u017cammewh f'kamp ta' internament g\u0127ax kien \u0121ej mill-Italja Faxxista.", "Wara diversi xhur mi\u017cmuma pri\u0121unieri, Valladares marad u t-tnejn li huma \u0121ew trasferiti fi sptar.", "Minn hemm in\u0127elsu u salpaw lejn il-Messiku, imbag\u0127ad lura lejn El Salvador.", "Sar kappillan ta' Anamor\u00f3s, i\u017cda g\u0127amel biss xahrejn g\u0127ax fl-1944 Mons. Miguel Angel Machado, isqof ta' San Miguel riedu b\u0127ala segretarju tieg\u0127u.", "Hemm sar ukoll kappillan tal-parro\u010b\u010ba tal-Katidral u kien jg\u0127ix u ja\u0127dem fil-knisja ta' Santo Domingo.", "Qabel ma jintefa' g\u0127all-attivit\u00e0, Romero kien ing\u0127aqad ma' grupp ta' sa\u010berdoti f'g\u0127aqda jisimha \"Possumus\", bil-\u0127sieb li jitqaddsu akkost ta' kollox, b'talb assidwu, axxe\u017ci u dixxiplina interjuri u mortifikazzjonijiet interni u esterni.", "F'San Miguel kien fdat b'\u0127afna inkarigi: kappillan, konfessur u direttur spiritwali tal-patrijiet u s-sorijiet, direttur tal-\u0121urnal settimanali tad-djo\u010besi, kollaboratur stabbli tar-radju djo\u010besan, rettur tas-seminarju minuri, president tal-kumitat g\u0127all-bini tal-katidral, g\u0127alliem tar-reli\u0121jon u l-morali f'kulle\u0121\u0121 tal-bniet.", "Kien jorganizza l-klassijiet tal-kateki\u017cmu u \u010b-\u010berimonji tal-Ewwel Tqarbina.", "Kien Assistent Ekkle\u017cjastiku g\u0127all-Azzjoni Kattolika, g\u0127at-Terzjarji Fran\u0121iskani, l-Appostolat ta' Talb, il-Kavallieri tas-Santu Sepulkru, il-Moviment tal-Familji Insara, l-\"Alcoholics Anonymous\" u g\u0127al g\u0127aqdiet o\u0127ra Kattoli\u010bi.", "Kien promotur tad-devozzjoni tal-Ver\u0121ni tal-Pa\u010bi ta' San Miguel u b'insistenza tieg\u0127u din \u0121iet elevata g\u0127al Patruna ta' El Salvador flimkien ma' Kristu Salvatur.", "F'San Miguel Romero sar famu\u017c b\u0127ala predikatur, tant li f'\u010bertu \u017cmien sa \u0127ames stazzjonijiet tar-radju kienu jxandru fl-istess \u0127in il-quddiesa tieg\u0127u tal-\u0126add filg\u0127odu.", "Fil-predikazzjoni tieg\u0127u ma kienx jibqa' biss fuq il-pjet\u00e0 popolari i\u017cda kien jis\u0127aq fuq fidi mg\u0127ixa fil-\u0127ajja ta' kuljum.", "Il-Protestanti ma kinux jifil\u0127u l-attakki kontrihom fl-omeliji tieg\u0127u u kienu jakku\u017cawh b'idolatrija \u0127abba d-devozzjoni tieg\u0127u lejn ix-xbieha tal-Ver\u0121ni tal-Pa\u010bi.", "Romero kien ifittex li jg\u0127ix \u0127ajja sa\u010berdotali \u017celanti u awstera b'ispirazzjoni Injazjana.", "Kellu \u0127ajja spiritwali pjuttost tradizzjonali bba\u017cata fuq il-kostanza fit-talb, kura tad-dmirijiet spiritwali u litur\u0121i\u010bi, e\u017cami spiss tal-kuxjenza, vi\u0121ilanza fuq il-\u0127sibijiet, sawm, ru\u017carju u penitenza.", "Dan kien inaqqas mill-aspett attivistiku tieg\u0127u imma kien il-premessa me\u0127tie\u0121a g\u0127all-\u0127idma kollha li kien jag\u0127mel.", "Fl-irtiri kien rigoru\u017c, l-aktar rigward is-solitudni, kif jiftakruh il-Klaretani li ta' kull sena kien imur jag\u0127mel \u0121img\u0127a irtir g\u0127andhom biex jirrifletti u jitlob f'silenzju assolut.", "Lanqas kelma ma kien jg\u0127id u ma kienx ikun irid jiekol mal-o\u0127rajn.", "Kien jemmen li \"l-akbar \u0127tie\u0121a li g\u0127andna b\u0127alissa hija l-qdusija tas-sa\u010berdoti\", din biss tista' tikseb aktar erwie\u0127 u din tiddependi mit-talb u s-sagrifi\u010b\u010bju.", "Il-mudell preferut tieg\u0127u kien San \u0120wann Maria Vianney, il-Kurat t'Ars.", "Romero kien iqis il-vokazzjoni sa\u010berdotali tieg\u0127u nnifsu b\u0127ala \"\u010berta u divina\".", "Il-poplu ta' San Miguel kien japprezza u j\u0127obb lil Romero g\u0127ax kien jifhimhom.", "\u0126afna mis-sinjuri ukoll kienu j\u0127obbuh.", "Kien jaf jolqot il-kordi ta' qalbhom fil-prietki tieg\u0127u (kien ja\u0121\u0121orna ru\u0127u kontinwament fil-kateki\u017ci) u fil-konver\u017cazzjonijiet personali.", "Kien \u0121eneru\u017c spiritwalment u materjalment.", "Kien karitattiv mal-foqra, u \u0127afna drabi kien joqg\u0127od nieqes hu biex jg\u0127inhom.", "\u0120ieli lanqas kien jiekol biex jieklu huma.", "Waqqaf g\u0127aqda \"Lustrascarpe ta' San Miguel\", tfal li jillustraw i\u017c-\u017craben tan-nies, u kien itihom ikel u kenn fi proprjet\u00e0 tal-parro\u010b\u010ba.", "\u0126oloq oratorju g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li barra li kien jg\u0127allimhom il-kateki\u017cmu sar skola professjonali ta' snajja' arti\u0121\u0121janali.", "Kien i\u017cur regolarment il-\u0127absin u jirregalalhom o\u0121\u0121etti ta' b\u017conn u jurihom films divertenti biex itaffilhom il-monotonija.", "Kien jg\u0127in lill-prostituti biex ma jibqg\u0127ux fit-triq u l-alko\u0127olisti biex jieqfu jixorbu.", "Kien i\u017cur kull \u0121img\u0127a l-morda tal-Isptar San Juan de Dios.", "Kien jitlob lill-Caritas djo\u010besana li kienet tqassam l-ikel biex tg\u0127allem ukoll lin-nies kif ikollhom nutrizzjoni tajba.", "Kien jimpurtah mill-\u0121id tal-persuna s\u0127i\u0127a.", "Kien jiffrekwenta lis-sinjuri mhux g\u0127ax kien jie\u0127u pja\u010bir fl-ambjenti tag\u0127hom imma biex jikkatekizzahom u jitlobhom jg\u0127inu lill-foqra.", "Sa filg\u0127axija kien ikun g\u0127ajjien mejjet b'din il-\u0127idma kollha u mhux l-ewwel darba li raqad fil-konfessjonarju jew ta penitenza ta' \"\u0127ames \"pesos\"\" flok \u0127ames ave mariji!", "Il-qassisin l-o\u0127ra kienu jirrispettawh imma fl-istess \u0127in jib\u017cg\u0127u minnu g\u0127ax kienu jarawh wisq esi\u0121enti.", "Kien jiddefendi s-sagralit\u00e0 tas-sa\u010berdozju b'sa\u0127\u0127tu kollha u b\u0127ala segretarju tal-Kurja kien i\u010banfar severament lil sa\u010berdoti li jonqsu minn dmirhom u fejn jara l-b\u017conn jikkastiga.", "Romero kien jg\u0127id x'ja\u0127seb b'\u0127afna frankezza, bla ebda kawtela diplomatika.", "Grupp ta' patrijiet kien talab lill-isqof biex inaqqas l-attivi\u017cmu ta' Romero.", "Ma kienx jag\u0127ti kunfidenzi \u017cejda lin-nisa u meta grupp nisa tal-Azzjoni Kattolika fixkluh waqt li kien qed jitlob, \u010banfarhom bl-ikrah u qallhom: \"Min qalilkom tinda\u0127lu?", "Jien proprju ma \u017c\u017cewwi\u0121tx biex ma n\u0127allix lin-nies jikkmandawni!\"", "\u0126afna \u0127assewhom offi\u017ci meta ma \u0127alliehomx ju\u017caw il-katidral g\u0127al \u010berimonja f'\u0121ie\u0127 Gerardo Barrios, patrijott tas-seklu 19, g\u0127ax kien ma\u017cun.", "Lill-ma\u017cuni Romero ma kienx jag\u0127tihom difna Kattolika.", "Minkejja l-\"konservatti\u017cmu\" Kattoliku tieg\u0127u, sa minn da\u017c-\u017cmien Romero beda ji\u0121i akku\u017cat b' \"komuni\u017cmu\" minn xi esponenti politi\u010bi tal-lemin g\u0127ax espona d-duttrina so\u010bjali tal-Knisja u kkritika it-trattament \u0127a\u017cin tal-\u0127addiema li kienu jit\u0127addmu bil-\u0121urnata mill-\"cafetaleros\", il-produtturi tal-kaf\u00e8.", "Xi u\u0127ud maqrusin bl-appelli tieg\u0127u g\u0127al tqassim \u0121ust tal-\u0121id bdew jakku\u017cawh li qed ibag\u0127bas fil-\u0121bir tal-fondi g\u0127all-bini tal-katidral u li seraq il-\u0121ojjelli li kienu j\u017cejnu lill-Ver\u0121ni tal-Pa\u010bi, i\u017cda dawn kienu biss kalunnji.", "O\u0127rajn bdew ixerrdu xnig\u0127at fuq sa\u0127\u0127tu.", "Dan \u0127abba l-fatt li t-tabib kien ordnalu tliet xhur mistrie\u0127.", "L-istess tabib kien stqarr f'ittra lin-nunzjatura fl-1964 li hija gidba li Romero huwa mi\u0121nun jew isofri minn xi parali\u017ci.", "Fi kliem it-tabib \"Romero huwa \"fighter\" kbir, ma jiqafx ja\u0127dem, u bla dubju l-\u0127afna xog\u0127ol tieg\u0127u iwasslu xi drabi g\u0127al e\u017cawriment naturali.\"", "Romero kien jiffrekwenta l-\"Opus Dei\", g\u0127aqda li l-fundatur tag\u0127ha Jos\u00e9 Mar\u00eda Escriv\u00e1 de Balaguer kien sar jafu fl-1955 fl-Ewropa.", "Escriv\u00e0 kien ta' inkora\u0121\u0121iment kbir g\u0127al Romero biex \"jaqdi b'\u017celu appostoliku lill-Knisja Qaddisa Rumana.\"", "Fl-Opus Dei, Romero kien jammira l-ispiritwalit\u00e0 soda tag\u0127hom, il-fedelt\u00e0 lejn il-Knisja, l-impenn fix-xog\u0127ol u s-\"sens sopranaturali\" tag\u0127hom - kwalitajiet li hu nnifsu kien jikkultiva f'\u0127ajtu.", "Romero fil-fatt kien jitlob \u0127afna, u mit-talb kien i\u0127ossu xprunat g\u0127all-azzjoni, kien ja\u0127dem b'serjet\u00e0 u determinazzjoni, u kien lest li jibqa' fidil lejn Kristu u lejn il-Knisja akkost li jmut martri.", "Kien qarrej assidwu tal-\"Osservatore Romano\" u kuljum kien jismu r-Radju tal-Vatikan.", "Kellu venerazzjoni bla tarf lejn il-Papa u t-tag\u0127lim tieg\u0127u.", "Kien isegwi l-motto Injazjan \"sentire cum Ecclesia\" (qalb wa\u0127da mal-Knisja).", "Kien jilbes dejjem is-suttana u kien i\u010banfarhom lil dawk il-qassisin li ma kinux jilbsuha jew li ma kien ikollhom l-ebda distintiv, u dawk li jkollhom familjarit\u00e0 \u017cejda man-nisa.", "Kien jikkultiva l-identit\u00e0 sa\u010berdotali tieg\u0127u i\u017cda kien jaf ukoll ir-ru\u0127 tal-poplu u kien jaf jinterpretaha.", "Kull filg\u0127axija kien ilaqqa' lin-nies fil-knisja g\u0127al \"ora santa\" quddiem is-Sagrament espost.", "Kien jitlob ir-ru\u017carju man-nies, u l-quddiesa dejjem kien jag\u0127milha b'devozzjoni u solennit\u00e0.", "Sa da\u017c-\u017cmien il-kwistjoni so\u010bjali ma kinitx fost il-prijoritajiet ta\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Romero, g\u0127alkemm kien di\u0121\u00e0 jipprietka l-konver\u017cjoni tal-g\u0127onja li kellhom ikunu inqas egoisti u juru iktar \u0127niena mal-foqra.", "Fis-snin sittin is-so\u010bjet\u00e0 u l-Knisja Salvoderena saru \u0127afna iktar konxji tal-iskwilibriji so\u010bjali fil-pajji\u017c.", "Romero, dejjem b'fedelt\u00e0 lejn il-Knisja kien jimxi fuq id-duttrina so\u010bjali tal-Knisja u ddefenda bi s\u0127i\u0127 lill-Ar\u010bisqof Chavez ta' San Salvador meta dan safa fil-mira ta' \u0127afna attakki wara li f'Awwissu 1966 kien \u0127are\u0121 ittra pastorali li fiha kkundanna b'qawwa l-in\u0121ustizzji so\u010bjali fil-pajji\u017c.", "L-Insara ta' San Miguel stennew li wara r-ri\u017cenja tal-Isqof Machado, is-su\u010b\u010bessur naturali tieg\u0127u kien se jkun Romero i\u017cda minfloku n\u0127atar l-isqof Nordamerikan Lawrence Graziano.", "Bil-wasla ta' Graziano, Romero ma baqax fi\u010b-\u010bentru tal-\u0127idma tad-djo\u010besi u beda jg\u0127in iktar fin-nunzjatura.", "F'\u0120unju 1967 inxterdet l-a\u0127bar li Romero ma kienx se jibqa' San Miguel g\u0127ax in\u0127atar segretarju tal-Konferenza Episkopali ta' El Salvador.", "In-nies infurjat tant li twaqqaf kumitat \"\"Romero in San Miguel\"\" li mar jipprotesta g\u0127and in-nunzju.", "Romero \u0127e\u0121\u0121e\u0121 lin-nies g\u0127all-ubbidjenza lejn l-awtoritajiet tal-Knisja i\u017cda hu nnifsu telaq minn San Miguel imnikket g\u0127all-a\u0127\u0127ar.", "Kien konvint li Graziano ma kienx isqof tajjeb u fil-fatt sena u nofs wara n-nomina tieg\u0127u Graziano rri\u017cenja.", "Fid-djarju tieg\u0127u, fl-1 ta' Settembru 1967, Romero kiteb hekk: \"Irqadt fil-fond.", "In\u0127oss id-distakk minn ambjent daqstant ma\u0127bub imma ninsab seren u qieg\u0127ed nistrie\u0127 ming\u0127ajr responsabbilt\u00e0.", "Nitlob lill-Mulej ja\u0127firli.", "Kif inti g\u0127edtilna: A\u0127na qaddejja battalna g\u0127amilna dak li kellna nag\u0127mlu.", "Nisperaw...\"", "Romero beda jg\u0127ix mal-\u0120i\u017cwiti fis-seminarju ta' San Salvador.", "Mill-ewwel intefa' b'ru\u0127u u b'\u0121ismu fil-\u0127idma tieg\u0127u b\u0127ala Segretarju, u l-effi\u010bjenza u d-dedikazzjoni tieg\u0127u laqtu minnufih lill-isqfijiet.", "Kien jibqa' ja\u0127dem sa tard bil-lejl.", "F'Mejju 1968, Romero \u017cdiedlu x-xog\u0127ol meta sar ukoll segretarju e\u017cekuttiv tas-Segretarjat tal-Isqfijiet tal-Amerika \u010aentrali.", "Nhar il-25 ta' April 1970 in\u0127atar isqof aw\u017ciljari ta' San Salvador.", "Hekk sar il-kollaboratur prin\u010bipali ta' Mons. Luis Ch\u00e1vez y Gonz\u00e1lez, protagonist tat-Tieni Konferenza tal-episkopat latinoamerikan f'Medell\u00edn (1968).", "Il-motto li Romero g\u0127a\u017cel g\u0127all-episkopat tieg\u0127u kien \"Sentir con la Iglesia\", me\u0127ud mill-E\u017cer\u010bizzji Injazjani, u li kien sar il-programm ta' \u0127ajtu.", "I\u010b-\u010berimonja tal-konsagrazzjoni tieg\u0127u nhar il-21 ta' \u0120unju kienet wa\u0127da solenni g\u0127alkemm \u0121o palestra (\"gym\") ta' li\u010beo tal-knisja.", "G\u0127aliha attendew il-President tar-Repubblika, Hernandez, il-Kardinal Casariego tal-Gwatemala, l-isqfijiet kollha tal-pajji\u017c u n-nunzju Prigione.", "I\u010b-\u010berimonja kienet fdata f'idejn \u0127abib antik tieg\u0127u, il-\u0121i\u017cwita Rutilio Grande, li assigura lil Romero li ma kienx se jkun hemm spejje\u017c spe\u010bjali.", "Romero riedha tkun fuq kollox okka\u017cjoni biex in-nies jifhmu x'ji\u0121ifieri isqof g\u0127all-knisja.", "Xarabanks mimlijin nies minn San Miguel waslu ukoll f'San Salvador, b'turija ta' rispett u affett kbir lejn Romero.", "G\u0127all-\u0127abta ta' Ottubru 1970 Romero sar \u0127abib kbir tal-familja Barraza.", "Salvador Barraza kien negozjant \u017cg\u0127ir ta\u017c-\u017craben li kellu dar \u017cg\u0127ira u karozza \u017cg\u0127ira tieg\u0127u.", "Il-\u0127biberija kienet bdiet g\u0127axar snin qabel meta Barraza kien intlaqat mill-omeliji ta' Romero u fl-1967 kien hu li \u0121arrlu kollox fi trakk minn San Miguel g\u0127al San Salvador, fejn hemmhekk saru iktar \u0127bieb, l-aktar g\u0127ax Romero beda jmur spiss id-dar tieg\u0127u biex iqarben lil martu Ew\u0121enja li g\u0127amlet xhur tirkupra minn in\u010bident li kellha.", "F'Ottubru 1970 Romero kien telag\u0127lu d-deni wara li ta irtir lis-sorijiet fil-muntanji.", "Barraza \u0127adu d-dar tieg\u0127u u din id-darba kienet Ew\u0121enja li \u0127adet \u0127sieb Romero.", "Fid-dar ta' Barraza qatta' xahrejn fejn kienu jmorru j\u017curuh isqfijiet u qassisin, fosthom il-famu\u017c Father Peyton li kien qed ixerred il-kampanja tar-ru\u017carju fil-familji f'El Salvador.", "Barraza sar l-ikbar \u0127abib ta' Romero, sar ix-xufier volontarju tieg\u0127u u iktar tard meta sar ar\u010bisqof akkumpanjah fi \u017cjajjar pastorali fil-parro\u010b\u010bi, vi\u017cti g\u0127and it-tabib u g\u0127al vaganzi fil-Messiku u l-Gwatemala.", "Il-familja Barraza saret il-familja tieg\u0127u.", "L-g\u0127axqa tieg\u0127u kienet jilg\u0127ab u jinbex li\u017c-\u017cew\u0121t itfal tal-familja u jifta\u0127 ir-rigali tal-Milied bl-istess \u0127erqa tag\u0127hom.", "Kien imur pikniks mag\u0127hom, u fuq il-mejda tal-ikel kien jirrakkonta \u010b-\u010bajt u \u0121ieli jibki meta jitkellem fuq l-oppo\u017cizzjoni li kien isib mill-isqfijiet l-o\u0127ra.", "F'Mejju 1971, l-Ar\u010bisqof Chavez \u0127atar lil Romero editur tal-\u0121urnal tal-ar\u010bidjo\u010besi bl-isem ta' \"Orientaci\u00f3n\", u fl-1972 \u0127atru Rettur tas-Seminarju inter-djo\u010besan tal-pajji\u017c.", "Nhar il-15 ta' Ottobru 1974 in\u0127atar isqof ta' Santiago de Mar\u00eda, b'popolazzjoni ta' 425,000 ru\u0127, djo\u010besi fqira li kienet tikkomprendi fiha Ciudad Barrios, belt twelidu.", "F'Novembru Romero mar Ruma jirringrazzja lil Papa Pawlu VI g\u0127all-fidu\u010bja li wera fih u l-Papa rregalalu kal\u010bi u g\u0127ajnuna ta' $3,000 g\u0127ad-djo\u010besi.", "Nhar l-14 ta' Di\u010bembru Romero kien insedjat b\u0127ala isqof min-nunzju Malti Emmanuel Gerada fil-pre\u017cenza ta' uffi\u010bjali g\u0127oljin governattivi u ekkle\u017cjasti\u010bi fost fer\u0127 popolari.", "Sitt xhur wara, fil-21 ta' \u0120unju, fis-sieg\u0127a ta' filg\u0127odu gwardji governattivi g\u0127amlu irruzzjoni f'ra\u0127al \u017cg\u0127ir fid-djo\u010besi tieg\u0127u, jismu Tres Calles, ifittxu l-armi, u barra li ssakke\u0121\u0121aw \u0127afna djar qatlu \u0127ames \"campesinos\" (ra\u0127\u0127ala).", "L-g\u0127ada stess Romero mar ifarra\u0121 lill-familji u jqaddes g\u0127al ru\u0127 il-vittmi u fl-omelija kkundanna l-massakru b\u0127ala attakk fuq id-drittijiet umani.", "Wara mar jipprotesta mal-kmandant tal-Gwardja lokali i\u017cda dan imminimizza li \u0121ara u qallu li l-maqtula kienu biss delinkwenti.", "Romero wie\u0121bu li dawn kellhom dritt g\u0127all-\u0121ustizzja kienu min kienu u g\u0127amlu x'g\u0127amlu.", "Erbat ijiem wara, kiteb ittra addolorata lill-President tal-pajji\u017c Molina mimlija rabja i\u017cda fl-istess \u0127in rispettu\u017ca.", "Romero ma pprotestax pubblikament g\u0127ax fi kliemu l-Knisja ma kinitx involuta direttament, ma kienx jaf il-veri mottivi tal-qtil u g\u0127ax ra li jkun a\u0127jar jintervjeni direttament mal-awtoritajiet.", "Sa dakinhar Romero kien g\u0127adu ja\u0127seb li l-og\u0127la awtoritajiet ma kinux responsabbli tad-delitti li jikkomettu dawk ta' ta\u0127thom u li se jirremedjaw l-abbu\u017ci u li l-ewwel responsabbilt\u00e0 tieg\u0127u kienet lejn il-Knisja b\u0127ala istituzzjoni.", "I\u017cda l-\u0121rajjiet tal-ewwel \u0121img\u0127at tieg\u0127u b\u0127ala ar\u010bisqof sentejn wara kellhom ine\u0127\u0127ulu kull fidu\u010bja fl-og\u0127la uffi\u010bjali tal-gvern u \u0121eg\u0127luh jie\u0127u po\u017cizzjoni pubblika kura\u0121\u0121u\u017ca biex jiddefendi l-vittmi tal-vjolenza governattiva u jara f'dan id-dover tal-Knisja fid-dawl tal-Kon\u010bilju Vatikan II li ta vi\u017cjoni ta' Knisja b\u0127ala qaddejja tal-poplu.", "F'Santiago de Maria, Romero ra b'g\u0127ajnejh it-tbatija tal-bdiewa ra\u0127\u0127ala i\u017cda g\u0127alissa ma offrielhom l-ebda soluzzjoni g\u0127all-in\u0121ustizzji li kienu qeg\u0127din isofru ta\u0127t idejn il-propretarji tal-art, \u0127lief li kien jappella lil dawn tal-a\u0127\u0127ar biex ma jibqg\u0127ux egoisti.", "Meta sentejn wara, sar ar\u010bisqof g\u0127araf li l-ma\u0127qurin g\u0127andhom jorganizzaw ru\u0127hom biex ikunu jistg\u0127u jag\u0127mlu pressjoni g\u0127ad-drittijiet tag\u0127hom, u hu beda jiddefendi id-drittijiet ta' dawn l-organizzazzjonijiet b'sa\u0127\u0127tu kollha.", "I\u017cda f'Santiago de Maria, Romero feta\u0127 il-bini tal-katidral, fosthom sala, biex fih ikunu jistg\u0127u jorqdu mijiet ta' \u0127assada li qabel kienu jorqdu barra fil-pjazza u fil-kes\u0127a.", "\u0120ab ukoll il-Caritas u s-Sinjuri tal-Karit\u00e0 biex jipprovdulhom platt s\u0127un x\u0127in ji\u0121u lura wara \u0121urnata twila ta' xog\u0127ol.", "Kien joffrilhom ukoll films kateketi\u010bi g\u0127all-arja aperta biex inaqqsilhom ftit mill-monotonija tax-xog\u0127ol.", "Biex ikun ta' g\u0127ajnuna g\u0127ar-ra\u0127\u0127ala l-Isqof Romero kien jarma l-\"loudspeaker\"s fuq il-\"jeep\" u jsuq lejn in\u0127awi abbandunati biex jipprietkalhom, idoqqilhom il-mu\u017cika sagra, iqarar, iqaddes, jg\u0127ammed u j\u017cewwe\u0121.", "Il-qassisin ta' Santiago kienu jmorru a\u0127jar mieg\u0127u milli kienu jmorru dawk ta' San Miguel.", "Barra li kienu jammirawh g\u0127all-\u0127e\u0121\u0121a u l-ener\u0121ija tieg\u0127u sabuh isqof iktar miftu\u0127 u lest biex jiddjaloga mag\u0127hom.", "Kien jag\u0127mel minn kollox biex jg\u0127in parro\u010b\u010bi foqra u kien jibg\u0127atilhom materjal g\u0127all-bini, attrezzaturi g\u0127as-\"sound\" tal-knisja u li jkollhom b\u017conn.", "Nhar it-22 ta' Frar 1977, Oscar Romero, wara biss sentejn isqof f'Santiago de Maria, kien insedjat b\u0127ala ar\u010bisqof tal-ikbar ar\u010bidjo\u010besi ta' pajji\u017cu li dak i\u017c-\u017cmien kien g\u0127addej mill-ag\u0127ar ti\u0121rib ta\u0127t gvern dittatorjali lemini.", "L-g\u0127a\u017cla ta' Romero, propost min-nunzju Gerada, intlaqg\u0127et bil-fer\u0127 mill-gvern li kien g\u0127adu ma jafx x'isarraf dak l-isqof kwiet u timidu.", "Meta kien g\u0127adu isqof ta' Santiago di Maria kien mag\u0127ruf b\u0127ala bniedem pa\u010bifiku li joqg\u0127od lura milli jxellef difru ma' min qieg\u0127ed fis-setg\u0127a.", "Il-gvern tal-\u0121eneral Molina kien mo\u0127\u0127u mistrie\u0127 li Romero mhux se jaqlag\u0127lu inkwiet jew jipprotesta kontra l-in\u0121ustizzji fil-pajji\u017c.", "F'intervista li kien ta fl-10 ta' Frar lil \u0121urnal lokali Romero kien qal: \"Irridu nibqg\u0127u fi\u010b-\u010bentru, g\u0127assa, bil-manjiera tradizzjonali, imma nfittxu l-\u0121ustizzja...(Il-missjoni tas-sa\u010berdot) hija eminentement reli\u0121ju\u017ca u traxxendentali... il-gvern m'g\u0127andux iqis sa\u010berdot li jie\u0127u po\u017cizzjoni fuq il-\u0121ustizzja so\u010bjali b\u0127ala politiku jew element sovversiv meta dan ikun qed iwettaq il-missjoni tieg\u0127u fil-politika tal-\u0121id komuni.\"", "Il-President offrielu karozza lussu\u017ca Cadillac kif ukoll palazz kollu r\u0127am i\u017cda Romero rrifjutahom it-tnejn, anzi g\u0127a\u0121\u0121eb lil kul\u0127add meta lanqas biss mar jie\u0127u sehem fi\u010b-\u010berimonja tal-\u0121urament tal-istess president, imtella' hemm bil-qerq.", "Fis-27 ta' Frar, 1977, il-Gwardja Nazzjonali ta' El Salvador fet\u0127et in-nar fuq 10,000 persuna li kienu mi\u0121burin fi Pjazza Libert\u00e0 fil-kapitali San Salvador biex jipprotestaw kontra l-elezzjonijiet imbag\u0127bsa.", "Imkexkxin, in-nies \u0121rew biex jistkennu fil-knisja tar-Ru\u017carju, imma \u0127afna nqatlu g\u0127ax is-suldati sparaw bl-addo\u010b\u010b fuqhom.", "Dan kellu jkun il-bidu tal-konver\u017cjoni tal-Ar\u010bisqof Oscar Romero, li kien ilu biss \u0121img\u0127a Ar\u010bisqof imma li sa dakinhar kien \u0121ab ru\u0127u ta' isqof x'aktarx konservattiv u prudenti \u017c\u017cejjed, li ma riedx jirfes il-kallijiet tal-Gvern u tas-sidien ta' l-artijiet.", "Imma dakinhar qal lis-sa\u010berdoti biex imorru lura d-dar u jie\u0127du \u0127sieb il-campesinos tag\u0127hom u jift\u0127u l-bibien ta' darhom g\u0127al dawk li kienu fil-periklu u, jekk hemm b\u017conn, ja\u0127buhom g\u0127andhom biex ma jaqbduhomx il-pulizija.", "Fil-5 ta' Marzu Romero \u0127are\u0121 ittra pastorali li fiha semma' l-\u0127afna atro\u010bitajiet, qtil, torturi, kampanji \u0127orox li s-sidien ta' l-artijiet g\u0127amlu kontra l-Knisja u t-tke\u010b\u010bija ta' sa\u010berdoti li kienu ja\u0127dmu favur il-fqar.", "\"Anki jekk il-Knisja tista' tiftiehem \u0127a\u017cin, je\u0127tie\u0121 tg\u0127olli le\u0127inha u tikxef id-dnub, jag\u0127mlu min jag\u0127mlu: Fari\u017cej, qassisin, g\u0127onja, Erodi jew Pilatu.", "Kul\u0127add hu msejja\u0127 minn Alla \u2013 fqar u g\u0127onja \u2013 imma l-Knisja trid tkun favor dawk li m'g\u0127andhom xejn.\"", "\u0120img\u0127a wara, is-Sibt, 12 ta' Marzu, il-\u0120i\u017cwita Rutilio Grande telaq bil-\"jeep\", bil-pastorali ta' Romero fil-but, biex imur iqaddes fir-ra\u0127al ta' El Paisnal, fejn kien twieled.", "Mieg\u0127u kellu \u017cew\u0121t i\u0127bieb, ra\u0121el anzjan u tifel ta'seba'snin jismu wkoll Rutilio.", "Patri Rutilio kien \"\u0121ellied\" favur il-fqar ta' El Salvador u g\u0127alhekk xejn ma kien stmat mill-awtoritajiet, anzi kienu j\u0127arsu b'\u010berta stmerrija lejh.", "Kien jg\u0127allem li fil-pajji\u017c kellu jkun hemm li\u0121ijiet \u0121usti li jag\u0127tu dinjit\u00e0 lill-poplu u li qabel ise\u0127\u0127 dan ma setg\u0127ux isej\u0127u lil Kristu Salvatur b\u0127ala l-patrun ta' pajji\u017chom.", "Ftit \u0121ranet qabel, f'wa\u0127da mill-priedki tieg\u0127u kien qal: \"Huwa perikolu\u017c tkun Nisrani fid-dinja tag\u0127na, fejn li tippriedka l-Van\u0121elu saret \u0127a\u0121a sovversiva u s-sa\u010berdoti huma e\u017ciljati talli jippridkawh!\"", "Fit-triq waqfu biex jag\u0127tu lift lil tlett itfal.", "Kellhom ikunu daw it-tlett itfal l-uni\u010bi xhieda tal-bullets li ftit minuti wara qatlu lill-\u0120i\u017cwita u \u017c-\u017cew\u0121t i\u0127bieb tieg\u0127u.", "L-Ar\u010bisqof Romero kien \u0127abib kbir ta' Rutilio; g\u0127alhekk kif sema', telaq ji\u0121ri lej Aguilares fejn kienu \u0127adu t-tliet kadavri u qaddes g\u0127al ru\u0127hom.", "Fl-Omelija huwa qal li Alla g\u0127andu b\u017conn il-fqar biex isalva d-dinja,li l-\u0127elsin jasal biss metal-fqar mhux biss jaqilg\u0127u \u0121o fihom imma huma stess jil\u0127qu mexxejja u protagonisti tat-taqtig\u0127a tag\u0127hom g\u0127al-libert\u00e0.", "Wara l-quddiesa Romero talab lis-sa\u010berdoti u lis-sorijiet biex jibqg\u0127u fil-knisja biex jiddiskutu x'se jag\u0127mlu dwar il-mewt ta' Rutilio.", "Dakinhar se\u0127\u0127et il-konver\u017cjoni s\u0127i\u0127a f'Romero: ta' sittin sena kien \"tg\u0127ammed\" mill-\u0121did!", "Romero ordna l-g\u0127eluq tal-iskejjel u l-kulle\u0121\u0121i tal-Knisja g\u0127al tlett ijiem b\u0127ala vi\u017ctu, talab li ssir inkjesta dwar il-qtil tieg\u0127u u ta' o\u0127rajn, akku\u017ca l-istituzzjonijiet u l-istess qorti suprema b'kompli\u010bit\u00e0 mas-setg\u0127a \u010bivili; u anke waqqaf kummissjoni permanenti biex t\u0127ares il-jeddijiet tal-bniedem.", "Fis-sebg\u0127inijiet El-Salvador kien g\u0127addej minn tensjoni kbira u persekuzzjoni mill-awtoritajiet biex jo\u0127onqu lill-fqar.", "Aktar minn 75,000 Salvadoren inqatlu, miljun o\u0127ra \u0127arbu mill-pajji\u017c, miljun sfaw bla dar f'pajji\u017c ta' \u0127ames miljun u nofs ru\u0127.", "Kull ma seta' joffri l-Ar\u010bisqof kienu l-Omeliji mxandra mal-pajji\u017c kollu li bihom kien jassigura lill-foqra, mhux li l-atro\u010bitajiet se jieqfu, imma li l-Knisja kienet mag\u0127hom: \"Jekk ma j\u0127alluniex nitkellmu, jekk joqtlu lis-sa\u010berdoti kollha u lili, kull wie\u0127ed minkom irid isir il-mikrofonu ta' Alla, kull wie\u0127ed minkom irid isir profeta.\"", "Il-quddiesa tieg\u0127u, spe\u010bjalment dik tal-\u0126add, kienet saret dejjem iffollata, m'hemmx fejn tqieg\u0127ed labra.", "U saret waqt ta' spiritwalit\u00e0 profonda g\u0127all-poplu kollu, kif saret ukoll il-waqt li fih jikkundanna l-kefrija tas-setg\u0127a \u010bivili.", "Ir-radju ar\u010bidjo\u010besan sar ir-radju l-i\u017cjed popolari ta' El Salvador u l-Ar\u010bisqof Romero sar il-persuna\u0121\u0121 l-i\u017cjed ippreferut mis-semmieg\u0127a tieg\u0127u.", "Id-djarju li kien i\u017comm, bir-rekording tieg\u0127u ta' kuljum, huwa xiehda tat-tensjoni li n\u0127olqot fil-pajji\u017c bejn l-1977 u l-qtil tieg\u0127u fl-1980.", "Ir-re\u0121im dittatorjali sar l-eqqel g\u0127adu ta' Romero, imma t-tensjoni n\u0127asset ukoll fil-Knisja.", "Bdew jaslu rapporti kontrih anke f'Ruma u n-Nunzju tal-Vatikan, li dak i\u017c-\u017cmien kien il-Malti l-Ar\u010bisqof Emmanuel Gerada, ftit li xejn kien favurih.", "U f'ittra pastorali li kiteb f'dawk is-snin, l-Ar\u010bisqof Romero wissa li meta l-Knisja \"tid\u0127ol fid-dinja tad-dnub b'intenzjonijiet ta' salvazzjoni u liberazzjoni, id-dnub tad-dinja jinfed fil-Knisja u jaqsamha, billi jifred l-Insara awtenti\u010bi ta' rieda tajba minn dawk li huma Nsara biss fl-isem u fid-dehra.\"", "Fl-1978 Romero \u0121ie nnominat g\u0127all-Premju Nobel g\u0127all-Pa\u010bi imma dakinhar il-premju \u0127aditu Madre Tere\u017ca, illum Beata.", "Fl-1980 Romero kiteb lill-President Jimmy Carter biex ma jkomplix jibg\u0127at g\u0127ajnuna militari g\u0127ax din kienet qieg\u0127da tintu\u017ca \"kontra l-poplu tieg\u0127i\".", "G\u0127al tnax-il sena s\u0127a\u0127 l-Amerika bag\u0127tet miljuni ta' dollari f'g\u0127ajnuna lill-gvern.", "I\u017cda \u0127add ma ta kas ta' l-ittra ta' Romero.", "Fit- 23 ta' Marzu 1980 l-Isqof Romero irriskja sew u, fi tmiem Omelija li nstemg\u0127et mal-pajji\u017c kollu, b'le\u0127en sod qal:", "L-g\u0127ada, 24 ta' Marzu, l-Ar\u010bisqof Romero \u0121ie assassinat fis-sitta u nofs ta' filg\u0127axija waqt li kien qed iqaddes fil-kappella ta' l-Isptar tal-Providenza Divina f'San Salvador stess.", "Skont \"audio-recording\" tal-Quddiesa, huwa ntlaqat minn tir ta' arma sparat waqt li kien qed jg\u0127olli l-kal\u010bi fi tmiem ir-rit Ewkaristiku.", "Demmu nfirex fuq l-altar u t\u0127allat mal-inbid tal-kal\u010bi li l-Insara jemmnu li jsir id-Demm ta' Kristu.", "Il-g\u0127ada tal-mewt tieg\u0127u, il-Papa \u0120wanni Pawlu II hekk tkellem dwar il-mewta tieg\u0127u:", "\"B'dan il-mod hu inkuruna l-ministeru tieg\u0127u li kien mix\u0127ut b'mod spe\u010bjali ma' dawk li huma l-ifqar u i\u017cjed imwarrbin.", "Kienet xhieda mill-aqwa li ipprovdiet simbolu tat-tbatija tal-poplu imma wkoll ra\u0121uni g\u0127alfejn wie\u0127ed jittama f'\u0121ejjieni a\u0127jar.\"", "Fl-2003, min qatel lil Romero, \u00c1lvaro Rafael Saravia, l-id il-lemenija ta' Roberto D'Aubuisson, il-mexxej tal-iskwadra tal-mewt im\u0127arre\u0121 fl-Istati Uniti tal-Amerka tressaq il-qorti fl-Amerika u fl-2004 instab \u0127ati.", "Nhar l-24 ta' Marzu, 2010 \u2014 fit-tletin anniversarju mill-qtil ta' Romero \u2014 il-President Salvadoren Mauricio Funes g\u0127amel apolo\u0121ija uffi\u010bjali statali g\u0127all-qtil ta' Romero.", "Quddiem qraba ta' Romero, rappre\u017centanti tal-Knisja, diplomati\u010bi, u uffi\u010bjali governattivi, Funes qal li dawk involuti fil-qtil \"...sfortunatament a\u0121ixxew bil-protezzjoni, kollaborazzjoni jew parte\u010bipazzjoni ta' a\u0121enti tal-istat\".", "Papa Fran\u0121isku ddikjara beatu lill-Ar\u010bisqof Oscar Romero, fit-23 ta' Mejju 2015.", "Iddikjarah qaddis fl-14 ta' Ottubru 2018 flimkien ma' Papa Pawlu VI u \u0127ames qaddisin o\u0127ra.", "Malta kellha sehem fi\u010b-\u010belebrazzjoni tal-beatifikazzjoni bit-tnedija tal-ewwel ktieb bil-Malti dwar Romero, \"Qatlu lill-Ar\u010bisqof - Il-\u0121rajja ta' Oscar Romero\".", "F'dan il-ktieb, l-ewwel produzzjoni ta' \"Say It Publications\", Robert Aloisio, awtur ta' diversi artikli f'\u0121urnali u rivisti, jitratta fost l-o\u0127rajn ir-relazzjoni ta' Romero mal-Papa \u0120wanni Pawlu II, man-Nunzju Malti g\u0127al El Salvador Emanuel Gerada, mal-Opus Dei, mat-Teolo\u0121ija tal-Liberazzjoni u mal-\u0120i\u017cwiti u l-konnessjoni ta' Malta ma' Romero.", "Fuq kollox Aloisio jis\u0127aq fuq l-im\u0127abba ta' Romero lejn il-foqra u l-\u0127idma tieg\u0127u favur il-\u0121ustizzja so\u010bjali.", "Fil-ktieb wie\u0127ed isib ukoll siltiet minn intervisti ma' Malti li ltaqa' ma' Romero f'San Salvador, ma' missjunarju Malti f'El Salvador, ma' \u00c1lvaro Rafael Saravia, wie\u0127ed mill-assassini ta' Romero.", "Fil-ktieb hemm ukoll tliet omeliji s\u0127a\u0127: l-ewwel omelija s\u0127i\u0127a ta' Romero b\u0127ala Ar\u010bisqof, fil-funeral ta' Rutilio Grande, dik meta re\u0121a' \u0127a l-pussess tal-Knisja ta' Aguilares wara li kienu ipprofanawha s-suldati u l-a\u0127\u0127ar omelija ta' Romero e\u017catt qabel ma' qatluh."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15934", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15934", "title": "Emmanuel Gerada", "text": ["Emmanuel Gerada", "L-Ar\u010bisqof Emmanuel Gerada (\u017bejtun, Malta, 18 ta' Mejju, 1920 - Msida, 21 ta' Jannar 2011) kien ar\u010bisqof titulari Malti u nunzju f'diversi pajji\u017ci, mag\u0127ruf l-aktar f'pajji\u017cu g\u0127as-sehem li ta biex fl-1969 ntla\u0127aq il-ftehim storiku bejn il-Knisja u l-Partit Laburista, li \u0121ab fi tmiemha l-kwistjoni politiko-reli\u0121ju\u017ca li kienet ilha sejra g\u0127al g\u0127axar snin s\u0127a\u0127, u kien Nunzju f'El Salvador matul l-Episkopat tal-Ar\u010bisqof Oscar Romero f'San Salvador.", "Gerada kien ir-raba' minn fost sitt a\u0127wa.", "Hu \u0127a l-edukazzjoni tieg\u0127u l-Li\u010beo, is-Seminarju tal-Ar\u010bisqof u l-Universit\u00e0 ta' Malta fejn fl-1939 \u0127a l-grad tal-Ba\u010b\u010belerat tal-Arti waqt li fl-1946 kien li\u010benzjat fit-teolo\u0121ija.", "Kien ordnat sa\u010berdot mill-Isqof Emmanuel Galea fl-1 ta' Awwissu tal-1942 wara li kien kiseb id-dispensa me\u0127tie\u0121a billi ma kienx g\u0127adu g\u0127alaq l-24 sena.", "Kien ukoll reba\u0127 bor\u017ca ta' studju mill-British Council u fl-1944 kompla l-istudji tieg\u0127u fin-Nottingham University College.", "Fl-1952, Mons. Gerada kiseb dottorat fil-li\u0121i kanonika mill-Universit\u00e0 Gregorjana u wara segwa kors fil-Pontificia Accademia Ecclesiastica f'Ruma, liema kors kellu jwasslu biex jing\u0127aqad mal-korp diplomatiku tas-Santa Sede.", "Fil-fatt, wara sena ta\u0127ri\u0121 fis-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan, fl-1952 hu kien in\u0127atar attach\u00e8 g\u0127all-intenunzjatura appostolika fl-E\u0121ittu u sena wara kien in\u0127atar b\u0127ala assistent privat tal-Papa.", "Aktar tard, l-Ar\u010bisqof Gerada kien trasferit biex iservi b\u0127ala segretarju g\u0127all-internunzjatura appostolika fl-Indja, u fl-1956 kien appuntat segretarju g\u0127an-nunzjatura f'Dublin.", "Bejn l-1960 u l-1964, huwa kien ma\u0127tur b\u0127ala awditur tan-nunzjatura u charge d'affaires f'Tokjo, u aktar tard serva b\u0127ala parti mid-delegazzjoni appostolika fil-messiku.", "Fl-1965 kien appuntat b\u0127ala konslu fin-nuzjatura u prelat tal-Papa Pawlu VI, waqt li s-sena ta' wara n\u0127ata l-kariga b\u0127ala charge d'affaires f'Kigali, fl-Rwanda.", "Fit-18 ta' \u0120unju tal-1967, Mons. Gerada kien kkonsagrat b\u0127ala isqof Titulari ta' Nomentum u Isqof Aw\u017ciljarju tal-Arisqof Mikiel Gonzi.", "Sena wara n\u0127atar b\u0127ala Isqof Koadjutur ta' Malta.", "L-Ar\u010bisqof Gerada kellu sehem importanti fid-diskussjonijiet twal li saru bejn il-Partit Laburista u l-Awtoritajiet Ekklesjasti\u010bi tal-G\u017cejjer Maltin, liema diskussjonijiet kienu wasslu biex nhar il-\u0120img\u0127a l-Kbira tal-1969 intla\u0127aq ftehim bejn i\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at.", "Dan il-ftehim kien \u0121ab fi tmiemha l-kwistjoni politiko-reli\u0121ju\u017ca li kienet ilha sejra g\u0127al g\u0127axar snin.", "Il-qofol tal-ftehim kien li l-Knisja u l-Malta Labour Party jag\u0127rfu li fis-so\u010bjet\u00e0 moderna ta' \u017cmienna huwa me\u0127tie\u0121 li ssir g\u0127a\u017cla bejn il-komunit\u00e0 politika u l-Knisja; li l-Knisja g\u0127andu jkollha l-libert\u00e0 li t\u0127ares l-inetressi spiritwali u temporali tag\u0127ha, u li meta jkun hemm b\u017conn tg\u0127allem liema huma l-prin\u010bipji t-tajba u \u0127\u017ciena; u li min-na\u0127a tag\u0127ha l-Knisja t\u0127alli lil kul\u0127add fil-libert\u00e0 tal-kuxjenza tieg\u0127u billi ma timponix id-dnub il-mejjet b\u0127ala \u010bensura.", "Fis-sena 1973, Mons. Gerada kien kompla bil-karriera tieg\u0127u fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede, meta in\u0127atar Nunzju Appostoliku g\u0127al El Salvador u l-Gwatemala.", "Serva wkoll b\u0127ala Nunzju Appostoliku g\u0127al Pakistan fl-1980 u g\u0127all-Irlanda fl-1989.", "Hu kien irtira f'Malta fl-1995 skont il-Li\u0121i Kanonika fl-et\u00e0 ta' 75 sena.", "Il-Partit Laburista Malti ddeskriva lil Monsinjur Gerada b\u0127ala \"bniedem li ta kontribut kbir lis-so\u010bjet\u00e0 Maltija f'diversi oqsma u kien strumentali fil-\u0127idma favur l-g\u0127aqda nazzjonali fi \u017cminijiet diffi\u010bli g\u0127all-pajji\u017c\".", "Monsinjur Gerada jibqa mfakkar l-iktar g\u0127all-medjazzjoni tieg\u0127u fl-eqqel tal-\u0121lieda politiko-reli\u0121ju\u017ca tas-snin 60 u bis-sa\u0127\u0127a tie\u00acg\u0127u ntla\u0127aq il-ftehim bejn il-partit u l-Kurja li biha il-Knisja a\u010b\u010bettat li qatt iktar ma jkun impost id-dnub il-mejjet fl-elezzjonijiet politi\u010bi kif ukoll \u0121ie miftiehem li jkun hemm separazzjoni bejn Knisja u Stat tant li dawn il-prin\u010bipji \u0121ew imnaqqxin fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika fl-1974.", "Monsinjur Gerada g\u0127amel unur lil Malta b'\u0127idmietu permezz tal-karriera diplomatika tieg\u0127u f'isem il-Vatikan."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15936", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15936", "title": "Papa \u010aelestinu V", "text": ["Papa \u010aelestinu V", "Il-Papa \u010aelestinu V, imwieled Pietro da Morrone (Molise, bejn l-1209 u l-1215 \u2013 Fumone, 19 ta' Mejju 1296), kien il-192 Papa tal-Knisja Kattolika g\u0127al inqas minn 4 xhur, bejn id-29 ta' Awwissu u t-13 ta' Di\u010bembru 1294.", "Huwa meqjum b\u0127ala qaddis tal-Knisja Kattolika u t-tifkira tieg\u0127u ssir fid-19 ta' Mejju.", "Tliet lokalitajiet fil-Molise jg\u0127idu li \u010aelestinu twieled fihom: Isernia, Sant'Angelo Limosano u Sant'Angelo in Grotte.", "Jing\u0127ad li tilef lil missieru ta' eta' \u017cg\u0127ira \u0127afna.", "Ta' 20 sena huwa mar jg\u0127ix ta' eremita, jitlob, ja\u0127dem u jaqra l-bibbja.", "Huwa mexa mar-regola tal-Benedittini u kienu bosta l-eremiti l-o\u0127rajn li kienu jfittxuh g\u0127all-pariri.", "Dan wasslu biex waqqaf il-Kommunit\u00e0 tal-Ispirtu Mqaddes ta' Maiella (\"Celestini Benedettini\").", "Intg\u0127a\u017cel Papa fil-5 ta' Lulju, 1294, wara li g\u0127al sentejn s\u0127a\u0127 il-konklavi tal-kardinali ma setax jasal g\u0127al g\u0127a\u017cla.", "Meta huwa kien qalilhom li l-Mulej ma kienx qed jie\u0127u pja\u010bir b'dan id-dewmien, il-kardinali g\u0127a\u017cluh Papa u \u0127a l-isem ta' \u010aelestinu V. L-g\u0127an ewlieni tal-pontifikat tieghu kien li jirriforma lill-kleru, li \u0127afna minnhom kienu qed jinqdew bis-sa\u010berdozju tag\u0127hom biex jiksbu s-setg\u0127at temporali.", "Il-pontifikat tieg\u0127u kien wie\u0127ed qasir \u0127afna li dam 4 xhur biss.", "Nhar it-13 ta' Di\u010bembru, 1294, Papa \u010aelestinu rri\u017cenja mill-kariga tieg\u0127u, l-ewwel Papa li g\u0127amel dan fl-istorja tal-Knisja, wara Papa Ponzjanu|Ponzjanu]] (235), Benedittu IX (1045) u Girgor VI (1046).", "Huwa miet fid-19 ta' Mejju, 1296.", "Indifen fil-knisja ta' Sant'Agata f'Ferentino.", "Aktar tard il-fdalijiet tieg\u0127u ttie\u0127du fil-Knisja ta' Santa Maria di Collemaggio, fl-Aquila.", "\u0120ie iddikjarat qaddis fl-1313.", "Huwa l-qaddis patrun tal-Aquila u ta' dawk li jillegaw il-kotba."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15937", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15937", "title": "\u0120nien Botaniku ta' M\u00e9rida", "text": ["\u0120nien Botaniku ta' M\u00e9rida", "Il-\u0120nien Botaniku ta' M\u00e9rida (bl-Ispanjol: \"Centro Jard\u00edn Bot\u00e1nico de M\u00e9rida\") huwa \u0121nien botaniku fil-belt ta' M\u00e9rida, il-Vene\u017cwela.", "Dan il-\u0121nien \u0121ie fundat fl-1991 mill-Universidad de Los Andes bl-iskop li jippreserva il-fawna u l-flora u g\u0127ar-ri\u010berka.", "\u0120ie miftu\u0127 g\u0127all-pubbliku fit-8 ta' Di\u010bembru, 2002, u jokkupa 44 tomna li ng\u0127atat mill-istess Universit\u00e0, u \u0121ie maqsum f'\u017coni skont it-tip ta' flora li tinsab lokalment.", "Il-bi\u010b\u010ba l-kbira ta\u017c-\u017cona hi okkupata minn bosk ta' ar\u017cnu tal-post.", "Dan jinsab fil-parti ta' fuq tal-belt ta' M\u00e9rida bejn ix-xmajjar Albarregas u Mucuj\u00fan", "Il-kollezzjoni l-iktar importanti hi mag\u0127mula minn bromelji, li minnhom hemm iktar minn 100 spe\u010bi u 600 individwu; din hi l-ikbar kollezzjoni ta' bromelji fil-Vene\u017cwela u fl-Amerika t'Isfel."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15944", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15944", "title": "Manama", "text": ["Manama", "Manama (G\u0127arbi: \u0627\u0644\u0645\u0646\u0627\u0645\u0629) hija l-belt kapitali tal-Ba\u0127rejn."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15970", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15970", "title": "Pawlu Miki", "text": ["Pawlu Miki", "Pawl Miki jew Paulo Miki (bil-\u0120appuni\u017c: \u30d1\u30a6\u30ed\u4e09\u6728; Tounucumada, c. 1562 \u2013 Nagasaki, 5 ta' Frar 1597) kien seminarista, martri u qaddis Kattoliku Ruman \u0120appuni\u017c.", "Kien membru \u0120i\u017cwita u hu wie\u0127ed mis-sitta u g\u0127oxrin matri tal-\u0120appun.", "Imwieled qrib Kjoto minn familja nobbli \u0120appuni\u017ca, hu r\u010bieva l-mag\u0127mudija ta' \u0127ames snin.", "Ta' 22 sena da\u0127al mal-\u0120i\u017cwiti b\u0127ala novizz u studja fil-kulle\u0121\u0121i tal-ordni f'Azuchi u Takatsuki, u sar missjunarju.", "Madanakollu ma setax ji\u0121i ordnat qassis min\u0127abba li ma kienx hemm isqof fil-\u0120appun.", "G\u0127all-bidu, l-awtorit\u00e0 tal-pajji\u017c \u0127alliet id-diffu\u017cjoni tal-Kristjane\u017cmu, imma fl-1587 id-dajmjo \u0120appuni\u017c, Toyotomi Hideyoshi, be\u017cg\u0127an mill-influwenza u l-intenzjonijiet tal-\u0120i\u017cwiti, beda jippersegwita lill-Kattoli\u010bi.", "Miki kien mitfug\u0127 il-\u0127abs f'Di\u010bembru ta' dik is-sena, flimkien ma' \u017cew\u0121 s\u0127ab o\u0127ra \u0120appuni\u017ci tal-ordni tieg\u0127u, sitt patrijiet missjunarji Spanjoli u s-sbatax-il dixxiplu lokali tag\u0127hom, terzjarji Fran\u0121iskani.", "Hu u s\u0127abu l-Kattoli\u010bi kellhom jimxu 600 mil minn Kjoto g\u0127al Nagasaki, fejn tul dan il-vja\u0121\u0121 kantaw it-talba tat-\"Te Deum\".", "Mal-wasla tag\u0127hom f'din il-belt bl-ikbar popolazzjoni ta' Kattoli\u010bi fil-\u0120appun, Miki \u0121ie imsallab fil-5 ta' Frar 1597.", "Hu g\u0127amel l-a\u0127\u0127ar diskors tieg\u0127u fuq is-salib, u hu mifhum li hu \u0127afer lil dawk li qatluh.", "Imsallbin mieg\u0127u kien hemm ukoll Joan Soan (de Got\u00f3) u Santiago Kisai, it-tnejn li huma membri tas-So\u010bjet\u00e0 ta' \u0120es\u00f9, flimkien ma' tlieta u tletin qassisin o\u0127ra u laj\u010bi.", "Hu \u0121ie beatifikat, flimkien ma' s\u0127abu martri, fl-14 ta' Settembru 1627 minn Papa Urbanu VIII.", "Aktar tard fl-1862, \u0121ie kanonizzat minn Papa Piju IX.", "Il-festa litur\u0121ika tieg\u0127u ti\u0121i \u010b\u010belebrata fis-6 ta' Frar."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15973", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15973", "title": "Mata Hari", "text": ["Mata Hari", "Mata Hari, psewdonimu ta' Margaretha Geertruida Zelle (Leeuwarden, 7 ta' Awwissu 1876 \u2013 Vincennes, 15 ta' Ottubru 1917) kienet \u017ceffiena u a\u0121ent sigriet Olandi\u017ca, ikkundanata g\u0127all-piena kapitali g\u0127all-attivit\u00e0 tag\u0127ha ta' spjuna\u0121\u0121 matul l-Ewwel Gwerra Dinjija.", "Margaretha Zelle twieldet fil-familja ta' Adam (1840\u20131910) u Antje van der Meulen (1842\u20131891), u kellha tliet \u0127utha, il-kbir, Johannes (1878), u l-a\u0127wa tewmin, Arie Cornelius u Anne (1881\u20131956).", "Kellha karna\u0121\u0121jon samrani, xag\u0127arha u g\u0127ajnejha suwed u g\u0127alhekk kienet tidher differenti min-norma tan-nies Olandi\u017ci.", "Missierha kellu \u0127anut tal-kpiepel u kien il-proprjetarju ta' mit\u0127na u ta' razzett.", "Il-familja tieg\u0127u setg\u0127et tg\u0127ix b'kumdit\u00e0 kbira f'bini antik u sabi\u0127 f'Groote Kerkstraat, fi\u010b-\u010bentru tal-belt, u Margaretha kienet tattendi skola presti\u0121ju\u017ca.", "Fl-1889, in-negozju ta' missierha tant beda sejjer \u0127a\u017cin li kellu jbieg\u0127u.", "L-inkwiet finanzjarju \u0121ab ukoll mieg\u0127u inkwiet fil-familja tant li fl-4 ta' Settembru, 1890, wassal g\u0127as-separazzjoni tal-\u0121enituri tag\u0127ha.", "Missierha mar joqg\u0127od Amsterdam u ommha mietet is-sena ta' wara.", "Margaretha trabbiet fil-belt ta' Sneek ma' parrinuha li \u0127ajjarha tistudja biex issir g\u0127alliema fi \"cr\u00e8che\" f'Leiden.", "Jidher li d-direttur tal-iskola, kien jag\u0127tiha \u0127afna attenzjoni \u017cejda, jekk mhux fastidju, u dan \u0121ieg\u0127el lil parrinuha li jne\u0127\u0127iha mill-iskola u jibg\u0127atha toqg\u0127od ma' ziju f'Den Haag.", "Fl-1895, ta' tmintax-il sena, Margaretha wie\u0121bet g\u0127al proposta li dehret fuq gazzetta lokali fuq ra\u0121el li kien qieg\u0127ed ifittex mara.", "Dan kien il-Kaptan tal-Armata Kolonjali Olandi\u017ca Rudolph MacLeod (1856\u20131928), li kien qieg\u0127ed jg\u0127ix Amsterdam, wara li kien ing\u0127ata l-li\u010benzja g\u0127all-konvalexxenza mill-kolonja Olandi\u017ca tal-Indone\u017cja billi kien marid bid-dijabete u r-rewmati\u017cmu.", "Fil-11 ta' Lulju, 1896, Margaretha \u017c\u017cew\u0121et lil Mac Leod wara li kienet kisbet il-kunsens ta' missierha, g\u0127alkemm dan ma marx it-tie\u0121.", "Wara l-\"honeymoon\" f'Wiesbaden, il-koppja marret toqg\u0127od Amsterdam, f'dar o\u0127t Rudolph, Louise.", "Fit-30 Jannar, 1897, Margaretha wieldet tifel, li semmewh g\u0127al missier missieru, Norman John.", "F'Mejju, il-familja ttrasferiet lejn \u0120ava, fejn il-kaptan kellu jkompli s-servizz fir-ra\u0127al ta' Ambarawa, fi\u010b-\u010bentru tal-g\u017cira.", "Is-sena ta' wara marru joqg\u0127odu Teompoeng, qrib Malang, fejn fit-2 ta' Mejju, 1898, twieldet Jeanne Louise, li kienet tissejja\u0127 \"Non\", minn \"nonah\" li bil-Mali\u017c tfisser \"i\u017c-\u017cg\u0127ira\".", "Il-\u0127ajja fil-familja ma kinitx hienja: kien hemm il-\u0121lied bejn i\u017c-\u017cew\u0121 mi\u017c\u017cew\u0121in, kemm min\u0127abba l-\u0127ruxija tal-\u0127ajja fl-ir\u0127ula li ma kellhomx il-kumditajiet tal-bliet moderni Ewropej ta' dak i\u017c-\u017cmien, kif ukoll min\u0127abba l-g\u0127ira tar-ra\u0121el u t-tendenza tieg\u0127u li jabbu\u017ca x-xorb.", "Is-sena ta' wara r-ra\u0121el la\u0127aq ma\u0121\u0121ur u kmandant tar-re\u0121jun ta' Medan fuq il-kosta tal-Lvant ta' Sumatra.", "B\u0127ala l-mara tal-kmandant, Margaretha kella d-dmir li tistieden id-dar l-uffi\u010bjali l-o\u0127ra mal-familji tag\u0127hom u saret taf in-nies importanti tal-post.", "Wie\u0127ed minnhom stedinha biex tara g\u0127all-ewwel darba \u017c-\u017cfin lokali \u0121ewwa tempju.", "Dan tant affaxxinaha bil-\u0121dudija e\u017cotika tal-mu\u017cika u tal-movimenti li ppruvat timitah.", "Il-familja sofriet minn xokk qawwi bit-tra\u0121edja tal-mewt ta\u010b-\u010bkejken Norman, li fis-27 ta' \u0120unju, 1899, miet avvelenat.", "Il-kaw\u017ca tal-mewt kienet xi medi\u010bina li seftura indi\u0121ena tat lit-tfal tal-koppja, imma m'hemm l-ebda prova li din riedet toqtolhom, i\u017cda kien hemm suspett li \u017cew\u0121ha, li kien subaltern ta\u0127t il-Ma\u0121\u0121ur Mac Leod, kien \u0121ieg\u0127elha tag\u0127mel hekk biex ipattiha lil ta' fuqu g\u0127al xi kastig li kien tah.", "Rudolph, Margaretha u \u010b-\u010bkejkna Non, biex jitbeg\u0127du minn fejn tant kellhom memorji ta' niket, irnexxielhom jittrasferixxu g\u0127al Banjoe Biro fuq il-g\u017cira ta' \u0120ava, fejn Margaretha mardet bit-tifu.", "Il-ma\u0121\u0121ur Mac Leod, la\u0127aq l-et\u00e0 tal-pensjoni u fit-2 ta' Ottubru, 1900, iritira mill-armata: wara ftit iktar minn sena f'\u0120ava, fir-ra\u0127al ta' Sindanglaja, forsi min\u0127abba t-talbiet ta' martu, fil-bidu tal-1902 \u0127a l-familja lura lejn l-Olanda.", "Meta waslu l-Olanda fit-2 ta' Marzu, 1902, re\u0121g\u0127u marru joqg\u0127odu g\u0127al \u017cmien qasir ma' Louise Mac Leod f'Amsterdam u mbag\u0127ad marru joqg\u0127odu wa\u0127idhom f'appartament f'van Breestraat.", "Mac Leod telaq lil martu u \u0127a t-tifla mieg\u0127u u Margaretha talbet is-separazzjoni li ng\u0127atietilha fit-30 ta' Awwissu, flimkien mat-trobbija ta' bintha Non u d-dritt g\u0127all-alimenti.", "Wara rikon\u010biljazzjoni qasira Margaretha u \u017cew\u0121ha nfirdu g\u0127al dejjem, din id-darba kien il-missier li kiseb il-kustodja tat-tifla, filwaqt li Margaretha marret toqg\u0127od g\u0127and zijuha f'Den Haag.", "Margaretha kienet determinata li tipprova esperjenza \u0121dida f'belt kbira, u f'Marzu tal-1903 marret Pari\u0121i, fejn hemmhekk ma kienet taf 'il \u0127add.", "Ippruvat tg\u0127ix billi tag\u0127milha ta' mudella g\u0127al xi pitturi u tfittex xi xog\u0127ol fit-teatri i\u017cda b'ri\u017cultati di\u017cappuntanti u forsi waslet ukoll g\u0127all-prostituzzjoni, bit-tama vojta ta' su\u010b\u010bess.", "Meta l-isforzi kollha tag\u0127ha fallew idde\u010bidiet li tmur lura l-Olanda, i\u017cda s-sena ta' wara, fl-24 ta' Marzu, 1904, marret lura Pari\u0121i u qag\u0127det fil-Grand Hotel.", "Margaretha, li fil-fatt kienet tg\u0127allmet tirkeb i\u017c-\u017ciemel fi \u017cmien li kienet \u0120ava, marret tkellem lil \u010bertu Sur Molier, sid ta' \u010birklu u ta' skola tal-ekwitazzjoni, u offriet li ta\u0127dem mieg\u0127u.", "Hu a\u010b\u010betta l-proposta tag\u0127ha u g\u0127amlet su\u010b\u010bess.", "Lejl minnhom dehret waqt festa fid-dar ta' Molier f'\u017cifna \u0120avani\u017ca (jew xi \u0127a\u0121a tixba\u0127ha) u Molier baqa' entu\u017cjast bl-esebizzjoni tag\u0127ha.", "Id-debutt veru tag\u0127ha sar fi Frar tal-1905 fid-dar tal-kantant Kir\u00e9evsky, li kien jistieden lil \u0127biebu g\u0127onja u lil dawk li kien jaf g\u0127al spettakli g\u0127all-karit\u00e0.", "Tant g\u0127amlet su\u010b\u010bess li l-gazzetti bdew jiktbu fuqha.", "Lady Mac Leod, kif bdiet issejja\u0127 lilha nnifsha, irrepetiet l-istess su\u010b\u010bess f'spettakli o\u0127ra li kienu jsiru fi djar privati, fejn kien i\u017cjed fa\u010bli li tne\u0127\u0127i l-velijiet tal-kostum tag\u0127ha, u l-fama tag\u0127ha b\u0127ala \u017c-\"\u017ceffiena li \u0121ejja mil-Lvant\" bdiet tinfirex ma' Pari\u0121i kollha.", "\u010aertu wie\u0127ed Monsieur Guimet, industrijalista u kollezzjonista tal-arti Orjentali, taha proposta sabiex tidher b\u0127ala \u0121ojjell Orjentali animat fil-Mu\u017cew Guimet fil-Place de J\u00e9na, fejn kien i\u017comm is-sejbiet prezzju\u017ci tieg\u0127u.", "Per\u00f2 biex tag\u0127mel dan kellha tbiddel isimha, li kien wisq borgi\u017c u Ewropew.", "Guimet g\u0127a\u017cel l-isem ta' ori\u0121ni Mali\u017c ta' Mata Hari, \"G\u0127ajn i\u017c-\u017bernieq\".", "L-esebizzjoni ta' Mata Hari fil-Mu\u017cew Guimet saret fit-13 ta' Marzu.", "Mata Hari kienet daqqa tag\u0127mel rappre\u017centazzjonijiet mi\u017cmuma fid-djar esklussivi tal-aristokrati\u010bi u l-finanzieri u daqqa o\u0127ra tag\u0127mel spettakli fil-postijiet presti\u0121ju\u017ci ta' Pari\u0121i: il-Moulin Rouge, it-Trocadero, il-Caf\u00e9 des Nations, i\u017cda s-su\u010b\u010bess \u0121ab mieg\u0127u kur\u017cit\u00e0 kbira dwar \u0127ajjitha u kien hemm b\u017conn li l-imma\u0121ni privata tag\u0127ha ssir taqbel mal-imma\u0121ni pubblika.", "Lill-\u0121urnalisti, tag\u0127thom ta\u0127lita ta' daqsxejn verit\u00e0 ma \u0127afna gideb: \"Twelidt \u0120ava u g\u0127ext hemm g\u0127al numru ta' snin\" [ ... ]", "\"Issograjt \u0127ajti biex nid\u0127ol fit-tempji sigrieti tal-Indja [ ... ] rajt i\u017c-\u017ceffiena mqaddsa ji\u017cfnu quddiem l-idoli ewlenin ta' Xiva, Visn\u00f9 u tal-alla mara Kal\u00ec [ ... ] anki l-qassisin fanati\u010bi li jg\u0127assu l-altar tad-deheb, iddedikat lill-aktar terribbli mill-allat, \u0127asbuni \u017ceffiena tat-tempju [ ... ]", "Il-vendetta tal-qassisin Buddisti g\u0127al dawk li jipprofanaw ir-riti [ ... ] hi terribbli [ ... ] naf sewwa l-\u0120ange, il-Benares, g\u0127andi demm Induist fil-vini\".", "Wara l-wirja fit-teatru Olympia fit-8 ta' Awwissu 1905, Mata Hari \u0121iet inkurunata b\u0127ala \"il-mara li hija \u017cifna hi stess\", \"artista sublimi\", u b\u0127ala dik li \"rnexxiela tag\u0127ti s-sens u l-u\u0121ig\u0127 l-i\u017cjed profond tal-ispirtu Indjan\" u sabet ru\u0127ha mfittxija kemm mit-teatri ewlenin Ewropej kif ukoll minn \u0127afna r\u0121iel g\u0127onja u nobbli biex ji\u017c\u017cew\u0121uha.", "Id-dawra li g\u0127amlet Spanja f'Jannar tal-1906, kienet trijonf kbir.", "Billi tissodisfa l-fantasija in\u0121enwa u m\u0127awda, mibnija fuq ir-realt\u00e0 ta' pajji\u017ci mhux mag\u0127rufin, Mata Hari kienet toffri l-ispettaturi dak kollu li kienu jistennew mi\u017c-\u017cfin tag\u0127ha: il-faxxinu projbit tal-eroti\u017cmu u s-safa tal-axxeti\u017cmu, f'sinkreti\u017cmu assurd, fejn l-g\u0127erf \u0121entili ta' Buddha kien meqjus ekwivalenti g\u0127ar-riti imdemmin \u2013 li fil-fatti ma je\u017cistux \u2013 ta' allat nisa Indusiti tal-bi\u017ca'.", "Min-na\u0127a l-o\u0127ra, jidher li hija kellha \u010bertu talent g\u0127ax i\u017c-\u017cfin tag\u0127ha fil-ballett bil-mu\u017cika ta' Jules Massenet, \"Le Roi de Lahore\", fit-teatru tal-opra ta' Monako fis-17 ta' Frar kellu su\u010b\u010bess kbir u hi \u0121iet imfa\u0127\u0127ra b\u0127ala \"\u017ceffiena unika u sublimi\" waqt li l-kompo\u017citur Fran\u010bi\u017c tal-ballett, kif ukoll Giacomo Puccini, stqarru li kienu ammiraturi tag\u0127ha.", "Minn Monako marret Berlin, fejn saret taf uffi\u010b\u010bjal g\u0127ani, Hans Kiepert, li mar mag\u0127ha Vjenna u mbag\u0127ad Londra u l-E\u0121ittu.", "Sadanittant, \u0121ew ippubblikati \u017cew\u0121 bijografiji tag\u0127ha, wa\u0127da miktuba minn missierha, li fiha lil bintu tellag\u0127ha s-sema aktarx biex jonfo\u0127 lilu nnifsu billi ivvinta stejjer li kien ji\u0121i minn rejiet u prin\u010bpijiet, u o\u0127ra b'intenzjoni opposta, ta' George Priem, avukat ta' \u017cew\u0121ha.", "Mata Hari, naturalment, ikkonfermat il-ver\u017cjoni ta' missierha; dak li qabel kien jag\u0127mel il-kpiepel kien uffi\u010b\u010bjal nobbli, filwaqt li nannitha kienet prin\u010bipessa \u0120avani\u017ca, waqt li hi kienet ivvja\u0121\u0121at mal-kontinenti kollha u kienet g\u0127exet \u017cmien twil New Delhi, fejn kienet \u0127abiba ta' ma\u0127ara\u0121a u qatlet it-tigri, kif kienet turi l-fer li kienet tilbes \u2013 li fil-fatt kienet xtrat minn \u0127anut f'Lixandra.", "Is-su\u010b\u010bess ipprovoka wkoll imitazzjonijiet i\u017cda l-ebda wa\u0127da mill-imitaturi qatt ma la\u0127qet il-fama tag\u0127ha.", "Isimha kien imqabbel ma' dak tal-\"vedettes\" tal-img\u0127oddi, b\u0127al Lola Montez, u ta' \u017cmienha, b\u0127al Bella Otero, Cl\u00e9o de M\u00e9rode u Isadora Duncan.", "Fis-7 ta' Jannar 1910 f'Monte Carlo qag\u0127let tif\u0127ir \u0121did g\u0127a\u017c-\u017cifna tag\u0127ha \"Danse du feu\" li ma re\u0121g\u0127etx \u017cifnet fl-Olympia f'Pari\u0121i g\u0127all-unika ra\u0121uni li l-ispejje\u017c kienu e\u010b\u010bessivi.", "Is-su\u010b\u010bess \u017cied b'mod konsiderevoli l-ispejje\u017c me\u0127tie\u0121a biex i\u017c\u017comm il-\u0127ajja so\u010bjali bla g\u0127eda, u kien darba biss li kienet g\u0127amlet waqfa qasira meta fis-sajf marret toqg\u0127od f'kastell f'Esvres, mhux bog\u0127od minn Tours, li l-ma\u0127bub \u0121did tag\u0127\u0127a il-bankier F\u00e9lix Rousseau po\u0121\u0121a g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tag\u0127ha.", "Minn hemm marret f'proprjet\u00e0 o\u0127ra tal-finanzier, villa lussu\u017ca f'Neuilly, vi\u010bin ta' Pari\u0121i.", "Fl-a\u0127\u0127ar tal-1911 la\u0127qet il-qu\u010b\u010bata tar-rikonoxximent artistiku billi f'La Scala ta' Milan, \u0127adet sehem fl-ewwel rappre\u017centazzjoni ta' \"Armida\" ta' Gluck, me\u0127uda minn \"Gerusalemme liberata\" ta' Torquato Tasso, u rre\u010btat il-parti tal-\"Pja\u010bir\" imbag\u0127ad, mill-4 ta' Jannar 1912 kienet f'\u0127ames rappre\u017centazzjonijiet tal-\"Bacco e Gambrinus\", ballett ta' Giovanni Pratesi bil-mu\u017cika ta' Romualdo Marenco, fejn kellha l-parti ta' Venere.", "Id-direttur tal-orkestra Tullio Serafin stqarr li Mata Hari \"hija mara e\u010b\u010bezzjonali, eleganti u perfetta b'sens poetiku mwieled fiha, barra minn hekk taf xi trid u taf kif tiksbu.", "G\u0127alhekk \u017cgur li \u017c-\u017cfin tag\u0127ha tag\u0127mlu opra tal-arti\".", "Fil-fatt, it-teatru Milani\u017c kien g\u0127addej minn perjodu ta' dekadenza u t-tentattivi mag\u0127mula dak i\u017c-\u017cmien minn Mata Hari biex tinkiseb il-kooperazzjoni ta' mu\u017ci\u010bisti b\u0127al Umberto Giordano u Pietro Mascagni kienu g\u0127alxejn, b\u0127al ma kien ukoll it-tentattiv biex tidher mal-ballerini Russi tal-kumpanija ta' Djagilev.", "Mata Hari allura stabret bil-\"Folies Berg\u00e8res\", fejn warrbet g\u0127al mument i\u017c-\u017cfin orjentali u saret \u017cingara.", "Fis-sajf tal-1913, marret dawra mal-Italja u dehret f'Ruma, Napli u Palermo.", "Kien hemm ra\u0121uni, kienet tg\u0127id, g\u0127aliex kienet tant taf tajjeb i\u017c-\u017cfin Spanjol: b\u0127ala tfajla kienet i\u017c\u017cew\u0121et lil nobbli Sko\u010b\u010bi\u017c, u kienet tg\u0127ix f'kastell antik; wara li falla \u017c-\u017cwie\u0121 tag\u0127ha, ivvja\u0121\u0121at \u0127afna u fit-tul ma' Spanja, fejn \"torero\", li kien i\u0127obbha, qatel ru\u0127u b'idejh fl-arena, iddisprat li hi ma kinitx t\u0127obbu.", "Fl-1914, marret Berlin biex t\u0127ejji spettaklu \u0121did li fih kellha l-\u0127sieb li tinterpreta \u017cifna E\u0121izzjana fil-kamra tag\u0127ha fil-lukanda Cumberland.", "Kitbet hi stess il-librett tal-ballett li semmiet \"Il-Kimera\".", "Sadanittant stenniet li f'Settembru kienet sejra tidher fit-Teatru Metropole f'spettaklu ie\u0127or.", "Imma dan l-ispettaklu qatt ma se\u0127\u0127: l-assassinju tal-prin\u010bep ereditarju Awstrijakk temm il-\"Belle Epoque\" u bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija.", "Filwaqt li l-armata \u0120ermani\u017ca kienet qieg\u0127dha tinvadi l-Bel\u0121ju biex twettaq l-operazzjoni tag\u0127ha li tag\u0127laq il-forzi armati Fran\u010bi\u017ci u ttemm il-gwerra malajr, Mata Hari kienet di\u0121\u00e0 telqet lejn l-I\u017cvizzera minn fejn kellha f'mo\u0127\u0127ha li tmur lura lejn Franza, i\u017cda filwaqt li l-bagalji baqg\u0127u sejrin fi triqthom lejn it-territorju Fran\u010bi\u017c, hi n\u017cammet fuq il-fruntiera u ntbag\u0127tet lura lejn Berlin.", "Fil-lukanda fejn irritornat, ming\u0127ajr bagalji u flus, Jon Kellermann, industrijalista Olandi\u017ca, offrielha l-flus g\u0127all-vja\u0121\u0121 u taha parir biex tmur Frankfurt u minn hemmhekk, permezz tal-konsulat, taqsam il-fruntiera Olandi\u017ca.", "Allura fl-14 ta' Awwissu 1914 l-uffi\u010b\u010bjali tal-konsulat Olandi\u017c ta vi\u017ca biex tista' tmur Amsterdam lil Margaretha Geertuida Zelle, \"twila metru u \u0127amsa u sebg\u0127in \u010bentimetru\", ta' xag\u0127ar (dak i\u017c-\u017cmien) bjond.", "Hawnhekk saret il-ma\u0127buba tal-bankier van der Schalk u mbag\u0127ad wara li marret Den Haag, tal-Baruni Eduard Willem van der Capellen, kurunell tal-ussari, li g\u0127enha \u0121enero\u017cament fil-\u0127ti\u0121ijiet finanzjarji tag\u0127ha.", "Fl-24 ta' Di\u010bembru 1915 Mata Hari maret lura Pari\u0121i sabiex tie\u0127u lura l-bagalji u tipprova, g\u0127al darb'o\u0127ra g\u0127alxejn, biex tikseb xog\u0127ol ma' Djagilev.", "Bilkemm kienet saret il-ma\u0127buba tal-ma\u0121\u0121ur Bel\u0121jan Fernand Beaufort meta l-permess biex toqg\u0127od Pari\u0121i skadielha u fl-4 ta' Jannar 1916 kellha tmur lura lejn l-Olanda.", "Meta kienet Den Haag kien i\u017curha spiss fid-dar tag\u0127ha il-konslu \u0120ermani\u017c Alfred von Kremer, li f'dan il-perjodu kriha b\u0127ala spija fis-servizz tal-\u0120ermanja, inkarigata biex tipprovdi informazzjoni dwar l-ajruport ta' Contrex\u00e9ville, qrib Vittel, fi Franza, fejn kienet tista' tmur ta\u0127t l-isku\u017ca li kienet qieg\u0127da \u017c\u017cur wie\u0127ed mill-\u0127afna ma\u0127bubin tag\u0127ha, il-kaptan Russu Vadim Masslov, li kien da\u0127al l-isptar f'din il-belt.", "Mata Hari, saret a\u0121ent H21 u \u0121iet im\u0127arr\u0121a fil-\u0120ermanja mill-ispija famu\u017ca Elsbeth Schragm\u00fcller, i\u017cjed mag\u0127rufa b\u0127ala Fr\u00e4ulein Doktor, li tatha l-kodi\u010bi l-\u0121did AF44.", "I\u017c-\u017ceffiena kien di\u0121\u00e0 mg\u0127assa mill-kontrospjuna\u0121\u0121 Ingli\u017c u Fran\u010bi\u017c meta, fl-24 ta' Mejju 1916, telqet lejn Spanja u minn hemm fl-14 ta' \u0120unju marret Pari\u0121i.", "Hemm permezz ta' eks-ma\u0127bub tag\u0127ha, it-tenent tal-kavallerija Jean Hallaure, li ming\u0127ajr ma kienet taf kien hu wkoll a\u0121ent Fran\u010bi\u017c, fl-10 ta' Awwissu \u0121abha f'kuntatt mal-kaptan Georges Ladoux, kap ta' sezzjoni tad-Deuxi\u00e8me Bureau, il-kontrospjuna\u0121\u0121 Fran\u010bi\u017c, biex tikseb permess biex tmur Vittel.", "Ladoux taha vi\u017ca u pproponielha li tid\u0127ol fis-servizz ta' Franza u Mata Hari a\u010b\u010bettat din il-proposta imma talbet is-somma enormi ta' miljun frank, li \u0121\u0121ustifikat billi fta\u0127ret li kienet taf \u0127afna nies importanti li setg\u0127u jkunu utli g\u0127all-kaw\u017ca Fran\u010bi\u017ca.", "F'Vittel iltaqg\u0127et mal-kaptan Russu u t\u0127alltet mal-\u0127afna uffi\u010b\u010bjali Fran\u010bi\u017ci li kienu jiffrekwentaw l-istazzjon termali u wara \u0121img\u0127atejn marret lura Pari\u0121i.", "Hemmhekk, barra ma bag\u0127tet informazzjoni dwar il-missjoni tag\u0127ha lill-a\u0121enti \u0120ermani\u017ci fl-Olanda u l-\u0120ermanja, ir\u010biviet ukoll istruzzjonijiet mill-kaptan Ladoux biex tg\u0127addi minn Spanja u tmur lura l-Olanda.", "Wara li n\u017cammet g\u0127al ftit jiem Madrid, dejjem mg\u0127assa mill-Fran\u010bi\u017ci u l-Ingli\u017ci, f'Novembru siefret minn Vigo g\u0127al Den Haag.", "Meta l-bastiment wasal Falmouth fir-Renju Unit, \u0121iet arrestata min\u0127abba li bi \u017cball \u0127asbuha \u017c-\u017ceffiena tal-flamenco, Clara Benedix, li kienet suspettata li kienet spija \u0120ermani\u017ca.", "Meta \u0121iet interrogata f'Londra l-i\u017cball \u0121ie \u010b\u010barat u wara ftehim ma' Ladoux, Scotland Yard bag\u0127tuha Spanja, fejn \u017cbarkat fil-11 ta' Di\u010bembru 1916.", "F'Madrid kompliet tilg\u0127ab il-log\u0127ba doppja u \u017cammet kuntatt kemm mal-\"attach\u00e9\" militari tal-ambaxxata \u0120ermani\u017ca, Arnold von Kalle, kif ukoll ma' dak tal-Ambaxxata Fran\u010bi\u017ca, il-kurunell Joseph Denvignes, fejn lil dan tal-a\u0127\u0127ar g\u0127arrfittlu bil-manuvri tas-sottomarini \u0120ermani\u017ci barra mill-kosta tal-Marokk.", "Von Kalle induna li Mata Hari kienet qieg\u0127dha tilg\u0127ab log\u0127ba doppja u bag\u0127at telegramma Berlin li fiha qal li \"l-a\u0121ent H21\" qieg\u0127dha titlob il-flus u kienet qieg\u0127dha tistenna l-istruzzjonijiet.", "Ir-risposta kienet li l-a\u0121ent H21 kellha tmur lura Franza biex tkompli l-missjoni tag\u0127ha u hemm tir\u010bievi 15,000 frank.", "L-ipote\u017ci li l-\u0120ermani\u017ci kienu dde\u010bidew li je\u0127ilsu minn Mata Hari \u2013 biex jikxfuha lill-kontrospjuna\u0121\u0121 Fran\u010bi\u017c b\u0127ala spija \u0120ermani\u017ca \u2013 hija bba\u017cata fuq il-fatt li f'din l-okka\u017cjoni u\u017caw kodi\u010bi ta' tra\u017cmissjoni qadim, li kien \u0121ie abbandunat g\u0127ax il-Fran\u010bi\u017ci kienu di\u0121\u00e0 dde\u010bifrawh, li fih Mata Hari kienet g\u0127adha identifikata bis-simbolu H21, minflok b'dak i\u017cjed ri\u010benti AF44.", "G\u0127alhekk il-messa\u0121\u0121i \u0120ermani\u017c kienu fa\u010bilment idde\u010bifrati mill-Fran\u010bi\u017ci.", "Fit-2 ta' Jannar 1917 Mata Hari da\u0127let lura Pari\u0121i u fl-g\u0127odwa tat-13 ta' Frar \u0121iet arrestata fil-kamra tag\u0127ha fil-lukanda Elys\u00e9e Palace u maqfula fil-\u0127abs ta' Saint-Lazare.", "Quddiem il-kap tal-inkjesta, il-kaptan Pierre Bouchardon, fil-bidu Mata Hari adottat it-tattika li ti\u010b\u0127ad kollox u sostniet li ma kinitx imda\u0127\u0127la f'ebda affari ta' spjuna\u0121\u0121.", "Fl-ewwel interrogatorju g\u0127enha l-avukat \u00c9douard Clunet, eks-ma\u0127bub tag\u0127ha, li kien \u017camm relazzjoni ta' affezzjoni mag\u0127ha.", "Imbag\u0127ad, i\u017cjed ma beda jg\u0127addi \u017c-\u017cmien i\u017cjed ma setg\u0127etx tevita li ti\u0121\u0121ustifika s-somom kbar li l-ma\u0127bub tag\u0127ha van der Capelen kien jibg\u0127atilha mill-Olanda \u2013 meqjusin mill-prosekuzzjoni b\u0127ala l-\u0127las g\u0127all-ispjuna\u0121\u0121 tag\u0127ha \u2013 li tammetti s-somom li r\u010beviet f'Madrid minn von Kalle li \u0121\u0121ustifikat b\u0127ala sempli\u010bi rigali, u li tikxef storja mhux mistennija li fi Spanja kellha offerta biex ta\u0127dem b\u0127ala a\u0121ent ta' spjuna\u0121\u0121 Russu fl-Awstrija.", "Semmiet ukoll il-proposta li g\u0127amlilha l-kaptan Ladoux biex ta\u0127dem g\u0127al Franza, li fittxet li tisfrutta g\u0127all-vanta\u0121\u0121 tag\u0127ha, biex turi l-lealt\u00e0 tag\u0127ha lejn Franza.", "Il-prosekuzzjoni s'issa ma kellha ebda prova konkreta kontra Mata Hari, li setg\u0127et sa\u0127ansitra tifta\u0127ar li po\u0121\u0121iet ru\u0127ha g\u0127ad-di\u017cpo\u017cizzjoni tal-ispjuna\u0121\u0121 Fran\u010bi\u017c.", "Il-fatt hu li l-kontraspjuna\u0121\u0121 kien g\u0127adu ma po\u0121\u0121iex g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tal-kaptan Bouchardon it-tra\u017ckrizzjoni tal-messa\u0121\u0121i \u0120ermani\u017ci nter\u010bettati li wrewha b\u0127ala l-a\u0121ent \u0120ermani\u017c H21.", "Meta g\u0127amlu hekk, xahrejn wara, Mata Hari kellha tammetti li kienet mikrija mill-\u0120ermani\u017ci u li kienet ir\u010beviet il-linka invi\u017cibbli biex tikkomunika l-informazzjoni tag\u0127ha, i\u017cda qalet li din qatt ma kienet u\u017catha \u2013 tefg\u0127itha kollha l-ba\u0127ar \u2013 u li ma kienet bag\u0127tet xejn lill-\u0120ermani\u017ci, minkejja l-20,000 frank li r\u010beviet mill-konslu von Kremer, li hi sostniet li kienu biss kumpens g\u0127all-tbatija li soffriet matul i\u017c-\u017cjara tag\u0127ha fil-\u0120ermanja fil-jiem bikrija tal-gwerra.", "Rigward il-messa\u0121\u0121 ta' von Kalle f'Berlin, li kixifha b\u0127ala spija, Mata Hari qalet li dan kien vendikazzjoni ta' ra\u0121el imwarrab.", "Il-\u0127afna uffi\u010b\u010bjali Fran\u010bi\u017ci li kienet il-ma\u0127buba tag\u0127hom, meta kienu nterrogati ddefendewha u stqarrew li qatt ma kienu jqisuha b\u0127ala spija.", "G\u0127all-kuntrarju, Georges Kaptan Ladoux \u010ba\u0127ad li xi darba g\u0127amillha proposta biex ta\u0127dem g\u0127as-servizzi Fran\u010bi\u017ci, g\u0127ax dejjem kien iqisha b\u0127ala spija \u0120ermani\u017ca, filwaqt li l-\"attach\u00e9\" militari f'Madrid, Elder Denvignes, sostna li kienet innamrat mieg\u0127u bil-\u0127sieb li to\u0127odlu minn mo\u0127\u0127u sigrieti militari; rigward l-informazzjoni dwar attivitajiet \u0120ermani\u017ci fil-Marokk, hu \u010ba\u0127ad li kienet Mata Hari li ipproviedthom.", "I\u017c-\u017cew\u0121 uffi\u010b\u010bjali ma kinux kapa\u010bi jsemmu ebda \u010birkostanzi sostanzjali kontra Mata Hari, i\u017cda x-xhieda tag\u0127hom fil-pro\u010bess kellha pi\u017c determinanti.", "L-inkjesta ng\u0127alqet b'murtal: l-uffi\u010b\u010bjal Russu Masslov, li Mata Hari suppost kienet il-ma\u0127buba tieg\u0127u, kiteb li r-relazzjoni mal-mara dejjem kien qiesha biss b\u0127ala avventura.", "Ir-rivelazzjoni ma kellha xejn x'taqsam mal-po\u017cizzjoni legali ta' Mata Hari, i\u017cda \u017cgur li \u0121eg\u0127litha t\u0127ossha f'i\u017colament drammatiku.", "L-inkjesta ng\u0127alqet fl-21 ta' \u0120unju u Mata Hari ntbag\u0127tet quddiem il-qorti.", "Il-pro\u010bess, mi\u017cmum bil-bibien mag\u0127luqin, beda fl-24 ta' Lulju.", "Il-president tal-qorti ta' sitt im\u0127allfin militari kien it-tenent kurunell Albert Ernest Somprou u fuq in-na\u0127a tal-prosekuzzjoni kien hemm it-tenent Mornet.", "Xejn \u0121did ma \u0127are\u0121 fil-jumejn ta' diskussjoni.", "Wara d-difi\u017ca appassjonata tal-avukat ta' Mata Hari, Clunet, li qabel kien gwerrier u ng\u0127ata midalja fl-1870, fil-Gwerra Franko-Prussjana, l-im\u0127allfin irtiraw biex iwie\u0121bu 8 mistoqsijiet: Wara sieg\u0127a inqatg\u0127etilha s-sentenza: \"Il-Kunsill tal-Gwerra jikkundanna unanimament lil Marguerite Gertrude Zelle g\u0127all-piena tal-mewt permezz tal-fu\u010bilazzjoni\".", "L-appell g\u0127ar-rie\u017caminazzjoni tal-pro\u010bess \u0121ie rrifjutat mill-Kunsill tar-revi\u017cjoni fis-17 ta' Awwissu u fis-27 ta' Settembru anki l-Qorti tal-Appell ikkonferma s-sentenza tal-kundanna.", "L-a\u0127\u0127ar tama kienet it-talba g\u0127all-ma\u0127fra li l-avukat Clunet ppre\u017centa personalment lill-President Poincar\u00e9.", "Ma\u017c-\u017cernieq ta' nhar it-Tnejn, il-15 ta' Ottubru, il-Kaptan Thibaud qajjem lil Mata Hari, li wara l-pro\u010bess kienet taqsam \u010bella ma' \u017cew\u0121 pri\u0121unieri o\u0127ra, biex i\u0127abbrilha li l-talba g\u0127al ma\u0127fra kienet \u0121iet mi\u010b\u0127uda u wissiha t\u0127ejji g\u0127all-e\u017cekuzzjoni.", "Hi libset bl-eleganza tas-soltu, mg\u0127ejuna minn minn \u017cew\u0121 sorijiet, Sor Marie u Sor Leonide, u mbag\u0127ad, fuq it-talba tag\u0127ha, il-kappillan Arboux g\u0127ammidha.", "Libset kappell tat-tiben ta' Firenze u l-ingwanti, u akkumpanjata mi\u017c-\u017cew\u0121 sorijiet, il-kappillan, l-avukat Clunet, it-tobba Bizard, Socquet, u Bralet u mill-gwardjani, marret fl-uffi\u010b\u010bju tad-direttur, fejn kiteb tliet ittri \u2013 li per\u00f2 d-direzzjoni tal-\u0127abs qatt ma bag\u0127tet \u2013 indirizzati lil bintha Jeanne Louise, lil-kaptan Masslov u lill-ambaxxatur tal-Olanda, Cambon.", "Imbag\u0127ad tliet vannijiet militari skortati minn draguni rikbin i\u017c-\u017ciemel \u0127adu l-kortew lejn il-Kastell ta' Vincennes u waslu hemm fis-sitta u nofs ta' g\u0127odwa kies\u0127a u bi\u010b-\u010bpar.", "Labranzetta ma' Sor Marie, imxiet b'passi sodi lejn il-post ma\u0127\u017cul g\u0127all-e\u017cekuzzjoni, fejn kienet qieg\u0127dha tistenniha skwadra suldati li sellmulha u ppre\u017centawlha l-armi.", "Wara li sellmet lura b'\u010baqliqiet puliti ta' rasha, \u0121iet marbuta \u0127afif mal-arblu.", "Billi rrifjutat l-g\u0127amad setg\u0127et tara quddiemha mil-qrib it-tnax-il suldat li kienu assenjati d-dmir tas-sentenza g\u0127all-mewt: wie\u0127ed minnhom, skont ir-regola, kellu l-ixkubetta vojta.", "Minn \u0127dax-il tir, tmienja marru fil-vojt \u2013 l-a\u0127\u0127ar galanterija tal-militari Fran\u010bi\u017ci \u2013 wie\u0127ed fir-rkoppitha, wie\u0127ed f'\u0121enbha u wie\u0127ed dritt f'qalbha.", "Il-marixxall P\u00e9tey sparalha tir f'g\u0127onqha, tir ta' grazzja, biex ikun \u017cgur li mietet.", "\u0126add ma' kien hemm li kellu d-dritt g\u0127all-\u0121isem u allura \u0121ie me\u0127ud l-Istitut tal-Medi\u010bina Legali ta' Pari\u0121i, fejn indifnet \u0121o fossa komuni.", "Rasha n\u017cammet u mbag\u0127at insterqet fis-snin \u0127amsin, f'\u010birkustanzi li qatt ma tfissru, forsi biex isservi b\u0127ala relikwa makabra.", "Wara t-tmiem tal-gwerra, il-\u0120ermanja g\u0127all-ewwel ippre\u017centatha b\u0127ala vittma inno\u010benti, li qatt ma kienet ikkollaborat mas-servizzi tal-ispjuna\u0121\u0121 \u0120ermani\u017ci.", "Madankollu fl-1931, f'xog\u0127ol kollettiv importanti li fih ikkollaboraw stori\u010bi, uffi\u010b\u010bjali militari u uffi\u010b\u010bjali li qabel kienu fis-servizzi sigrieti, jing\u0127ad li \"Mata Hari g\u0127amlet affarijiet kbar g\u0127all-\u0120ermanja; hi kienet il-messa\u0121\u0121iera g\u0127all-informaturi tag\u0127na li kienu jg\u0127ixu barra jew f'pajji\u017ci g\u0127adewwa [...]", "Mata Hari kienet taf perfettament kif jimxu l-affarijiet militari, wara li \u0121iet im\u0127arr\u0121a f'wa\u0127da mill-aqwa skejjel tal-ispjuna\u0121\u0121 [...]", "Hija kien a\u0121ent importanti.\"", "Fl-1937, Elsbeth Schragm\u00fcller, mag\u0127rufa b\u0127ala Fr\u00e4ulein Doktor, li \u0127admet matul il-gwerra fis-sezzjoni IIIC f'Antwerpen, ippubblikat il-memorji tag\u0127ha.", "Rigward Mata Hari, fihom irrevelat li \"l-ebda wa\u0127da mill-a\u0127barijiet li bag\u0127titilna ma kienet utli u l-ebda informazzjoni tag\u0127ha ma kienet ta' interess politiku u militari\".", "Hi ta\u010b\u010betta madankollu li: \"Il-kundanna kien mis\u0127oqqa fl-ispirtu tal-kodi\u010bi militari.\"", "L-istoriku Alain Decaux fir-ri\u010berka tieg\u0127u dwar Mata Hari staqsa lill-Avukat Mornet dwar il-kwistjoni vera li ppre\u017centa l-ka\u017c ta' din is-suppost spija.", "Dan wie\u0121bu \"li fl-a\u0127\u0127ar ma kienx hemm affarijiet kbar li wie\u0127ed seta' jixliha bihom\" imma l-ka\u017c tag\u0127ha kien ipprovokat \"mill-attakki tal-istampa f'kuntest politiku\" hekk li r-ra\u0121uni tal-istat kellha tirba\u0127.", "\u0126ar\u0121u \u0127afna films ibba\u017cati fuq l-istorja ta' Mata Hari:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15982", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15982", "title": "Auguste Rodin", "text": ["Auguste Rodin", "Fran\u00e7ois-Auguste-Rodin Ren\u00e9 (Pari\u0121i, 12 ta' Novembru 1840 \u2013 Meudon, 17 ta' Novembru 1917) kien skultur Fran\u010bi\u017c, wie\u0127ed mill-iskulturi l-aktar importanti tat-tieni nofs tas-seklu 19.", "Aguste Rodin twieled Pari\u0121i f'kwartier tal-klassi tal-\u0127addiema, qrib il-Kwartier Latin \u2013 nru 3, Rue de l'Arbal\u00e8te.", "Missieru, Jean-Baptiste Rodin, minn Normandija, imwieled f'Yvtot, kien skrivan meta twieled ibnu, u wara la\u0127aq spettur fil-Prefettura tal-Pulizija.", "Ommu, Marie Cheffer, kienet minn Lorraine.", "Jidher li l-familja kienet mag\u0127quda u reli\u0121ju\u017ca \u0127afna.", "Rodin kien l-i\u017cg\u0127ar minn \u017cew\u0121 ulied.", "O\u0127tu, li kienet sentejn ikbar minnu, da\u0127let soru, imma mietet fl-1862 wara marda qasira.", "Lil o\u0127tu kien i\u0127obbha \u0127afna u mewtha \u0121abitlu \u0127afna niket u tbatija.", "Minkejja li l-familja ma kinetx tat-tajjeb, it-tfal kienu edukati b'attenzjoni kbira, it-tifla f'kunvent u Auguste l-ewwel fi skola tal-patrijiet fil-kwartier ta' Val-de-Gr\u00e2ce u wara fil-belt ta' Beauvais fi skola li kien waqqaf zijuh, bniedem kolt \u0127afna li \u0127a t-tag\u0127lim b\u0127ala professjoni u rnexxielu jo\u0127loq po\u017cizzjoni interessanti g\u0127alih innifsu.", "Auguste baqa' ma' zijuh sakemm g\u0127alaq 14-il sena.", "Kien jidher \u010bar minn kmieni li t-tifel kien jinqala' \u0127afna fid-disinn u g\u0127alhekk missieru bag\u0127tu l-iskola tad-disinn u l-matematika f'Rue de l'\u00c9cole de M\u00e9dicine.", "Din l-istituzzjoni kienu jsibuha b\u0127ala \"l-iskola \u017c-\u017cg\u0127ira\", biss jiddistingwuha mill-iskola tal-Belli Arti uffi\u010bjali; l-g\u0127an tag\u0127ha kien li teduka \u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li kienu \u0127a ja\u0127dmu fl-industriji artisti\u010bi.", "Sa hemm kienet tasal l-ambizzjoni g\u0127at-tifel dak i\u017c-\u017cmien.", "Id-direttur tal-iskola kien wie\u0127ed jismu Belloc, imma kien hemm ukoll professur, Lecocq de Boisbaudran, li g\u0127amel isem kbir mhux b\u0127ala artista imma b\u0127ala g\u0127alliem, g\u0127ax \u0127oloq sistema notevoli g\u0127at-tag\u0127lim tad-disinn permezz tat-t\u0127arri\u0121 tal-memorja u b'hekk g\u0127en biex jifforma g\u0127add ta' artisti famu\u017ci.", "Fost l-istudenti tieg\u0127u kien hemm Fantin-Latour, Cazin, Legros, Lhermitte u l-iskultur Dalou.", "Kien hemm ukoll professur ie\u0127or jismu Fort, li wkoll kellu influwenza kbira fuq i\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Rodin, li infatti \u017cmien wara stqarr li l-vokazzjoni tieg\u0127u kien jafha lilu.", "I\u017c-\u017cagh\u017cug\u0127 studja wkoll fl-iskola ta' Gobelins, fejn kien hemm professur jismu Lucas li lejh esprima l-istess gratitudni.", "Bla dubju li dawk in-nies skoprew fi\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 studju\u017c u akkanit il-kwalitajiet li jag\u0127mlu artista.", "Meta x-xe\u0127ta tieg\u0127u bdiet tidher \u010bara, \u0121ie de\u010bi\u017c min-nies ta' madwaru li kien hemm b\u017conn li jie\u0127u parir minn skultur jismu Maindron li dak i\u017c-\u017cmien kellu fama konsiderevoli.", "Il-verdett tieg\u0127u kien favorevoli u \u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Rodin applika biex jid\u0127ol fl-\u00c9cole des Beaux-Arts.", "\u0120ie rrefjutat tliet darbiet.", "Imbag\u0127ad g\u0127al xi snin kien jaqla' x'jg\u0127ix billi ja\u0127dem f'bosta snajja li kellhom x'jaqsmu ftit jew wisq mal-professjoni tal-iskultura \u2013 jag\u0127mel il-forom, l-ornamenti u l-induratura u affarijiet o\u0127ra, u l-\u0127in kollu kien qieg\u0127ed ji\u0121bor esperjenza prezzju\u017ca g\u0127all-karriera tieg\u0127u ta' artista.", "Meta kellu tlieta u g\u0127oxrin sena, Rodin im\u0121ieg\u0127el min-niket tal-mewt tal-ma\u0127buba o\u0127tu, \u0127a l-voti reli\u0121ju\u017ci u da\u0127al fil-monasteru tal-Ewdisti fil-Faubourg Saint Jacques.", "Din il-\u0127e\u0121\u0121a spiritwali per\u00f2 ma damitx wisq, u \u0127ames jew sitt xhur wara re\u0121a' mar lura d-dar.", "Ftit wara ltaqa' ma' Rose Bueret li kienet is-sie\u0127ba tieg\u0127u g\u0127al \u0127ajtu kollha u mietet ftit xhur biss qablu.", "Fl-1886 Rodin beda jie\u0127u l-lezzjonijiet minn g\u0127and Barye, l-iskultur tal-annimali li kien artista ammirevoli ta' qawwa kbira, imma jg\u0127idu li b\u0127ala g\u0127alliem ma tantx kellu \u0127e\u0121\u0121a.", "Imbag\u0127ad mar ja\u0127dem fl-istudju ta' Carrier-Belleuse, skultur ie\u0127or ta' talent kbir, student ta' David d'Angers, u baqa' assisstent mieg\u0127u g\u0127al xi sitt snin.", "Imma minkejja li Rodin kien isejja\u0127 lilu nnifsu student ta\u017c-\u017cew\u0121 artisti, biex jissodisfa r-regoli tas-Salon, fil-ka\u017c tal-ewwel wie\u0127ed kien jattendi biss il-lezzjonijiet tieg\u0127u ta' fil-g\u0127axija u fil-ka\u017c tal-ie\u0127or kien lavrant mieg\u0127u.", "Sa dak i\u017c-\u017cmien ftit hemm xog\u0127lijiet mag\u0127rufa ta' Rodin, \u0127lief xi ordnijiet kummer\u010bjali, b\u0127all-karjatidi tat-teatru Gobelins, il-fuklar tat-teatru Ga\u00eet\u00e9, ir-rilievi dekorattivi fis-Salle de Rubens tal-Mu\u017cew tal-Louvre, etc. Hemm bust ta' missieru li skont il-le\u0121enda tal-familja g\u0127amlu meta kellu sbatax-il sena, imma Rodin innifsu qal li kien g\u0127amlu xi sena jew sentejn qabel ix-xog\u0127ol li jmiss \u2013 il-bust ta' Patri Eymard, is-superjur tas-Societas Sanctissimi Sacramenti, li \u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 sar mi\u0121bud \u0127afna lejh fil-ftit \u017cmien li g\u0127amel fil-monasteru.", "Id-data ta' dan ix-xog\u0127ol kienet l-1863.", "Ma niskantawx li dan il-qasis serju, li Rodin dejjem baqa' jiftakru bil-\u0121ie\u0127, malajr induna li l-vokazzjoni vera ta\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 ma kinetx fil-kjostru.", "Sablu studju u wara ftit bil-\u0127lewwa kollha \u0127e\u0121\u0121u biex ibiddel \u0127siebu u jmur id-dar.", "Il-bust juri l-qawwa tal-osservazzjoni li kellu Rodin, il-fidelt\u00e0 lejn in-natura u kemm kien jifhimha.", "It-tielet xog\u0127ol kien il-famu\u017c \"Ra\u0121el bi mnie\u0127ru miksur\", li bag\u0127at lis-Salon u \u0121ie refjutat.", "Matul l-assedju ta' Pari\u0121i Rodin baqa' fil-belt u da\u0127al suldat fil-Gwardja Nazzjonali.", "Imma fi Frar tal-1871, in\u0127ass li min\u0127abba li ma kienx jara mill-bog\u0127od ma kienx adattat g\u0127as-servizz militari u mar ma' Carrier-Beleuze il-Bel\u0121u, bil-\u0127sieb li jkompli ja\u0127dem mieg\u0127u.", "Imma kien hemm xi tilwim jew nuqqas ta' qbil bejnithom, u Rodin \u0127allieh u mar mal-iskultur Bel\u0121jan Van Rasbourg, li kompla d-dekorazzjoni tal-Bor\u017ca ta' Brussels li kien beda l-iskultur Fran\u010bi\u017c u \u0127adem ukoll fuq il-Palais des Acad\u00e9mies.", "\u0126adem ukoll g\u0127al rasu, u fl-1875 (is-sena meta wera \u017cew\u0121 busti aktarx timidi fis-Salon), wara li kien warrab bi\u017c\u017cejjed flus, wettaq ambizzjoni li kienet ilha fih li jmur l-Italja biex jistudja x-xog\u0127lijiet ta' Donatello u Mikelan\u0121lu.", "Imma l-finanzi naturalment ma kinux wisq u ma damx fit-tul.", "Qatta' l-parti l-kbira ta\u017c-\u017cmien Firenze u Ruma, imma \u017car ukoll Venezja u Napli.", "Re\u0121a' lura b'entu\u017cja\u017cmu kbir mimli bl-influwenza ta\u017c-\u017cew\u0121 img\u0127allmin kbar tal-iskultura.", "Ix-xog\u0127ol ta' Rodin li jmiss kien influwenzat \u0127afna minn Donatello, imma kien ori\u0121inali bi\u017c\u017cejjed li lill-iskultur g\u0127amlu famu\u017c minnufih u qajjem kontroversja s\u0127i\u0127a.", "Din kienet l-istatwa li l-ewwel kienet mag\u0127rufa b\u0127ala 'Il-bniedem iqajjem in-Natura', issa mag\u0127rufa b\u0127ala \"L-Et\u00e0 tal-Bron\u017c\".", "Xi w\u0127ud mill-kollegi tieg\u0127u u mill-kriti\u010bi stqarru li kienu jaraw il-qerq fiha, u akku\u017cawh li kien \u0127a forma min-natura.", "Dan wassal g\u0127all-ewwel skandlu tal-karriera ta' Rodin (kien hemm bosta o\u0127rajn warajha), u g\u0127add ta' skulturi u pitturi iffirmaw protesta kollettiva biex jiddefenduh.", "L-iStat ftit wara patta g\u0127all-offi\u017ca billi kiseb l-istatwa tal-bron\u017c u ta midalja tat-tielet klassi lill-iskultur \u017cag\u0127\u017cug\u0127.", "L-iStat wara ftit \u017cmien akkwista wkoll l-istatwa tieg\u0127u ta' \"San \u0120wann Battista\", li tqeg\u0127det fil-\u0121nien ta' Lussembourg.", "Min\u0127abba dawn i\u017c-\u017cew\u0121 xog\u0127lijiet g\u0127amel \u0127afna \u0127bieb \u0121odda kemm fid-dinja artistika kif ukoll fost l-intellettwali.", "Madwar dan i\u017c-\u017cmien Rodin kien qieg\u0127ed ja\u0127dem fuq id-dekorazzjoni tal-Palazz Trocad\u00e9ro f'Pari\u0121i (dan kien twaqqa' min\u0127abba l-Wirja Internazzjonali tal-1937) mal-iskultur Legrain u mmudella g\u0127add ta' busti tat-terracotta fl-istil u l-manjiera tas-seklu 18.", "Imbag\u0127ad is-sotto-segretarju g\u0127all-Belli Arti, b\u0127ala \"amende honorable\" g\u0127at-tmaqdir li kien \u0121arrab, offrielu li jag\u0127\u017cel ordni tal-istat kif xtaq hu.", "Rodin, li kien g\u0127adu m\u0127e\u0121\u0121eg mill-istudji tal-iskultura Taljana, talab li j\u0127alluh iwettaq bieb g\u0127all-Mu\u017cew tal-Arti Dekorattiva li kellu jinbena, u ispirat minn Dante, g\u0127a\u017cel b\u0127ala su\u0121\u0121ett \"Il-Bieb tal-Infern\".", "Fl-1877 Rodin mar lura Pari\u0121i, biex joqg\u0127od hemm g\u0127al kollox, wara li g\u0127amel dawra ma' Franza biex i\u017cur il-katidrali.", "Kienet wa\u0127da minn \u0127afna \u017cjarat g\u0127ax b\u0127all-prede\u010bessur kbir tieg\u0127u Mikelan\u0121lu, Rodin kellu interess profond fl-arkitettura tal-katidrali u bini ie\u0127or.", "Kien hemm xi \u017cmien meta kien jo\u0127lom li jsir perit u matul il-vja\u0121\u0121i tieg\u0127u kien i\u0127obb jistudja d-dettalji arkitettoni\u010bi, i\u0127a\u017ce\u017c skizzi u jie\u0127u n-noti.", "(Fis-sena 1910 \u0121ie ppubikat il-ktieb tieg\u0127u \"Les Cath\u00e9drales de France\", Il-Katidrali ta' Franza, illustrat bit-tpin\u0121ijiet tieg\u0127u.)", "B\u0127al xi w\u0127ud mill-prede\u010bessuri tieg\u0127u, miss bosta frieg\u0127i tal-arti u idda f'kollha \u2013 ritratti, veduti, in\u010bi\u017cjoni, u anki \u010beramika; g\u0127aliex meta kien impjegati g\u0127al xi \u017cmien fil-fabrika statali tal-por\u010bellana f'S\u00e8vres (1879-92 ma' Carrier-Belleuse l-img\u0127allem li kien \u0127adem ta\u0127tu xi \u017cmien qabel) \u0127oloq bosta va\u017cuni ta' min ifa\u0127\u0127arhom.", "Il-vja\u0121\u0121i tieg\u0127u madwar Franza b\u0127al dak \u0121o l-Italja, \u0127allew impressjoni profonda fuqu.", "Waqt \u017cjara li g\u0127amel Marsilja biex ja\u0127dem fuq il-Palazz tal-Belli Arti, flimkien ma' artista ie\u0127or jismu Fourquet, kien impressjonat \u0127afna mis-sbu\u0127ija tat-tip Grieg tan-nisa tal-bliet Provenzali.", "L-ordni g\u0127al \"il-Bieb tal-Infern\" \u0121iet ikkonfermata fl-1880, u Rodin beda ja\u0127dem fuqu.", "Din il-bi\u010b\u010ba xog\u0127ol enormi okkupatu u ffaxxinatu g\u0127al 'l fuq minn g\u0127oxrin sena, u fuqha u\u017ca l-aspetti kollha tal-\u0121enju kbir tieg\u0127u.", "B\u0127al fix-xog\u0127lijiet l-o\u0127ra kollha tieg\u0127u, il-karatteristika ewlenija tag\u0127ha hi l-\u0127ajja ti\u010b\u010baqlaq.", "Fiha xi 186 figuri virili jew armonju\u017ci fl-istati kollha ta' dieqa, bi\u017ca' u senswalit\u00e0.", "L-istatwa famu\u017ca ta' \"il-\u0126assieb\" (li g\u0127all-ewwel sej\u0127ilha \"il-Poeta\") kellha tiddomina dawn ix-xeni varji kollha u tikkontemplahom.", "G\u0127al \u017cmien twil dan ix-xog\u0127ol kien dak li Rodin kien ja\u0127li fuqu l-parti l-kbira tal-ener\u0121ija tieg\u0127u; g\u0127amel mijiet ta' disinji u skizzi g\u0127alih.", "Aktar tard kien qiesu xeba' minnu, jew mill-inqas beda jikkritika il-kun\u010betti tieg\u0127u stess; u g\u0127al xi \u017cmien u\u017cah b\u0127ala tip ta' g\u0127ajn li minnu seta' jag\u0127\u017cel il-forom varji tax-xog\u0127ol tieg\u0127u.", "Infatti nistg\u0127u ng\u0127idu li l-figuri mimlijin passjoni kwa\u017ci kollha \u0121ew mill-Bieb.", "Imma fis-snin ta' wara re\u0121a' beda ja\u0127dem fuq din il-bi\u010b\u010ba xog\u0127ol kbira u stinka biex ilestiha g\u0127al kollox fl-ir\u0127am u l-bron\u017c.", "Per\u00f2 qatt ma tlestiet g\u0127al kollox.", "F'xi l-1882 il-Gvern po\u0121\u0121a studju f'Rue de l'Universit\u00e9 g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni ta' Rodin bla \u0127las.", "Matul dawn is-snin Rodin wera g\u0127add kbir ta' xog\u0127lijiet fis-Salon \u2013 pere\u017cempju, \"San \u0120wann jippriedka\", \"Il-\u0126olqien tal-Bniedem\", \"Ugolino\" u busti ta' J.P. Laurens, Legros, Dalou, Victor Ugo u o\u0127rajn.", "Matul dawn is-snin li l-iskultur sar jaf il-litterarti eminenti ta' dak i\u017c-\u017cmien, b\u0127al Alphonse Daudet u l-a\u0127wa Goncours.", "Fl-1880 ikkompeta g\u0127all-monument tad-\"Difi\u017ca Nazzjonali\" li kien \u0127a jinbena f'Courbevoie, \u0127dejn il-bibien ta' Pari\u0121i, fil-post fejn kienet saret re\u017cistenza kbira mill-Fran\u010bi\u017ci fl-1871, meta \u0121ew meg\u0127luba.", "Ix-xog\u0127ol li da\u0127\u0127al g\u0127al din il-kompetizzjoni, \"Il-\u0120enju tal-Gwerra\", ma ntag\u0127\u017cilx g\u0127ax il-membri tal-\u0121urija \u0127asbu li 'kien fero\u010bi wisq'.", "Dan il-monument fl-1916 intg\u0127a\u017cel minn kumitat Olandi\u017c li xtaq joffri monument lill-belt ta' Verdun b\u0127ala tifkira tad-difi\u017ca erojka ta' dak il-post, li kellha sehem kbir fl-isforz biex jitfarrak l-attentat kontra l-libert\u00e0 tal-umanit\u00e0.", "Rodin ippre\u017centa x-xog\u0127ol lil kumitat li a\u010b\u010betah bl-entu\u017cja\u017cmu.", "Fl-1883 ir\u010bieva ordni g\u0127al statwa ekwestri tal-\u0120eneral Lynch g\u0127all-Amerika t'Isfel.", "Fl-1884 il-belt ta' Calais fet\u0127et kompetizzjoni g\u0127al monument li jfakkar lil Eustache de St Pierre, i\u010b-\u010bittadin storiku li ta l-imfieta\u0127 tal-belt lir-re Ingli\u017c.", "Rodin da\u0127al g\u0127all-kompetizzjoni u minflok figura wa\u0127da wera l-eroj imdawwar minn \u0127amsa minn s\u0127abu fl-isfortuna.", "L-ordni ng\u0127atat lilu, imma mhux ming\u0127ajr problemi.", "Rodin beda ja\u0127dem fuq il-pro\u0121ett ispirat mill-kroniki tal-assedju miktubin minn Jean Froissart, u ddedika g\u0127alih g\u0127axar snin ta' studju u \u0127idma.", "Il-monument li sar mag\u0127ruf b\u0127ala \"Il-Borgi\u017ci ta' Calais\", \u0121ie nnawgurat fl-1895, u b\u0127al l-iskuturi l-o\u0127ra tieg\u0127u qajjem \u0127afna kritika u kontroversja.", "Dan hu wa\u0127da mix-xog\u0127lijiet l-i\u017cjed mag\u0127rufin u mfa\u0127\u0127rin ta' Rodin.", "Ix-xog\u0127liet kbar ta' Rodin kollha jew kwa\u017ci kollha wasslu g\u0127al kontroversji akkaniti u kultant \u0127orox.", "Hekk kienet l-istatwa ta' \"Claude Lorrain\" li \u0127adem g\u0127al Nancy fl-1889, u twaqqfet fl-1892; \"Victor Hugo\", li \u0121ie rrefjutat mill-kummissjoni g\u0127ax l-iskultur g\u0127amel figura bil-qeg\u0127eda minnflok bil-wieqfa, kif kien me\u0127tie\u0121 mid-disinn arkitettoniku.", "Per\u00f2 l-istatwa bil-qeg\u0127eda tqeg\u0127det fil-\u0121nien ta' Lussembourg u l-Ministru ta' dak i\u017c-\u017cmien ordna wa\u0127da bil-wieqfa g\u0127all-Panth\u00e9on.", "L-istess \u0121ara fil-ka\u017c tal-monument tal-\"President Sarmiento\" tal-Ar\u0121entina g\u0127al Buenos Aires.", "Imma l-i\u0127rax kontroversja minn kollha kienet dwar il-famu\u017c monument ta' \"Balzac\", li kien ordnat mis-\"Soci\u00e9t\u00e9 de Gens de Lettres\" u ntweriet fis-Salon tal-1898.", "Is-so\u010bjet\u00e0 rrefjutat ix-xog\u0127ol u l-president, il-poeta Jean Aicard, kien tant disgustat bid-de\u010bi\u017cjoni li rri\u017cenja.", "L-istawta ttie\u0127det lura fl-istudju ta' Rodin f'Meudon, u l-ordni ing\u0127atat lil Falgui\u00e8re.", "F'Londra wkoll il-kumitat li kien ordna minn Rodin momument ta' Whistler ma a\u010b\u010bettahx", "Madankollu kien hemm dawk li g\u0127arfu u fa\u0127\u0127ru l-\u0121enju tal-artista, u dawn, Fran\u010bi\u017ci jew barranin, kienu entu\u017cjasti.", "Fost ix-xhieda tal-apprezzament li kellu f'dan i\u017c-\u017cmien, insibu li fl-1886 grupp ta' ammiraturi \u0127allsu g\u0127al kolata ta' \"Il-Bewsa\".", "Kriti\u010bi b\u0127al Gustave Geffroy u Octave Mirbeau appo\u0121\u0121awh bil-pinen tag\u0127hom matul dan il-perjodu diffi\u010bli.", "Ir-ritratti li g\u0127amel, b\u0127al ma qal L\u00e9once B\u00e9n\u00e9dite, li kien kuratur tal-Mu\u017cew Rodin, kienu bi\u017c\u017cejjed biex jag\u0127mlu famu\u017c kwalunkwe artista \u2013 xog\u0127lijiet b\u0127al busti ta' Madame Rodin, Carrier-Belleuse, Dalou, Puvis de Chavannes, Henri Rochefort.", "G\u0127all-Ingilterra g\u0127amel il-busti ta' Henley, l-poeta, li dak-\u017cmien kien editur tal-\"Magazine of Art\", George Wyndham, Bernard Shaw, Lord Howard de Walden, Mrs Hunter, Lady Sackville, Lady Warwick u Miss Fairfax, Mr Kay and Mr Ryan.", "Kien min\u0127abba l-inizjattiva u l-\u0121enero\u017cita tar-ra\u0121el imsemmi l-a\u0127\u0127ar li \u0121iet inawgurata l-kollezzjoni Rodin fil-Metropolitan Museum ta' New York.", "Il-monument lil Bastien Lapage twaqqaf f'Damvillier (Meuse) fl-1889.", "F'dik is-sena matul il-Wirja Universali, g\u0127add ta xog\u0127lijiet tieg\u0127u intwerew fil-gallerija Georges Petit f'Pari\u0121i.", "Fosthom kien hemm il-\"Perseju u Gorgun\" u d-\"Danajde\" li kien g\u0127adu kif lesta u \u0127afna o\u0127rajn.", "Ir-ri\u017cultat kien su\u010b\u010bess g\u0127all-iskultur.", "Fl-istess sena is-Soci\u00e9t\u00e9 Nationale des Beaux-Arts, li fiha kellu po\u017cizzjoni mla\u0127\u0127qa \u017cguratlu l-kariga tieg\u0127u b\u0127ala kap ta' skola.", "Kien hemm wirja f'paviljun spe\u010bjali fil-Place de l'Alma fl-1900 li kienet g\u0127alih tassew trijonf.", "Il-fama li damet ma \u0121iet issa bdiet ti\u0121ri warajh.", "Kien hemm \u0121abra g\u0127all-\"\u0126assieb\" fost l-ammiraturi tieg\u0127u li tawha rigal lin-nies ta' Pari\u0121i u fl-1906 tqeg\u0127det quddiem il-Panth\u00e9on.", "Erba' rilievi mag\u0127mulin g\u0127all-Villa tal-Baruni Vitta f'Evian intwerew fil-Mu\u017cew Lussembourg fl-1905.", "B'kollox 42 mix-xog\u0127lijiet tieg\u0127u intwerew f'dan il-mu\u017cew.", "L-unika l-passjoni kbira li imliet il-karriera ta' dan il-bniedem ta' \u0121enju tremend kienet ix-xog\u0127ol, u \u0127ajtu kienet mimlija bih.", "Infatti bilkemm kien interrot \u0127lief b'xi ftit vja\u0121\u0121i lejn il-Bel\u0121ju, l-Ingilterra u Ruma.", "Fl-1903 mar Praga biex jattendi wirja tax-xog\u0127ol tieg\u0127u.", "\u0126ajruh imur l-Amerika imma qatt ma seta' jidde\u010biedi.", "Fis-snin ta' wara kien iddispja\u010bieh li qatt ma' kien mar il-Gre\u010bja.", "Fost ix-xog\u0127lijiet a\u0127\u0127arin tieg\u0127u insibu l-busti tad-Duc de Rohan u Georges Clemenceau, u tal-Papa Benedittu XV, li \u0127adem fl-1915 meta kien Ruma.", "L-a\u0127\u0127ar xog\u0127ol kien il-bust ta' Etienne Clementel, il-ministru tal-kummer\u010b.", "Fl-1916 l-iskultur marad u kellu jid\u0127ol fis-sodda.", "Bil-mod fieq imma kellu jieqaf g\u0127al kollox mix-xog\u0127ol.", "Imbag\u0127ad beda jirran\u0121a il-propjet\u00e0 artistika tieg\u0127u u jorganizza l-Mu\u017cew Rodin.", "Martu mietet fis-17 ta' Frar 1917 u qatt ma rkupra minn din id-daqqa ta' \u0127arta.", "Rodin stess miet fis-17 ta' Novembru 1917.", "Indifen fil-\u0121nien tal-villa tieg\u0127u f'Meudon, b'replika tal-\"\u0126assieb\" fuq il-qabbar.", "Dak is-sajf kollu bilkemm \u0127are\u0121 mill-villa tieg\u0127u f'Meudon, fejn kien joqg\u0127od ma' \u017cew\u0121 ku\u0121ini nisa li kienu jduru bih, L\u00e9once B\u00e9n\u00e9dite u xi \u017cew\u0121 \u0127bieb tal-qalb.", "Kultant, imma inqas u inqas, kien imur l-H\u00f4tel Biron (il-Mu\u017cew Rodin) jew jiltaqa' ma ftit \u0127bieb.", "Kien juri l-affezzjoni u jkun ferrie\u0127i, kuntent bl-attenzjoni li kienu jtuh, l-ispirtu kombattiv ta' qabel kien \u0127allieh.", "Rodin kien singolarment indifferenti g\u0127all-unuri tad-dinja, l-uniku unur li kien jixtieq kien ir-rikonoxximent tax-xog\u0127ol tieg\u0127u.", "Qatt ma fittex l-unuri akademi\u010bi, imma kien japprezza \u0127afna l-approvazzjoni tal-ammiraturi barranin, u l-unuri li tawh l-istituzzjonijiet barranin, b\u0127ad-dottorat \"honoris causa\" mill-Universit\u00e0 ta' Oxford.", "Rodin b\u0127alma ddeskrivieh \u0127abibu Camille Mauclair kien ta' statura medja, b'ras enormi fuq tronk massiv; imnie\u0127er prominenti, daqna gri\u017ca twila, u g\u0127ajnejn \u017cg\u0127ar ileqqu, b'ironija \u0127afifa li fihom wie\u0127ed kien jista' jara li ma kienx jara mill-bog\u0127od.", "L-impressjoni ta' qawwa fil-bniedem kienet imsa\u0127\u0127a mill-mixja m\u017cegilga mill-koxox, \u0127u\u0121bejn im\u0127assbin qieshom \"tal-blat\" ta\u0127t xag\u0127ar o\u0127xon im\u0127abbel, l-imnie\u0127er akwilin mg\u0127addam u l-baffi kbira.", "L-impressjoni, per\u00f2, kienet parzjalment kontradetta mill-barma siekta ta' xufftejh, il-\u0127arsa \u0127afifa, li kienet fl-istess \u0127in penetranti, malizzju\u017ca u in\u0121enwa (\"wa\u0127da mill-i\u017cjed komplessi li qatt rajt\", \u017cied jg\u0127id Mauclair), u fuq kollox mil-le\u0127en ma\u0127nuq, immodulat bid-diffikult\u00e0 u m\u0127allat b'inflessjoniet ta' \u0127oss baxx.", "Kien jidher mhux komplikat, pre\u010bi\u017c, ri\u017cervat, \u0121entili u d\u0127uli imma mhux i\u017c-\u017cejjed.", "Ftit, ftit il-mist\u0127ija tinbidel f'awtorit\u00e0 sempli\u010bi u trankwilla.", "Ma kienx entu\u017cjata \u017c-\u017cejjed imma lanqas bla grazzja, u l-maniera \u0121enerali tieg\u0127u kienet aktarx imnikta u spirata.", "Mill-\u0121esti kalmi u meqjusa kienet qiesha to\u0127ro\u0121 ener\u0121ija immensa.", "Il-mod kif kien jitkellem bil-mod u qiesu mist\u0127i u l-paw\u017ci fi kliemu kienu jtuh sinjifikanza spe\u010bjali.", "Quddiem wie\u0127ed mix-xog\u0127lijiet tieg\u0127u, Rodin kien jispjegah b'mod ellettiku imma \u010bar.", "Kien jg\u0127id biss dak li kien me\u0127tie\u0121 u jispi\u010b\u010ba l-kliem b'\u0121est.", "Kien i\u0127ares lejn il-kreazzjonijiet tieg\u0127u bl-im\u0127abba, u kultant kien qiesu jiskanta u jit\u0127asseb bl-idea li kien \u0127alaqhom hu, jitkellem fuqhom qiesu je\u017cistu apparti minnu.", "Ftit, ftit ta\u0127t is-sempli\u010bit\u00e0 ta' Rodin bdew jidhru kwalitajiet li qabel kienu mo\u0127bija; kien ironiku, senswali, nervu\u017c u kburi.", "Fih kienu jinstabu flimkien il-passjonijiet li esprima b'grandjo\u017cit\u00e0 hekk im\u0127assba, u wie\u0127ed jista' jibda jifhem ir-rabta sigrieta bejn dan il-bniedem u l-arti li \u017cvela.", "Kien moderat fl-espressjoni tal-ideat u l-opinjonijiet tieg\u0127u u ta' ftit kliem man-nies.", "Kien jag\u0127ti l-impressjoni li ried je\u0127les malajr mid-dmirijiet so\u010bjali.", "Kien kapa\u010bi \u0127afna ta' \u0127biberija li kien jillimita g\u0127al fehma ta\u010bita tas-su\u0121\u0121etti essenzjali tal-\u0127sieb; kellu inqas fidu\u010bja fl-individwi milli fl-ideat \u0121enerali.", "Billi kien iddedikat daqshekk g\u0127al-xog\u0127lu, l-affarijiet l-o\u0127ra kienu jxebbg\u0127uh, imma ma kienx juri, u kien jistmerr id-diskussjonijiet jew li ji\u0121i ddisturbat.", "L-artisti \u0127\u017ciena ma kienx jg\u0127ati kashom \u2013 ma kienx jikkritikahom.", "Issaporta d-diskussjonijiet \u0127arxa u l-kritka in\u0121usta kollha kontra x-xog\u0127ol tieg\u0127u ming\u0127ajr ma qatt qal xejn, g\u0127ax kien kburi wisq biex jiddiskuti l-kwistjoni.", "Meta kienet g\u0127addejja l-kontroversja dwar Balzac, s\u0127abu tawh parir biex ji\u0121\u0121ieled, billi l-kundizzjonijiet tal-kuntratt kienu kollha favuru.", "Imma rringrazzjahom g\u0127all-parir li tawh u \u0127a lura l-istatwa ming\u0127ajr ma tniffes.", "Dan mhux g\u0127ax kien dg\u0127ajjef, g\u0127ax \u0127ajjet Rodin kienet wa\u0127da iebsa.", "Kien \u0121ej mid-dinjit\u00e0 li kellu \u0121ewwa fih u mill-indifferenza g\u0127al-fa\u017cijiet tran\u017citorji tal-\u0127ajja.", "Kien hemm ftit affarijiet li jinteressawh, imma dawk il-ftit kien jinteressa ru\u0127u fihom \u0127afna.", "Ftit kien jaqra imma kellu ammirazzjoni profonda g\u0127al \u010beru kittieba.", "Wie\u0127ed minn dawn kien Baudelaire.", "Kellu passjoni g\u0127all-mu\u017cika, l-i\u017cjed ta' Gluck, imma qatt ma kien jitkellem fuqha.", "Kien jissemplifika kollox f'\u0127ajtu u jobg\u0127od kollox li ma kienx me\u0127tie\u0121.", "Meta tkun sirt tafu sewwa kien isir impossibli li tifirdu minn xog\u0127lu.", "L-istatwi tieg\u0127u kienu l-istati ta' ru\u0127u.", "Is-sigriet tal-hena g\u0127alih kien ix-xog\u0127ol imwettaq bl-im\u0127abba, u il-moralit\u00e0 tieg\u0127u kienet li t\u0127obb il-\u0127ajja u l-g\u0127amliet naturali, u li ma tag\u0127mel xejn li jg\u0127addab il-li\u0121ijiet tan-natura.", "Kien jidher i\u017colat fi \u017cmienu kemm min\u0127abba l-\u0121enju tieg\u0127u kif ukoll min\u0127abba l-karattru tal-kun\u010bett artistiku tieg\u0127u, imma fil-verit\u00e0 dan l-i\u017colament kien biss minn barra.", "Wara snin s\u0127a\u0127 jit\u0127abat mat-tmaqdir u n-nuqqas ta' interess fix-xog\u0127ol tieg\u0127u, kien sar mg\u0127allem li l-artisti \u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 kienu jammiraw.", "Kif qalha l-artista Pierre Roche, kien", "Ix-xog\u0127ol kien il-li\u0121i li gvernat il-\u0127ajja ta' Rodin, u l-karriera tieg\u0127u kienet sforz twil wie\u0127ed.", "Qatt ma kien hemm bniedem li \u0127adem daqshekk, u ftit hemm nies li g\u0127andhom idea tal-produttivit\u00e0 vasta matul il-\u0127ajja twila tieg\u0127u.", "Kellu passjoni ta' \u0121enju, xewqa insazjabbli li jo\u0127loq u pa\u010benzja ta' patri tal-medjuevu.", "Lejn l-a\u0127\u0127ar ta' \u0127ajtu stqarr li kien g\u0127adu kemm beda jifhem ir-regoli tal-iskultura.", "Kien sikwit ikkritikat u rridikolat dwar it-tul ta\u017c-\u017cmien li kien jie\u0127u fuq ix-xog\u0127ol tieg\u0127u; imma dan kien \u0121ej minn fitta\u0121ni \u017cejda.", "\"Xog\u0127ol, anki meta jkun lest qatt mhu perfett\" kien jg\u0127id.", "Kien \u0127a \u0127ames snin jimmudella il-figuri ta\u017c-\u017cew\u0121 nisa li jirrapre\u017centaw il-Mu\u017ci fl-istatwa ta' Victor Hugo.", "Fuq l-istatwa ta' Balzac \u0127a seba' snin u meta kienet \u0127a t\u0127alli l-istudju tieg\u0127u kien qieg\u0127ed jiddispja\u010bieh li ma setax i\u017commha g\u0127andu ftit \u017cmien ie\u0127or biex i\u017cid xi daqqiet li kien ja\u0127seb li kienu \u0127a jg\u0127inu biex jag\u0127mluha perfetta.", "Kien iwissi l-\u0127addiema \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 biex ma jemnux fl-ispirazzjoni u kien jg\u0127idilhom li ma jistg\u0127u iwettqu xejn tajjeb \u0127lief bix-xog\u0127ol iebes.", "Aktar tard infatti kien x'aktarx inklinat li ma tantx jistima s-sehem tal-ispirazzjoni fix-xog\u0127ol artistiku, u l-idea kien isej\u0127ilha '\u0127olma'.", "Ix-xog\u0127ol kien g\u0127alih it-tassew reli\u0121jon.", "Imma l-ispirazzjoni kienet tirrapre\u017centa xi \u0127a\u0121a o\u0127ra g\u0127al Rodin; kien i\u0127obb i\u017comm xog\u0127ol \u0127dejh biex ikun jista' jikkomtemplah g\u0127al \u017cmien twil wara li o\u0127rajn kienu jqisuh lest, u jag\u0127mel xi tibdiliet 'l hawn u 'l hemm malli ji\u0121uh f'rasu ideat kif jista' jag\u0127mlu a\u0127jar.", "Qabbluh ma' wie\u0127ed minn dawk il-\u0127addiema tal-medjuevu li ma nafux isimhom li qattg\u0127u \u0127ajjithom kollha inaqqxu l-figuri fil-katidrali; imma fil-wisa' \u0121enerali tal-karattru tieg\u0127u u l-affinitajiet tieg\u0127u kien dixxendent tal-Griegi, bin-naturali\u017cmu tal-Griegi mag\u0127qud ma' sentiment reli\u0121ju\u017c profond.", "Qatt ma kien hemm artista ie\u0127or li fehem il-kondizzjonijiet tal-materja jew il-li\u0121ijiet tal-plastika daqs Rodin.", "G\u0127al \u017cmien twil, kif qal hu stess, kien ja\u0127sibha jmurx lejn l-influwenza ta' Mikelan\u0121lu jew ta' Fidja, in-nisrani u l-pagan \u2013 l-espressiv u l-plastiku.", "Il-fidelt\u00e0 tieg\u0127u spi\u010b\u010bat bejn il-Grieg u l-Gotiku.", "\"Imxi man-natura\", kienet ir-regola tieg\u0127u matul \u0127ajtu kollha.", "Kien permeat profondament bil-misteru tan-Natura u l-freskezza tal-arti tal-antiki.", "Ma kienx jammetti li hemm il-kruha fin-natura.", "Kien jg\u0127id: Darba dan spjegah hekk:", "Fi kliem ie\u0127or, dak li hu affettat, g\u0127all-wiri, ming\u0127ajr ru\u0127 u verit\u00e0.", "Li ta\u0127bi jew tnaqqas il-fatti tan-natura biex tog\u0127\u0121ob dawk li ma jifhmux, g\u0127alih kien ix-xog\u0127ol ta' artista nferjuri.", "Wie\u0127ed jara fix-xog\u0127lijiet tieg\u0127u b\u0127al 'San \u0120wann' (ra\u0127\u0127al sempli\u010bi, imma ispirat, b'\u0127alqu miftu\u0127) u fil-'Borgi\u017ci ta' Calais' (ir\u0121iel goffi sempli\u010bi g\u0127arwenin barra l-libies tal-ixkora, li ma g\u0127andhom xejn erojku la f'wi\u010b\u010bhom u lanqas f'qag\u0127dithom) kemm jinsisti bil-qawwa fuq l-interpretazzjoni assoluta tan-natura, waqt li jirrifjuta li j\u010bedi ebda \u0127aga lill-ideat konvenzjonali tas-sbu\u0127ija.", "L-ebda skultur qatt ma fehem a\u0127jar il-possibilitajiet kollha tan-nudu.", "Kien i\u0121ib paragun bejn l-immudellar tal-\u0121isem u tal-veduta.", "Sa ma' kellu tletin sena, kien kwa\u017ci kompletament okkupat jg\u0127in l-o\u0127rajn fit-twettieq tax-xog\u0127ol tag\u0127hom.", "Imma l-\u0127in kollu kien qieg\u0127ed jitg\u0127allem, u dawn is-snin twal ta' apprendistat kienu imprezzabbli g\u0127all-esperjenza varja li tawh fl-istudju tal-effetti fi tqeg\u0127id tal-gruppi u fis-seng\u0127a fl-u\u017cu tal-g\u0127odda tal-iskultur, waqt li pprovdewlu g\u0127add bla tarf ta' opportunitajiet biex jikkritika d-difetti.", "Fl-esperjenza tieg\u0127u fi Brussel kellu l-opportunit\u00e0 li ja\u0127dem barra fuq skala kbira u li josserva l-effetti tal-klima fuq l-iskultura, u kif kull figura tidher meta d-dawl jinbidel matul il-jum.", "Irrealizza kmieni li l-po\u017ci ta' mudelli \u0127ajjin huma l-uni\u010bi li g\u0127andhom ji\u0121u rrappre\u017centati fl-istatwi, u kull tentattiv li tiddetta l-po\u017ca jew li \u0121ieg\u0127el lil xi \u0127add jippo\u017ca bilfors jeqred ir-relazzjoni armonju\u017c\u00e0 li te\u017cisti bejn il-partijiet tal-\u0121isem.", "Is-superjorit\u00e0 tal-iskultura antika fuq il-moderna \u0121ejja primarjament mill-osservanza ta' din il-li\u0121i.", "Wa\u0127da mill-iskoperti l-o\u0127ra tieg\u0127u kienet li mal-impulsi wie\u0127ed wara l-ie\u0127or, il-kontorn tal-\u0121isem il-\u0127in kollu jinbidel \u2013 il-muskoli jintef\u0127u u jer\u0127u f'xorta ta' mew\u0121a ritmika \u2013 l-iskultur g\u0127andu \u0127afna opportunit\u00e0 li jag\u0127\u017cel il-profil u l-linji li jinterpretaw il-po\u017ca l-i\u017cjed fedelment u effettivament.", "Il-metodu ta' Rodin, kiteb Paul Gsell, kien spe\u010bjali.", "Fl-istudju tieg\u0127u kien ikollu g\u0127add ta' mudelli g\u0127arwenin, nisa u r\u0121iel, jimxu jew jistrie\u0127u.", "Rodin kien i\u0127allashom biex jipprovduh il-\u0127in kollu bix-xbieha tan-nudit\u00e0 f'po\u017ci differenti u fil-libert\u00e0 tal-\u0127ajja ordinarja.", "Kien il-\u0127in kollu j\u0127ares lejhom u g\u0127alhekk kien jaf sewwa d-dehra tal-muskoli ji\u010b\u010baqilqu.", "Allura in-nudu li dan i\u017c-\u017cmien in-nies kienu rari jaraw, u li anki l-iskulturi kienu jarawh biss fi\u017c-\u017cmien qasir tal-po\u017ca, g\u0127al Rodin kien dehra ta' kuljum.", "Hekk sar jaf il-\u0121isem imne\u017c\u017ca' li kien komuni g\u0127all-Griegi billi kienu spiss jit\u0127arr\u0121u fl-isport u l-log\u0127ob, u tg\u0127allem l-espressjoni tas-sensazzjoni fil-partijiet kollha tal-\u0121isem.", "Il-wi\u010b\u010b hu s-soltu meqjus b\u0127ala l-unika mera tar-ru\u0127, u l-mobbilt\u00e0 tal-fattizzi suppost hi l-uniku sinjal minn barra tal-\u0127ajja spiritwali.", "Imma fil-verit\u00e0 m'hemm ebda muskolu tal-\u0121isem li ma jurix il-\u0127sieb u s-sensazzjoni.", "Allura meta kien jara po\u017ca li tog\u0127\u0121bu u kienet tidher espressiva fuq mudell \u2013 il-grazzja delikata ta' mara tg\u0127olli dirg\u0127aja biex tirran\u0121a xag\u0127arha jew tinklina sidirha biex terfa' xi \u0127a\u0121a, jew l-ener\u0121ija nervu\u017ca ta' ra\u0121el mixi \u2013 kien ikun iridu j\u017comm il-po\u017ca, imbag\u0127ad kien jaqbad l-g\u0127odda malajr malajr u jag\u0127mel mudell, u mbag\u0127ad bl-istess \u0127effa kien jg\u0127addi g\u0127al mudell ie\u0127or.", "Hawn tidher id-differenza bejn il-metodu ta' Rodin li j\u0127ares lejn il-po\u017ci naturali u dak ta' \u0127afna mill-kontemporanji tieg\u0127u li kien jippo\u017caw il-mudell fuq pedestal u jirran\u0121aw il-po\u017cizzjonijiet li rieduh jie\u0127u b\u0127alli kieku kien manikin.", "Kif rajna qatt ma kellu d-drawwa li jibda bi\u010b\u010ba xog\u0127ol, ilestiha u jitlaqha.", "Dejjem kien ikollu f'rasu g\u0127add ta' ideat li kien jimmedita fuqhom bil-pa\u010benzja g\u0127al snin huma u jimmaturaw f'mo\u0127\u0127u.", "Kien wara l-1900, meta l-fama tieg\u0127u kient stabbilita fis-sod, li Rodin \u0121ieh il-kun\u010bett awda\u010bi li juri figuri umani (b\u0127al \"Meditazzjoni\", \"Ra\u0121el miexi\" u o\u0127rajn) ming\u0127ajr ras, ri\u0121lejn jew dirg\u0127ajn, li g\u0127all-ewwel jixxukkjaw l-ispettatur, imma wara li dan je\u017caminhom isib li tant huma bilan\u010bjati u perfettament armonizzati li ma jistg\u0127ax isib \u0127liex sbu\u0127ija fihom.", "U hemm r-ra\u0121uni artistikament profonda g\u0127al dan, g\u0127alkemm forsi hemm minn ja\u0127seb li dan jie\u0127u 'ir-reli\u0121jon tal-arti' g\u0127all-estrem.", "Fl-i\u017cvilupp tal-idea ewlenija \u2013 tal-\u0127sieb, meditazzjoni, l-att tal-miexi \u2013 xewqitu kienet li jelimina kull ma seta' jinnewtralizza jew ji\u0121bed l-attenzjoni minn dan il-\u0127sieb \u010bentrali.", "\"L-irfinar tad-dwiefer jew in-nokkli ma jinteressanix,\" qal, \"itellef l-attenzjoni mil-linji ewlenin u r-ru\u0127 li irrid ninterpreta.\"", "Madankollu ma naqasx fl-istima tas-seng\u0127a tal-arti tieg\u0127u.", "G\u0127alkemm kien iqiesha biss b\u0127ala mezz bil-jil\u0127aq l-g\u0127an, qal li l-artista li jittraskuraha qatt ma jikseb l-iskop tieg\u0127u, l-interpretazzjoni tas-sentimenti u l-ideat.", "\"Je\u0127tie\u0121 li wie\u0127ed ikollu kmand mill-aqwa fuq is-seng\u0127a\" qal, \"biex ja\u0127bi x'jaf.\"", "Darba qal lil Paul Gsell dwar lezzjoni prezzju\u017ca fis-seng\u0127a tal-mudellar li r\u010bieva minn \u010bertu Constant, li kien ja\u0127dem fl-istudju fejn hu beda b\u0127ala skultur.", "\u0120urnata wa\u0127da kien qieg\u0127ed jarah jimmudella fit-tafal kapitell bil-weraq, u qallu \"Rodin, mhux qed tag\u0127mlu tajjeb.", "Il-weraq kollha \u010batti \u2013 g\u0127alhekk ma jidhrux ta' veru.", "G\u0127amilhom biex xi w\u0127ud minnhom jippuntaw lejk.", "Imbag\u0127ad meta tarahom ikollhok sens ta' fond.", "Qatt t\u0127ares lejn il-forom fil-wisa' imma \u0127ares lejhom fil-fond.", "Dejjem qies wi\u010b\u010b ta' o\u0121\u0121ett fit-tarf ta' volum.\"", "Mexa ma' din it-twissija prezzju\u017ca u skopra i\u017cjed tard li l-antiki kienu jipprattikaw e\u017cattament dan il-metodu ta' mudellar; minn hemm \u0121ejjin l-ener\u0121ija u l-versatilit\u00e0 ta' xog\u0127lhom.", "Kif rajna, l-influwenza ta' Mikelan\u0121lu kienet kbira.", "Darba g\u0127amel kopji ta' xi pitturi ta' Rubens bl-amment tant kien studjhom.", "Stqarr li kien tg\u0127allem \u0127afna fuq il-\"chiaroskuro\" fl-iskultura minn Rembrandt.", "Iktar tard interressa ru\u0127u fl-arti \u0120appuni\u017ca, li l-a\u0127wa Goncour \u0127admu tant biex jag\u0127mluha popolari fi Franza; jing\u0127ad li il-po\u017ci ta' xi mudelli tieg\u0127u kienu ssu\u0121\u0121eriti minn disinji \u0120appuni\u017ci.", "Imma kien jinteressa ru\u0127u f'kull g\u0127amla ta' arti \u2013 E\u0121izzjana, Azteka, mill-Lvant imbieg\u0127ed jew Fran\u010bi\u017ca tas-seklu tmintax, u il-\u0127in kollu kien ikun qieg\u0127ed jitg\u0127allem.", "Kien jg\u0127id li \u017cjara lil Louvre kient taffettwah daqs mu\u017cika sabi\u0127a u \u0121\u0121eg\u0127lu jag\u0127mel sforzi \u0121odda.", "Rodin kien jinteressa ru\u0127u b'mod spe\u010bjali fir-rappre\u017centazzjoni tan-natura elementali.", "Mo\u0127\u0127u kien jie\u0127du lura lejn in-nisel tal-\u0127lejjaq, u darba wara l-o\u0127ra irrapre\u017centa esseri li kienu qeg\u0127din jinbidlu f'bnedmin minn kondizzjonijiet primittivi jew elementali, \u0127lejjaq li mhumiex 'il bog\u0127od \u0127afna minn natura li kibru fiha \u2013 parti bnedmin, parti bhejjem jew \u0127ar\u0121u mis-si\u0121ar, g\u0127ejun tal-ilma u l-materjal tal-\u0127ajja elementali.", "G\u0127alih, b\u0127alma kien g\u0127al Griegi bikrija, in-Natura kollha kienet imdewda b'g\u0127amliet semi-umani: kien jara d-driadi fil-boskijiet u n-naraidi fin-nixxijiet u n-naturi u l-aspetti fi\u017ci\u010bi tag\u0127hom ma kinux differenti \u0127afna mill-elementi li wellduhom.", "G\u0127add mill-\u0127lejjaq tieg\u0127u huma \u0127er\u0121in mill-materja, o\u0127rajn huma assimilati mas-si\u0121ar, mal-blat u l-art stess.", "Billi n-Natura hi l-g\u0127ajn tal-\u0127ajja kollha, jidher li qiesu ma setax jimma\u0121ina l-\u0127ajja maqtug\u0127a minn dan l-g\u0127ajn tal-ener\u0121ija.", "Albert Besnard g\u0127amel ritratt tieg\u0127u fl-1900 (in\u010bi\u017cjoni bl-aqua forte)."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15983", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15983", "title": "Edward Maya", "text": ["Edward Maya", "Ilie Eduard Marian, mag\u0127ruf a\u0127jar b\u0127ala Edward Maya (Bukarest, 29 ta' \u0120unju 1986) huwa mu\u017ci\u010bist, produttur u kompo\u017citur Rumen.", "Matul l-2009 kiseb popolarit\u00e0 kbira kemm fuq ba\u017ci Ewropew kif ukoll dak dinji bil-kanzunetta \"Stereo Love\".", "Matul l-2006, Maya ikkolabora ma' diversi artisti Rumeni u \u0127adem ukoll fuq il-kanzunetta \"Torner\u00f2\" ta' Mihai Tr\u0103istariu fil-Festival tal-Eurovision 2006.", "Su\u010b\u010bessivament, fl-2008, ipprodu\u010ba l-album tal-grupp Akcent fejn ta d-daqqa t'id tieg\u0127u fil-kompo\u017cizzjoni tas-siltiet \"Stay with Me\", \"That's My Name\" u \"Lover's Cry\".", "Fis-sajf tal-2009, Maya \u0127are\u0121 l-ewwel kanzunetta tieg\u0127u b\u0127ala artist ta\u0127t l-isem ta' \"Stereo Love\".", "Din sparat g\u0127at-tieni post fir-Rumanija u aktar tard saret popolari f'\u0127afna klabbs imxerrdin madwar id-dinja.", "Il-kanzunetta rnexxielha tid\u0127ol fl-ewwel \u0127ames postijiet tal-klassifiki mu\u017cikali \u0121ewwa l-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja, il-\u0120ermanja, l-Italja, l-I\u017cvezja, l-I\u017cvizzera, in-Norve\u0121ja, l-Olanda, ir-Renju Unit u Spanja.", "Fuq is-sit tal-YouTube il-vidjo uffi\u010bjali ta' din il-kanzunetta la\u0127aq total ta' 75 miljun vi\u017cta f'inqas minn tnax-il xahar, u rnexxielha tag\u0127mel rekord ta' 52 \u0121img\u0127a fil-klassifika tal-aqwa 100 kanzunetta fl-Ewropa.", "Fit-13 ta' Mejju, 2010, Maya \u0127are\u0121 it-tieni kanzunetta tieg\u0127u \"This Is My Life\", u aktar tard ifforma d-ditta diskografika tieg\u0127u Mayavin Records.", "Nhar il-Milied tal-istess sena, Maya \u0127are\u0121 it-tieni kanzunetta tieg\u0127u \"Desert Rain\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15996", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15996", "title": "FC Twente", "text": ["FC Twente", "Football Club Twente huwa klabb tal-futbol professjonali Olandi\u017c ibba\u017cat fil-belt ta' Enschede, u li jilg\u0127ab fl-og\u0127la divi\u017cjoni tal-pajji\u017c.", "Iffumat fl-1965 permezz tal-fu\u017cjoni bejn Sportclub Enschede u Enschedese Boys, il-klabb hu attwalment id-detentur tat-titlu tal-Eredivisie u tal-Johan Cruijff Schaal.", "Fl-istorja teg\u0127u, il-klabb spi\u010b\u010ba darbtejn fit-tieni post tal-kampjonat, reb\u0127u darbtejn it-Tazza KNVB u kienu finalisti telliefa tat-Tazza UEFA 1974\u201375.", "Il-klabb twieled fl-1965 b\u0127ala parti minn fu\u017cjoni bejn \u017cew\u0121 klabbs professonali, is-Sportclub Enschede (rebbie\u0127 tat-titlu tal-Eredivise fl-1926) u l-Enschedese Boys.", "Is-su\u010b\u010bess kien wie\u0127ed istantanju hekk kif ta\u0127t il-gwida tal-kow\u010b Kees Rijvers, Twente spi\u010b\u010baw it-tielet fl-1969, ir-raba' fl-1970, il-\u0127ames fl-1971 u t-tielet fl-1972 u fl-1973.", "L-aqwa sta\u0121un tibqa' dik tal-1973\u201374 fejn flimkien ma' Feynoord kienu qed ji\u0121\u0121ieldu g\u0127all-konkwista tat-titlu sal-a\u0127\u0127ar \u0121urnata tal-kampjonat.", "Minkejja t-telfa ta' 3\u20132 kontra l-istess Feynoord, Twente xorta assiguraw minn post fit-Tazza UEFA.", "Fl-edizzjoni 1974\u201375 tat-Tazza UEFA, it-\"Tukkers\" (kif inhuma imsej\u0127a r-residenti tar-re\u0121jun ta' Twente), grazzi g\u0127ar-reb\u0127a fis-semifinali kontra Juventus, avvanzaw sal-finali fejn \u0121ew meg\u0127luba mill-\u0120ermani\u017ci ta' Borussia M\u00f6nchengladbach.", "Minn dakinhar, l-andament tat-tim naqas drastikament tant li fl-1983 spi\u010b\u010ba relegat g\u0127all-Eerste Divisie (it-tieni divi\u017cjoni Olandi\u017ca).", "Sena biss wara, it-tim kiseb il-promozzjoni u matul l-ista\u0121un fl-og\u0127la divi\u017cjoni t-tim baqa' mfakkar g\u0127an-numru ta' log\u0127biet pari li kiseb \u0121ewwa daru.", "Il-laqam il-\u0121did ta' \"Twente tad-dwejjaq\" tappan xi ftit il-fatt li rnexxielhom jikkwalifikaw g\u0127all-kompetizzjonijiet Ewropej g\u0127al \u0127ames snin konsekuttivi (mill-1985 sal-1989).", "Fl-1997, ta\u0127t il-gwida tal-\u0120ermani\u017c Hans Meyer, Twente g\u0127alqu l-kampjonat b'post garantit fit-Tazza UEFA u fl-24 ta' Mejju, 2001, reb\u0127u t-tieni Tazza tal-Olanda wara li g\u0127elbu 3\u20131 lil PSV Eindhoven wara l-g\u0127oti tal-penalties.", "L-ista\u0121un ta' wara ra lill-klabb ji\u0121i eliminat b'sorpri\u017ca mit-Tazza kontra t-tieni tim tal-Ajax.", "Barra minn hekk, fil-kampjonat it-tim wettaq prestazzjonijiet di\u017cappuntanti li wasslu biex il-partitarji, l-\"Ultras Vak-P\", g\u0127amlu \u0127sara fil-grawnd il-\u0121did Arke Stadion kaw\u017ca tal-frustrazzjoni tag\u0127hom lejn il-po\u017cizzjoni tal-klabb.", "Fl-ista\u0121un 2002\u201303, il-\"holding company\" FC Twente '65 iddikjarat il-falliment tag\u0127ha li g\u0127al ftit ma po\u0121\u0121iex f'dilemma l-e\u017cistenza tal-klabb.", "Il-klabb irnexxielu madanakollu jevita dawn il-problemi, grazzi wkoll g\u0127all-president il-\u0121did Joop Munsterman.", "Fil-fatt, it-tim irnexxielu jag\u0127milha sal-finali tat-tazza nazzjonali fl-2004 u kif ukoll wasal sar-raba' post fl-ista\u0121un 2006\u201307.", "L-ista\u0121un ta' wara, ra lil Twente jispi\u010b\u010baw ir-raba' post u kif ukoll jirb\u0127u l-finali tal-\"play-off\" kontra Ajax g\u0127al post fit-tielet rawnd ta' kwalifika ta\u010b-Champions League, fejn kellhom jisfidaw lil Arsenal.", "Il-klabb Ingli\u017c ma kellux problemi ixejjen lit-tim Olandi\u017c fejn reb\u0127u 6\u20130 fuq \u017cew\u0121 legs.", "Mis-sajf tal-2008, in\u0127atar l-eks-kow\u010b tat-tim nazzjonali Ingli\u017c, Steve McClaren, b\u0127ala l-kow\u010b il-\u0121did.", "Fl-ista\u0121un 2008\u201309, il-klabb akkwista t-tieni post fil-kampjonat, b'distakk ta' \u0127dax-il punt mi\u010b-\u010bampjins AZ Alkmaar, u kisbu biljett g\u0127all-Europa League wara l-eliminazzjoni tag\u0127hom mill-fa\u017ci ta' kwalifikazzjoni ta\u010b-Champions League kontra Sporting Lisbon.", "Is-sena ta' wara, wasal l-ewwel kampjonat fl-istorja tal-klabb, li \u0121ie assigurat fl-a\u0127\u0127ar \u0121urnata.", "\"(ta\u0127t self minn Hoffenheim)\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15999", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15999", "title": "Hapoel Tel Aviv FC", "text": ["Hapoel Tel Aviv FC", "Hapoel Tel Aviv Football Club (bl-Ebrajk: \u05de\u05d5\u05e2\u05d3\u05d5\u05df \u05d4\u05db\u05d3\u05d5\u05e8\u05d2\u05dc \u05d4\u05e4\u05d5\u05e2\u05dc \u05ea\u05dc \u05d0\u05d1\u05d9\u05d1\u200e) huwa klabb tal-futbol I\u017craeljan mill-belt ta' Tel Aviv.", "Attwalment, il-klabb jinsab jilg\u0127ab fl-og\u0127la divi\u017cjoni fl-I\u017crael u jilg\u0127ab fil-grawnd tieg\u0127u Bloomfield Stadium.", "Il-klabb, bit-tlettax-il kampjonat u tlettax-il Tazza tal-Istat, huma t-tieni l-aqwa klabb fil-pajji\u017c wara r-rivali tag\u0127hom Maccabi Tel Aviv.", "Fl-1967, huma saru l-ewwel klabb li reba\u0127 il-Kampjonati A\u017cjati\u010bi tal-Klabbs."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16008", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16008", "title": "Jam\u0101h\u012briyya", "text": ["Jam\u0101h\u012briyya", "Jam\u0101h\u012briyya (bl-G\u0127arbi: \u062c\u0645\u0627\u0647\u064a\u0631\u064a\u0629) hija kelma bl-G\u0127arbi \u0121eneralment tradotta g\u0127al \"re\u0121im tal-mases\".", "Dan it-terminu, neolo\u0121i\u017cmu introdott minn Muammar al-Gaddafi, huwa inti\u017c sabiex jiddeskrivi tip ta' stat.", "Fil-prattika, l-unika stat fejn dan it-terminu huwa applikat huwa l-Libja, liema Gaddafi huwa l-\"Q\u0101\u02bcid\" (Kap).", "Il-kelma \"jam\u0101h\u012br\u012bya\" \u0121ejja minn jumh\u016br\u012bya, li hija t-traduzzjoni bl-G\u0127arbi g\u0127al \"repubblika\".", "L-element \"jumh\u016br\" \u2013 \"pubbliku\" \u2013 mill-kelma ori\u0121inali \u0121iet mibdula g\u0127all-plural \"jam\u0101h\u012br\" \u2013 \"il-masses\".", "G\u0127alhekk, hi simili tat-terminu \"Repubblika popolari\".", "Il-gvern Libjan jistqarr li l-Libja hija demokrazija diretta ming\u0127ajr ebda partit politiku, immexxi mill-poplu permezz ta' kunsilli u komuni lokali.", "Min\u0127abba li din is-sistema apparentament hija u\u017cata biss mil-Libja, it-terminuu \"jamahiriya\" hi u\u017cata biex tiddeskrivi dan it-tip ta' stat.", "It-traslitterazzjoni bil-Malti hija \"\u0120ama\u0127irija\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16013", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16013", "title": "Muammar al-Gaddafi", "text": ["Muammar al-Gaddafi", "Muammar Mu\u0127ammad Abu Minjar al-Gaddafi (bl-G\u0127arbi: \u0645\u064f\u0639\u064e\u0645\u064e\u0651\u0631 \u0627\u0644\u0642\u064e\u0630\u064e\u0651\u0627\u0641\u0650\u064a\u200e, \"Mu\u02bfammar al-Qa\u1e0f\u1e0f\u0101f\u012b\" ; mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala Muammar Gaddafi jew Kurunell Gaddafi; Surt, 7 ta' \u0120unju 1942 \u2013 Surt, 20 ta' Ottubru 2011) kien politiku Libjan, li mill-1969 serva b\u0127ala l-kap ta' pajji\u017cu sat-tne\u0127\u0127ija mill-poter fl-2011.", "Wara li \u0127a t-tmexxija permezz ta' kolp ta' stat fl-1969 li temm il-monarkija ta' Sajjid \u0126asan I, hu impona l-ideolo\u0121ija politika tieg\u0127u li \u0121iet ippubblikata fil-\"Ktieb l-A\u0127dar\".", "Wara 42 sena ta' tmexxija, hu waqa' mill-poter kaw\u017ca tar-Rivoluzzjoni Libjana tal-2011 li fiha \u0127alla \u0127ajtu.", "Twieled f'tinda tal-bedwini fid-de\u017cert qrib Surt, li sa dak i\u017c-\u017cmien kienet tag\u0127mel parti mill-provin\u010bja Taljana ta' Misurata, f'familja I\u017clamika iben mara Lhudija Razale Tammam, minn Benga\u017ci, li \u017c\u017cew\u0121et Mislem kontra r-rieda ta' missierha (dwar dan mhux l-istori\u010bi kollha jaqblu).", "Familtu \u0121ejja minn trib\u00f9 \u017cg\u0127ir ta' berberi arabizzati, imsej\u0127a l-Qaddadfa, li kienu jrabbu l-bhejjem fl-oa\u017ci ta' Unn.", "Meta Gaddafi kellu sitt snin tilef \u017cew\u0121 ku\u0121ini tieg\u0127u u hu nnifsu we\u0121\u0121a' f'idu meta splodiet landmine Taljana ta' \u017cmien il-gwerra.", "Bejn l-1956 u l-1961 attenda l-iskola Koranija ta' Surt, li fiha t\u0127abbeb mal-ideat ta' Gamal Abd el-Nasser.", "Temm l-istudji sekondarji tieg\u0127u ta\u0127t \"tutor\" privat f'Mi\u017curata, u kien jinteressah \u0127afna l-istudju tal-istorja.", "Fl-1961 Gaddafi da\u0127al fl-Akkademja Militari ta' Benga\u017ci.", "Karriera militari kienet toffri opportunit\u00e0 \u0121dida biex wie\u0127ed jikseb edukazzjoni og\u0127la, u jimxi 'l quddiem ekonomikament u so\u010bjalment, u g\u0127al \u0127afna l-uniku mezz biex wie\u0127ed jag\u0127mel azzjoni politika u j\u0121ib bidla ta' malajr.", "G\u0127al Gaddafi u \u0127afna mill-uffi\u010bjali s\u0127abu, li kienu mqanqla min-nazzjonali\u017cmu G\u0127arbi tip Nasser u minn mibeg\u0127da kbira lejn Israel, karriera militari kienet sej\u0127a g\u0127ar-rivoluzzjoni.", "Wara \u017cmien qasir ta' ta' ta\u0127ri\u0121 fl-Ingilterra u l-Gre\u010bja, sar kurunell tal-armata fl-et\u00e0 ta' 27 sena.", "It-telfiet li \u0121arrbu l-G\u0127arab fl-1967 fuq tliet fronti minn Israel, kienu umiljazzjoni g\u0127as-suldati Libjani li ssa\u0127\u0127ew iktar fil-fehma li jag\u0127tu sehemhom g\u0127all-unit\u00e0 G\u0127arbija u jibdew billi jwaqqg\u0127u l-monarkija Libjana.", "Nhar l-1 ta' Settembru 1969 uffi\u010bjali militari mmexxija mill-Kurunell Muammar Gaddafi g\u0127amlu rivoluzzjoni u ne\u0127\u0127ew mis-setgha lir-Re Idris li dak inhar kien fuq \u017cjara medika fit-Turkija u meqjus wisq servili lejn l-Istati Uniti u Franza.", "Suldati u tankijiet da\u0127lu Tripli fis-sig\u0127at bikrin ta' filg\u0127odu u f'sag\u0127tejn \u0127adu f'idejhom postijiet strate\u0121i\u010bi.", "Il-palazz irjali kif ukoll il-kwartieri \u0121enerali tal-armata u s-sigurta' \u0121ew i\u010b\u010birkondati, inqatg\u0127u l-komunikazzjonijiet mad-dinja ta' barra waqt li \u0121ie mpost \"curfew\".", "Il-Princep Eredi Hassan \u0127abbar l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u g\u0127ar-re\u0121im il-\u0121did, li l-\u0121unta militari tat l-isem ta' \u0120ama\u0127arija Libjana G\u0127arbija So\u010bjalista tal-Poplu.", "L-E\u0121ittu u l-Iraq g\u0127arfu r-re\u0121im il-\u0121did.", "Il-Kunsill Rivoluzzjonarju, li beda jmexxi l-pajji\u017c, \u0127abbar li l-g\u0127an tar-rivoluzzjoni kien: l-g\u0127aqda, il-\u0127elsien u s-so\u010bjalizmu.", "Fit-8 ta' Settembru t\u0127abbar kabinett \u0121did.", "Il-Kurunell Gaddafi, li kellu 27 sena, la\u0127aq Kap Kmandant tal-Qawwiet Armati.", "Ftit wara li tela' fil-poter Gaddafi qata' r-relazzjonijiet kollha mal-Punent u beda jfittex \u0127biberiji ma' pajji\u017ci G\u0127arab b\u0127all-E\u0121ittu u s-Sirja.", "Kien fost dawk l-iktar li t\u0127abtu kontra l-ftehim ta' pa\u010bi bejn l-I\u017crael u l-E\u0121ittu li ntla\u0127aq f'Camp David fl-Istati Uniti.", "Ta\u0127t Gaddafi l-Libja kellha relazzjonjiet \u0127\u017ciena anke ma' \u010berti pajji\u017ci G\u0127arab, fosthom l-G\u0127arabja Sawdita u anke i\u010b-\u010aad.", "Fl-a\u0127\u0127ar snin il-Gvern Libjan kien qed jer\u0121a' jibda bil-mod jifta\u0127 il-bibien tieg\u0127u lill-Punent.", "Fl-2003 Gaddafi iddikjara li l-Libja kienet se tabbanduna l-programm tal-armi tal-qerda tal-massa waqt li ta a\u010b\u010bess lill-ispetturi tal-\u0120nus Mag\u0127quda.", "Fis-sebg\u0127inijiet u tmeninijiet, ir-relazzjonijiet tal-Libja ta' Gaddafi mal-Istati Uniti \u0127\u017cienu \u0127afna.", "Allegatament, ir-re\u0121im ta' Gaddafi kien jiffinanzja hijacks, qtil u rivoluzzjonijiet.", "Wara li r-re\u0121im tieg\u0127u kien wara attakk fuq diskoteka f'Berlin, li fih kien tilfu \u0127ajjithom \u017cew\u0121 suldati Amerikani, l-Istati Uniti rrispondiet billi attakkat il-kumpless tieg\u0127u fi Tripli.", "Dakinhar, allegatement inqatlet it-tifla adottata tieg\u0127u - Aisha.", "Sentejn wara, fl-1988, se\u0127\u0127 il-ka\u017c ta' Lockerbie.", "Gaddafi kien akku\u017cat li kien wara dan l-attakk ukoll.", "Dan il-ka\u017c kien wassal g\u0127al sanzjonijiet li kissru l-ekonomija Libjana.", "Il-poplu Libjan sofra min\u0127abba l-a\u0121ir tad-dittatur li kien imexxih.", "I\u017cda mhux hekk biss - fl-a\u0127\u0127ar xhur kien \u017cvelat kif min kien jitkellem kontra r-re\u0121im tieg\u0127u kien jintbag\u0127at il-\u0127abs.", "Eluf inqatlu u \u0127add ma jaf x'sar minnhom.", "Il-media kienet tal-istat u bil-li\u0121i, kull dar u \u0127anut ried ikollha ritratt tieg\u0127u.", "Gaddafi \u017car l-ewwel darba l-Italja nhar l-10 ta' \u0120unju 2009.", "Qag\u0127ad f'tinda f'Villa Doria Pamphili, l-ikbar \u0121nien pubbliku fil-kapitali Ruma, g\u0127at-tlett ijiem li dam fl-Italja.", "Mal-wasla tieg\u0127u fl-Italja, fuq l-uniformi tieg\u0127u Gaddafi kellu mwa\u0127\u0127al ritratt ta' meta t-Taljani kienu arrestaw lill-eroj tar-re\u017cistenza Libjana kontra l-\u0127akma Taljana, Omar Al-Mukhtar, u li kien inqatel fl-1931.", "Mieg\u0127u g\u0127al dan i\u017c-\u017cjara \u0127a wkoll iben al-Mukhtar li llum hu ra\u0121el anzjan.", "Mal-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi, Gaddafi iffirma diversi ftehim bilaterali.", "Gaddafi, li dak i\u017c-\u017cmien g\u0127andu l-Presidenza tal-Unjoni Afrikana, irritorna l-Italja ix-xahar ta' wara b\u0127ala delegat g\u0127as-summit tal-G8, il-grupp tat-tmien pajji\u017ci l-aktar industrijalizzati.", "Fil-passat il-Libja kienet kolonja tal-Italja u llum il-\u0121urnata l-akbar kummer\u010b fil-Libja hu mal-Italja.", "Matul din i\u017c-\u017cjara, Gaddafi kellu laqg\u0127at ma' xi w\u0127ud mit-Taljani li kien ke\u010b\u010ba fl-1970 min\u0127abba l-okkupazzjoni Taljana tal-Libja bejn l-1911 u l-1941.", "Din i\u017c-\u017cjara saret possibbli wara li f'Awwissu 2008 \u017c-\u017cew\u0121 pajji\u017ci ffirmaw trattat li bih l-Italja investiet 3.4 biljun ewro fil-Libja bi tpattija g\u0127as-snin li dan il-pajji\u017c fit-Tramuntana tal-Afrika kien kolonja tag\u0127ha.", "Qabel l-elezzjoni tal-1971, Dom Mintoff kien wieg\u0127ed li jekk jitla' hu se j\u0121ib g\u0127ajnuna mil-Libja.", "Il-Partit Nazzjonalista u Mabel Strickland kkritikaw ir-rabtiet ta' Mintoff mal-Libja.", "Kif Mintoff reba\u0127 l-elezzjoni, mill-ewwel bdew it-ta\u0127didiet mal-Libja.", "Il-Libja tat lill-Gvern ta' Mintoff 3 miljun lira Maltija kif telqet il-marina Ingli\u017ca minn Malta, bil-kundizzjoni li l-fa\u010bilitajiet militari ta' Malta qatt ma jer\u0121g\u0127u jintu\u017caw biex jintbag\u0127tu missjonijiet ta' provista lil I\u017crael (kif Gaddafi allega li kien \u0121ara fil-Kri\u017ci tal-Kanal tas-Swejs tal-1956 u l-Gwerra tal-1967).", "Mill-1973 Mintoff beda politika ta' \"rapprochement\" kulturali bejn i\u017c-\u017cew\u0121 pajji\u017ci, li Mintoff kien isej\u0127ilhom a\u0127wa mid-demm.", "Beda x-xog\u0127ol fuq moskea f'Kordin, immexxija minn fondazzjoni Libjana, l-'G\u0127aqda Misilmija Dinjija'.", "Infet\u0127u Istituti Kulturali Libjani f'Tas-Sliema u l-Belt u mijiet ta' Maltin sabu impjiegi fil-Libja.", "Dak li g\u0127al 26 sena kien is-St Michael's Training College f'Ta' \u0120iorni, fejn il-Freres ta' De La Salle kienu j\u0127arr\u0121u lill-g\u0127alliema r\u0121iel, sar skola Libjana Al Fateh.", "Meta l-prezz internazzjonali ta\u017c-\u017cejt g\u0127ola fil-kri\u017ci tal-1973, Mintoff la\u0127aq ftehim mal-Libja, li kellha tag\u0127ti lil Malta \u017c-\u017cejt kollu li kellha b\u017conn g\u0127all-ekonomija tag\u0127ha bi prezz preferenzjali.", "L-ewwel darba li Gaddafi \u017car Malta kien fil-25 ta' Novembru 1973, hu u sejjer lura Tripli minn Pari\u0121i.", "Kien \u017car it-Tarzna u kien milqug\u0127 bil-fer\u0127 minn \u0127afna Maltin.", "Fid-19 ta' Di\u010bembru kien re\u0121a' \u017car Malta u kien indirizza lill-istudenti tal-Polytechnic, kif re\u0121a' g\u0127amel fit-tielet \u017cjara tieg\u0127u fit-22 ta' Mejju 1976, meta l-Gvern Malti kien tah l-unur ta' \"\u0120ie\u0127 ir-Repubblika\".", "Ir-raba' darba kienet fl-1 ta' Lulju 1978, fejn dakinhar kien \u017car g\u0127all-ewwel darba G\u0127awdex u qieg\u0127ed l-ewwel \u0121ebla tal-moskea f'Ra\u0127al \u0120did.", "Fl-1979 Gaddafi wieg\u0127ed \"appo\u0121\u0121 totali\" lil Malta, hekk kif l-a\u0127\u0127ar suldati Ingli\u017ci telqu minn Malta.", "G\u0127a\u010b-\u010berimonja ta' Jum il-\u0126elsien, Gaddafi kien l-uniku mexxej ta' pajji\u017c pre\u017centi, b'delegazzjoni kbira \u0127afna.", "Il-media o\u010b\u010bidentali spekulat fuq il-possibilt\u00e0 li Malta tallinea ru\u0127ha militarment mal-Libja imma dan qatt ma \u0121ara.", "F'din il-\u0127ames \u017cjara tieg\u0127u Gaddafi kien indirizza lill-pubbliku f'Dar il-Mediterran g\u0127all-Konferenzi.", "Fl-1980 inqalg\u0127et tilwima bejn il-Libja u Malta, meta Saipem 2 \u2013 rig ta\u017c-\u017cejt Taljan ikkummissjonat mit-Texaco biex ifittex i\u017c-\u017cejt f'isem il-Gvern Malti \u2013 kien avvi\u010binat minn \"gunboats\" u sottomarin Libjani u m\u0121ieg\u0127el jieqaf i\u0127affer fil-Medina bank, 68 mil nawtiku fix-xlokk ta' Malta.", "I\u017c-\u017cew\u0121 pajji\u017ci jg\u0127idu li g\u0127andhom il-\u0121urisdizzjoni territorjali fuq dik i\u017c-\u017cona tal-Pjattaforma Kontinentali, u fl-1982 il-kwistjoni marret quddiem il-Qorti Internazzjonali fl-Aja, wara \u017cjara mhux mistennija ta' Gaddafi f'Malta (is-sitt wa\u0127da) fit-13 ta' Mejju 1982.", "Minkejja dan, bejn l-1982 u l-1984 ir-relazzjonijiet kulturali u ekonomi\u010bi bejn i\u017c-\u017cew\u0121 pajji\u017ci komplew jikbru.", "I\u010b-\u010bertifikat tal-matrikola f'Livell Ordinarju fl-G\u0127arbi sar obbligatorju biex tid\u0127ol l-Universit\u00e0 ta' Malta.", "\u0120ie ffirmat Trattat ta' \u0126biberija u Kooperazzjoni bejn i\u017c-\u017cew\u0121 pajji\u017ci, li kien jinkludi protokoll ta' sigurt\u00e0 li bih il-forzi Libjani riedu j\u0127arr\u0121u u jarmaw lis-suldati Maltin.", "U l-Libjani ma kellhomx b\u017conn aktar ta' visa biex jid\u0127lu Malta.", "Dan sar f'Novembru 1984 fis-seba' u l-a\u0127\u0127ar \u017cjara ta' Gaddafi f'Malta.", "Nhar il-15 ta' April 1986 bombers Amerikani attakkaw Tripli ta\u0127t l-ordnijiet tal-President Ronald Reagan, attakk li kien \u0127alla diversi vittmi, fosthom it-tifla adottiva tal-mexxej Libjan Muammar Gaddafi.", "Karmenu Mifsud Bonnici kien av\u017ca ftit minuti qabel lil Gaddafi b'dan l-attakk imminenti wara li kien twaqqa' ajruplan Amerikan mil-Libjani fil-Golf ta' Sirte li l-Libja kienet issostni li kien ba\u0127ar intern tag\u0127ha.", "Il-preavvi\u017c ta' Mifsud Bonnici kien salva \u0127ajjet il-mexxej Libjan.", "Il-Priministri Karmenu Mifsud Bonnici, Eddie Fenech Adami u Alfred Sant ilkoll kellhom diversi laqg\u0127at ma' Gaddafi.", "L-a\u0127\u0127ar mexxej ta' stat li ltaqa' ma' Gaddafi fil-Libja qabel l-irvellijiet ta' Frar 2011 kien il-Prim Ministru Malti Lawrence Gonzi nhar it-8 ta' Frar 2011.", "Fil-laqg\u0127a sar a\u0121\u0121ornament ta' ftehim ta' \u0127biberija bejn i\u017c-\u017cew\u0121 pajji\u017ci, kif ukoll kienu diskussi l-oqsma ta' kooperazzjoni u l-possibilit\u00e0 ta' iktar investimenti bejn i\u017c-\u017cew\u0121 pajji\u017ci Mediterranji.", "Il-Prim Ministru Gonzi ddeskriva din il-laqg\u0127a b\u0127ala wa\u0127da po\u017cittiva li tkompli tikkonsolida r-relazzjoni bejn Malta u l-Libja filwaqt li tenna s-s-sehem ta' Malta f'li titwassal l-importanza tan-na\u0127a t'isfel tal-kontinent Ewropew.", "Malta trid tibqa' ssegwi l-i\u017cviluppi f'pajji\u017ci \u0121irien tag\u0127ha min\u0127abba li l-i\u017cvilupp ekonomiku ta' Malta jiddependi fuq stabbilita' fir-re\u0121jun kollu tal-madwar.", "Gonzi qal ukoll li hemm \u0127sieb li l-mexxej Libjan issirlu stedina formali biex jag\u0127mel \u017cjara f'Malta.", "L-a\u0127\u0127ar laqg\u0127a qabel din bejn Gonzi u Gaddafi kienet saret f'Novembru 2010, fl-a\u0127\u0127ar tas-summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika, li kien organizzat fi Tripli, il-Libja.", "Nhar il-21 ta' Frar 2011, erbat ijiem wara li bdew l-irvellijiet kontra Gaddafi, \u017cew\u0121 ajruplani militari Libjani u \u017cew\u0121 \u0127elikopters ni\u017clu fl-ajruport Internazzjonali ta' Malta wara li \u0127arbu mill-Libja.", "Huma ni\u017clu wara li g\u0127amlu sej\u0127a ta' emer\u0121enza min\u0127abba nuqqas ta' \"fuel\".", "I\u017c-\u017cew\u0121 \u0127elikopters \u010bivili kienu tat-tip \"Super Puma\" b're\u0121istrazzjoni Fran\u010bi\u017ca.", "Fuq wie\u0127ed mill-\u0127elikopters kien hemm 4 persuni, filwaqt li fuq l-ie\u0127or kien hemm 3.", "Dawn l-ajruplani tat-tip Mirage F1 tal-Forza Libjana waslu Malta fi 3 minuti wara li ttajru fil-baxx \u0127afna.", "I\u017c-\u017cew\u0121 piloti tal-ajruplani huma kurunelli tal-armata li telqu mill-ba\u017ci ta' Okba-Bin-Nafe.", "Huma \u0121ew ordnati jibbumbardjaw lin-nies \u010bivili, izda ma obdewx dawn l-ordnijiet u \u0127arbu mill-ispazju tal-ajru Libjan.", "Dan wara li ajruplani militari Libjani bdew jittajru fuq Tripli u jisparaw fuq in-nies li \u0127ar\u0121u fit-toroq jipprotestaw.", "Il-piloti in\u017cammu mill-Pulizija Maltija g\u0127al aktar investigazzjonijiet.", "Dawn talbu lil Malta kenn politiku u g\u0127al status ta' refu\u0121jati, u din it-talba qieg\u0127da tkun ikkonsidrata mill-Kummissarju g\u0127ar-Refu\u0121jati.", "Nhar is-27 ta' Frar Gonzi qal l-Gvern Malti ma laqax it-talba tal-Gvern Libjan biex ikunu ritornati l-ajruplani Mirage F1.", "Fit-23 ta' Frar kien hemm ajruplan li kien \u0121ej mid-direzzjoni tal-Libja b'sitt piloti abbord li kienu \u0121ejjin biex jie\u0127du lura l-ajruplani Mirage F1, uli ma kellux permes s jin\u017cel Malta.", "Fuqu kien hemm xi piloti Libjani, u l-Gvern Malti ma ta\u0127x permess jin\u017cel fl-ajruport ta' Malta.", "I\u017cda Gonzi \u010ba\u0127ad rapporti fil-midja li abbord l-ajruplan kien hemm it-tifla ta' Gaddafi.", "Wara li fil-bidu l-Gvern Malti kien \u017camm kawt fuq is-sitwazzjoni fil-Libja, nhar is-27 ta' Frar 2011 il-Prim Ministru Gonzi iddikjara li quddiem is-sitwazzjoni li qieg\u0127da ti\u017cviluppa fil-Libja, ma jistax ikun evitat aktar it-tmiem tat-tmexxija tal-Kurunell Gaddafi.", "Qal li jekk Gaddafi jibqa' fil-poter, se jkun hemm aktar u aktar vjolenza fil-Libja.", "Iddikjara wkoll li Malta bdiet timplimenta s-sanzjonijiet li impona l-Kunsill tas-Sigurt\u00e0 tal-\u0120nus Mag\u0127quda.", "Hu kkundanna l-vjolenza u qal li din m'g\u0127andhiex i\u010b\u010ba\u0127\u0127ad lill-poplu Libjan mill-aspirazzjonijiet le\u0121ittimi tieg\u0127u.", "Qal li jidher li fis-sig\u0127at li \u0121ejjin is-sitwazzjoni se tkompli teskala u dan se jda\u0127\u0127al lil Malta fi rwol \u0121did, ji\u0121ifieri li tag\u0127ti l-g\u0127ajnuna b'di\u00adversi modi o\u0127rajn u dan biex il-Libjani ma jkollhomx g\u0127alfejn jitilqu mil-Libja.", "Id-dikjarazzjoni ta' Gonzi saret wara li l-Ambaxxatur Malti fil-Libja, Joe Cassar kien fi triqtu lejn Malta abbord katamaran li telaq minn Tripli.", "Nhar it-18 ta' Marzu filg\u0127axija Gonzi ta konferenza tal-a\u0127barijiet fil-Ber\u0121a ta' Kastilja li fiha qal li \"l-prijorit\u00e0 assoluta tieg\u0127i u tal-Gvern li mmexxi hi li n\u0127arsu u ni\u017cguraw is-sigurt\u00e0 tal-poplu tag\u0127na u ta' pajji\u017cna\".", "Rigward id-de\u010bi\u017cjonijiet li ttie\u0127du l-jum ta' qabel mill-Kunsill tas-Sigurt\u00e0 li kienet awtorizzata \u017cona bla titjir u mi\u017curi o\u0127ra biex tkun im\u0127arsa l-popolazzjoni \u010bivili, qal: \"Din id-de\u010bi\u017cjoni torbot lil pajji\u017cna, kif torbot lill-pajji\u017ci kollha membri tal-\u0120nus Mag\u0127quda...", "A\u0127na ser nosservaw l-obbligi tag\u0127na b\u0127ala membri tal-\u0120nus Mag\u0127quda.", "Imma nixtieq nag\u0127milha \u010bara li Malta mhix se ti\u0121i w\u017cata b\u0127ala ba\u017ci militari biex ti\u0121i nfurzata n-no-fly zone.\"", "Fakkar ukoll li f'dawk l-a\u0127\u0127ar \u0121img\u0127at il-Gvern Malti g\u0127en biex jg\u0127addu minn Malta fi triqthom lejn pajji\u017chom madwar 16,000 \u0127addiem minn kwa\u017ci mitt nazzjonalit\u00e0 differenti.", "Qal li sa dakinhar Malta ma kienet ir\u010beviet ebda theddida mil-Gvern Libjan u li l-interess ewlieni ta' Malta dejjem kien u se jibqa' dak li ting\u0127ata l-g\u0127ajnuna umanitarja ne\u010bessajra lill-poplu Libjan.", "Tard filg\u0127axija tal-istess jum il-Gvern Malti qal li kien qed je\u017camina talba li saritlu mill-Gvern Libjan biex flimkien ma\u010b-\u010aina, it-Turkija u l-\u0120ermanja, jara li l-waqfien mill-\u0121lied iddikjarat mil-Libja stess ikun rispettat.", "Dan wara li erba' sig\u0127at qabel il-Gvern Malti kien \u010ba\u0127ad rapporti li dehru fil-midja internazzjonali li kienu jg\u0127idu li kienet saret talba mill-Gvern Libjan \"biex il-Gvern Malti jissorvelja u jimplimenta waqfien mill-\u0121lied\".", "Finalment il-Gvern Malti dde\u010bieda li ma jilqax it-talba tal-gvern Libjan.", "Nhar is-17 ta' Frar 2011, issej\u0127u protesti kbar (ispirati minn \u0121rajjiet simili fit-Tune\u017cija u l-E\u0121ittu) fil-Libja kontra l-gvern ta' Gaddafi.", "Fil-\u0121img\u0127a ta' wara l-protesti kibru u saru iktar vjolenti.", "Allegatament Gaddafi \u0121ab \u0127afna mer\u010benarji minn pajji\u017ci Afrikani biex ji\u0121\u0121ieldu lid-dimostranti.", "Hu stmat li f'\u0121img\u0127a 10,000 ru\u0127 inqatlu fl-attakki li wettaq Gaddafi kontra l-poplu tieg\u0127u stess.", "Nhar it-22 ta' Frar Gaddafi kellem lill-poplu Libjan fuq l-istazzjon nazzjonali televi\u017civ, u qal li mhux se jitlaq mill-poter: \"Se niknes dar b'dar jekk m'intomx se tieq\u00adfu tipprotestaw kontrija...", "Ma nitlaqx mill-poter... immut martri f'pajji\u017ci.", "Jien ma nistax nirre\u017cenja g\u0127ax jiem mhux President, i\u017cda jien mexxej ta' Rivoluzzjoni u se nibqa' niddefendi din ir-rivoluzzjoni sal-a\u0127\u0127ar.\"", "Waqt \u0127afna mid-diskors Gaddadi wera l-ponn u talab lil poplu biex jin\u017cel fit-toroq u juru appo\u0121\u0121 lejh.", "Madwar id-dinja kollha saru protesti kbar fejn eluf kbar ta' Libjani \u0127ar\u0121u jipp\u00adrotestaw kontra l-\u0127akma ta' Gaddafi.", "L-Ambaxxata f'Lon\u00addra ni\u017clet il-bandiera \u0127adra tar-rivo\u00adluzzjoni u tellg\u0127et il-bandiera tad-dimos\u00adtranti li hija l-istess wa\u0127da li kien hemm qabel ma \u0127a l-poter Gaddafi.", "Fit-22 ta' Frar il-Ministru tal-Intern Abdel Fatta\u0127 Junes al Abidi irre\u017cenja minn kull kariga u mhux se jibqa' jag\u0127ti l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u \"lir-Rivoluzzjoni 17 ta' Frar\".", "Huwa talab biex kull suldat u uffi\u010bjal tal-armata jin\u00adg\u0127aqdu mad-dimostranti biex b'hekk ma jibqg\u0127ux imutu aktar nies inno\u010benti u Gaddafi jitne\u0127\u0127a mill-poter.", "Il-\u0120nus Mag\u0127quda wkoll sej\u0127et laqg\u0127a b'ur\u0121enza tal-Kunsill tas-Sigurt\u00e0 li kkundanna dak kollu li kien qieg\u0127ed ji\u0121ri fil-Libja u li dawk kollha li qeg\u0127din iwettqu dawn l-attakki g\u0127andhom jin\u017cammu responsabbli u jit\u00adressqu quddiem il-\u0121ustizzja.", "Il-Lega G\u0127arbija ke\u010b\u010biet lil Libja minn membru b'mod immed\u00adjat u f'ka\u017c li l-Istat ikompli joqtol aktar persuni inno\u010benti, il-Lega G\u0127arbija kienet se tie\u0127u aktar mi\u017curi kontra r-re\u0121im ta' Gaddafi.", "Nhar is-17 ta' Marzu, il-Kunsill tas-Sigurt\u00e0 approva intervent militari barrani biex ji\u0121u protetti nies \u010bivili fil-Libja, i\u017cda eskluda li xi forza barranija tokkupa l-pajji\u017c.", "Fil-jiem ta' qabel Gaddafi hedded li truppi tieg\u0127u kienu se jid\u0127lu bil-forza f'Benghazi matul il-lejl u ma kienu se juru l-ebda \u0127niena.", "Bir-ri\u017coluzzjoni numru 1973 il-Kunsill tas-Sigurt\u00e0 witta t-triq g\u0127al \u017bona ta' Bla Titjir, g\u0127al attakki mill-arju fuq il-forzi tal-Gvern Libjan u li jittie\u0127du dawk il-mi\u017curi kollha ne\u010bessarji biex ji\u0121u protetti n-nies \u010bivili u \u017coni \u010bivili abitati li qeg\u0127din ji\u0121u attakkati mill-ajru.", "G\u0127axra mill-15-il membru tal-Kunsill ivvotaw favur ir-ri\u017coluzzjoni filwaqt li l-\u0127amsa l-o\u0127ra (ir-Russja, i\u010b-\u010aina, il-\u0120ermanja, il-Bra\u017cil u l-Indja) astjenew.", "Dakinhar il-President Amerikan Barack Obama kien qal li l-Istati Uniti se jie\u0127du sehem fil-missjoni biex jin\u017camm i\u017c-\"\u017cona bla titjir\", imma li pajji\u017cu ma kienx se jibg\u0127at suldati fit-territorju Libjan.", "Obama sa\u0127aq li l-waqfien mill-\u0121lied g\u0127andu jsir minnufih, u li l-Gvern Libjan g\u0127andu jieqaf milli jwettaq attakki militari kontra r-ribelli.", "Il-President Amerikan talab ukoll li jer\u0121a' jag\u0127ti lura s-servizz tad-dawl u l-ilma.", "Obama qal ukoll li dawn il-kundizzjonijet ma kinux negozjabbli u jekk il-mexxej Libjan ma jimxix mag\u0127hom, il-komunit\u00e0 internazzjonali tkun kostretta tie\u0127u passi.", "Nhar id-19 ta' Marzu fis-5.45 p.m. (\u0127in ta' Malta) beda l-attakk fuq il-Libja meta ajruplani militari Fran\u010bi\u017ci fet\u0127u in-nar fuq tankijiet tal-Gvern ta' Gaddafi.", "Dan se\u0127\u0127 ftit tas-sig\u0127at biss wara li mexxejja ta' pajji\u017ci tal-Punent u mexxejja G\u0127arab iltaqg\u0127u f'Pari\u0121i biex jiftiehmu fuq pjan ta' azzjoni li se jie\u0127du biex jieqfu lil Gaddafi.", "Tliet sig\u0127at wara sar attakk permezz tal-missili ta' kro\u010biera minn vapuri navali Amerikani li \u0121ew sparati lejn \"sistema bil-missili ta' difi\u017ca itegrata\" irran\u0121ati matul il-kosta Libjana, spe\u010bjalment fi Tripli.", "Issie\u0127bu mag\u0127hom ajruplani tal-Forza tal-Ajru tar-Renju Unit.", "Nhar is-27 ta' \u0120unju, il-Qorti Kriminali Internazzjonali \u0127ar\u0121itlu mandat ta' arrest g\u0127al delitti li huwa g\u0127amel kontra l-umanit\u00e0 u g\u0127alhekk jinsab imfittex.", "Nhar it-23 t'Awwissu 2011 Gaddafi tilef il-kontroll ta' Tripli meta r-ribelli \u0127atfu l-\"kumpless\" tieg\u0127u ta' Bab al-G\u0127a\u017ci\u017cija.", "Nhar l-20 ta' Ottubru 2011 inqabad u nqatel il-Kurunell Muammar Gaddafi.", "Gaddafi kien misto\u0127bi f'katusi tad-drena\u0121\u0121 u beda jg\u0127ajjat biex ma jisparawlux meta nstab minn \u0121ellieda ribelli.", "Gaddafi nqabad fl-istess waqt li eks uffi\u010bjali tar-re\u0121im kienu qed jippruvaw ja\u0127arbu minn Sirte.", "E\u017catt malli \u0127ar\u0121et l-a\u0127bar li din il-belt \u0121iet kompletament me\u0127lusa mill-qawwiet ta' Gaddafi.", "Filwaqt li n-NATO attakkat dan il-konvoj mill-ajru, il-qawwiet tal-Kunsill Tran\u017citorju ikko-ordinaw ir-raid li wassal biex instab Gaddafi.Meta sabuh, Gaddafi kien di\u0121a' midrub, kemm f'saqajh kif ukoll f'rasu.", "Imbag\u0127ad, u jing\u0127ad li sakemm \u0121ie trasportat f'ambulanza lejn sptar fil-vi\u010bin, Gaddafi miet.", "L-a\u0127bar mal-ewwel \u0121riet mal-pajji\u017c kollu u wasslet g\u0127al \u010belebrazzjonijiet kbar madwar il-Libja, inklu\u017c fil-kapitali Tripli - \u010belebrazzjonijiet mil-Libjani li sa 10 xhur ilu \u017cgur ma kienux jo\u0127olmu li jwarrbu r-re\u0121im ta' Gaddafi.", "Ftit wara li \u0127ar\u0121et l-a\u0127bar bdew jo\u0127or\u0121u ukoll filmati li juru dak li qed jing\u0127ad li huwa l-katavru tal-eks Mexxej Libjan.", "Rapporti o\u0127ra bdew jg\u0127idu li l-\u0121isem mejjet ta' Gaddafi ttie\u0127ed lejn Moskea f'Misurata.", "Muammar Gaddafi kien ilu \u0121ranet s\u0127a\u0127 ma jidher fil-pubbliku.", "Hu kien esprima ru\u0127u konvint li ried imut fil-Libja, u mhux ja\u0127rab, fil-fatt hekk \u0121ara.", "Malli \u0127ar\u0121et din l-a\u0127bar, kemm il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jos\u00e8 Manuel Barroso kif ukoll is-Segretarju tal-\u0120nus Mag\u0127quda Ban Ki-Moon qalu li dan il-jum ifisser it-tmiem ta' era ta' ripressjoni fuq il-poplu Libjan, u l-bidu ta' Libja \u0121dida mibnija fuq id-demokrazija.", "Il-Priministru Ingliz David Cameron qal li l-mewt ta' Gaddafi hija konferma li l-Libja tista' issa tibni l-futur demokratiku tag\u0127ha.", "L-istess sostna l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Fran\u010bi\u017c Alain Juppe.", "Il-President Amerikan Barack Obama qal li l-mewt ta' Gaddafi immarkat it-tmiem ta' kapitlu twil u ta' u\u0121ig\u0127 g\u0127all-poplu tal-Libja.", "Huwa kompla jg\u0127id li r-re\u0121im ta' Gaddafi wasal fit-tmiem.", "Obama sa\u0127aq l-impenn tal-Istati Uniti mal-Kunsill Tran\u017citorju F'dikjarazzjoni kon\u0121unta bejn il-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jos\u00e9 Manuel Barroso dwar l-a\u0127bar tal-mewt ta' Muammar Gaddafi, huma rrimarkaw li \u0121iet fi tmiemha era ta' despotizmu u ripressjoni li minnha l-poplu Libjan sofra g\u0127al \u017cmien twil wisq.", "Illum il-Libja tista' taqleb il-pa\u0121na fl-istorja tag\u0127ha u tilqa' futur pa\u010bifiku, demokratiku \u0121did.", "I\u017c-\u017cew\u0121 presidenti Ewropej g\u0127amlu sej\u0127a lill-Kunsill Transitorju Nazzjonali biex isegwi rikon\u010biljazzjoni msejsa fuq ba\u017ci wiesg\u0127a, fi pro\u010bess li jil\u0127aq lil kul\u0127add u li jippermetti tran\u017cizzjoni demokratika, pa\u010bifika u trasparenti fil-pajji\u017c.", "Fil-\u0127ajja personali tieg\u0127u Gaddafi kien persuna e\u010b\u010bentrika.", "Is-sigurta` tieg\u0127u kienet fdata f'idejn bodyguards nisa u kien dipendenti fuq infermiera Ukrena.", "Gaddafi i\u017c\u017cewwe\u0121 darbtejn.", "L-ewwel mara tieg\u0127u, Fatiha, iddivorzjaha wara sitt xhur biss.", "Wara, kien i\u017c\u017cewweg lil Safia.", "Kellu b'kollox disat itfal, g\u0127alkemm wie\u0127ed minnhom hu addottat.", "It-tfal tieg\u0127u kienu Muhammad, Saif al-Islam, Saadi, Mutassim, Hannibal, Saif al-Arab, Khamis, li kien inqatel f'attakk mill-ajru, Aisha u Milad li huwa adottat."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16021", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16021", "title": "F\u00e1bio Pereira da Silva", "text": ["F\u00e1bio Pereira da Silva", "F\u00e1bio Pereira da Silva, mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala sempli\u010bement F\u00e1bio jew F\u00e1bio da Silva (Petr\u00f3polis, 9 ta' Lulju 1990) huwa futboler li attwalment jilg\u0127ab b\u0127ala difensur laterali mat-tim ta' Middlesbrough.", "Ma' \u0127uh tewmi, Rafael, kien jilg\u0127abu flimkien ma' Manchester United wara li ffirmaw mal-klabb Ingli\u017c fi Frar tal-2007.", "F\u00e1bio beda l-karriera tieg\u0127u fil-futbol b\u0127ala midfilder difensiv mal-klabb ta' Boa Esperan\u00e7a, per\u00f2 beda jilg\u0127ab b\u0127ala difensur laterali meta ng\u0127aqad ma' Fluminense.", "Matul turnew tan-Nike li sar \u0121ewwa Tokjo, il-prestazzjonijiet ta' F\u00e1bio u ta' \u0127u\u0127 Rafael laqtu g\u0127ajn il-klabb ta' Manchester United.", "I\u017c-\u017cew\u0121 klabbs waslu fi qbil fuq it-trasferiment tal-plejers fi Frar tal-2007, u t-tewmin ing\u0127aqdu mal-klabb Ingli\u017c f'Jannar tal-2008 minkejja li kienu g\u0127adhom qatt ma dehru mal-ewwel tim tal-klabb Bra\u017ciljan.", "F\u00e1bio kellu jistenna sal-24 ta' Jannar 2009, sabiex jag\u0127mel id-debutt tieg\u0127u li wasal fir-raba' rawnd tal-FA Cup kontra Tottenham Hotspur, mirbu\u0127a 2\u20131 mit-tim tal-United.", "Madanakollu, l-ewwel log\u0127ba tieg\u0127u kellha tintemm qabel min\u0127abba li we\u0121\u0121a' fil-pexxun.", "Nhar is-16 ta' Awwissu, wasal id-debutt tieg\u0127u fil-Premier League fil-log\u0127ba tal-ftu\u0127 tal-ista\u0121un 2009\u201310 kontra Birmingham City.", "Fl-1 ta' April, 2010, F\u00e1bio iffirma estensjoni tal-kuntratt li se j\u017commu mal-klabb sa \u0120unju 2014.", "L-ewwel gowl tieg\u0127u wasal fir-reb\u0127a ta' 4\u20130 kontra Wigan Athletic li ntlag\u0127bet fis-26 ta' Frar 2011.", "Nhar it-28 ta' Mejju 2011, F\u00e1bio beda l-finali tal-UEFA Champions League kontra Barcelona li United tilfu 3\u20131.", "Fit-2 ta' Lulju 2012, fi sforz sabiex jikseb aktar esperjenza, hu \u0121ie misluf lil Queens Park Rangers g\u0127al sena.", "Id-debutt tieg\u0127u sar fl-ewwel \u0121urnata tal-kampjonat fit-telfa ta' 5\u20130 kontra Swansea City.", "L-ewwel gowl tieg\u0127u mal-klabb ta' Londra wasal f'log\u0127ba mill-FA Cup, fit-telfa ta' 4\u20132 kontra MK Dons.", "Grazzi g\u0127all-prestazzjonijiet konvin\u010benti ma' Manchester United, F\u00e1bio \u0121ie msejja\u0127 mal-Bra\u017cil nhar it-22 ta' Settembru 2011, u ddebutta kontra l-Kosta Rika nhar is-7 ta' Ottubru 2011 fir-reb\u0127a ta' 1\u20130 g\u0127all-Bra\u017cil.", "\"Statistika korretta sat-12 ta' Mejju 2013\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16023", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16023", "title": "Mohamed Bouazizi", "text": ["Mohamed Bouazizi", "Tarek el-Tayyib Mohamed Ben Bouazizi (bl-G\u0127arbi: \u0645\u062d\u0645\u062f \u0627\u0644\u0628\u0648\u0639\u0632\u064a\u0632\u064a\u200e; Sidi Bouzid, 29 ta' Marzu 1984 \u2013 Ben Arous, 4 ta' Jannar 2011), mag\u0127ruf sempli\u010bement b\u0127ala Mohamed Bouazizi, kien bejjieg\u0127 tal-\u0127axix Tune\u017cin li fis-17 ta' Di\u010bembru 2010 ta n-nar lilu nnifsu wara li sofra in\u0121ustizzja mill-pulizija.", "Fi ftit jiem sar mag\u0127ruf mad-dinja kollha u meqjus b\u0127ala s-simbolu tar-rivoluzzjoni li se\u0127\u0127et f'\u0127afna pajji\u017ci G\u0127arab, l-aktar dawk fl-Afrika ta' Fuq.", "Mohamed Bouaziz, mag\u0127ruf f'daru b\u0127ala \"Basboosa\" (Be\u017cbu\u017ca), twieled fid-29 ta' Marzu, 1984, f'Sidi Bouzid, it-Tune\u017cija.", "Missieru, bennej, miet b'attakk f'qalbu meta Tarek kien g\u0127ad kellu biss tliet snin.", "Xi \u017cmien wara, ommu Manoubia \u017c\u017cew\u0121et lil \u0127u missieru, imma sa\u0127\u0127et zijuh ma tantx kienet tajba u peress li ma setax imur g\u0127ax-xog\u0127ol b'mod regolari, Tarek ta' g\u0127axar snin kellu jibda jo\u0127ro\u0121 ja\u0127dem biex ikun jista' jg\u0127in lil ommu u lis-sitt \u0127utu.", "G\u0127amel diversi xog\u0127lijiet i\u017cda x-xewqa tieg\u0127u kienet minn dejjem li jiggradwa.", "Dan xtaqu kemm g\u0127alih kif ukoll g\u0127al \u0127utu l-o\u0127ra i\u017cda l-qag\u0127da \u0127a\u017cina tal-familja tieg\u0127u \u0121eg\u0127litu, ta' dsatax-il sena, j\u0127alli l-iskola \u017cg\u0127ira fejn kien jattendi f'Sidi Salah biex ikun jista' ja\u0127dem full-time.", "I\u017cda f'Sidi Bouzid, belt f'nofs it-Tune\u017cija, il-korruzzjoni u l-qg\u0127ad huma problema kbira.", "F'belt ta' kwa\u017ci erbg\u0127in elf ru\u0127, 30% tal-\u0127addiema huma bla xog\u0127ol.", "I\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 applika g\u0127al diversi xog\u0127lijiet, fosthom mal-armata, imma dejjem sab il-bibien mag\u0127luqin.", "G\u0127alhekk idde\u010bieda li jibda jbig\u0127 il-\u0127axix u l-frott fit-toroq fejn kien jaqla' mal-mitt ewro fix-xahar.", "Minnhom kien jg\u0127ajjex il-familja u j\u0127allas g\u0127all-mi\u017cata ta' o\u0127tu li bdiet tattendi l-universit\u00e0.", "Kellu ukoll xewqa li jixtri vann li jkun jista' jdur ibig\u0127 bih.", "I\u017cda xi uffi\u010bjali tal-pulizija korrotti ma \u0127allewx bi kwietu.", "Sa minn meta kien g\u0127adu \u017cg\u0127ir il-pulizija kienu jaqbdu mieg\u0127u.", "Mhux l-ewwel darba li kkonfiskawlu l-\u0127xejjex tieg\u0127u g\u0127ax kienu jg\u0127idulu li ma kellux permess ibig\u0127.", "I\u017cda l-verit\u00e0 hi li Tarek ma kellux imnejn ixa\u0127\u0127am lill-pulizija biex i\u0127alluh ibig\u0127 fit-toroq.", "Nhar is-17 ta' Di\u010bembru 2010, Tarek iddejjen madwar \u20ac150 biex ikun jista' jixtri xi prodotti \u0127alli jbieg\u0127hom, i\u017cda hekk kif rama l-karretta, il-pulizija kkonfiskawlu l-prodotti.", "Pulizija mara tatu daqqa ta' \u0127arta, be\u017cqitlu, kkonfiskatlu l-mi\u017cien, qalbitlu l-\u0127axix u l-frott u offendietlu lil missieru mejjet.", "Pulizija o\u0127ra li kienu mag\u0127hom komplew jg\u0127ajruh u jsawtuh.", "I\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 umiljat u mbikki r\u0127ielha lejn l-uffi\u010b\u010bju tal-gvernatur lokali biex jipprotesta g\u0127al dan l-a\u0121ir abbu\u017civ tal-pulizija.", "Il-gvernatur irrifjuta li jiltaqa' mieg\u0127u u hawn Tarek ma fela\u0127x iktar ibati in\u0121ustizzji u qallu: \"Jekk ma taranix, na\u0127raq lili nnifsi.\"", "Sieg\u0127a biss wara li \u0121ara l-abbu\u017c tal-pulizija, Tarek iddisprat mar xtara landa petrol u ta n-nar lilu nnifsu quddiem l-istess bini tal-gvern.", "Lil ommu g\u0127all-ewwel qalulha li kien idda\u0127\u0127al l-isptar g\u0127ax marad.", "Meta saret taf verament x'\u0121ara taha \u0127ass \u0127a\u017cin.", "\"Veru kien kuntent dakinhar\", irrakkuntat ommu i\u017cjed tard, \"ma kienx jorqod \u0127afna min\u0127abba x-xog\u0127ol imma kien kuntent.", "Jum qabel kien mar jixtri l-affarijiet u filg\u0127odu \u0127are\u0121 biex ibieg\u0127hom\".", "Kienet l-a\u0127\u0127ar darba li ratu \u0127aj u b'sa\u0127\u0127tu.", "\"A\u0127na nies fqar f'Sidi Bouzid.", "M'g\u0127andniex flus imma g\u0127andna d-dinjit\u00e0 tag\u0127na u d-dinjit\u00e0 \u0127aduhielu b'daqqa ta' \u0127arta u kliem mhux xieraq.\"", "I\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 ittie\u0127ed g\u0127all-kura fi\u010b-\u010bentru mediku ta' Sidi Bouzid, imma l-\u0127ruq tieg\u0127u tant kien gravi li ttie\u0127ed lejn l-isptar ta' Sfax li jinsab sebg\u0127in mil bog\u0127od.", "Minn hemm kien trasferit g\u0127ar-ra\u0127al ta' Ben Arous, fejn \u0121img\u0127atejn wara mar jarah il-President Tune\u017cin Ben Ali.", "Tmintax-il jum wara l-in\u010bident, ji\u0121ifieri fl-4 ta' Jannar 2011, i\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 miet kaw\u017ca tal-\u0127ruq estensiv li sofra.", "G\u0127all-funeral tieg\u0127u huwa stmat attendew iktar minn 5,000 ru\u0127 fejn il-pulizija ma \u0127allietx lin-nies jg\u0127addu mill-post fejn Tarek ta n-nar lilu nnifsu.", "Waqt il-mar\u010b bit-tebut lejn il-qabar, bosta nstemg\u0127u ja\u0127ilfu li kienu se jpattuha lil dawk li wasslu g\u0127all-mewt tieg\u0127u.", "Biex itaffi r-rabja tal-poplu, il-gvern Tune\u017cin feta\u0127 inkjesta dwar x'wassal li\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 biex jag\u0127ti n-nar lilu nnifsu.", "Dan wara li qraba tal-vittma allegaw li wa\u0127da mill-pulizija, Faida Hamdi, tatu daqqa ta' \u0127arta, be\u017cqitlu, kkonfiskatlu l-mi\u017cien, qalbitlu l-\u0127axix u l-frott u offendietlu lil missieru.", "Madanakollu, \u0127u Hamdi \u010ba\u0127ad li o\u0127tu jew xi pulizija o\u0127ra ttrattawh \u0127a\u017cin u sostna li kulma g\u0127amlu kienu li \u0127adulu l-affarijiet.", "Hamdi spi\u010b\u010bat kienet arrestata f'\u017cew\u0121 okka\u017cjonijiet, l-ewwel wara \u017c-\u017cjara tal-President Tune\u017cin fl-isptar u t-tieni wara laqg\u0127a li l-istess President kellu ma' omm u wa\u0127da minn \u0127ut Tarek.", "Madanakollu, n\u0127elset u \u0127uha qal li Hamdi in\u017cammet mill-awtoritajiet biex jipprote\u0121uha u mhux biss jinvestigawha.", "Il-protesti kontra l-gvern li bdew f'Sidi Bouzid malajr infirxu fl-ir\u0127ula l-o\u0127ra sakemm waslu anke f'Tune\u017c.", "Ir-rabja tal-poplu tant kienet kbira li fl-14 ta' Jannar il-President Ben Ali \u0127arab mal-familja tieg\u0127u wara 23 sena jmexxi l-pajji\u017c.", "Floku da\u0127let tmexxija \u0121dida imma \u0127afna \u010bittadini baqg\u0127u j\u0127ossuhom injorati.", "Meta Tarek ta n-nar lilu nnifsu huwa mhux biss firex il-protesti f'pajji\u017ci o\u0127ra, ewlenin fosthom l-E\u0121ittu u l-Libja, imma anke wassal biex persuni o\u0127ra spi\u010b\u010baw g\u0127amlu b\u0127alu.", "Fl-Al\u0121erija, \u010bertu Mohsen Bouterfif ukoll ta n-nar lilu nnifsu wara li laqg\u0127a li kellu ma' sindku fit-13 ta' Jannar 2011 ma wasslitux biex isib impjieg u dar fejn jg\u0127ix.", "Fl-E\u0121ittu, Abdou Abdel-Meneim Jaafar ukoll ta n-nar lilu nnifsu quddiem il-Parlament.", "U fl-G\u0127arabja Sawdita, ra\u0121el ta' 65 sena miet wara li wkoll ta n-nar lilu nnifsu.", "Dan it-tip ta' a\u0121ir wasal ukoll fl-Ewropa fejn fil-11 ta' Frar 2011 Noureddine Adnane, bejjieg\u0127 tal-monti Marokkin, ta n-nar lilu nnifsu f'Palermo wara li kellu l-o\u0121\u0121etti tieg\u0127u konfiskati mill-pulizija.", "Missier ta' tliet itfal, Adnane miet l-g\u0127ada kaw\u017ca tal-\u0121rie\u0127i li sofra.", "Il-mod kif Tarek ta n-nar lilu nnifsu fakkar lil \u0127afna f'Jan Palach.", "Palach kien student d'dik li kienet i\u010b-\u010aekoslovakkja li fl-1968 \u0127araq lilu nnifsu biex jipprotesta kontra t-tmexxija komunista tal-pajji\u017c li snin wara nqasam fi tnejn, ir-Repubblika \u010aeka u s-Slovakkja.", "Fil-fatt Tarek qieg\u0127ed jitqies b\u0127ala l-\"Palach G\u0127arbi\".", "Minn meta miet ritratt tieg\u0127u twa\u0127\u0127al mal-monument tal-mu\u017cajk li hemm barra l-uffi\u010b\u010bju fejn ta n-nar lilu nnifsu u d-data ta' meta \u0121ara dan l-in\u010bident tpin\u0121iet bi\u017c-\u017cebg\u0127a fuq divesi \u0127itan.", "Familjari u \u0127bieb tieg\u0127u jiftakruh b\u0127ala bniedem sempli\u010bi li ma kellux \u0127in biex isegwi l-futbol u l-mu\u017cika, li kien i\u0127obb il-familja u li ried ji\u017c\u017cewwe\u0121.", "O\u0127tu Basma ta' 16-il sena tg\u0127id li mindu miet, il-familja spi\u010b\u010bat qisha \u0121isem bla ru\u0127.", "\"Kien bniedem \u0121eneru\u017c.", "Meta \u0121ieli kien jirrabja mieg\u0127i, wara kien ji\u0121i u jitlobni na\u0127firlu.", "Fil-\u0127in \u0127ieles kien joqg\u0127od id-dar mal-familja u l-\u0127olma tieg\u0127u kienet li jarana mmorru l-universit\u00e0\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16031", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16031", "title": "Lucrezia Borgia", "text": ["Lucrezia Borgia", "Lucrezia Borgia (Subiaco, 18 ta' April 1480 \u2013 Ferrara, 24 ta' \u0120unju 1519) kienet it-tifla ille\u0121ittima tal-Papa Alessandru VI (Rodrigo Borgia) u l-ma\u0127buba tieg\u0127u Vannozza Cattaneo.", "Kienet mara ta' sbu\u0127ija affaxxinanti li spiss sabet ru\u0127ha mda\u0127\u0127la fl-intrigi tal-qrati Taljani ta' \u017cmienha.", "\u0126ajjitha kienet marbuta mal-fortuna tal-familja qawwija tag\u0127ha.", "Kienet kastellana Rinaxximentali perfetta li tattira l-ammirazzjoni u tbe\u017c\u017ca' fl-istess \u0127in u kisbet il-fama ta' politikanta ta' \u0127ila u diplomatika g\u0127aqlija.", "Il-familja ta' Lucrezia, matul l-istorja, spi\u010b\u010bat biex saret l-inkarnazzjoni tal-politika Machiavelljana bla \u0127niena u tal-korruzzjoni sesswali attribwita lill-papati Rinaxximentali.", "Missierha, Alessandru VI u \u0127uha Cesare irran\u0121awlha bosta \u017cwi\u0121ijiet ma' r\u0121iel importanti u qawwija, bl-g\u0127an li jil\u0127qu l-ambizzjonijiet politi\u010bi tag\u0127hom.", "F'dan il-kuntest, l-g\u0127edewwa tal-familja Borgia g\u0127amlu lil Lucrezia xbieha ta' \"femme fatale\", parti li tidher fiha f'\u0127afna xog\u0127lijiet tal-arti, rumanzi u films, li per\u00f2 g\u0127adha ma' \u0121ietx dokumentata bis-serjet\u00e0.", "M'g\u0127andniex fatti bi\u017c\u017cejjed dwar il-vera Lucrezia biex ikunu \u010berti jekk l-istejjer li kienet imda\u0127\u0127la fil-kriminalit\u00e0 ta' missierha u \u0127uha humiex minnhom.", "Fil-Qorti ta' Este tat-tielet ra\u0121el tag\u0127ha, Alfonsu I, Lucretia setg\u0127et tinsa l-img\u0127oddi tag\u0127ha u saret popolarissma bis-sa\u0127\u0127a tas-sbu\u0127ija u l-intelli\u0121enza tag\u0127ha.", "Tilfet l-interess kollu fil-politika u ntefg\u0127et minflok fuq il-\u0127olqien ta' \u0127ajja imma\u0121inattiva u intellettwali fil-qorti, i\u010b\u010belebrata minn poeti b\u0127al Ariosto, Bembo, Trissino u Ercole Strozzi, u \u0121abret madwarha n-nies l-aktar famu\u017ci tar-Rinaxximent.", "Mill-1512, min\u0127abba l-i\u017cventuri li laqtu lilha u d-dar ta' Ferrara, Lucrezia g\u0127addiet perjodi twal fil-kunvent.", "Mietet fl-1519 ta' disa' u tletin sena hija u twelled.", "Lucrezia Borgia twieldet Subiaco, issa provin\u010bja ta' Ruma, fit-18 ta' April, 1480.", "Missierha kien il-kardinal Spanjol Rodrigo Borgia, Ar\u010bisqof ta' Valenzja, li fl-1492 \u0121ie elett Papa tal-Knisja Kattolika bl-isem ta' Alessandru VI.", "Ommha Vannozza Cattanei, kontessa ta' Casa Candia, il-ma\u0127buba ta' Rodrigo g\u0127al \u0127mistax-il sena, kienet ta' nissel Mantovan.", "It-tliet \u0127utha kienu subien, Cesare, Giovanni u Goffredo.", "Lucrezia trabbiet fil-qorti pontifi\u010bju f'perjodu li fih il-figura tal-Papa kienet tixba\u0127 \u0127afna i\u017cjed lil dik ta' kap temporali milli ta' mexxej spiritwali.", "L-edukazzjoni ta' Lucretia kienet fdata f'idejn ku\u0121initha Adriana Mila Orsini u mart iben din Giulia Farnese.", "I\u017c-\u017cew\u0121 nisa kienu joqog\u0127du ma' Lucretia fil-bini li jmiss mal-Vatikan, f'kuntatt mill-qrib mal-Papa Alessandru VI.", "Fl-et\u00e0 ta \u0127dax-il sena, kienet di\u0121\u00e0 \u0121iet mwieg\u0127da darbtejn g\u0127a\u017c-\u017cwie\u0121: fis-26 ta' Frar, 1491, in-nutar tal-familja Borgia, Camillo Beneimbene, fassal l-ewwel kuntratt ta\u017c-\u017cwie\u0121 ma' Don Cherubino Juan de Centelles sinjur ta' Val d'Ayora fir-renu ta' Valenzja.", "Il-kuntratt stipula dota ta' 30,000 \"\"timbres\"\" (valuri) maqsumin parti fi flus u parti f'ornamenti u \u0121ojjelli mog\u0127tija lill-g\u0127arusa mill-familja Borgia.", "Xahrejn wara per\u00f2 missierha Rodrigo Borgia ftiehem patti ta\u017c-\u017cwie\u0121 \u0121odda ma' Gaspare d'Aversa, konti ta' Procida ta' familja Valenzjana, imma mbag\u0127ad xolja \u017c-\u017cew\u0121 g\u0127erusijiet.", "Wara li Rodrigo la\u0127aq Papa Alessandru VI, \u017cewwe\u0121 lil Lucrezia ma' Giovanni Sforza, biex jistabilixxi alleanza mal-familja qawwija ta' Sforza li mag\u0127ha waqqaf lega difensiva g\u0127ad-difi\u017ca tal-istat tal-Knisja kontra l-inva\u017cjoni Fran\u010bi\u017ca imminenti ta\u0127t Karlu VIII.", "Fit-2 ta' Frar, 1493, Nicol\u00f2 da Saiano \u017cewwe\u0121 bi prokura lil Lucrezia Borgia, li kellha biss tlettax-il sena, ma' Giovanni Sforza u fit-12 ta' \u0120unju 12 ta' dik is-sena kien hemm \u010b-\u010belebrazzjoni reli\u0121ju\u017ca tat-tie\u0121 fil-pre\u017cenza tan-nutar imsemmi hawn fuq, Beneimbene, l-isqof ta' Concordia u l-konti ta' Pittigliano.", "Il-tie\u0121, per\u00f2 ma \u0121iex konsumat (x'aktarx min\u0127abba n-nuqqas ta' maturit\u00e0 fi\u017cika ta' Lucrezia li kienet g\u0127adha tifla) sa nofs Novembru ta' dik is-sena.", "F'dan il-perjodu il-mi\u017c\u017cew\u0121in g\u0127exu mifrudin, wie\u0127ed bejn Pesaro u Milan, l-o\u0127ra fil-palazz ta' Santa Maria in Portico fil-Vatikan, dejjem ta\u0127t il-\u0121wiena\u0127 protettivi ta' missierha.", "Wara ftit, il-familja Borgia ma kellhiex b\u017conn i\u017cjed tal-familja Sforza, u l-pre\u017cenza ta' Giovanni fil-qorti papali saret \u017cejda, l-aktar billi kellu l-\u0127sieb li ji\u0127odha 'l bog\u0127od lil ma\u0127buba Lucrezia.", "Il-Papa kellu b\u017conn alleanzi politi\u010bi \u0121odda aktar vanta\u0121\u0121u\u017ci, tant li forsi bil-mo\u0127bi orndna l-qtil ta' Giovanni.", "\u0126u Lucrezia, Cesare g\u0127arrafha b'dan u hi qalet lil \u017cew\u0121ha, li telaq ji\u0121ri lejn Ruma.", "Jew forsi l-Papa qatt ma ta din ordni, u kien pjan ma\u0127sub minn Cesare u Lucrezia biex je\u0127ilsu mir-ra\u0121el li kien xebbag\u0127hom.", "\u0120ara x'\u0121ara, il-Papa Alessandru u Cesare kienu kuntenti bl-opportunit\u00e0 ji jirran\u0121aw \u017cwie\u0121 ie\u0127or vanta\u0121\u0121u\u017c g\u0127al Lucrezia.", "I\u017cda qabel ma seta' ji\u0121ri dan kien hemm b\u017conn li je\u0127ilsuha minn Giovanni Sforza.", "Alessandru talab liz-ziju ta' Giovanni, il-Kardinal Ascanio Sforza, biex jipperswadi lil Giovanni li j\u010bedi d-divorzju.", "Madankollu, id-divorzju kien g\u0127ajb intollerabbli u Giovanni rrifjuta.", "Il-Papa, li ried bilfors is-separazzjoni, akku\u017ca lil Giovanni bl-impotenza, billi \u017c-\u017cwie\u0121 ma kienx meqjus validu jekk ma kienx jista' ji\u0121i kkonsmat u hekk iwassal g\u0127all-ulied.", "G\u0127alhekk beda pro\u010bess g\u0127all-annullament.", "Giovanni imbag\u0127ad akku\u017ca lil Borgia b'in\u010best ma' bintu, i\u017cda mhux pubblikament imma permezz ta' ku\u0121inuh Ludovico il Moro, li kien mar jitlob parir minn g\u0127andu.", "Ludovico waqqa' l-insinwazzjoni biex jevita l-inkwiet u pproponha lil ku\u0121inuh li juri li kellu \u0127ila jikkonsma \u017c-\u017cwie\u0121 billi jag\u0127ti prova quddiem ix-xhieda (b'tg\u0127ammir sesswali ma' martu jew nisa o\u0127ra quddiem xhieda a\u010b\u010bettati mi\u017c-\u017cew\u0121 partijiet) imma Giovanni kien kontra dan g\u0127al kollox.", "Fi ftit xhur, kemm Ludovico il Moro kif ukoll il-Kardinal Ascanio Sforza ma baqg\u0127ux jappo\u0121\u0121jaw lid-Duka ta' Pesaro, il-Papa beda jirrabja fuq id-dewmien fl-iffirmar tad-divorzju u dawn fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar ma kinux be\u0127siebhom jag\u0127mlu g\u0127adu minnu.", "Il-Papa ddikjara \u017c-\u017cwie\u0121 null billi skontu dan ma kienx ikkonsmat, u offra lil Giovanni d-dota kollha ta' Lucrezia jekk jag\u0127ti l-kunsens tieg\u0127u (flimkien ma' dikjarazzjoni ta' impotenza).", "Il-familja Sforza re\u0121g\u0127et ma kinitx se tag\u0127ti l-protezzjoni tag\u0127ha lil Giovanni kieku kellu jirrifjuta l-offerta tal-Papa.", "Giovanni Sforza ma setax jag\u0127mel ie\u0127or u ffirma quddiem ix-xhieda kemm l-istqarrija tal-impotenza kif ukoll id-dokument ta' nullit\u00e0.", "Minkejja li l-insinwazzjoni dwar ir-relazzjonijiet in\u010bestwu\u017ci fil-familja Borgia malajr waqg\u0127et, dawk li riedu jmaqdru lill-Papa g\u0127amlu minn kollox biex jag\u0127tuha importanza fi\u010b-\u010brieki l-aktar presti\u0121ju\u017ci.", "Matul il-pro\u010bess delikat tal-annullament, Lucrezia kellha relazzjoni sesswali ma' xi \u0127add, jista' jkun il-messa\u0121\u0121ier ta' Alessandru, Perrot Calderon, li aktar tard \u0121ie assassinat, skont kif ja\u0127sbu, minn idejn Cesare Borgia stess.", "Ir-ri\u017cultat kien li meta \u017c-\u017cwie\u0121 \u0121ie annullat g\u0127aliex ma \u0121iex ikkonsmat, Lucrezia kienet tqila, u dan hu wie\u0127ed mill-fatti li dawk li jridu jmaqdruha jsemmu biex isa\u0127\u0127u l-fama \u0127a\u017cina tag\u0127ha.", "Il-tarbija twieldet bil-mo\u0127bi u mbag\u0127ad Lucretia \u017c\u017cew\u0121et lill-\u0121uvni ta' sbatax-il sena, Alfonsu ta' Aragona, Duka ta' Bisceglie, it-tifel ille\u0121ittmu tar-re Alfonsu II ta' Napli.", "Dan it-tie\u0121 se\u0127\u0127 fil-21 ta' Lulju 1498, quddiem il-Kardinal Ascanio Sforza fil-palazz ta' Santa Maria Portico, wara negozjati komplessi dwar id-dota ta' Lucretia.", "Fil-5 ta' Awissu, \u0121iet i\u010b\u010belebrata \u010berimonja o\u0127ra.", "Mill-1499 sal-1502 Lucrezia kienet, b'\u0127atra papali, il-gvernatri\u010bi ta' Spoleto, Foligno, Assisi Nocera, Sassoferrato, Visso, Gualdo, Bettona, Trevi, Bevagna, Montefalco, Sangemini u tal-abbazija ta' Ferentillo.", "Kienet toqg\u0127od Spoleto.", "Fil-Qorti ta' Este Lucrezia irpiljat mill-akku\u017ci li spiss kien ikun hemm kontriha fl-img\u0127oddi, g\u0127amlet ru\u0127ha apprezzata permezz tal-patruna\u0121\u0121 tal-arti u g\u0127exet \u0127ajja x'aktarx modesta, allavolja fl-ewwel snin kellha mill-inqas \u017cew\u0121 ma\u0127bubin: il-futur kardinal Pietro Bembo u Francesco II Gonzaga, \u0127u r-ra\u0121el.", "Bembo iddedikalha \"Gli Asolani\", fejn fa\u0127\u0127ar is-sbu\u0127ija u l-virt\u00f9 tag\u0127ha tag\u0127ha, filwaqt li Ariosto fa\u0127\u0127ar il-virt\u00f9 fi stanza ta' \"Orlando Furioso\" u fis-\"Satiri\".", "Fl-a\u0127\u0127ar snin ta' \u0127ajjitha kellha kri\u017ci reli\u0121ju\u017ca profonda u saret terzjarja Fran\u0121iskana, titqarben kull filg\u0127odu u tg\u0127addi sig\u0127at twal fit-talb matul il-jum.", "Baqg\u0127u \u0127ajjin matul is-snin bosta g\u0127ajdut u le\u0121\u0121endi, li jispekulaw l-i\u017cjed fuq in-natura stravaganti tal-festi organizzati mill-familja Borgia.", "Jing\u0127ad li Lucrezia kellha \u010burkett vojt minn \u0121ewwa li kienet spiss tu\u017cah biex tavvelena x-xorb.", "Jew li fil-pranzijiet tag\u0127hom kienet tu\u017ca faqqieg\u0127 velenu\u017c g\u0127all-fwied li joqtol il-mistednin tag\u0127ha wara xi \u017cmien sabiex ma tqajjimx suspett.", "Il-\u0127afna spekulazzjoni dwar ir-relazzjoni in\u010bestwu\u017ca ta' Lucretia ma' missierha u \u0127utha hi mag\u0127rufa sewwa.", "Jing\u0127ad li kellha \u010burkett (jew vojt minn \u0121ewwa jew b'labra) li kull jum kienet tg\u0127ammed fil-velenu li vvintat hi, il-\"cantarella\".", "Biex tikseb it-ta\u0127lita kien me\u0127tie\u0121 li troxx l-arseniku fuq l-imsaren ta' \u0127an\u017cir li jkun g\u0127adu kemm inqatel.", "Meta l-massa mmuffata tinxef, tinda\u0127an fi trab.", "Tant hu vjolenti l-velenu ta' din it-ta\u0127lita li joqtol f'erbg\u0127a u g\u0127oxrin sieg\u0127a, f'agunija orribbli.", "B'dan i\u010b-\u010burkett setg\u0127et toqtol b'tmellisa jew billi dda\u0127lu fix-xarba tal-vittma.", "I\u017cda m'hemm l-ebda tra\u010b\u010ba ta' dan kollu fid-dokumenti ta' dak i\u017c-\u017cmien, u l-i\u017cjed fl-ittri tal-ambaxxaturi.", "Tabil\u0127aqq, Lucrezia kienet dejjem deskritta b\u0127ala \"madonna decorosissima\" (sinjura ta' dinjit\u00e0 kbira).", "L-ikbar maqd\u00e2r tal-familja Borgia kien Burckardt ta' Strasburgu, mastru ta\u010b-\u010berimonji fil-qorti papali.", "Skond dawn Lucrezia u missierha kienu jorganizzaw Sibtijiet is-Se\u0127er Satani\u010bi, fosthom \"i\u017c-\u017cifna tal-qastan\", xorta ta' or\u0121ija ma\u0127luqa minn Cesare.", "Barra minn hekk akku\u017ca lil Lucrezia b'relazzjonijiet in\u010bestwu\u017ci mal-Papa u \u0127uha Cesare.", "Wasal biex jg\u0127id li l-\"Infante Rumano\", l-ewwel iben ta' Lucrezia, twieled minn in\u010best, u li \u0127afna mid-delitti tal-membri tal-familja kienu \u0121ejjin mill-g\u0127ira li kellhom g\u0127aliha.", "L-g\u0127an ta' Burckardt b\u0127al ta' \u0127afna o\u0127rajn kien li jra\u017c\u017can il-qawwa tal-familja Borgia.", "Imma dawn u le\u0121\u0121endi o\u0127ra baqg\u0127u \u0127ajjin wara \u0127afna li l-qawwa rjali li kellha l-familja kienet g\u0127ebet.", "Diversi xhieda stqarru li raw xadini suwed jg\u0127assu l-kamra tal-Papa, o\u0127rajn li kienu raw il-Papa jiffirma patt max-xitan.", "Dak i\u017c-\u017cmien, il-figura tad-dimonju kienet tie\u0127u l-g\u0127amla ta' barri, li qieg\u0127ed fl-istemma araldika tal-familja Borgia.", "X'aktarx dawn il-le\u0121\u0121endi \u0121ew mil-mibeg\u0127da profonda li dan il-Papa rnexxielu ji\u0121bed lejh, hekk li l-Riforma Luterana tnisslet proprjament mill-im\u0121iba immorali tieg\u0127u.", "Per\u00f2 hu improbabbli \u0127afna li Lucrezia, kienet kemm kienet kolta, setg\u0127et tie\u0127u xi de\u010bi\u017cjonijiet.", "Kienet biss mara fl-Ewropa tal-a\u0127\u0127ar tas-seklu XV, u valurha kien ibba\u017cat biss fuq l-alleanzi li setg\u0127et tistabbilixxi permezz ta\u017c-\u017cwi\u0121ijiet tag\u0127ha.", "Madankollu, hi miftakra b\u0127ala mara \u0127a\u017cina, kattiva u l-protagonista ta' konfoffi u qtil."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16042", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16042", "title": "Mo\u017cambik", "text": ["Mo\u017cambik", "Il-Mo\u017cambik hi nazzjon fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16045", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16045", "title": "Concepci\u00f3n (\u010aili)", "text": ["Concepci\u00f3n (\u010aili)", "Concepcion hi belt ta' madwar 216,000 ru\u0127 fi\u010b-\u010aili.", "Fl-2002 kienet tg\u0127odd 216,061 ir-ru\u0127.", "Erja: 221.6km2"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16053", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16053", "title": "L-Uffi\u010b\u010bju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea", "text": ["L-Uffi\u010b\u010bju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea", "L-Uffi\u010b\u010bju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (Uffi\u010b\u010bju tal-pubblikazzjonijiet) hu uffi\u010b\u010bju interistituzzjonali li g\u0127andu l-g\u0127an li ji\u017cgura l-istampar tal-pubblikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Unjoni Ewropea (UE) - De\u010bi\u017cjoni 2009/496/KE, Euratom.", "L-Uffi\u010b\u010bju tal-pubblikazzjonijiet ta' kuljum jo\u0127ro\u0121 il-\u0120urnal Uffi\u010bjali tal-Unjoni Ewropea fi 22 jew 23 lingwa (fl-Irlandi\u017c meta l-pubblikazzjoni tkun me\u0127tie\u0121a), fenomenu uniku fid-dinja tal-istampa.", "L-Uffi\u010b\u010bju jeditja u jikkoeditja pubblikazzjonijiet fil-kuntest tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-istituzzjonijiet.", "Barra minn hekk, l-Uffi\u010bju tal-Pubblikazzjonijiet joffri numru ta' servizzi onlajn li jag\u0127tu a\u010b\u010bess g\u0127al tag\u0127rif dwar il-li\u0121i ta' l-UE (EUR-Lex), il-pubblikazzjonijiet ta' l-UE (EU Bookshop), ix-xiri pubbliku (TED), u r-ri\u010berka u l-i\u017cvilupp ta' l-UE (CORDIS).", "L-Uffi\u010b\u010bju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea", "Ted Is-Suppliment tal-\u0120urnal Uffi\u010bjali tal-Unjoni Ewropea", "CORDIS", "EUR-Lex A\u010b\u010bess g\u0127al-li\u0121i tal-Unjoni Ewropea", "EU Bookshop Il-pubblikazzjonijiet kollha tal-UE li qed tfittex!"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16054", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16054", "title": "Kleopatra VII", "text": ["Kleopatra VII", "Kleopatra VII Thea Filopator (\u039a\u03bb\u03b5\u03bf\u03c0\u03ac\u03c4\u03c1\u03b1 \u0398\u03b5\u03ac \u03a6\u03b9\u03bb\u03bf\u03c0\u03ac\u03c4\u03c9\u03c1; Lixandra, 69 QK \u2013 Lixandra, 12 ta' Awwisu 30 QK) kienet re\u0121ina E\u0121izzjana tal-perjodu Tolemajk.", "Din kienet l-a\u0127\u0127ar re\u0121ina tal-E\u0121ittu l-Antik u l-a\u0127\u0127ar membru tad-Dinastija Tolemajka.", "L-isem \"Kleopatra\" bil-Grieg ifisser \"glorja tal-missier.\"", "Illum hi x'aktarx l-aktar famu\u017ca fost il-mexxejja kollha tal-E\u0121ittu l-Antik u hi mag\u0127rufa bl-isem ta' Kleopatra, g\u0127alkemm kienet is-seba' u l-a\u0127\u0127ar re\u0121ina li kellha dan l-isem.", "Madankollu, Kleopatra, qatt ma rrenjat wa\u0127idha fuq l-E\u0121ittu g\u0127ax kienet issaltan flimkien ma' missierha, \u0127uha, \u0127uha-\u017cew\u0121ha u binha.", "Kleopatra VII twieldet Lixandra, missierha kien il-Farg\u0127un Tolomew XII Awlete.", "Ma nafux min kienet omm Kleopatra, imma \u0127afna ja\u0127sbu li kienet Kleopatra V Trifena, o\u0127t jew ku\u0121ina u mara ta' Tolomew XII, jew forsi mara o\u0127ra mill-familja Tolemajka li kienet bint Tolomew X u Kleopatra Bereni\u010be III Filopator jekk Kleopatra V ma kinitx bint Tolomew X u Bereni\u010be III.", "Bejn it-68 QK u d-59 QK twieldu o\u0127tha minn missierha Arsinoe IV u \u0127utha Tolomew XIII u Tolomew XIV.", "Skont is-sistema dinastika n-nisa wkoll setg\u0127u jil\u0127qu fuq it-tron, b\u0127ala mi\u017c\u017cew\u0121in ta' \u0127uthom subien.", "Din l-interpretazzjoni tat-testi antiki dwar l-a\u0127wa \"mi\u017c\u017cew\u0121in\" \u0121iet ikkontestata \u0127afna drabi.", "Hu \u0127afna iktar probabbli li l-a\u0127wa subien u bniet kienu jsaltnu flimkien u jaqsmu t-tron i\u017cda mhux b\u0127ala mi\u017c\u017cew\u0121in.", "Fil-fatt, kull wie\u0127ed minnhom kien imbag\u0127ad ikun mi\u017c\u017cewwe\u0121 lil nisa tag\u0127hom li ma kellhomx dritt g\u0127at-tron.", "Missierha \u0127atarha ko-re\u0121\u0121enti ftit qabel miet, min\u0127abba li \u0127utha l-bniet ikbar minnha, Kleopatra VI u Bereni\u010be IV, kien mietu, l-ewwel maqtula b'ordni ta' missierha (g\u0127ax kienet ippruvat twaqqg\u0127u mill-poter) u t-tieni avvelenata.", "Kleopatra VII ssu\u010b\u010bedietu meta kellha 18-il sena fir-rebbieg\u0127a tal-51 QK flimkien ma' \u0127uha Tolomew XIII ta' g\u0127axar snin, mi\u017c\u017cew\u0121in skont il-li\u0121ijiet E\u0121izzjani.", "Fir-rebbieg\u0127a tal-48 QK Tolomew, flimkien mal-kunsillier u \u0127abib tieg\u0127u tal-qalb (hemm min anki jitkellem dwar storja ta' im\u0127abba bejniethom) Potinu, li kien in\u0127atar re\u0121\u0121ent tal-farg\u0127un \u017cag\u0127\u017cug\u0127, ipprova jiddeponi lil Kleopatra u j\u0121eg\u0127elha titlaq minn Lixandra.", "Ir-re\u0121ina \u0121abret armata u bdiet gwerra \u010bivili.", "Is-sitwazzjoni saret i\u017cjed im\u0127abbla meta o\u0127thom l-o\u0127ra, Arsinoe IV, bdiet tippretendi d-dritt g\u0127at-tron.", "F'dan il-punt il-meg\u0127lub \u0121eneral Ruman Pompew wasal l-E\u0121ittu biex jistkenn mir-rivali tieg\u0127u \u0120ulju \u010aesri.", "Fil-bidu, Tolomew u Potinu taparsi a\u010b\u010bettaw it-talba tieg\u0127u, i\u017cda fid-29 ta' Settembru 48 Potinu ordna l-mewt ta' Pompew, bit-tama li jit\u0127abbeb ma' \u010aesri.", "Meta wasal dan, Tolomew offrielu r-ras tar-rivali tieg\u0127u imma r-reazzjoni ta' \u010aesri kienet ta' rabja u \u0121ieg\u0127el li Potinu ji\u0121i maqtul.", "Minkejja li kien l-g\u0127adu ta' \u010aesri, Pompew kien konslu Ruman u l-g\u0127armel tal-unika tifla legittima ta' \u010aesri, \u0120ulja.", "\u010aesri \u0127a l-belt kapitali tal-E\u0121ittu f'idejh u g\u0127amel ru\u0127u l-arbitru bejn Tolomew u Kleopatra.", "\u010aesri sejja\u0127 lil Tolomew u lil Kleopatra fil-palazz irjali.", "Kleopatra be\u017cg\u0127et li jekk tmur lura fil-palazz tinqabad f'nassa ta' \u0127uha u g\u0127alhekk irrikorriet g\u0127al stratagemma.\u0120eg\u0127let lil \u0127abib fidil tag\u0127ha, Apollodorus l-iSqalli, jirrumblaha f'tapit kbir marbut b'\u010binga.", "Apollodorus imbag\u0127ad mar il-Palazz bir-romblu kbir fuq spallejh u qal li kellu jag\u0127ti rigal lil \u010aesri u t\u0127alla jid\u0127ol fl-appartamenti tal-konslu.", "Fil-pre\u017cenza tal-konslu \u0127all it-tapit u \u010aesri sab quddiemu lil Kleopatra.", "Ir-re\u0121ina libset il-\u0127wejje\u0121 l-aktar rikki u mqa\u010b\u010btin u l-\u0121ojjelli l-aktar prezzju\u017ci.", "Kellmitu bil-Latin u talbietu l-protezzjoni minn \u0127uha.", "Is-sorsi jirrakkontaw li l-impressjoni kienet irre\u017cistibbli u t-tnejn saru ma\u0127bubin dak il-lejl stess.", "\u010aesri organizza r-ritorn uffi\u010bjali tar-re\u0121ina u \u0121eg\u0127elha ti\u017c\u017cewwe\u0121 lil \u0127uha.", "Imma Tolomew, baqa' jwebbes rashu li jne\u0127\u0127i lil Kleopatra, u g\u0127amel alleanza ma' o\u0127tu Arsinoe, u flimkien organizzaw armata, li f'Di\u010bembru tal-48 fil-belt ta' Lixandra iltaqg\u0127et f'battalja ma' dik ta \u010aesri u Kleopatra.", "Il-battalja g\u0127amlet \u0127afna \u0127sara lill-bini tal-belt, fosthom il-Bibljoteka ta' Lixandra, li \u0121arbet \u0127sara kbira bin-nar u ntilfu fil-fjammi \u0127afna manuskritti ta' valur bla qies.", "Il-le\u0121juni Rumani sofrew telfa iebsa u \u010aesri stess biex isalva ru\u0127u mill-mewt kellu jaqbe\u017c il-ba\u0127ar u ja\u0127rab.", "Bis-sa\u0127\u0127a tar-rinforzi minn Pergamu li waslu fi Frar tal-47 reb\u0127u \u010aesri u Kleopatra.", "Arsinoe u Tolomew in\u0121eg\u0127lu j\u0127allu l-belt.", "Fis-27 ta' Marzu tal-istess sena fuq ix-xmara Nil saret l-a\u0127\u0127ar \u0121lieda bejn it-truppi ta' Tolomew u dawk ta' \u010aesri.", "Il-battalja spi\u010b\u010bat f'massakru tal-armata Lixandrija: 25,500 mejta u 12,000 me\u0127udin pri\u0121unieri.", "Tolomew innifsu tilef \u0127ajtu.", "Kleopatra, li sfat l-unika l-\u0127akkiema tal-E\u0121ittu, \u0127atret b\u0127ala ko-re\u0121\u0121ent lil \u0127uha \u017c-\u017cg\u0127ir Tolomew XIV.", "L-E\u0121ittu baqa' formalment indipendenti, g\u0127alkemm tliet le\u0121juni Rumani baqg\u0127u stazzjonati hemm bil-\u0127sieb li j\u017commu l-ordni pubbliku.", "Ir-relazzjoni bejn \u010aesri u Kleopatra, li minnha twieled tifel, Tolomew \u010aesri imsejja\u0127 \u010aesarjun, kellha \u017cew\u0121 skopijiet politi\u010bi: id-dittatur Ruman ried ji\u017cgura l-kontroll tal-E\u0121ittu, importanti g\u0127ar-ri\u017corsi finanzjarji tieg\u0127u, filwaqt li Kleopatra ttamat li biha tikseb g\u0127all-pajji\u017c po\u017cizzjoni privile\u0121\u0121jata \u0121ewwa l-Imperu.", "Fis-46 QK Kleopatra marret Ruma ma' binha li kien g\u0127adu kif twieled u baqg\u0127et hemm sal-mewt ta' \u010aesri, fl-44 QK.", "Fis-sajf tal-istess sena Tolomew XIV miet, forsi avvalenat minn Kleopatra nfisha, li ftit wara \u0127atret lil \u010aesarjun b\u0127ala l-ko-re\u0121\u0121ent tag\u0127ha, u dan \u0127a l-isem ta' \"Tolomew XV \u010aesri\".", "Fit-42 QK Marku Antonju, wie\u0127ed mit-trijumvirat li kien jiggverna Ruma wara l-vojt fil-poter li \u0127alliet il-mewt ta' \u010aesri, talab lil Kleopatra biex tiltaqa' mieg\u0127u f'Tarsu biex jivverifika l-lealt\u00e0 tag\u0127ha.", "Antonio mbag\u0127ad mar warajha Lixandra, fejn baqa' g\u0127as-sena ta' wara kollha.", "Mill-unjoni tag\u0127hom twieldu tewmin Kleopatra Selene u Alessandru Helios.", "Erba' snin wara, fl-37 QK, waqt li kien qieg\u0127ed jivvja\u0121\u0121a g\u0127all-gwerra kontra l-Parti, Antonju ltaqa' ma' Kleopatra f'Antijokja, fejn i\u017c\u017ceww\u0121u, minkejja li Antonju kellha rabta ma' Ottavja, o\u0127t Ottavjanu.", "Ftit wara twieled iben ie\u0127or, Tolomew Filadelfu.", "Ottavja ntbag\u0127tet lura lejn Ruma.", "Wara l-konkwista tal-Armenja fl-34 QK, immexxija minn Antonju bl-g\u0127ajnuna finanzjarja tal-E\u0121ittu, it-tnejn flimkien i\u010b\u010belebraw it-trijonf f'Lixandra.", "It-tradizzjonali\u017cmu tal-opinjoni pubblika Rumana kienet profondament ixxukkjata bil-pro\u010bedura trijonfali mhux tas-soltu u bid-de\u010bi\u017cjonijiet me\u0127uda fl-okka\u017cjoni tad-Donazzjoni ta' Lixandra: Kleopatra \u0127adet it-titlu ta' \"re\u0121ina tar-rejiet\", \u0121iet fil-kult asso\u010bjata mal-alla Isidi u n\u0127atret re\u0121\u0121enti tal-E\u0121ittu u \u010aipru ma' \u010aesarjun; Alessandru Helios \u0121ie nkurunat re tal-Armenja, il-Medja u l-Partja, Kleopatra Selene n\u0127atret re\u0121ina ta\u010b-\u010airenajka u l-Libja, u Tolomew Filadelfu \u0121ie nkurunat re tal-Feni\u010bja, is-Sirja u l-\u010aili\u010bja.", "Il-politika ta' Kleopatra u Antonju bit-tendenza li tiddomina l-Lvant kollu, iffavorit lil Ottavjanu, li akku\u017ca r-re\u0121ina li qieg\u0127da timmina minn ta\u0127t is-supremazija ta' Ruma u kkonvin\u010ba r-Rumani li jiddikjaraw gwerra fuq l-E\u0121ittu.", "Fil-31 QK, il-forzi navali Rumani ltaqg\u0127u ma' dawk ta' Antonju u Kleopatra fil-Battalja ta' Azju.", "Meta rat li l-battalja kienet intilfet ir-re\u0121ina marret tiskenn Lixandra ma' parti mill-flotta, segwita minn Antonju.", "Wara r-reb\u0127a, Ottavjanu invada l-E\u0121ittu u, wara re\u017cistenza qasira, da\u0127al Lixandra.", "Fl-30 QK, wara s-suwi\u010bidju ta' Antonju (li qatel ru\u0127u b'idejh meta sema bl-a\u0127bar falza tal-mewt tar-re\u0121ina), Kleopatra qatlet ru\u0127ha b'idejha b'gidma ta' serp velenu\u017c, forsi kobra E\u0121izzjana.", "Per\u00f2, minn studji li saru ri\u010bentament, xi arkeolo\u0121i famu\u017ci bdew jiddubitaw jekk ir-re\u0121ina setg\u0127itx toqtol ru\u0127ha b'idejha b'gidma ta' serp velenu\u017c.", "Forsi din kienet biss gidba li vvintat hi stess biex tag\u0127mel mewtha denja tar-re\u0121ina kbira li kienet u tag\u0127mel ru\u0127ha iktar tixba\u0127 ir-reinkarnazzjoni ta' Isidi f'g\u0127ajnejn il-poplu tag\u0127ha.", "Ja\u0127sbu li setg\u0127et \u0127ejjiet il-velenu, li kienet esperta \u0127afna fih, u ordnat il-qaddejja tag\u0127ha biex jg\u0127idu li mietet bil-gidma tas-serp velenu\u017c.", "Kleopatra kienet, fil-fatt, anki jekk mhux partikolarment sabi\u0127a, intelli\u0121enti \u0127afna u kieku kienet ingidmet apposta mis-serp, mewtha kienet tkun b'\u0127afna u\u0121ig\u0127 u l-agunija qabel ma mietet setg\u0127et iddum g\u0127al aktar minn tletin minuta.", "Plutarku fil-\"\u0126ajja ta' Antonju\" tieg\u0127u, irrakkonta kif idde\u010bidiet li tu\u017ca dan l-annimal:", "\u010aesarjun kien ikkundannat g\u0127all-mewt minn Ottavjanu, waqt li t-tlett itfal li kellha ma' Antonju ttie\u0127du Ruma.", "L-E\u0121ittu sar provin\u010bja Rumana mmexxija mill-prefett tal-E\u0121ittu, uffi\u010bjal ta' rank ekwestri.", "Ottavjanu li mar lura lejn Ruma biex ji\u010b\u010belebra t-trijonf tal-ispedizzjoni E\u0121izzjana, kellu fuq karru xbieha tar-re\u0121ina Kleopatra li dawwar f'trijonf mat-toroq tal-belt.", "Is-sorsi tal-letteratura Latina u Griega, li taw dettalji fuq il-\u0127ajja u l-figura ta' Kleopatra huma numeru\u017ci.", "Hawnhekk ng\u0127atu lista parzjali:", "Kleopatra ma kinitx seduttri\u010bi kbira biss.", "Kienet taf \u0127afna lingwi, Plutarku kiteb: \"L-ilsien, b\u0127al strument mu\u017cikali b'\u0127afna kordi, kienet taqilbu fa\u010bilment g\u0127al-lingwa li riedet titkellem, tkun liema tkun, tant li kienu rari \u0127afna l-ka\u017cijiet li fihom kellha tittratta mal-barbari permezz ta' interpretu, kienu x'kienu, Etjopji, Trogloditi, Lhud, G\u0127arab, Sirjani, Medi jew Parti\".", "Kienet taf il-Grieg u kienet wkoll fluwenti fil-Latin.", "Minbarra l-versatilit\u00e0 fil-lingwi, kienet tinteressa ru\u0127ha wkoll fl-arti u x-xjenzi: Ikkonvin\u010bit lil Antonju, meta sar mexxej assolut tal-Lvant, li jag\u0127ti lil Lixandra l-Bibljoteka famu\u017ca ta' Pergamu.", "Kienet \u0127abiba ma' \u0127afna studju\u017ci fil-Mu\u017cew ta' Lixandra, fosthom il-famu\u017c astronomu So\u017ci\u0121eni, li lilu nafu r-riforma tal-kalendarju Ruman: kienet kwa\u017ci \u017cgur Kleopatra li ppre\u017centatu lil \u010aesri.", "Meta wie\u0127ed iqis il-familja immedjata ta' Kleopatra jidher \u010bar kemm kien hemm tg\u0127ammir bejn il-membri tal-istess familja Tolomea .", "Il-\u0121enituri tag\u0127ha x'aktarx kienu a\u0127wa u g\u0127alhekk kellha par wie\u0127ed biss ta' nanniet.", "Dawk in-nanniet kienu ziju u neputija, g\u0127al darb'o\u0127ra jillimitaw in-numru ta' antenati..", "L-g\u0127add relattivament \u017cg\u0127ir ta' antenati nistg\u0127u narawh mid-dixxendenza ta' Kleopatra VII kif setg\u0127et kienet, murija hawn ta\u0127t.", "L-istorja ta Kleopatra matul is-sekli affaxxinat eluf ta' kittieba u artisti li g\u0127enu biex jo\u0127olqu l-le\u0121\u0121enda ta' seduttri\u010bi sabi\u0127a mill-i\u017cjed li rnexxiela ssa\u0127\u0127ar tnejn mill-ir\u0121iel l-aktar qawwijin ta' \u017cmienha.", "Fost l-akbar xog\u0127lijiet fuq Kleopatra hemm:", "Kleopatra u mewtha ispiraw mijiet ta 'pitturi mir-Rinaxximent sal-lum.", "Hawnhekk hawn lista ta' xi w\u0127ud mill-aktar famu\u017ci:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16062", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16062", "title": "\u0120u\u017ceppina Bakhita", "text": ["\u0120u\u017ceppina Bakhita", "\u0120u\u017ceppina Bakhita (Sudan, 1869 \u2013 Vicenza, l-Italja, 8 ta' Frar, 1947) kienet skjava Sudani\u017ca li saret Kattolika u soru Kanossjana fl-Italja, fejn g\u0127exet u \u0127admet g\u0127al 45 sena.", "Nhar l-1 ta' Ottubru 2000, il-Papa \u0120wanni Pawlu II ddikjaraha qaddisa.", "Bakhita twieldet lejn is-sena 1869 \u2013 hi stess ma kinitx taf id-data pre\u010bi\u017ca \u2013f'Darfur, fis-Sudan.", "Meta kellha disa' snin \u0127atfuha t-traffikanti tal-ilsiera, sawtuha, xerrdulha demmha u big\u0127uha \u0127ames darbiet fis-swieq ta' El Obeid u Khartoum fis-Sudan.", "Min\u0127abba t-trawma li \u0121arrbet insiet sa\u0127ansitra x'jisimha: dawk li \u0127atfuha semmewha \"Bakhita\", li bl-G\u0127arbi tfisser \"iffurtunata\".", "Imma ma tantx kienet iffurtunata g\u0127ax batiet \u0127afna, fosthom b'tatwa\u0121\u0121 krudil li sar meta kienet skjava ta' \u0121eneral Tork: g\u0127amlulha iktar minn mitt sinjal fuq sidirha, fuq \u017caqqha u fuq idha l-leminija, \u0127afruhomlha b'xafra u mlewhom bil-mel\u0127 biex jibqg\u0127ulha marki permanenti.", "Matul \u0127ajjitha kollha baqg\u0127u jidhru f'\u0121isimha 144 sinjal tal-\u0121rie\u0127i.", "Fl-a\u0127\u0127ar, fl-1882 xtraha merkant Taljan g\u0127all-konslu Taljan Callisto Legnani, li quddiem l-inva\u017cjoni tas-segwa\u010bi tal-Ma\u0127di, re\u0121a' lejn l-Italja.", "Hemm Bakhita bdiet tg\u0127ix mal-familja ta' Augusto Michieli \u0127abib ta' Legnani u saret il-\"babysitter\" ta' bintu Mimmina.", "Papa Benedittu XVI, fl-en\u010biklika tieg\u0127u \"Spe Salvi\", jg\u0127id hekk: \"Hawnhekk, wara \"sidien\" daqshekk \u0127orox li tag\u0127hom sa dak il-waqt hi kienet proprjet\u00e0, Bakhita kellha \"sid\" differenti g\u0127al kollox \u2013 bid-djalett Venezjan, li issa kienet tg\u0127allmitu, kienet issejja\u0127 \"paron\" lil Alla l-\u0127aj, lil Alla ta' \u0120esu Kristu.", "Sa dak il-waqt kellha biss sidien jew padruni li kienu jkasbruha u jittrattawha \u0127a\u017cin, jew l-aktar kienu jqisuha lsira ma tiswa g\u0127al xejn.", "Issa, i\u017cda, kienet tisma' 'l min jg\u0127idilha li je\u017cisti \"paron\" li hu 'l fuq mis-sidien kollha, is-Sinjur tas-sinjuri kollha, u li dan is-Sinjur hu tajjeb, it-tjubija nfisha.", "Saret taf li das-Sinjur kien jaf lilha wkoll, \u0127alaq lilha wkoll \u2013 anzi li kien i\u0127obbha.", "Hi wkoll kienet ma\u0127buba, u sewwa sew mill-\"Paron\" suprem, li quddiemu s-sidien l-o\u0127rajn kollha huma biss qaddejja li ma jiswew g\u0127al xejn.", "Hi kienet mag\u0127rufa u ma\u0127buba u kienet mistennija.", "Anzi das-Sid \u0127abbat wi\u010b\u010bu hu nnifsu mad-destin li jkun imsawwat u issa kien qieg\u0127ed jistennieha \"fin-na\u0127a tal-lemin ta' Alla l-Missier\".", "Issa hi kellha t-\"tama\" \u2013 mhux aktar dik it-tama biss li ssib sidien anqas \u0127orox, imma t-tama l-kbira: jiena ma\u0127buba g\u0127al dejjem u ji\u0121ri x'ji\u0121ri, din l-Im\u0127abba qieg\u0127da tistennieni.", "U g\u0127alhekk \u0127ajti hija tajba.", "Permezz tal-g\u0127arfien ta' din it-tama hija kienet \"mifdija\", ma \u0127assithiex aktar ilsira, i\u017cda bint \u0127ielsa ta' Alla.", "Fehmet dak li ried ifisser Pawlu meta fakkar lill-Efesin li qabel kienu bla tama u bla Alla fid-dinja \u2013 bla tama g\u0127ax bla Alla.", "G\u0127alhekk meta riedu jer\u010bg\u0127u je\u0127duha lejn is-Sudan, Bakhita ma riditx; ma riditx ter\u0121a' tinfired mill-\"Paron\" tag\u0127ha.\"", "Wara tliet snin Michieli re\u0121a' lura l-Afrika fejn kellu lukanda u \u0127alla lil bintu u lil Bakhita f'idejn l-Istitut tal-Katekumeni ta' Venezja tas-Sorijiet Kanossjani.", "Bakhita saret katekumena u bdiet titg\u0127allem ir-reli\u0121jon Kattolika.", "Meta mart Michieli marret lura biex tie\u0127u lil bintha u lil Bakhita l-Afrika, Bakhita rrifjutat b'kura\u0121\u0121 u determinazzjoni u riedet tibqa' mas-sorijiet Kanossjani.", "Michieli irrikorriet g\u0127and il-Prokuratur tar-Re, u da\u0127al ukoll fil-kwistjoni l-Kardinal Patrijarka ta' Venezja Domenico Agostini, li ma setg\u0127u jag\u0127mlu xejn g\u0127ax fl-Italja ma kienx hemm li\u0121i tal-iskjavit\u00f9: u nhar id-29 ta' Novembru 1889 Bakhita \u0121iet iddikjarata legalment libera.", "Fid-9 ta' Jannar 1890, hija tg\u0127ammdet, g\u0127amlet il-Gri\u017cma tal-Isqof u r\u010beviet l-Ewwel Tqarbina minn idejn il-Patrijarka ta' Venezja u tawha l-isem ta' Giuseppina Margherita Fortunata.", "Fit-8 ta' Di\u010bembru 1896, f'Verona, g\u0127amlet il-professjoni tal-voti fi \u0127dan il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Kanossjani.", "Fl-1902 kienet trasferita fi Schio fil-provin\u010bja ta' Vi\u010benza fejn kellha tibqa' sal-a\u0127\u0127ar ta' \u0127ajjitha.", "Minn dak i\u017c-\u017cmien \u2013 flimkien mal-\u0127idmiet tag\u0127ha fis-sagristija u l-portinerija tal-kunvent \u2013 fittxet l-aktar permezz ta' bosta vja\u0121\u0121i fl-Italja li tg\u0127in lill-missjoni: il-\u0127elsien li \u0127adet bil-laqg\u0127a ma' Alla ta' \u0120es\u00f9 Kristu, \u0127asset li kellha tferrxu, kellu jing\u0127ata wkoll lill-o\u0127rajn, lill-akbar g\u0127add possibbli ta' persuni.", "It-tama, li twieldet g\u0127aliha u \"fdietha\", ma setg\u0127etx i\u017c\u017commha g\u0127aliha; din it-tama kellha til\u0127aq lil \u0127afna, lil kul\u0127add.", "F'Vicenza g\u0127adhom isej\u0127ulha l-\"Madre Sewda\", bit-Taljan \"Madre Moretta\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16064", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16064", "title": "Jaj\u00ed", "text": ["Jaj\u00ed", "Jaj\u00ed (l-isem s\u0127i\u0127 San Miguel de Jaj\u00ed) hija belt turistika ewlenija tinsab fil-Muni\u010bipalit\u00e0 ta' Campo El\u00edas \u0121ewwa l-istat ta' M\u00e9rida, fil-Vene\u017cwela.", "Din il-belt tinsab mal-34 kilometru 'l bog\u0127od mill-istess M\u00e9rida.", "Il-villa\u0121\u0121 jikkonsisti minn djar fuq stil kolonjali flimkien ma' lukandi, mu\u017cew u knisja li wkoll hi mibnija fuq stil kolonjali, iddedikata lil San Mikiel Arkan\u0121lu.", "Il-belt \u0121iet fundata fl-1580 minn Bartolom\u00e9 Gil Naranjo ta\u0127t l-isem ta' \"San Pedro de Jaj\u00ed\".", "Su\u010b\u010bessivament, il-Kaptan Garc\u00eda Varela re\u0121a' ffundaha ta\u0127t l-isem ta' \"San Miguel de Jaj\u00ed\", ad unur l-Arkan\u0121lu Mikiel.", "Fl-1971 \u0121iet inawgurata Jaj\u00ed wara li fl-1968 beda r-rikostruzzjoni tag\u0127ha.", "Ir-restawr salva numru ta' fa\u010b\u010bati, bibien, twieqi u \u017cbarri ori\u0121inali li jmorru lura g\u0127al iktar minn 400 sena."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16065", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16065", "title": "Festival tal-Eurovision 2011", "text": ["Festival tal-Eurovision 2011", "Il-Festival tal-Eurovision 2011 kien is-56 konkors annwali tal-Eurovision.", "Dan il-festival sar f'D\u00fcsseldorf, il-\u0120ermanja, wara li l-\u0120ermanja reb\u0127et il-konkors tal-2010 permezz ta' Lena Meyer-Landrut bil-kanzunetta \"Satellite\".", "Il-kompetizzjoni saret fl-Esprit Arena ta' D\u00fcsseldorf, li ntg\u0127a\u017clet minn tliet postijiet madwar il-\u0120ermanja fil-fa\u017ci finali li saret fl-2010.", "Id-dati stabbiliti g\u0127a\u017c-\u017cew\u0121 semifinali kienu l-10 u t-12 ta' Mejju 2011, bil-finali ppjanata g\u0127al-lejla tal-14 ta' Mejju 2011.", "Tlieta u erbg\u0127in pajji\u017c ikkonferma l-parte\u010bipazzjoni tieg\u0127u fil-konkors, fejn fost dawk li irritornaw lura kien hemm l-Awstrija, li l-a\u0127\u0127ar ipparte\u010bipat fl-2007; l-Ungerija, li kkompetew l-a\u0127\u0127ar darba fl-2009; u San Marino, li pparte\u010bipaw l-a\u0127\u0127ar darba fl-2008.", "L-Italja wkoll irritornat lejn il-konkors fejn din se tkun l-ewwel parte\u010bipazzjoni tag\u0127ha mill-1997.", "Nhar it-12 ta' Otturu, 2010, \u0121ie im\u0127abbar mill-istazzjon \u0120ermani\u017c Norddeutscher Rundfun (NDR) li l-Esprit Arena f'D\u00fcsseldorf kien se jkun l-post fejn se ssir l-edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision il-\u0120ermanja.", "Dan se jkun l-ewwel darba li l-Konkors tal-Eurovision se jsir fil-\u0120ermanja wara r-riunifikazzjoni, billi l-\u0120ermanja tal-Punent ospitat dan il-festival fl-1957 u l-1983.", "Il-\u0120ermanja huwa wkoll l-ewwel membru tal-\"Big Five\" li se jospita l-konkors, peress li fl-implimentazzjoni tar-regola tas-sena 2000, li tippermetti l-akbar \u0127ames kontributuri tal-European Broadcasting Union (EBU) \u2013 il-\u0120ermanja, Franza, ir-Renju Unit, Spanja u l-Italja \u2013 li jikkwalifikaw awtomatikament g\u0127all-finali flimkien mar-rebbie\u0127 tas-sena pre\u010bedenti.", "Total ta' tmient ibliet urew interess li jospitaw l-avveniment li jinkludi lil Berlin, Amburgu, Hanover, Gelsenkirchen, D\u00fcsseldorf, Kolonja, Frankfurt u Munich.", "Fil-21 ta' Awwissu 2010, l-NDR \u0127abbret li l-bliet ta' Berlin, Amburgu, Hannover u D\u00fcsseldorf kienu l-uni\u010bi li applikaw uffi\u010bjalment biex jospitaw l-konkors tal-2011.", "Pjanijiet dwar fejn il-konkors jista' jin\u017camm f'kull belt li applikat jinkludi:", "L-erba' pajji\u017ci li jiffurmaw parti mill-\"Big Four\", flimkien mal-pajji\u017c ospitu tal-konkors, awtomatikament jie\u0127u post fil-finali.", "G\u0127all-edizzjoni tal-2011, min\u0127abba li l-\u0120ermanja barra li hi l-ospitu tifforma wkoll parti mill-\"Big Four\", wassal g\u0127al post vakanti fil-finali.", "Laqg\u0127a li saret \u0121ewwa Belgrad iddikjarat li r-regoli mhumiex se jinbidlu, u li n-numru ta' parte\u010bipanti fil-finali se jinbidel sempli\u010bement minn \u0127amsa u g\u0127oxrin g\u0127al erbg\u0127a u g\u0127oxrin.", "Fil-31 ta' Di\u010bembru 2010, t\u0127abbret il-lista uffi\u010bjali ta' parte\u010bipanti li kienet tinkludi r-ritorn tal-Italja.", "Sussegwentament, din \u0121iet mi\u017cjuda b\u0127ala membru tal-\"Big Five\" li jwassal sabiex tikkwalifikaw awtomatikament g\u0127all-finali, flimkien mal-\u0120ermanja, Franza, Spanja u r-Renju Unit.", "B'din il-bidla, in-numru ta' finalisti re\u0121a' \u0121ie restawrat g\u0127al \u0127amsa u g\u0127oxrin.", "Fit-31 ta' Awwissu 2010, Svante Stockselius \u0127alla postu b\u0127ala Supervi\u017cur E\u017cekuttiv tal-Festival tal-Eurovision, b'postu jie\u0127du n-Norve\u0121i\u017c Jon Ola Sand.", "It-tlug\u0127 tal-poloz ta' kif se jitkantaw il-kanzunetti tas-semifinali saru nhar it-Tnejn 17 ta' Jannar 2011.", "Il-pajji\u017ci parte\u010bipanti \u0121ew maqsuma f'sitt urni skont kif ivvutaw sal-2010.", "It-tlug\u0127 barra li dde\u010bieda f'liema semifinali se tikkompeti semifinali, iddetermina jekk hux mal-ewwel jew mal-a\u0127\u0127ar nofs tas-semifinali, sabiex id-delegazzjonijiet ikunu jafu bil-\u0127inijiet rispettivi tal-provi.", "\u0120ie wkoll de\u010bi\u017c f'liema semifinali l-pajji\u017ci tal-\"Big Five\" (Franza, il-\u0120ermanja, Spanja, ir-Renju Unit u l-Italja) se jivvutaw.", "Nhar il-31 ta' Di\u010bembru 2010, l-EBU ikkonfermat li tlieta u erbg\u0127in pajji\u017c se jie\u0127du sehem fil-Eurovision 2011.", "Din l-edizzjoni se tara r-ritorn ta' erba' pajji\u017ci \u2013 l-Awstrija, l-Italja, San Marino u l-Ungerija.", "Il-Montenegro applikaw biex jie\u0127du sehem fil-konkors fl-4 ta' Di\u010bembru, per\u00f2 irtiraw in-nomina tag\u0127ha fit-23 ta' Di\u010bembru.", "G\u0127all-bidu s-Slovakkja \u0127abret l-irtirar tag\u0127ha mill-avveniment min\u0127abba ra\u0121unijiet finanzjarji, minkejja li sonda\u0121\u0121 pubbliku fuq is-sit uffi\u010bjali tal-istazzjon Slovensk\u00e1 telev\u00edzia (STV) wera vot favur parte\u010bipazzjoni.", "STV \u0127abbru li kienu be\u0127siebhom jirritornaw g\u0127all-konkors tal-2012.", "Madanakollu, l-applikazzjoni Slovakka baqg\u0127et fuq il-lista provi\u017corja.", "Lejn Jannar tal-2011, STV tenniet li s-Slovakkja kienet fil-fatt se tirtira mill-festival kaw\u017ca ta' problemi finanzjarji u bidliet fl-organika.", "Madanakollu, il-pajji\u017c \u0121ie mni\u017c\u017cel mill-EBU b\u0127ala wie\u0127ed mis-semifinalisti fit-tlug\u0127 tal-poloz tas-17 ta' Jannar, u STV aktar tard ikkonfermat li kienu se jipparte\u010bipaw sabiex jevitaw li jie\u0127du multa talli rtiraw tard.", "Waqt laqg\u0127a f'Belgrad fit-28 ta' Awwissu 2010, l-EBU idde\u010bidiet li kull pajji\u017c g\u0127andu jag\u0127\u017cel l-artist u l-kanzunetta tieg\u0127u qabel l-14 ta' Marzu 2011.", "Nhar is-17 ta' Jannar 2011, ittellg\u0127u l-poloz g\u0127all-postijiet fi\u017c-\u017cew\u0121 semifinali \u0121ewwa D\u00fcsseldorf.", "